ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 197

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
25 ta' Lulju 2019


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Informazzjoni dwar id-data tad-dħul tas-seħħ tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1259 tal-24 ta' Lulju 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' fittings fonduti ta' tubi jew ta' pajpijiet bil-kamin, ta' ħadid fondut malleabbli u ta' ħadid fondut bil-grafit sferojdali, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajlandja, wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

2

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1260 tal-15 ta' Lulju 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat għall-Kummerċ stabbilit mill-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emendar tal-Appendiċijiet 2-C-2 u 2-C-3 tal-Anness 2-C tal-Ftehim

37

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1261 tal-15 ta' Lulju 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta' deċiżjonijiet dwar ir-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt u dwar it-termini ta' referenza tas-sottokumitati speċjalizzati

49

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

25.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 197/1


Informazzjoni dwar id-data tad-dħul tas-seħħ tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra

Il-Ftehim imsemmi hawn fuq bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk, iffirmat fi Brussell fil-25 ta' Ottubru 2018, daħal fis-seħħ fid-19 ta' Lulju 2019.


REGOLAMENTI

25.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 197/2


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1259

tal-24 ta' Lulju 2019

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' fittings fonduti ta' tubi jew ta' pajpijiet bil-kamin, ta' ħadid fondut malleabbli u ta' ħadid fondut bil-grafit sferojdali, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajlandja, wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u, b'mod partikolari, l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   L-investigazzjonijiet preċedenti u l-miżuri fis-seħħ

(1)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 430/2013 (2), dazju anti-dumping definittiv ġie impost fuq importazzjonijiet ta' fittings fonduti ta' tubi jew ta' pajpijiet bil-kamin, ta' ħadid fondut malleabbli u ta' ħadid fondut bil-grafit sferojdali, bl-esklużjoni ta' komponenti ta' fittings b'kompressjoni bl-użu tal-kamin metriku ISO DIN 13 u kaxxi fejn jingħaqdu l-kejbils tal-ħadid malleabbli bil-kamin ċirkolari mingħajr ma jkollhom għatu, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (“NM”) ex 7307 19 10 (il-kodiċi TARIC 7307191010) u ex 7307 19 90 (il-kodiċi TARIC 7307199010) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ir-RPĊ) u mit-Tajlandja (“il-miżuri attwali”). Id-dazju, ibbażat fuq l-eliminazzjoni tal-livell tad-dumping, varja bejn 14,9 % u 57,8 %.

(2)

Fit-12 ta' Ġunju 2013, il-produttur esportatur Ċiniż Jinan Meide Castings Co., Ltd, ippreżenta applikazzjoni quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea li talbet it-tħassir tar-Regolament (UE) Nru 430/2013 f'dak li għandu x'jaqsam miegħu. Fit-30 ta' Ġunju 2016, fis-sentenza tagħha l-Qorti Ġenerali sabet li d-drittijiet tad-difiża ta' Jinan Meide nkisru u ħassret ir-Regolament ikkontestat sa fejn kien jimponi dazju anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' fittings fonduti ta' tubi jew ta' pajpijiet bil-kamin, ta' ħadid fondut malleabbli, manifatturati minn Jinan Meide.

(3)

Wara s-sentenza msemmija hawn fuq, b'avviż (3) tat-28 ta' Ottubru 2016, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) reġgħet fetħet l-investigazzjoni anti-dumping li tikkonċerna fittings fonduti ta' tubi jew ta' pajpijiet bil-kamin, ta' ħadid fondut malleabbli, manifatturati minn Jinan Meide.

(4)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1146 (4), fit-28 ta' Ġunju 2017 il-Kummissjoni imponiet mill-ġdid dazju anti-dumping definittiv ta' 39,2 % fuq l-importazzjonijiet ta' fittings fonduti ta' tubi jew ta' pajpijiet bil-kamin, ta' ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-RPĊ, manifatturati minn Jinan Meide Castings Co., Ltd.

(5)

Fil-25 ta' Novembru 2015, il-Kummissjoni fetħet rieżami interim parzjali, wara t-talba ta' Metpro Limited, rigward ċerti tipi ta' fitting fondut ta' tubi jew ta' pajpijiet bil-kamin ta' ħadid fondut malleabbli li joriġinaw mir-RPĊ u mit-Tajlandja biex tiddetermina jekk kinux jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri anti-dumping applikabbli. Il-Kummissjoni temmet dan ir-rieżami interim parzjali fit-18 ta' Lulju 2016, permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1176 (5), wara l-irtirar mill-applikant tat-talba tiegħu.

(6)

Fit-23 ta' Mejju 2017, il-Kummissjoni fetħet rieżami interim parzjali, wara t-talba ta' Hebei Yulong Casting Co., Ltd, rigward ċerti tipi ta' fitting fondut ta' tubi jew ta' pajpijiet bil-kamin ta' ħadid fondut malleabbli li joriġinaw mir-RPĊ u mit-Tajlandja biex tiddetermina jekk jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri anti-dumping applikabbli. Il-Kummissjoni temmet dan ir-rieżami interim parzjali fil-11 ta' Jannar 2018, permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/52 (6), wara l-irtirar mill-applikant tat-talba tiegħu.

(7)

Fit-12 ta' Lulju 2018, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ddeċidiet li l-fittings, magħmula minn ħadid fondut bil-grafit sferojdali (magħruf ukoll bħala ħadid fondut duttili) ma jikkorrispondux għall-kunċett ta' “ħadid fondut malleabbli”, kif definit fi ħdan is-subintestatura 7307 19 10 tan-NM. Il-Qorti kkonkludiet li fittings magħmula minn ħadid fondut bil-grafit sferojdali jridu jiġu klassifikati taħt is-subintestatura 7307 19 90 tan-NM (bħal oġġetti oħra ta' ħadid ieħor). Fl-14 ta' Frar 2019, il-Kummissjoni ppubblikat ir-Regolament (UE) 2019/262 (7) li jemenda r-referenzi għall-kodiċi TARIC biex jallinjahom mal-konklużjonijiet tal-qorti. Minħabba li l-miżuri anti-dumping huma imposti skont id-definizzjoni tal-prodott irrispettivament mill-klassifikazzjoni tariffarja, din l-emenda ma kellha ebda impatt fuq l-ambitu tal-prodott tal-miżuri attwali.

1.2.   Talba għal rieżami ta' skadenza

(8)

Wara l-pubblikazzjoni ta' notifika ta' skadenza imminenti (8) tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ, il-Kummissjoni rċeviet talba għal rieżami (“it-Talba”) skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(9)

It-Talba ġiet ippreżentata fit-13 ta' Frar 2018 mill-Kumitat tad-Difiża tal-Fittings Fonduti ta' Tubi jew ta' Pajpijiet ta' Ħadid Fondut Malleabbli tal-Unjoni Ewropea (“l-applikant”). L-applikant jirrappreżenta aktar minn 95 % mill-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' fittings fonduti ta' tubi jew ta' pajpijiet bil-kamin, ta' ħadid fondut malleabbli u ta' ħadid fondut bil-grafit sferojdali.

(10)

It-Talba kienet imsejsa fuq il-bażi li l-iskadenza tal-miżuri probabbilment tirriżulta f'kontinwazzjoni jew f'rikorrenza ta' dumping u f'rikorrenza ta' dannu għall-industrija tal-Unjoni.

1.3.   Bidu ta' rieżami ta' skadenza

(11)

Wara li stabbilixxiet li kien hemm biżżejjed evidenza għall-bidu ta' rieżami ta' skadenza, fit-8 ta' Mejju 2018, il-Kummissjoni ppubblikat Notifika ta' Bidu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (in-“Notifika ta' Bidu”) (9).

1.4.   Il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami u l-perjodu taħt kunsiderazzjoni

(12)

L-investigazzjoni tal-kontinwazzjoni jew tar-rikorrenza tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta' April 2017 sal-31 ta' Marzu 2018 (“il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami” jew il-“PIR”).

(13)

L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' rikorrenza tal-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sat-tmiem tal-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”).

1.5.   Il-partijiet interessati

(14)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jagħmlu kuntatt magħha biex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Il-Kummissjoni avżat speċifikament lill-applikanti, lill-produtturi magħrufa tal-Unjoni, lill-produtturi magħrufa u lill-awtoritajiet tar-RPĊ u tat-Tajlandja, lill-importaturi magħrufa, lill-fornituri, lill-utenti u lill-operaturi tas-suq ikkonċernati dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom biex jikkooperaw.

(15)

Il-partijiet interessati kellhom opportunità biex jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. L-ebda parti interessata ma talbet seduta.

1.6.   Kampjunar

(16)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hi tista' tieħu kampjun mill-partijiet interessati skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

1.6.1.   Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(17)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet għażlet b'mod proviżorju kampjun ta' produtturi tal-Unjoni.

(18)

Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta' bejgħ tal-prodott simili fl-2017, li jista' jiġi investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli.

(19)

Dan il-kampjun kien jikkonsisti fi tliet produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni magħżulin għall-kampjun kienu jirrappreżentaw aktar minn 70 % tal-volum totali stmat tal-bejgħ tal-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun provviżorju. Ma wasal l-ebda kumment. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kampjun kien rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

1.6.2.   Kampjunar tal-importaturi

(20)

Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. Seba' importaturi mhux relatati pprovdew l-informazzjoni meħtieġa.

(21)

Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta' bejgħ tal-prodott taħt rieżami fl-2017, li jista' jiġi investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli.

(22)

Dan il-kampjun kien jikkonsisti fi tlett importaturi tal-Unjoni. Ma wasal l-ebda kumment fuq il-kampjun magħżul. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kampjun kien rappreżentattiv tal-importaturi tal-Unjoni.

1.6.3.   Il-kampjunar tal-produtturi fir-RPĊ

(23)

Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi magħrufa kollha fir-RPĊ biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni staqsiet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea biex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi oħra, jekk hemm minnhom, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(24)

Żewġ produtturi fir-RPĊ ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Fid-dawl tan-numru baxx ta' produtturi li kkooperaw, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx neċessarju.

1.6.4.   Il-kampjunar tal-produtturi fit-Tajlandja

(25)

Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi magħrufa kollha fit-Tajlandja biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Renju tat-Tajlandja għall-Unjoni Ewropea biex tidentifika u/jew tikkuntattja produtturi oħra, f'każ li hemm, li jistgħu jkunu interessati li jieħdu sehem fl-investigazzjoni.

(26)

Produttur minnhom fit-Tajlandja daħal f'kuntatt iżda ma bagħatx tweġiba għall-kampjunar.

(27)

Għaldaqstant, ma kien hemm ebda kooperazzjoni mill-produtturi fit-Tajlandja.

1.7.   It-tweġibiet għall-kwestjonarju

(28)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lit-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, lit-tliet importaturi mhux relatati fil-kampjun, liż-żewġ produtturi fir-RPĊ, li daħlu f'kuntatt għall-eżerċizzju ta' kampjunar, u lill-Gvern taċ-Ċina (“GOC”). It-tweġibiet għall-kwestjonarji waslu biss mingħand it-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(29)

Għaldaqstant, ma kien hemm ebda kooperazzjoni mill-produtturi fir-RPĊ.

1.8.   Żjarat ta' verifika

(30)

Il-Kummissjoni talbet u vverifikat mal-partijiet li kkooperaw l-informazzjoni kollha li qieset li kienet neċessarja għall-investigazzjoni tagħha. Iż-żjarat ta' verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku twettqu fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

Produtturi tal-Unjoni

Berg Montana Fittings, EAD, il-Bulgarija;

Georg Fischer Fittings GmbH, l-Awstrija;

Odlewnia Zawiercie S.A. (qabel imsejħa Odlewnia Zeliwa S.A.), il-Polonja.

1.9.   Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dumping tar-RPĊ skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku

(31)

Fid-dawl tal-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li kellha t-tendenza li turi l-eżistenza ta' distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tibda l-investigazzjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(32)

Konsegwentement, biex tiġbor id-data meħtieġa għall-applikazzjoni eventwali tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fin-Notifika ta' Bidu l-Kummissjoni stiednet lill-produtturi magħrufa kollha fir-RPC biex jipprovdu l-informazzjoni mitluba fl-Anness III għan-Notifika ta' Bidu fir-rigward tal-inputs użati għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami. Iż-żewġ produtturi li bagħtu tweġibiet għall-kampjunar issottomettew ukoll l-informazzjoni mitluba fl-Anness III.

(33)

Biex tikseb l-informazzjoni li hi qieset li kienet meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarju lill-GOC. Ma waslet l-ebda tweġiba mill-GOC.

(34)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet ukoll lill-partijiet interessati kollha jressqu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta' sostenn fir-rigward tal-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(35)

Produttur Ċiniż minnhom allega li l-metodoloġija li l-Kummissjoni kien biħsiebha tuża kienet illegali u mhux allinjata mal-obbligi tal-UE skont il-Ftehim dwar l-Anti-Dumping tad-WTO. Madankollu, din il-parti interessata naqset milli tissostanzja d-dikjarazzjoni tagħha.

(36)

Barra minn hekk, il-produttur Ċiniż iddikjara li ma kienx hemm distorsjonijiet fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, u l-prezzijiet u l-kostijiet tiegħu, li jinkludu l-kostijiet tal-materja prima u tal-enerġija, kienu r-riżultat ta' forzi tas-suq ħieles. Dawn id-dikjarazzjonijiet ma kinux issostanzjati aktar, u t-tali parti ma kkooperatx fl-investigazzjoni.

(37)

Fid-dawl tan-nuqqas ta' kwalunkwe sostanzjar tad-dikjarazzjonijiet, il-Kummissjoni ma setgħetx tindirizzahom b'mod speċifiku. Madanakollu, fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni vvalutat jekk kienx hemm distorsjonijiet fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Tali valutazzjoni tinsab fit-taqsimiet minn 3.2.2.2 sa 3.2.2.9 hawn taħt.

(38)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, din jista' jkollha bżonn tagħżel pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku biex jiġi ddeterminat il-valur normali fuq il-bażi ta' prezzijiet jew ta' valuri referenzjarji mhux distorti.

(39)

Fl-20 ta' Ġunju 2018, il-Kummissjoni ppubblikat l-ewwel nota fil-fajl (“in-Nota tal-20 ta' Ġunju 2018”) (10) li fiha fittxet il-fehmiet tal-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li l-Kummissjoni tista' tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali, f'konformità mat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(e) tar-Regolament bażiku. Dik in-nota pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera li ntużaw fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami mill-produtturi Ċiniżi. Barra minn hekk, fuq il-bażi tal-kriterji li ggwidaw l-għażla tal-prezzijiet jew tal-valuri referenzjarji mhux distorti, is-servizzi tal-Kummissjoni identifikaw erba' pajjiżi rappreżentattivi possibbli: it-Tajlandja, it-Turkija, l-Arġentina u l-Brażil. Fir-rigward tal-aħħar żewġ pajjiżi, in-Nota tal-20 ta' Ġunju 2018 irrikonoxxiet li kien hemm nuqqas osservat ta' data finanzjarja pubblika suffiċjentement disponibbli.

(40)

Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Madankollu, waslu kummenti biss mingħand wieħed mill-applikanti u mingħand produttur Ċiniż wieħed.

(41)

Il-kummenti riċevuti fin-Nota tal-20 ta' Ġunju 2018 ġew indirizzati fit-tieni nota dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali, datata t-8 ta' Marzu 2019 (“in-Nota tat-8 ta' Marzu 2019”) (11). Ġiet stabbilita l-lista ta' fatturi tal-produzzjoni u ġie konkluż li, f'dak l-istadju, it-Tajlandja kienet l-aktar pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw, iżda ma ġie ppreżentat l-ebda kumment.

2.   IL-PRODOTT TAĦT RIEŻAMI U L-PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott taħt rieżami

(42)

Il-prodott taħt rieżami hu fittings fonduti ta' tubi jew ta' pajpijiet bil-kamin, ta' ħadid fondut malleabbli u ta' ħadid fondut bil-grafit sferojdali, li jeskludi komponenti ta' fittings b'kompressjoni bl-użu tal-kamin metriku ISO DIN 13 u kaxxi fejn jingħaqdu l-kejbils tal-ħadid malleabbli bil-kamin ċirkolari mingħajr ma jkollhom għatu, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7307 19 10 (kodiċi TARIC 7307191010) u ex 7307 19 90 (kodiċi TARIC 7307199010) u li joriġinaw mir-RPĊ u mit-Tajlandja (“il-prodott taħt rieżami”).

(43)

Il-materja prima prinċipali użata bħala input hija rottam tal-metalli, kokk/elettriku/gass, ramel (għall-immudellar) u żingu (għall-galvanizzazzjoni). L-ewwel pass fil-proċess tal-manifattura huwa t-tidwib tar-ruttam tal-metalli. Dan ikun segwit mill-proċess tal-immudellar u l-iffundar ta' diversi forom li mbagħad jiġu separati f'biċċiet waħdiena. Il-prodotti jridu jgħaddu minn proċess twil ta' ttemprar sabiex jiġi żgurat li jkunu malleabbli biżżejjed biex jintużaw f'applikazzjonijiet fejn pereżempju tkun meħtieġa reżistenza għax-xokkijiet u l-vibrazzjoni u sabiex jifilħu għal bidliet rapidi fit-temperatura. Imbagħad il-fittings ikunu jistgħu jiġu ggalvanizzati. Imbagħad iseħħ l-iffurmar tal-kamin u xogħol ieħor tal-makkinarju.

(44)

Il-fittings fonduti ta' tubi jew ta' pajpijiet bil-kamin jintużaw għat-tqabbid flimkien ta' żewġ pajpijiet jew tubi jew aktar, għat-tqabbid ta' pajp ma' apparat, għall-bdil tad-direzzjoni tal-fluss tal-fluwidu, jew għall-għeluq ta' pajp. Il-fittings fonduti ta' tubi jew ta' pajpijiet bil-kamin jintużaw prinċipalment fis-sistemi tal-gass, tal-ilma u tat-tisħin ta' bini residenzjali u mhux residenzjali. Dawn jintużaw ukoll fis-sistemi tal-pajpijiet ta' raffineriji taż-żejt. Dawn il-fittings huma disponibbli f'ħafna konfigurazzjonijiet, l-iżjed komuni jkunu l-elbows ta' 90 grad, it-tees, il-couplings, il-crosses, u l-unions. Huma jiġu prodotti kemm f'forma sewda (mhux galvanizzata) kif ukoll f'forma galvanizzata.

2.2.   Prodott simili

(45)

Kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, din l-investigazzjoni ta' rieżami ta' skadenza kkonfermat li dawn il-prodotti għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

il-prodott taħt rieżami;

il-prodott li hu mmanifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tat-Tajlandja;

u l-prodott li hu mmanifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(46)

Għalhekk, dawn il-prodotti tqiesu bħala prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   IL-PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI TAD-DUMPING MIR-RPĊ

3.1.   Kummenti preliminari għar-RPĊ

(47)

F'konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk huwiex probabbli li l-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ twassal għal kontinwazzjoni jew għal rikorrenza tad-dumping mir-RPĊ.

(48)

Kif imsemmi fil-premessa (29), l-ebda produttur Ċiniż ma kkoopera fl-investigazzjoni. Il-produtturi Ċiniżi naqsu milli jissottomettu tweġibiet għall-kwestjonarju, inkluża kwalunkwe data dwar il-prezzijiet u l-kostijiet tal-esportazzjoni, il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi, il-kapaċità, il-produzzjoni, l-investimenti, eċċ. Bl-istess mod, il-GOC u l-produtturi Ċiniżi ma ssottomettew ebda kumment dwar l-evidenza fil-fajl tal-każ, inkluż “Id-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Finijiet ta' Investigazzjonijiet fid-Difiża Kummerċjali” (“ir-Rapport”) (12). Għalhekk, il-Kummissjoni rrikorriet għall-użu tal-fatti disponibbli f'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(49)

Il-Kummissjoni nnotifikat lill-awtoritajiet Ċiniżi u liż-żewġ produtturi Ċiniżi dwar tal-applikazzjoni tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku u tathom l-opportunità li jikkummentaw. Ma ġie ppreżentat l-ebda kumment.

(50)

Fuq dik il-bażi, skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza tad-dumping stabbiliti hawn taħt kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, b'mod partikolari l-informazzjoni li tinsab fit-Talba, fis-sottomissjonijiet mill-partijiet interessati, fl-istatistika miġbura abbażi tal-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku (“il-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6)”) u f'sorsi pubbliċi oħra identifikati fejn applikabbli hawn taħt (il-premessi (115) u (127)).

3.2.   Dumping matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami

(51)

Għall-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, id-data statistika mill-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6) turi li fl-Unjoni ġew importati 7 666 tunnellata ta' fittings malleabbli mir-RPĊ, li jikkostitwixxu 21 % tal-konsum totali tal-Unjoni. Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet attwali fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami kienu rappreżentattivi u, għalhekk, eżaminat jekk id-dumping tkompliex matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

3.2.1.   Il-valur normali

(52)

Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”.

(53)

Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “fil-każ li jiġi determinat […] li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f'dak il-pajjiż ta' distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta' riferiment mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”.

(54)

Kif spjegat aktar fid-dettall hawn taħt, fl-investigazzjoni preżenti l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, u fid-dawl tan-nuqqas ta' kooperazzjoni tal-GOC u tal-produtturi Ċiniżi, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa.

3.2.2.   L-eżistenza ta' distorsjonijiet sinifikanti

3.2.2.1.   Introduzzjoni

(55)

L-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku jiddefinixxi “d-distorsjonijiet sinifikanti huma dawk id-distorsjonijiet li jseħħu meta prezzijiet jew kostijiet irrappurtati, inklużi l-kostijiet ta' materji primi u ta' enerġija, ma jkunux ir-riżultat ta' forzi tas-suq ħieles għax ikunu affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern. Meta tkun valutata l-eżistenza ta' distorsjonijiet sinifikanti għandha tingħata attenzjoni, inter alia, lill-impatt potenzjali ta' element wieħed jew aktar mis-segwenti:

is-suq inkwistjoni huwa servut f'miżura sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni politika jew gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur;

il-preżenza tal-istat f'ditti li jippermettu lill-istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew kostijiet;

politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b'mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles;

in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet fil-qasam tal-fallimenti, dak soċjetarju jew dak tal-proprjetà;

il-kostijiet tal-pagi soġġetti għal distorsjoni;

l-aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta' ordni pubbliku jew li b'xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat”.

(56)

Skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, il-valutazzjoni tal-eżistenza ta' distorsjonijiet sinifikanti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) għandha tqis, fost l-oħrajn, il-lista ta' elementi mhux eżawrjenti fid-dispożizzjoni ta' qabel. Skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, fil-valutazzjoni tad-distorsjonijiet sinifikanti, għandu jitqies l-impatt potenzjali ta' wieħed jew aktar minn dawn l-elementi fuq il-prezzijiet u l- kostijiet fil-pajjiż esportatur tal-prodott ikkonċernat. Fil-fatt, billi dik il-lista mhijiex kumulattiva, ma hemmx għalfejn li jitqiesu l-elementi kollha biex tkun ikun hemm sejba ta' distorsjonijiet sinifikanti. Barra minn hekk, l-istess ċirkostanzi fattwali jistgħu jintużaw biex juru l-eżistenza ta' element wieħed jew aktar tal-lista. Madankollu, kwalunkwe konklużjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) trid issir abbażi tal-evidenza kollha inkwistjoni.

(57)

L-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku jipprevedi li “fejn il-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet fondati sew tal-eżistenza potenzjali ta' distorsjonijiet sinifikanti kif imsemmija fil-punt (b) f'ċertu pajjiż jew f'ċertu settur f'dak il-pajjiż, u fejn ikun xieraq għall-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipproduċi, tippubblika u taġġorna regolarment rapport li jiddeskrivi ċ-ċirkostanzi tas-suq imsemmija fil-punt (b) f'dak il-pajjiż jew settur”.

(58)

Il-partijiet interessati kienu mistiedna jirribattu, jikkummentaw jew jissupplimentaw l-evidenza li kienet fil-fajl tal-investigazzjoni fil-mument tal-bidu. F'dak ir-rigward, il-Kummissjoni sserraħ fuq ir-Rapport li juri l-eżistenza ta' intervent sostanzjali mill-gvern f'ħafna livelli tal-ekonomija, inklużi distorsjonijiet speċifiċi f'fatturi ewlenin tal-produzzjoni (bħall-art, l-enerġija, il-kapital, il-materja prima u l-manodopera), kif ukoll f'setturi speċifiċi (bħall-azzar u s-sustanzi kimiċi) li huma ta' rilevanza partikolari għall-investigazzjoni inkwistjoni. Ir-Rapport tqiegħed fil-fajl tal-investigazzjoni.

(59)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta' distorsjonijiet sinifikanti fit-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni dan għamlitu abbażi tal-evidenza disponibbli dwar il-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fir-Rapport, li sserraħ fuq sorsi disponibbli pubblikament, b'mod partikolari dwar il-leġiżlazzjoni Ċiniża, dokumenti uffiċjali ppubblikati dwar il-politika Ċiniża, rapporti ppubblikati minn organizzazzjonijiet internazzjonali, u studji u artikli minn akkademiċi rinomati, identifikati speċifikament fir-Rapport. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija tiegħu b'mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti, inkluż il-prodott taħt rieżami.

(60)

Kif speċifikat fil-premessi (28) sa (33), la l-GOC u lanqas il-produtturi Ċiniżi ma kkummentaw jew ipprovdew evidenza li ssostni jew tirribatti l-evidenza eżistenti fil-fajl tal-każ, inkluż ir-Rapport, u l-evidenza addizzjonali li ġiet ipprovduta mill-applikanti, dwar l-eżistenza ta' distorsjonijiet sinifikanti u/jew l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fil-każ inkwistjoni.

3.2.2.2.   Distorsjonijiet sinifikanti li jaffettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ: kuntest ekonomiku ġenerali

(61)

Is-sistema ekonomika taċ-Ċina hija bbażata fuq il-kunċett ta' “ekonomija tas-suq soċjalista”. Dak il-kunċett hu inkorporat fil-Kostituzzjoni Ċiniża u jiddetermina l-governanza ekonomika tar-RPĊ. Il-prinċipju fundamentali hu “s-sjieda pubblika soċjalista tal-mezzi tal-produzzjoni, jiġifieri, is-sjieda mill-persuni kollha u s-sjieda kollettiva mill-ħaddiema”. L-ekonomija tal-Istat hija “l-forza mexxejja tal-ekonomija nazzjonali” u l-Istat għandu l-mandat “li jiżgura l-konsolidazzjoni u t-tkabbir tagħha” (13). Konsegwentement, l-istruttura ġenerali tal-ekonomija Ċiniża mhux biss tippermetti interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija, iżda li tali interventi jsiru b'mod espliċitu. Il-kunċett ta' supremazija tas-sjieda pubblika fuq is-sjieda privata hu mifrux fis-sistema legali sħiħa u hu enfasizzat bħala prinċipju ġenerali fil-partijiet fundamentali kollha tal-leġiżlazzjoni. Il-liġi Ċiniża fil-qasam tal-proprjetà hi eżempju ċarissimu: din tirreferi għall-istadju primarju tas-soċjaliżmu u tafda lill-Istat bil-ħarsien tas-sistema ekonomika bażika li skontha s-sjieda pubblika għandha rwol dominanti. Forom oħra ta' sjieda huma tollerati, fejn il-liġi tippermettilhom jiżviluppaw spalla ma' spalla mas-sjieda tal-Istat (14).

(62)

Barra minn hekk, taħt il-leġiżlazzjoni Ċiniża, l-ekonomija tas-suq soċjalista hi żviluppata taħt it-tmexxija tal-Partit Komunista Ċiniż (“CCP”, Chinese Communist Party). L-istruttura tal-Istat Ċiniż u tas-CCP huma marbutin ma' xulxin f'kull livell (legali, istituzzjonali, personali), li jiffurmaw superstruttura li fiha ma tkunx tista' ssir distinzjoni bejn ir-rwoli tas-CCP u tal-Istat. Wara emenda tal-Kostituzzjoni Ċiniża f'Marzu 2018, ir-rwol mexxej tas-CCP ingħata prominenza saħansitra akbar b'sejba li ġiet affermata mill-ġdid fit-test tal-Artikolu 1 tal-Kostituzzjoni. Wara l-ewwel sentenza eżistenti tad-dispożizzjoni: “is-sistema soċjalista hija s-sistema bażika tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina”, iddaħħlet it-tieni sentenza ġdida li tgħid: “il-karatteristika li tiddefinixxi s-soċjaliżmu b'karatteristiċi Ċiniżi hi t-tmexxija tal-Partit Komunista taċ-Ċina.” (15) Dan juri l-kontroll tas-CCP fuq is-sistema ekonomika tar-RPĊ. Dan il-kontroll hu inerenti għas-sistema Ċiniża u jmur lil hinn mis-sitwazzjoni abitwali fil-pajjiżi l-oħra fejn il-gvernijiet jeżerċitaw kontroll makroekonomiku mifrux f'qafas affettwat minn forzi tas-suq ħieles.

(63)

L-Istat Ċiniż iwettaq politika ekonomika intervenzjonista biex isegwi għanijiet li jikkoinċidu mal-aġenda politika stipulata mis-CCP, minflok ma jirrifletti l-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti f'suq ħieles (16). L-għodod ekonomiċi intervenzjonisti użati mill-awtoritajiet Ċiniżi jinqasmu f'diversi friegħi, inklużi s-sistema tal-ippjanar industrijali, is-sistema finanzjarja, kif ukoll fil-livell tal-ambjent regolatorju.

(64)

L-ewwel nett, fil-livell ta' kontroll amministrattiv globali, id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniżi hi rregolata minn sistema kumplessa ta' ppjanar industrijali li jaffettwa l-attivitajiet ekonomiċi kollha fil-pajjiż. It-totalità ta' dawn il-pjanijiet tkopri matriċi komprensiv u kumpless ta' setturi u politiki trażversali u hi preżenti fil-livelli kollha tal-gvern. Il-pjanijiet fil-livell provinċjali huma dettaljati filwaqt li l-pjanijiet nazzjonali jistabbilixxu miri kemxejn usa'. Il-pjanijiet jispeċifikaw ukoll il-mezzi biex jiġu appoġġjati l-industriji/is-setturi rilevanti kif ukoll il-perjodi ta' żmien li fihom jeħtieġ li jintlaħqu l-objettivi. Xi pjanijiet jinkludu miri espliċiti tal-output. Skont il-pjanijiet, is-setturi u/jew il-proġetti industrijali individwali jiġu identifikati bħala prijoritajiet (pożittivi jew negattivi) skont il-prijoritajiet tal-gvern u l-għanijiet ta' żvilupp speċifiċi attribwiti għalihom (aġġornament industrijali, espansjoni industrijali, eċċ.). L-atturi ekonomiċi, privati u tal-Istat kollha kemm huma jridu jaġġustaw b'mod effettiv l-attivitajiet kummerċjali tagħhom skont ir-realtajiet imposti mis-sistema tal-ippjanar. Mhux biss minħabba n-natura vinkolanti tal-pjanijiet iżda wkoll minħabba li l-awtoritajiet Ċiniżi rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern jaderixxu mas-sistema ta' pjanijiet u jużaw is-setgħat mogħtija lilhom skont kif ikun meħtieġ, u b'hekk jisfurzaw lill-operaturi jikkonformaw mal-prijoritajiet stabbiliti fil-pjanijiet (ara wkoll it-taqsima 3.2.2.5 hawn taħt) (17).

(65)

It-tieni nett, fil-livell tal-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, is-sistema finanzjarja tar-RPĊ hi ddominata mill-banek kummerċjali tal-Istat. Dawk il-banek, meta jkunu qed jistabbilixxu u jimplementaw il-politika tas-self tagħhom, iridu jallinjaw ruħhom mal-objettivi tal-politika industrijali tal-gvern minflok ma jivvalutaw qabel kollox il-merti ekonomiċi ta' proġett partikolari (ara wkoll it-taqsima 3.2.2.8 hawn taħt) (18). L-istess japplika għall-komponenti l-oħra tas-sistema finanzjarja Ċiniża, bħas-swieq tal-istokks, is-swieq tal-bonds, is-swieq tal-ekwità privata, eċċ. Minkejja s-sinifikat aktar baxx meta mqabbla mas-settur bankarju, dawn il-partijiet tas-settur finanzjarju huma istituzzjonalment u operazzjonalment stabbiliti b'mod li mhuwiex xprunat biex jisfrutta bl-aħjar mod il-funzjonament effiċjenti tas-swieq finanzjarji iżda biex jiżgura l-kontroll u jippermetti l-intervent mill-Istat u mis-CCP (19).

(66)

It-tielet nett, fil-livell tal-ambjent regolatorju, l-interventi mill-Istat fl-ekonomija jsiru f'għadd ta' għamliet. Pereżempju, ir-regoli tal-akkwist pubbliku jintużaw b'mod regolari biex jiġu segwiti għanijiet ta' politika minbarra l-effiċjenza ekonomika, u b'hekk idgħajfu l-prinċipji bbażati fuq is-suq fil-qasam. Il-leġiżlazzjoni applikabbli tipprevedi b'mod speċifiku li l-akkwist pubbliku għandu jsir sabiex tiġi ffaċilitata l-kisba tal-għanijiet imfassla mill-politiki tal-Istat. Madankollu, in-natura ta' dawn l-għanijiet għadha mhix iddefinita, li b'hekk tħalli marġni wiesa' ta' apprezzament għall-korpi tat-teħid ta' deċiżjonijiet (20). Bl-istess mod, fil-qasam tal-investiment, il-gvern Ċiniż iżomm kontroll u influwenza sinifikanti fuq id-destinazzjoni u l-kobor kemm tal-investiment tal-Istat kif ukoll tal-investiment privat. L-iskrinjar tal-investiment, kif ukoll diversi inċentivi, restrizzjonijiet, u projbizzjonijiet relatati mal-investiment jintużaw mill-awtoritajiet bħala għodda importanti biex jiġu appoġġjati l-għanijiet tal-politika industrijali bħaż-żamma tal-kontroll tal-Istat fuq setturi ewlenin jew it-tisħiħ tal-industrija domestika (21).

(67)

Fil-qosor, il-mudell ekonomiku Ċiniż huwa bbażat fuq ċerti azzjonijiet bażiċi li jipprevedu u jħeġġu interventi tal-gvern li jinqasmu f'diversi friegħi. Tali interventi sostanzjali tal-gvern jinsabu f'kunflitt mal-azzjoni libera tal-forzi tas-suq, li jirriżulta fid-distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f'konformità mal-prinċipji tas-suq (22).

3.2.2.3.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku: is-suq inkwistjoni li hu servut f'miżura sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni politika jew gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur.

(68)

Fir-RPĊ, l-intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll u s-superviżjoni jew il-gwida tal-politika mill-Istat, jirrappreżentaw parti essenzjali mill-ekonomija.

(69)

Fir-rigward tas-sjieda tal-Istat, fis-settur tal-azzar għad hemm grad sostanzjali ta' sjieda mill-gvern Ċiniż. Għadd ta' produtturi prinċipali huma proprjetà tal-Istat, u wħud issir referenza speċifika għalihom fil-“Pjan ta' Aġġustament u ta' Aġġornament tal-Industrija tal-Azzar għall-2016-2020” (23) bħala eżempji tal-kisbiet tat-12-il perjodu ta' ppjanar fuq ħames snin (bħal Baosteel, Anshan Iron and Steel, Wuhan Iron and Steel, eċċ.). Filwaqt li l-qasma nominali bejn in-numru ta' intrapriżi tal-Istat (“SOEs”, state-owned enterprises) u l-kumpaniji bi sjieda privata hi stmata li hi kważi ndaqs, mill-ħames produtturi Ċiniżi tal-azzar klassifikati fost l-ewwel għaxar l-akbar produtturi tal-azzar fid-dinja, erbgħa huma SOEs (24). Fl-istess ħin, filwaqt li l-ewwel għaxar produtturi kienu jirrappreżentaw biss madwar 36 % mill-output totali tal-industrija fl-2016, il-gvern Ċiniż qed jipprova jikkonsolida minn 60 sa 70 % tal-produzzjoni tal-ħadid u tal-azzar f'madwar għaxar intrapriżi fuq skala kbira sal-2025 (25). It-tali konsolidazzjoni tista' tinvolvi fużjonijiet furzati ta' kumpaniji privati profittabbli ma' SOEs bi prestazzjoni subottimali (26).

(70)

Fir-rigward tal-kontroll mill-Istat, il-gvern u s-CCP iżommu strutturi li jiżguraw l-influwenza kontinwa tagħhom fuq l-intrapriżi. L-Istat (u f'bosta aspetti anki s-CCP) mhux biss jifformula u jissorvelja b'mod attiv l-implimentazzjoni ta' politiki ekonomiċi ġenerali mill-intrapriżi individwali, iżda jinvoka wkoll id-drittijiet tiegħu li jieħu sehem fit-teħid ta' deċiżjonijiet operazzjonali tagħhom. L-elementi li jindikaw l-eżistenza tal-kontroll mill-gvern fuq l-intrapriżi fis-settur tal-azzar u tal-ħadid huma mistħarrġa aktar fid-dettall fit-taqsima 3.2.2.4 hawn taħt, b'mod partikolari fil-premessa (75).

(71)

F'dak li jirrigwarda s-superviżjoni u l-gwida tal-politika mill-Istat fis-settur, l-eżistenza ta' tali superviżjoni u gwida tintwera minn naħa mir-rabtiet mill-qrib bejn l-intrapriżi fis-settur tal-ħadid u tal-azzar u s-CCP, li għandha preżenza u tinvoka d-dritt għat-teħid tad-deċiżjonijiet f'tali intrapriżi (ara b'mod partikolari l-premessi (74) - (75)), u min-naħa l-oħra, mid-dokumenti pubbliċi tal-ippjanar industrijali kif ukoll direttivi u għodod addizzjonali ta' politika tal-gvern applikabbli għas-settur (ara b'mod partikolari l-premessi (79) - (83)). Bil-livell għoli ta' kontroll u intervent mill-gvern fis-settur tal-azzar u tal-ħadid, kif deskritt hawn taħt, lanqas il-produtturi bi sjieda privata tal-fittings fonduti ta' tubi u ta' pajpijiet ma jitħallew joperaw bil-kundizzjonijiet tas-suq.

(72)

Il-kontroll, is-superviżjoni tal-politika u l-gwida tas-settur mill-awtoritajiet Ċiniżi jidher ulterjorment mill-objettivi tal-assoċjazzjoni tal-industrija settorjali ewlenija, l-Assoċjazzjoni Ċiniża tal-Ħadid u tal-Azzar (“CISA”, Chinese Iron and Steel Association). Skont l-Artikolu 3 tal-Istatut ta' Assoċjazzjoni tas-CISA, l-assoċjazzjoni “għandha sservi lill-intrapriżi, għandha sservi lis-settur u għandha sservi lill-gvern (…) u għandha tiżgura rwol ta' forza ta' tqarrib bejn il-gvern u l-intrapriżi involuti”. Barra minn hekk, l-Artikolu 24 jipprovdi biex is-CISA “twettaq kwalunkwe kompitu ieħor kif inkarigat mill-gvern u mill-amministrazzjoni rilevanti”, filwaqt li l-Artikolu 26 jistipula li s-CISA “żżomm kif xieraq mal-linja, mal-linji gwida, mal-politiki u mal-governanza politika tal-Partit” (27).

(73)

Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li s-suq għall-fittings fonduti ta' tubi jew ta' pajpijiet fir-RPĊ kien servut f'miżura sinifikanti minn intrapriżi soġġetti għal kontroll jew superviżjoni politika jew gwida mill-gvern Ċiniż.

3.2.2.4.   Distorsjonijiet sinifikanti skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: Il-preżenza tal-Istat f'ditti li jippermettu lill-Istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew tal-kostijiet.

(74)

L-Istat Ċiniż qiegħed f'pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti. Filwaqt li d-dritt li l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat jaħtru u jneħħu persunal maniġerjali ewlieni fl-SOEs, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista' jitqies bħala li jirrifletti d-drittijiet tas-sjieda korrispondenti (28), iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm f'tal-Istat kif ukoll f'dawk privati, jirrappreżentaw mezz ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista' jinterferixxi fid-deċiżjonijiet kummerċjali. Skont id-dritt tal-kumpaniji tar-RPĊ, f'kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-anqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP (29)) u l-kumpanija trid tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, jidher li dan ir-rekwiżit mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b'mod strett. Madankollu, tal-anqas mill-2016 is-CCP saħħaħ l-affermazzjonijiet tiegħu li jikkontrolla d-deċiżjonijiet kummerċjali fl-SOEs bħala kwistjoni ta' prinċipju politiku. Hu rrapportat ukoll li s-CCP teżerċita pressjoni fuq il-kumpaniji privati biex jagħtu prijorità lill-“patrijottiżmu” u jsegwu d-dixxiplina tal-partit (30). Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partiti f'madwar 70 % ta' madwar 1,86 miljun kumpanija bi sjieda privata, li rriżulta fi pressjoni dejjem akbar biex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fir-rigward tad-deċiżjoni kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom (31). Ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, inkluż is-settur tal-ħadid u tal-azzar. Għaldaqstant, huwa stabbilit li dawn ir-regoli japplikaw ukoll għall-produtturi tal-fittings malleabbli u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.

(75)

B'mod speċifiku fis-settur tal-ħadid u tal-azzar, jeżistu rabtiet mill-qrib bejn il-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-intrapriżi attivi fis-settur u l-Istat, b'mod partikolari s-CCP. Fl-investigazzjoni kontra s-sussidji riċenti ta' ċerti prodotti ċatti rromblati bis-sħana tal-ħadid, tal-azzar mhux illigat jew ta' azzar illigat ieħor (“HRF”) li joriġinaw mir-RPĊ (32), il-Kummissjoni stabbilixxiet li tlieta mill-erba' gruppi fil-kampjun ta' produtturi esportaturi kienu SOEs. Fit-tliet gruppi kollha kemm huma, il-President tal-Bord jew il-President kien jaġixxi wkoll bħala s-Segretarju tal-Kumitat tal-Partit tal-organizzazzjoni tas-CCP tal-grupp. B'mod simili, fir-rigward tal-prodott taħt rieżami, jista' jintwera li fi ħdan il-produtturi Ċiniżi jeżisti trikkib personali bejn l-istrutturi tal-Partit u l-korpi maniġerjali. Bħala eżempju, il-Viċi President tal-Bord tal-kumpanija Jinan Meide Casting Co. Ltd. serva fl-istess ħin bħala s-segretarju tal-kumitat tal-Partit tal-kumpanija tal-anqas bejn l-2013 u l-2016 (33).

(76)

Il-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji (ara wkoll it-taqsima 3.2.2.8 hawn taħt) kif ukoll fil-provvista ta' materja prima u ta' inputs iħallu effett addizzjonali ta' distorsjoni fuq is-suq (34).

(77)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, huwa konkluż li l-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-settur tal-ħadid u tal-azzar, kif ukoll fis-settur finanzjarju tippermetti lill-GOC jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet u tal-kostijiet.

3.2.2.5.   Distorsjonijiet sinifikanti skont it-tielet inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles b'mod ieħor.

(78)

Id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hi ddeterminata f'livell sinifikanti minn sistema elaborata ta' ppjanar li tistabbilixxi prijoritajiet u tippreskrivi l-għanijiet li l-gvernijiet ċentrali u lokali jridu jiffokaw fuqhom. Jeżistu pjanijiet rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern u dawn ikopru virtwalment is-setturi ekonomiċi kollha, l-objettivi stabbiliti mill-istrumenti tal-ippjanar huma ta' natura vinkolanti u l-awtoritajiet f'kull livell amministrattiv jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet mil-livell korrispondenti aktar baxx tal-gvern. B'mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fir-RPĊ tirriżulta fis-sitwazzjoni fejn ir-riżorsi jintbagħtu lejn setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-gvern, minflok ma jkunu allokati skont il-forzi tas-suq (35).

(79)

L-industrija tal-ħadid u tal-azzar hi meqjusa bħala industrija ewlenija mill-gvern Ċiniż (36). Dan hu kkonfermat fid-diversi pjanijiet, direttivi u dokumenti oħra ffokati fuq l-azzar, li jinħarġu fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali bħall-“Pjan ta' Aġġustament u ta' Aġġornament tal-Industrija tal-Azzar għall-2016-2020”. Dan il-Pjan jiddikjara li l-industrija tal-azzar hi “settur importanti u fundamentali tal-ekonomija Ċiniża, pedament nazzjonali” (37). Il-kompiti u l-objettivi ewlenin stipulati f'dan il-Pjan ikopru l-aspetti kollha tal-iżvilupp tal-industrija (38), inklużi objettivi speċifiċi relatati mar-ruttam tal-azzar (39). L-eżistenza ta' politiki industrijali rigward ir-ruttam tal-azzar tidher ukoll minn dokumenti addizzjonali tal-gvern, bħall-miri stabbiliti mill-Ministeru tal-Industrija u tat-Teknoloġija tal-Informatika (MIIT) għaż-żieda gradwali tal-użu tar-ruttam tal-azzar (40).

(80)

It-13-il Pjan fuq Ħames Snin dwar l-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (41) jipprevedi appoġġ għall-intrapriżi li jipproduċu tipi ta' prodotti tal-azzar ta' livell avvanzat (42). Jiffoka wkoll fuq il-kisba ta' kwalità, ta' durabbiltà u ta' affidabbiltà tal-prodotti billi jsostni lill-kumpaniji li jużaw teknoloġiji relatati mal-produzzjoni tal-azzar nadif, tal-irromblar bi preċiżjoni u tat-titjib tal-kwalità (43).

(81)

Il-“Katalogu għall-Iggwidar tar-Ristrutturar tal-Industrija (Verżjoni tal-2011) (Emenda tal-2013)” (44) (“il-Katalogu”) jelenka l-ħadid u l-azzar bħala industriji mħeġġa. B'mod partikolari l-Katalogu jħeġġeġ “l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta' teknoloġiji għal prodotti tal-azzar bi prestazzjoni aħjar, bi kwalità għolja u għall-aġġornar ta' dawn, inklużi iżda mhux limitati għal folji awtomobilistiċi b'saħħithom ħafna ta' mhux anqas minn 600 MPa, azzar għall-pipelines bi prestazzjoni għolja għat-trażmissjoni taż-żejt u tal-gass, pjanċi wesgħin u ħoxnin b'saħħithom ħafna għall-bastimenti, azzar għall-inġinerija marina, pjanċi bi ħxuna moderata ta' mhux anqas minn 420 MPa għal binjiet, għal pontijiet u għal strutturi oħra, azzar għal binarji ferrovjarji b'veloċità għolja u għal merkanzija tqila, azzar tas-siliċju b'livell baxx ta' telf ta' ħadid u b'induzzjoni manjetika għolja, azzar li jiflaħ għall-korrużjoni u għall-użu, azzar inossidabbli li jiffranka r-riżorsi tal-liga (azzar inossidabbli ferritiku modern, azzar inossidabbli dupleks, u azzar inossidabbli tan-nitroġenu), żbarri speċjali tal-azzar u vireg tal-fildiferru għal parts bażiċi bi prestazzjoni għolja (skorfini u boltijiet bi prestazzjoni għolja bi Grad ta' 12.9 jew aktar, molol b'saħħithom ħafna, u berings b'ħajja twila), u materjali fonduti tal-azzar speċjali ta' kwalità għolja (azzar tal-għodda u tal-forom, azzar inossidabbli, u azzar għall-makkinarju, fost l-oħrajn)”. L-applikabbiltà tal-Katalogu ġiet ikkonfermata mill-investigazzjoni kontra s-sussidji riċenti ta' ċerti prodotti ċatti rromblati bis-sħana tal-ħadid, tal-azzar mhux illigat jew ta' azzar ieħor (“HRF”) li joriġinaw mir-RPĊ (45).

(82)

Barra minn hekk, fis-snin riċenti, ir-RPĊ żammet fis-seħħ firxa ta' restrizzjonijiet fuq l-esportazzjonijiet fuq l-inputs essenzjali għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami, anki jekk diversi minnhom eventwalment tneħħew wara deċiżjoni tad-WTO (46). B'mod partikolari, ir-RPĊ żammet dazji tal-esportazzjoni għar-ruttam tal-azzar u għaż-żingu, kif ukoll għall-ferromanganiż (47). Dan kien konformi mal-politiki dwar it-tisħiħ tal-industriji domestiċi li huma fis-seħħ u li huma stabbiliti fit-13-il Pjan fuq Ħames Snin għall-Metalli Mhux Ferrużi li jitlob għal kontroll strett ta' faċilitajiet stabbiliti ġodda tat-tidwib għaż-żingu u għal riforma teknoloġika tal-kapaċitajiet skaduti taż-żingu (48). B'mod simili, it-13-il Pjan fuq Ħames Snin għar-Riżorsi Minerali jipprevedi kontroll mill-Istat fuq il-kapaċitajiet ta' estrazzjoni taż-żingu u jitlob għall-konċentrazzjoni tar-riżorsi lejn intrapriżi kruċjali f'żoni ġeografiċi partikolari (49).

(83)

Il-GOC jiggwida wkoll l-iżvilupp tas-settur tal-ħadid u tal-azzar skont firxa wiesgħa ta' għodod ta' politika u ta' direttivi relatati, fost l-oħrajn: mal-kompożizzjoni u r-ristrutturar tas-suq, mal-materja prima, mal-investiment, mal-eliminazzjoni tal-kapaċità, mal-medda ta' prodotti, mar-rilokazzjoni, mat-titjib, eċċ. Permezz ta' dawn il-mezzi u ta' oħrajn, il-GOC jidderieġi u jikkontrolla virtwalment kull aspett fl-iżvilupp u fil-funzjonament tas-settur (50). Il-problema attwali ta' kapaċità żejda forsi hi l-aktar eżempju ċar tal-implikazzjonijiet tal-politiki tal-GOC u tad-distorsjonijiet li jirriżultaw.

(84)

Għaldaqstant huwa stabbilit li l-GOC għandu politiki pubbliċi fis-seħħ li jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles li jikkonċernaw il-produzzjoni ta' fittings fonduti ta' tubi jew ta' pajpijiet u l-materja prima li tintuża għall-produzzjoni tagħhom.

3.2.2.6.   Distorsjonijiet sinifikanti skont ir-raba' inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet fil-qasam tal-fallimenti, dak soċjetarju jew dak tal-proprjetà

(85)

Skont l-informazzjoni fil-fajl, is-sistema Ċiniża tal-falliment ipproduċiet riżultati inadegwati fl-ilħuq tal-objettivi ewlenin tagħha stess, bħal dawk ta' saldu ġust tal-pretensjonijiet u tad-djun u ta' salvagwardja tad-drittijiet u tal-interessi legali tal-kredituri u tad-debituri. Dan jidher li hu msejjes fuq il-fatt li filwaqt li l-liġi Ċiniża dwar il-falliment tiddependi b'mod formali fuq prinċipji simili bħala liġijiet korrispondenti f'pajjiżi oħra, is-sistema Ċiniża hi kkaratterizzata minn sottoinfurzar sistematiku. L-għadd ta' fallimenti għadu magħruf li hu baxx meta mqabbel mad-daqs tal-ekonomija tal-pajjiż, speċjalment għaliex il-proċedimenti ta' insolvenza jġarrbu għadd ta' nuqqasijiet, li effettivament jiffunzjonaw bħala diżinċentiv għall-preżentazzjonijiet tal-fallimenti. Barra minn hekk, ir-rwol tal-Istat fil-proċedimenti ta' insolvenza għadu wieħed b'saħħtu u attiv, li spiss ikollu influwenza diretta fuq l-eżitu tal-proċedimenti (51).

(86)

Barra minn hekk, in-nuqqasijiet tas-sistema tad-drittijiet ta' proprjetà huma partikolarment evidenti fir-rigward tas-sjieda tal-art u d-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ (52). L-art kollha hi proprjetà tal-Istat (art rurali ta' proprjetà kollettiva u art urbana tal-Istat). L-allokazzjoni tagħha għadha tiddependi biss fuq l-Istat. Hemm dispożizzjonijiet legali li għandhom l-għan li jallokaw id-drittijiet għall-użu tal-art b'mod trasparenti u li huma mmirati lejn il-prezzijiet tas-suq, pereżempju bl-introduzzjoni ta' proċeduri ta' offerti. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet ma jiġux rispettati b'mod regolari, fejn ċerti akkwirenti jiksbu l-art tagħhom mingħajr ħlas jew f'rati aktar baxxi mir-rati tas-suq (53). Barra minn dan, l-awtoritajiet spiss isegwu għanijiet politiċi speċifiċi, inkluż l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ekonomiċi, meta jkunu qed jallokaw l-art (54).

(87)

Għalhekk, jidher li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-fallimenti u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost, li jirriżulta f'distorsjonijiet meta d-ditti insolventi jkunu qed jinżammu fil-wiċċ u fir-rigward tal-provvista u l-akkwist tal-art fir-RPĊ. Dawn il-liġijiet japplikaw ukoll fir-rigward tas-settur tal-ħadid u tal-azzar, inkluż għall-produtturi esportaturi tal-prodott taħt rieżami.

(88)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm applikazzjoni diskriminatorja jew infurzar inadegwat tal-liġijiet tal-falliment u tal-proprjetà fis-settur tal-ħadid u tal-azzar, inkluż fir-rigward tal-prodott taħt rieżami.

3.2.2.7.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż tar-Regolament bażiku: il-kostijiet tal-pagi soġġetti għal distorsjoni

(89)

Sistema ta' pagi bbażati fuq is-suq ma tistax tiżviluppa fir-RPĊ peress li l-ħaddiema u l-impjegaturi jiġu ostakolati fid-drittijiet tagħhom għall-organizzazzjoni u għan-negozjar kollettiv. Ir-RPĊ ma rratifikax għadd ta' konvenzjonijiet essenzjali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (“ILO”), b'mod partikolari dwar il-libertà ta' assoċjazzjoni u dwar in-negozjar kollettiv (55). Skont il-liġi nazzjonali, organizzazzjoni waħda biss tat-trade unions hi attiva. Madankollu, din l-organizzazzjoni mhijiex indipendenti mill-awtoritajiet tal-Istat u l-involviment tagħha fin-negozjar kollettiv u fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema għadu rudimentali (56). Barra minn dan, il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol Ċiniża hija ristretta mis-sistema tar-reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi, li tillimita l-aċċess għall-firxa sħiħa tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u oħrajn lir-residenti lokali ta' żona amministrattiva partikolari. Dan tipikament jirriżulta f'ħaddiema li ma jkollhomx ir-reġistrazzjoni tar-residenza lokali li jsibu ruħhom f'pożizzjoni ta' impjieg vulnerabbli u jirċievu introjtu aktar baxx mid-detenturi tar-reġistrazzjoni tar-residenza (57). Dawk is-sejbiet iwasslu għad-distorsjoni tal-kostijiet tal-pagi fir-RPĊ.

(90)

Is-settur tal-ħadid u tal-azzar, inkluż il-prodott taħt rieżami huwa wkoll soġġett għas-sistema Ċiniża deskritta tal-liġi tax-xogħol. Għaldaqstant, is-settur tal-fittings fonduti ta' tubi jew ta' pajpijiet hu affettwat mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi kemm direttament (meta jkun qed jagħmel il-prodott taħt rieżami) kif ukoll indirettament (meta jkollu aċċess għall-kapital jew inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tax-xogħol fir-RPĊ).

(91)

Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kostijiet tal-pagi kienu soġġetti għal distorsjoni fis-settur tal-ħadid u tal-azzar, inkluż fir-rigward tal-prodott taħt rieżami.

3.2.2.8.   Distorsjonijiet sinifikanti skont is-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: l-aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta' ordni pubbliku jew li b'xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat

(92)

L-aċċess għal kapital għal atturi korporattivi fir-RPĊ hu soġġett għal diversi distorsjonijiet.

(93)

L-ewwel nett, is-sistema finanzjarja Ċiniża hi kkaratterizzata mill-pożizzjoni b'saħħitha tal-banek tal-Istat (58), li, meta jagħtu aċċess għal finanzjament, iqisu kriterji oħra minbarra l-vijabbiltà ekonomika ta' proġett. B'mod simili għall-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jibqgħu marbutin mal-Istat mhux biss permezz tas-sjieda iżda wkoll permezz ta' relazzjonijiet personali (l-ogħla eżekuttivi tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat fl-aħħar mill-aħħar jinħatru mis-CCP) (59) u, għal darb'oħra eżatt bħal fil-każ tal-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jimplimentaw b'mod regolari politiki pubbliċi mfassla mill-gvern. Meta jagħmlu dan, il-banek jikkonformaw ma' obbligu legali li jmexxu n-negozju tagħhom f'konformità mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u skont il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat (60). Dan jiġi amplifikat permezz ta' regoli eżistenti addizzjonali, li jmexxu l-finanzi f'setturi li l-gvern jagħżel bħala mħeġġa jew li b'xi mod ieħor huma importanti (61).

(94)

Filwaqt li jiġi rikonoxxut li jaf hemm diversi strumenti legali li jirreferu għall-ħtieġa li jiġu rispettati l-imġiba bankarja normali u r-regoli prudenzjali bħall-ħtieġa li tiġi eżaminata l-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju, l-evidenza rilevanti tindika li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom biss rwol sekondarju fl-applikazzjoni tad-diversi strumenti legali (62). Sejbiet li saru f'investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ preċedenti waslu wkoll għall-istess konklużjoni (63).

(95)

Barra minn hekk, il-klassifikazzjonijiet tal-bonds u tal-kreditu spiss huma distorti għal diversi raġunijiet, inkluż il-fatt li l-valutazzjoni tar-riskju tiġi influwenzata mill-importanza strateġika tad-ditta għall-gvern Ċiniż u mis-saħħa ta' kwalunkwe garanzija impliċita mill-gvern. L-istimi jissuġġerixxu b'mod qawwi li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu Ċiniżi jikkorrispondu għal klassifikazzjonijiet internazzjonali aktar baxxi (64).

(96)

Dan jiġi amplifikat permezz ta' regoli eżistenti addizzjonali, li jmexxu l-finanzi f'setturi li l-gvern jagħżel bħala mħeġġa jew li b'xi mod ieħor huma importanti (65). Dan jirriżulta fi preġudizzju għas-self lil SOEs, lil ditti privati kbar b'ħafna konnessjonijiet u lil ditti f'setturi industrijali ewlenin, li jimplika li d-disponibbiltà u l-kost tal-kapital mhuwiex ugwali għall-atturi kollha fis-suq.

(97)

It-tieni nett, il-kostijiet tas-self inżammu baxxi b'mod artifiċjali biex jiġi stimolat it-tkabbir tal-investiment. Dan wassal għall-użu eċċessiv tal-investiment kapitali b'redditi dejjem aktar baxxi fuq l-investiment. Dan jintwera mit-tkabbir riċenti fl-ingranaġġ korporattiv fis-settur tal-istat minkejja tnaqqis kbir fil-profittabbiltà, li jissuġġerixxi li l-mekkaniżmi li jitħaddmu fis-sistema bankarja ma jsegwux ir-reazzjonijiet kummerċjali normali.

(98)

It-tielet nett, minkejja li f'Ottubru 2015 inkisbet liberalizzazzjoni tar-rata tal-imgħax nominali, is-sinjali tal-prezzijiet għadhom mhumiex ir-riżultat ta' forzi tas-suq ħieles, iżda huma influwenzati minn distorsjonijiet ikkawżati mill-gvern. Fil-fatt, is-sehem tas-self fir-rata tal-valur referenzjarju jew taħt din ir-rata għadu jirrappreżenta 45 % tas-self kollu u r-rikors għall-kreditu mmirat jidher li żdied, peress li dan is-sehem żdied b'mod sostanzjali mill-2015 minkejja li l-kundizzjonijiet ekonomiċi marru għall-agħar. Rati tal-imgħax baxxi b'mod artifiċjali jirriżultaw fi prezz aktar baxx, u sussegwentement fl-użu eċċessiv tal-kapital.

(99)

It-tkabbir tal-kreditu ġenerali fir-RPĊ jindika effiċjenza tal-allokazzjoni tal-kapital li sejra għall-agħar mingħajr ebda sinjal ta' restrizzjoni ta' kreditu li tkun mistennija f'ambjent tas-suq mhux distort. Bħala riżultat, is-self improduttiv żdied b'mod rapidu fis-snin riċenti. Meta kellu jiffaċċja sitwazzjoni ta' dejn f'riskju li kien qed jiżdied, il-gvern Ċiniż għażel li jevita l-inadempjenzi. Konsegwentement, kwistjonijiet ta' dejn ħażin ġew trattati permezz tar-riportament tad-dejn, biex b'hekk jinħolqu l-hekk imsejħa kumpaniji “żombi”, jew bit-trasferiment tas-sjieda tad-dejn (eż. permezz ta' fużjonijiet jew skambji ta' dejn ma' ekwità), mingħajr ma neċessarjament ineħħu l-problema ġenerali tad-dejn jew jindirizzaw il-kawżi prinċipali tagħha.

(100)

Essenzjalment, minkejja l-passi riċenti li ttieħdu biex is-suq jiġi liberalizzat, is-sistema tal-kreditu korporattiva fir-RPĊ hi affettwata minn kwistjonijiet sistemiċi sinifikanti u distorsjonijiet li jirriżultaw mir-rwol mifrux kontinwu tal-istat fis-swieq kapitali.

(101)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi ta' fittings fonduti ta' tubi jew ta' pajpijiet kellhom aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta' ordni pubbliku jew li b'xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat.

3.2.2.9.   In-natura sistemika tad-distorsjonijiet deskritti

(102)

Il-Kummissjoni nnotat li d-distorsjonijiet deskritti fir-Rapport mhumiex limitati għas-settur tal-ħadid u tal-azzar b'mod ġenerali. Għall-kuntrarju, l-evidenza disponibbli turi li l-fatti u l-karatteristiċi tas-sistema Ċiniża kif deskritta hawn fuq fit-Taqsimiet 3.2.2.1-3.2.2.5 kif ukoll fil-Parti A tar-Rapport japplikaw fi ħdan il-pajjiż kollu u fis-setturi kollha tal-ekonomija. L-istess japplika għad-deskrizzjoni tal-fatturi tal-produzzjoni kif stabbilit hawn fuq fit-Taqsimiet 3.2.2.6-3.2.2.8 u fil-Parti B tar-Rapport.

(103)

Biex jiġu prodotti fittings fonduti ta' tubi jew ta' pajpijet, hemm bżonn ta' firxa wiesgħa ta' inputs. Meta l-produtturi tal-fittings fonduti ta' tubi jew ta' pajpijiet jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li jħallsu (u li jiġu rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) ikunu esposti b'mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija hawn fuq. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li tkun soġġetta għad-distorsjonijiet. Jistgħu jissellfu flus li jkunu soġġetti għad-distorsjonijiet fuq is-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital. Barra minn hekk, dawn huma soġġetti għas-sistema ta' ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi.

(104)

Bħala konsegwenza, mhux biss jistgħu ma jintużawx il-prezzijiet tal-bejgħ domestiċi tal-fittings fonduti ta' tubi jew ta' pajpijiet, iżda l-kostijiet kollha tal-inputs (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma affettwati wkoll għaliex il-formazzjoni tal-prezz tagħhom tkun affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet A u B tar-Rapport. Fil-fatt, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, l-art, il-manodopera, l-enerġija u l-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li hu stess ikun ġie prodott fir-RPĊ bit-taħlita ta' firxa ta' fatturi ta' produzzjoni x'aktarx ikun espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input tal-input u l-kumplament.

3.2.2.10.   Konklużjoni

(105)

L-analiżi stabbilita fit-taqsimiet 3.2.2.2. sa 3.2.2.9. li tinkludi eżami tal-evidenza disponibbli kollha fir-rigward tal-intervent tar-RPĊ fl-ekonomija tagħha inġenerali kif ukoll fis-settur tal-ħadid u tal-azzar (inklużi l-fittings fonduti ta' tubi jew ta' pajpijiet) uriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, mhumiex ir-riżultat ta' forzi tas-suq ħieles għaliex dawn huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Abbażi ta' dan, u fin-nuqqas ta' kwalunkwe kooperazzjoni mill-GOC u mill-produtturi Ċiniżi, il-Kummissjoni kkonkludiet li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali f'dan il-każ.

(106)

Konsegwentement, il-Kummissjoni ddeċidiet li tfassal il-valur normali b'mod esklużiv fuq il-bażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirrifletti prezzijiet jew valuri referenzjarji mhux distorti, jiġifieri, f'dan il-każ, fuq il-bażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u tal-bejgħ f'pajjiż rappreżentattiv xieraq, f'konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif jiġi diskuss fit-taqsima li ġejja. Il-Kummissjoni fakkret li l-ebda produttur Ċiniż ma kkoopera mal-investigazzjoni u li ma ġiet ippreżentata l-ebda asserzjoni li xi kostijiet domestiċi jkunu distorti skont it-tielet inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

3.2.3.   Il-pajjiż rappreżentattiv

3.2.3.1.   Kummenti ġenerali

(107)

L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin:

Livell ta' żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni użat il-pajjiżi b'introjtu nazzjonali gross simili għar-RPĊ fuq il-bażi tal-bażi tad-data tal-Bank Dinji (66);

Il-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami f'dak il-pajjiż (67);

Id-disponibbiltà ta' data pubblika rilevanti f'dak il-pajjiż;

F'każ li jkun hemm aktar minn pajjiż rappreżentattiv wieħed possibbli, ingħatat preferenza, meta xieraq, lill-pajjiż b'livell adegwat ta' protezzjoni soċjali u ambjentali.

(108)

Kif spjegat fin-Nota tal-20 ta' Ġunju 2018, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati li kienet identifikat erba' pajjiżi rappreżentattivi possibbli: l-Arġentina, il-Brażil, it-Tajlandja u t-Turkija, u stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw u jissuġġerixxu pajjiżi oħra.

(109)

Fir-rigward tal-pajjiż rappreżentattiv, wara n-Nota tal-20 ta' Ġunju 2018, il-Kummissjoni rċeviet sottomissjoni mill-produttur Ċiniż Jinan Meide Casting Co., Ltd. (“is-sottomissjoni tat-18 ta' Lulju 2018”). Il-produttur esprima nuqqas ta' qbil mal-intenzjoni tal-Kummissjoni li tuża l-metodoloġija f'konformità mal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku u ppreżenta xi kummenti li huma indirizzati fil-premessi (35) (36) hawn fuq.

3.2.3.2.   Livell ta' żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ

(110)

Fir-rigward tal-livell ta' żvilupp ekonomiku, il-Kummissjoni tinnota li kemm it-Tajlandja, il-Brażil kif ukoll it-Turkija jinsabu fl-istess livell ta' introjtu ta' “Introjtu Medju Superjuri”, skont il-Bank Dinji. Għaldaqstant, it-Tajlandja, it-Turkija u l-Brażil ilkoll huma adattati ndaqs bħala pajjiżi rappreżentattivi f'dan ir-rigward. Għall-kuntrarju, l-Arġentina hi klassifikata bħala pajjiż b'introjtu għoli u, b'hekk, ma baqgħetx ikkunsidrata fl-analiżi.

(111)

Fis-sottomissjoni tagħha, Jinan Meide Casting Co., Ltd. sostniet it-Tajlandja bħala pajjiż rappreżentattiv aktar mit-Turkija, minħabba l-qrubija ġeografika, kulturali u ekonomika tat-Tajlandja u tar-RPĊ. Argumenti oħra kienu jikkonċernaw it-Turkija, u l-livell ta' żvilupp ogħla tagħha meta mqabbla mat-Tajlandja u mar-RPĊ, peress li t-Turkija hi pajjiż kandidat biex jissieħeb mal-UE u li t-Turkija għandha unjoni doganali mal-UE.

(112)

Rigward il-fatt li t-Turkija hi pajjiż kandidat biex jissieħeb mal-UE, jew il-fatt li t-Turkija tinsab f'unjoni doganali mal-UE, il-Kummissjoni tinnota wkoll li dawn il-fatti mhumiex rilevanti meta tiġi vvalutata l-adegwatezza ta' pajjiż bħala pajjiż rappreżentant. Jinan Meide ma pprovdiet ebda argument jew evidenza dwar kif dawn l-elementi jistgħu jinvalidaw lil dak il-pajjiż milli jitqies bħala pajjiż rappreżentattiv potenzjali. F'dan ir-rigward, it-Tajlandja u t-Turkija t-tnejn huma adattati bl-istess mod. Barra minn hekk, il-qrubija kulturali u ġeografika ma taffettwax l-adegwatezza ta' pajjiż. Il-valutazzjoni tal-adegwatezza hi bbażata fuq kriterji ekonomiċi, u mhux fuq dawk kulturali jew ġeografiċi. Għaldaqstant, dawn l-allegazzjonijiet ġew miċħuda.

3.2.3.3.   Il-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami fil-pajjiż rappreżentattiv u d-disponibbiltà tad-data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv.

(113)

Kif indikat fin-Nota tal-20 ta' Ġunju 2018, il-Kummissjoni ma rnexxilhiex issib data finanzjarja pubblika fir-rigward tal-Brażil. Wara analiżi ulterjuri, il-Kummissjoni kkonfermat li t-tali informazzjoni ma kinitx disponibbli, hekk kif kien identifikat fil-bidu. Barra minn hekk, ebda parti interessata ma pprovdiet sorsi alternattivi mnejn setgħet tinstab it-tali data. Għaldaqstant, il-Kummissjoni qieset li t-Tajlandja u t-Turkija biss għandhom ikomplu jiġu kkunsidrati fl-analiżi tagħha.

(114)

Kif intqal fin-Nota tal-20 ta' Ġunju 2018, il-Kummissjoni sabet rapporti finanzjarji disponibbli pubblikament għall-produtturi li ġejjin tal-prodott taħt rieżami fil-pajjiżi rappreżentattivi possibbli:

Siam Fittings Co. Ltd. (“Siam”), it-Tajlandja

BIS Pipe Fitting Industry Co., Ltd. (“BIS”), it-Tajlandja, u

Trakya Döküm, it-Turkija.

(115)

Wara n-Nota tal-20 ta' Ġunju 2018, ir-riżultati tal-2017 tat-tliet kumpaniji kollha tqiegħdu għad-dispożizzjoni fil-bażi tad-data“Orbis” (68). Il-profittabbiltà ta' Siam qalbet fin-negattiv fl-2017. Għaldaqstant, għall-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv, il-Kummissjoni qieset iż-żewġ kumpaniji l-oħra, BIS fit-Tajlandja u Trakya Döküm fit-Turkija.

(116)

BIS tipproduċi l-prodott taħt rieżami b'mod kważi esklużiv. Skont l-informazzjoni disponibbli pubblikament, il-prodotti tagħha jkopru biss fittings fonduti ta' tubi jew ta' pajpijiet prodotti skont standards Amerikani, Ingliż u DIN.

(117)

Trakya Döküm hu grupp kbir li jipproduċi ħafna prodotti oħra. Skont l-informazzjoni disponibbli pubblikament, Trakya Döküm jimmanifattura produtturi għall-industriji li ġejjin: awtomobilistiċi, tal-apparati elettriċi domestiċi, idrawliċi, elettriċi, tal-makkinarji, ferrovjarji, tal-fittings u tal-kostruzzjoni (inklużi fittings ta' pajpijiet tal-ħadid malleabbli u king clamps) u prodotti oħra bħal prodotti għall-ikklampjar, ħoloq tal-ktajjen u roti tal-idejn. Il-prodott taħt rieżami jikkostitwixxi biss parti żgħira mill-produzzjoni tiegħu.

(118)

B'hekk, filwaqt li BIS tipproduċi kważi esklużivament il-prodott taħt rieżami, il-prodott taħt rieżami jikkostitwixxi biss sottokategorija ta' tmien kategoriji ta' prodotti ta' Trakya Dükum. Għaldaqstant, minħabba s-sehem akbar tal-prodott taħt rieżami fil-fatturat totali tal-kumpanija, il-Kummissjoni qieset li l-informazzjoni disponibbli għal BIS kienet aktar xierqa milli dik għal Trakya Döküm. Dan għaliex fil-każ ta' BIS, iċ-ċifri tal-SG&A u tal-profitt huma relatati b'mod aktar dirett mal-prodott taħt rieżami, filwaqt li d-data ta' Trakya kienet anqas preċiża.

(119)

F'dak li għandu x'jaqsam mal-informazzjoni rigward il-fatturi tal-produzzjoni, għaż-żewġ pajjiżi, it-Turkija u t-Tajlandja, il-Kummissjoni sabet li kienet disponibbli f'livell dettaljat biżżejjed. Il-Kummissjoni analizzat is-sehem ta' importazzjonijiet Ċiniżi fit-Tajlandja u fit-Turkija għall-fattur ewlieni tal-produzzjoni, ir-ruttam tal-azzar. Għat-Tajlandja, 4 % biss mill-importazzjonijiet kollha kienu joriġinaw mir-RPĊ. Fir-rigward tat-Turkija, is-sehem ta' importazzjonijiet Ċiniżi ma setax jiġi stabbilit, minħabba li aktar minn 50 % tal-importazzjonijiet tar-ruttam tal-azzar kienu rrapportati bħala importazzjonijiet f'Żoni tal-Kummerċ Ħieles tat-Turkija, mingħajr indikazzjoni tal-oriġini. Għaldaqstant, peress li l-oriġini ta' ħafna mill-importazzjonijiet fit-Turkija tal-fattur ewlieni tal-produzzjoni ma kinitx disponibbli u, għaldaqstant, mhuwiex possibbli li jiġu esklużi importazzjonijiet mir-RPĊ, it-Tajlandja tqieset pajjiż rappreżentattiv aktar adattat.

3.2.3.4.   Konklużjoni

(120)

Skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, l-objettiv hu li f'pajjiż rappreżentattiv possibbli jinstabu l-fatturi mhux distorti korrispondenti kollha tal-produzzjoni jew kemm jista' jkun fatturi li ntużaw mill-produtturi Ċiniżi u tal-ammonti kollha possibbli mhux distorti għall-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, l-SG&A u l-profitti jew kemm jista' jkun minnhom.

(121)

Fid-dawl tal-analiżi ta' hawn fuq, it-Tajlandja ssodisfat il-kriterji kollha stabbiliti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku biex titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. B'mod partikolari, it-Tajlandja kellha l-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami u sett komplut ta' data disponibbli għall-fatturi kollha tal-produzzjoni, għall-SG&A u għall-profitt.

(122)

Wara li ġie stabbilit li f'dan il-każ, it-Tajlandja hi pajjiż rappreżentattiv xieraq, ma kien hemm l-ebda ħtieġa li jiġi analizzat aktar il-livell ta' protezzjoni soċjali u ambjentali fit-Tajlandja.

3.2.4.   Il-kostijiet ġenerali tal-manifattura, l-SG&A u l-profitti

(123)

Skont l-Artikolu 2(6a)(a), ir-raba' paragrafu tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”.

(124)

Għal dan l-għan, il-Kummissjoni użat l-ispejjeż SG&A u l-profitt tal-kumpanija Tajlandiża BIS kif rapportati fil-figuri tar-rapport tal-introjtu ta' BIS għall-2017.

(125)

Ma wasal l-ebda kumment f'dan l-aspett fi żmien l-iskadenza ta' 10 ijiem li ġiet stipulata.

(126)

L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura mhumiex identifikati b'mod separat fil-figuri tar-rapport tal-introjtu disponibbli ta' BIS. Għaldaqstant, il-Kummissjoni qieset li kien aktar xieraq li jintużaw l-ispejjeż ġenerali speċifiċi għal dan il-proċess, fuq il-bażi tal-informazzjoni verifikata tal-produttur tal-Unjoni fil-kampjun kif speċifikat fil-premessa (135) hawn taħt.

3.2.5.   Is-sorsi li ntużaw biex jiġu stabbiliti kostijiet mhux distorti

(127)

Fin-Nota tal-20 ta' Ġunju 2018, il-Kummissjoni ddikjarat li, biex tibni l-valur normali skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hi kienet se tuża l-Global Trade Atlas (“GTA”) biex tistabbilixxi l-kost mhux distort ta' ħafna mill-fatturi tal-produzzjoni. Barra minn hekk, fin-nota tat-8 ta' Marzu 2019 hi speċifikat li kienet se tuża l-Uffiċċju tal-Istatistiki Nazzjonali tat-Tajlandja/il-Bank tat-Tajlandja għall-pagi fis-settur tal-manifattura, u l-Awtorità tat-Tajlandja għall-Ġenerazzjoni tal-Elettriku għall-kost tal-enerġija.

3.2.6.   Fatturi tal-produzzjoni

(128)

Kif diġà ġie ddikjarat fil-premessa (39), fin-Nota tal-20 ta' Ġunju 2018, il-Kummissjoni stabbiliet lista inizjali tal-fatturi tal-produzzjoni u tas-sorsi maħsuba li jintużaw għall-fatturi kollha tal-produzzjoni bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami minn kwalunkwe produttur li kkoopera.

(129)

Fin-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi Ċiniżi, il-Kummissjoni bbażat fuq l-applikant biex jispeċifika l-fatturi tal-produzzjoni użati fil-produzzjoni ta' fittings malleabbli.

(130)

Fir-rigward tal-fatturi tal-produzzjoni, Jinan Meide Casting Co., Ltd. issottomettiet li l-prodotti li minnhom kien se jinkiseb valur surrogat għall-inputs użati mill-produtturi Ċiniżi għandhom ikunu dawk b'kodiċi doganali bi 8 ċifri, u għandhom jiġu aġġustati jekk il-kodiċi kien ikopri prodotti oħra.

(131)

Il-livell ta' ċifri fit-tnedija tal-proċediment, kif rifless ukoll fin-Nota tal-20 ta' Ġunju 2018, kien ta' 6 ċifri peress li kien isegwi n-nomenklatura standard internazzjonali tal-prodotti tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali msejħa s-“Sistema Armonizzata” jew “SA”. Madankollu, ladarba ġie identifikat pajjiż rappreżentattiv xieraq, il-Kummissjoni użat l-aktar livell dettaljat ta' ċifri disponibbli f'dak il-pajjiż biex tkun l-aktar preċiża possibbli fil-valwazzjoni tad-diversi inputs tal-kostijiet biex tiddetermina l-valur normali. Għaldaqstant, hekk kif jista' jidher fit-Tabella 1 ta' hawn taħt, il-Kummissjoni użat kodiċijiet li fihom sa 11-il ċifra għat-Tajlandja, skont l-informazzjoni disponibbli f'kull każ.

(132)

Il-Kummissjoni ma rċevietx kummenti rigward fatturi speċifiċi tal-produzzjoni kif speċifikat fit-Taqsima 2 tan-Nota tal-20 ta' Ġunju 2018.

(133)

Peress li l-ebda produttur Ċiniż ma ssottometta tweġiba għall-kwestjonarju, il-Kummissjoni bbażat fuq il-fatti li jikkonċernaw il-fatturi tal-produzzjoni kif stabbiliti mill-investigazzjoni, kif deskritt hawn taħt.

(134)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni kkonfermata matul il-verifiki, li hija wkoll konsistenti mal-evidenza miksuba fil-kuntest tal-investigazzjoni li imponiet il-miżuri (il-premessa (1)), hemm żewġ proċessi tal-produzzjoni differenti ewlenin użati fil-produzzjoni tal-fittings fonduti ta' tubi jew ta' pajpijiet. Id-differenza ewlenija bejn il-proċessi tikkonċerna l-istadju inizjali tat-tidwib tal-materja prima tal-input. F'wieħed mill-proċessi, l-enerġija użata għat-tisħin tal-materja prima tiġi ġġenerata bil-ħruq tal-kokk fi fran imsejħa tat-tip “cupola”. Fil-proċess l-ieħor, is-sħana għat-tidwib tal-materja prima tiġi ġġenerata bl-użu tal-elettriku permezz ta' ark elettriku. Konsegwentement, f'dan l-ewwel stadju tal-produzzjoni l-Kummissjoni osservat differenzi rigward il-fatturi tal-produzzjoni ta' dawn iż-żewġ proċessi tal-produzzjoni. Dawn id-differenzi huma primarjament il-livell ta' konsum ta' kokk u l-livell ta' konsum tal-elettriku.

(135)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni mill-investigazzjoni oriġinali u mill-eżerċizzju ta' kampjunar ta' din l-investigazzjoni, l-akbar produttur ta' fittings malleabbli fir-RPĊ juża fran tat-tip “cupola” u, għaldaqstant, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża fatturi tal-produzzjoni, proporzjonijiet tal-konsum u spejjeż ġenerali tal-manifattura speċifiċi għal dan il-proċess, fuq il-bażi tal-informazzjoni mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni mill-produttur tal-Unjoni li juża fran “cupola”.

(136)

Fid-dawl tal-informazzjoni kollha sottomessa mill-applikant, ġew identifikati l-fatturi tal-produzzjoni u l-intestatura tariffarja relatata li ġejjin skont in-nomenklatura Tajlandiża, fejn applikabbli:

Tabella 1

Fatturi tal-produzzjoni

Fattur tal-Produzzjoni

Kodiċi tariffarju skont in-nomenklatura Tajlandiża

Deskrizzjoni tal-kodiċi tariffarju skont in-nomenklatura Tajlandiża

Valur tal-importazzjoni tal-unità

Materja prima

Ruttam tal-azzar

7204 41 00 090

Oħrajn (li jaqgħu taħt il-kodiċi 7204 41 tas-SA Skart Ferruż u Ruttam Nesoi; Turnjaturi, Qxur, Frak, Skart tal-Maċinazzjoni, Trab tal-Qtugħ, Trab tal-Illimar, Fdalijiet Maqtugħa u Skart tal-Pressa, kemm jekk fi qtajja' kif ukoll jekk mhux)

0,31

Żingu

7901 11

Żingu, mhux illigat, li fih 99,99 % jew aktar skont il-piż taż-żingu, mhux maħdum

2,72

Ferro-siliċju

7202 21 00 000

Ferrosiliċju, li Fih Aktar minn 55 % (Piż) siliċju

1,22

Ferro-manganiż

7202 11 00 000

Ferromanganiż, li fih aktar minn 2 % (Piż) karbonju

1,13

Ramel

2505 10 00 000

Ramel silika u ramel kwarz

0,09

Bentonit

2508 10 00 000

Bentonit

0,21

Xogħol

Xogħol dirett,

Pagi fis-settur tal-manifattura

[N/A]

 

2,15

Enerġija

Elettriku

[N/A] (69)

 

0,07

Kokk

2704 00 10 000

Kokk u semikokk tal-faħam

0,65

Gass naturali

[N/A] (70)

 

222,19

3.2.6.1.   Materjali

(137)

Fir-rigward tar-ruttam tal-azzar, il-kodiċi 7204 10 tas-SA kien indikat miż-żewġ produtturi Ċiniżi li pprovdew tweġibiet kompluti għall-Anness III tan-Notifika ta' Bidu. It-Tabella tippreżenta l-kodiċi bi 11-il ċifra speċifiku għat-Tajlandja, li fin-nuqqas ta' informazzjoni ulterjuri mill-produtturi Ċiniżi u ta' kummenti mingħand partijiet interessati oħra, il-Kummissjoni użat biex tibni valur normali.

(138)

Fir-rigward taż-żingu, dan il-fattur tal-produzzjoni ġie rrapportat minn wieħed mill-produtturi tal-Unjoni u minn wieħed mill-produtturi Ċiniżi, iżda b'kodiċijiet differenti. Filwaqt li l-produttur tal-Unjoni rrapporta l-kodiċi 7901 11 00 għal “Żingu, mhux illigat, li fih 99,99 % jew aktar skont il-piż taż-żingu, mhux maħdum”, il-produttur Ċiniż ippropona l-użu tal-kodiċi 2608 00 li hu “Minerali u konċentrati taż-żingu”. Il-Kummissjoni kkonstatat li ma kienx xieraq li jintuża l-kodiċi għall-minerali taż-żingu u ddeċidiet li tuża l-kodiċi tas-SA kif ippreżentat fit-Tabella, kif propost mill-produttur tal-Unjoni.

(139)

Fir-rigward tal-Ferro-siliċju, l-applikanti indikaw “Fe-Ligi” mingħajr ma indikaw kodiċi. Il-produttur Ċiniż, kif ukoll żewġ produtturi tal-Unjoni, ipproponew il-kodiċi bi 7202 21 00. Il-Kummissjoni użat il-kodiċi bi 11-il ċifra ppreżentat fit-Tabella, speċifiku għat-Tajlandja.

(140)

Fir-rigward tal-Ferro-manganiż, l-applikanti indikaw “Fe-Ligi” mingħajr ma indikaw kodiċi. Produttur Ċiniż minnhom issuġġerixxa l-kodiċi 7202 30 tas-SA li jirrappreżenta Ferro-siliko-manganiż. Il-kodiċi bi 11-il ċifra speċifiku għat-Tajlandja użat mill-Kummissjoni nstab li kien jiddeskrivi aħjar il-fattur tal-produzzjoni użat mill-produtturi ta' fittings fonduti ta' tubi jew ta' pajpijiet.

(141)

Fir-rigward tar-ramel, kien hemm diskrepanza bejn il-kodiċi ssuġġerit minn produttur Ċiniż minnhom u dawk li nstabu matul l-investigazzjoni. Il-produttur Ċiniż li jirreferi għar-“Ramel tar-raża” ssuġġerixxa l-kodiċi 3824 10 00 li jirrappreżenta “Leganti Mħejjija għal Forom jew għal Cores tal-Funderija” iżda ma kienx jaqbel mad-deskrizzjoni tal-fattur tal-produzzjoni ssuġġerit minn produttur tal-Unjoni minnhom. Il-produttur tal-Unjoni ma pprovdiex kodiċi. Fuq il-bażi tad-deskrizzjoni tal-proċess tal-produzzjoni, il-Kummissjoni użat il-kodiċi bi 11-il ċifra indikat fit-Tabella. Dan il-kodiċi jsegwi l-Memorandum tal-21 ta' Ottubru 2016 (71) (“il-Memorandum”) tad-Dipartiment għall-Kummerċ tal-Istati Uniti, li ġie sottomess ukoll lill-Kummissjoni minn wieħed mill-produtturi Ċiniżi.

(142)

Fir-rigward tal-bentonit, il-kodiċi bi 11-il ċifra indikat fit-Tabella u użat għall-kalkolu jirrapporta l-istess materjal bħall-kodiċi bi 8 ċifri aktar ġenerali propost minn wieħed mill-produtturi tal-Unjoni. Il-Memorandum jistabbilixxi l-istess kodiċi bi 11-il ċifra. Jirrappreżenta l-“Bentonit”. L-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi ma ppropona kodiċi tariffarju għall-bentonit.

(143)

Għall-materjali kollha, fin-nuqqas ta' kwalunkwe informazzjoni dwar is-suq Tajlandiż, il-Kummissjoni bbażat fuq il-prezzijiet tal-importazzjoni. Prezz ta' importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet unitarji tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha eskluża r-RPĊ, kif ukoll il-pajjiżi li ġejjin mingħajr ekonomija tas-suq: l-Ażerbajġan, il-Belarussja, il-Każakistan, il-Korea ta' Fuq, it-Turkmenistan u l-Użbekistan.

(144)

Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mir-RPĊ fil-pajjiż rappreżentattiv peress li fil-premessa (105) hi kkonkludiet li f'dan il-każ mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta' distorsjonijiet sinifikanti f'konformità mal-Artikolu 2(6a)(b). Fuq il-bażi tal-evidenza disponibbli, u fin-nuqqas ta' kwalunkwe replika mill-partijiet interessati, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet kienu jaffettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Wara li ġew esklużi l-pajjiżi elenkati fil-premessa (143), l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra baqgħu rappreżentattivi ta' firxa bejn 94 % sa 100 % mill-volumi totali importati fit-Tajlandja.

(145)

Biex jiġi stabbilit prezz mhux distort tal-materjali kif imwassla fil-fabbrika tal-produttur Ċiniż kif previst mill-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a), il-Kummissjoni żiedet kostijiet tat-trasport domestiku.

3.2.6.2.   Xogħol

(146)

Fir-rigward tal-kostijiet lavorattivi, il-Kummissjoni użat id-data tal-Istħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, il-Ministeru tal-Ekonomija u tas-Soċjetà Diġitali (72). B'mod partikolari, il-Kummissjoni kkalkolatu fuq il-bażi tas-salarju medju fix-xahar flimkien mal-benefiċċji supplimentari kollha riċevuti mill-impjegati fis-settur tal-manifattura. L-aktar perjodu riċenti li għalih kien hemm data disponibbli kien l-1el trimestru tal-2017, it-trimestru li jaħbat eżatt qabel il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

3.2.6.3.   Kokk

(147)

Fir-rigward tal-kokk, dan il-fattur tal-produzzjoni ġie rrapportat minn wieħed mill-produtturi tal-Unjoni, fil-livell b'6 ċifri u jirrappreżenta “Kokk u semikokk tal-faħam tal-linjite jew tal-pit, kemm jekk agglomerat kif ukoll jekk le; karbonju tal-istorta”. Fir-rigward ta' dan il-fattur tal-produzzjoni, trid tingħata attenzjoni speċjali għall-fatt li dan il-kokk jintuża bħala sors tal-enerġija, u mhux it-“trab tal-karbonju” jew il-“faħam tal-ħami”, li jista' jikkostitwixxi input tal-materja prima. Il-Kummissjoni użat il-kodiċi bi 11-il ċifra speċifiku għat-Tajlandja, li jirrappreżenta l-“Kokk u semikokk tal-faħam”. Dan il-kodiċi kien aktar speċifiku minn dak irrapportat minn wieħed mill-produtturi tal-Unjoni u rrefera b'mod aktar speċifiku għall-kokk użat bħala sors tal-enerġija.

3.2.6.4.   Elettriku

(148)

Fir-rigward tal-kostijiet tal-elettriku, il-Kummissjoni applikat il-prezz medju tal-bejgħ tal-enerġija għall-klijenti diretti kif indikat fir-Rapport Annwali tal-2017 tal-Awtorità tal-Ġenerazzjoni tal-Elettriku tat-Tajlandja (73).

3.2.6.5.   Gass naturali

(149)

Fir-rigward tal-gass naturali, il-Kummissjoni użat ukoll id-data ppubblikata fir-Rapport Annwali tal-2017 tal-Awtorità tal-Ġenerazzjoni tal-Elettriku tat-Tajlandja, li jirreferi għall-prezz medju tal-2017 tal-gass naturali ta' 239 Bath/miljun BTU (74). Il-BTU (Unità Termali Brittanika) użata fit-Tajlandja ġiet ikkonvertita għall-1 000 m3 użati mill-produttur tal-Unjoni, billi ntuża l-kejl ekwivalenti ta' 1 000 m3 = 35 915 miljun BTU (75).

3.2.6.6.   Kalkolu tal-valur normali

(150)

Biex jiġi stabbilit il-valur normali mfassal, il-Kummissjoni segwiet iż-żewġ passi li ġejjin.

(151)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet mhux distorti tal-manifattura. Fin-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi Ċiniżi, il-Kummissjoni użat l-istess proporzjon ta' materjali, manodopera u enerġija u ta' konsum relatat bħall-akbar produttur tal-Unjoni. Hi mmoltiplikat il-fatturi tal-użu bil-kostijiet mhux distorti għal kull unità osservata fil-pajjiż rappreżentattiv, it-Tajlandja, u żiedet il-kostijiet domestiċi tat-trasport.

(152)

It-tieni, għall-kostijiet tal-manifattura identifikati hawn fuq, il-Kummissjoni applikat l-ispejjeż SG&A u l-profitt mill-kumpanija Tajlandiża BIS u l-kostijiet ġenerali tal-manifattura mill-akbar produttur tal-Unjoni.

(153)

Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni bniet il-valur normali fuq bażi ta' kif joħroġ mill-fabbrika, f'konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Minħabba l-fatt li l-ebda produttur Ċiniż ma kkoopera, il-valur normali kien stabbilit fuq bażi tal-pajjiż kollu u mhux għal kull produttur b'mod separat.

3.2.7.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(154)

Fin-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi Ċiniżi, il-prezz tal-esportazzjoni ġie ddeterminat fuq il-bażi tad-data CIF tal-Eurostat aġġustata għal-livell ta' kif joħroġ mill-fabbrika.

3.2.8.   Tqabbil

(155)

Fejn iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat paragun ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni għal differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Sar aġġustament 'il fuq ta' 8 % għall-valur normali għal kostijiet tal-VAT mhux rimborsabbli. Fuq il-bażi tal-informazzjoni mill-applikant, sar aġġustament 'l isfel ta' bejn 4 u 7 % għall-prezz ta' esportazzjoni għall-merkanzija internazzjonali u għall-assigurazzjoni.

3.2.9.   Il-marġni tad-dumping

(156)

Fin-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi Ċiniżi, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju peżat tal-prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju peżat f'livell frank mill-fabbrika, f'konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(157)

Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni sabet marġni tad-dumping, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni bid-dazju mhux imħallas, f'livell ta' madwar 26 %.

(158)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dumping tkompla matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

3.3.   Il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni tad-dumping

(159)

Kif stabbilit aktar 'il fuq, l-importazzjonijiet ta' fittings fonduti ta' tubi jew ta' pajpijiet mir-RPĊ instabu li kienu oġġett ta' dumping matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. Għall-fini tal-kompletezza, il-Kummissjoni investigat ukoll il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping jekk il-miżuri jitħassru. L-elementi addizzjonali li jmiss ġew analizzati: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità żejda fir-RPĊ, il-komportament ta' pprezzar tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ fi swieq oħra, u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni.

(160)

Bħala konsegwenza tan-nuqqas ta' kooperazzjoni tal-produtturi mir-RPĊ, dan l-eżami kien ibbażat fuq l-informazzjoni li kienet disponibbli għall-Kummissjoni, jiġifieri, l-informazzjoni pprovduta fit-Talba u l-informazzjoni minn sorsi disponibbli indipendenti oħra, bħal statistika uffiċjali dwar l-importazzjonijiet u informazzjoni miksuba mingħand partijiet interessati matul l-investigazzjoni.

3.3.1.   Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità żejda fir-RPĊ

(161)

Skont l-informazzjoni fit-Talba (76), il-produzzjoni preċiża tal-prodott taħt rieżami fir-RPĊ mhijiex magħrufa. Is-suq hu frammentat b'ħafna produtturi żgħar u b'numru ta' oħrajn kbar. Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-applikant, il-Kummissjoni stabbiliet kapaċità tal-produzzjoni kombinata ta' tal-anqas 310 000 tunnellata għal 6 mit-30 produttur magħruf.

(162)

Iż-żewġ produtturi li pprovdew tweġiba għall-kampjunar irrapportaw kapaċità ta' riżerva ta' madwar 10 %. Jekk nassumu l-istess perċentwal ta' kapaċità ta' riżerva għall-produtturi l-oħra, niksbu kapaċità ta' riżerva ta' 31 000 tunnellata. Anki jekk nużaw dan l-approċċ konservattiv, il-kapaċità ta' riżerva taċ-Ċina tirrappreżenta aktar minn 80 % mill-konsum tal-Unjoni.

3.3.2.   L-attraenza tas-suq tal-Unjoni

(163)

Biex jiġi stabbilit l-iżvilupp possibbli tal-importazzjonijiet f'każ li l-miżuri jiġu rrevokati, il-Kummissjoni qieset l-attraenza tas-suq tal-Unjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-prezzijiet.

(164)

F'dan ir-rigward il-Kummissjoni vverifikat l-informazzjoni fil-Global Trade Atlas (77), taħt il-kodiċi 7307 19 tas-SA fittings ta' pajpijiet jew ta' tubi, fonduti, ta' ħadid nesoi (78) jew tal-azzar. Il-kodiċi ta' livell ta' 6 ċifri biss hu disponibbli, u l-kodiċi jidher li jinkludi prodotti li jaqgħu barra l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-rieżami, bħal fittings tal-ħadid fondut duttili, grooved couplings, eċċ.

(165)

B'hekk, għall-analiżi l-Kummissjoni użat it-tweġibiet għall-kampjunar ipprovduti miż-2 produtturi Ċiniżi, u sabet li l-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni huma aktar attraenti minn ċerti swieq tal-esportazzjoni u mis-suq domestiku. Għaldaqstant, jekk il-miżuri jiġu rrevokati, is-suq tal-Unjoni jsir saħansitra aktar attraenti bi probabbiltà ta' ridirezzjoni ta' ċerti kwantitajiet li bħalissa jinbiegħu fi swieq oħra. L-importazzjonijiet mir-RPĊ fl-Unjoni aktarx li jiżdiedu b'mod sinifikanti u bi prezzijiet oġġett ta' dumping.

3.3.3.   Konklużjoni

(166)

L-investigazzjoni wriet li matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami l-importazzjonijiet Ċiniżi komplew jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma oġġett ta' dumping. Fid-dawl tal-elementi eżaminati fit-taqsimiet 3.3.1 u 3.3.2, il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li hemm probabbiltà kbira li l-produtturi Ċiniżi jesportaw kwantitajiet sinifikanti ta' fittings fonduti ta' tubi jew ta' pajpijiet lejn l-Unjoni bi prezzijiet li huma oġġett ta' dumping, f'każ li l-miżuri jiskadu. B'hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm probabbiltà kbira ta' kontinwazzjoni tad-dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

4.   IL-PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI TAD-DUMPING MIT-TAJLANDJA

4.1.   Kummenti preliminari għat-Tajlandja

(167)

Kif indikat fil-premessa (27), l-ebda wieħed mill-produtturi Tajlandiżi ma kkoopera fl-investigazzjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni informat lill-awtoritajiet tat-Tajlandja li minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni, il-Kummissjoni kienet se tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, filwaqt li tibbaża s-sejbiet tagħha b'rabta mal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza tad-dumping fuq il-fatti disponibbli. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand id-Dipartiment tal-Kummerċ Barrani tal-Ministeru tal-Kummerċ u mill-kumpanija Tajlandiża BIS Pipe Fitting Industry. Il-kummenti huma indirizzati fil-premessi (196) u (197) hawn taħt.

4.2.   Dumping matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami

4.2.1.   Il-valur normali

(168)

Minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi Tajlandiżi, il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli biex tistabbilixxi valur normali fit-Tajlandja. Għal dan l-għan, intużat l-informazzjoni sottomessa mill-applikant.

(169)

B'hekk, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezzijiet domestiċi fit-Tajlandja, stabbiliti minn lista ta' prezzijiet domestiċi li tinkludi numru kbir ta' tipi ta' prodotti. Peress li l-lista ta' prezzijiet ma tqisitx li kienet aġġornata, għall-prezzijiet fil-lista ġie applikat fattur ta' korrezzjoni miksub bl-użu ta' statistiki uffiċjali u ta' informazzjoni addizzjonali fuq il-bażi tal-intelligence tas-suq. Biex jinkisbu prezzijiet mill-fabbrika, tnaqqsu profitt stmat għad-distributuri u l-kostijiet tat-trasport.

4.2.2.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(170)

Fin-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi Tajlandiżi, il-prezz tal-esportazzjoni ġie ddeterminat fuq il-bażi tad-data dwar il-prezz ta' importazzjoni CIF tal-Eurostat ikkoreġut għal-livell ta' kif joħroġ mill-fabbrika.

4.2.3.   Tqabbil

(171)

Fejn kien iġġustifikat mill-ħtieġa li jkun żgurat paragun ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-paragonabbiltà tal-prezz, skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Fuq il-bażi tal-informazzjoni mill-applikant, sar aġġustament 'l isfel ta' bejn 5 u 9 % għall-prezz ta' esportazzjoni għall-merkanzija u għall-assigurazzjoni.

4.2.4.   Il-marġni tad-dumping

(172)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali tal-prodott simili kif rapportat mill-applikant mal-prezz tal-esportazzjoni f'livell tal-fabbrika, f'konformità mal-Artikoli 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(173)

Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni sabet marġni tad-dumping, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni bid-dazju mhux imħallas, f'livell ta' madwar 33 %.

(174)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dumping tkompla matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

4.3.   Il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni tad-dumping

(175)

Wara s-sejba tal-eżistenza tad-dumping matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, f'konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni investigat il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni tad-dumping jekk il-miżuri jiġu rrevokati. L-elementi addizzjonali li ġejjin ġew analizzati: il-kapaċità ta' produzzjoni u l-kapaċità ta' riżerva fit-Tajlandja, ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet ta' esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fl-Unjoni, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni.

(176)

Biex teżamina l-iżvilupp probabbli tal-esportazzjonijiet mit-Tajlandja jekk il-miżuri jiġu rrevokati, il-Kummissjoni, fin-nuqqas ta' kooperazzjoni, użat l-aħjar informazzjoni disponibbli minn sorsi disponibbli pubblikament (siti web tal-kumpaniji u statistika tal-GTA) u mill-informazzjoni pprovduta fit-Talba.

4.3.1.   Kapaċità tal-produzzjoni u kapaċità żejda fit-Tajlandja

(177)

Għat-Tajlandja, it-talba tirreferi għall-eżistenza ta' tliet produtturi. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Tajlandiżi identifikaw 30 produttur potenzjali (79) mal-ftuħ tal-investigazzjoni, li tnejn minnhom diġà ssemmew fit-talba. Madankollu, ġiet ipprovduta informazzjoni parzjali biss dwar il-kapaċitajiet ta' produzzjoni u ta' riżerva tal-industrija Tajlandiża.

(178)

Fl-investigazzjoni oriġinali, iż-żewġ produtturi esportaturi Tajlandiżi li jirrappreżentaw il-biċċa l-kbira tal-esportazzjonijiet Tajlandiżi kellhom kapaċità ta' riżerva ta' 38 % jew 8 200 tunnellata. Skont informazzjoni disponibbli pubblikament, id-daqs tan-negozju tagħhom baqa' fil-parti l-kbira l-istess minn dak iż-żmien 'l hawn (iż-żewġ kumpaniji jipproduċu kważi esklużivament fittings fonduti ta' tubi jew ta' pajpijiet).

(179)

Bħala t-tieni pass, il-Kummissjoni investigat jekk sadanittant swieq oħra setgħux assorbew il-kapaċità ta' riżerva. L-esportazzjonijiet totali mit-Tajlandja fl-2011, il-perjodu ta' investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali, ammontaw għal 16 506 tunnellati. Fl-2017, l-esportazzjonijiet totali ammontaw għal 18 610 tunnellati, jiġifieri madwar 2 100 tunnellata aktar mill-2011.

(180)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li parti biss mill-kapaċità ta' riżerva, li kienet teżisti matul l-investigazzjoni oriġinali, kienet diretta lejn swieq oħra sa mill-applikazzjoni tad-dazji. Is-suq domestiku hu ċkejken (< 10 % tal-bejgħ) u lanqas hu ma seta' assorba l-kapaċità ta' riżerva.

(181)

Għaldaqstant hu probabbli li l-maġġoranza tal-kapaċità ta' riżerva ta' 8 200 tunnellata (22 % tal-konsum tal-Unjoni) li kienet teżisti matul l-investigazzjoni oriġinali għadha tista' tintuża u tiġi diretta lejn is-suq tal-Unjoni f'każ li jiskadu l-miżuri. Anki bis-suppożizzjoni konservattiva li l-kapaċità ta' riżerva naqset bit-totalità taż-żieda fl-esportazzjonijiet, il-kapaċità ta' riżerva disponibbli tkun tammonta għal 6 100 tunnellata jew għal 17 % tas-suq tal-Unjoni.

(182)

Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm kapaċità ta' riżerva sostanzjali disponibbli fit-Tajlandja u, bħala konsegwenza, hemm probabbiltà kbira li l-volumi tal-esportazzjonijiet jiżdiedu b'mod sinifikanti jekk il-miżuri anti-dumping jiġu rrevokati.

4.3.2.   L-attraenza tas-suq tal-Unjoni

(183)

Minkejja d-dazji anti-dumping fis-seħħ, matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, it-Tajlandja kienet għadha tesporta lejn l-Unjoni, b'sehem mis-suq ta' 4,5 %, li juri li l-Unjoni baqgħet suq attraenti u destinazzjoni attraenti għall-esportazzjonijiet. Fid-dawl tal-użu baxx tal-kapaċità tal-produtturi Tajlandiżi, hemm probabbiltà kbira li l-esportaturi Tajlandiżi se jimmiraw li jiggwadanjaw lura s-sehem mis-suq mitluf jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

4.3.3.   Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fl-Unjoni

(184)

L-istatistiki tal-esportazzjonijiet Tajlandiżi juru prezzijiet medji ogħla għal kważi kull suq tal-esportazzjoni ewlieni ieħor għal fittings malleabbli meta mqabbla mal-Unjoni. Din id-differenza fil-prezz tista' tkun ikkawżata minn differenzi fit-taħlita tal-prodotti jew fil-miżuri fis-seħħ. Fid-dawl tan-nuqqas ta' kooperazzjoni min-naħa tal-produtturi Tajlandiżi, il-Kummissjoni ma tistax tivvaluta b'mod affidabbli dawn id-differenzi fil-prezz.

4.3.4.   Konklużjoni

(185)

L-investigazzjoni wriet li matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami l-esportazzjonijiet Tajlandiżi komplew jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma oġġett ta' dumping. Minbarra l-volumi ta' importazzjoni relattivament baxxi meta mqabbla mal-konsum tal-Unjoni fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, il-Kummissjoni kkunsidrat l-eżistenza ta' kapaċità ta' riżerva kbira u l-prattika fl-imgħoddi tal-produtturi Tajlandiżi.

(186)

B'hekk, fid-dawl tal-elementi eżaminati fit-taqsimiet 4.3.1 u 4.3.2, il-Kummissjoni kkonkludiet li ser ikun hemm żieda sinifikanti probabbli fl-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni bi prezzijiet li huma oġġett ta' dumping, f'każ li l-miżuri jiskadu.

5.   DANNU

5.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(187)

Il-prodott taħt rieżami kien manifatturat minn 5 produtturi fl-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(188)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami kienet ta' madwar 33 000 tunnellata, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-industrija tal-Unjoni. Kif indikat fil-premessa (17), il-produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun kienu jirrappreżentaw aktar minn 70 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni.

5.2.   Il-konsum tal-Unjoni

(189)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum tal-Unjoni bħala somma tal-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u l-importazzjonijiet totali fl-Unjoni rapportati mill-Eurostat fil-livell TARIC

(190)

Il-konsum tal-Unjoni tal-prodott taħt rieżami żviluppa kif ġej:

Tabella 2

Konsum tal-Unjoni (tunnellati)

 

2014

2015

2016

2017

Il-Perjodu ta' Investigazzjoni tar-Rieżami

Konsum totali

37 708

36 835

38 984

39 186

36 448

Indiċi (2014 = 100)

100

98

103

104

97

Sors: Eurostat fil-livell TARIC, data sottomessa mill-industrija tal-Unjoni u tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju

(191)

Il-konsum tal-Unjoni naqas bi 3 % fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbel mal-2014, wara li żdied fl-2016 u fl-2017. Is-suq tal-fittings malleabbli hu matur u ma weriex fluttwazzjonijiet kbar tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

5.3.   Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

5.3.1.   Valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

(192)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet ta' fittings fonduti ta' tubi jew ta' pajpijiet li joriġinaw fil-pajjiżi kkonċernati għandhomx jiġu valutati b'mod kumulattiv skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku.

(193)

Il-marġni tad-dumping stabbilit b'relazzjoni mal-importazzjonijiet minn kull wieħed mill-pajjiżi kkonċernati kien 'il fuq mil-limitu de minimis kif definit fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku. Il-volum tal-importazzjonijiet minn kull pajjiż ikkonċernat ma kienx negliġibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 5(7) tar-Regolament bażiku.

(194)

Fl-investigazzjoni oriġinali, il-valutazzjoni kumulattiva tqieset xierqa minħabba l-kundizzjonijiet komparabbli tal-kompetizzjoni bejn l-importazzjonijiet minn dawn iż-żewġ pajjiżi u l-prodott simili tal-Unjoni, jiġifieri permezz tal-istess kanali tal-bejgħ u lill-istess kategoriji ta' konsumaturi. Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda evidenza ta' tibdiliet f'dan ir-rigward fl-investigazzjoni kurrenti. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li dawn is-sejbiet għadhom validi.

(195)

Fid-dawl ta' dak li ntqal aktar 'il fuq, tqies li l-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku kienu ssodisfati. Għaldaqstant, l-importazzjonijiet mir-RPĊ u mit-Tajlandja ġew eżaminati b'mod kumulattiv.

(196)

Il-Missjoni tat-Tajlandja u BIS Pipe Fitting Industry Co., Ltd., produttur Tajlandiż, issottomettew li l-importazzjonijiet mit-Tajlandja għandhom jiġu esklużi mir-rieżami fuq il-bażi tal-volumi ta' importazzjoni li kienu qed jonqsu b'mod konsistenti u li l-kumulazzjoni mal-importazzjonijiet mir-RPĊ la hi legalment u lanqas mhi ekonomikament ġustifikabbli.

(197)

Il-Kummissjoni rrifjutat dawn l-asserzjonijiet, peress li l-investigazzjoni li użat id-data dettaljata tal-Eurostat fil-livell TARIC turi li minkejja li l-importazzjonijiet mit-Tajlandja naqsu, il-volum tal-importazzjonijiet li jaqbeż il-5 % mill-importazzjonijiet totali għadu jista' jiġi kkunsidrat u, għaldaqstant, jista' jintuża fil-valutazzjoni kumulattiva f'konformità mal-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku.

5.3.2.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

(198)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u mit-Tajlandja fl-Unjoni fuq il-bażi tad-data tal-Eurostat fil-livell TARIC u l-ishma mis-suq tal-importazzjonijiet billi qabblet dawn il-volumi tal-importazzjonijiet mal-konsum tal-Unjoni kif muri fit-Tabella 2.

Tabella 3

Volum ta' importazzjonijiet fl-Unjoni (tunnellati)

 

2014

2015

2016

2017

PIR

Ir-RPĊ

8 526

8 161

10 097

9 682

7 666

Indiċi (2014 = 100)

100

96

118

114

90

It-Tajlandja

3 449

2 322

2 066

1 745

1 637

Indiċi (2014 = 100)

100

67

60

51

47

Pajjiżi kkonċernati

11 975

10 482

12 163

11 426

9 302

Indiċi (2014 = 100)

100

88

102

95

78

Sors: Eurostat fil-livell TARIC, data sottomessa mill-industrija tal-Unjoni u tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju

(199)

Il-volum ta' importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiżi kkonċernati fis-suq tal-Unjoni naqas bi 22 % tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(200)

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati naqas b'6 punti perċentwali minn 32 % għal 26 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dan is-sehem mis-suq naqas l-aktar fil-perjodu mill-2016 sa tmiem il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. It-tendenza segwiet l-iżvilupp tal-importazzjonijiet.

Tabella 4

Sehem mis-suq tal-Unjoni

 

2014

2015

2016

2017

PIR

Ir-RPĊ

23 %

22 %

26 %

25 %

21 %

Indiċi (2014 = 100)

100

98

115

109

93

It-Tajlandja

9 %

6 %

5 %

5 %

5 %

Indiċi (2014 = 100)

100

69

58

49

49

Pajjiżi kkonċernati

32 %

29 %

31 %

29 %

26 %

Indiċi (2014 = 100)

100

90

98

92

80

Sors: Eurostat fil-livell TARIC, data sottomessa mill-industrija tal-Unjoni u tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju

(201)

Għaldaqstant, l-importazzjonijiet mir-RPĊ u mit-Tajlandja komplew jidħlu fl-Unjoni, minkejja l-miżuri fis-seħħ, matul il-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni.

5.3.3.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

(202)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet fuq il-bażi tal-istatistiki tal-importazzjonijiet tal-Eurostat fil-livell TARIC. Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u mit-Tajlandja lejn l-Unjoni żviluppaw kif ġej:

Tabella 5

Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)

 

2014

2015

2016

2017

PIR

Prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

1 620

2 011

1 925

2 166

2 029

Indiċi (2014 = 100)

100

124

119

134

125

Prezzijiet tal-importazzjonijiet mit-Tajlandja

2 171

2 229

2 128

2 181

2 152

Indiċi (2014 = 100)

100

103

98

100

99

Pajjiżi kkonċernati

1 779

2 059

1 960

2 168

2 050

Indiċi (2014 = 100)

100

116

110

122

115

Sors: Eurostat fil-livell TARIC

(203)

Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mit-Tajlandja baqgħu pjuttost stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, filwaqt li l-importazzjonijiet mir-RPĊ, li bdew fl-2014 b'livell ta' prezz ferm orħos meta mqabbla mal-importazzjonijiet mit-Tajlandja, naqqsu d-differenza lejn tmiem il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

5.3.4.   Twaqqigħ tal-prezz

(204)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet it-twaqqigħ tal-prezzijiet matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami billi qabblet:

il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li ġew iddebitati lill-konsumaturi mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal-livell tal-prezz mill-fabbrika; u

d-data dwar il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Eurostat għall-prodott taħt rieżami kemm mir-RPĊ kif ukoll mit-Tajlandja fil-livell CIF, aġġustata għal prezz żbarkat, inklużi ammont ta' dazju doganali konvenzjonali u kostijiet ta' wara l-importazzjoni.

(205)

Ir-riżultat tal-paragun kien espress bħala perċentwal tal-prezz tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

(206)

Għall-importazzjonijiet mir-RPĊ u mit-Tajlandja, it-tqabbil wera twaqqigħ tal-prezz medju ta' 47 % u ta' 44 % rispettivament fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

(207)

Minkejja xi żieda fil-prezz medju tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kkawżata primarjament minn żieda fil-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ, il-livelli ta' twaqqigħ tal-prezz baqgħu sinifikanti.

5.4.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ u t-Tajlandja

(208)

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami minn pajjiżi terzi oħra żviluppa kif ġej:

Tabella 6

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet

 

2014

2015

2016

2017

PIR

L-Indoneżja

2 %

2 %

4 %

3 %

3 %

Il-Brażil

3 %

3 %

3 %

3 %

3 %

L-Indja

4 %

4 %

2 %

3 %

2 %

Pajjiżi oħra

1 %

2 %

2 %

1 %

2 %

Total

10 %

11 %

11 %

10 %

10 %

Indiċi (2014 = 100)

100

110

110

100

100

Sors: Eurostat fil-livell TARIC

(209)

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra baqa' stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, b'żieda temporanja ħafifa fl-2015 u fl-2016.

5.5.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

5.5.1.   Kummenti ġenerali

(210)

F'konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-analiżi tal-impatt li għandhom l-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping fuq l-industrija tal-Unjoni tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(211)

Kif imsemmi fil-premessa (17), intuża l-kampjunar għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(212)

Biex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi.

(213)

Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data li ġiet ippreżentata mill-industrija tal-Unjoni u t-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(214)

Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(215)

Iż-żewġ settijiet ta' data nstabu li huma rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(216)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru mid-dumping tal-passat.

(217)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji ta' unità, il-kost unitarju, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-kapital.

5.5.2.   Indikaturi makroekonomiċi

5.5.2.1.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

Tabella 7

Volum tal-produzzjoni tal-Unjoni (tunnellati)

 

2014

2015

2016

2017

PIR

Volum tal-produzzjoni

30 629

28 438

32 052

32 312

33 025

Indiċi (2014 = 100)

100

93

105

105

108

Sors: Data sottomessa mill-industrija tal-Unjoni u tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju

(218)

Il-volum tal-produzzjoni tal-Unjoni żdied bi 8 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni minkejja t-tnaqqis fil-konsum.

Tabella 8

Kapaċità tal-produzzjoni tal-Unjoni (tunnellati)

 

2014

2015

2016

2017

PIR

Kapaċità tal-produzzjoni

55 840

55 840

55 840

55 840

55 840

Indiċi (2014 = 100)

100

100

100

100

100

Sors: Data sottomessa mill-industrija tal-Unjoni u tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju

(219)

Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni baqgħet kostanti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-fattur ta' limitazzjoni tal-kapaċità hu l-proċess ta' rikottura, li jeħtieġ assi (fran) u ħin sostanzjali. Il-fran ma jistgħux jitwaqqfu jew jissaħħnu malajr u jikkonsmaw livelli għoljin ta' enerġija.

Tabella 9

Użu tal-kapaċità tal-produzzjoni tal-Unjoni

 

2014

2015

2016

2017

PIR

Użu tal-kapaċità

55 %

51 %

58 %

58 %

59 %

Indiċi (2014 = 100)

100

93

105

105

108

Sors: Data sottomessa mill-industrija tal-Unjoni u tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju

(220)

Bis-saħħa tal-volum ta' produzzjoni akbar tal-Unjoni, l-użu tal-kapaċità żdied b'4 punti perċentwali.

5.5.2.2.   Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

(221)

Il-volum tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni żdied b'7 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, b'mod allinjat maż-żieda fil-produzzjoni u minkejja t-tnaqqis fil-konsum, biex b'hekk seta' jibbenefika mid-dazju anti-dumping fis-seħħ.

Tabella 10

Volum tal-bejgħ tal-Unjoni (tunnellati)

 

2014

2015

2016

2017

PIR

Bejgħ tal-Unjoni

21 459

21 779

22 216

23 375

23 043

Indiċi (2014 = 100)

100

101

104

109

107

Sors: Data sottomessa mill-industrija tal-Unjoni u tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju

(222)

Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żdied b'6 punti perċentwali jew bi 11 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, filwaqt li l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping naqsu bi 22 % matul l-istess perjodu, u effettivament ħadu post parti mill-bejgħ ta' fittings fonduti ta' tubi jew ta' pajpijiet li qabel kienu jiġu importati.

Tabella 11

Sehem tas-suq tal-Unjoni

 

2014

2015

2016

2017

PIR

Sehem tas-suq tal-Unjoni

57 %

59 %

57 %

60 %

63 %

Indiċi (2014 = 100)

100

104

100

105

111

Sors: Eurostat fil-livell TARIC, data sottomessa mill-industrija tal-Unjoni u tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju

5.5.2.3.   Impjiegi u produttività

(223)

L-impjiegi f'ekwivalenti għall-full time (FTE) segwew iż-żieda fil-volumi ta' produzzjoni tal-Unjoni f'parti minnhom biss, li jindika li l-industrija tal-Unjoni rrazzjonalizzat il-proċess ta' produzzjoni u żiedet il-produttività fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

Tabella 12

Impjiegi f'FTE

 

2014

2015

2016

2017

PIR

Impjiegi f'FTE

1 887

1 889

1 898

1 908

1 916

Indiċi (2014 = 100)

100

100

101

101

102

Sors: Data sottomessa mill-industrija tal-Unjoni u tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju

(224)

L-industrija tal-Unjoni rnexxielha ttejjeb il-produttività, li rriżultat fi tkabbir ogħla fil-volumi ta' produzzjoni tal-Unjoni miż-żieda fl-impjiegi fl-FTE.

Tabella 13

Produttività (tunnellati/FTE)

 

2014

2015

2016

2017

PIR

Produttività

16,4

15,2

17,1

17,1

17,4

Indiċi (2014 = 100)

100

93

104

104

106

Sors: Data sottomessa mill-industrija tal-Unjoni u tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju

(225)

Iż-żieda fil-produttività tirriżulta wkoll mill-innovazzjonijiet industrijali, fejn ir-robots kontinwament jieħdu post il-ħaddiema fil-fabbriki, speċjalment fil-qasam tax-xogħol bil-makkinarju u tal-ispedizzjoni.

5.5.2.4.   Tkabbir

(226)

Kif indikat fit-Tabella 2, il-konsum tal-Unjoni naqas bejn l-2014 u l-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami b'aktar minn 1 000 tunnellata, filwaqt li l-volum tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping naqas b'aktar minn 2 000 tunnellata matul l-istess perjodu. L-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżid il-bejgħ tagħha b'aktar minn 1 000 tunnellata, biex b'hekk ibbenefikat mit-tnaqqis fl-importazzjonijiet oġġett ta' dumping.

5.5.2.5.   L-iskala tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat

(227)

Id-dumping kompla matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami f'livell sinifikanti, kif spjegat fit-taqsima 3 aktar 'il fuq.

(228)

Peress li l-volumi tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ u mit-Tajlandja kienu anqas milli matul il-perjodu ta' investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impatt tal-kobor tal-marġni tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni nħass b'mod sinifikanti anqas milli fl-investigazzjoni oriġinali.

5.5.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

5.5.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

Tabella 14

Prezz medju tal-bejgħ fl-Unjoni għal kull tunnellata

 

2014

2015

2016

2017

PIR

Il-prezz medju tal-bejgħ

4 483

4 453

4 341

4 270

4 284

Indiċi (2014 = 100)

100

99

97

95

96

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju vverifikati

(229)

Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta' unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lill-klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 15

Kostijiet medji tal-produzzjoni fl-Unjoni għal kull tunnellata

 

2014

2015

2016

2017

PIR

L-ispejjeż medji tal-produzzjoni

3 171

3 417

3 193

3 327

3 308

Indiċi (2014 = 100)

100

108

101

105

104

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju vverifikati

(230)

It-tendenza ta' tnaqqis hi r-riżultat tal-pressjonijiet mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping fuq is-suq.

(231)

Il-prezz medju tal-bejgħ fl-Unjoni tal-produtturi inklużi fil-kampjun naqas b'4 % matul il-perjodu, filwaqt li l-kostijiet medji tal-produzzjoni żdiedu b'4 % matul l-istess perjodu kif muri hawn taħt.

(232)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żdiedu b'5 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 16

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2014

2015

2016

2017

PIR

Il-kostijiet lavorattivi medji (EUR/FTE)

27 628

28 306

28 143

28 001

28 882

Indiċi (2014 = 100)

100

102

102

101

105

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju vverifikati

5.5.3.2.   Inventarji

(233)

Il-livell tal-istokks tal-għeluq naqas matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. B'mod ġenerali, dan naqas bi 33 %. Dan it-tnaqqis jirrifletti politiki interni mtejba tal-produtturi tal-Unjoni li kienu mmirati lejn ir-razzjonalizzazzjoni tal-istokks biex jilliberaw il-kapital operatorju tagħhom.

Tabella 17

Stokks (tunnellati)

 

2014

2015

2016

2017

PIR

Stokks

5 103

4 285

4 124

3 712

3 433

Indiċi (2014 = 100)

100

84

81

73

67

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju vverifikati

5.5.3.3.   Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

Tabella 18

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti

 

2014

2015

2016

2017

PIR

Profittabbiltà

11,2 %

8,9 %

10,7 %

8,7 %

8,5 %

Indiċi (2014 = 100)

100

80

96

78

76

Fluss tal-flus (f'EUR 000)

11 659

14 574

15 399

15 102

13 689

Indiċi (2014 = 100)

100

125

132

130

117

Investimenti (f'EUR 000)

4 251

6 554

6 755

7 172

4 409

Indiċi (2014 = 100)

100

154

159

169

104

Redditu fuq l-investimenti

32 %

27 %

29 %

24 %

24 %

Indiċi (2014 = 100)

100

83

90

74

74

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju vverifikati

(234)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-prodott simili lil konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta' dak il-bejgħ.

(235)

Il-profittabbiltà naqset b'24 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, b'mod partikolari wara l-2016.

(236)

Il-fluss tal-flus nett, il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tiffinanzja l-attivitajiet tagħha stess, żdied b'mod sinifikanti sal-2016, u mbagħad naqas fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami sa livell anqas iżda xorta waħda 17 % ogħla milli fl-2014.

(237)

L-iżvilupp tal-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni kkonferma li din l-industrija hi intensiva ħafna fl-użu tal-kapital. Iridu jsiru investimenti sostanzjali biex jiġu rrispettati l-istandards ambjentali dejjem akbar b'tali mod li jiġi kkumpensat għall-kost dejjem ogħla tal-persunal meħtieġ fil-produzzjoni billi jittiħdilhom posthom minn robots. It-tnaqqis fl-investimenti fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami sal-2015 hu kkawżat mit-tempistika/mill-proċess ta' approvazzjoni ta' wieħed mill-produtturi inklużi fil-kampjun u ma jindikax xi tibdil fit-tendenza. Fil-fatt, il-produtturi tal-Unjoni jqisu li se jkun hemm bżonn li jsiru investimenti sostanzjali ulterjuri biex jinżammu livelli suffiċjenti ta' profittabbiltà fil-ġejjieni.

(238)

Ir-redditu fuq l-investiment tal-industrija tal-Unjoni, il-profitt bħala perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-assi, naqas b'26 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dan hu primarjament dovut għall-valur li qed jiżdied tal-kapital użat fl-assi tal-produzzjoni, meta mqabbel mal-profitti li kienu qed jonqsu biss bi ftit matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(239)

Minħabba l-profittabbiltà u r-redditu fuq l-investimenti suffiċjenti, il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun b'mod ġenerali setgħu jiġġeneraw kapital għan-nefqiet kapitali neċessarji tagħhom. Madankollu, ċerti produtturi tal-Unjoni nnotaw diffikultajiet akbar biex jiġġeneraw kapital fid-dawl tal-inċertezza tal-kontinwazzjoni tal-miżuri u għall-investimenti futuri.

5.6.   Konklużjoni dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(240)

L-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping definittivi f'Mejju 2013 nediet it-tendenza li qabdet tonqos tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-volumi ta' importazzjonijiet dejjem anqas li kienu qed jaslu bi prezzijiet orħos meta mqabbla mal-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni ġabu magħhom il-mitigazzjoni tal-effetti negattivi fuq is-suq tal-Unjoni.

(241)

Min-naħa tagħha, din għenet biex ittejjeb is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni biex tkun tista' tirkupra mill-effetti dannużi preċedenti tad-dumping.

(242)

Dan għen biex jiżdiedu l-produzzjoni u l-volumi tal-bejgħ, il-flussi tal-flus pożittivi u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni, u ppermetta li tinkiseb profittabbiltà solida, li però dejjem qed tonqos.

(243)

Madankollu, anki jekk l-industrija tal-Unjoni fil-parti l-kbira rkuprat mid-dannu tal-imgħoddi u tidher li tinsab fit-triq it-tajba biex iżżomm il-kundizzjoni tagħha fit-tul, għadha tinsab f'sitwazzjoni dgħajfa minħabba potenzjal limitat ħafna ta' tkabbir tas-suq tal-Unjoni u l-pressjoni kontinwa fuq il-prezzijiet.

(244)

Barra minn hekk, l-intensività kapitali kbira ta' din l-industrija tagħmilha partikolarment sensittiva għat-tnaqqis fil-volumi tal-bejgħ jew tal-prezz ta' unità.

(245)

Fir-rigward ta' dan li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

5.7.   Il-probabbiltà ta' rikorrenza tad-dannu

(246)

Fil-premessa (245), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. Għaldaqstant, il-Kummissjoni vvalutat, f'konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta' rikorrenza tad-dannu mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ u mit-Tajlandja jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(247)

F'dak ir-rigward, il-Kummissjoni eżaminat il-kapaċità ta' produzzjoni u l-kapaċità ta' riżerva fil-pajjiżi kkonċernati, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni u l-impatt tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

5.7.1.   Kapaċità ta' riżerva

(248)

Kif konkluż fil-premessi (182) u (162), hemm kapaċitajiet żejda sostanzjali fil-pajjiżi kkonċernati. Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda element li jista' jindika xi żieda sinifikanti fid-domanda domestika tal-prodott taħt rieżami fil-pajjiżi kkonċernati jew fi kwalunkwe suq ta' pajjiż terz fil-futur qrib biex tassorbi din il-kapaċità ta' riżerva.

5.7.2.   L-attraenza tas-suq tal-Unjoni

(249)

Kif spjegat fil-premessi (165) u (183), is-suq tal-Unjoni hu suq attraenti għall-produtturi esportaturi mill-pajjiżi kkonċernati.

(250)

Dan ġie kkonfermat bejn Ġunju 2016 u Ġunju 2017, meta l-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu b'mod sinifikanti wara r-revoka temporanja tad-dazju anti-dumping għall-prodott taħt rieżami mmanifatturat minn Jinan Meide. Dan il-produttur irdoppja l-importazzjonijiet bi prezz baxx tiegħu fl-ewwel trimestru tal-2017 meta mqabbel mat-trimestru ta' qabel u l-valur normali tal-ewwel trimestru matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(251)

Fuq din il-bażi, fin-nuqqas ta' miżuri, il-produtturi mill-pajjiżi kkonċernati x'aktarx li se jżidu l-preżenza tagħhom fis-suq tal-Unjoni intensament, kemm f'termini tal-volum kif ukoll f'termini tas-sehem mis-suq, u bi prezzijiet oġġett ta' dumping li jwaqqgħu b'mod sinifikanti l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni.

5.7.3.   L-impatt fuq l-industrija tal-Unjoni

(252)

Ir-revoka tal-miżuri fis-seħħ tkun tfisser li l-produtturi tal-Unjoni jġarrbu dannu. Bil-wasla probabbli ta' kwantitajiet kbar ta' importazzjonijiet Ċiniżi u Tajlandiżi li jwaqqgħu l-prezzijiet, l-Industrija tal-Unjoni tkun imġiegħla tnaqqas b'mod konsiderevoli l-produzzjoni tagħha, li malajr ibaxxi l-livelli ta' profittabbiltà.

(253)

Is-sensittività tal-industrija tal-Unjoni għat-tnaqqisiet fil-volumi tal-produzzjoni jew fil-prezzijiet tal-bejgħ tikkawża deterjorament veloċi ħafna tal-profittabbiltà tagħha u ta' indikaturi tal-prestazzjonijiet oħrajn.

(254)

Il-produzzjoni ta' fittings fonduti ta' tubi jew ta' pajpijiet hi industrija intensiva fil-kapital. Biex tiġi operata funderija, iridu jitħaddmu faċilitajiet kbar li jinkludu fran, magni tal-ifformar, linji tal-galvanizzazzjoni u tar-rikottura. Barra minn hekk, ir-robotika meħtieġa biex tikkumpensa għall-kostijiet lavorattivi li qed jiżdiedu fl-Unjoni bis-sostituzzjoni tal-ħaddiema bnedmin hi għalja ħafna. Ix-xiri ta' magna awtomatizzata waħda għall-ifformar tal-kamin fuq tip partikolari ta' fitting jista' jiswa sa EUR 1 miljun. Din hi spiża sinifikanti ħafna meta mqabbla mal-fatturat u mal-profitti tipiċi għal din l-industrija.

(255)

L-investiment kontinwu meħtieġ fl-assi fissi ma jibqax ġustifikat u l-irkupru tal-assi tal-investiment diġà miksuba ma jkunx aċċertat. Dan jista' jwassal għall-għeluq ta' fabbriki u għat-telf li jirriżulta fl-impjiegi u fl-għajbien eventwali tal-industrija.

5.8.   Konklużjoni

(256)

Ir-revoka tal-miżuri probabbilment tirriżulta f'żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati bi prezzijiet dannużi li jirriżultaw f'rikorrenza tad-dannu materjali għall-industrija tal-Unjoni.

6.   INTERESS TAL-UNJONI

6.1.   Introduzzjoni

(257)

F'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni b'mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi, tal-bejjiegħa bl-ingrossa, tal-bejjiegħa bl-imnut u tal-utenti tal-Unjoni.

(258)

Fl-investigazzjoni oriġinali tqies li l-adozzjoni tal-miżuri ma tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-fatt li l-investigazzjoni attwali hi rieżami, li b'hekk tanalizza qagħda li fiha l-miżuri anti-dumping diġà kienu fis-seħħ, jippermetti l-valutazzjoni ta' kwalunkwe impatt negattiv mhux dovut fuq il-partijiet ikkonċernati mill-miżuri anti-dumping attwali.

(259)

Fuq din il-bażi ġie eżaminat, jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta' tkomplija ta' dumping u ta' rikorrenza ta' dannu, jista' jiġi konkluż li ma jkunx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri f'dan il-każ partikolari.

6.2.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(260)

L-investigazzjoni wriet li jekk il-miżuri jiskadu, dan x'aktarx ikollu effett negattiv sinifikanti fuq l-industrija tal-Unjoni. Is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni malajr tiddeterjora f'termini ta' volumi u ta' prezzijiet aktar baxxi tal-bejgħ li jirriżultaw fi tnaqqis qawwi fil-profittabbiltà. Il-kontinwazzjoni tal-miżuri tkun tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tisfrutta bis-sħiħ il-potenzjal tagħha fis-suq tal-Unjoni li jassigura kundizzjonijiet ekwi.

(261)

Għalhekk, iż-żamma tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ hija fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

6.3.   L-interess tal-importaturi

(262)

Kif imsemmi fil-premessa (20), il-Kummissjoni ħadet kampjun ta' tliet importaturi u stednithom jikkooperaw f'din l-investigazzjoni. L-ebda wieħed minnhom ma wieġeb.

(263)

Fl-investigazzjoni oriġinali nstab li, fid-dawl tal-profitti u tas-sorsi tal-provvista tal-importaturi, kwalunkwe impatt negattiv tal-impożizzjoni tal-miżuri fuq l-importaturi, jekk jeżisti, ma jkunx sproporzjonat.

(264)

Fl-investigazzjoni preżenti m'hemmx evidenza disponibbli għall-Kummissjoni li tissuġġerixxi mod ieħor, u għalhekk jista' jiġi kkonfermat li l-miżuri fis-seħħ bħalissa ma kellhom l-ebda effett negattiv sostanzjali fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-importaturi u li l-kontinwazzjoni tal-miżuri ma taffettwahomx b'mod mhux dovut.

6.4.   L-interess tal-utenti

(265)

Il-Kummissjoni kkuntattjat lill-utenti magħrufa kollha f'din l-investigazzjoni u stednithom jikkooperaw. L-ebda utent ma kkoopera.

(266)

Fl-investigazzjoni kurrenti m'hemmx evidenza fil-fajl li tissuġġerixxi li l-miżuri fis-seħħ affettwawhom b'xi mod negattiv. Minħabba l-prezz baxx, is-sehem tal-prodott taħt rieżami mill-kostijiet totali tal-kostruzzjoni jew tal-installazzjoni l-ġdida hu limitat ukoll.

(267)

Fuq dik il-bażi hu kkonfermat li l-miżuri fis-seħħ bħalissa ma kellhom l-ebda effett negattiv sostanzjali fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-utenti u li l-kontinwazzjoni tal-miżuri ma taffettwahomx b'mod mhux dovut.

6.5.   Konklużjoni

(268)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma hemmx raġunijiet konvinċenti ta' interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġina mir-RPĊ u mit-Tajlandja.

7.   MIŻURI ANTI-DUMPING

(269)

Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni dwar il-kontinwazzjoni tad-dumping, ir-rikorrenza tad-dannu u l-interess tal-Unjoni, il-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' fittings fonduti ta' tubi jew ta' pajpijiet bil-kamin, ta' ħadid fondut malleabbli u ta' ħadid fondut bil-grafit sferojdali, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajlandja jenħtieġ li jinżammu.

(270)

Il-partijiet interessati kollha kienu infurmati bil-fatti u bil-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jinżammu fis-seħħ il-miżuri anti-dumping. Dawn ingħataw ukoll perjodu li fih setgħu jippreżentaw kummenti għal din il-konstatazzjoni u jitolbu seduta ta' smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti tal-kummerċ.

(271)

Ma wasal l-ebda kumment fi żmien l-iskadenza stipulata ta' 25 jum.

(272)

Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament 2018/1046 (80), meta ammont irid jiġi rimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta' rifinanzjament prinċipali tiegħu, kif ippubblikat fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta' kull xahar.

(273)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament japplikaw biss għall-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi eżaminat manifatturat minn dawn il-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet ġuridiċi speċifiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami manifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma' dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawk ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(274)

Kwalunkwe talba li titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali (eż. wara bidla fl-isem tal-entità jew wara l-istabbiliment ta' entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (81) minnufih bl-informazzjoni rilevanti kollha. B'mod partikolari, kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija marbutin mal-produzzjoni, il-bejgħ domestiku u għall-esportazzjoni assoċjat ma', pereżempju, il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament imbagħad se jiġi emendat skont dan bl-aġġornament tal-lista tal-kumpaniji li jkunu qegħdin jibbenefikaw mir-rati tad-dazju individwali.

(275)

Il-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 ma tax opinjoni.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju anti-dumping definittiv hu impost fuq l-importazzjonijiet ta' fittings fonduti ta' tubi jew ta' pajpijiet bil-kamin, ta' ħadid fondut malleabbli u ta' ħadid fondut bil-grafit sferojdali, bl-esklużjoni ta' komponenti ta' fittings b'kompressjoni bl-użu tal-kamin metriku ISO DIN 13 u kaxxi fejn jingħaqdu l-kejbils tal-ħadid malleabbli bil-kamin ċirkolari mingħajr ma jkollhom għatu, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7307 19 10 (kodiċi TARIC 7307191010) u ex 7307 19 90 (kodiċi TARIC 7307199010) u li joriġinaw mir-RPĊ u mit-Tajlandja.

2.   Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandha tkun kif ġej:

Pajjiż

Kumpanija

Dazju (%)

Kodiċi Addizzjonali TARIC

Ir-RPĊ

Hebei Jianzhi Casting Group Ltd – Yutian County

57,8

B335

Jinan Meide Casting Co., Ltd - Jinan

39,2

B336

Qingdao Madison Industrial Co., Ltd - Qingdao

24,6

B337

Hebei XinJia Casting Co., Ltd – XuShui County

41,1

B338

Shijiazhuang Donghuan Malleable Iron Castings Co., Ltd – Xizhaotong Town

41,1

B339

Linyi Oriental Pipe Fittings Co., Ltd – Linyi City

41,1

B340

China Shanxi Taigu County Jingu Cast Co., Ltd – Taigu County

41,1

B341

Yutian Yongli Casting Factory Co., Ltd – Yutian County

41,1

B342

Langfang Pannext Pipe Fitting Co., Ltd – LangFang, Hebei

41,1

B343

Tangshan Daocheng Casting Co., Ltd – Hongqiao Town, Yutian County

41,1

B344

Tangshan Fangyuan Malleable Steel Co., Ltd - Tangshan

41,1

B345

Taigu Tongde Casting Co., Ltd – Nanyang Village, Taigu

41,1

B346

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

57,8

B999

It-Tajlandja

BIS Pipe Fitting Industry Co. Ltd - Samutsakorn

15,5

B347

Siam Fittings Co., Ltd – Samutsakorn

14,9

B348

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

15,5

B999

3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

4.   Il-Kummissjoni tista' temenda l-paragrafu 2 biex dan jinkludi produttur esportatur ġdid u tattribwixxi għal dak il-produttur ir-rata tad-dazju anti-dumping medja ponderata xierqa applikabbli għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun tal-investigazzjoni oriġinali, fejn produttur esportatur ġdid fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jew fit-Tajlandja jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li:

(a)

hu ma esportax il-prodott deskritt fil-paragrafu 1 lejn l-Unjoni fil-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2011 u l-31 ta' Diċembru 2011 (il-perjodu ta' investigazzjoni oriġinali),

(b)

hu mhuwiex relatat ma' xi esportatur jew produttur ieħor fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jew tat-Tajlandja li hu soġġett għall-miżuri anti-dumping imposti b'dan ir-Regolament, u

(c)

hu effettivament esporta l-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni jew inkella daħal f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli li jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

5.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju anti-dumping individwali speċifikati għall-kumpaniji elenkati fil-paragrafu 2 għandha tkun kundizzjonali għall-preżentazzjoni ta' fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Fuq il-fattura kummerċjali għandu jkun hemm dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ it-tali fattura, identifikat bl-isem u l-kariga tiegħu/tagħha, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) ta' fittings fonduti ta' tubi jew ta' pajpijiet, ta' ħadid fondut malleabbli jew ta' ħadid fondut bil-grafit sferojdali, mibjugħa biex jiġu esportati lejn l-Unjoni Ewropea koperti minn din il-fattura ġew manifatturati minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi (pajjiż ikkonċernat). Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f'din il-fattura hi sħiħa u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandha tapplika r-rata ta' dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Lulju 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  ĠU L 129, 14.5.2013, p. 1.

(3)  ĠU C 398, 28.10.2016, p. 57.

(4)  ĠU L 166, 29.6.2017, p. 23.

(5)  ĠU L 193, 19.7.2016, p. 115.

(6)  ĠU L 7, 12.1.2018, p. 39.

(7)  ĠU L 44, 15.2.2019, p. 6.

(8)  ĠU C 268, 12.8.2017, p. 4.

(9)  ĠU C 162, 8.5.2018, p. 11.

(10)  Nru t18.007227.

(11)  Nru t19.001077.

(12)  http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2017/december/tradoc_156474.pdf

(13)  Ir-Rapport – Kapitlu 2, p. 6-7.

(14)  Ir-Rapport – Kapitlu 2, p. 10.

(15)  http://en.pkulaw.cn/display.aspx?cgid=311950&lib=law.

(16)  Ir-Rapport – Kapitlu 2, p. 20-21.

(17)  Ir-Rapport – Kapitlu 3, p. 41, 73-74.

(18)  Ir-Rapport – Kapitlu 6, p. 120-121.

(19)  Ir-Rapport – Kapitlu 6. p. 122 -135.

(20)  Ir-Rapport – Kapitlu 7, p. 167-168.

(21)  Ir-Rapport – Kapitlu 8, p. 169-170, 200-201.

(22)  Ir-Rapport – Kapitlu 2, p. 15-16, Ir-Rapport – Kapitlu 4, p. 50, p. 84, Ir-Rapport – Kapitlu 5, p. 108-9.

(23)  It-test komplut tal-pjan huwa disponibbli fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Industrija u tat-Teknoloġija tal-Informatika: http://www.miit.gov.cn/n1146295/n1652858/n1652930/n3757016/c5353943/content.html.

(24)  Ir-Rapport – Kapitlu 14, p. 358: 51 % kumpaniji privati u 49 % SOEs f'termini tal-produzzjoni u 44 % SOEs u 56 % kumpaniji privati f'termini tal-kapaċità.

(25)  https://policycn.com/policy_ticker/higher-expectations-for-large-scale-steel-enterprise/?iframe=1&secret=c8uthafuthefra4e.

(26)  Bħalma kien il-każ tal-fużjoni bejn il-kumpanija privata Rizhao u l-SOE Shandong Iron and Steel fl-2009. Ara l-Beijing steel report, p. 58.

(27)  Ara http://www.chinaisa.org.cn/gxportal/DispatchAction.do?efFormEname=ECTM40&key=VzQMM1oxUTACY1BnAGdWN1A0AmJSNlNgVWdUZwVhADIAEw9ADBcCMgobUhUFElIw (aċċessat fis-27 ta' Marzu 2019).

(28)  Ir-Rapport – Kapitlu 5, p. 100-1.

(29)  Ir-Rapport – Kapitlu 2, p. 26.

(30)  Ir-Rapport – Kapitlu 2, p. 31-2.

(31)  Ara https://www.reuters.com/article/us-china-congress-companies-idUSKCN1B40JU.

(32)  Ara l-Premessa (64) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/969 tat-8 ta' Ġunju 2017 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ĠU [2017] L 146/17.

(33)  http://www.jihuachina.com/index.php/home/zx/detail/id/453/gid/501/eid/3035 (aċċessat fis-27 ta' Marzu 2019) u http://www.meide-casting.com/news/428.html (aċċessat fis-27 ta' Marzu 2019).

(34)  Ir-Rapport – Kapitli 6 u 12.

(35)  Ir-Rapport – Kapitlu 4, p. 41-42, 83.

(36)  Ir-Rapport, Parti III, Kapitlu 14, p. 346 ff.

(37)  L-Introduzzjoni għall-Pjan għall-Aġġustament u ta' Aġġornament tal-Industrija tal-Azzar.

(38)  Ir-Rapport – Kapitlu 14, p. 347.

(39)  Ara pereżempju l-Pjan IV/6 tal-Pjan għall-Aġġustament u ta' Aġġornament tal-Industrija tal-Azzar.

(40)  Ara http://www.qhdb.com.cn/Newspaper/Show.aspx?id=196215 (aċċessat fid-29 ta' Marzu 2019).

(41)  It-13-il Pjan fuq Ħames Snin dwar l-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (2016-2020), http://en.ndrc.gov.cn/newsrelease/201612/P020161207645765233498.pdf.

(42)  Ir-Rapport – Kapitlu 14, p. 349.

(43)  Ir-Rapport – Kapitlu 14, p. 352.

(44)  Il-Katalogu għall-Iggwidar tar-Ristrutturar tal-Industrija (Verżjoni tal-2011) (Emenda tal-2013) maħruġ bl-Ordni Nru 9 tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u għar-Riforma fis-27 ta' Marzu 2011, u emendat skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u għar-Riforma dwar l-Emendar tal-Klawżoli Rilevanti tal-Katalogu għall-Iggwidar tar-Ristrutturar tal-Industrija (Verżjoni tal-2011) maħruġa bl-Ordni Nru 21 tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u għar-Riforma fis-16 ta' Frar 2013.

(45)  Ara l-Premessa (56) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/969 tat-8 ta' Ġunju 2017 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ĠU [2017] L 146/17.

(46)  DS395 – Iċ-Ċina – Miżuri relatati mal-esportazzjoni ta' materja prima varja (ara r-Rapport, Kapitlu 12, p. 299).

(47)  Ara r-Rapport, Kapitlu 14 (p. 365), Kapitlu 12 (p. 303).

(48)  Ara r-Rapport, Kapitlu 8 (p. 178), Kapitlu 12 (p. 278).

(49)  Ara r-Rapport, Kapitlu 12 (p. 270, 272-3).

(50)  Ir-Rapport – Kapitlu 14, p. 375-376.

(51)  Ir-Rapport – Kapitlu 6, p. 138-149.

(52)  Ir-Rapport – Kapitlu 9, p. 216.

(53)  Ir-Rapport – Kapitlu 9, p. 213-215.

(54)  Ir-Rapport – Kapitlu 9, p. 209-211.

(55)  Ir-Rapport – Kapitlu 13, p. 332-337.

(56)  Ir-Rapport – Kapitlu 13, p. 336.

(57)  Ir-Rapport – Kapitlu 13, p. 337-341.

(58)  Ir-Rapport – Kapitlu 6, p. 114-117.

(59)  Ir-Rapport – Kapitlu 6, p. 119.

(60)  Ir-Rapport – Kapitlu 6, p. 120.

(61)  Ir-Rapport – Kapitlu 6, p. 121-122, 126-128, 133-135.

(62)  Ir-Rapport, ibid.

(63)  Ir-Rapport – Kapitlu 14, p. 362-3, li jelenka investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ tal-UE (li jirrigwardaw ċerti prodotti ċatti rromblati bis-sħana tal-ħadid, tal-azzar mhux illigat jew ta' azzar ieħor li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jirrigwardaw ċerti prodotti tal-azzar miksija b'materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina), kif ukoll investigazzjoni tad-difiża tal-kummerċ imwettqa mill-awtoritajiet Awstraljani, Kanadiżi, Indjani jew Amerikani.

(64)  Ir-Rapport – Kapitlu 6, p. 127, b'mod partikolari fir-rigward tal-istima tal-FMI.

(65)  Ir-Rapport – Kapitlu 6, p. 121-122, 126-128, 133-135.

(66)  Data Miftuħa tal-Bank Dinji – Introjtu Medju Superjuri, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.

(67)  Jekk ma jkun hemm l-ebda produzzjoni tal-prodott taħt rieżami fi kwalunkwe pajjiż li jkollu livell simili ta' żvilupp, tista' titqies il-produzzjoni ta' prodott fl-istess kategorija u/jew settur ġenerali tal-prodott taħt rieżami.

(68)  www.bvdinfo.com.

(69)  Produttur esportatur wieħed indika l-kodiċi 2716 00 tas-SA. Madankollu, din l-informazzjoni mhix rilevanti meta jiġu stabbiliti l-valuri fuq il-bażi tal-istatistiki li jirreferu b'mod espliċitu għall-elettriku.

(70)  Produttur esportatur wieħed indika l-kodiċi 2711 11 tas-SA. Madankollu, din l-informazzjoni mhix rilevanti meta jiġu stabbiliti l-valuri fuq il-bażi tal-istatistiki li jirreferu b'mod espliċitu għall-gass naturali.

(71)  United States Department of Commerce, International Trade Administration, A-570-032, il-21 ta' Ottubru 2016.

(72)  https://data.go.th/DatasetDetail.aspx?id=d986842c-b30a-4ed3-b329-9e248a7d5096&AspxAutoDetectCookieSupport=1.

(73)  https://www.egat.co.th/en/images/annual-report/2017/egat-annual-eng-2017.pdf, paġna 131.

(74)  https://www.egat.co.th/en/images/annual-report/2017/egat-annual-eng-2017.pdf, paġna 18.

(75)  https://www.energir.com/en/major-industries/conversion-factors/.

(76)  Annessi mhux kunfidenzjali B-17 u B-19: it-talba tipprovdi evidenza ta' kapaċità tal-produzzjoni ta' tal-anqas 310 000 tunnellata fuq il-bażi tal-paġni web ta' sitt produtturi Ċiniżi biss mit-30 produttur magħruf fiċ-Ċina.

(77)  Disponibbli fuq: http://www.gtis.com/gta/.

(78)  Mhux Speċifikati Jew Inklużi Band'Oħra.

(79)  Il-produtturi fit-Tajlandja li jesportaw lejn l-Unjoni l-prodott li jaqa' taħt il-kodiċi 7307 19 tas-SA. Filwaqt li dan il-kodiċi jinkludi prodotti oħra, il-maġġoranza assoluta tas-sehem tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni taħt dan il-kodiċi hi ta' fittings malleabbli bil-kamin.

(80)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE, u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(81)  Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, Direttorat H, B-1049 Brussell, il-Belġju.


DEĊIŻJONIJIET

25.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 197/37


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1260

tal-15 ta' Lulju 2019

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat għall-Kummerċ stabbilit mill-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emendar tal-Appendiċijiet 2-C-2 u 2-C-3 tal-Anness 2-C tal-Ftehim

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (1) (minn hawn 'il quddiem il-“Ftehim”, li l-Partijiet għalih minn hawn 'il quddiem huma msemmija bħala l-“Partijiet”), iffirmat fis-6 ta' Ottubru 2010, ġie konkluż mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2169 (2). Ġie applikat mill-1 ta' Lulju 2011 (3).

(2)

L-Artikolu 15.1 tal-Ftehim jistabbilixxi Kumitat għall-Kummerċ, li jista', fost l-oħrajn, jikkunsidra emendi għall-Ftehim jew jemenda dispożizzjonijiet tal-Ftehim f'każijiet speċifikament previsti fil-Ftehim. L-Artikolu 15.5.2 tal-Ftehim jistabbilixxi li l-Partijiet jistgħu jiddeċiedu fil-Kumitat għall-Kummerċ li jemendaw l-Annessi, l-Appendiċijiet, il-Protokolli u n-Noti għall-Ftehim suġġett għar-rekwiżiti u l-proċeduri legali applikabbli rispettivi tal-Partijiet.

(3)

Taħt l-Artikolu 3(d) tal-Anness 2-C tal-Ftehim, il-Partijiet huma meħtieġa jirrevedu l-Appendiċijiet 2-C-2 u 2-C-3 tal-Anness 2-C mhux inqas minn kull tliet snin mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bil-ħsieb li titmexxa 'l quddiem l-aċċettazzjoni tal-prodotti kif stabbilit fis-subparagrafu (a) tal-istess Artikolu, filwaqt li jitqies kwalunkwe żvilupp regolatorju li seta' seħħ internazzjonalment jew fil-Partijiet. L-Artikolu 3(d) tal-Anness 2-C jispeċifika wkoll li kwalunkwe modifika fl-Appendiċijiet 2-C-2 u 2-C-3 għandha tiġi deċiża mill-Kumitat għall-Kummerċ.

(4)

Mindu beda japplika l-Ftehim, ir-regolamenti tekniċi msemmija fl-Appendiċijiet 2-C-2 u 2-C-3 tal-Anness 2-C tal-Ftehim inbidlu, kif inbidlet ukoll parti mill-kopertura tal-prodotti. Sabiex jitqiesu dawn l-iżviluppi, l-Unjoni u l-Korea mmodifikaw ir-regolamenti tekniċi filwaqt li żammew l-istess grad ta' aċċess għas-suq kopert mill-Artikolu 1.2 tal-Anness 2-C tal-Ftehim.

(5)

Jenħtieġ li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kumitat għall-Kummerċ.

(6)

Jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat għall-Kummerċ għalhekk tkun li tappoġġa l-adozzjoni tal-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ li jinsab mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kumitat għall-Kummerċ stabbilit mill-Artikolu 15.1 tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, għandha tkun li tkun appoġġata l-adozzjoni tal-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ li jinsab mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Lulju 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

J. LEPPÄ


(1)  ĠU L 127, 14.5.2011, p. 6.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2169 tal-1 ta' Ottubru 2015 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (ĠU L 307, 25.11.2015, p. 2).

(3)  Avviż dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, ĠU L 168, 28.6.2011, p. 1.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru 3 TAL-KUMITAT KOREA-UE GĦALL-KUMMERĊ

ta' …

dwar l-emendar tal-Appendiċijiet 2-C-2 u 2-C-3 tal-Anness 2-C tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles Korea-UE

IL-KUMITAT GĦALL-KUMMERĊ,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn ir-Repubblika tal-Korea (“il-Korea”), minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea (“UE”) u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (minn hawn 'il quddiem il-“Ftehim” u l-“Partijiet”, rispettivament), u b'mod partikolari l-Artikoli 15.1.4(c) u 15.5.2 tiegħu, u l-Artikolu 3(d) tal-Anness 2-C tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 15.1.4 (c) tal-Ftehim, il-Kumitat għall-Kummerċ stabbilit mill-Partijiet jista' jikkunsidra emendi għall-Ftehim jew jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim fil-każijiet li jkun hemm provvediment speċifiku għalihom fil-Ftehim.

(2)

L-Artikolu 15.5.2 tal-Ftehim jipprovdi li deċiżjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ biex jiġu emendati l-Annessi, l-Appendiċijiet, il-Protokolli u n-Noti għall-Ftehim tista' tiġi adottata mill-Partijiet, suġġett għar-rekwiżiti u l-proċeduri legali applikabbli rispettivi tagħhom.

(3)

L-Artikolu 3(d) tal-Anness 2-C tal-Ftehim jagħti l-kompitu lill-Partijiet sabiex jirrevedu l-Appendiċijiet 2-C-2 u 2-C-3 tal-Anness 2-C mhux inqas minn kull tliet snin mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bil-għan li jkomplu jżidu l-aċċettazzjoni tal-prodotti kif stabbilit fis-subparagrafu (a) tal-istess Artikolu, filwaqt li jitqies kwalunkwe żvilupp regolatorju li seta' seħħ internazzjonalment jew fil-Partijiet. Huwa jispeċifika wkoll li kwalunkwe modifika fl-Appendiċijiet 2-C-2 u 2-C-3 għandha tiġi deċiża mill-Kumitat għall-Kummerċ.

(4)

Il-Korea u l-UE mmodifikaw ir-regolamenti tekniċi sabiex iżommu l-istess grad ta' aċċess għas-suq kopert mill-Artikolu 1.2 tal-Anness 2-C tal-Ftehim. Barra minn hekk, ir-referenzi għall-“UNECE” fl-Appendiċijiet 2-C-2 u 2-C-3 issa jenħtieġ li jinqraw bħala referenzi għar-“Regolament tan-NU” konsegwentement għall-Ftehim dwar l-Adozzjoni tar-Regolamenti Tekniċi Armonizzati tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Vetturi bir-Roti, għat-Tagħmir u għall-Partijiet li jistgħu Jitwaħħlu u/jew Jintużaw fuq il-Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonijiet għall-Għarfien Reċiproku tal-Approvazzjonijiet Mogħtija fuq il-Bażi ta' dawn ir-Regolamenti tan-Nazzjonijiet Uniti (Reviżjoni 3) (1) tal-20 ta' Ottubru 2017.

(5)

It-Tabella 1 tal-Appendiċi 2-C-2 ġiet modifikata kif ġej:

(a)

Peress li r-Regolamenti tan-NU japplikaw fuq bażi obbligatorja fl-UE, għal raġunijiet ta' sempliċità ġie deċiż li jitħassru r-referenzi għal Regolamenti (pereżempju, il-GSR) u Direttivi tal-UE fil-kolonna “Regolament Tekniku tal-UE Korrispondenti” u l-kolonna tħalliet vojta.

(b)

Madankollu, fejn ma jkunx hemm Regolamenti tan-NU applikabbli jew fejn il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolamenti tan-NU ma jkunx adegwat, pereżempju bħal fil-każ tal-“Livell ta' ħoss permissibbli”, konsegwentement ir-Regolamenti jew id-Direttivi tal-UE jissostitwixxu jew jikkomplementaw ir-regolamenti tan-NU. Għal din ir-raġuni, iddaħħlet referenza għal “jekk jeżisti” fil-kolonna “Regolament Tekniku tal-UE Korrispondenti”.

(c)

Fir-rigward tal-“Livell ta' ħoss permissibbli” u tas-“Sistemi ta' sajlensers ta' sostituzzjoni”, ir-Regolament (UE) Nru 540/2014 ġie miżjud taħt ir-Regolament Tekniku tal-UE Korrispondenti minħabba li huwa jħassar id-Direttiva 70/157/KEE u japplika b'mod gradwali.

(d)

“Emissjonijiet” ġiet sostitwita b' “Emissjonijiet ta' vetturi ħfief” minħabba li r-rekwiżit tar-Regolament tan-NU 83 japplika għall-kategoriji tal-vetturi M1 u N1 biss. Barra minn hekk, ir-referenza għad-“Direttiva 70/220/KEE” tneħħiet għaliex din ġiet imħassra u ġiet sostitwita bir-“Regolamenti (KE) Nru 715/2007, (KE) Nru 692/2008, (UE) Nru 459/2012, (UE) 2016/427, (UE) 2016/646, (UE) 2017/1151, (UE) 2017/1154 u (UE) 2018/1832”, li ġew miżjuda taħt ir-Regolament Tekniku tal-UE Korrispondenti.

(e)

Fir-rigward ta' “Konvertituri katalitiċi ta' sostituzzjoni”, ir-referenza għal “Direttiva 70/220/KEE” tneħħiet għaliex ġiet imħassra u sostitwita bir-“Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 692/2008” li ġew miżjuda taħt ir-Regolament Tekniku tal-UE Korrispondenti.

(f)

Barra minn hekk, għal dawk is-suġġetti li isimhom jinbidel, bħal minn “Ibbrejkjar” u “Ibbrejkjar” li ġew sostitwiti b'“Ibbrejkar ta' vetturi tqal” u “Ibbrejkjar ta' vetturi ħfief”, dawn il-bidliet saru għal finijiet ta' ċarezza.

(g)

Fir-rigward tad-“Duħħan tad-diżil”, tneħħiet id-“Direttiva 72/306/KEE” peress li ġiet sostitwita bir-“Regolament (KE) Nru 692/2008” li ġie miżjud fit-Tabella 1 taħt ir-Regolament Tekniku tal-UE Korrispondenti.

(h)

Dwar l-“Emissjonijiet ta' CO2 – konsum ta' karburant”, “id-Direttiva 80/1268/KEE” ġiet sostitwita bir-“Regolament (KE) Nru 692/2008” li żdied fit-Tabella 1 taħt ir-Regolament Tekniku tal-UE Korrispondenti, u s-suġġett issa jirreferi għal “Emissjonijiet ta' CO2 - Karozzi tal-passiġġieri li jużaw il-fjuwil b'mhux aktar minn tmien postijiet minbarra l-post tas-sewwieq” sabiex jiġi rrispettat għal kollox il-kamp ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament.

(i)

Fir-rigward tal-“Qawwa tal-magna”, tħassret id-“Direttiva 80/1269/KEE” peress li ġiet sostitwita bir-“Regolamenti (KE) Nru 692/2008 u (UE) Nru 582/2011” li ġew miżjuda fit-Tabella 1 taħt ir-Regolament Tekniku tal-UE Korrispondenti.

(j)

Dwar “Emissjonijiet ta' vetturi ta' strapazz”, “id-Direttiva 2005/55/KE” ġiet sostitwita mir-“Regolamenti (KE) Nru 595/2009, (UE) Nru 582/2011 u (UE) 2016/1718”, li ġew miżjuda fit-Tabella 1 taħt ir-Regolament Tekniku tal-UE Korrispondenti. Is-suġġett ukoll ingħata l-isem ġdid ta' “Emissjonijiet ta' vetturi tqal” minħabba li r-Regolament 49 tan-NU japplika għal vetturi tqal (jiġifieri vetturi b'massa ta' referenza li taqbeż l-2 610 kg).

(6)

It-Tabella 2 tal-Appendiċi 2-C-2 tibqa' mhux mibdula.

(7)

It-Tabella 1 tal-Appendiċi 2-C-3 ġiet modifikata kif ġej:

(a)

Dwar “Okkupant - Protezzjoni minn ħabta”“Minn quddiem”, ir-referenzi “KMVSS Artikolu 102 Paragrafi 1 u 3” issostitwixxew ir-referenza għal “KMVSS Artikolu 102” taħt ir-Regolamenti Tekniċi tal-Korea Korrispondenti minħabba reviżjoni ta' KMVSS.

(b)

Dwar “Okkupant - Protezzjoni minn ħabta”“Mill-ġenb”, ir-referenza “KMVSS Artikolu 102 Paragrafu 1” issostitwixxiet ir-referenza għal “KMVSS Artikolu 102” taħt ir-Regolamenti Tekniċi tal-Korea Korrispondenti minħabba reviżjoni ta' KMVSS.

(c)

Il-linja kollha fuq “Ganċ tal-irmonk” ġiet mibdula. B'mod speċifiku, “Ganċ tal-irmonk” ġiet sostitwita b'“Tagħmir ta' rmonk”, peress li “Tagħmir ta' rmonk” huwa l-kunċett uffiċjali msemmi fir-Regolament (UE) Nru 1005/2010. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti għal “Tagħmir ta' rmonk” issa huma r-“Regolament (UE) Nru 1005/2010” minflok “77/389/KEE”. Fl-aħħar nett, ir-Regolamenti Tekniċi tal-Korea Korrispondenti issa jaqraw “KMVSS Artikolu 20 Paragrafu 1” li ħa post ir-referenza preċedenti għall- “KMVSS Artikolu 20 Punti 1, 2, 4”.

(d)

Dwar “Dawl u sistemi tas-sinjali bid-dawl”, l-Artikolu 106 Punti 1 sa 10 tal-KMVSS ġew imħassra mir-Regolamenti Tekniċi tal-Korea Korrispondenti dwar “Fanal ta' quddiem”, “Fanal taċ-ċpar għal quddiem”, “Fanal ta' back-up”, “Fanal tal-ikklirjar”, “Fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni”, “Fanal ta' wara”, “Fanal tal-waqfien”, “Fanal tal-waqfien immuntat fl-għoli fin-nofs”, “Sinjal tad-dawrien”, “Sinjal tad-dawrien awżiljarju” u “Fanal taċ-ċpar ta' wara” minħabba reviżjoni tal-KMVSS.

(e)

Dwar “Dawl u sistemi tas-sinjali bid-dawl”“Installazzjoni”, ir-Regolamenti Tekniċi tal-Korea Korrispondenti issa jaqraw “KMVSS Artikoli 38, 38-2, 38-3, 38-4, 38-5, 39, 40, 41, 42, 43, 44, 44-2, 45, 45-2, 47 u 49” li ħadu post ir-referenza preċedenti għall-“KMVSS Artikoli 38, 39, 40, 41, 42, 43, 44, 45 u 47”. Dan huwa dovut għal reviżjoni tal-KMVSS.

(f)

Dwar “Dawl u sistemi tas-sinjali bid-dawl”, l-entrati “Fanal għal binhar” u “Fanal għall-kantunieri” ġew miżjuda fit-tabella minħabba reviżjoni tal-KMVSS u sabiex jirriflettu r-rekwiżiti ta' installazzjoni aġġornati dwar “Dawl u sistemi tas-sinjali bid-dawl”.

(g)

Dwar “Dawl u sistemi tas-sinjali bid-dawl”, għall-entrata “Fanal tal-waqfien immuntat fl-għoli fin-nofs”, minbarra t-tħassir tal-Artikolu 106 Punt 8 tal-KMVSS, il-paragrafu 3 tal-Artikolu 43 tal-KMVSS ukoll ġie mħassar minħabba li ġie sostitwit taħt ir-Regolamenti Tekniċi tal-Korea Korrispondenti bir-referenza “KMVSS Artikolu 43 Paragrafu 2”.

(h)

Dwar “Dawl u sistemi tas-sinjali bid-dawl”, ġiet miżjuda l-entrata “Fanal ta' mmarkar għall-ġenb” mat-tabella minħabba reviżjoni tal-KMVSS u sabiex jiġu riflessi r-rekwiżiti ta' installazzjoni aġġornati dwar “Dawl u sistemi tas-sinjali bid-dawl”.

(i)

Dwar “Dawl u sistemi tas-sinjali bid-dawl”, għal “Tagħmir ta' riflessjoni għal wara”, ir-Regolamenti Tekniċi tal-Korea Korrispondenti issa jaqraw “l-Artikolu 49 tal-KMVSS” li ssostitwixxa r-referenza preċedenti għall-“KMVSS Artikolu 49 paragrafi 1, 2, l-Artikolu 107”. Dan huwa dovut għal reviżjoni tal-KMVSS.

(j)

Dwar “Qawwa tal-magna”, ir-Regolamenti Tekniċi tal-Korea Korrispondenti issa jaqraw “KMVSS Artikolu 111” li ssostitwixxiet ir-referenza preċedenti għall-“KMVSS Artikolu 11 Punti 1, 2, 111”. Dan huwa dovut għal reviżjoni tal-KMVSS.

(k)

Dwar “Tagħmir biex jiżgura l-viżibbiltà tas-sewwieq”, ir-referenzi taħt “Rekwiżiti” għal “78/318/KEE” u “78/317/KEE” tneħħew peress li tħassru u ġew sostitwiti b'“Regolament (UE) Nru 1008/2010” jew “Regolament (UE) Nru 672/2010”. Ir-Regolamenti Tekniċi tal-Korea Korrispondenti baqgħu mhux mibdula.

(l)

Dwar “Ankraġġi tal-armar taċ-ċinturini ta' sigurtà”, ir-Regolamenti Tekniċi tal-Korea Korrispondenti issa jaqraw “KMVSS Artikolu 27 Paragrafi 1, 2, 3, 4; L-Artikolu 103” li ħadu post ir-referenzi preċedenti għall- “KMVSS Artikolu 27 Paragrafi 1, 2, 3, 4, 5; Artikolu 103 Paragrafi 1, 2, 3”. Dan huwa dovut għal reviżjoni tal-KMVSS.

(m)

Dwar “Emissjoni u ħoss (ħlief il-ħoss li jinstema' mill-qrib ta' 3 jew 4 roti) għall-muturi”, tħassru r-referenzi taħt “Rekwiżiti” għal, fost l-oħrajn, “id-Direttivi 2002/51/KE, 2003/77/KE, 97/24/KE il-Kapitoli 5 u 9”, tneħħew peress li tħassru u ġew sostitwiti minn, fost l-oħrajn, “ir-Regolamenti (UE) Nru 168/2013 u (UE) Nru 134/2014”. Ir-Regolamenti Tekniċi tal-Korea Korrispondenti baqgħu mhux mibdula

(n)

Dwar l-“Emissjonijiet tad-Diżil (inkluża l-OBD)”“Vettura ta' inqas minn 3.5t”, żdiedu r-referenzi taħt “Rekwiżiti”: “Regolamenti (KE) Nru 715/2007” u “(UE) Nru 459/2012” għaliex dawn huma r-Regolamenti applikabbli li jikkorrispondu għal KMVSS. Ir-Regolamenti Tekniċi tal-Korea Korrispondenti baqgħu mhux mibdula

(o)

Dwar l-“Emissjonijiet tad-Diżil (inkluża l-OBD)”“Vettura ta' aktar minn 3.5t”, ir-referenza taħt “Rekwiżiti” għal, fost l-oħrajn, ir- “Regolament (KE) Nru 692/2008” tneħħiet u ġiet sostitwita, fost l-oħrajn, b'“Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) Nru 582/2011” minħabba li r-“Regolament (KE) Nru 692/2008” ma jittrattax dwar vetturi tqal. Ir-Regolamenti Tekniċi tal-Korea Korrispondenti baqgħu mhux mibdula

(p)

Dwar “Tajers”, ir-Regolamenti Tekniċi tal-Korea Korrispondenti issa jaqraw “l-Att tal-Kontroll tas-Sikurezza tat-Tagħmir Elettriku u tal-Prodotti tal-Konsumatur, l-Artikoli 15, 18 u 19; Ir-Regoli tal-Infurzar tal-Att dwar il-Kontroll tas-Sikurezza tat-Tagħmir tal-Elettriku u tal-Prodotti tal-Konsumatur, l-Artikolu 3, il-paragrafu 4, l-Artikolu 26; KMVSS Artikolu 12 Paragrafu 1” li ssostitwixxew ir-referenza preċedenti għall-“Att dwar is-Sigurtà u l-Kontroll tal-Ġestjoni tal-Kwalità tal-Prodotti Industrijali (QMSCIPA) (l-Artikoli 19, 20, 21); Regoli ta' Infurzar tal-QMSCIPA, l-Artikolu 2, il-paragrafu 2, l-Artikolu 19”. Dan minħabba li l-QMSCIPA ġiet sostitwita mill-“Att tal-Kontroll tas-Sikurezza tat-Tagħmir Elettriku u tal-Prodotti tal-Konsumatur”.

(8)

It-Tabella 2 tal-Appendiċi 2-C-3 tibqa' mhux mibdula.

(9)

Skont l-Artikolu 12.2 fl-Anness tad-Deċiżjoni Nru 1 tal-Kumitat Korea-UE għall-Kummerċ tat-23 ta' Diċembru 2011 dwar l-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat għall-Kummerċ, fil-perjodu bejn il-laqgħat tal-Kumitat għall-Kummerċ huwa jista' jadotta deċiżjonijiet bi proċedura bil-miktub jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu. Il-proċedura bil-miktub tkun tikkonsisti minn skambju ta' noti bejn il-Presidenti tal-Kumitat għall-Kummerċ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-tabella 1 tal-Appendiċi 2-C-2 tal-Anness 2-C tal-Ftehim hija sostitwita bit-Tabella 1 tal-Anness 1 ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

It-tabella 1 tal-Appendiċi 2-C-3 tal-Anness 2-C tal-Ftehim hija sostitwita bit-Tabella 1 tal-Anness 2 ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet jiskambjaw notifiki bil-miktub permezz ta' kanali diplomatiċi li jiċċertifikaw li huma lestew ir-rekwiżiti u l-proċeduri legali applikabbli rispettivi tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tagħha.

Magħmul fi …,

Għall-Kumitat għall-Kummerċ

YOO Myung-hee

Il-Ministru għall-Kummerċ

Il-Ministeru tal-Kummerċ, Industrija u Enerġija tar-Repubblika tal-Korea

Cecilia MALMSTRÖM

Membru tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli għall-Kummerċ


(1)  E/ECE/TRANS/505/Rev.3.

ANNESS 1

Appendiċi 2-C-2

Tabella 1

Lista msemmija fl-Artikolu 3(a)(i) tal-Anness 2-C

Suġġett

Rekwiżiti

Regolament Tekniku tal-UE Korrispondenti (jekk jeżisti) (1)

Livell permissibbli ta' ħoss

Reg tan-NU (2). 51

Id-Direttiva 70/157/KEE, ir-Regolament (UE) Nru 540/2014

Sistemi ta' sajlensers ta' sostituzzjoni

Reg. tan-NU 59

Id-Direttiva 70/157/KEE, ir-Regolament (UE) Nru 540/2014

Emissjonijiet ta' vetturi ħfief

Reg. tan-NU 83

Ir-Regolamenti (KE) Nru 715/2007, (KE) Nru 692/2008, (UE) Nru 459/2012, (UE) 2016/427, (UE) 2016/646, (UE) 2017/1151, (UE) 2017/1154, (UE) 2018/1832

Konvertituri katalitiċi ta' sostituzzjoni

Reg. tan-NU 103

Ir-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 692/2008

Tankijiet tal-fjuwil

Reg. tan-NU 34

 

Tankijiet tal-LPG

Reg. tan-NU 67

 

Tankijiet tas-CNG

Reg. tan-NU 110

 

Apparat protettiv ta' wara

Reg. tan-NU 58

 

Sforz għall-istering

Reg. tan-NU 79

 

Lukketti u ċappetti tal-bibien

Reg. tan-NU 11

 

Twissija akustika

Reg. tan-NU 28

 

Tagħmir għall-viżjoni indiretta

Reg. tan-NU 46

 

Ibbrejkjar ta' vetturi tqal

Reg. tan-NU 13

 

Ibbrejkjar ta' vetturi ħfief

Reg. tan-NU 13H

 

Firrodi tal-brejkijiet

Reg. tan-NU 90

 

Interferenza tar-radju (kompatibbiltà elettromanjetika)

Reg. tan-NU 10

 

Duħħan tad-diesel

Reg. tan-NU 24

Ir-Regolament (KE) Nru 692/2008

Aċċessorji ta' ġewwa

Reg. tan-NU 21

 

UNECE Reg.

Reg. tan-NU 18

 

Apparat kontra s-serq u immobilizzatur

Reg. tan-NU 116

 

Sistemi ta' allarm tal-vetturi

Reg. tan-NU 97

Reg. tan-NU 116

 

Reazzjoni tat-tagħmir tal-istering fil-każ ta' ħabta

Reg. tan-NU 12

 

Saħħa tas-sit

Reg. tan-NU 17

 

Saħħa tas-sits (karozzi tal-linja u kowċis)

Reg. tan-NU 80

 

Projjezzjonijiet esterni

Reg. tan-NU 26

 

Spidometru

Reg. tan-NU 39

 

Ankraġġi taċ-ċinturin tas-sigurtà

Reg. tan-NU 14

 

Installazzjoni ta' dwal u apparat ta' sinjalazzjoni bid-dawl

Reg. tan-NU 48

 

Retrorifletturi

Reg. tan-NU 3

 

Fanali end-outline, tal-pożizzjoni ta' quddiem (tal-ġenb), tal-pożizzjoni ta' wara (tal-ġenb), tal-waqfien

Reg. tan-NU 7

 

Fanali tas-sewqan binhar

Reg. tan-NU 87

 

Fanali ta' mmarkar għall-ġenb

Reg. tan-NU 91

 

Indikaturi tad-direzzjoni

Reg. tan-NU 6

 

Fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara

Reg. tan-NU 4

 

Fanali ta' quddiem (R2 u HS1)

Reg. tan-NU 1

 

Fanali ta' quddiem (sealed beam)

Reg. tan-NU 5

 

Fanali ta' quddiem (H1, H2, H3, HB3, HB4, H7, u/jew H8. H9, HIR1, HIR2 u/jew H11)

Reg. tan-NU 8

 

Fanali ta' quddiem (H4)

Reg. tan-NU 20

 

Fanali ta' quddiem (halogen sealed beam)

Reg. tan-NU 31

 

Lampi bil-filament għall-użu f'unitajiet ta' lampi approvati

Reg. tan-NU 37

 

Fanali ta' quddiem b'sorsi ta' dawl bi skariku f'gass

Reg. tan-NU 98

 

Għejjun ta' dawl tal-gass għall-użu f'unitajiet ta' lampi tal-gass approvati

Reg. tan-NU 99

 

Fanali ta' quddiem (passing beam asimetriku)

Reg. tan-NU 112

 

Sistemi adattivi tad-dawl ta' quddiem

Reg. tan-NU 123

 

Fanali ta' quddiem ta' kontra ċ-ċpar

Reg. tan-NU 19

 

Il-fanali kontra ċ-ċpar ta' wara

Reg. tan-NU 38

 

Fanali tar-rivers

Reg. tan-NU 23

 

Dwal tal-ipparkjar

Reg. tan-NU 77

 

Ċinturini tas-sigurtà u sistemi ta' trażżin

Reg. tan-NU 16

 

Trażżin għat-tfal UNECE Reg.

Reg. tan-NU 44

 

Kamp ta' viżta 'l quddiem

Reg. tan-NU 125

 

Identifikazzjoni tal-kontrolli, tell-tales u indikaturi

Reg. tan-NU 121

 

Sistemi tas-sħana

Reg. tan-NU 122

 

Ilqugħ għar-ras (ikkombinat mas-sits)

Reg. tan-NU 17

 

Trażżin tar-ras

Reg. tan-NU 25

 

Emissjonijiet ta' CO2 - Karrozzi tal-passiġġieri li jużaw il-fjuwil b'mhux aktar minn tmien postijiet minbarra l-post tas-sewwieq

Reg. tan-NU 101

Ir-Regolament (KE) Nru 692/2008

Qawwa tal-magna

Reg. tan-NU 85

Ir-Regolamenti (KE) Nru 692/2008 u (UE) Nru 582/2011.

Emissjonijiet ta' vetturi tqal

Reg. tan-NU 49

Ir-Regolamenti (KE) Nru 595/2009, (UE) Nru 582/2011, (UE) 2016/1718

Protezzjoni laterali

Reg. tan-NU 73

 

Ħġieġ tas-sigurtà

Reg. tan-NU 43

 

Tajers, vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

Reg. tan-NU 30

 

Tajers, vetturi kummerċjali u l-karrijiet tagħhom

Reg. tan-NU 54

 

Roti/tajers sper għall-użu temporanju

Reg. tan-NU 64

 

Ħoss rolling

Reg. tan-NU 117

 

Tagħmir li jillimita l-veloċità

Reg. tan-NU 89

 

Akkoppjamenti

Reg. tan-NU 55

 

Tagħmir ta' gganċjar mill-qrib

Reg. tan-NU 102

 

Fjammabilità

Reg. tan-NU 118

 

Karozzi tal-linja u kowċis

Reg. tan-NU 107

 

Saħħa tas-sovrastruttura (karozzi tal-linja u kowċis)

Reg. tan-NU 66

 

Impatt frontali

Reg. tan-NU 94

 

Impatt fil-ġenb

Reg. tan-NU 95

 

Vetturi maħsuba għat-trasport ta' merkanzija perikoluża

Reg. tan-NU 105

 

Protezzjoni ta' quddiem kontra l-underrun

Reg. tan-NU 93

 


(1)  Vojt fit-tielet kolonna (ir-Regolament Tekniku korrispondenti tal-UE) tfisser li r-Regolament korrispondenti huwa l-istess bħar-Regolament tan-NU fit-tieni kolonna (Rekwiżiti).

(2)  Taqsira ta' “Regolament tan-NU”, li qabel kien magħruf bħala “UNECE”.

ANNESS 2

Appendiċi 2-C-3

Tabella 1

Lista msemmija fl-Artikolu 3(a)(ii) tal-Anness 2-C

Suġġett

Rekwiżiti

Regolamenti Tekniċi Korrispondenti Koreani

Okkupant protezzjoni minn ħabta

Minn quddiem

Reg. tan-NU 94

KMVSS (1) Artikolu 102 Paragrafi 1 u 3

Mill-ġenb

Reg. tan-NU 95

KMVSS Artikolu 102 Paragrafu 1

Spostament lura tal-kontroll tal-istering

Reg. tan-NU 12

KMVSS Artikolu 89 Paragrafu 1 Punt 2

Protezzjoni minn ħabta għas-sewwieq mis-sistema ta' kontroll tal-istering

Reg. tan-NU 12

KMVSS Artikolu 89 Paragrafu 1 Punt 1

Sistemi ta' siting

Reg. tan-NU 17

KMVSS Artikolu 97

Trażżin tar-ras

Reg. tan-NU 17

Reg. tan-NU 25

GTR 7

KMVSS Artikoli 26, 99

Serraturi tal-bibien u komponenti li jżommu l-bibien

Reg. tan-NU 11

GTR 1

KMVSS Artikolu 104 Paragrafu 2

Impatt fuq il-panel tal-istrumenti

Reg. tan-NU 21

KMVSS Artikolu 88

Impatt fuq id-dahar tas-sit

Reg. tan-NU 21

KMVSS Artikolu 98

Impatt fuq il-puġġaman

Reg. tan-NU 21

KMVSS Artikolu 100

Impatt fuq l-ilqugħ mix-xemx

Reg. tan-NU 21

KMVSS Artikolu 101

Impatt fuq il-mera ta' ġewwa li turi fuq wara

Reg. tan-NU 46

KMVSS Artikolu 108

Tagħmir ta' rmonk

Ir-Regolament (UE) Nru 1005/2010

KMVSS Artikolu 20 Paragrafu 1

Protezzjoni tal-qiegħ fuq wara

Reg. tan-NU 58

KMVSS Artikolu 19 Paragrafu 4 u l-Artikolu 96

Dawl u sistemi tas-sinjali bid-dawl

Installazzjoni

Reg. tan-NU 48

KMVSS Artikoli 38, 38-2, 38-3, 38-4, 38-5, 39, 40, 41, 42, 43, 44, 44-2, 45, 45-2, 47 u 49

Fanal ta'quddiem

Reg. tan-NU 1, 2, 5, 8, 20, 31, 37,

Reg. tan-NU 98, 99, 112, 113, 123

KMVSS Artikolu 38, Artikolu 48 Paragrafu 3

Fanal għaċ-ċpar ta' quddiem

Reg. tan-NU 19

KMVSS Artikolu 38-2 Paragrafu 1

Fanal għal binhar

Reg. tan-NU 87

KMVSS Artikolu 38-4

Fanal għall-kantunieri

Reg. tan-NU 119

KMVSS Artikolu 38-5

Fanal ta' back-up

Reg. tan-NU 23

KMVSS Artikolu 39

Fanal tal-ikklirjar

Reg. tan-NU 7

KMVSS Artikolu 40

Fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni

Reg. tan-NU 4

KMVSS Artikolu 41

Fanal ta' wara

Reg. tan-NU 7

KMVSS Artikolu 42

Fanal tal-waqfien

Reg. tan-NU 7

KMVSS Artikolu 43 Paragrafu 1

Fanal tal-waqfien immuntat fl-għoli fin-nofs

Reg. tan-NU 7

KMVSS Artikolu 43 Paragrafu 2

Sinjal tad-dawrien

Reg. tan-NU 6

KMVSS Artikolu 44

Sinjal tad-dawrien awżiljajru

Reg. tan-NU 7

KMVSS Artikolu 44

Fanal ta' mmarkar għall-ġenb

Reg. tan-NU 91

KMVSS Artikolu 44-2

Fanal taċ-ċpar ta' wara

Reg. tan-NU 38

KMVSS Artikolu 38-2 Paragrafu 2

Tagħmir ta' riflessjoni għal wara

Reg. tan-NU 70

Reg. tan-NU 3

KMVSS Artikolu 49

Viżibbiltà tas-sewwieq

Reg. tan-NU 46

KMVSS Artikolu 50, Artikolu 94

Qawwa tal-magna

Reg. tan-NU 85

KMVSS Artikolu 111

Tagħmir biex jiżgura l-viżibbiltà tas-sewwieq

Sistema li tnaddaf il-windskrin

Regolamentazzjoni (UE) Nru 1008/2010

KMVSS Artikolu 51 Paragrafu 2, Artikolu 109 Punt 1

Sistema sabiex jiddewweb is-silġ

Ir-Regolament (UE) Nru 672/2010

KMVSS Artikolu 109 Punt 2

Sistema li tneħħi ċ-ċpar

Ir-Regolament (UE) Nru 672/2010

KMVSS Artikolu 109 Punt 3

Sistema li taħsel il-windskrin

Ir-Regolament (UE) Nru 1008/2010

KMVSS Artikolu 109 Punt 4

Brejk tal-vettura tal-passiġġier

Reg. tan-NU 13H

KMVSS Artikolu 15, Artikolu 90 Punt 1

Sistema ta' brejkijiet ħlief il-vettura tal-passiġġier u l-karru

Reg. tan-NU 13

KMVSS Artikolu 15, Artikolu 90 Punt 2

Sistema ta' brejkijiet tal-karru

Reg. tan-NU 13

KMVSS Artikolu 15, Artikolu 90 Punt 3

Sistema ta' brejkijiet anti-lock, ħlief il-karru

Reg. tan-NU 13

KMVSS Artikolu 15, Artikolu 90 Punt 4

Sistema ta' brejkijiet anti-lock tal-karru

Reg. tan-NU 13

KMVSS Artikolu 15, Artikolu 90 Punt 5

Sforz għall-istering

Reg. tan-NU 79

KMVSS Artikolu 14, Artikolu 89, Paragrafu 2

Tagħmir li jillimita l-veloċità

Reg. tan-NU 89

KMVSS Artikolu 110-2

Spidometru

Reg. tan-NU 39

KMVSS Artikolu 110

Kompatibbiltà elettromanjetika

Reg. tan-NU 10

KMVSS Artikolu 111-2

Tnixxija ta' karburant wara ħabta

Reg. tan-NU 34

Reg. tan-NU 94

Reg. tan-NU 95

KMVSS Artikolu 91

Impatt fuq il-bamper

Reg. tan-NU 42

KMVSS Artikolu 93

Ankraġġi tal-armar taċ-ċinturini ta' sigurtà

Reg. tan-NU 14

Reg. tan-NU 16

KMVSS Artikolu 27 Paragrafi 1, 2, 3, 4; Artikolu 103

Ankraġġ tas-sit tat-tfal

Reg. tan-NU 14

KMVSS Artikolu 27-2, Artikolu 103-2

Ħoss tal-ħorn, ħoss stazzjonarju u sajlensers għall-vetturi (4 roti)

Reg. tan-NU 28

Reg. tan-NU 51

KMVSS Artikoli 35, 53, NVCA Artikolu 30 u l-Ordinanza tal-MOE tiegħu (2) Artikolu 29

Emissjoni u ħoss (ħlief il-ħoss li jinstema' mill-qrib ta' 3 jew 4 roti) għall-muturi

Reg. tan-NU 40,

Reg. tan-NU 41,

Reg. tan-NU 47

Ir-Regolamenti (UE) Nru 168/2013 u (UE) Nru 134/2014

CACA (3) Artikolu 46 u l-Ordinanza tal-MOE tiegħu Artikolu 62, NVCA Artikolu 30 u l-Ordinanza tal-MOE tiegħu Artikolu 29

Emissjonijiet tad-Diżil

(inkluża l-OBD)

Vettura ta' inqas minn 3.5t

Reg. tan-NU 83

Reg. tan-NU 24

Ir-Regolamenti (KE) Nru 715/2007, (KE) Nru 692/2008, (UE) Nru 459/2012

CACA Artikolu 46 u l-Ordinanza tal-MOE tiegħu Artikolu 62

Vettura ta' aktar minn 3.5t

Reg. tan-NU 49

Ir-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) Nru 582/2011

Tajers

Reg. tan-NU 30, 54, 75, 106, 117, 108, 109

L-Att dwar il-Kontroll tas-Sikurezza tat-Tagħmir tal-Elettriku u tal-Prodotti tal-Konsumatur, Artikoli 15, 18 u 19;

Ir-Regoli tal-Infurzar tal-Att dwar il-Kontroll tas-Sikurezza tat-Tagħmir tal-Elettriku u tal-Prodotti tal-Konsumatur, Artikolu 3, il-paragrafu 4, Artikolu 26;

KMVSS Artikolu 12 Paragrafu 1


(1)  Dawk li qabel kienu magħrufa bħala “Standards tal-Korea tas-Sikurezza tal-Vetturi bil-Mutur”, li ngħataw l-isem ġdid ta' “Regoli dwar il-Prestazzjonijiet u l-Istandards tal-Vetturi bil-Muturi u l-Parts Koreani” mill-1 ta' Lulju 2014

(2)  Il-Ministeru tal-Ambjent tal-Korea.

(3)  L-Att dwar il-Konservazzjoni tal-Arja Nadifa tal-Korea.


25.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 197/49


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1261

tal-15 ta' Lulju 2019

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta' deċiżjonijiet dwar ir-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt u dwar it-termini ta' referenza tas-sottokumitati speċjalizzati

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 207 u 209 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2018.

(2)

L-Artikolu 48(1) tal-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt biex jiżgura l-funzjonament adatt u l-implimentazzjoni tal-Ftehim (il-“Kumitat Konġunt”).

(3)

L-Artikolu 48(5) tal-Ftehim jipprevedi li l-Kumitat Konġunt għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu u l-Artikolu 48(3) jipprevedi li jista' jwaqqaf sottokumitati speċjalizzati.

(4)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-Ftehim, jenħtieġ li r-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt jiġu adottati malajr kemm jista' jkun.

(5)

Jenħtieġ li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt.

(6)

Jenħtieġ għalhekk li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt tkun li tappoġġa l-adozzjoni tal-abbozzi ta' deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt li jinsabu mehmużin,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fl-ewwel laqgħa tal-Kumitat Konġunt għandha tkun li tappoġġa l-adozzjoni tal-abbozzi ta' deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt mehmużin ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Lulju 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 343, 22.12.2017, p. 3.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru 1/… TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT MILL-FTEHIM QAFAS UE-FILIPPINI DWAR SĦUBIJA U KOOPERAZZJONI

ta'…

li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 48 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2018.

(2)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Konġunt jiġu adottati,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu Uniku

1.   Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Konġunt, kif stabbiliti fl-Anness, huma b'dan adottati.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi…,

Għall-Kumitat Konġunt

Il-President


(1)  ĠU L 343, 22.12.2017, p. 3.

ANNESS

Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Konġunt

Artikolu 1

Kompiti u Kompożizzjoni

1.   Il-Kumitat Konġunt għandu jwettaq il-kompiti previsti fl-Artikolu 48 tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim”), minn hawn 'il quddiem imsejħin konġuntement bħala l-“Partijiet” u individwalment bħala l-“Parti”.

2.   Il-Kummissjoni Konġunta għandha tkun komposta mir-rappreżentanti taż-żewġ naħat fil-livell ta' uffiċjali anzjani.

Artikolu 2

Laqgħat

1.   Il-Kumitat Konġunt għandu normalment jiltaqa' kull sentejn. Il-laqgħa tal-Kumitat Konġunt għandha tissejjaħ mill-President. Il-laqgħat għandhom isiru f'Manila u fi Brussell b'mod alternat, f'data stabbilita bi ftehim reċiproku. Jistgħu jsiru sessjonijiet speċjali tal-Kumitat Konġunt fuq talba ta' kwalunkwe waħda mill-Partijiet, jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk.

2.   Jekk il-Partijiet jaqblu, il-laqgħat tal-Kumitat Konġunt jistgħu isiru eċċezzjonalment permezz ta' vidjokonferenza jew telekonferenza.

3.   Il-laqgħat tal-Kumitat Konġunt għandhom isiru esklussivament u b'mod kunfidenzjali bejn ir-rappreżentanti tal-Partijiet, sakemm iż-żewġ Partijiet ma jaqblux li jagħmlu mod ieħor.

Artikolu 3

Presidenza

Il-Parti li tospita l-ewwel laqgħa tal-Kumitat Konġunt għandu jkollha l-presidenza minn dakinhar tal-laqgħa sal-31 ta' Diċembru ta' dik is-sena. Il-Kumitat Konġunt għandu sussegwentement ikun presedut b'mod alternat għal perjodu ta' sentejn minn hemm 'il quddiem.

Artikolu 4

Parteċipanti

1.   Il-membri tad-delegazzjoni ta' kull Parti għandhom ikunu magħmula minn rappreżentanti tal-Partijiet li jitmexxew fil-livell ta' uffiċjali anzjani.

2.   Kull Parti għandha tinforma lill-Parti l-oħra dwar il-kompożizzjoni effettiva tad-delegazzjoni tagħha 21 jum tax-xogħol qabel il-laqgħa.

3.   Il-President għandu jiżgura li l-parteċipanti kollha tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt ikunu rappreżentanti debitament nominati tal-Partijiet. Il-kwistjonijiet dwar il-kompożizzjoni tad-delegazzjoni għandhom jitressqu lill-President.

4.   Il-Partijiet, bi ftehim minn qabel, jistgħu jistiednu lil partijiet terzi għal laqgħa biex jipprovdu informazzjoni dwar suġġett partikolari jekk jitqies li jkun hemm bżonn. Kull Parti għandha tinforma lill-Parti l-oħra tal-anqas 21 jum tax-xogħol qabel il-laqgħa bl-intenzjoni tagħha li tistieden parti terza.

Artikolu 5

Segretarjat

Rappreżentant tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u rappreżentant tad-Dipartiment tal-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Filippini għandhom iservu b'mod konġunt bħala Segretarji tal-Kumitat Konġunt. Il-komunikazzjonijiet kollha lill-President u mingħandu għandhom jingħaddew lis-Segretarji. Il-korrispondenza lill-President u mingħandu tista' ssir permezz ta' kwalunkwe mezz bil-miktub, inkluża l-posta elettronika.

Artikolu 6

Aġendi għal-laqgħat

1.   Il-President għandu jħejji aġenda proviżorja għal kull laqgħa. L-aġenda proviżorja għandha tintbagħat, flimkien mad-dokumenti rilevanti, mill-inqas 21 jum tax-xogħol qabel il-laqgħa.

2.   L-aġenda għandha tiġi adottata mill-Kumitat Konġunt. Punti oħra minbarra dawk li jkunu jidhru fl-aġenda proviżorja jistgħu jiddaħħlu fl-aġenda jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk.

Artikolu 7

Minuti

1.   Iż-żewġ Segretarji għandhom iħejju b'mod konġunt abbozz ta' sommarju tal-eżitu/konklużjonijiet tal-laqgħa.

2.   Il-kap tad-delegazzjoni ta' kull Parti għandu japprova u jiffirma l-abbozz tas-sommarju f'żewġ kopji. Kull Parti għandha tirċievi oriġinal wieħed tas-sommarju approvat u ffirmat.

Artikolu 8

Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.   Il-Kumitat Konġunt jista' jieħu deċiżjonijiet jew jagħmel rakkomandazzjonijiet sabiex jinkisbu l-għanijiet ta' dan il-Ftehim. Id-deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu adottati bi qbil komuni bejn il-Partijiet. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu adottati wara t-tlestija mill-Partijiet tal-proċeduri interni rispettivi tagħhom skont il-liġijiet u r-regolamenti tagħhom.

2.   Il-Kumitat Konġunt jista' jiddeċiedi li jadotta deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet permezz ta' proċedura bil-miktub. F'tali każijiet, il-Partijiet għandhom jaqblu dwar limitu ta' żmien għat-tul tal-proċedura. Jekk, mal-iskadenza ta' dak il-limitu ta' żmien, l-ebda Parti ma tkun esprimiet oppożizzjoni għall-proposta ta' deċiżjoni jew rakkomandazzjoni, il-President tal-Kumitat Konġunt għandu jiddikjara li d-deċiżjoni jew rakkomandazzjoni ġiet adottata bla oppożizzjoni.

Artikolu 9

Spejjeż

1.   Kull Parti għandha tħallas l-ispejjeż li ġġarrab b'riżultat tal-parteċipazzjoni tagħha fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt, kemm fir-rigward tal-ispejjeż tal-persunal, tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza kif ukoll fir-rigward tal-ispejjeż postali u ta' telekomunikazzjoni.

2.   Kull Parti għandha tħallas l-ispejjeż li ġġarrab b'konnessjoni ma' servizzi ta' interpretazzjoni fil-laqgħat u ta' traduzzjoni.

3.   Il-Parti li tospita l-laqgħa għandha tħallas l-ispejjeż konnessi mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti.

Artikolu 10

Sottokumitati Speċjalizzati

1.   F'konformità mal-Artikolu 48(3) tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt jista' jwaqqaf sottokumitati speċjalizzati biex jgħinuh fil-qadi ta' dmirijietu. Is-sottokumitati speċjalizzati għandhom jagħtu rendikont lill-Kumitat Konġunt esklussivament wara kull waħda mil-laqgħat tagħhom.

2.   Il-Kumitat Konġunt għandu jiddefinixxi t-termini ta' referenza (TOR, terms of reference) ta' kull sottokumitat speċjalizzat.

3.   Il-Kumitat Konġunt jista' jiddeċiedi li jemenda t-TOR jew li jabolixxi kwalunkwe sottokumitat speċjalizzat eżistenti.

4.   Is-sottokumitati speċjalizzati jistgħu jagħmlu rakkomandazzjonijiet għall-approvazzjoni tal-Kumitat Konġunt.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru 2/… TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT MILL-FTEHIM QAFAS UE-FILIPPINI DWAR SĦUBIJA U KOOPERAZZJONI

ta'…

li tistabbilixxi sottokumitati speċjalizzati u tadotta t-termini ta' referenza tagħhom

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 48(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 10 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Konġunt,

Billi:

(1)

Sabiex ikunu jistgħu jsiru diskussjonijiet fil-livell ta' esperti dwar l-oqsma ewlenin koperti mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Ftehim, jenħtieġ li jiġu stabbiliti sottokumitati speċjalizzati.

(2)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Konġunt, il-Kumitat Konġunt jista' jiddeċiedi li jadotta deċiżjonijiet permezz ta' proċedura bil-miktub,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu Uniku

Is-sottokumitati speċjalizzati elenkati fl-Anness I huma b'dan stabbiliti. It-termini ta' referenza tas-sottokumitati speċjalizzati għandhom ikunu kif stabbiliti fl-Anness II.

Magħmul fi …,

Għall-Kumitat Konġunt

Il-President

ANNESS I

Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim Qafas UE-Filippini dwar Sħubija u Kooperazzjoni

Lista ta' sottokumitati speċjalizzati

(…)

ANNESS II

It-termini ta' referenza ta' sottokumitati speċjalizzati stabbiliti taħt il-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra (minn hawn 'il quddiem imsejħin konġuntement bħala l-“Partijiet” u individwalment bħala l-“Parti”)

Artikolu 1

Is-sottokumitati speċjalizzati għandhom jiddiskutu suġġetti jew proġetti speċifiċi relatati mal-qasam rilevanti ta' kooperazzjoni.

Artikolu 2

Is-sottokumitati speċjalizzati għandhom jaħdmu taħt l-awtorità tal-Kumitat Konġunt. Huma għandhom jagħtu rendikont u jibagħtu s-sommarju tagħhom tal-eżiti/konklużjonijiet lill-President tal-Kumitat Konġunt fi żmien 30 jum tax-xogħol wara kull laqgħa.

Artikolu 3

1.   Is-sottokumitati speċjalizzati għandhom ikunu magħmula minn rappreżentanti tal-Partijiet. Il-kapijiet tad-delegazzjonijiet tas-sottokumitati speċjalizzati rilevanti għandhom jinfurmaw lil xulxin bir-rappreżentanza taż-żewġ Partijiet fis-sottokumitati speċjalizzati qabel il-laqgħa.

2.   Wara ftehim bil-miktub mill-kapijiet rilevanti tad-delegazzjonijiet tas-sottokumitati speċjalizzati, is-sottokumitati speċjalizzati jistgħu jistiednu lil partijiet terzi għal-laqgħat rispettivi tagħhom u jistgħu jisimgħuhom rigward punti speċifiċi fuq l-aġenda, skont kif adatt. Kull Parti għandha tinforma lill-Parti l-oħra tal-anqas 10 ijiem tax-xogħol qabel il-laqgħa bl-intenzjoni tagħha li tistieden parti terza. L-għażla tal-parti terza jew partijiet terzi għandha ssir bi qbil bejn il-Partijiet qabel il-laqgħa.

Artikolu 4

Is-sottokumitati speċjalizzati għandhom ikunu ppreseduti u, fil-prinċipju, ospitati mill-Parti li jkollha l-Presidenza tal-Kumitat Konġunt.

Artikolu 5

Rappreżentant tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jew tad-Direttorat Ġenerali rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea u rappreżentant tal-aġenzija ewlenija kkonċernata għall-Gvern tar-Repubblika tal-Filippini għandhom iservu flimkien bħala Segretarji tas-sottokumitati speċjalizzati.

Artikolu 6

1.   Is-sottokumitati speċjalizzati għandhom jiltaqgħu kull meta hekk ikunu jitolbu ċ-ċirkostanzi wara qbil bejn il-Partijiet, fuq il-bażi ta' talba bil-miktub minn kwalunkwe waħda mill-Partijiet. Kull laqgħa għandha ssir fi żmien u f'post maqbula bejn il-Partijiet. Jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu, il-laqgħat tas-sottokumitati jistgħu isiru eċċezzjonalment permezz ta' vidjokonferenza jew telekonferenza.

2.   Fejn waħda mill-Partijiet titlob laqgħa ta' sottokumitat speċjalizzat, is-Segretarju tal-Parti l-oħra għandu jwieġeb fi żmien 21 jum tax-xogħol mir-riċezzjoni ta' dik it-talba.

3.   B'kont meħud tal-Artikolu 3(2) fir-rigward ta' partijiet terzi, kull Parti għandha tinforma lill-President bil-kompożizzjoni maħsuba tad-delegazzjoni tagħha fi żmien xieraq qabel il-laqgħa.

Artikolu 7

1.   Il-President għandu jikkomunika l-abbozz tal-aġenda lill-Partijiet mhux aktar tard minn 21 jum tax-xogħol qabel il-laqgħa.

2.   Kull Parti tista' titlob lill-President idaħħal punt fl-aġenda ta' laqgħa ta' sottokumitat speċjalizzat. Punti oħra minbarra dawk li jkunu jidhru fl-aġenda proviżorja jistgħu jiddaħħlu fl-aġenda jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk.

Artikolu 8

1.   Is-Segretarji għandhom iħejju b'mod konġunt l-abbozz tas-sommarju tal-eżiti/konklużjonijiet

2.   Il-Kap tad-Delegazzjoni ta' kull Parti għandu japprova u jiffirma l-abbozz tas-sommarju f'żewġ kopji qabel it-tmiem ta' kull laqgħa. Kull Parti tirċievi oriġinal wieħed tas-sommarju approvat u ffirmat.

3.   Il-laqgħat tas-sottokumitati speċjalizzati għandhom isiru esklussivament u b'mod kunfidenzjali bejn ir-rappreżentanti taż-żewġ Partijiet, sakemm iż-żewġ Partijiet ma jaqblux li jagħmlu mod ieħor.