|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 214 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 62 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
16.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 214/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1347
tat-8 ta' Awwissu 2019
li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta' isem imniżżel fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta' Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (“Roquefort” (DOP))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta' Franza għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-Denominazzjoni ta' Oriġini Protetta “Roquefort”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2) kif emendat bir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 828/2003 (3) u (KE) Nru 938/2008 (4). |
|
(2) |
Billi l-emenda kkonċernata mhix minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif meħtieġ skont l-Artikolu 50(2)(a) tal-istess Regolament (5). |
|
(3) |
Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Roquefort” (DOP), hija b'dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Awwissu 2019.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343 tal-14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 tat-12 ta' Ġunju 1996 dwar ir-reġistrazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' oriġini taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 (ĠU L 148, tal-21.6.1996, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 828/2003 tal-14 ta' Mejju 2003 li jemenda l-ispeċifikazzjoni ta' 16-il isem li jidhru fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għal prodotti agrikoli u dawk tal-ikel (Danablu, Monti Iblei, Lesbos, Beaufort, Salers, Reblochon jew Reblochon de Savoie, Laguiole, Mont d'Or jew Vacherin du Haut-Doubs, Comté, Roquefort, Epoisses de Bourgogne, Brocciu corse jew Brocciu, Sainte-Maure de Touraine, Ossau-Iraty, Dinde de Bresse, Huile essentielle de lavande de Haute-Provence) (ĠU L 120, tal-15.5.2003, p. 3).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 938/2008 tal-24 ta' Settembru 2008 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Roquefort (DOP)] (ĠU L 257, tal-25.9.2008, p. 10).
DEĊIŻJONIJIET
|
16.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 214/3 |
DEĊIŻJONI (UE) 2019/1348 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-18 ta' Lulju 2019
dwar il-proċedura għar-rikonoxximent ta' Stati Membri li mhumiex taż-żona tal-euro bħala Stati Membri li jirrapportaw skont ir-Regolament (UE) 2016/867 dwar il-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu u r-riskju tal-kreditu (BĊE/2019/20)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 127(2) u (5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 5 u t-tieni inċiż tal-Artikolu 34.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/867 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Mejju 2016 dwar il-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu u r-riskju tal-kreditu (BĊE/2016/13) (1), u b'mod partikolari il-punt (1) tal-Artikolu 1 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-kontribut tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13) jistabbilixxi l-qafas ġenerali għall-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu u r-riskju tal-kreditu (iktar 'l quddiem “dejta tal-kreditu”) Jissemma f'dak ir-Regolament li l-Istati Membri li l-munita tagħhom mhix l-euro (iktar 'il quddiem “Stati Membri mhux taż-żona tal-euro”), jistgħu jiddeċiedu li jsiru Stat Membru li jirrapporta billi jinkorporaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament fil-liġi nazzjonali tagħhom jewinkella jimponu rekwiżiti rilevanti ta' rapportar skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom. Dan jista' jinkludi, b'mod partikolari, Stati Membri li jipparteċipaw fil-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) permezz ta' kooperazzjoni mill-qrib skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (2). |
|
(2) |
L-Artikolu 5 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) flimkien mal-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jimplika li hemm obbligu biex jitfasslu u jiġu implimentati f'livell nazzjonali l-miżuri kollha illi l-Istati Membri mhux taż-żona tal-euro jqisu xierqa sabiex tinġabar l-informazzjoni statistika meħtieġa biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta' rapportar statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u jsiru t-tħejjijiet f'waqthom fil-qasam tal-Istatistika sabiex huma jsiru Stati Membri taż-żona tal-euro (iktar 'il quddiem “l-Istati Membri taż-żona tal-euro”). |
|
(3) |
Kif hu rikonoxxut fil-premessa 7 tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13), il-bażi ta' mikrodejta analitika komuni (iktar 'il quddiem “AnaCredit”) kondiviża bejn il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandha tkun miftuħa, fuq bażi volontarja, għal Stati Membri mhux taż-żona tal-euro, b'mod partikolari dawk li jipparteċipaw fl-MSU, sabiex iwessgħu l-ambitu ġeografiku u tad-dejta tiegħu, u jżidu l-armonizzazzjoni madwar l-Unjoni. Bosta banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) ta' Stati Membri mhux taż-żona tal-euro (minn hawn 'il quddiem imsejħa “BĊNi mhux taż-żona tal-euro”) diġà qegħdin jikkooperaw mal-BĊE u BĊNi tal-Istati Membri taż-żona tal-euro (minn hawn 'il quddiem “BĊNi taż-żona tal-euro”) abbażi tar-Rakkomandazzjoni BĊE/2014/7 (3), li japplika l-miżuri ta' tħejjija għall-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu skont id-Deċiżjoni BĊE/2014/6 (4). |
|
(4) |
Stati Membri mhux taż-żona tal-euro li jiddeċiedu li jsiru Stat Membru li jirrapporta skont ir-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13) għandhom jinnotifikaw l-intenzjoni tagħhom li jagħmlu hekk lill-BĊE. Il-BĊE għandu jivverifika li huma inkorporaw id-dispożizzjonijiet ta' dak ir-Regolament fil-liġi nazzjonali tagħhom jew li huma imponew rekwiżiti ta' rapportar rilevanti skont il-liġi nazzjonali tagħhom u mingħajr preġudizzju għall-ordinament kostituzzjonali tal-Istat Membru kkonċernat. |
|
(5) |
Kif imsemmi fil-premessa 4 tal-Linja Gwida (UE) 2017/2335 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2017/38) (5), l-Istati Membri mhux taż-żona tal-euro jistgħu jinkorporaw ukoll id-dispożizzjonijiet ta' dik il-Linja Gwida fil-liġi nazzjonali jewinkella jimplimentaw miżuri skont il-liġi nazzjonali tagħhom biex jiżguraw li jissodisfaw obbligi ekwivalenti għat-trażmissjoni tad-dejta lill-BĊE b'mod armonizzat, inklużi r-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni tal-kontropartijiet fid-Database tar-Reġistru tal-Istituzzjonijiet u l-Affiljati (RIAD) skont il-Linja Gwida (UE) 2018/876 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2018/16) (6). B'dan il-mod, f'konformità mal-premessa 9 tal-Linja Gwida (UE) 2018/876 (BĊE/2018/16), l-Istati Membri mhux taż-żona tal-euro jistgħu jikkontribwixxu għar-rapportar u l-validazzjoni tad-dejta fir-RIAD u, fuq bażi reċiproka, jaqsmu dejta dwar l-entitajiet domestiċi tagħhom u jkollhom aċċess għas-sett tad-dejta taż-żona tal-euro abbażi tar-Rakkomandazzjoni BĊE/2018/36 (7). |
|
(6) |
Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu speċifikati l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti mill-BĊE fir-rigward ta' (a) espressjonijiet ta' interess minn Stati Membri mhux taż-żona tal-euro biex isiru Stati Membri li jirrapportaw skont ir-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13), (b) il-valutazzjoni tiegħu ta' dawn l-espressjonijiet ta' interess, u (c) ir-rikonoxximent tiegħu ta' Stat Membru mhux taż-żona tal-euro bħala Stat Membru li jirrapporta. Huwa wkoll meħtieġ li jiġu pprovduti proċeduri relatati mas-sospensjoni u t-terminazzjoni potenzjali ta' tali rikonoxximent ta' Stat Membru mhux taż-żona tal-euro bħala Stat Membru li jirrapporta. |
|
(7) |
Il-kundizzjonijiet għall-aċċess għal u l-użu ta' dejta ta' kreditu miġbura mill-BĊE, BĊNi taż-żona tal-euro u Stati Membri li jirrapportaw mhux taż-żona tal-euro minn BĊNi mhux taż-żona tal-euro, u l-aċċess għal u użu mill-BĊE, BĊNi taż-żona tal-euro u BĊNi ta' Stati Membri li jirrapportaw mhux taż-żona tal-euro tad-dejta miġbura minn Stati Membri li jirrapportaw li mhumiex taż-żona tal-euro fuq il-bażi tal-liġijiet nazzjonali rispettivi tagħhom, jeħtieġ li jiġu stabbiliti fi ftehim separat legalment vinkolanti. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti billi jitqiesu d-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 (8). |
|
(8) |
Għalhekk, id-deċiżjoni li Stat Membru mhux taż-żona tal-euro jiġi rikonoxxut bħala Stat Membru li jirrapporta tkun tiddependi fuq l-eżistenza ta' ftehim li jorbot legalment li jirregola l-interazzjoni bejn il-BĊNi mhux taż-żona tal-euro, il-BĊE u l-BĊNi taż-żona tal-euro għall-kondiviżjoni tad-dejta tal-kreditu u kwistjonijiet rilevanti oħra, inkluża l-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u r-restrizzjonijiet fuq l-użu jew it-trażmissjoni tad-dejta tal-kreditu, bħal fil-kuntest ta' kwalunkwe ċirkwit ta' feedback stabbilit skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13), |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni u objettivi
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti mill-BĊE biex jirrikonoxxi Stati Membri mhux taż-żona tal-euro bħala Stati Membri li jirrappurtaw skont ir-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13).
Artikolu 2
Definizzjonijiet
It-termini użati f'din id-Deċiżjoni għandhom l-istess tifsira bħal dawk fir-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13), sakemm ma jiġix pprovdut mod ieħor.
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, “aġent li jirrapporta” tfisser jew entità legali jew fergħa barranija li hija residenti fl-Istat Membru relevanti mhux taż-żona tal-euro u li hija suġġetta għal rekwiżiti ta' rapportar li huma l-istess bħal jew rilevanti għar-rekwiżiti tar-rapportar tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13).
Artikolu 3
Kriterji biex jikkwalifika bħala Stat Membru li jirrapporta
1. Il-BĊE jista' jirrikonoxxi biss Stat Membru mhux taż-żona tal-euro bħala Stat Membru li jirrapporta skont ir-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13) jekk ikun sodisfatt li l-Istat Membru mhux taż-żona tal-euro inkorpora d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13) u l-Linja Gwida (UE) 2017/2335 (BĊE/2017/38) fil-liġi nazzjonali tiegħu jew impona mod ieħor rekwiżiti ta' rapportar rilevanti skont il-liġi nazzjonali tiegħu.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-BĊE għandu jikkunsidra jekk il-BĊN tal-Istat Membru mhux taż-żona tal-euro, f'kooperazzjoni ma' awtoritajiet nazzjonali relevanti oħra fejn meħtieġ taħt il-liġi nazzjonali applikabbli, ingħatax is-setgħa, bħala minimu:
|
(a) |
li jidentifika u jirrevedi l-popolazzjoni attwali li tirrapporta kif iddefinit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13); |
|
(b) |
li jiġbor dejta ta' kreditu miġjuba mill-popolazzjoni attwali li tirrapporta kif definit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13), mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(4) u (5) ta' dak ir-Regolament jew ta' dispożizzjonijiet ekwivalenti fil-liġi nazzjonali tiegħu; |
|
(c) |
li jidentifika kontropartijiet bil-mod deskritt fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13); |
|
(d) |
li jimponi fuq l-aġenti li jrrapportaw identifikati fil-punt (a) rekwiżiti ta' rapportar statistiku li huma l-istess jew ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 8, u 13 sa 15 tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13); |
|
(e) |
li jagħti derogi lil aġenti li jirrapportaw żgħar kif stabbilit fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13); |
|
(f) |
li jivverifka u jwettaq il-ġbir obbligatorju tal-informazzjoni meta aġent li jirrapporta ma jissodisfax l-istandards minimi għat-trażmissjoni, l-eżattezza, il-konformità mal-kunċetti u r-reviżjonijiet skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13); u |
|
(g) |
li jimponi sanzjonijiet fuq aġenti li jirrapportaw kif stabbilit fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13). |
Sabiex jiġi evitat id-dubju, ir-rekwiżiti fir-rigward tal-istadji tal-implimentazzjoni u l-ewwel rapportar kif speċifikat fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13) m'għandhomx għalfejn jiġu inkorporati fil-liġi nazzjonali.
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-BĊE għandu wkoll jikkunsidra jekk, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, il-liġijiet nazzjonali fihomx dispożizzjonijiet li jinkorporaw l-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98.
Artikolu 4
Espressjoni ta' interess
1. Stat Membru mhux taż-żona tal-euro li jixtieq isir Stat Membru li jirrapporta skont ir-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13) jista' jissottometti lill-BĊE espressjoni ta' interess uffiċjali biex isir Stat Membru li jirrapporta (iktar 'il quddiem “Stat Membru interessat”), bl-użu tal-mudell ipprovdut fl-Anness I.
2. Sabiex il-BĊE jikkunsidra l-espressjoni ta' interess imsemmija fil-paragrafu 1, għandha tkun akkumpanjata mid-dokumentazzjoni ta' implimentazzjoni għall-finijiet tal-verifika msemmija fl-Artikolu 5(3), inklużi, iżda mhux limitati għal dan li ġej:
|
(a) |
tabella ta' korrelazzjoni mimlija, bl-użu tal-mudell ipprovdut fl-Appendiċi tal-Anness I; |
|
(b) |
kopja tal-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti flimkien ma' traduzzjoni bl-Ingliż tagħha; |
|
(c) |
opinjoni legali, maħruġa minn parti terza indipendenti esterna jew is-servizzi legali tal-awtorità nazzjonali relevanti, sodisfaċenti għall-BĊE li tikkonferma li:
|
3. Tali espressjoni ta' interess għandha tiġi irċevuta mill-BĊE mill-inqas [disa'] xhur qabel id-data tal-ewwel trażmissjoni ta' dejta dwar il-kreditu, kif stabbilit fl-Artikolu 6, kif indikat mill-Istat Membru interessat fl-espressjoni ta' interess tiegħu, u għandu jispeċifika d-dati ta' referenza tar-rapportar u l-perjodi ta' referenza li għandhom ikunu koperti mill-ewwel trażmissjoni.
Artikolu 5
Proċedura ta' verifika
1. Il-BĊE għandu jirrikonoxxi bil-miktub li rċieva espressjoni ta' interess minn Stat Membru interessat lil dak l-Istat Membru fi żmien 20 jum.
2. Il-BĊE jista' jitlob informazzjoni jew dokumentazzjoni addizzjonali għal dik speċifikata fl-Artikolu 4(2) li huwa jqis xieraq għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-espressjoni ta' interess tal-Istat Membru interessat. Il-BĊE għandu jgħarraf minnufih bil-miktub li rċieva kwalunkwe informazzjoni jew dokumentazzjoni addizzjonali bħal din lill-Istat Membru interessat.
3. Il-BĊE għandu jivverifika li l-Istat Membru interessat inkorpora d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13) u l-Linja Gwida (UE) 2017/2335 (BĊE/2017/38) fil-liġi nazzjonali tiegħu, jew impona mod ieħor rekwiżiti ta' rapportar relevanti skont il-liġi nazzjonali tiegħu.
4. Għall-fini tal-verifika msemmija fil-paragrafu 3, il-BĊE għandu jagħti mandat lill-Kumitat tal-Istatistika tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (STC) biex jikkoordina l-proċess u biex jagħti mandat lill-Kumitat Legali (LEGCO) biex iħejji rapport ta' verifika. Ir-rapport ta' verifika għandu jivvaluta:
|
(a) |
sa fejn dawk id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13) speċifikati fl-Artikolu 3(2) ġew implimentati fil-liġi nazzjonali u, |
|
(b) |
fejn id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt (a) ma ġewx implimentati, ir-raġuni għal tali nuqqas ta' implimentazzjoni. |
5. Fejn, fuq il-bażi tad-dokumentazzjoni kompluta sottomessa mill-Istat Membru interessat il-BĊE huwa sodisfatt li l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3 ġew sodisfatti, għandu jiddeċiedi li jirrikonoxxi li l-Istat Membru interessat jikkwalifika bħala Stat Membru li jirrapporta skont ir-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13). Id-deċiżjoni għandha tispeċifika d-data li minnha japplika r-rikonoxximent, id-dati ta' referenza ta' rapportar u l-perjodi ta' referenza li għandhom ikunu koperti mill-ewwel trażmissjoni, u d-data relevanti għall-ewwel rapportar, li m'għandhiex tkun qabel id-data indikata mill-Istat Membru interessat fl-espressjoni ta' interess tiegħu.
6. Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 5 għandha tkun suġġetta għall-BĊN tal-Istat Membru interessat li jidħol fi ftehim fil-forma stabbilita fl-Anness II, li jirregola l-interazzjoni tiegħu mal-BĊE, il-BĊN taż-żona tal-euro u BĊNi ta' Stati Membri mhux taż-żona tal-euro li ġew rikonoxxuti bħala Stati Membri li jirrappurtaw dwar il-kondiviżjoni tad-dejta tal-kreditu u kwistjonijiet relatati.
Inkunsiderazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2533/98, dan il-ftehim għandu jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għal: (a) I-aċċess għal u l-użu ta' dejta ta' kreditu miġbura mill-BĊE, BĊNi taż-żona tal-euro u Stati Membri li jirrapportaw mhux taż-żona tal-euro minn BĊNi mhux taż-żona tal-euro, u (b) l-aċċess għal u użu mill-BĊE, mill-BĊNi taż-żona tal-euro u mill-BĊNi ta' Stati Membri li jirrapurtaw li mhumiex fiż-żona tal-euro tad-dejta miġbura minn Stati Membri li jirrapportaw li mhumiex fiż-żona tal-euro fuq il-bażi tal-liġijiet nazzjonali rispettivi tagħhom.
Kwalunkwe ftehim bħal dan konkluż mill-BĊN ta' Stat Membru interessat ma jistax jiġi emendat b'mod li jkun inkonsistenti mal-formola stabbilita fl-Anness II.
7. Il-BĊE għandu jiddeċiedi li l-Istat Membru interessat ma jikkwalifikax bħala Stat Membru li jirrapporta skont ir-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13) fi kwalunkwe mill-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
fejn, fuq il-bażi tad-dokumentazzjoni kompluta sottomessa mill-Istat Membru interessat, il-BĊE jikkonkludi li ma jissodisfax il-kriterji biex jikkwalifika bħala Stat Membru li jirrapporta skont l-Artikolu 3; |
|
(b) |
fejn il-BĊE ma jirċevix l-informazzjoni meħtieġa biex iwettaq il-valutazzjoni tiegħu fi żmien [sena] minn meta jirċievi espressjoni ta' interess mill-Istat Membru interessat; |
|
(c) |
fejn il-ftehim imsemmi fil-paragrafu 6 ma jkunx ġie konkluż. |
8. Mhux aktar tard minn [sitt xhur] wara d-data tar-rikonoxximent tal-BĊE li rċieva d-dokumentazzjoni skont il-paragrafu 1, jew, fejn applikabbli, il-paragrafu 2, il-BĊE għandu jinnotifika lill-Istat Membru interessat bid-deċiżjoni tiegħu kif imsemmi fil-paragrafi 5 u 7. Din in-notifika għandha tinkludi r-raġunijiet li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni. Madankollu, il-BĊE u l-Istat Membru interessat jistgħu jaqblu li jestendu l-perjodu li matulu l-BĊE għandu jinnotifika lill-Istat Membru interessat bid-deċiżjoni tiegħu.
9. Il-BĊE għandu jikkunsidra talba għar-reviżjoni tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 7 mill-Istat Membru interessat sakemm:
|
(a) |
tiġi riċevuta fi żmien [30] jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni; |
|
(b) |
tispeċifika r-raġunijiet għat-talba għal reviżjoni; u |
|
(c) |
tinkludi l-informazzjoni kollha ta' appoġġ. |
Malli jirċievi talba għal reviżjoni, il-BĊE għandu jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu u jista' jipprovdi lill-Istat Membru interessat bl-opportunità li jdaħħal fis-seħħ l-arranġamenti meħtieġa li jippermettulu li jkun rikonoxxut bħala Stat Membru li jirrapporta. Il-BĊE jirriżerva d-dritt li jitlob is-sottomissjoni ta' opinjoni legali ġdida, maħruġa minn parti terza indipendenti esterna jew is-servizzi legali tal-awtorità nazzjonali relevanti, li tikkonferma l-validità u l-applikabilità ta' dawn l-arranġamenti.
Artikolu 6
Trażmissjoni finali tad-dejta ta' kreditu
1. Wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-BĊE li tirrikonoxxi li Stat Membru interessat jikkwalifika bħala Stat Membru li jirrapporta skont ir-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13), u bla ħsara għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu 5(6), il-BĊE għandu jitlob lill-BĊN tal-Istat Membru interessat biex jidentifika u jirrevedi l-popolazzjoni attwali li tirrapporta skont l-Artikolu 5 tal-Linja Gwida (UE) 2017/2335 (BĊE/2017/38).
2. Jekk l-Istat Membru interessat ġie rikonoxxut bħala Stat Membru li jirrapporta skont ir-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13) u tali rikonoxximent japplika minn data li jipprevjeni lill-BĊN ta' dak l-Istat Membru milli jidentifika u jirrevedi l-popolazzjoni attwali li tirrapporta fl-ewwel trimestru tal-ewwel sena li fiha għandha tibda tirrapporta, allura l-popolazzjoni attwali li tirrapporta għandha tkun identifikata mill-Istati Membri l-oħra li jirrappurtaw, skont l-Artikolu 5 tal-Linja Gwida (UE) 2017/2335 (BĊE/2017/38) f'dik is-sena.
3. L-ewwel trażmissjoni tad-dejta ta' kreditu tista' ssir biss wara li l-BĊE stabbilixxa li l-BĊN tal-Istat Membru interessat żviluppa sistema tal-IT interoperabbli mal-infrastruttura teknika tal-BĊE.
4. L-ewwel trażmissjoni ta' kull xahar u ta' kull trimestru għandha tibda fid-data indikata mill-BĊE fid-deċiżjoni tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 5(5).
Artikolu 7
Sospensjoni u terminazzjoni
1. Il-BĊE jista' jiddeċiedi li jissospendi jew jittermina r-rikonoxximent tiegħu ta' Stat Membru mhux taż-żona tal-euro bħala Stat Membru li jirrapporta jekk ikollu raġunijiet biex jemmen li l-Istat Membru relevanti m'għadux jissodisfa l-kriterji biex jikkwalifika bħala Stat Membru li jirrapporta skont l-Artikolu 3. Fil-każ ta' terminazzjoni tar-rikonoxximent ta' Stat Membru mhux taż-żona tal-euro bħala Stat Membru li jirrapporta, il-ftehim milħuq skont l-Artikolu 5(6) għandu jiġi tterminat awtomatikament.
2. Fi kwalunkwe deċiżjoni skont il-paragrafu 1, il-BĊE għandu jiddikjara r-raġunijiet għas-sospensjoni jew it-terminazzjoni, jispeċifika l-effett tad-deċiżjoni u jindika d-data minn meta għandhom japplikaw is-sospensjoni jew it-terminazzjoni u t-tul tal-perjodu ta' sospensjoni. Sospensjoni għandha tkun għal perjodu massimu ta' sitt xhur. Il-BĊE jista' jestendi l-perjodu tas-sospensjoni f'ċirkostanzi eċċezzjonali, imma darba biss. Fejn ir-raġunijiet għas-sospensjoni ma jiġux irrimedjati fil-perjodu preskritt, il-BĊE għandu jtemm ir-rikonoxximent tal-Istat Membru relevanti mhux taż-żona tal-euro bħala Stat Membru li jirrapporta.
3. Il-BĊE u l-BĊN ta' Stat Membru li jirrapporta mhux taż-żona tal-euro jistgħu jtemmu l-ftehim imsemmi fl-Artikolu 5(6) skont id-dispożizzjonijiet tiegħu. F'każ bħal dan, ir-rikonoxximent tal-Istat Membru mhux taż-żona tal-euro bħala Stat Membru li jirrapporta għandu jiġi tterminat awtomatikament u ma jibqax ikollu effett.
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-18 ta' Lulju 2019.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 144, 1.6.2016, p. 44.
(2) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).
(3) Rakkomandazzjoni BĊE/2014/7 tal-24 ta' Frar 2014 dwar l-organizzazzjoni ta' miżuri ta' tħejjija għall-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (ĠU C 103, 8.4.2014, p. 1).
(4) Deċiżjoni BĊE/2014/6 tal-24 ta' Frar 2014 dwar l-organizzazzjoni ta' miżuri ta' tħejjija għall-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu għall-iżvilupp u l-produzzjoni tal-Istatistika mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (ĠU L 104, 8.4.2014, p. 72).
(5) Linja Gwida (UE) 2017/2335 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-23 ta' Novembru 2017 dwar il-proċeduri għall-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu u r-riskju tal-kreditu (BĊE/2017/38) (ĠU L 333, 15.12.2017, p. 66).
(6) Linja Gwida (UE) 2018/876 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-1 ta' Ġunju 2018 dwar id-Database tar-Reġistru tal-Istituzzjonijiet u l-Affiljati (BĊE/2018/16) (ĠU L 154, 18.6.2018, p. 3).
(7) Rakkomandazzjoni BĊE/2018/36 tas-7 ta' Diċembru 2018 dwar id-Database tar-Reġistru tal-Istituzzjonijiet u l-Affiljati (ĠU C 21, 17.1.2019, p. 1).
(8) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8).
ANNESS I
MUDELL
ESPRESSJONI TA' INTERESS BIS-SAĦĦA TAL-ARTIKOLU 4 TAD-DEĊIŻJONI (UE) 2019/1348 (BĊE/2019/20)
ta'
[Bank ċentrali nazzjonali jew awtorità nazzjonali relevanti tal-Istat Membru li jagħmel it-talba]
Notifika lill-Bank Ċentrali Ewropew ta' espressjoni ta' interess skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1348 (BĊE/2019/20)
|
1. |
L-[Istat Membru li jagħmel it-talba] b'dan jesprimi l-interess tiegħu li jsir Stat Membru li jirrapporta skont ir-Regolament (UE) 2016/867 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/13) (1). |
|
2. |
L-[Istat Membru li jagħmel it-talba] hawnhekk jikkonferma li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1348 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2019/20) (2). B'mod partikolari, l-[Istat Membru li jagħmel it-talba] jikkonferma li inkorpora d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13) u l-Linja Gwida (UE) 2017/2335 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2017/38) (3) fil-liġi nazzjonali tiegħu jew li impona rekwiżiti ta' rapportar rilevanti skont il-liġi nazzjonali tiegħu, u li żviluppa sistema tal-IT interoperattiva mal-infrastruttura teknika tal-BĊE. |
|
3. |
L-[Istat Membru li jagħmel it-talba] hawnhekk jissottometti lill-BĊE d-dokumentazzjoni li turi l-impriża msemmija hawn fuq, inkluż dan li ġej:
|
|
4. |
L-[Istat Membru li jagħmel it-talba] b'dan jiddikjara li se jkun jista' jittrażmetti l-ewwel sett ta' dejta ta' kreditu, kif definit fir-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13), minn [niżżel id-data]. |
[Bank ċentrali nazzjonali jew awtorità nazzjonali relevanti]
Għall-[Istat Membru]
[firma]
[data]
(1) Regolament (UE) 2016/867 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Mejju 2016 dwar il-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu u r-riskju tal-kreditu (BĊE/2016/13) (ĠU L 144, 1.6.2016, p. 44).
(2) Deċiżjoni (UE) 2019/1348 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Lulju 2019 dwar il-proċedura għar-rikonoxximent tal-Istati Membri mhux taż-żona tal-euro bħala Stati Membri li jirrappurtaw skont ir-Regolament (UE) 2016/867 dwar il-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu u r-riskju tal-kreditu (BĊE/2019/20) (ĠU L 214, 16.8.2019, p. 3).
(3) Linja Gwida (UE) 2017/2335 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-23 ta' Novembru 2017 dwar il-proċeduri għall-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu u r-riskju tal-kreditu (BĊE/2017/38) (ĠU L 333, 15.12.2017, p. 66).
Appendiċi
Verifika tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/867 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Mejju 2016 dwar il-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu u r-riskju tal-kreditu (BĊE/2016/13)
TABELLA TA' KORRELAZZJONI
[isem tal-bank ċentrali nazzjonali jew tal-awtorità nazzjonali relevanti]
|
Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13) |
Mod ta' implimentazzjoni |
Jekk mhux implimentat, ir-raġunijiet għan-nuqqas ta' implimentazzjoni |
|
Artikolu 3 |
|
|
|
Artikolu 4 |
|
|
|
Artikolu 5 |
|
|
|
Artikolu 6 |
|
|
|
Artikolu 7 |
|
|
|
Artikolu 8 |
|
|
|
Artikolu 9 |
|
|
|
Artikolu 10 |
|
|
|
Artikolu 12 |
|
|
|
Artikolu 13 |
|
|
|
Artikolu 14 |
|
|
|
Artikolu 15 |
|
|
|
Artikolu 16 |
|
|
|
Artikolu 17 |
|
|
|
Artikolu 18 |
|
|
ANNESS II
MUDELL
FTEHIM
TA' [JUM XAHAR SENA]
BEJN IL-[NIŻŻEL L-ISEM TA' BĊN MHUX TAL-EUROSISTEMA] U L-BANK ĊENTRALI EWROPEW DWAR IT-TRAŻMISSJONI TA' MIKRODEJTA DWAR IL-KREDITU U R-RISKJU TAL-KREDITU
[Daħħal il-BĊE u l-indirizz],
(iktar 'il quddiem imsejjaħ il-“BĊE”)
u
[Daħħal l-isem u l-indirizz tal-BĊN li mhuwiex tal-Eurosistema]
(iktar 'il quddiem imsejjaħ il-“BĊN li mhuwiex tal-Eurosistema”)
Il-partijiet f'dan il-Ftehim huma kollettivament imsejħin il-“Partijiet” jew individwalment bħala “Parti”.
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/867 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/13) (1) jistabbilixxi l-qafas ġenerali għall-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu u r-riskju tal-kreditu (iktar 'il quddiem “mikrodejta”) Ir-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13) jispeċifika li l-Istati Membri li l-munita tagħhom mhix l-euro (iktar 'il quddiem “Stati Membri mhux taż-żona tal-euro”), jistgħu jiddeċiedu li jsiru Stati Membri li jirrapportaw billi jinkorporaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13) fil-liġi nazzjonali tagħhom jewinkella jimponu rekwiżiti rilevanti ta' rapportar skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom. Dan jista' jinkludi, b'mod partikolari, Stati Membri li jipparteċipaw fil-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) permezz ta' kooperazzjoni mill-qrib skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (2). |
|
(2) |
L-Artikolu 5 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew flimkien mal-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jimplika li hemm obbligu biex jitfasslu u jiġu implimentati f'livell nazzjonali l-miżuri kollha illi l-Istati Membri mhux taż-żona tal-euro jqisu xierqa sabiex tinġabar l-informazzjoni statistika meħtieġa biex jiġu sodisfatti l-obbligi ta' rapportar statistiku tal-BĊE u jsiru t-tħejjijiet f'waqthom fil-qasam tal-istatistika sabiex huma jsiru Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (iktar 'il quddiem “l-Istati Membri taż-żona tal-euro”). |
|
(3) |
L-Artikolu 8(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 (3) jeħtieġ li l-membri tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ) jieħdu l-miżuri regolatorji, amministrattivi, tekniċi u organizzattivi kollha meħtieġa biex jiżguraw il-protezzjoni fiżika u loġika ta' informazzjoni statistika kunfidenzjali u jeħtieġ li l-BĊE jiddefinixxi regoli komuni u jimplimenta standards minimi biex jipprevjeni l-iżvelar illegali u l-użu mhux awtorizzat ta' informazzjoni statistika kunfidenzjali. |
|
(4) |
Il-Linja Gwida BĊE/1998/NP28 (4) (iktar 'il quddiem il-“Linja Gwida dwar il-Kunfidenzjalità”) tistabbilixxi r-regoli komuni u l-istandards minimi meħtieġa biex jiġi żgurat livell bażiku ta' protezzjoni ta' informazzjoni statistika kunfidenzjali miġbura mill-BĊE megħjun mill-BĊNi tal-Eurosistema. |
|
(5) |
Il-Kunsill Governattiv irrakkomanda (5) lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro (iktar 'il quddiem il-“BĊNi mhux tal-Eurosistema”) biex japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Linja Gwida dwar il-Kunfidenzjalità fir-rigward ta' informazzjoni statistika kunfidenzjali irċevuta mill-BĊE megħjun mill-BĊNi u biex jikkonfermaw dan permezz ta' ftehim konkluż mal-BĊE u l-BĊNi. B'riżultat ta' dan, il-BĊNi mhux tal-Eurosistema kkonfermaw bi ftehim li huma josservaw il-Linja Gwida dwar il-Kunfidenzjalità fir-rigward ta' informazzjoni statistika kunfidenzjali irċevuta mill-BĊE megħjun mill-BĊNi. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2014/6 (6) tistabbilixxi l-proċedura għall-iżvilupp ta' qafas fit-tul għall-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu bbażat fuq rekwiżiti ta' rapportar statistiku armonizzat tal-BĊE. Ir-Rakkomandazzjoni BĊE/2014/7 (7) tħeġġeġ lill-BĊNi mhux tal-Eurosistema, imma li qed jippreparaw biex jingħaqdu fil-qafas fit-tul, biex japplikaw id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni BĊE/2014/6. Diversi BĊNi mhux tal-Eurosistema jikkooperaw mal-BĊNi tal-Eurosistema f'konformità mar-Rakkomandazzjoni BĊE/2014/7. |
|
(7) |
Stati Membri mhux taż-żona tal-euro jistgħu jixtiequ jsiru Stati Membri li jirrapportaw skont ir-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13). Għal dan il-għan, id-Deċiżjoni (UE) 2019/1348 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2019/20) (8) (iktar 'il quddiem id-“Deċiżjoni”) tistabbilixxi l-proċeduri relatati ma' (a) espressjonijiet ta' interess minn Stati Membri mhux taż-żona tal-euro sabiex isiru Stati Membri li jirrappurtaw skont ir-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13), (b) il-valutazzjoni ta' dawn l-espressjonijiet ta' interess mill-BĊE u (c) ir-rikonoxximent mill-BĊE ta' Stat Membru mhux taż-żona tal-euro speċifiku bħala Stat Membru li jirrapporta. |
|
(8) |
Dan il-Ftehim jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-aċċess għal u l-użu ta' dejta ta' kreditu miġbura mill-BĊE, BĊNi tal-Eurosistema u Stati Membri li jirrapportaw li mhumiex taż-żona tal-euro minn BĊNi li mhumiex taż-żona tal-euro, u l-aċċess għal u użu mill-BĊE, BĊNi tal-Eurosistema u BĊNi ta' Stati Membri li jirrapportaw mhux taż-żona tal-euro bid-dejta miġbura minn Stati Membri li jirrapportaw mhux taż-żona tal-euro fuq il-bażi tal-liġijiet nazzjonali rispettivi tagħhom. |
|
(9) |
Dan il-Ftehim għandu għalhekk jinqara flimkien mad-Deċiżjoni, |
QABLU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Aċċess għal u l-użu tas-sett ta' dejta tal-AnaCredit
1. Mal-eżekuzzjoni ta' dan il-Ftehim, il-BĊE għandu jagħti lill-BĊN li mhuwiex tal-Eurosistema aċċess għad-dejta tal-kreditu u d-dejta ta' referenza tal-kontroparti (imsejħa flimkien bħala “sett ta' dejta tal-AnaCredit”) miġbur skont ir-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016)/13), skont id-dispożizzjonijiet tal-Linja Gwida (UE) 2017/2335 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2017/38) (9) u ta' dan il-Ftehim.
2. Dejta ta' kreditu miġbura mill-BĊN li mhuwiex tal-Eurosistema għandha tkun aċċessata permezz tal-pjattaforma tal-IT kondiviża u tista' tkun aċċessata mill-BĊE, BĊNi tal-Eurosistema u BĊNi ta' Stati Membri li jirrapportaw li mhumiex taż-żona tal-euro skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13) u ta' dan il-Ftehim. Il-BĊN li mhuwiex tal-Eurosistema hawnhekk jikkonferma li l-kondiviżjoni ta' dejta ta' kreditu miġbura minnu mal-BĊE, il-BĊNi tal-Eurosistema u l-BĊNi ta' Stati Membri li jirrapportaw li mhumiex taż-żona tal-euro hija permessa mir-reġim nazzjonali applikabbli.
3. Il-Partijiet jaqblu li s-sett tad-dejta tal-AnaCredit, inkluża dejta tal-kreditu miġbura minn BĊNi mhux tal-Eurosistema, għandu jintuża biss sal-punt u għall-għanijiet definiti fir-Regolament (KE) Nru 2533/98. Id-dejta tal-kreditu ma tistax tintuża għall-finijiet tal-kompiti tal-politika monetarja tal-BĊNi mhux tal-Eurosistema. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-użu minn BĊN mhux tal-Eurosistema ta' dejta tal-kreditu li jkun ġabar skont il-liġi nazzjonali għall-finijiet tal-kompiti tal-politika monetarja tiegħu.
4. Il-Partijiet jaqblu wkoll li l-aċċess għas-sett tad-dejta AnaCredit mill-utenti individwali jew mill-unitajiet organizzattivi tal-BĊN li mhuwiex tal-Eurosistema għal skopijiet mhux statistiċi għandu jkun permess biss wara approvazzjoni minn qabel mill-Kunsill Governattiv, jew mill-Bord Eżekuttiv b'delega mill-Kunsill Governattiv. Għal dan il-għan, il-BĊN mhux tal-Eurosistema jaqbel li jissottometti talba, li għandha tispeċifika b'mod ċar:
|
(a) |
id-dejta mitluba; |
|
(b) |
ir-raġunijiet għalfejn l-aċċess għal din id-dejta hija meħtieġa għall-utenti individwali jew għall-unitajiet organizzattivi għat-twettiq tal-kompiti speċifiċi tagħhom; u |
|
(c) |
il-miżuri li se jiġu implimentati biex jiżguraw il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tad-dejta kif deskritt fl-Artikolu 2(1). |
It-talba għandha tkun indirizzata lill-Kumitat tal-Istatistika tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (STC) għall-valutazzjoni preliminari tagħha u għal trażmissjoni ulterjuri għall-approvazzjoni lill-Kunsill Governattiv, jew fejn applikabbli, lill-Bord Eżekuttiv.
5. Wara l-valutazzjoni tal-STC tat-talba għal aċċess u bla ħsara għall-approvazzjoni tiegħu tal-Kunsill Governattiv, jew, fejn applikabbli, tal-Bord Eżekuttiv, il-BĊN li mhuwiex tal-Eurosistema għandu jimplimenta proċedura ta' awtorizzazzjoni qabel ma jagħti aċċess lil utent individwali jew unità organizzattiva tal-BĊN li mhuwiex tal-Eurosistema. Dan għandu jiżgura li:
|
(a) |
utenti individwali u unitajiet organizzattivi tal-BĊN li mhuwiex tal-Eurosistema għandhom jissottomettu talba permezz tal-maniġer tal-linja tagħhom lill-BĊE li għandu jivverifika l-konformità ta' tali talbiet mad-Deċiżjoni; u |
|
(b) |
it-talbiet għall-aċċess għandhom jiġu approvati wkoll mill-“proprjetarju tas-sistema”, jiġifieri l-maniġers tal-BĊN li mhuwiex tal-Eurosistema li l-unità tagħha topera jew tamministra s-sistema li fiha s-sett tad-dejta tal-AnaCredit. |
6. Il-BĊN li mhuwiex tal-Eurosistema għandu jiżgura li l-proċess ġenerali għall-għoti tal-aċċess jiġi stabbilit skont il-proċedura stabbilita f'dan l-Artikolu u li l-membru STC tiegħu għandu jinforma lill-STC, għall-inqas fuq bażi annwali, bl-aċċess mogħti għas-sett tad-dejta tal-AnaCredit, kif ukoll ta' kwalunkwe nuqqas ta' konformità mal-miżuri ta' protezzjoni tal-kunfidenzjalità stabbiliti fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 2(2). Il-BĊN li mhuwiex tal-Eurosistema jaqbel ukoll li informazzjoni dettaljata dwar l-aċċess mogħti u kwalunkwe kwistjoni oħra ta' aċċess għandha tkun disponibbli fuq talba lill-BĊE.
7. Kwalunkwe trażmissjoni oħra tas-sett tad-dejta tal-AnaCredit għandha tkun awtorizzata espliċitament minn qabel mill-membru tas-SEBĊ li ġabar id-dejta rilevanti, u tkun konformi mal-liġi tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali applikabbli.
8. Il-BĊN li mhuwiex tal-Eurosistema hawnhekk jawtorizza t-trażmissjoni ulterjuri ta' dejta li jkun ġabar lil BĊNi oħra mhux tal-Eurosistema tal-Istati Membri rikonoxxuti bħala Stati Membri li jirrappurtaw, sakemm l-aċċess jingħata skont it-termini stabbiliti f'dan il-Ftehim u l-liġi tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali applikabbli.
9. Il-Partijiet jaqblu wkoll li l-ġabra ta' dejta AnaCredit mhijiex meħtieġa u ma tistax tintuża minn kwalunkwe BĊN mhux tal-Eurosistema għall-iskopijiet li tiġi stabbilita u miżmuma ċirkwiti ta' feedback skont ir-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13) sakemm tali l-użu ġie rregolat f'qafas legali vinkolanti stabbilit mill-BĊE.
10. Il-BĊN li mhuwiex tal-Eurosistema jintrabat li, fil-każ li l-BĊE jemenda l-qafas li jirregola l-AnaCredit, huwa għandu jew jimplimenta l-emendi fil-liġi nazzjonali tiegħu jew jibda l-irtirar mill-proġett skont l-Artikolu 6(4).
Artikolu 2
Il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità
1. Il-BĊN li mhuwiex tal-Eurosistema jintrabat li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Linja Gwida dwar il-Kunfidenzjalità fir-rigward tas-sett tad-dejta tal-AnaCredit irċevut mill-BĊE. B'mod partikolari, għandu jdaħħal fis-seħħ il-miżuri regolatorji, amministrattivi, tekniċi u organizzattivi kollha meħtieġa biex jiżgura l-protezzjoni loġika u fiżika tal-informazzjoni statistika kunfidenzjali.
2. Skont l-Artikolu 7 tal-Linja Gwida dwar il-Kunfidenzjalità, il-BĊN li mhuwiex tal-Eurosistema għandu jinforma lill-BĊE mill-inqas darba fis-sena bi kwalunkwe problema li jkollu fl-aħħar perjodu, l-azzjonijiet meħuda bi tweġiba għalihom u t-titjib ippjanat fir-rigward tal-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tad-dejta tal-kreditu. L-STC għandu jħejji r-rapport korrispondenti. Il-BĊN li mhuwiex tal-Eurosistema għandu jinnotifika lill-BĊE fil-każ ta' emenda tal-liġijiet nazzjonali tiegħu li jistgħu jaffettwaw il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità mogħtija lis-sett tad-dejta tal-AnaCredit f'dan l-Artikolu.
3. Il-BĊE jista' jitlob lill-BĊN li mhuwiex tal-Eurosistema biex jieħu miżuri addizzjonali, jew jimponi aktar kundizzjonijiet wara li jinnotifika debitament lill-BĊN li mhuwiex tal-Eurosistema, fir-rigward tal-aċċess tiegħu u l-użu tas-sett tad-dejta AnaCredit.
Artikolu 3
Rapportar ta' ksur u sospensjoni ta' aċċess
1. Jekk is-sett tad-dejta tal-AnaCredit inkluża dejta tal-kreditu miġbura minn BĊNi mhux tal-Eurosistema jiġi ttrattat bi ksur tal-kunfidenzjalità, il-protezzjoni tad-dejta jew rekwiżiti oħra imposti mil-liġi tal-Unjoni, fil-każ ta' kwalunkwe waħda mill-Partijiet, u/jew mil-liġi nazzjonali, fil-każ tal-BĊN li mhuwiex tal-Eurosistema, il-Partijiet għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jirrimedjaw dan il-ksur u jipprevjenu li jerġa' jseħħ. Il-Partijiet għandhom jikkonformaw ma' kwalunkwe obbligu impost mil-liġi applikabbli, inklużi r-rekwiżiti ta' notifika fejn applikabbli.
2. Il-BĊE jista' jissospendi l-aċċess tal-BĊN li mhuwiex tal-Eurosistema għas-sett tad-dejta tal-AnaCredit u jitlob lill-BĊN li mhuwiex tal-Eurosistema biex iħassar kull sett ta' dejta bħal din maħżuna internament b'effett immedjat jekk il-BĊE jiddetermina li dan huwa meħtieġ sabiex jiġi evitat ksur materjali ta' dan il-Ftehim jew biex tiġi żgurata konformità ma' kwalunkwe dispożizzjoni ta' liġi applikabbli għall-Partijiet, jew fil-każ ta' sospensjoni tar-rikonoxximent tal-Istat Membru mhux taż-żona tal-euro bħala Stat Membru li jirrapporta skont l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni. It-tħassir tad-dejta għandu jseħħ skont ir-rekwiżiti applikabbli tal-liġi nazzjonali.
Artikolu 4
Soluzzjoni ta' tilwim
Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-prerogattivi tal-Kunsill Governattiv, kwalunkwe tilwim operattiv jew tekniku li jinqala' bejn il-Partijiet b'konnessjoni ma' dan il-Ftehim li ma jistax jiġi solvut bi ftehim għandu jiġi riżolt skont il-Memorandum ta' Ftehim dwar Proċedura ta' Soluzzjoni ta' Tilwim Intra-SEBĊ tas-26 April 2007, jew kwalunkwe reviżjoni sussegwenti jew sostituzzjoni tiegħu.
Artikolu 5
Ċessjoni mhux permessa
La dan il-Ftehim, u lanqas kwalunkwe interess jew obbligu fih jew taħtu, ma jistgħu jiġu trasferiti mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel tal-BĊE.
Artikolu 6
Data effettiva, emenda u terminazzjoni
1. Il-BĊE u l-BĊN li mhuwiex tal-Eurosistema jsiru Partijiet f'dan il-Ftehim biss meta jiffirmaw u jeżegwixxu l-Ftehim kif xieraq. Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ mid-data speċifikata mill-Kunsill Governattiv, u wara komunikazzjoni minn qabel lill-BĊN li mhuwiex tal-Eurosistema. Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-Partijiet u mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-prerogattivi tal-Kunsill Governattiv, dan il-Ftehim għandu jibqa' effettiv sakemm il-BĊN li mhuwiex tal-Eurosistema jkun Parti f'dan il-Ftehim.
2. Dan il-Ftehim jista' jiġi emendat biss bil-miktub b'mod li jkun konsistenti mal-forma tal-ftehim mudell stabbilit fl-Anness II tad-Deċiżjoni.
3. Dan il-Ftehim għandu jiġi terminat awtomatikament jekk il-BĊE jiddeċiedi li jittermina r-rikonoxximent tiegħu tal-Istat Membru mhux taż-żona tal-euro bħala Stat Membru li jirrapporta skont l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni.
4. Il-BĊN li mhuwiex tal-Eurosistema u l-BĊE jistgħu jitterminaw dan il-Ftehim f'mhux inqas minn [tletin/sittin] jum avviż bil-miktub minn qabel lil xulxin. Kwalunkwe terminazzjoni ta' dan il-Ftehim m'għandhiex tippreġudika l-kontinwazzjoni u s-sopravivenza ta' kwalunkwe wieħed mid-drittijiet u l-obbligi ta' kull waħda mill-Partijiet li jeżistu fid-data jew qabel id-data li fiha din it-terminazzjoni tidħol fis-seħħ. Ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 1(3), (4) u (5) u fl-Artikolu 2(1) u (3) dwar il-kundizzjonijiet għall-użu u t-trażmissjoni ta' dejta tal-kreditu u protezzjoni ta' kunfidenzjalità għandhom ikomplu japplikaw wara t-tmiem ta' dan il-Ftehim fir-rigward ta' kwalunkwe dejta tal-kreditu, inkluża dejta tal-kreditu miġbura mill-BĊN li mhuwiex tal-Eurosistema, li kienu disponibbli qabel id-data tat-tmiem.
Artikolu 7
Kontropartijiet
Dan il-Ftehim jista' jitwettaq f'kontropartijiet fil-lingwa Ingliża, imma l-istrument oriġinali għandu jitqies bħala dak iddepożitat fil-BĊE. Kull Parti tirċievi kopja ċċertifikata tagħha.
[Dan il-Ftehim huwa ffirmat u esegwit mir-rappreżentanti debitament awtorizzati tal-Partijiet.]
Magħmul fi Frankfurt am Main, [data Xahar SSSS].
[Daħħal il-paġni tal-firma għall-BĊE u l-BĊN li mhuwiex tal-Eurosistema]
(1) Regolament (UE) 2016/867 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Mejju 2016 dwar il-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu u r-riskju tal-kreditu (BĊE/2016/13) (ĠU L 144, 1.6.2016, p. 44).
(2) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).
(3) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 Novembru 1998 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol.3, p. 23).
(4) Linja Gwida BĊE/1998/NP28 tat-22 ta' Diċembru 1998 dwar regoli komuni u standards minimi biex jipproteġu l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni statistika individwali miġbura mill-BĊE megħjun mill-BĊNi, kif ippubblikata fl-Anness III tad-Deċiżjoni BĊE/2000/12 tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-pubblikazzjoni ta' ċerti atti u strumenti legali tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 55, 24.2.2001, p. 72).
(5) Rakkomandazzjoni BĊE/2014/14 tas-27 ta' Marzu 2014 dwar ir-regoli komuni u l-istandards minimi għall-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tat-tagħrif statistiku miġbur mill-Bank Ċentrali Ewropew megħjun mill-banek ċentrali nazzjonali (ĠU C 186, 18.6.2014, p. 1).
(6) Deċiżjoni BĊE/2014/6 tal-24 ta' Frar 2014 dwar l-organizzazzjoni ta' miżuri ta' tħejjija għall-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu għall-iżvilupp u l-produzzjoni tal-Istatistika mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (ĠU L 104, 8.4.2014, p. 72).
(7) Rakkomandazzjoni BĊE/2014/7 tal-24 ta' Frar 2014 dwar l-organizzazzjoni ta' miżuri ta' tħejjija għall-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (ĠU C 103, 8.4.2014, p. 1).
(8) Deċiżjoni (UE) 2019/1348 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Lulju 2019 dwar il-proċedura għar-rikonoxximent tal-Istati Membri li mhumiex taż-żona tal-euro bħala Stati Membri li jirrappurtaw skont ir-Regolament (UE) 2016/867 dwar il-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu u r-riskju tal-kreditu (BĊE/2019/20) (ĠU L 214, 16.8.2019, p. 3).
(9) Linja gwida (UE) 2017/2335 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-23 ta' Novembru 2017 dwar il-proċeduri għall-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu u r-riskju tal-kreditu (BĊE/2017/38) (ĠU L 333, 15.12.2017, p. 66).
|
16.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 214/16 |
DEĊIŻJONI (UE) 2019/1349 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-26 ta' Lulju 2019
dwar il-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju minn awtorità kompetenti ta' ċerti setgħat fir-rigward ta' sorveljanza ta' sistemi ta' ħlas sistemikament importanti (BĊE/2019/25)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 3.1, l-Artikolu 22 u l-ewwel inċiż tal-Artiklu 34.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (UE) Nru 795/2014 tat-3 ta' Lulju 2014 dwar ir-rekwiżiti ta' sorveljanza għal sistemi ta' ħlas sistemikament importanti (BĊE/2014/28) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-raba' inċiż tal-Artikolu 127(2) tat-Trattat u r-raba' inċiż tal-Artikolu 3.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew jagħti s-setgħa lill-Eurosistema sabiex tippromwovi l-operat bla xkiel tas-sistemi ta' ħlas. |
|
(2) |
L-Eurosistema tippromwovi l-operat bla xkiel tas-sistemi ta' ħlas, inter alia, billi twettaq sorveljanza. |
|
(3) |
F'April 2012, il-Kumitat dwar is-Sistemi ta' Ħlas u Saldu (CPSS) tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali u l-Kumitat Tekniku tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO) flimkien ippubblikaw il-Prinċipji għall-infrastrutturi tas-suq finanzjarju (minn hawn 'il quddiem “il-prinċipji tas-CPSS-IOSCO”) (2). Il-Kumitat dwar il-Ħlasijiet u l-Infrastrutturi tas-Suq, is-suċċessur tas-CPSS, u l-IOSCO sussegwentement ippubblikaw flimkien gwida fuq dawn il-prinċipji. |
|
(4) |
Skont il-prinċipji tas-CPSS-IOSCO, sistema ta' ħlas sistemikament importanti (SIPS) għandha tkun soġġetta għal sorveljanza effettiva fuq bażi ta' kriterji definiti b'mod ċar u divulgati pubblikament minħabba l-potenzjal tagħha li tqanqal riskji sistemiċi jekk tiġi protetta b'mod insuffiċjenti kontra r-riskji li għalihom jiġu esposti. Barra minn hekk, il-prinċipji tas-CPSS-IOSCO jistabbilixxu aspettattivi ta' sorveljanza speċifiċi għal fornituri ta' servizzi kritiċi li fuqhom jiddependi l-funzjonament kontinwu u adegwat tal-infrastruttura tas-suq. Barra minn dan, il-prinċipji tas-CPSS-IOSCO jiddikjaraw li l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom biżżejjed setgħat u riżorsi biex iwettqu l-kompiti rispettivi tagħhom, inkluż is-setgħa li jieħdu azzjoni korrettiva. |
|
(5) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) implimenta l-prinċipji CPSS-IOSCO u gwida sussegwenti sa fejn dawn jirrelataw ma' SIPS skont ir-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28). |
|
(6) |
Biex jiżgura l-applikazzjoni tal-ogħla standards ta' sorveljanza, skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28), il-Kunsill Governattiv irreveda dak ir-Regolament biex jivvaluta jekk kienx jeħtieġ li jiġi emendat u sussegwentement adotta r-Regolament (UE) 2017/2094 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2017/32) (3), li kkumplimenta s-setgħa ta' awtorità kompetenti li tikseb informazzjoni u dokumenti minn operatur ta' SIPS skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28) b'għodod addizzjonali. |
|
(7) |
Għaldaqstant, l-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28) jagħti s-setgħa lill-awtorità kompetenti biex tikseb informazzjoni u dokumenti minn operatur ta' SIPS, tirrikjedi operatur ta' SIPS li jaħtar espert indipendenti biex iwettaq investigazzjoni jew rieżami indipendenti dwar l-operat tas-SIPS u jagħmel spezzjonijiet fil-post jew jiddelega t-twettiq tiegħu. |
|
(8) |
Barra minn hekk, l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28) jeħtieġ li l-BĊE jadotta deċiżjoni dwar il-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tas-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 21(1). |
|
(9) |
Biex jiġi żgurat li d-drittijiet ta' partijiet terzi jiġu rispettati, awtorità kompetenti għandha teżerċita s-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28) skont, u soġġett għal, il-prinċipji ġenerali ta' proporzjonalità, trattament ugwali, effettività, effiċjenza, trasparenza u proċess ġust proċedurali. Barra minn dan, sabiex ikun hemm konformità ma' dawn il-prinċipji, deċiżjoni biex jiġu eżerċitati s-setgħat ta' sorveljanza stabbiliti fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28) għandu jkollha kontenut minimu predefinit u tiġi nnotifikata lill-operatur ta' SIPS qabel ma tiġi eżerċitata kwalunkwe setgħa ta' sorveljanza. |
|
(10) |
Deċiżjoni formali mhijiex meħtieġa biex tiġi eżerċitata s-setgħa li tinkiseb informazzjoni jew dokumenti, li tista' tiġi eżerċitata mill-awtorità kompetenti skont il-ħtiġijiet tagħha ta' sorveljanza, jiġifieri li tiġi vverifikata l-konformità mar-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28) u li tiffaċilita l-għan usa' tal-promozzjoni tal-operat bla xkiel ta' sistemi ta' pagament f'livell sistemiku. |
|
(11) |
Għall-finijiet ta' sorveljanza effettiva, huwa importanti li l-awtorità kompetenti tkun tista' timponi rekwiżiti li jikkonċernaw it-tip ta' espert indipendenti li għandu jinħatar, il-kontenut u l-kamp ta' applikazzjoni tar-rapport li għandu jiġi prodott, it-trattament tar-rapport, inklużi l-iżvelar u l-pubblikazzjoni, u l-għażla tal-ħin għall-produzzjoni tar-rapport. |
|
(12) |
Il-ħatra ta' espert indipendenti biex jagħmel investigazzjoni jew rieżami indipendenti tas-SIPS għandha tevita kwalunkwe kunflitt ta' interess u tirrispetta ċerti rekwiżiti biex jiġi żgurat li l-espert indipendenti jkollu l-kwalifiki, il-kapaċità u l-għarfien meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tiegħu. |
|
(13) |
L-operatur ta' SIPS jista' jesternalizza funzjonijiet ewlenin relatati mal-ikklirjar u s-saldu ta' tranżazzjonijiet lil fornituri ta' servizzi kritiċi. Meta dawn il-funzjonijiet ma jitwettqux mill-operatur ta' SIPS innifsu iżda minn fornitur ta' servizzi kritiċi, huwa importanti li l-awtorità kompetenti tkun tista' teżerċita s-setgħat tagħha skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28) bl-istess mod u sal-istess punt bħal fir-rigward tal-fornituri ta' servizzi kritiċi bħall-operatur ta' SIPS. Sabiex dan ikun jista' jsir, huwa essenzjali li l-operatur ta' SIPS jinkludi klawżoli fl-arranġamenti kuntrattwali tiegħu mal-fornituri ta' servizzi kritiċi tiegħu li jippermettu l-kondiviżjoni ta' informazzjoni, dokumenti u spjegazzjonijiet bil-miktub jew bil-fomm bejn ir-rappreżentanti jew il-membri tal-persunal tal-fornitur ta' servizzi kritiċi u l-awtorità kompetenti, l-espert indipendenti u t-tim ta' spezzjoni fuq il-post, skont il-każ, u għat-twettiq ta' spezzjonijiet fuq il-post fil-post fejn jinsab il-fornitur ta' servizzi kritiċi. |
|
(14) |
Sabiex jiġu ttrattati b'mod effiċjenti sitwazzjonijiet ta' emerġenza, huwa importanti li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom il-possibbiltà li jneħħu ċerti rekwiżiti relatati mal-eżerċitar tas-setgħat tagħhom fuq bażi ta' każ b'każ fil-każijiet limitati u soġġetti għall-kundizzjonijiet speċifikati f'din id-Deċiżjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
It-termini użati f'din id-Deċiżjoni għandhom l-istess tifsira bħal dawk iddefiniti fir-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28) u d-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:
|
(1) |
“espert indipendenti” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li ma għandha l-ebda relazzjoni li tqajjem kunflitt ta' interess rigward is-SIPS jew l-operatur ta' SIPS jew l-azzjonisti li jikkontrollawha u għandha għarfien espert speċifiku fit-tmexxija ta' investigazzjonijiet u reviżjonijiet tal-infrastrutturi tas-swieq finanzjarji b'enfasi fuq ir-regolamentazzjoni finanzjarja, sistemi ta' informazzjoni u t-teknoloġija tal-komunikazzjoni, il-ġestjoni tar-riskju, ir-rappurtar finanzjarju jew l-awditjar; |
|
(2) |
“rieżami indipendenti” tfisser evalwazzjoni tal-operazzjoni ta' SIPS li l-għan tagħha huwa li tipprovdi: għarfien dwar kwalunkwe riskju u vulnerabbilità; assigurazzjoni dwar il-progress li sar minn operatur ta' SIPS li jnaqqas kwalunkwe riskju u vulnerabbiltà; u l-validazzjoni tal-effettività tal-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli ta' operatur ta' SIPS li jnaqqsu kwalunkwe riskju u vulnerabbiltà; |
|
(3) |
“investigazzjoni” tfisser eżami u analiżi ta' fatti, dokumenti, informazzjoni u avvenimenti, u interpretazzjoni tas-sejbiet tagħhom, bl-użu ta' metodi investigattivi magħrufa u użati normalment; |
|
(4) |
“spezzjoni fuq il-post” tfisser eżami li jsir fil-post tal-operatur ta' SIPS jew f'post relevanti relatat mal-attivitajiet ta' operatur ta' SIPS, inkluż fil-post ta' fornitur ta' servizzi kritiċi sakemm l-arranġamenti kuntrattwali bejn l-operatur ta' SIPS u dak il-fornitur ta' servizzi kritiċi jippermettu tali spezzjoni, li l-għan tiegħu huwa li jipprovdi analiżi fil-fond ta', fost affarijiet oħra, mudelli ta' negozju jew governanza, riskji differenti u sistemi ta' kontroll intern; |
|
(5) |
“tim ta' spezzjoni fuq il-post” tfisser grupp ta' esperti mill-awtorità kompetenti jew id-delegat tagħha jew, skont il-każ, bank ċentrali ieħor tal-Eurosistema, immexxi minn kap ta' tim, li l-għan tiegħu huwa li jwettaq spezzjoni fuq il-post; |
|
(6) |
“fornitur ta' servizzi kritiċi” tfisser fornitur ta' servizz li jkollu arranġament kuntrattwali dirett ma' operatur ta' SIPS biex jipprovdi, fuq bażi kontinwa, servizzi lil dak l-operatur ta' SIPS, u potenzjalment lill-parteċipanti fis-SIPS, li huma essenzjali għall-iżgurar tal-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u l-integrità u d-disponibbiltà tas-servizz, kif ukoll il-funzjonament bla xkiel tal-operazzjonijiet ewlenin tas-SIPS; |
|
(7) |
“awtorità oħra” tfisser awtorità responsabbli għas-sorveljanza ta' SIPS, minbarra l-awtorità kompetenti jew il-banek ċentrali li jissorveljaw jew jissorveljaw il-fornituri ta' servizzi kritiċi ta' SIPS, li lilhom tista' tiġi ddelegata s-setgħa li jwettqu spezzjonijiet fuq il-post. |
Artikolu 2
Prinċipji ġenerali
1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-proċedura li awtorità kompetenti għandha ssegwi u l-kondizzjonijiet li għandha tikkonforma magħhom fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħha skont l-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28).
2. Meta teżerċita s-setgħat tagħha skont l-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28), awtorità kompetenti għandha:
|
(a) |
tikkunsidra l-għanijiet tar-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28) u l-applikabbiltà tagħhom għaċ-ċirkostanzi tal-każ u jeżerċitaw biss tali setgħat li huma proporzjonali għal dawk l-għanijiet u ċ-ċirkostanza tal-każ sabiex jiġi evitat kwalunkwe piż mhux meħtieġ fuq operatur ta' SIPS; |
|
(b) |
jew tapplika l-istess rekwiżiti b'mod konsistenti għal operaturi ta' SIPS simili jew tiġġustifika it-trattament differenti ta' operaturi tas-SIPS. |
3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lil operatur ta' SIPS bil-miktub dwar id-deċiżjoni tagħha li teżerċita waħda mis-setgħat stabbiliti fil-punti (b) jew (c) tal-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28).
4. Id-Deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandha tistabbilixxi dan li ġej:
|
(a) |
il-bażi legali tagħha u dikjarazzjoni tar-raġunijiet; |
|
(b) |
is-setgħa li tiġi eżerċitata; |
|
(c) |
kwalunkwe rekwiżit addizzjonali stipulat fl-Artikoli 4 sa 7 skont is-setgħa li għandha tiġi eżerċitata; |
|
(d) |
jekk is-setgħa li għandha tiġi eżerċitata hija s-setgħa li tagħmel spezzjonijiet fuq il-post u n-notifika bil-miktub lill-operatur ta' SIPS ikkonċernat titħalla barra skont l-Artikolu 11, ir-raġunijiet biex wieħed jipproċedi mingħajr ma l-operatur ta' SIPS ikun infurmat minn qabel; |
|
(e) |
ir-raġunijiet li għalihom l-operatur ta' SIPS jista' jikkontesta d-deċiżjoni. |
5. L-espert indipendenti jew it-tim ta' spezzjoni fuq il-post, kif applikabbli, għandu jkollhom is-setgħat li ġejjin:
|
(a) |
id-dritt li jitolbu l-preżentazzjoni ta' informazzjoni u dokumenti skont l-Artikolu 3; |
|
(b) |
id-dritt li jeżaminaw il-kotba u r-reġistri tal-operatur ta' SIPS u jieħdu kopji jew estratti minn tali kotba u reġistri, inkluż dawk relatati ma' servizzi mwettqa minn fornituri ta' servizzi kritiċi tas-SIPS sakemm jippermettu l-arranġamenti kuntrattwali rispettivi bejn l-operatur ta' SIPS u fornitur ta' servizzi kritiċi; |
|
(c) |
id-dritt li jinkisbu spjegazzjonijiet bil-miktub jew bil-fomm minn kull rappreżentant jew membru tal-persunal tal-operatur ta' SIPS jew il-fornituri ta' servizzi kritiċi tiegħu (f'dan l-aħħar każ biss sa fejn l-arranġamenti kuntrattwali rispettivi bejn l-operatur ta' SIPS u fornitur ta' servizzi kritiku jippermettu u fir-rigward tas-servizzi pprovduti minn dak il-fornitur ta' servizzi kritiċi lis-SIPS); |
|
(d) |
jintervista kull persuna oħra li hija legalment jew kuntrattwalment obbligata li tipprovdi informazzjoni għall-fini ta' ġbir ta' informazzjoni relatata mas-suġġett tal-investigazzjoni, rieżami indipendenti jew spezzjoni fuq il-post. |
6. Mal-konklużjoni ta' investigazzjoni jew reviżjoni indipendenti, l-espert indipendenti għandu jipprovdi l-abbozz tar-rapport tiegħu lill-operatur tas-SIPS u l-awtorità kompetenti u sussegwentement ir-rapport finali tiegħu lill-awtorità kompetenti fil-format u l-istruttura speċifikati minn dan tal-aħħar. L-espert indipendenti għandu jiżgura li s-sejbiet kollha fir-rapport huma bbażati fuq l-evidenza u, sa fejn jaf u jemmen hu, huma preċiżi.
7. Mal-konklużjoni ta' spezzjoni fuq il-post, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi l-abbozz ta' rapport tagħha lill-operatur tas-SIPS.
8. L-operatur ta' SIPS għandu jkollu l-opportunità li jikkummenta bil-miktub dwar abbozz ta' rapport ipprovdut minn espert indipendenti jew l-awtorità kompetenti. Il-bord ta' ġestjoni tal-operatur ta' SIPS għandu japprova u jiffirma r-rapport finali qabel ma jissottomettih jew jirritornah lill-awtorità kompetenti jew lill-espert indipendenti, kif applikabbli.
9. L-obbligu tas-segretezza professjonali għandu japplika għall-persuni kollha fir-rigward tax-xogħol tagħhom b'rabta mal-investigazzjonijiet, ir-rieżamijiet indipendenti jew l-ispezzjonijiet fuq il-post. L-informazzjoni kollha skambjata skont din id-Deċiżjoni għandha tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali, ħlief meta l-iżvelar tagħha jkun meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi nazzjonali.
10. Is-sejbiet li jirriżultaw mill-investigazzjonijiet, ir-rieżamijiet indipendenti jew l-ispezzjonijiet fuq il-post skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28) jistgħu jiġu ppubblikati mill-awtorità kompetenti jew f'livell ta' dettall li ma jidentifikax sistema individwali jew operatur, jew inkella, bil-kunsens tal-operatur tas-SIPS.
Artikolu 3
Eżerċizzju tas-setgħa ta' awtorità kompetenti biex tikseb informazzjoni u dokumenti
1. L-awtorità kompetenti tista' teħtieġ li operatur ta' SIPS jipprovdi l-informazzjoni u d-dokumenti kollha meħtieġa għat-twettiq effiċjenti u effettiv tal-funzjonijiet ta' sorveljanza mogħtija lilha mir-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28), inkluż informazzjoni u dokumenti li għandhom jiġu pprovduti f'intervalli rikorrenti u f'formati speċifikati għal skopijiet ta' sorveljanza.
2. Meta operatur ta' SIPS jintalab jipprovdi informazzjoni u dokumenti skont il-punt (a) tal-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28), l-awtorità kompetenti għandha tispeċifika dan li ġej:
|
(a) |
l-informazzjoni jew id-dokument li għandu jiġi pprovdut; |
|
(b) |
il-format ta', u l-proċess għall-għoti ta', l-informazzjoni jew id-dokument; |
|
(c) |
il-limitu ta' żmien għall-forniment tal-informazzjoni jew tad-dokument u, jekk applikabbli, l-intervalli li fihom għandu jiġi pprovdut, mingħajr preġudizzju għall-obbligu ġenerali ta' operatur ta' SIPS li jwieġeb mingħajr dewmien żejjed. |
3. L-operatur ta' SIPS għandu jipprovdi l-informazzjoni jew id-dokument sal-iskadenza u, jekk applikabbli, fl-intervalli mitluba sakemm ma jkunx jista' jipprovdi evidenza lill-awtorità kompetenti li tapplika waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
|
(a) |
l-informazzjoni jew id-dokument ma jkunux disponibbli minnufih; |
|
(b) |
l-informazzjoni jew id-dokument ma jkunux biss proprjetà tal-operatur ta' SIPS, jew ma jirrigwardawx biss l-attività tiegħu, u għalhekk għandu jinkiseb il-kunsens minn parti terza għall-għoti ta' dik l-informazzjoni jew dak id-dokument lill-awtorità kompetenti. |
Jekk l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta bl-evidenza li tapplika waħda miċ-ċirkostanzi, tista' tagħti lill-operatur ta' SIPS żmien addizzjonali biex jipprovdi l-informazzjoni jew id-dokument rilevanti.
4. L-operatur ta' SIPS u l-persunal tiegħu ma għandhomx ikunu eżentati milli jikkonformaw mal-obbligi tagħhom taħt din id-Deċiżjoni li jipprovdu informazzjoni jew dokumenti għal raġunijiet ta' segretezza professjonali.
5. L-operatur ta' SIPS għandu jinkludi klawżoli fl-arranġamenti kuntrattwali tiegħu ma' partijiet terzi, inkluż ma' fornituri ta' servizzi kritiċi, li jippermettu l-kondiviżjoni ta' informazzjoni u dokumenti mal-awtorità kompetenti, mal-espert indipendenti u mat-tim ta' spezzjoni fuq il-post fir-rigward tas-servizz ipprovdut minn dawn il-partijiet terzi lis-SIPS.
Artikolu 4
Eżerċitar tas-setgħa ta' awtorità kompetenti li teħtieġ il-ħatra ta' espert indipendenti
1. L-awtorità kompetenti tista' teħtieġ li l-operatur ta' SIPS jaħtar espert indipendenti biex iwettaq jew investigazzjoni skont l-Artikolu 5 jew reviżjoni indipendenti skont l-Artikolu 6. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lil operatur ta' SIPS bid-deċiżjoni tagħha li l-operatur ta' SIPS għandu jaħtar espert indipendenti skont l-Artikolu 2(4). L-operatur ta' SIPS għandu jħallas l-ispejjeż kollha relatati mal-ħatra ta' espert indipendenti.
2. Meta jinħatar espert indipendenti, l-operatur ta' SIPS għandu jikkonsulta mal-fornitur ta' servizzi kritiku tiegħu fejn rilevanti.
3. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li d-deċiżjoni li biha titlob lill-operatur tas-SIPS li jaħtar espert indipendenti għandha tinkludi tal-anqas ir-rekwiżiti u l-informazzjoni li ġejjin:
|
(a) |
li l-espert indipendenti li għandu jinħatar mill-operatur ta' SIPS ma kienx involut direttament jew indirettament fl-aħħar sentejn fl-operat jew fis-sorveljanza tas-SIPS rilevanti, u għandu l-għarfien espert speċifiku meħtieġ għall-finijiet tal-investigazzjonijiet u r-reviżjonijiet indipendenti, inkluż, pereżempju, kompetenza fl-infrastrutturi tas-suq finanzjarju, ir-regolamentazzjoni finanzjarja, is-sistemi ta' informazzjoni u t-teknoloġija tal-komunikazzjoni, il-ġestjoni tar-riskju, ir-rappurtar finanzjarju jew l-awditjar; |
|
(b) |
dettalji dwar ir-rwol, id-dmirijiet, is-setgħat u l-qasam meħtieġ ta' kompetenza, ħila u għarfien tal-espert indipendenti; |
|
(c) |
li l-operatur ta' SIPS jiżgura li l-espert indipendenti jkollu l-kwalifiki, il-kapaċità u l-għarfien meħtieġa u jwettaq il-funzjonijiet tiegħu ħielsa minn kwalunkwe kunflitt ta' interess u f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 5 sa 7 ta' dan l-Artikolu; |
|
(d) |
l-iskadenza sa meta għandu jinħatar l-espert indipendenti; |
|
(e) |
li l-operatur ta' SIPS jinforma lill-awtorità kompetenti dwar kif ir-rekwiżiti imposti mill-awtorità kompetenti ġew issodisfati u jipprovdi kwalunkwe gwida rilevanti f'dan ir-rigward; |
|
(f) |
li l-operatur ta' SIPS jipprovdi d-dettalji ta' kuntatt tal-espert indipendenti għall-finijiet tal-paragrafu 13 ta' dan l-Artikolu. |
4. Id-Deċiżjoni li permezz tagħha l-awtorità kompetenti teħtieġ lill-operatur ta' SIPS li jaħtar espert indipendenti jista' jkun fiha rekwiżiti flimkien ma' dawk stabbiliti fil-paragrafu 3 hawn fuq. L-operatur ta' SIPS għandu jehmeż id-deċiżjoni li permezz tagħha l-awtorità kompetenti teħtieġ li taħtar espert indipendenti għall-arranġament kuntrattwali tagħha mal-espert indipendenti.
5. Fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu, espert indipendenti għandu jkollu s-setgħat kollha msemmija fl-Artikolu 6(3).
6. L-operatur ta' SIPS għandu jiżgura li l-espert indipendenti maħtur biex iwettaq investigazzjoni jew rieżami indipendenti jkollu l-kwalifiki minimi li ġejjin:
|
(a) |
grad universitarju komplut jew livell ekwivalenti ta' kwalifika; jew |
|
(b) |
ċertifikat jew diploma mogħtija jew rikonoxxuti minn Stat Membru ta' kompetenza professjonali tal-UE f'wieħed mill-oqsma fejn l-espert indipendenti huwa meħtieġ li jkollu għarfien espert għall-finijiet tal-investigazzjoni jew rieżami indipendenti. |
7. Fejn meħtieġ biex tiġi żgurata esperjenza prattika flimkien mal-kwalifiki meħtieġa skont il-paragrafu 6, l-awtorità kompetenti tista' teħtieġ ukoll li l-operatur ta' SIPS jiżgura li l-espert indipendenti jkollu esperjenza (preferibbilment ta' 3 snin jew aktar) fit-twettiq ta' investigazzjonijiet simili jew ta' reviżjonijiet indipendenti jew eżamijiet ekwivalenti għal ditti fi ħdan is-settur finanzjarju. Madankollu, qabel ma timponi kwalunkwe rekwiżit addizzjonali għal esperjenza prattika, l-awtorità kompetenti għandha tqis in-novità potenzjali tal-investigazzjoni jew tar-reviżjoni indipendenti u tar-restrizzjonijiet għal esperti futuri potenzjali li dawk ir-rekwiżiti addizzjonali jistgħu jimponu. L-operatur ta' SIPS għandu jiżgura li l-espert indipendenti jkun suġġett għal prinċipji ta' etika professjonali, li jkopru mill-inqas il-funzjoni ta' interess pubbliku, l-integrità u l-oġġettività tiegħu u l-kompetenza professjonali u l-attenzjoni meħtieġa tiegħu.
8. Meta jiġi rreklutat l-espert indipendenti, l-operatur ta' SIPS għandu jeħtieġ prova suffiċjenti tal-kwalifiki u l-esperjenza msemmija fil-paragrafi 6 u 7. Huwa għandu jinforma lill-awtorità kompetenti bl-identità tal-espert indipendenti magħżul u, jekk l-awtorità kompetenti titlob dan, dwar kif il-ħatra tal-espert indipendenti tkun konformi mar-rekwiżiti fil-paragrafi 6 u 7. L-awtorità kompetenti għandha żżomm id-dritt li tirrikjedi li l-operatur ta' SIPS jaħtar espert indipendenti differenti, jekk tqis li r-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Deċiżjoni jew fid-deċiżjoni li teħtieġ il-ħatra ta' espert indipendenti ma jiġux issodisfati mill-espert indipendenti magħżul mill-operatur tas-SIPS.
9. Sakemm ma jkunx speċifikat mill-awtorità kompetenti, l-operatur ta' SIPS jista' jiftiehem mal-espert indipendenti dwar il-ħin eżatt għall-bidu u t-tul tal-investigazzjoni jew rieżami indipendenti, skont l-ambitu pprovdut mill-awtorità kompetenti, inkluż f'dawk il-każijiet fejn l-awtorità kompetenti titlob li perjodikament isir rieżami indipendenti.
10. L-operatur ta' SIPS għandu jiżgura li l-espert indipendenti jkollu aċċess għad-dokumenti u l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-finijiet tal-investigazzjoni jew tar-reviżjoni indipendenti skont l-Artikoli 5 u 6 matul il-perjodu kollu tal-investigazzjoni jew rieżami indipendenti. Fir-rigward tal-punt (c) tal-Artikolu 2(5), l-operatur ta' SIPS għandu jinkludi klawżoli fl-arranġamenti kuntrattwali tiegħu mal-fornituri ta' servizzi kritiċi tiegħu li jippermettu li l-espert indipendenti jkollu aċċess għall-ispjegazzjonijiet tar-rappreżentanti jew membri tal-persunal tal-fornituri ta' servizzi kritiċi u għat-trażmissjoni ta' informazzjoni lill-bank ċentrali li jimmonitorja jew jissorvelja l-fornitur ta' servizzi kritiċi skont l-Artikolu 9(4).
11. L-operatur ta' SIPS għandu jippermetti lill-espert indipendenti jwettaq investigazzjonijiet jew rieżamijiet indipendenti fil-bini tal-operatur ta' SIPS, kull meta l-awtorità kompetenti tivvaluta li dan se jikseb it-tmexxija effiċjenti u effettiva tal-investigazzjonijiet jew rieżamijiet indipendenti.
12. L-operatur ta' SIPS għandu jiżgura li l-arranġamenti kuntrattwali għall-forniment tas-servizzi tal-espert indipendenti fir-rigward tat-twettiq ta' investigazzjonijiet jew rieżamijiet indipendenti jipprovdu għall-obbligu tal-espert indipendenti biex iwieġeb għall-mistoqsijiet tal-awtorità kompetenti dwar is-sejbiet wara d-data tat-tmiem biex jitwettqu r-rieżami indipendenti jew li l-investigazzjoni tkun skadiet.
13. L-awtorità kompetenti tista' tikkomunika mal-espert indipendenti direttament billi tagħti avviż bil-quddiem lill-operatur tas-SIPS.
Artikolu 5
Eżerċitar tas-setgħa ta' awtorità kompetenti li teħtieġ it-twettiq ta' investigazzjoni
L-awtorità kompetenti tista' titlob lill-operatur tas-SIPS biex jaħtar espert indipendenti skont l-Artikolu 4 sabiex iwettaq investigazzjoni, jekk tqis li dan ikun meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28).
Artikolu 6
Eżerċitar tas-setgħa ta' awtorità kompetenti li teħtieġ li jsir rieżami indipendenti
1. L-awtorità kompetenti tista' teħtieġ li l-operatur ta' SIPS jaħtar espert indipendenti skont l-Artikolu 4 biex iwettaq rieżami indipendenti, jekk tqis li dan ikun meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28).
2. L-awtorità kompetenti tista' teħtieġ li jsir rieżami indipendenti fuq bażi ta' darba waħda biss jew, f'każijiet eċċezzjonali, f'intervalli perjodiċi f'ambitu predefinit, b'rabta ma' raġunijiet operazzjonali, ta' sigurtà, ta' ġestjoni tar-riskju, ta' negozju jew legali. Jekk l-awtorità kompetenti teħtieġ rieżami indipendenti f'intervalli perjodiċi, hija għandha tispeċifika u tiġġustifika l-frekwenza ta' dawk l-intervalli u l-ambitu ta' tali rieżami indipendenti kif ukoll id-data tat-tmiem tiegħu.
3. L-ambitu tar-rieżami indipendenti jista' jkopri kwistjoni waħda jew aktar, magħżula mill-awtorità kompetenti abbażi ta' ġustifikazzjoni xierqa. L-espert indipendenti għandu jkollu s-setgħa li jiġbor kwalunkwe informazzjoni mis-SIPS li jqis li hija meħtieġa biex jipprovdi fehim komprensiv tal-kwistjoni jew kwistjonijiet fl-ambitu tar-rieżami indipendenti.
Artikolu 7
Eżerċitar tas-setgħa ta' awtorità kompetenti biex twettaq spezzjonijiet fuq il-post
1. L-awtorità kompetenti tista' twettaq spezzjoni fuq il-post, jew tiddelega t-twettiq ta' spezzjonijiet fuq il-post lil awtorità oħra skont l-Artikolu 8, jekk tqis li dan ikun meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28).
2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2(4) ta' din id-Deċiżjoni, meta l-awtorità kompetenti teżerċita s-setgħa li twettaq spezzjonijiet fuq il-post, id-deċiżjoni ta' spezzjoni għandha mill-inqas tispeċifika:
|
(a) |
is-suġġett u l-iskop tal-ispezzjoni fuq il-post; u |
|
(b) |
il-fatt li kull xkiel għall-investigazzjoni fuq il-post mill-persuna ġuridika li suġġetta għaliha għandu jikkostitwixxi ksur tar-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28), mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali. |
3. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-persuna ġuridika li tkun suġġetta għal spezzjoni fuq il-post bid-deċiżjoni, bl-identità tal-membri tat-tim ta' spezzjoni fuq il-post, ta' mill-inqas 10 ijiem tax-xogħol qabel il-bidu tal-ispezzjoni fuq il-post.
4. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-ispezzjoni fuq il-post titwettaq f'ambitu predefinit u f'perjodu ta' żmien li hija tiddetermina f'kooperazzjoni mal-entità soġġetta għal spezzjoni fuq il-post. Madankollu, jekk tqis li jkun meħtieġ, l-awtorità kompetenti tista' testendi l-ambitu u l-iskeda ta' żmien tal-ispezzjoni fuq il-post matul l-ispezzjoni permezz ta' deċiżjoni riveduta, li għandha tiġi nnotifikata lill-entità soġġetta għal spezzjoni fuq il-post.
5. L-operatur ta' SIPS għandu jinkludi klawżoli fl-arranġamenti kuntrattwali tiegħu ma' fornituri ta' servizzi kritiċi, li jippermettu li l-ispezzjoni fuq il-post issir ukoll fil-post tal-fornitur ta' servizzi kritiċi. Tali klawżoli għandhom jippermettu lill-awtorità kompetenti biex tinvolvi lill-bank ċentrali li jimmonitorja jew jissorvelja lill-fornitur ta' servizzi kritiċi fil-proċess ta' spezzjoni fuq il-post, inkluż għall-iskambju ta' informazzjoni rilevanti. L-operatur ta' SIPS għandu jiżgura li dawk l-arranġamenti kuntrattwali jippermettu wkoll li l-awtorità kompetenti jkollha aċċess għal spjegazzjonijiet bil-miktub jew orali ta' rappreżentanti jew membri tal-persunal tal-fornituri ta' servizzi kritiċi fir-rigward tas-servizz li dawn jipprovdu lis-SIPS. L-operatur ta' SIPS għandu jinkludi wkoll klawżoli fl-arranġamenti kuntrattwali mal-fornituri ta' servizzi kritiċi tiegħu li jagħtu lill-awtorità kompetenti aċċess għal informazzjoni u sejbiet minn spezzjonijiet fuq il-post preċedenti tal-fornitur ta' servizzi kritiċi tal-istess ambitu u natura li jkunu diġà twettqu mill-bank ċentrali li jimmonitorja jew jissorvelja l-fornitur ta' servizzi kritiċi.
Artikolu 8
Delega tas-setgħa li jitwettqu spezzjonijiet fuq il-post
1. Soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-liġi nazzjonali applikabbli rilevanti u r-regoli proċedurali interni tal-awtorità kompetenti, l-awtorità kompetenti tista' tiddelega s-setgħa li jitwettqu spezzjonijiet fuq il-post lil awtorità oħra sakemm dik l-awtorità u t-tim ta' spezzjoni tagħha jżommu l-informazzjoni u d-dokumenti miksuba mingħand l-operatur tas-SIPS kunfidenzjali u jirrispettaw il-prinċipji rilevanti tal-Artikolu 7 kif ukoll regoli organizzazzjonali interni ulterjuri għal spezzjoni fuq il-post, u li l-awtorità kompetenti li tiddelega għandha żżomm il-poter sħiħ fuq l-ispezzjoni u r-responsabbiltà fir-rigward tagħha.
2. L-awtorità kompetenti, awtorità oħra u l-operatur ta' SIPS għandhom jirrispettaw il-kunfidenzjalità tal-proċedimenti ta' spezzjoni fuq il-post.
Artikolu 9
Kooperazzjoni mal-awtoritajiet
1. L-awtorità kompetenti għal SIPS għandha teżerċita s-setgħat imsemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28) fuq il-bażi ta' deċiżjoni meħuda minnha. Jekk l-awtorità kompetenti tkun bank ċentrali nazzjonali, hija għandha tinforma lill-Eurosistema b'dik id-deċiżjoni malli tiġi adottata.
2. Jekk il-persunal ta' operatur ta' SIPS jostakolaw spezzjoni fuq il-post meħtieġa minn awtorità kompetenti skont din id-Deċiżjoni, il-bank ċentrali nazzjonali tal-Istat Membru parteċipanti kkonċernat għandu jagħti l-assistenza meħtieġa lill-membri tat-tim ta' spezzjoni f'konformità mal-liġi nazzjonali. Safejn ikun meħtieġ għall-ispezzjoni fuq il-post, din l-assistenza għandha tinkludi l-issiġillar ta' kwalunkwe bini kummerċjali u kotba jew reġistri. Meta s-setgħa ma tkunx disponibbli għall-awtorità nazzjonali kompetenti kkonċernata, hija għandha tuża s-setgħat tagħha biex titlob l-assistenza meħtieġa minn awtoritajiet nazzjonali oħrajn.
3. Jekk spezzjoni fuq il-post jew l-assistenza li għandha tingħata skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jkunu jeħtieġu awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja skont il-liġi nazzjonali applikabbli, allura l-awtorità li twettaq l-ispezzjoni fuq il-post għandha tapplika għal dik l-awtorizzazzjoni.
4. Meta, bħala parti mill-investigazzjoni jew reviżjoni indipendenti tal-operatur ta' SIPS, l-espert indipendenti jkun meħtieġ jeżerċita d-drittijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) fir-rigward tal-fornituri ta' servizzi kritiċi ta' SIPS, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-bank ċentrali li jimmonitorja jew jissorvelja lill-fornitur ta' servizzi kritiku dwar l-intenzjoni li jeżerċita dawk id-drittijiet u tista' tinforma lil dak il-bank ċentrali bis-sejbiet tal-investigazzjoni jew ir-rieżami indipendenti wara li dan jitwettaq.
5. Meta spezzjoni fuq il-post titqies meħtieġa biex issir ukoll fil-post ta' fornitur ta' servizzi kritiċi ta' SIPS, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-bank ċentrali li jimmonitorja jew jissorvelja l-fornitur ta' servizzi kritiku tal-ispezzjoni fuq il-post maħsuba qabel ma tinnotifika lill-operatur ta' SIPS.
6. Sakemm l-ispezzjoni fuq il-post tal-istess ambitu u natura tkun kienet diġà twettqet mill-bank ċentrali li jimmonitorja jew jissorvelja lill-fornitur ta' servizzi kritiċi ta' SIPS, l-awtorità kompetenti għas-SIPS tista' tagħżel li tibbaża fuq is-sejbiet ta' dik l-ispezzjoni fuq il-post jew twettaq spezzjoni fuq il-post tagħha stess. F'dan ir-rigward, l-awtorità kompetenti tista' titlob lill-fornitur ta' servizzi kritiċi biex jagħti aċċess għall-informazzjoni rispettiva u s-sejbiet li huma disponibbli għalih jew biex jagħti l-kunsens lill-awtorità kompetenti li għandha aċċess għal dawn is-sejbiet fil-bank ċentrali. Jekk tkun għadha ma saret l-ebda spezzjoni fuq il-post jew ma tkunx saret waħda tal-istess ambitu u natura, l-awtorità kompetenti tas-SIPS tista', fid-diskrezzjoni tagħha, twettaq ukoll l-ispezzjoni fil-post tal-fornitur ta' servizzi kritiċi. B'dan il-mod, l-awtorità kompetenti, wara li tikkunsidra s-setgħat u r-responsabbiltajiet tal-banek ċentrali, tista' tinvolvi lill-bank ċentrali li jimmonitorja jew jissorvelja lill-fornitur ta' servizzi kritiċi fil-proċess tal-ispezzjoni fuq il-post u tista' tinforma lil dak il-bank ċentrali bis-sejbiet tal-ispezzjoni fuq il-post wara li tkun twettqet.
7. Jekk jitqies li huwa meħtieġ li l-ispezzjoni fuq il-post issir ukoll fil-post ta' fornitur ta' servizzi kritiċi ta' SIPS, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika wkoll lill-fornitur ta' servizzi kritiċi dwar l-ispezzjoni fl-istess ħin bħall-operatur ta' SIPS skont l-Artikolu 2(4).
Artikolu 10
Id-dritt li wieħed jinstema' u jaċċessa l-informazzjoni
1. L-espert indipendenti jew it-tim ta' spezzjoni fuq il-post, skont kif ikun il-każ, għandu jqis il-kummenti ppreżentati mill-operatur ta' SIPS matul rieżami indipendenti, investigazzjoni jew spezzjoni fuq il-post u għandu jibbaża s-sejbiet tagħhom fuq fatti li l-operatur ta' SIPS ikkonċernat kellu l-opportunità li jikkummenta dwarhom.
2. Meta jippreżentaw ir-rapport dwar is-sejbiet lill-awtorità kompetenti, l-espert indipendenti jew it-tim ta' spezzjoni fuq il-post għandu jinnotifika lill-operatur ta' SIPS. L-operatur ta' SIPS għandu jkun intitolat li jkollu aċċess għar-rapport, soġġett għall-interess leġittimu ta' persuni u entitajiet legali oħrajn fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom. Id-dritt ta' aċċess għar-rapport m'għandux jestendi għal informazzjoni kunfidenzjali li taffettwa lil terzi persuni.
Artikolu 11
Spezzjonijiet fuq il-post mhux imħabbra
Minkejja l-Artikolu 7(3), awtorità kompetenti mhijiex obbligata li tinforma lil entità soġġetta għal spezzjoni fuq il-post b'dik l-ispezzjoni minn qabel jekk ikun hemm indikazzjonijiet li jeżistu fatti ta' natura serja li jheddu l-funzjonament bla xkiel tas-SIPS jew jekk billi tinforma lil dik l-entità dwar il-ħtieġa li tipproċedi bi spezzjoni fuq il-post jistgħu jiġu ppreġudikati r-riżultati tagħha. F'dan il-każ, id-deċiżjoni li wieħed jipproċedi bi spezzjoni fuq il-post għandha tindika r-raġunijiet għalfejn trid tipproċedi mingħajr ma tinforma lil dik l-entità bil-quddiem u għandha tingħata lil dik l-entità biss wara li tkun bdiet l-ispezzjoni.
Artikolu 12
Reġim lingwistiku bejn l-awtorità kompetenti u l-operatur tas-SIPS
1. Kwalunkwe dokument li operatur ta' SIPS soġġett għal sorveljanza skont ir-Regolament (UE) Nru 795/2014 (ECB/2014/28) jibgħat lill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 3 ta' din id-Deċiżjoni jista' jiġi abbozzat bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni, magħżula mill-operatur tas-SIPS.
2. L-operatur ta' SIPS soġġett għal sorveljanza jista' jaqbel li juża esklużivament lingwa uffiċjali waħda tal-Unjoni fil-komunikazzjoni bil-miktub mal-awtorità kompetenti. L-operatur ta' SIPS jista' jirrevoka tali ftehim dwar l-użu ta' lingwa waħda jew jista' jagħżel li jirrinunzja dan id-dritt kultant u għal ċerti komunikazzjonijiet bil-miktub sabiex jitħaffef il-proċess, mingħajr ebda effett fuq proċeduri futuri. Ir-revoka għandha taffettwa biss l-aspetti tal-proċedura ta' sorveljanza li jkunu għadhom ma twettqux.
3. L-operatur ta' SIPS jista' jitlob l-investigazzjoni, ir-reviżjoni indipendenti jew l-ispezzjoni fuq il-post li għandhom jitwettqu f'lingwa uffiċjali tal-Unjoni li mhijiex il-lingwa miftiehma għall-proċess ta' sorveljanza. Jekk ikun biħsiebu jagħmel hekk, l-operatur ta' SIPS għandu javża biżżejjed minn qabel dwar din l-intenzjoni lill-awtorità kompetenti jew espert indipendenti qabel il-bidu tal-investigazzjoni, rieżami indipendenti jew spezzjoni fuq il-post sabiex ikunu jistgħu jsiru l-arranġamenti meħtieġa.
Artikolu 13
Dispożizzjonijiet finali
Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Gurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-26 ta' Lulju 2019.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 217, 23.7.2014, p. 16.
(2) Disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali fuq www.bis.org.
(3) Ir-Regolament (UE) 2017/2094 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta' Novembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 795/2014 dwar ir-rekwiżiti ta' sorveljanza għal sistemi ta' ħlas sistemikament importanti (BĊE/2017/32) (ĠU L 299, 16.11.2017, p. 11).