|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 215 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 62 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
19.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 215/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1350
tat-12 ta' Awwissu 2019
li jirreġistra indikazzjoni ġeografika ta' xorb spirituż skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Absinthe de Pontarlier”)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta' xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż, l-użu ta' alkoħol etiliku u distillati ta' oriġini agrikola f'xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 30(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F'konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-Kummissjoni eżaminat it-talba ta' Franza tas-16 ta' April 2014 għar-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika “Absinthe de Pontarlier”. |
|
(2) |
Wara li ddeterminat li t-talba hija konformi mar-Regolament (KE) Nru 110/2008, il-Kummissjoni ppubblikat l-ispeċifikazzjonijiet ewlenin tal-iskeda informattiva skont l-Artikolu 17(6) tar-Regolament imsemmi, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3). |
|
(3) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 17(7) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008. |
|
(4) |
Ir-Regolament (UE) 2019/787 li jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 110/2008 daħal fis-seħħ fil-25 ta' Mejju 2019. F'konformità mal-Artikolu 49(1) tal-imsemmi Regolament, il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi huwa mħassar b'effett mit-8 ta' Ġunju 2019. Jenħtieġ għalhekk li r-regolament tal-protezzjoni jiġi adottat skont ir-regolament il-ġdid. |
|
(5) |
Għalhekk, huwa xieraq li l-indikazzjoni “Absinthe de Pontarlier” tiġi rreġistrata bħala indikazzjoni ġeografika. |
|
(6) |
L-indikazzjoni ġeografika “Absinthe de Pontarlier” jenħtieġ li tiġi protetta kollha kemm hi, filwaqt li t-terminu “absinthe” jista' jibqa' jintuża fl-ittikkettar u fil-preżentazzjonijiet fit-territorju tal-Unjoni, sakemm il-prinċipji u r-regoli applikabbli fl-ordni ġuridiku tagħha jiġu rispettati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-indikazzjoni ġeografika “Absinthe de Pontarlier” hija rreġistrata. F'konformità mal-Artikolu 30(4) tar-Regolament (UE) 2019/787, dan ir-Regolament jagħti lill-isem “Absinthe de Pontarlier” il-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2019/787.
Artikolu 2
L-indikazzjoni ġeografika “Absinthe de Pontarlier” hija protetta kollha kemm hi, filwaqt li t-terminu “absinthe” jista' jibqa' jintuża fl-ittikkettar u fil-preżentazzjonijiet fit-territorju tal-Unjoni, sakemm il-prinċipji u r-regoli applikabbli fl-ordni ġuridiku tagħha jiġu rispettati.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Awwissu 2019.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, ta' xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16).