ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 209

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
9 ta' Awwissu 2019


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1337 tat-8 ta' Awwissu 2019 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/24

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1338 tat-8 ta' Awwissu 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f'kuntatt mal-ikel ( 1 )

5

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1339 tat-8 ta' Awwissu 2019 li jagħti perjodu tranżizzjonali għall-użu tad-denominazzjoni ta' oriġini protetta Cidre Cotentin/Cotentin (DOP)

8

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1340 tat-8 ta' Awwissu 2019 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina

10

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1341 tat-8 ta' Awwissu 2019 li taġġorna l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2019/25

15

 

 

REGOLI TA' PROĊEDURA

 

*

Deċiżjoni tal-Bord Maniġerjali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini tat-12 ta' Ġunju 2019 dwar regoli interni rigward restrizzjonijiet ta' ċerti drittijiet ta' suġġetti tad-data fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-funzjonament tal-Aġenzija

19

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

9.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1337

tat-8 ta' Awwissu 2019

li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/24

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-8 ta' Jannar 2019, il-Kunsill adotta r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/24 (2) li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001, li jistabbilixxi lista aġġornata ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 (“il-lista”).

(2)

Fejn kien possibbli fil-prattika, il-Kunsill ipprovda dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet lill-persuni, il-gruppi u l-entitajiet kollha bl-ispjegazzjoni għaliex ddaħħlu fil-lista.

(3)

B'avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill informa lill-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fuq il-lista li huwa kien iddeċieda li jżommhom fuqha. Il-Kunsill informa wkoll lill-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati li kien possibbli li tintalab dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill talli ddaħħlu fil-lista, fejn tali dikjarazzjoni ma kinitx diġà ġiet ikkomunikata lilhom.

(4)

Il-Kunsill irrieżamina l-lista kif rikjest mill-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001. Meta wettaq ir-rieżami, il-Kunsill ħa kont tal-osservazzjonijiet ippreżentati lilu minn dawk ikkonċernati kif ukoll tal-informazzjoni aġġornata li waslet mingħand l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dwar l-istatus ta' individwi u entitajiet elenkati fil-livell nazzjonali.

(5)

Il-Kunsill ivverifika li awtoritajiet kompetenti, kif imsemmijin fl-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK (3), ħadu deċiżjonijiet fir-rigward tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet kollha fil-lista fejn irriżulta li huma kienu involuti f'atti terroristiċi fis-sens tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. Il-Kunsill ikkonkluda wkoll li jenħtieġ li l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK jibqgħu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fir-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

(6)

Jenħtieġ li l-lista tiġi aġġornata skont dan u jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/24 jitħassar,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 tinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/24 huwa b'dan imħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Awwissu 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

T. TUPPURAINEN


(1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/24 tat-8 ta' Jannar 2019 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/1071 (ĠU L 6, 9.1.2019, p. 2).

(3)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93).


ANNESS

LISTA TA' PERSUNI, GRUPPI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1

I.   PERSUNI

1.

ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), imwieled fil-11.8.1960 fl-Iran. Passaport: D9004878.

2.

AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f'Al Ihsa (Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

3.

AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f'Tarut (Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

4.

ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), imwieled fis-6.3.1955 jew il-15.3.1955 fl-Iran. Ċittadin Iranjan u tal-Istati Uniti, Paasaport: C2002515 (l-Iran); Passaport: 477845448 (Stati Uniti tal-Amerka). Numru tal-ID nazzjonali: 07442833, data tal-iskadenza 15.3.2016 (liċenzja tas-sewqan tal-Istati Uniti tal-Amerka).

5.

Asadi Assadollah, imwieled fit-22.12.1971 f'Teheran (l-Iran), ċittadin Iranjan. Numru tal-passaport diplomatiku Iranjan: D9016657.

6.

BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR, magħruf ukoll bħala SOBIAR, magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-8.3.1978 f'Amsterdam (in-Netherlands).

7.

EL HAJJ, Hassan Hassan, imwieled fit-22.3.1988 f'Zaghdraiya, Sidon, il-Libanu, ċittadin Kanadiż. Numru tal-passaport: JX446643 (Kanada).

8.

HASHEMI MOGHADAM Saeid, imwieled fis-6.8.1962 f'Teheran (l-Iran), ċittadin Iranjan. Numru tal-passaport: D9016290, validu sal-4.2.2019.

9.

IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, Ahmed, magħruf ukoll bħala SA-ID, magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil-Libanu, ċittadin tal-Libanu.

10.

MELIAD, Farah, imwieled fil-5.11.1980 f'Sydney (l-Awstralja), ċittadin Awstraljan. Numru tal-passaport: M2719127 (l-Awstralja).

11.

MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem, magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah, magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith, magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, numru tal-passaport 488555.

12.

ȘANLI, Dalokay (magħruf ukoll bħala Sinan), imwieled fit-13.10.1976 f'Pülümür (it-Turkija).

13.

SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala'i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla'i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Yusuf Abu-al-Karkh), imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1957 fl-Iran. Indirizzi: (1) Kermanshah, l-Iran, (2) Bażi Militari ta' Mehran, Provinċja ta' Ilam, l-Iran.

14.

SHAKURI Ali Gholam, imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1965 f'Teheran, l-Iran.

15.

SOLEIMANI Qasem (magħruf ukoll bħala Ghasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasmi Sulayman, magħruf ukoll bħala Qasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasem Solaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Salimani, magħruf ukoll bħala Qasem Solemani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulemani), imwieled fil-11.3.1957 fl-Iran. Ċittadin Iranjan, Passaport: 008827 (Diplomatiku Iranjan), maħruġ fl-1999. Titolu: Maġġur Ġeneral.

II.   GRUPPI U ENTITAJIIET

1.

“L-Organizzazzjoni Abu Nidal” — “(ANO), (magħrufa wkoll bħala l-Kunsill Rivoluzzjonarju tal-Fatah, il-Brigati Rivoluzzjonarji Għarab, Settembru l-Iswed, u l-Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti”).

2.

“Il-Brigata tal-Martri ta' Al-Aqsa”.

3.

“Al-Aqsa e.V”.

4.

“Babbar Khalsa”

5.

“Il-Partit Komunista tal-Filippini”, inkluż l-“Armata l-Ġdida tal-Poplu” — “NPA”, il-Filippini.

6.

“Direttorat għas-Sigurtà Interna tal-Ministeru Iranjan għall-Intelliġenza u s-Sigurtà”.

7.

“GAMA'A AL-ISLAMIYYA” (magħruf ukoll bħala Al-Gama'a al-Islamiyya) (Grupp Iżlamiku — IG).

8.

“İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi” — “IBDA-C” (il-“Front Iżlamiku tal-Ġellieda tal-Lvant il-Kbir”).

9.

“ĦAMAS”, inkluż “Hamas-Izz al-Din-al-Qassem”.

10.

“Il-Fergħa Militari ta' Hizballah” (magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari tal-Hezbollah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta' Hizbullah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta' Hizbollah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta' Hezballah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta' Hisbollah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta' Hizbu'llah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta' Hizb Allah”, magħrufa wkoll bħala l-“Kunsill tal-Ġihad” (u l-unitajiet kollha li jirrappurtaw lilha, inkluż l-Organizzazzjoni Esterna tas-Sigurtà)).

11.

“Hizbul Mujahideen” — “HM”.

12.

“Khalistan Zindabad Force” — “KZF”.

13.

Il-“Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan” — “PKK” (magħruf ukoll bħala “KADEK”, magħruf ukoll bħala “KONGRA-GEL”).

14.

“Tigri għal-liberazzjoni tat-Tamil Eelam” — “LTTE”.

15.

“Ejército de Liberación Nacional” (l-“Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali”).

16.

“Ġiħad Iżlamika Palestinjana”— “PIJ”.

17.

“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina” — “PFLP”.

18.

Il-“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina — Kmand Ġenerali” (magħruf ukoll bħala “PFLP — Kmand Ġenerali”).

19.

“Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi” — “DHKP/C” (magħruf ukoll bħala “Devrimci Sol” (“Xellug Rivoluzzjonarju”), magħruf ukoll bħala “Dev Sol”) (“Armata/Front/Partit Rivoluzzjonarju għall-Ħelsien tal-Poplu”).

20.

“Sendero Luminoso” — “SL” (it-“Triq li Tiddi”).

21.

“Teyrbazen Azadiya Kurdistan” — “TAK” (magħruf ukoll bħala “Kurdistan Freedom Falcons”, magħruf ukoll bħala “Kurdistan Freedom Hawks”).


9.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1338

tat-8 ta' Awwissu 2019

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f'kuntatt mal-ikel

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (1), u b'mod partikolari l-punti (a), (d), (e), u (i) tal-Artikolu 5(1), l-Artikolu 11(3) u l-Artikolu 12(3) u (6) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 (2) jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' sustanzi awtorizzati li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta' materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel.

(2)

Mill-aħħar emenda tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 'l hawn, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ippubblikat opinjoni xjentifika dwar l-użi permessi ta' sustanza diġà awtorizzata li tista' tintuża f'materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel (“FCM”). Sabiex jiġi żgurat li r-Regolament (UE) Nru 10/2011 jirrifletti s-sejbiet l-iktar reċenti tal-Awtorità, jenħtieġ li dak ir-Regolament jiġi emendat.

(3)

Is-sustanza poli((R)-3-idrossibutirat-ko-(R)-3-idrossieżanoat) (is-sustanza FCM Nru 1059, Nru CAS 147398-31-0) ġiet awtorizzata mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/37 (3) biex tintuża waħedha jew imħallta ma' polimeri oħrajn f'kuntatt ma' tipi ta' ikel xott jew solidu li għalihom ġie assenjat is-simulant tal-ikel E fit-Tabella 2 tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 abbażi ta' żewġ opinjonijiet xjentifiċi (4) (5) ippubblikati mill-Awtorità. L-Awtorità adottat opinjoni xjentifika favorevoli ġdida (6) li testendi l-użu ta' din is-sustanza waħedha jew imħallta ma' polimeri oħrajn fil-manifattura tal-plastiks maħsuba biex jiġu f'kuntatt ma' kull tip ta' ikel. F'din l-opinjoni tal-aħħar, l-Awtorità kkonkludiet li din is-sustanza mhijiex ta' tħassib għas-sikurezza tal-konsumatur jekk tintuża waħedha jew inkella titħallat ma' polimeri oħrajn f'kuntatt ma' kull tip ta' ikel f'kundizzjonijiet ta' kuntatt ta' sitt xhur jew aktar f'temperatura ambjentali jew inqas, inklużi fażijiet ta' mili sħun jew ta' tisħin qasir, bil-kundizzjoni li l-migrazzjoni tal-oligomeri kollha b'piż molekulari taħt l-1 000 Da ma taqbiżx il-5,0 mg/kg ta'ikel jew simulant tal-ikel. Il-konklużjoni tal-Awtorità hija bbażata fuq l-agħar kundizzjonijiet tal-ittestjar tal-migrazzjoni stabbiliti fil-punt 2.1.4 tal-Kapitolu 2 tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 għal kundizzjonijiet ta' kuntatt fit-tul (sitt xhur jew aktar) mal-ikel f'temperatura ambjentali jew inqas. Skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 2.1.5 tal-Kapitolu 2 tal-Anness V ta' dak ir-Regolament, dawn l-agħar kundizzjonijiet tal-ittestjar tal-migrazzjoni jindirizzaw ukoll kundizzjonijiet ta' kuntatt ta' inqas minn sitt xhur f'temperatura ambjentali jew inqas. Għalhekk, l-użu ta' din is-sustanza waħidha jew imħallta ma' polimeri oħrajn fil-manifattura tal-plastiks maħsuba biex jiġu f'kuntatt ma' kull tip ta' ikel f'kundizzjonijiet ta' kuntatt ta' inqas minn sitt xhur f'temperatura ambjentali jew inqas, inkluż fażijiet ta' mili sħun jew ta' tisħin qasir, ukoll mhux se jkun ta' tħassib għas-sikurezza, sakemm il-migrazzjoni tal-oligomeri kollha b'piż molekulari taħt l-1 000 Da ma taqbiżx il-5,0 mg/kg ta' ikel jew simulant tal-ikel. Barra minn hekk, f'din l-opinjoni, l-Awtorità kkonfermat ukoll li l-limitu ta' migrazzjoni speċifika ta' 0,05 mg/kg ta' ikel stabbilit għall-prodott tad-degradazzjoni, l-aċidu krotoniku, fl-awtorizzazzjoni preċedenti tas-sustanza FCM Nru 1059, jenħtieġ li japplika wkoll f'dan l-użu estiż. Għalhekk, l-entrata għal din is-sustanza fit-Tabella 1 tal-punt 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 jenħtieġ li tinkludi l-użi ta' din is-sustanza mat-tipi kollha tal-ikel u fil-kundizzjonijiet kollha, fil-kolonna 10 ta' dik it-Tabella.

(4)

L-awtorizzazzjoni tas-sustanza FCM Nru 1059 prevista f'dan ir-Regolament, tirrikjedi li l-migrazzjoni totali tal-oligomeri kollha b'piż molekulari taħt l-1 000 Da ma taqbiżx il-5,0 mg/kg ta' ikel jew simulant tal-ikel. Peress li l-metodi analitiċi biex tiġi ddeterminata l-migrazzjoni ta' dawn l-oligomeri huma kumplessi, deskrizzjoni ta' dawk il-metodi mhijiex neċessarjament disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti. Mingħajr dik id-deskrizzjoni, mhuwiex possibbli li l-awtorità kompetenti tivverifika li l-migrazzjoni tal-oligomeri mill-materjal jew mill-oġġett tikkonforma mal-limitu tal-migrazzjoni għal dawn l-oligomeri. Għalhekk, jenħtieġ li l-operaturi kummerċjali li jintroduċu fis-suq l-oġġett jew il-materjal finali li jkun fih dik is-sustanza jkunu rikjesti li fid-dokumentazzjoni ta' sostenn imsemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 10/2011, jinkludu deskrizzjoni tal-metodu u kampjun ta' kalibrazzjoni jekk dan ikun meħtieġ mill-metodu.

(5)

Għalhekk, l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-materjali u l-oġġetti tal-plastik intiżi li jiġu f'kuntatt mal-ikel u li jikkonformaw mar-Regolament (UE) Nru 10/2011, kif applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jistgħu jiġu introdotti fis-suq sad-29 ta' Awwissu 2020 u jistgħu jibqgħu fis-suq sakemm jispiċċaw l-istokkijiet.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Awwissu 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 tal-14 ta' Jannar 2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f'kuntatt mal-ikel (ĠU L 12, 15.1.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/37 tal-10 ta' Jannar 2019 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f'kuntatt mal-ikel (ĠU L 9, 11.1.2019, p. 88).

(4)  EFSA Journal 2016;14(5):4464.

(5)  EFSA Journal 2018;16(7):5326.

(6)  EFSA Journal 2019;17(1):5551.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 l-entrata tat-Tabella 1 li tikkonċerna s-sustanza FCM Nru 1059 tinbidel b'dan li ġej:

“1059

 

147398-31-0

Poli((R)-3-idrossibutirat-ko-(R)-3-idrossieżanoat)

le

iva

le

 

(35)

Għandha tintuża biss waħedha jew inkella mħallta ma' polimeri oħrajn f'kuntatt mat-tipi kollha tal-ikel f'kundizzjonijiet ta' kuntatt ta' massimu ta' sitt xhur u/jew sitt xhur u aktar, f'temperatura ambjentali jew inqas, inkluża fażi ta' mili sħun jew fażi qasira ta' tisħin. Il-migrazzjoni tal-oligomeri kollha b'piż molekulari taħt l-1 000 Da ma għandhiex taqbeż il-5,0 mg/kg ikel.

(23)”


9.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/8


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1339

tat-8 ta' Awwissu 2019

li jagħti perjodu tranżizzjonali għall-użu tad-denominazzjoni ta' oriġini protetta “Cidre Cotentin”/“Cotentin” (DOP)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(1) tiegħu,

Billi:

(1)

B'ittra tas-16 ta' Novembru 2016, l-awtoritajiet Franċiżi nnotifikaw lill-Kummissjoni li s-Cidrerie de la Brique, bl-indirizz 23, route de la Brique, 50700 Saint-Joseph, li ilha iktar minn ħames snin tikkummerċjalizza b'mod kontinwu u legali l-prodott ikkonċernat bl-isem “Cidre Cotentin”/“Cotentin”, esprimiet ruħha waqt il-proċedura nazzjonali ta' oppożizzjoni. Billi din l-impriża tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-awtoritajiet Franċiżi talbu lill-Kummissjoni Ewropea tagħtiha perjodu tranżizzjonali li jdum sat-30 ta' Ġunju 2020.

(2)

Bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/939 (2), il-Kummissjoni daħħlet l-isem “Cidre Cotentin”/“Cotentin” (DOP) fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, mingħajr ma tat lill-impriża Cidrerie de la Brique l-perjodu tranżizzjonali skont l-Artikolu 15(1), mitlub mill-awtoritajiet Franċiżi. Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/939 daħal fis-seħħ fit-23 ta' Lulju 2018.

(3)

B'ittri elettroniċi tal-10 u tat-12 ta' April 2019, l-awtoritajiet Franċiżi fissru l-kundizzjonijiet li abbażi tagħhom is-Cidrerie de la Brique hija eliġibbli biex tingħata perjodu tranżizzjonali skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u reġgħu talbu lill-Kummissjoni perjodu tranżizzjonali ieħor.

(4)

L-impriża inkwistjoni, stabbilita fi ħdan iż-żona ġeografika ddefinita speċifikata fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-denominazzjoni ta' oriġini protetta “Cidre Cotentin”/“Cotentin”, ma tapplikax l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-denominazzjoni, u għalhekk tkun qiegħda tikser l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 jekk tuża d-denominazzjoni msemmija.

(5)

Għaldaqstant, l-impriża Cidrerie de la Brique tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 sabiex tingħata perjodu tranżizzjonali biex tuża l-isem kummerċjali b'mod legali wara r-reġistrazzjoni tiegħu. Jenħtieġ li tingħata perjodu tranżizzjonali li jdum sat-30 ta' Ġunju 2020, li jawtorizzaha tuża l-isem protett “Cidre Cotentin”/“Cotentin” (DOP).

(6)

Billi l-isem ilu protett mit-23 ta' Lulju 2018, li kienet id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/939 li jdaħħal fir-reġistru l-isem “Cidre Cotentin”/“Cotentin” (DOP), jenħtieġ li l-awtorizzazzjoni tal-użu tal-isem protett tiġi estiża retroattivament sabiex tibda minn dik id-data.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Politika dwar il-Kwalità tal-Prodotti Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-impriża Cidrerie de la Brique, bl-indirizz 23, route de la Brique, 50700 Saint-Joseph hija awtorizzata tuża l-isem irreġistrat “Cidre Cotentin”/“Cotentin” (DOP) għal perjodu tranżizzjonali li jdum sat-30 ta' Ġunju 2020.

Dan il-perjodu tranżizzjonali għandu japplika retroattivament, mit-23 ta' Lulju 2018 'il quddiem.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Awwissu 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/939 tas-26 ta' Ġunju 2018 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta' Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (“Cidre Cotentin”/“Cotentin” (DOP)) (ĠU L 166, 3.7.2018, p. 3).


DEĊIŻJONIJIET

9.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/10


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/1340

tat-8 ta' Awwissu 2019

li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fid-19 ta' Jannar 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/77 (1) li taħtar is-Sur Lars-Gunnar WIGEMARK bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fil-Bożnija-Ħerzegovina. Il-mandat tar-RSUE jiskadi fil-31 ta' Awwissu 2019.

(2)

Jenħtieġ li s-Sur Johann Sattler jiġi maħtur bħala r-RSUE fil-Bożnija-Ħerzegovina għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2019 sal-31 ta' Awwissu 2021.

(3)

Ir-RSUE ser timplimenta l-mandat fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-ksib tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Is-Sur Johann Sattler huwa b'dan maħtur bħala Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina mill-1 ta' Settembru 2019 sal-31 ta' Awwissu 2021. Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jiġi terminat qabel, abbażi ta' valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) u ta' proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ).

Artikolu 2

Objettivi tal-politika

1.   Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi tal-politika li ġejjin tal-Unjoni fil-Bożnija-Ħerzegovina (BiH):

(a)

il-kontinwazzjoni tal-progress fil-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni;

(b)

l-iżgurar ta' BiH stabbli, vijabbli, paċifika, multietnika u unita li tikkoopera paċifikament mal-ġirien tagħha; u

(c)

l-iżgurar li l-BiH timxi b'mod irriversibbli fit-triq lejn sħubija fl-Unjoni, wara l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina għal sħubija mal-Unjoni Ewropea fid-29 ta' Mejju 2019.

2.   L-Unjoni ser tkompli wkoll tappoġġa l-implimentazzjoni tal-Ftehim Qafas Ġenerali għall-Paċi fil-BiH.

Artikolu 3

Mandat

Sabiex jinkisbu l-objettivi tal-politika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:

(a)

joffri l-konsulenza tal-Unjoni u jiffaċilita l-proċess politiku, partikolarment bil-promozzjoni tad-djalogu bejn il-livelli differenti tal-gvern;

(b)

jiżgura l-konsistenza u l-koerenza tal-azzjoni tal-Unjoni;

(c)

jiffaċilita l-progress fir-rigward tal-prijoritajiet politiċi, ekonomiċi u dawk tal-Unjoni, partikolarment billi jinkoraġġixxi aktar ħidma rigward l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni dwar kwistjonijiet tal-Unjoni u l-kontinwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-aġenda Ewropea għar-Riforma;

(d)

jappoġġa sforzi domestiċi allinjati ma' standards Ewropej biex jiġi żgurat li r-riżultati tal-elezzjoni jistgħu jiġu implimentati;

(e)

jimmonitorja u jagħti pariri lill-awtoritajiet eżekuttivi u leġislattivi fil-livelli kollha tal-gvern fil-BiH, u jżomm kollegament mal-awtoritajiet u l-partiti politiċi fil-BiH;

(f)

jiżgura l-implimentazzjoni tal-isforzi tal-Unjoni fil-firxa kollha tal-attivitajiet fil-qasma tal-istat tad-dritt u r-riforma tas-settur tas-sigurtà, jippromwovi l-koordinazzjoni globali mill-Unjoni ta', u jagħti direzzjoni politika lokali lil, l-isforzi tal-Unjoni fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u t-terroriżmu, u, f'dak il-kuntest, jipprovdi lir-RGħ u lill-Kummissjoni b'valutazzjonijiet u konsulenza kif meħtieġ;

(g)

jipprovdi appoġġ għal interazzjoni rinfurzata u aktar effikaċi bejn is-sistema tal-ġustizzja kriminali u l-pulizija fil-BiH, kif ukoll għal inizjattivi li jimmiraw biex isaħħu l-effiċjenza u l-imparzjalità tal-istituzzjonijiet ġudizzjarji, b'mod partikolari d-Djalogu Strutturat dwar il-Ġustizzja;

(h)

mingħajr preġudizzju għal-linja ta' kmand militari, joffri lill-Kmandant tal-Forza tal-UE gwida politika dwar kwistjonijiet militari b'dimensjoni politika lokali, b'mod partikolari fir-rigward ta' operazzjonijiet sensittivi, u dwar relazzjonijiet ma' awtoritajiet lokali u l-mezzi tax-xandir lokali; jikkonsulta lill-Kmandant tal-Forza tal-UE qabel ma jieħu azzjoni politika li jista' jkollha impatt fuq is-sitwazzjoni tas-sigurtà u jikkoordina fir-rigward ta' messaġġi koerenti lill-awtoritajiet lokali u organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn; jikkontribwixxi għall-konsultazzjonijiet dwar ir-Reviżjoni Strateġika ta' EUFOR/ALTHEA;

(i)

jikkoordina u jimplimenta l-isforzi ta' komunikazzjoni tal-Unjoni dwar kwistjonijiet tal-Unjoni lejn il-pubbliku fil-BiH;

(j)

jippromwovi l-proċess tal-integrazzjoni fl-Unjoni permezz ta' diplomazija pubblika mmirata u ta' attivitajiet ta' komunikazzjoni tal-Unjoni mfasslin biex jiżguraw fehim u appoġġ usa' fost il-pubbliku tal-BiH dwar kwistjonijiet relatati mal-Unjoni, inkluż permezz tal-involviment ta' atturi tas-soċjetà ċivili lokali

(k)

jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fil-BiH, f'konformità mal-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;

(l)

jimpenja ruħu mal-awtoritajiet rilevanti tal-BiH fir-rigward tal-kooperazzjoni sħiħa tagħhom mal-Mekkaniżmu Internazzjonali li Jeżerċita s-Setgħat Residwi tal-Qrati Kriminali;

(m)

f'konformità mal-proċess ta' integrazzjoni tal-Unjoni, jagħti pariri, jassisti, jiffaċilita u jimmonitorja d-djalogu politiku dwar il-bidliet kostituzzjonali u leġislattivi rilevanti li jkunu neċessarji;

(n)

iżomm kuntatti mill-qrib u konsultazzjonijiet mill-qrib mar-Rappreżentant Għoli tan-NU fil-BiH u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti oħrajn li jaħdmu fil-pajjiż; f'dak il-kuntest, jinforma lill-Kunsill dwar diskussjonijiet għaddejjin fir-rigward tal-preżenza internazzjonali fil-pajjiż, inkluż l-Uffiċċju tar-Rappreżentant Għoli tan-NU fil-BiH;

(o)

jipprovdi konsulenza lir-RGħ kif meħtieġ dwar persuni fiżiċi jew ġuridiċi li lilhom jistgħu jiġu imposti miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-BiH;

(p)

mingħajr preġudizzju għal-linji ta' kmand applikabbli, jgħin biex jiġi żgurat li l-istrumenti kollha tal-Unjoni fuq il-post jiġu applikati b'mod koerenti biex jinkisbu l-objettivi tal-politika tal-Unjoni.

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat, taħt l-awtorità tar-RGħ.

2.   Il-KPS għandu jżomm kollegament privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt ta' kuntatt primarju tar-RSUE mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi gwida strateġika u direzzjoni politika lir-RSUE fil-qafas tal-mandat, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tar-RGħ.

3.   Ir-RSUE għandu jaħdem f'koordinazzjoni mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u d-dipartimenti rilevanti tiegħu.

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2019 sal-31 ta' Awwissu 2021 għandu jkun ta' EUR 13 700 000.

2.   In-nefqa għandha tiġi amministrata f'konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Il-parteċipazzjoni ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi fl-għoti ta' kuntratti ta' akkwist pubbliku mir-RSUE għandha tkun miftuħa mingħajr limitazzjonijiet. Barra minn hekk, ma għandha tapplika l-ebda regola tal-oriġini għall-oġġetti mixtrija mir-RSUE.

3.   L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jagħti rendikont lill-Kummissjoni għal kull nefqa.

Artikolu 6

Formazzjoni u kompożizzjoni tat-tim

1.   Fil-limiti tal-mandat tar-RSUE u tal-mezzi finanzjarji korrispondenti li jsiru disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli mill-formazzjoni ta' tim. It-tim għandu jinkludi l-kompetenza esperta dwar kwistjonijiet speċifiċi ta' politika kif rikjest mill-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm lill-Kunsill u lill-Kummissjoni informati fil-pront dwar il-kompożizzjoni tat-tim.

2.   L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u s-SEAE jistgħu jipproponu l-issekondar ta' persunal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta' tali persunal issekondat għandu jkun kopert mill-Istat Membru, mill-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata jew mis-SEAE, rispettivament. L-esperti ssekondati mill-Istati Membri għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew is-SEAE jistgħu wkoll jiġu assenjati biex jaħdmu mar-RSUE. Il-persunal internazzjonali b'kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru.

3.   Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa' taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru li jissekonda, tal-istituzzjoni tal-Unjoni li tissekonda jew tas-SEAE u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u tal-persunal tar-RSUE

Il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għat-twettiq u l-funzjonament tajjeb tal-missjoni tar-RSUE u tal-membri tal-persunal tar-RSUE għandhom jiġu miftehmin mal-partijiet ospitanti, kif adatt. L-Istati Membri u s-SEAE għandhom jagħtu l-appoġġ kollu meħtieġ għal dan il-għan.

Artikolu 8

Sigurtà ta' informazzjoni klassifikata tal-UE

Ir-RSUE u l-membri tat-tim tar-RSUE għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta' sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (2).

Artikolu 9

Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li r-RSUE jingħata aċċess għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti.

2.   Id-delegazzjoni tal-Unjoni u/jew l-Istati Membri, skont il-każ, għandhom jipprovdu appoġġ loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 10

Sigurtà

F'konformità mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà ta' persunal stazzjonat barra l-Unjoni f'kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, f'konformità mal-mandat tar-RSUE u mas-sitwazzjoni ta' sigurtà fiż-żona ta' responsabbiltà, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tar-RSUE, b'mod partikolari billi:

(a)

jistabbilixxi pjan ta' sigurtà speċifiku bbażat fuq gwida mis-SEAE, li jinkludi miżuri ta' sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi, li jirregolaw il-ġestjoni tal-moviment sigur tal-persunal lejn iż-żona ta' responsabbiltà u ġewwa fiha, kif ukoll il-ġestjoni ta' inċidenti ta' sigurtà u l-forniment ta' pjan ta' kontinġenza u evakwazzjoni;

(b)

jiżgura li l-persunal kollu stazzjonat barra l-Unjoni jkun kopert b'assigurazzjoni ta' riskju għoli, kif ikunu jeħtieġu l-kondizzjonijiet fiż-żona ta' responsabbiltà;

(c)

jiżgura li l-membri kollha tat-tim tar-RSUE li jkunu ser jiġu stazzjonati barra l-Unjoni, inkluż persunal ikkuntrattat lokalment, ikunu rċevew taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel jew kif jaslu fiż-żona ta' responsabbiltà, abbażi tal-livelli tar-riskju assenjati lil dik iż-żona mis-SEAE;

(d)

jiżgura li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet miftehmin kollha, li jsiru wara valutazzjonijiet regolari ta' sigurtà u jipprovdi lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta' sigurtà fil-qafas tar-rapport ta' progress u r-rapport dwar implimentazzjoni tal-mandat.

Artikolu 11

Rapportar

Ir-RSUE għandu jipprovdi rapporti regolarment lir-RGħ u lill-KPS. Ir-RSUE għandu wkoll jirrapporta lill-gruppi ta' ħidma tal-Kunsill, kif ikun neċessarju. Ir-rapporti regolari għandhom jiġu ċċirkolati permezz tan-netwerk COREU. Ir-RSUE jista' jipprovdi rapporti lill-Kunsill tal-Affarijiet Barranin. Taħt l-Artikolu 36 tat-Trattat, ir-RSUE jista' jkun involut fl-għoti ta' informazzjoni lill-Parlament Ewropew.

Artikolu 12

Koordinazzjoni

1.   Ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għall-unità, il-konsistenza u l-effikaċja tal-azzjoni tal-Unjoni u għandu jgħin biex jiġi żgurat li l-istrumenti kollha tal-Unjoni u l-azzjonijiet kollha tal-Istati Membri jkunu involuti b'mod konsistenti, biex jinkisbu l-objettivi tal-politika tal-Unjoni. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma' dawk tal-Kummissjoni, kif ukoll ma' dawk ta' RSUE oħrajn attivi fir-reġjun, kif meħtieġ. Ir-RSUE għandu jipprovdi informazzjoni regolari lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

2.   Fuq il-post, għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni fir-reġjun u mal-Kapijiet tal-Missjonijiet tal-Istati Membri. Dawn għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jassistu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE għandu wkoll iżomm kollegament ma' atturi internazzjonali u reġjonali fuq il-post, u b'mod partikolari jżomm koordinazzjoni mill-qrib mar-Rappreżentant Għoli tan-NU fil-BiH.

3.   B'appoġġ għall-operazzjonijiet tal-Unjoni ta' maniġġar tal-kriżijiet, ir-RSUE, ma' atturi tal-Unjoni oħrajn preżenti fuq il-post, għandu jtejjeb id-disseminazzjoni u l-kondiviżjoni ta' informazzjoni minn dawk l-atturi tal-Unjoni bil-ħsieb li jinkiseb livell għoli ta' għarfien u valutazzjoni komuni tas-sitwazzjoni.

Artikolu 13

Assistenza rigward pretensjonijiet

Ir-RSUE u l-persunal tar-RSUE għandhom jassistu fil-forniment ta' elementi b'rispons għal kwalunkwe pretensjoni u obbligu li jirriżultaw mill-mandati tar-RSUE preċedenti fil-BiH, u għandhom jipprovdu assistenza amministrattiva u aċċess għall-fajls rilevanti għal tali għanijiet.

Artikolu 14

Rieżami

L-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma' kontributi oħrajn mill-Unjoni għar-reġjun għandhom jiġu riveduti regolarment. Kull sena ir-RSUE għandu jippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapport ta' progress sal-aħħar ta' Ottubru u rapport komprensiv dwar l-implementazzjoni tal-mandat sal-aħħar ta' Mejju.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta' Settembru 2019.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Awwissu 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

T. TUPPURAINEN


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/77 tad-19 ta' Jannar 2015 li taħtar Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina (ĠU L 13, 20.1.2015, p. 7).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).


9.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/15


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/1341

tat-8 ta' Awwissu 2019

li taġġorna l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2019/25

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-27 ta' Diċembru 2001, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (1).

(2)

Fit-8 ta' Jannar 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/25 (2) li taġġorna l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (“il-lista”).

(3)

Skont l-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, jeħtieġ li ssir reviżjoni tal-ismijiet ta' persuni, gruppi u entitajiet fil-lista biex jiġi żgurat li hemm raġunijiet biex jinżammu fiha.

(4)

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-riżultat tar-reviżjoni li l-Kunsill wettaq fir-rigward ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

(5)

Il-Kunsill ivverifika li awtoritajiet kompetenti, kif imsemmijin fl-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, ħadu deċiżjonijiet fir-rigward tal-persuni, gruppi u entitajiet kollha fil-lista fejn irriżulta li huma kienu involuti f'atti terroristiċi fis-sens tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. Il-Kunsill ikkonkluda wkoll li jenħtieġ li l-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK jibqgħu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fiha.

(6)

Jenħtieġ li l-lista tiġi aġġornata skont dan u jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2019/25 titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK hija stabbilita fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2019/25 hija b'dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Awwissu 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

T. TUPPURAINEN


(1)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/25 tat-8 ta' Jannar 2019 li temenda u taġġorna l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2018/1084 (ĠU L 6, 9.1.2019, p. 6).


ANNESS

LISTA TA' PERSUNI, GRUPPI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1

I.   PERSUNI

1.

ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), imwieled fil-11.8.1960 fl-Iran. Passaport: D9004878.

2.

AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f'Al Ihsa (Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

3.

AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f'Tarut (Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

4.

ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), imwieled fis-6.3.1955 jew il-15.3.1955 fl-Iran. Ċittadin Iranjan u tal-Istati Uniti, Paasaport: C2002515 (l-Iran); Passaport: 477845448 (Stati Uniti tal-Amerka). Numru tal-ID nazzjonali: 07442833, data tal-iskadenza 15.3.2016 (liċenzja tas-sewqan tal-Istati Uniti tal-Amerka).

5.

Asadi Assadollah, imwieled fit-22.12.1971 f'Teheran (l-Iran), ċittadin Iranjan. Numru tal-passaport diplomatiku Iranjan: D9016657.

6.

BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR, magħruf ukoll bħala SOBIAR, magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-8.3.1978 f'Amsterdam (in-Netherlands).

7.

EL HAJJ, Hassan Hassan, imwieled fit-22.3.1988 f'Zaghdraiya, Sidon, il-Libanu, ċittadin Kanadiż. Numru tal-passaport: JX446643 (Kanada).

8.

HASHEMI MOGHADAM Saeid, imwieled fis-6.8.1962 f'Teheran (l-Iran), ċittadin Iranjan. Numru tal-passaport: D9016290, validu sal-4.2.2019.

9.

IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, Ahmed, magħruf ukoll bħala SA-ID, magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil-Libanu, ċittadin tal-Libanu.

10.

MELIAD, Farah, imwieled fil-5.11.1980 f'Sydney (l-Awstralja), ċittadin Awstraljan. Numru tal-passaport: M2719127 (l-Awstralja).

11.

MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem, magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah, magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith, magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, numru tal-passaport 488555.

12.

ȘANLI, Dalokay (magħruf ukoll bħala Sinan), imwieled fit-13.10.1976 f'Pülümür (it-Turkija).

13.

SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala'i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla'i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Yusuf Abu-al-Karkh), imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1957 fl-Iran. Indirizzi: (1) Kermanshah, l-Iran, (2) Bażi Militari ta' Mehran, Provinċja ta' Ilam, l-Iran.

14.

SHAKURI Ali Gholam, imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1965 f'Teheran, l-Iran.

15.

SOLEIMANI Qasem (magħruf ukoll bħala Ghasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasmi Sulayman, magħruf ukoll bħala Qasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasem Solaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Salimani, magħruf ukoll bħala Qasem Solemani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulemani), imwieled fil-11.3.1957 fl-Iran. Ċittadin Iranjan, Passaport: 008827 (Diplomatiku Iranjan), maħruġ fl-1999. Titolu: Maġġur Ġeneral.

II.   GRUPPI U ENTITAJIIET

1.

“L-Organizzazzjoni Abu Nidal” — “(ANO), (magħrufa wkoll bħala l-Kunsill Rivoluzzjonarju tal-Fatah, il-Brigati Rivoluzzjonarji Għarab, Settembru l-Iswed, u l-Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti”).

2.

“Il-Brigata tal-Martri ta' Al-Aqsa”.

3.

“Al-Aqsa e.V”.

4.

“Babbar Khalsa”

5.

“Il-Partit Komunista tal-Filippini, inkluż l-Armata l-Ġdida tal-Poplu” — “NPA”, il-Filippini.

6.

“Direttorat għas-Sigurtà Interna tal-Ministeru Iranjan għall-Intelliġenza u s-Sigurtà”.

7.

“GAMA'A AL-ISLAMIYYA” (magħruf ukoll bħala Al-Gama'a al-Islamiyya) (Grupp Iżlamiku – IG).

8.

“İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi” — “IBDA-C” (il-“Front Iżlamiku tal-Ġellieda tal-Lvant il-Kbir”).

9.

“ĦAMAS”, inkluż “Hamas-Izz al-Din-al-Qassem”.

10.

“Il-Fergħa Militari ta' Hizballah” (magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari tal-Hezbollah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta' Hizbullah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta' Hizbollah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta' Hezballah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta' Hisbollah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta' Hizbu'llah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta' Hizb Allah”, magħrufa wkoll bħala l-“Kunsill tal-Ġihad” (u l-unitajiet kollha li jirrappurtaw lilha, inkluż l-Organizzazzjoni Esterna tas-Sigurtà)).

11.

“Hizbul Mujahideen” — “HM”.

12.

“Khalistan Zindabad Force” — “KZF”.

13.

“Il-Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan” — “PKK” (magħruf ukoll bħala “KADEK”, magħruf ukoll bħala “KONGRA-GEL”).

14.

“Tigri għal-liberazzjoni tat-Tamil Eelam” — “LTTE”.

15.

“Ejército de Liberación Nacional” (l-“Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali”).

16.

“Ġiħad Iżlamika Palestinjana”— “PIJ”.

17.

“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina” — “PFLP”.

18.

Il-“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina — Kmand Ġenerali” (magħruf ukoll bħala “PFLP — Kmand Ġenerali”).

19.

“Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi” — “DHKP/C” (magħruf ukoll bħala “Devrimci Sol” (“Xellug Rivoluzzjonarju”), magħruf ukoll bħala “Dev Sol”) (“Armata/Front/Partit Rivoluzzjonarju għall-Ħelsien tal-Poplu”).

20.

“Sendero Luminoso” — “SL” (it-“Triq li Tiddi”).

21.

“Teyrbazen Azadiya Kurdistan” — “TAK” (magħruf ukoll bħala “Kurdistan Freedom Falcons”, magħruf ukoll bħala “Kurdistan Freedom Hawks”).

REGOLI TA' PROĊEDURA

9.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/19


DEĊIŻJONI TAL-BORD MANIĠERJALI TAL-AĠENZIJA EWROPEA GĦALL-MEDIĊINI

tat-12 ta' Ġunju 2019

dwar regoli interni rigward restrizzjonijiet ta' ċerti drittijiet ta' suġġetti tad-data fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-funzjonament tal-Aġenzija

IL-BORD MANIĠERJALI TAL-AĠENZIJA EWROPEA GĦALL-MEDIĊINI,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (2),

Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) u l-Artikolu 30 tal-Anness IX tagħhom, u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-regoli ta' implimentazzjoni tal-EMA dwar it-twettiq ta' inkjesti amministrattivi u proċedimenti dixxiplinari tat-8 ta' Ġunju 2012 (3),

Wara li kkunsidra l-Gwida tal-EDPS maħruġa fit-18 ta' Diċembru 2018 u n-notifika lill-EDPS għall-finijiet tal-Artikolu 41(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725,

Wara li kkonsulta lill-Kumitat tal-Persunal,

Billi:

(1)

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (l-“EMA” jew “l-Aġenzija”) ġiet stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) għall-koordinazzjoni tar-riżorsi xjentifiċi eżistenti mqiegħda għad-dispożizzjoni tagħha mill-Istati Membri għall-evalwazzjoni, għas-superviżjoni u għall-farmakoviġilanza tal-prodotti mediċinali;

(2)

L-Aġenzija twettaq inkjesti amministrattivi u proċedimenti dixxiplinari f'konformità mar-regoli stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fil-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea, l-Aġenzija tista' twettaq ukoll attivitajiet preliminari relatati ma' każijiet ta' irregolaritajiet potenzjali rrappurtati lill-OLAF (skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013), tipproċessa każijiet ta' żvelar ta' informazzjoni protetta, tipproċessa (formali u informali) proċedimenti ta' fastidju, tipproċessa lmenti interni u esterni, twettaq awditi interni, twettaq investigazzjonijiet mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data f'konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u investigazzjonijiet ta' sigurtà (IT) immaniġġjati internament jew b'involviment estern (eż. CERT-UE);

(3)

L-Aġenzija tipproċessa diversi kategoriji ta' data personali, bħal data ta' identifikazzjoni, data ta' kuntatt, data professjonali. L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, irrappreżentata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, hija responsabbli bħala kontrollur tad-data. Fuq livell intern, il-Kap tad-Diviżjoni tal-Ġestjoni Korporattiva u tal-Amministrazzjoni nħatar biex jaġixxi b'delega bħala kontrollur tad-data għall-attivitajiet ikkonċernati minn din id-Deċiżjoni (għall-fini ta' dan, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “Kontrollur”). Jekk l-inkjesta amministrattiva jew il-proċedimenti dixxiplinari jikkonċernaw lill-Kap tad-Diviżjoni tal-Ġestjoni Korporattiva u tal-Amministrazzjoni, il-Viċi Direttur Eżekuttiv għandu jkun il-Kontrollur għal dik l-inkjesta jew il-proċedimenti rilevanti. Id-data personali tinħażen f'fajl elettroniku u f'forma stampata. Il-fajl stampat jinħażen f'armarju msakkar li jista' jiġi aċċessat biss mill-membri tal-persunal awtorizzati mill-maniġment superjuri. Il-fajls elettroniċi jinħażnu f'ambjent elettroniku sigur iddisinjat u miżmum biex jipprevjeni l-qerda, it-telf, l-alterazzjoni, it-trasferiment, l-iżvelar mhux awtorizzat ta' data personali jew l-aċċess għaliha, lil sħab interni u esterni li mhumiex awtorizzati jkollhom aċċess għal tali data;

(4)

Id-data personali pproċessata tinżamm skont l-Artikolu 13 tar-regoli ta' implimentazzjoni tal-EMA dwar it-twettiq ta' inkjesti amministrattivi u proċedimenti dixxiplinari tat-8 ta' Ġunju 2012, kif spjegat fl-Artikolu 2(3) ta' din id-Deċiżjoni;

(5)

Din id-Deċiżjoni dwar ir-regoli interni jenħtieġ li tapplika għall-operazzjonijiet ta' pproċessar kollha mwettqa mill-Aġenzija fit-twettiq tal-inkjesti amministrattivi u l-proċedimenti dixxiplinari tagħha, kif ukoll fit-twettiq tal-attivitajiet preliminari relatati ma' każijiet ta' irregolaritajiet potenzjali rrappurtati lill-OLAF, l-ipproċessar ta' każijiet ta' żvelar ta' informazzjoni protetta, l-ipproċessar ta' proċedimenti (formali u informali) għal każijiet ta' fastidju, l-ipproċessar ta' lmenti interni u esterni, it-twettiq ta' awditi interni, it-twettiq ta' investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data f'konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u investigazzjonijiet ta' sigurtà (IT) immaniġġjati internament jew b'involviment estern (eż. CERT-UE). Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika għal operazzjonijiet ta' pproċessar imwettqa qabel il-ftuħ tal-proċedimenti msemmija hawn fuq, matul dawn il-proċedimenti u matul il-monitoraġġ tas-segwitu għall-eżitu ta' dawn il-proċedimenti;

(6)

Din id-Deċiżjoni dwar ir-regoli interni jenħtieġ li tapplika wkoll għal attivitajiet marbuta mal-assistenza u mal-kooperazzjoni pprovduti mill-Aġenzija barra l-inkjesti amministrattivi tagħha ma' istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni, awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u organizzazzjonijiet internazzjonali biex jipproteġu l-operazzjonijiet ta' pproċessar tagħhom; kif ukoll għal attivitajiet relatati mal-kooperazzjoni ma', u t-trażmissjoni ta' informazzjoni rigward inkjesta amministrattiva jew proċedimenti dixxiplinari għal, istituzzjonijiet u korpi tal-UE. Għal dak il-għan, l-Aġenzija jenħtieġ li tikkonsulta lil dawk l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji, aġenziji, awtoritajiet jew organizzazzjonijiet dwar ir-raġunijiet rilevanti għall-impożizzjoni ta' restrizzjonijiet u dwar in-neċessità u l-proporzjonalità tar-restrizzjonijiet;

(7)

L-Aġenzija għandha tagħti ġustifikazzjonijiet fejn tispjega għalfejn ir-restrizzjonijiet huma strettament neċessarji u proporzjonati f'soċjetà demokratika u jirrispettaw l-essenza tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali;

(8)

F'dan il-qafas, l-Aġenzija hija marbuta li tirrispetta, sa fejn huwa possibbli, id-drittijiet fundamentali tas-suġġetti tad-data matul il-proċedimenti ta' hawn fuq, b'mod partikolari iżda mhux limitat għal dawk relatati mad-dritt ta' aċċess u rettifika, id-dritt għat-tħassir, kif imnaqqax fir-Regolament (UE) 2018/1725;

(9)

Madankollu, l-Aġenzija tista' tkun obbligata tiddiferixxi l-informazzjoni lis-suġġett tad-data u d-drittijiet l-oħra tas-suġġett tad-data, biex b'mod partikolari tipproteġi l-investigazzjonijiet u l-proċedimenti tagħha stess, l-investigazzjonijiet u l-proċedimenti ta' awtoritajiet pubbliċi oħra, kif ukoll id-drittijiet ta' persuni oħra relatati mal-investigazzjonijiet jew mal-proċedimenti l-oħra tagħha;

(10)

B'hekk l-Aġenzija tista' tiddiferixxi l-informazzjoni għall-finijiet li tipproteġi l-inkjesti amministrattivi u l-proċedimenti dixxiplinari tagħha, l-investigazzjonijiet u l-proċedimenti ta' awtoritajiet pubbliċi oħra kif ukoll tipproteġi l-identità tal-informaturi u ta' persuni oħra involuti fil-proċedimenti, inklużi informaturi u xhieda li ma għandhomx ibatu minn riperkussjonijiet negattivi b'rabta mal-kooperazzjoni tagħhom. L-Artikolu 5(3) tar-regoli ta' implementazzjoni tal-EMA dwar it-twettiq ta' inkjesti amministrattivi u proċedimenti dixxiplinari tat-8 ta' Ġunju 2012, b'mod partikolari, jipprovdi għal obbligu biex kwalunkwe membru tal-persunal li jista' jkun personalment involut f'investigazzjoni jiġi infurmat, sakemm tali notifika ma xxekkilx l-inkjesta. Dan jikkostitwixxi restrizzjoni tal-applikazzjoni tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data, b'mod partikolari l-Artikoli 14 sa 21, 35 u 36 tar-Regolament (UE) 2018/1725. Għalhekk, skont l-Artikolu 25 tal-istess Regolament, għandhom jiġu stabbiliti regoli interni li jiżguraw li tali restrizzjoni tirrispetta l-essenza tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali u li hija miżura neċessarja u proporzjonata f'soċjetà demokratika;

(11)

Skont l-Artikolu 25(8) tar-Regolament (UE) 2018/1725, il-Kontrollur jista' jiddiferixxi jew joqgħod lura milli jipprovdi informazzjoni dwar ir-raġunijiet għall-applikazzjoni ta' restrizzjoni lis-suġġett tad-data, jekk in-notifika b'xi mod tikkomprometti l-fini tar-restrizzjoni. Sabiex jiġi żgurat li d-dritt tas-suġġett tad-data li jkun infurmat skont l-Artikoli 16 u 35 tar-Regolament (UE) 2018/1725 jiġi ristrett biss sakemm idumu jeżistu r-raġunijiet għad-differiment, l-Aġenzija jenħtieġ li tirrevedi l-pożizzjoni tagħha b'mod regolari.

(12)

Meta tiġi applikata restrizzjoni ta' drittijiet ta' suġġetti tad-data oħrajn, il-Kontrollur jenħtieġ li jivvaluta fuq bażi ta' każ b'każ jekk il-komunikazzjoni tar-restrizzjoni tikkompromettix il-fini tagħha;

(13)

Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, l-Aġenzija jenħtieġ li timmonitorja regolarment (madwar kull sitt xhur) li jkunu għadhom jeżistu l-kundizzjonijiet li jiġġustifikaw restrizzjoni partikolari. Għaldaqstant, l-Aġenzija jenħtieġ li tneħħi r-restrizzjoni meta l-kundizzjonijiet li jiġġustifikaw ir-restrizzjoni ma jibqgħux japplikaw;

(14)

L-Aġenzija jenħtieġ li tikkonsulta lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (l-“UPD”) fil-mument tad-differiment tal-informazzjoni jew meta tiġi applikata restrizzjoni oħra fuq id-dritt tas-suġġetti tad-data, kif ukoll fl-okkażjoni tal-valutazzjoni tal-kundizzjonijiet dwar jekk ir-restrizzjoni għadhiex iġġustifikata,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.   Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regoli relatati mal-kundizzjonijiet skont liema l-Aġenzija fil-qafas ta' inkjesti amministrattivi u proċedimenti dixxiplinari, meta tinnotifika każijiet lill-OLAF skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, tista' tirrestrinġi, skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-applikazzjoni tad-drittijiet stabbiliti fl-Artikoli 14 sa 21, 35 u 36, kif ukoll l-Artikolu 4 sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu għad-drittijiet u l-obbligi previsti fl-Artikoli 14 sa 21.

2.   Din id-Deċiżjoni tapplika għall-operazzjonijiet ta' pproċessar ta' data personali mill-Aġenzija għall-fini li jitwettqu inkjesti amministrattivi u proċedimenti dixxiplinari, kif ukoll biex jitwettqu attivitajiet preliminari relatati ma' każijiet ta' irregolaritajiet potenzjali rrappurtati lill-OLAF (skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013), l-ipproċessar ta' każijiet ta' żvelar ta' informazzjoni protetta, l-ipproċessar ta' proċedimenti (formali u informali) ta' fastidju, l-ipproċessar ta' lmenti interni u esterni, it-twettiq ta' awditi interni, it-twettiq ta' investigazzjonijiet mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data f'konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u investigazzjonijiet ta' sigurtà (IT) immaniġġjati internament jew b'involviment estern (eż. CERT-UE).

Din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika wkoll għall-attivitajiet ta' assistenza u ta' kooperazzjoni tal-Aġenzija pprovduti mill-Aġenzija barra l-inkjesti amministrattivi tagħha għal istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni, awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u organizzazzjonijiet internazzjonali biex jipproteġu l-operazzjonijiet ta' pproċessar tagħhom.

Barra minn hekk, din id-deċiżjoni tapplika għal attivitajiet relatati mal-kooperazzjoni ma', u t-trażmissjoni ta' informazzjoni dwar inkjesta amministrattiva jew proċedimenti dixxiplinari, lill-istituzzjonijiet u lill-korpi tal-UE, meta tali informazzjoni tkun neċessarja għar-riċevitur biex jevalwa r-raġunijiet għall-ftuħ ta' investigazzjoni jew proċedimenti formali.

3.   L-Aġenzija tipproċessa diversi kategoriji ta' data personali, bħal data ta' identifikazzjoni, data ta' kuntatt, data professjonali. Il-kategoriji tad-data kkonċernati jistgħu jkunu data kkontrollata (pereżempju, dettalji amministrattivi, telefown, indirizz privat, komunikazzjonijiet elettroniċi, u data dwar it-traffiku) u/jew data mhux ikkontrollata (pereżempju rapporti ta' valutazzjoni, ftuħ ta' inkjesti, rapporti dwar investigazzjonijiet preliminari, rekords/minuti ta' dikjarazzjonijiet tax-xhieda u seduti ta' investigazzjoni, attivitajiet soċjali u mġiba ta' membri tal-persunal, kummenti dwar il-kapaċitajiet u l-effiċjenza tal-membru/i tal-persunal ikkonċernat(i), eċċ.)

4.   Il-kategoriji ta' suġġetti tad-data li jistgħu jkunu soġġetti għal din id-Deċiżjoni huma persunal u eks persunal tal-Aġenzija, jiġifieri (eks) aġenti, uffiċjali/amministraturi, esperti nazzjonali sekondati u trainees, kif ukoll (eks) kuntratturi tal-Aġenzija.

5.   Skont il-kundizzjonijiet stipulati f'din id-Deċiżjoni, ir-restrizzjonijiet jistgħu japplikaw għad-drittijiet li ġejjin: l-għoti ta' informazzjoni u l-komunikazzjoni ta' ksur ta' data personali lis-suġġetti tad-data skont l-Artikoli 16 u 35 tar-Regolament (UE) 2018/1725, id-dritt tal-aċċess mis-suġġett tad-data skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1725; id-dritt għar-rettifika, it-tħassir, ir-restrizzjoni jew l-ipproċessar u n-notifika tar-rettifika jew tat-tħassir skont l-Artikoli 18, 19(1), 20 u 21 tar-Regolament (UE) 2018/1725.

Artikolu 2

Speċifikazzjoni tal-kontrolluri u tas-salvagwardji

1.   L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, irrappreżentata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, hija responsabbli bħala kontrollur tad-data. Fuq livell intern, il-Kap tad-Diviżjoni tal-Ġestjoni Korporattiva u tal-Amministrazzjoni inħatar biex jaġixxi b'delega bħala Kontrollur għall-attivitajiet ikkonċernati minn din id-Deċiżjoni. Jekk l-inkjesta amministrattiva jew il-proċedimenti dixxiplinari jikkonċernaw lill-Kap tad-Diviżjoni tal-Ġestjoni Korporattiva u tal-Amministrazzjoni, il-Viċi Direttur Eżekuttiv għandu jkun il-Kontrollur għal dik l-inkjesta jew proċedimenti rilevanti.

2.   Id-data personali tinħażen f'fajl elettroniku u/jew f'forma stampata. Is-salvagwardji stabbiliti biex jiġi evitat ksur, kxif jew divulgazzjoni mhux awtorizzata ta' data personali huma dawn li ġejjin:

(a)

Il-fajl stampat jiġi maħżun f'armarju msakkar li huwa aċċessibbli biss għall-membri tal-persunal awtorizzati fuq il-bażi tal-ħtieġa ta' tagħrif. Is-sistema ta' sigurtà tal-bini, il-politiki ta' ġestjoni ta' rekords interni, it-taħriġ tal-persunal u l-awditi huma wkoll fis-seħħ biex jiżguraw salvagwardji xierqa.

(b)

Il-fajls elettroniċi jinħażnu f'ambjent elettroniku sigur iddisinjat u miżmum biex jipprevjeni l-qerda, it-telf, l-alterazzjoni, it-trasferiment, l-iżvelar aċċidentali jew mhux awtorizzat ta' data personali jew l-aċċess għaliha, lil sħab interni u esterni li mhumiex awtorizzati jkollhom aċċess għal tali data.

(c)

Ir-regoli stretti ta' kunfidenzjalità u segretezza professjonali applikabbli għall-investigaturi maħtura u/jew għal kull min huwa involut b'xi mod ieħor fl-inkjesta amministrattiva jew il-proċedimenti dixxiplinari kif meħtieġ fir-regoli ta' implimentazzjoni tal-EMA dwar it-twettiq ta' inkjesti amministrattivi u proċedimenti dixxiplinari tat-8 ta' Ġunju 2012, kif ukoll fir-Regolamenti tal-Persunal u s-CEOS, jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni kontra r-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data involuti mill-ipproċessar.

(d)

F'konformità mal-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data, l-Aġenzija tiġbor u tipproċessa biss data personali li tkun adegwata, rilevanti u limitata għal dak li huwa neċessarju b'rabta mal-finijiet li għalihom tkun qed tiġi pproċessata. Salvagwardji addizzjonali japplikaw meta jiġu pproċessati kategoriji ta' data speċjali, kif ukoll meta tiġi pproċessata data personali relatata ma' kundanni kriminali u reati jew miżuri ta' sigurtà relatati.

3.   Il-perjodi ta' ħażna u żamma applikabbli huma dawn li ġejjin:

(a)

Skont l-Artikolu 13 tar-regoli ta' Implimentazzjoni tal-EMA dwar it-twettiq tal-inkjesti amministrattivi u tal-proċedimenti dixxiplinari tat-8 ta' Ġunju 2012, meta ma ssir ebda imposta kontra l-membru tal-persunal jew meta ssir imposta iżda ma tkun ittieħdet l-ebda azzjoni dixxiplinarja, il-fajl stampat u l-fajl elettroniku tal-proċedimenti ta' inkjesta amministrattiva, kif ukoll il-kopja fil-fajl personali tan-notifika inizjali lill-membru tal-persunal skont l-Artikolu 5 tal-istess regoli ta' implimentazzjoni, isiru għal 5 snin wara d-data tad-deċiżjoni li ma jkun hemm bżonn l-ebda tariffa jew azzjoni dixxiplinarja. Din id-dispożizzjoni mhijiex applikabbli għad-deċiżjoni mdaħħla fil-fajl personali tal-membru tal-persunal fuq it-talba tiegħu/tagħha skont l-Artikolu 1(3) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 5(5) tar-regoli ta' implimentazzjoni tal-EMA dwar it-twettiq ta' inkjesti amministrattivi u proċedimenti dixxiplinari tat-8 ta' Ġunju 2012. Tali deċiżjoni titneħħa biss mill-fajl personali fuq talba tal-membru tal-persunal ikkonċernat.

(b)

Meta tittieħed azzjoni kontra l-membru tal-persunal, il-fajls tal-karti u elettroniċi kif ukoll il-kopja fil-fajl personali tan-notifika inizjali lill-membru tal-persunal jinżammu għal 10 snin wara d-data tad-deċiżjoni ta' azzjoni dixxiplinarja. F'każijiet eċċezzjonali, meta jkun fl-interess tal-Aġenzija li żżomm il-fajl ta' inkjesta amministrattiva wara li jgħaddu l-10 snin, għandha tinħareġ deċiżjoni mmotivata sitt xhur qabel l-iskadenza tal-perjodu ta' 10 snin, u din għandha tiġi kkomunikata lill-membru tal-persunal ikkonċernat. Id-Deċiżjoni mmotivata għandha tiddikjara l-perjodu ulterjuri li għalih għandu jinżamm il-fajl ta' inkjesta amministrattiva. F'każijiet bħal dawn, tinżamm ukoll in-notifika fil-fajl personali tal-membru tal-persunal.

4.   Ir-riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data jista' jinvolvi riskji għad-dritt ta' rispett għall-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet privati tiegħu/tagħha, għad-dritt tal-libertà ta' espressjoni u informazzjoni u għad-dritt tad-difiża u li jinstema'/tinstema'. Dawn ir-riskji jiġu bbilanċjati mar-raġunijiet u l-finijiet li jiġġustifikaw l-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet previsti f'din id-Deċiżjoni. Din l-operazzjoni ta' bbilanċjar għandha tkun debitament dokumentata u għandha titwettaq fuq il-bażi ta' analiżi ta' każ b'każ biex jiġi żgurat li restrizzjoni tiġi applikata biss meta jkun neċessarju u b'mod proporzjonat, kif ukoll f'konformità mar-regoli stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Restrizzjonijiet

1.   Skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 kwalunkwe restrizzjoni għandha tiġi applikata biss biex tissalvagwardja:

(a)

il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, inkluża s-salvagwardja kontra u l-prevenzjoni ta' theddid għas-sigurtà pubblika;

(b)

objettivi importanti oħra ta' interess pubbliku ġenerali tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, b'mod partikolari interess importanti tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, inklużi s-saħħa pubblika u s-sigurtà soċjali;

(c)

is-sigurtà interna tal-istituzzjonijiet u tal-korpi tal-Unjoni, inkluża dik tan-netwerks tal-komunikazzjoni elettronika tagħhom;

(d)

il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni tal-ksur tal-etika għal professjonijiet irregolati;

(e)

funzjoni ta' monitoraġġ, ta' spezzjoni jew regolatorja marbuta, anke b'mod okkażjonali, mal-eżerċitar ta' awtorità uffiċjali fil-każijiet imsemmija fil-punti (a) sa (c).

(f)

il-protezzjoni tas-suġġett tad-data jew id-drittijiet u l-libertajiet ta' oħrajn;

2.   Bħala applikazzjoni speċifika tal-finijiet deskritti fil-paragrafu 1 hawn fuq, l-Aġenzija tista' tapplika restrizzjonijiet relatati mad-data personali skambjata mas-servizzi tal-Kummissjoni jew ma' istituzzjonijiet, korpi, aġenziji u uffiċċji oħra tal-Unjoni, ma' awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew ma' pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

meta l-eżerċitar ta' dawk id-drittijiet u l-obbligi jkun jista' jiġi ristrett mis-servizzi tal-Kummissjoni jew minn istituzzjonijiet, korpi, aġenziji u uffiċċji oħra tal-Unjoni abbażi ta' atti oħra previsti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725 jew f'konformità mal-Kapitolu IX ta' dak ir-Regolament jew mal-atti fundaturi ta' istituzzjonijiet, korpi, aġenziji u uffiċċji oħra tal-Unjoni;

(b)

meta l-eżerċitar ta' dawk id-drittijiet u l-obbligi jkun jista' jiġi ristrett mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri abbażi tal-atti msemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), jew taħt miżuri nazzjonali li jittrasponu l-Artikoli 13(3), 15(3) jew 16(3) tad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6);

(c)

meta l-eżerċizzju ta' dawk id-drittijiet u l-obbligi jista' jipperikola l-kooperazzjoni tal-Aġenzija ma' pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali fit-twettiq tal-kompiti tiegħu.

Qabel ma tapplika r-restrizzjonijiet fiċ-ċirkustanzi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, l-Aġenzija għandha tikkonsulta s-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni, tal-istituzzjonijiet, tal-korpi, tal-aġenziji, tal-uffiċċji tal-Unjoni jew l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri sakemm ma jkunx ċar għall-Aġenzija li l-applikazzjoni ta' restrizzjoni tkun prevista minn wieħed mill-atti msemmija f'dawk il-punti.

3.   Kwalunkwe restrizzjoni għandha tkun neċessarja u proporzjonata f'soċjetà demokratika u għandha tirrispetta l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali.

4.   Għandu jitwettaq test tan-neċessità u tal-proporzjonalità abbażi ta' dawn ir-regoli. Dan għandu jiġi ddokumentat permezz ta' nota ta' valutazzjoni interna għall-finijiet ta' akkontabbiltà fuq bażi ta' każ b'każ.

5.   Ir-restrizzjonijiet għandhom jiġu mmonitorjati kif xieraq, u għandha ssir reviżjoni perjodika sa mhux aktar tard minn kull sitt xhur biex jiġi vvalutat li l-kundizzjonijiet li jiġġustifikaw restrizzjoni partikolari għadhom jeżistu.

6.   Ir-restrizzjonijiet għandhom jitneħħew hekk kif il-kundizzjonijiet li jiġġustifikawhom ma jibqgħux japplikaw aktar, pereżempju meta l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data (eż. l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ipproċessar tad-data u l-aċċess għall-fajl) ma jibqax jippreġudika l-fini tal-investigazzjoni jew tal-proċediment ikkonċernat(a).

Artikolu 4

Informazzjoni lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u rieżami

1.   Il-kontrollur (f'isem l-Aġenzija) għandu, mingħajr dewmien żejjed, jinforma lill-UPD tal-Aġenzija kull meta jirrestrinġi l-applikazzjoni tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data f'konformità ma' din id-Deċiżjoni u għandu jipprovdi aċċess għar-rekords u għad-dokumentazzjoni tal-valutazzjoni tal-ħtieġa u l-proporzjonalità tar-restrizzjoni (inkluż kwalunkwe dokument li jkun fih elementi fattwali u legali sottostanti). Dan ir-rekwiżit japplika wkoll għal kwalunkwe rieżami sussegwenti tar-restrizzjoni.

2.   L-UPD jista' jitlob bil-miktub lill-Kontrollur jeżamina mill-ġdid l-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet. L-Aġenzija għandha tinforma lill-UPD bil-miktub dwar l-eżitu tar-rieżami mitlub.

3.   L-iskambji ta' informazzjoni mal-UPD matul il-proċediment għandhom jiġu rreġistrati u ddokumentati bil-miktub.

Artikolu 5

Restrizzjoni fuq l-għoti ta' informazzjoni lis-suġġetti tad-data

1.   Fl-istqarrija ta' privatezza relatata ma' inkjesti amministrattivi u proċediment dixxiplinari u ppubblikata fuq l-intranet tagħha, l-Aġenzija għandha tinkludi l-informazzjoni relatata mar-restrizzjoni potenzjali ta' dawn id-drittijiet. L-informazzjoni għandha tkopri liema drittijiet jistgħu jiġu ristretti, ir-raġunijiet għal din ir-restrizzjoni u d-durata potenzjali.

2.   Barra minn hekk, l-Aġenzija għandha tinforma fuq bażi individwali lis-suġġetti tad-data dwar id-drittijiet tagħhom fir-rigward ta' restrizzjonijiet preżenti jew futuri, mingħajr dewmien bla bżonn u bil-miktub, u mingħajr preġudizzju għall-paragrafi li ġejjin.

3.   Meta l-Aġenzija tirrestrinġi, b'mod sħiħ jew parzjali, l-għoti ta' informazzjoni lis-suġġetti tad-data msemmija f'din id-Deċiżjoni, hija għandha tirreġistra r-raġunijiet għar-restrizzjoni, inkluża valutazzjoni tan-neċessità u l-proporzjonalità tar-restrizzjoni. Għal dak il-għan, ir-rekord għandu jiddikjara kif il-provvista tal-informazzjoni jipperikola l-fini tal-investigazzjoni jew il-proċediment ikkonċernat, jew jista' jaffettwa b'mod ħażin id-drittijiet u l-libertajiet ta' oħrajn. Ir-rekord, u meta applikabbli, id-dokumenti li jinkludu l-elementi fattwali u ġuridiċi sottostanti għandhom jiġu rreġistrati. Dawn għandhom isiru disponibbli għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data meta jintalbu.

4.   Ir-restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandha tkompli tapplika dment li r-raġunijiet li jiġġustifikawha jibqgħu applikabbli. Meta r-raġunijiet għar-restrizzjoni ma jibqgħux applikabbli, l-Aġenzija għandha tipprovdi l-informazzjoni kkonċernata u r-raġunijiet għar-restrizzjoni lis-suġġett tad-data. Is-suġġetti tad-data jistgħu jissottomettu kwalunkwe mistoqsija lill-UPD.

5.   Fl-istess ħin, l-Aġenzija għandha tinforma lis-suġġett tad-data bil-possibbiltà li jressaq ilment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'kull ħin, jew li jitlob rimedju ġudizzjarju quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

6.   L-Aġenzija għandha tirrevedi l-applikazzjoni tar-restrizzjoni kull sitt xhur mill-adozzjoni tagħha u fl-għeluq tal-proċediment.

Artikolu 6

Restrizzjoni tad-dritt ta' aċċess mis-suġġetti tad-data

1.   Meta s-suġġetti tad-data jitolbu aċċess għad-data personali tagħhom ipproċessata fil-kuntest ta' każ speċifiku wieħed jew aktar jew ta' operazzjoni ta' pproċessar partikolari, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-Aġenzija għandha tillimita l-valutazzjoni tagħha tat-talba għal tali data personali biss.

2.   Meta l-Aġenzija, b'mod sħiħ jew parzjali, tirrestrinġi d-dritt ta' aċċess, imsemmi fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1725, hija għandha tieħu l-passi li ġejjin:

(a)

fit-tweġiba tagħha għat-talba, għandha tinforma lis-suġġett tad-data kkonċernat bir-restrizzjoni applikata u bir-raġunijiet prinċipali tagħha sakemm ma tfixkilx il-fini tal-investigazzjoni jew tal-proċedimenti kkonċernati, u bil-possibbiltà li jressaq ilment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jew li jitlob rimedju ġudizzjarju quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

(b)

għandha tirreġistra r-raġunijiet għar-restrizzjoni, inkluża valutazzjoni tan-neċessità u l-proporzjonalità tar-restrizzjoni; għal dak il-għan, ir-rekord għandu jsostni kif l-għoti tal-aċċess jipperikola l-fini tal-investigazzjoni jew tal-proċediment ikkonċernat, jew jaffettwa b'mod negattiv id-drittijiet u l-libertajiet ta' oħrajn.

L-għoti ta' informazzjoni msemmi fil-punt (a) jista' jiġi differit, imħolli barra jew miċħud skont l-Artikolu 25(8) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

3.   Ir-reġistrazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 u, fejn applikabbli, id-dokumenti li fihom elementi fattwali u legali sottostanti għandhom jiġu rreġistrati. Dawn għandhom isiru disponibbli għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data meta jintalbu. Għandu japplika l-Artikolu 25(7) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

Artikolu 7

Restrizzjoni tad-dritt ta' rettifika, tħassir u restrizzjoni tal-ipproċessar

Meta l-Aġenzija tirrestrinġi, kompletament jew parzjalment, l-applikazzjoni tad-dritt għal rettifika, tħassir jew restrizzjoni tal-ipproċessar, kif imsemmi fl-Artikoli 18, 19(1), 20(1) u 21 tar-Regolament (UE) 2018/1725, hija għandha tieħu l-passi stipulati fl-Artikolu 6(2) ta' din id-Deċiżjoni u tirreġistra r-rekord skont l-Artikolu 6(3) tagħha.

Artikolu 8

Ir-restrizzjoni tal-komunikazzjoni ta' ksur ta' data personali lis-suġġetti tad-data u l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni elettronika

1.   Meta l-Aġenzija tirrestrinġi l-komunikazzjoni ta' ksur ta' data personali lis-suġġett tad-data, imsemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2018/1725, għandha tniżżel u tirreġistra r-raġunijiet għar-restrizzjoni f'konformità mal-Artikolu 5(3)–(6) ta' din id-Deċiżjoni.

2.   Meta l-Aġenzija tillimita d-dritt għall-kunfidenzjalità ta' komunikazzjoni elettronika ta' suġġett tad-data, imsemmi fl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2018/1725, għandha tniżżel u tirreġistra r-raġunijiet għar-restrizzjoni f'konformità mal-Artikolu 5(3)–(6) ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak li fih tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul f'Amsterdam, it-12 ta' Ġunju 2019.

Christa WIRTHUMER-HOCHE

President tal-Bord Maniġerjali tal-EMA


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1.

(3)  Dok. ref. 7.20/08.

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(6)  Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).