ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 187

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
12 ta' Lulju 2019


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1187 tas-6 ta' Ġunju 2019 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha, u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI dwar l-akkreditament tal-fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji

1

 

 

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha, u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI dwar l-akkreditament tal-fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji

3

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1188 tal-14 ta' Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi klassijiet ta' prestazzjoni fir-rigward tar-reżistenza għall-forza tal-pressjoni tar-riħ għall-blinds u għat-tined esterni ( 1 )

11

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1189 tat-8 ta' Lulju 2019 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 li jimplimenta l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process fil-kummerċ internazzjonali ta' djamanti mhux maħduma

14

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1190 tal-11 ta' Lulju 2019 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 185/2013 f'dak li għandu x'jaqsam mat-tnaqqis mill-kwoti tas-sajd allokati lil Spanja għall-2019

30

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1191 tat-8 ta' Lulju 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet (Linja baġitarja 04 03 01 03 — Moviment liberu tal-ħaddiema, koordinazzjoni ta' skemi tas-sigurtà soċjali u miżuri għall-migranti inkluż migranti minn pajjiżi terzi) ( 1 )

33

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1192 tat-8 ta' Lulju 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet (Linja baġitarja 02 03 01 — Operazzjoni u żvilupp tas-suq intern ta' oġġetti u servizzi u Linja baġitarja 02 03 04 — Għodod ta' Governanza tas-Suq Intern) ( 1 )

36

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1193 tat-8 ta' Lulju 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet (Linja baġitarja 33 02 03 01 — Dritt soċjetarju) ( 1 )

39

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1194 tal-5 ta' Lulju 2019 dwar l-identifikazzjoni tas-sustanza 4-tert-butilfenol (PTBP) bħala sustanza ta' tħassib serju ħafna skont l-Artikolu 57(f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2019) 4987)  ( 1 )

41

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1195 tal-10 ta' Lulju 2019 li temenda d-Deċiżjonijiet 2008/730/KE, 2008/837/KE, 2009/184/KE, 2011/354/UE, u d-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2012/81/UE, 2013/327/UE, (UE) 2015/690, (UE) 2015/697, (UE) 2015/699, (UE) 2016/1215, (UE) 2017/1208 u (UE) 2017/2451 fir-rigward tad-detentur tal-awtorizzazzjoni u r-rappreżentant għat-tqegħid fis-suq tal-fażola tas-sojja, il-qoton, iż-żrieragħ tal-lift u l-qamħirrum modifikati ġenetikament (notifikata bid-dokument C(2019) 5093)  ( 1 )

43

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1196 tal-11 ta' Lulju 2019 dwar il-parteċipazzjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq fir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust)

50

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

12.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1187

tas-6 ta' Ġunju 2019

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha, u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI dwar l-akkreditament tal-fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (d) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 82(1) u l-punt (a) tal-Artikolu 87(2), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fl-10 ta' Ġunju 2016 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha, u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI dwar l-akkreditament tal-fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji (“il-Ftehim”).

(2)

In-negozjati ġew konklużi b'suċċess bl-inizjalar tal-Ftehim fl-24 ta' Mejju 2018.

(3)

It-titjib tal-iskambju ta' informazzjoni dwar l-infurzar tal-liġi għall-fini li tinżamm is-sigurtà fl-Unjoni ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom, minħabba n-natura ta' kriminalità internazzjonali, li mhijiex limitata għall-fruntieri tal-Unjoni. Il-possibbiltà li l-Istati Membri kollha u l-Konfederazzjoni Żvizzera jkollhom aċċess reċiproku għal bażijiet ta' data nazzjonali rigward fajls tal-analiżi tad-DNA, sistemi ta' identifikazzjoni dattiloskopika u d-data dwar ir-reġistrazzjoni ta' vetturi huwa ta' importanza ċentrali fit-trawwim tal-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi transkonfinali.

(4)

L-Irlanda hija marbuta bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI (1), id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI (2) u l-Anness tagħha, u d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI (3), u għalhekk qed tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

(5)

Ir-Renju Unit huwa marbut bid-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, id-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI u l-Anness tagħha, u d-Deċiżjoni Qafas 2009/905/ĠAI, u għalhekk qed jieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

(6)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(7)

Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi ffirmat f'isem u jenħtieġ li d-Dikjarazzjoni mehmuża miegħu tiġi approvata. Jenħtieġ li ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim jiġu applikati fuq bażi proviżorja, sakemm jitlestew il-proċeduri neċessarji għad-dħul fis-seħħ tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar f'isem l-Unjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha, u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI dwar l-akkreditament tal-fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim imsemmi.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Dikjarazzjoni mehmuża mal-Ftehim għandha tiġi approvata f'isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jindika l-persuna jew persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.

Artikolu 4

F'konformità mal-Artikolu 8(3) tal-Ftehim, l-Artikolu 5(1) u (2) tal-Ftehim għandu japplika fuq bażi proviżorja mill-iffirmar tal-Ftehim (4), sakemm jitlestew il-proċeduri neċessarji għad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-6 ta' Ġunju 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

A. BIRCHALL


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12).

(3)  Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 dwar l-akkreditament tal-fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji (ĠU L 322, 9.12.2009, p. 14).

(4)  Id-data tal-iffirmar tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


12.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/3


FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha, u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI dwar l-akkreditament tal-fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji

L-UNJONI EWROPEA,

minn naħa waħda, u

Il-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA,

min-naħa l-oħra,

minn hawn 'il quddiem flimkien imsejħa “il-Partijiet Kontraenti”,

FILWAQT LI JIXTIEQU jtejbu l-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera, mingħajr preġudizzju għar-regoli li jipproteġu l-libertà individwali,

FILWAQT LI JQISU li r-relazzjonijiet attwali bejn il-Partijiet Kontraenti, b'mod partikolari l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis (1) ta' Schengen, juru kooperazzjoni mill-qrib fil-ġlieda kontra l-kriminalità,

FILWAQT LI JINNOTAW l-interess komuni tal-Partijiet Kontraenti li jiżguraw li l-kooperazzjoni tal-pulizija bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera titwettaq b'mod rapidu u effiċjenti kompatibbli mal-prinċipji bażiċi tas-sistemi legali nazzjonali tagħhom, u f'konformità mad-drittijiet u l-prinċipji individwali tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f'Ruma fl-4 ta' Novembru 1950,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/960/ĠAI tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-simplifikazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (2) diġà tistipula regoli li permezz tagħhom l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera jistgħu jiskambjaw informazzjoni u intelligence eżistenti malajr u b'mod effettiv għall-iskop tat-twettiq ta' investigazzjonijiet kriminali jew operazzjonijiet ta' intelligence kriminali,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li, biex tiġi stimulata l-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tal-infurzar tal-liġi, huwa ta' importanza fundamentali li informazzjoni preċiża tkun tista' tiġi skambjata malajr u b'mod effiċjenti,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li l -għan huwa li jiġu introdotti proċeduri għall-promozzjoni ta' mezzi rapidi, effiċjenti u rħas għall-iskambju tad-data, u li, għall-użu konġunt tad-data, jenħtieġ li dawk il-proċeduri jkunu soġġetti għall-obbligu ta' rendikont u jenħtieġ li jinkorporaw garanziji xierqa fir-rigward tal-akkuratezza u s-sigurtà tad-data matul it-trażmissjoni u l-ħżin kif ukoll il-proċeduri għar-reġistrazzjoni tal-iskambju tad-data u r-restrizzjonijiet dwar l-użu tal-informazzjoni skambjata,

FILWAQT LI JISPEĊIFIKAW li dan il-Ftehim għalhekk fih dispożizzjonijiet li huma bbażati fuq id-dispożizzjonijiet ewlenin tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (3) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (4), u l-Anness tagħha u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 dwar l-akkreditament tal-fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji (5), u li huma mfassla biex itejbu l-iskambju ta' informazzjoni fejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera jagħtu lil xulxin drittijiet ta' aċċess għall-fajls awtomatizzati tagħhom ta' analiżi tad-DNA, sistemi awtomatizzati ta' identifikazzjoni dattiloskopika u data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi,

FILWAQT LI JISPEĊIFIKAW li fil-każ ta' data minn fajls ta' analiżi nazzjonali tad-DNA u sistemi awtomatizzati ta' identifikazzjoni dattiloskopika, sistema hit/no hit jenħtieġ li tippermetti lill-Istat ta' tfittxija, fit-tieni pass, li titlob data personali speċifika relatata mill-Istat li jamministra l-fajl u, fejn meħtieġ, titlob aktar informazzjoni permezz ta' proċeduri ta' assistenza reċiproka, inklużi dawk adottati skont id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/960/ĠAI,

FILWAQT LI JQISU li dawk id-dispożizzjonijiet iħaffu konsiderevolment il-proċeduri eżistenti li jippermettu lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u lill-Konfederazzjoni Żvizzera jsiru jafu jekk Stat ieħor għandux l-informazzjoni li jeħtieġ, u jekk iva, liema Stat,

FILWAQT LI JQISU li t-tqabbil tad-data bejn pajjiż u ieħor ser jiftaħ dimensjoni ġdida fil-ġlieda kontra l-kriminalità u li l-informazzjoni miksuba permezz tat-tqabbil tad-data ser tiftaħ approċċi investigattivi ġodda u għalhekk għandha rwol kruċjali biex tgħin lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u ġudizzjarji tal-Istati,

FILWAQT LI JQISU li r-regoli huma bbażati fuq il-bażijiet ta' data nazzjonali tal-Istati ta' netwerking,

Wara li JQISU li, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet, jenħtieġ li l-Istati jkunu jistgħu jipprovdu data personali u mhux personali sabiex itejbu l-iskambju ta' informazzjoni bil-għan li jiġu evitati reati kriminali u jinżammu l-ordni u s-sigurtà pubblika b'rabta ma' avvenimenti maġġuri b'dimensjoni transkonfinali,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li, minbarra t-titjib tal-iskambju ta' informazzjoni, hemm bżonn li jiġu rregolati forom oħra ta' kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-awtoritajiet tal-pulizija, b'mod partikolari permezz ta' operazzjonijiet ta' sigurtà konġunti (eż. pattulji konġunti),

FILWAQT LI JQISU li s-sistema hit/no hit tipprovdi għal struttura ta' tqabbil ta' profili anonimi, fejn, data personali addizzjonali tiġi skambjata biss wara hit, li l-provvista u l-wasla tagħhom tkun irregolata mil-liġi nazzjonali, inklużi r-regoli dwar l-assistenza legali, u li din l-istrutturatiggarantixxi sistema adegwata ta' protezzjoni tad-data, filwaqt li jkun mifhum li l-forniment ta' data personali lil Stat ieħor jeħtieġ livell adegwat ta' protezzjoni tad-data min-naħa tal-Istat riċeventi,

FILWAQT LI JQISU li jenħtieġ li l-Konfederazzjoni Żvizzera tħallas l-ispejjeż magħmula mill-awtoritajiet tagħha b'konnessjoni mal-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li, peress li l-akkreditament tal-fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji huwa pass importanti lejn skambju aktar sikur u effettiv ta' informazzjoni forensika, jenħtieġ li l-Konfederazzjoni Żvizzera tikkonforma ma' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI,

FILWAQT LI JQISU li l-ipproċessar ta' data personali, skont dan il-Ftehim, mill-awtoritajiet tal-Konfederazzjoni Żvizzera għall-finijiet tal-prevenzjoni, is-sejbien jew l-investigazzjoni tat-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali jenħtieġ li jkun soġġett għal standard ta' protezzjoni ta' data personali skont il-liġi nazzjonali tal-Konfederazzjoni Żvizzera li tkun konformi mad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (6),

FILWAQT LI JUŻAW BĦALA BAŻI l-fiduċja reċiproka tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl-istruttura u fit-tħaddim tas-sistemi legali tagħhom,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW il-fatt li, skont il-Ftehim bejn il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat ta' Liechtenstein li jirreferi għall-kooperazzjoni fil-qafas tas-sistemi ta' informazzjoni Żvizzeri li jirrigwardaw id-data dattiloskopika u l-profil tad-DNA (7), iż-żewġ pajjiżi jikkondividu l-istess bażi ta' data u l-istess sistemi tal-iskambju ta' informazzjoni, li jirrigwardaw id-data tad-DNA u d-data dattiloskopika, rispettivament,

FILWAQT LI JAGĦRFU li d-dispożizzjonijiet ta' ftehimiet bilaterali u multilaterali jibqgħu applikabbli għall-kwistjonijiet kollha mhux koperti minn dan il-Ftehim,

IDDEĊIDEW LI JIKKONKLUDU DAN IL-FTEHIM:

Artikolu 1

Suġġett u skop

1.   Soġġett għal dan il-Ftehim, l-Artikoli 1 sa 24, l-Artikolu 25(1) u l-Artikoli 26 sa 32 u 34 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, għandhom ikunu applikabbli fir-relazzjonijiet bilaterali bejn il-Konfederazzjoni Żvizzera u kull wieħed mill-Istati Membri.

2.   Soġġett għal dan il-Ftehim, l-Artikoli 1 sa19 u 21 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha, minbarra l-punt 1 tal-Kapitolu 4 tagħha, għandhom ikunu applikabbli fir-relazzjonijiet bilaterali bejn il-Konfederazzjoni Żvizzera u kull wieħed mill-Istati Membri.

3.   Id-dikjarazzjonijiet magħmula mill-Istati Membri skont id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/615/ĠAI u 2008/616/ĠAI għandhom ukoll ikunu applikabbli fir-relazzjonijiet bilaterali tagħhom mal-Konfederazzjoni Żvizzera.

4.   Soġġett għal dan il-Ftehim, l-Artikoli 1 sa 5 u l-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI dwar l-akkreditament tal-fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji għandhom ikunu applikabbli fir-relazzjonijiet bilaterali bejn il-Konfederazzjoni Żvizzera u kull wieħed mill-Istati Membri.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“Partijiet Kontraenti” tfisser l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera;

(2)

“Stat Membru” tfisser Stat Membru tal-Unjoni Ewropea;

(3)

“Stat” tfisser Stat Membru jew il-Konfederazzjoni Żvizzera.

Artikolu 3

Applikazzjoni u interpretazzjoni uniformi

1.   Bil-ħsieb li jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1 jiġu applikati u interpretati b'mod kemm jista' jkun uniformi, il-Partijiet Kontraenti għandhom iżommu taħt rieżami kostanti l-iżvilupp tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-qrati kompetenti tal-Konfederazzjoni Żvizzera li tikkonċerna dawk id-dispożizzjonijiet. Għal dan il-għan, għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu li jiżgura skambju reċiproku regolari ta' tali ġurisprudenza.

2.   Il-Konfederazzjoni Żvizzera għandha tkun intitolata tissottometti noti jew osservazzjonijiet bil-miktub lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea meta kwistjoni tkun ġiet riferita lilha minn qorti jew tribunal ta' Stat Membru għal deċiżjoni preliminari dwar l-interpretazzjoni ta' kwalunkwe dispożizzjoni msemmija fl-Artikolu 1.

Artikolu 4

Soluzzjoni tat-tilwim

Kwalunkwe tilwima bejn il-Konfederazzjoni Żvizzera u Stat Membru dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim jew ta' kwalunkwe dispożizzjoni msemmija fl-Artikolu 1 emendi għaliha tista' ssir minn parti involuta fit-tilwima għal laqgħa ta' rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri u tal-Konfederazzjoni Żvizzera, bil-ħsieb li tiġi solvuta malajr kemm jista' jkun.

Artikolu 5

Emendi

1.   Fejn jkun meħtieġ li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1, l-Unjoni Ewropea għandha tinforma lill-Konfederazzjoni Żvizzera malajr kemm jista' jkun u tiġbor kwalunkwe kumment li jista' jkollha.

2.   Il-Konfederazzjoni Żvizzera għandha tiġi nnotifikata mill-Unjoni Ewropea dwar kwalunkwe emenda tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1 hekk kif l-emenda tiġi adottata.

Il-Konfederazzjoni Żvizzera għandha tiddeċiedi b'mod indipendenti jekk taċċettax il-kontenut tal-emenda u jekk timplimentahx fl-ordinament ġuridiku intern tagħha. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Unjoni Ewropea fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu.

3.   Jekk il-kontenut tal-emenda jista' jkun vinkolanti fuq il-Konfederazzjoni Żvizzera biss wara li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kostituzzjonali, il-Konfederazzjoni Żvizzera għandha tinforma lill-Unjoni Ewropea dwar dan fil-mument tan-notifika tagħha. Il-Konfederazzjoni Żvizzera għandha tinforma minnufih lill-Unjoni Ewropea bil-miktub hekk kif jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kostituzzjonali kollha. Meta referendum ma jkunx meħtieġ, in-notifika għandha ssir hekk kif jiskadi r-referendum. Jekk ikun meħtieġ referendum, il-Konfederazzjoni Żvizzera jkollha massimu ta' sentejn mid-data tan-notifika mill-Unjoni Ewropea biex tagħmel in-notifika tagħha. Mid-data stabbilita għad-dħul fis-seħħ tal-emenda għall-Konfederazzjoni Żvizzera u sakemm din tkun tat notifika li r-rekwiżiti kostituzzjonali ġew issodisfati, il-Konfederazzjoni Żvizzera għandha, fejn ikun possibbli, tapplika l-kontenut tal-emenda fuq bażi proviżorja.

4.   Jekk il-Konfederazzjoni Żvizzera ma taċċettax il-kontenut tal-emenda, dan il-Ftehim għandu jiġi sospiż. Għandha tissejjaħ laqgħa tal-Partijiet Kontraenti biex teżamina l-possibbiltajiet ulterjuri kollha bil-ħsieb li l-Ftehim ikun jista' jibqa' jiffunzjona, inkluż il-possibbiltà li tiġi rikonoxxuta l-ekwivalenza ta' leġislazzjoni. Is-sospensjoni għandha tintemm hekk kif il-Konfederazzjoni Żvizzera tinnotifika l-aċċettazzjoni tagħha tal-kontenut tal-emenda jew jekk il-Partijiet Kontraenti jaqblu li japplikaw mill-ġdidil-Ftehim.

5.   Jekk, wara perjodu ta' sitt xhur ta' sospensjoni, il-Partijiet Kontraenti ma jkunux qablu li japplikawh mill-ġdid, dan il-Ftehim għandu jieqaf japplika.

6.   Il-paragrafi 4 u 5 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għal emendi relatati mal-Kapitoli 3, 4 jew 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI jew l-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI li fir-rigward tagħhom il-Konfederazzjoni Żvizzera nnotifikat lill-Unjoni Ewropea li ma taċċettax l-emenda, filwaqt li tiddikjara r-raġunijiet għall-oġġezzjoni tagħha. F'tali każijiet, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet rilevanti fil-verżjoni tagħhom qabel l-emenda għandhom ikomplu jkunu applikabbli fir-relazzjonijiet bilaterali bejn il-Konfederazzjoni Żvizzera u kull wieħed mill-Istati Membri.

Artikolu 6

Rieżami

Il-partijiet Kontraenti jaqblu li jwettqu reviżjoni komuni ta' dan il-Ftehim mhux iktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. B'mod partikolari, ir-rieżami għandu jindirizza l-implimentazzjoni prattika, l-interpretazzjoni u l-iżvilupp tal-Ftehim u għandu jinkludi wkoll kwistjonijiet bħall-konsegwenzi tal-iżvilupp tal-Unjoni Ewropea b'rabta mas-suġġett ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 7

Relazzjoni ma' strumenti oħra

1.   Il-Konfederazzjoni Żvizzera tista' tkompli tapplika ftehimiet jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali dwar il-kooperazzjoni transkonfinali ma' Stati Membri li jkunu fis-seħħ fid-data li fiha jiġi konkluż dan il-Ftehim, sakemm tali ftehimiet jew arranġamenti ma jkunux inkompatibbli mal-objettivi ta' dan il-Ftehim. Il-Konfederazzjoni Żvizzera għandha tinnotifika lill-Unjoni Ewropea dwar ftehimiet jew arranġamenti ta' dan it-tip li ser ikomplu japplikaw.

2.   Il-Konfederazzjoni Żvizzera tista' tikkonkludi jew iddaħħal fis-seħħ ftehimiet jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali addizzjonali dwar il-kooperazzjoni transkonfinali mal-Istati Membri wara li dan il-Ftehim ikun daħal fis-seħħ sa fejn tali ftehimiet jew arranġamenti jipprevedu li l-objettivi ta' dan il-Ftehim jiġu estiżi jew jitwessgħu. Il-Konfederazzjoni Żvizzera għandha tinnotifika lill-Unjoni Ewropea dwar kwalunkwe ftehim jew arranġament bġdid fi żmien tliet xhur mill-iffirmar jew, fil-każ ta' ftehimiet jew arranġamenti li ġew iffirmati qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ tagħhom.

3.   Il-ftehimiet u l-arranġamenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' Mejju ma għandhomx jaffettwaw ir-relazzjonijiet mal-Istati Membri li mhumiex partijiet fih.

4.   Dan il-Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kull ftehim eżistenti dwar l-assistenza legali jew ir-rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi tal-qrati.

Artikolu 8

Notifiki, dikjarazzjonijiet u dħul fis-seħħ

1.   Il-partijiet Kontraenti għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa biex jesprimu l-kunsens tagħhom li jintrabtu b'dan il-Ftehim.

2.   L-Unjoni Ewropea tista' tesprimi l-kunsens tagħha li tkun marbuta b'dan il-Ftehim anke jekk id-deċiżjonijiet fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali li huma jew li kienu fornuti b'mod konformi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI għadhom ma ttieħdux fir-rigward tal-Istati Membri kollha.

3.   L-Artikolu 5(1) u (2) għandhom japplikaw fuq bażi proviżorja mid-data tal-iffirmar ta' dan il-Ftehim.

4.   Fir-rigward tal-emendi għad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1 adottati wara l-iffirmar ta' dan il-Ftehim iżda qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu, il-perijodu ta' tliet xhur imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) għandu jibda jiddekorri mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

5.   Meta tagħti n-notifika tagħha skont il-paragrafu 1 jew, jekk ikun hekk previst, fi kwalunkwe żmien wara, il-Konfederazzjoni Żvizzera għandha tagħmel id-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(3).

6.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tielet xahar wara l-jum tal-aħħar notifika msemmija fil-paragrafu 1.

7.   Il-forniment mill-Istati Membri u l-Konfederazzjoni Żvizzera ta' data personali skont dan il-Ftehim ma għandux isir sakemm id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI ikunu ġew implimentati fil-liġi nazzjonali tal-Istati involuti f'tali forniment.

Sabiex jiġi vverifikat jekk dan huwiex il-każ għall-Konfederazzjoni Żvizzera, għandha ssir żjara ta' evalwazzjoni u prova pilota fir-rigward ta' u taħt kundizzjonijiet u arranġamenti aċċettabbli għall-Konfederazzjoni Żvizzera, simili għal dawk konklużi fir-rigward tal-Istati Membri skont il-Kapitolu 4 tal-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI.

Abbażi ta' rapport ta' evalwazzjoni ġenerali u wara l-istess passi għat-tnedija ta' skambji awtomatizzati ta' data fl-Istati Membri, il-Kunsill għandu jiddetermina d-data jew id-dati minn meta d-data personali tista' tiġi pprovduta mill-Istati Membri lill-Konfederazzjoni Żvizzera skont dan il-Ftehim.

8.   Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom jiġu implimentati u applikati mill-Konfederazzjoni Żvizzera. Il-Konfederazzjoni Żvizzera għandha tikkomunika lill-Kummissjoni Ewropea t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin adottati fil-qasam kopert minn dik id-Direttiva.

9.   L-Artikoli 1 sa 24, l-Artikolu 25(1) u l-Artikolu 26 sa 32 u 34 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI għandhom jiġu implimentati u applikati mill-Konfederazzjoni Żvizzera. Il-Konfederazzjoni Żvizzera għandha tikkomunika lill-Kummissjoni Ewropea t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin adottati fil-qasam kopert minn dik id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill.

10.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma għandhomx japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI sakemm din ma tkunx implimentat u applikat il-miżuri msemmija fil-paragrafi 8 u 9 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 9

L-adeżjoni ta' Stati Membri ġodda mal-Unjoni Ewropea

L-adeżjoni ta' Stati Membri l-ġodda mal-Unjoni Ewropea għandha toħloq drittijiet u obbligi skont dan il-Ftehim bejn dawk l-Istati Membri ġodda u l-Konfederazzjoni Żvizzera.

Artikolu 10

Terminazzjoni

1.   Dan il-Ftehim jista' jiġi tterminat fi kwalunkwe ħin minn waħda mill-Partijiet Kontraenti permezz tad-depożitu ta' notifika tat-terminazzjoni lill-Parti Kontraenti l-oħra.

2.   It-terminazzjoni ta' dan il-Ftehim skont il-paragrafu 1 għandha tidħol fis-seħħ sitt xhur wara d-depożitu tan-notifika tat-terminazzjoni.

Dan il-Ftehim għandu jitfassal b'mod duplikat bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bit-Taljan, bl-Ungeriż u bl-Iżvediż, u t-testi kollha huma ugwalment awtentiċi.

Съставено в Брюксел на двадесет и седми юни две хиляди и деветнадесета година.

Hecho en Bruselas, el veintisiete de junio de dos mil diecinueve.

V Bruselu dne dvacátého sedmého června dva tisíce devatenáct.

Udfærdiget i Bruxelles den syvogtyvende juni to tusind og nitten.

Geschehen zu Brüssel am siebenundzwanzigsten Juni zweitausendneunzehn.

Kahe tuhande üheksateistkümnenda aasta juunikuu kahekümne seitsmendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι εφτά Ιουνίου δύο χιλιάδες δεκαεννέα.

Done at Brussels on the twenty seventh day of June in the year two thousand and nineteen.

Fait à Bruxelles, le vingt sept juin deux mille dix-neuf.

Sastavljeno u Bruxellesu dvadeset sedmog lipnja godine dvije tisuće devetnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì ventisette giugno duemiladiciannove.

Briselē, divi tūkstoši deviņpadsmitā gada divdesmit septītajā jūnijā.

Priimta du tūkstančiai devynioliktų metų birželio dvidešimt septintą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenkilencedik év június havának huszonhetedik napján.

Magħmul fi Brussell, fis-sebgħa u għoxrin jum ta’ Ġunju fis-sena elfejn u dsatax.

Gedaan te Brussel, zevenentwintig juni tweeduizend negentien.

Sporządzono w Brukseli dnia dwudziestego siódmego czerwca roku dwa tysiące dziewiętnastego.

Feito em Bruxelas, em vinte e sete de junho de dois mil e dezanove.

Întocmit la Bruxelles la douăzeci și șapte iunie două mii nouăsprezece.

V Bruseli dvadsiateho siedmeho júna dvetisícdevätnásť.

V Bruslju, dne sedemindvajsetega junija leta dva tisoč devetnajst.

Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäseitsemäntenä päivänä kesäkuuta vuonna kaksituhattayhdeksäntoista.

Som skedde i Bryssel den tjugosjunde juni år tjugohundranitton.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image 1

За Конфедерация Швейцария

Por la Confederación Suiza

Za Švýcarskou konfederaci

For Det Schweiziske Forbund

Für die Schweizerische Eidgenossenschaft

Šveitsi Konföderatsiooni nimel

Για την Ελβετική Συνομοσπονδία

For the Swiss Confederation

Pour la Confédération suisse

Za Švicarsku Konfederaciju

Per la Confederazione Svizzera

Šveices Konfederācijas vārdā –

Šveicarijos Konfederacijos vardu

A Svájci Államszövetség részéről

Għall-Konfederazzjoni Żvizzera

Voor de Zwitserse Bondsstaat

W imieniu Konfederacji Szwajcarskiej

Pela Confederação Suíça

Pentru Confederația Elvețiană

Za Švajčiarsku konfederáciu

Za Švicarsko konfederacijo

Sveitsin valaliiton puolesta

För Schweiziska edsförbundet

Image 2


(1)  ĠU UE L 53, 27.2.2008, p. 52.

(2)  ĠU UE L 386, 29.12.2006, p. 89.

(3)  ĠU UE L 210, 6.8.2008, p. 1.

(4)  ĠU UEL 210, 6.8.2008, p. 12.

(5)  ĠU UEL 322, 9.12.2009, p. 14.

(6)  ĠU UEL 119, 4.5.2016, p. 89.

(7)  Ġabra uffiċjali Żvizzera AS/RO 2006 2031; Ġabra klassifikata Żvizzera SR/RS 0.360.514.1.


Dikjarazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fl-Okkażjoni tal-Iffirmar tal-FTEHIM

L-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera, Partijiet Kontraenti tal-Ftehim dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha, u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI dwar l-akkreditament tal-fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), niddikjara li:

L-implimentazzjoni tal-iskambju ta' data dwar ir-reġistrazzjoni tad-DNA, tal-marki tas-swaba' u tal-vetturi skont il-Ftehim ser teħtieġ li l-Konfederazzjoni Żvizzera tistabbilixxi konnessjonijiet bilaterali għal kull waħda minn dawn il-kategoriji ta' data ma' kull wieħed mill-Istati Membri.

Sabiex dan ix-xogħol ikun jista' jsir u jiġi ffaċilitat, il-Konfederazzjoni Żvizzera ser tiġi pprovduta bid-dokumentazzjoni disponibbli, prodotti ta' softwer u listi ta' kuntatt.

Il-Konfederazzjoni Żvizzera ser ikollha l-opportunità li tistabbilixxi sħubija informali mal-Istati Membri li diġà implimentaw dan l-iskambju ta' data, bil-ħsieb li jinqasmu l-esperjenzi u li jinkiseb appoġġ prattiku u tekniku. Id-dettalji ta' dawn is-sħubijiet għandhom jiġu organizzati f'kuntatti diretti mal-Istati Membri kkonċernati.

L-esperti Żvizzeri jistgħu jikkuntattjaw f'kull ħin il-Presidenza tal-Kunsill, il-Kummissjoni Ewropea jew l-esperti ewlenin f'dawn il-kwistjonijiet biex jiksbu informazzjoni, kjarifika jew kwalunkwe appoġġ ieħor. Bl-istess mod il-Kummissjoni, kull meta bi tħejjija għal proposti jew komunikazzjonijiet, tikkuntattja lir-rappreżentanti tal-Istati Membri, tagħmel użu mill-opportunità li tikkuntattja wkoll lir-rappreżentanti tal-Konfederazzjoni Żvizzera.

L-esperti Żvizzeri jistgħu jiġu mistiedna jattendu laqgħat fejn l-esperti tal-Istati Membri jiddiskutu fi ħdan il-Kunsill l-aspetti tekniċi li huma direttament rilevanti għall-applikazzjoni xierqa u l-iżvilupp tal-kontenut tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill imsemmija hawn fuq.


REGOLAMENTI

12.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/11


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1188

tal-14 ta' Marzu 2019

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi klassijiet ta' prestazzjoni fir-rigward tar-reżistenza għall-forza tal-pressjoni tar-riħ għall-blinds u għat-tined esterni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat, ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 27(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-istandard Ewropew EN 13561 dwar il-blinds u t-tined esterni ġie adottat inizjalment mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) fl-2004 u ġie emendat fl-2008. Fih erba' klassijiet ta' prestazzjoni għall-blinds u għat-tined esterni, b'mod partikolari fir-rigward tar-reżistenza ta' dawk il-prodotti għall-forza tal-pressjoni tar-riħ.

(2)

Il-klassijiet stabbiliti fl-istandard EN 13561 mhumiex biżżejjed għall-prodotti kollha attwalment disponibbli fis-suq. Il-biċċa l-kbira tal-prodotti reċenti għandhom reżistenza għall-forza tal-pressjoni tar-riħ ikbar minn qabel. F'ċerti każijiet, l-użu tal-klassijiet eżistenti jista' jwassal għal problemi ta' sikurezza marbuta mal-iffissar tal-prodotti.

(3)

Għalhekk, huwa neċessarju li fil-klassifikazzjoni inkluża fl-istandard EN 13561, jiżdiedu tliet klassijiet oħra ta' prestazzjoni għar-reżistenza għall-forza tal-pressjoni tar-riħ. Huwa neċessarju wkoll li ssir differenza bejn l-użu tal-klassijiet fost is-subfamilji tal-prodott koperti minn dak l-istandard, b'mod partikolari għat-tined b'dirgħajn jintwew, għall-blinds esterni bit-tessut li jgħaddi mill-vireg ta' gwida laterali u għat-tined pergola.

(4)

Skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, il-klassijiet ta' prestazzjoni fir-rigward tal-karatteristika essenzjali tal-prodotti għall-bini tista' tiġi stabbilita mill-Kummissjoni jew minn korp Ewropew għall-istandardizzazzjoni abbażi ta' mandat rivedut maħruġ mill-Kummissjoni. Minħabba l-ħtieġa li jiġu stabbiliti klassijiet addizzjonali ta' prestazzjoni malajr kemm jista' jkun, il-klassijiet ta' prestazzjoni l-ġodda jenħtieġ li jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 27(2) ta' dak ir-Regolament, dawk il-klassijiet jeħtieġ li jintużaw fl-istandards armonizzati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-klassijiet ta' prestazzjoni fir-rigward tar-reżistenza għall-forza tal-pressjoni tar-riħ għall-blinds u għat-tined esterni, kif stipulat fl-Anness, huma stabbiliti.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Marzu 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5.


ANNESS

Tabella 1

Klassijiet ta' prestazzjoni fir-rigward tar-reżistenza għall-forza tal-pressjoni tar-riħ għall-blinds esterni bit-tessut li jgħaddi mill-vireg ta' gwida laterali u għat-tined pergola

Klassijiet

0

1

2

3

Pressjoni tar-riħ nominali pN (N/m2)

< 40

≥ 40 - < 70

≥ 70 - < 110

≥ 110 - < 170

Pressjoni tar-riħ ta' sikurezza pS (N/m2)

< 48

≥ 48 - < 84

≥ 84 - < 132

≥ 132 - < 204


Klassijiet

4

5

6

Pressjoni tar-riħ nominali pN (N/m2)

≥ 170 - < 270

≥ 270 - < 400

≥ 400

Pressjoni tar-riħ ta' sikurezza pS (N/m2)

≥ 204 - < 324

≥ 324 - < 480

≥ 480

Tabella 2

Klassijiet ta' prestazzjoni fir-rigward tar-reżistenza għall-forza tal-pressjoni tar-riħ għat-tined b'dirgħajn akkordjintrellis arm, it-tined b'dirgħajn rotatorji, it-tined b'dirgħajn skorrevoli, ir-roller blinds vertikali, il-marquisolettes, it-tined tal-faċċata, it-tined tat-tamboċċ, it-tined tal-konservatorju u n-nemusieri

Klassijiet

0

1

2

3

Pressjoni tar-riħ nominali pN (N/m2)

< 40

≥ 40 - < 70

≥ 70 - < 110

≥ 110

Pressjoni tar-riħ ta' sikurezza pS (N/m2)

< 48

≥ 48 - < 84

≥ 84 - < 132

≥ 132


Tabella 3

Klassijiet ta' prestazzjoni fir-rigward tar-reżistenza għall-forza tal-pressjoni tar-riħ għat-tined b'dirgħajn jintwew

Klassijiet

0

1

2

Pressjoni tar-riħ nominali pN (N/m2)

< 40

≥ 40 - < 70

≥ 70

Pressjoni tar-riħ ta' sikurezza pS (N/m2)

< 48

≥ 48 - < 84

≥ 84


12.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/14


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1189

tat-8 ta' Lulju 2019

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 li jimplimenta l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process fil-kummerċ internazzjonali ta' djamanti mhux maħduma

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 li jimplimenta l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process fil-kummerċ internazzjonali ta' djamanti mhux maħduma (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19(6) u l-Artikolu 20 tiegħu,

Billi:

(1)

Wara aċċettazzjoni proviżorja fil-laqgħa Plenarja ta' Brisbane f'Diċembru 2017, il-Parteċipanti tal-Proċess ta' Kimberley approvaw li tiżdied ir-Repubblika tal-Gabon mal-lista ta' parteċipanti f'dak il-proċess fil-laqgħa Plenarja ta' Brussell f'Novembru 2018.

(2)

L-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti ta' diversi Parteċipanti fil-Proċess ta' Kimberley fl-Anness II u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fl-Anness III jenħtieġ jiġu aġġornati.

(3)

Wara t-talba mill-Irlanda biex tinħatar awtorità tal-UE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002, il-Kummissjoni żaret lill-awtorità tal-UE maħtura mill-Irlanda biex tivverifika l-istat ta' tħejjija tagħha biex tassumi d-dmirijiet imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 2368/2002. It-tħejjijiet li saru u l-proċeduri previsti mill-awtorità tal-UE maħtura mill-Irlanda jissuġġerixxu li se tkun tista' twettaq fil-ħin u b'mod affidabbli, effettiv u adegwat il-kompiti li jirrikjedu l-Kapitoli II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002. Hemm bżonn li l-Irlanda tingħata skeda ta' żmien realistika biex timplimenta t-tibdiliet meħtieġa.

(4)

Bis-saħħa tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni Amministrattiva “Kumpilazzjoni tal-Modifiki għad-definizzjonijiet Tekniċi” mill-Parteċipanti tal-Proċess ta' Kimberley fil-Plenarja ta' Brussell f'Novembru 2018, it-terminu “pajjiż tal-oriġini” jenħtieġ li jiġi sostitwit bit-terminu “pajjiż tal-oriġini tal-estrazzjoni” fiċ-Ċertifikati tal-Proċess ta' Kimberley.

(5)

Sabiex tiġi riflessa s-sostituzzjoni tat-terminu “pajjiż tal-oriġini” bit-terminu “pajjiż tal-oriġini tal-estrazzjoni”, fiċ-ċertifikat tal-Unjoni Ewropea, kif definit fl-Artikolu 2(g) tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002, l-Anness IV ta' dak ir-Regolament jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. Madankollu, huwa neċessarju li jingħata perjodu ta' żmien realistiku sabiex l-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni jadattaw għal din il-bidla, filwaqt li jitqies iż-żmien meħtieġ biex tiġi żgurata d-disponibilità taċ-ċertifikati l-ġodda.

(6)

Għalhekk l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2368/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness II jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

(2)

L-Anness III jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

(3)

L-Anness IV jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madanakollu, il-punt 3 tal-Artikolu 1 għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2020.

Sa fejn jirrigwarda l-Irlanda, l-Anness III għandu jibda japplika mill-1 ta' Settembru 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Lulju 2019.

Għall-Kummissjoni

Federica MOGHERINI

Viċi President


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 28.


ANNESS I

“ANNESS II

Il-lista tal-parteċipanti fl-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, maħtura kif xieraq, kif imsemmi fl-Artikoli 2, 3, 8, 9, 12, 17, 18, 19 u 20

L-ANGOLA

Ministry of Mineral Resources and Petroleum

Rua Engenheiro Armindo de Andrade, No 103

Miramar Bairro Sambizanga

1072 Luanda

L-Angola

L-ARMENJA

Department of Gemstones and Jewellery

Ministry of Trade and Economic Development

M. Mkrtchyan 5

Yerevan

Armenia

L-AWSTRALJA

Id-Dipartiment tal-Affarijiet Barranin u l-Kummerċ

Trade Development Division

R.G. Casey Building

John McEwen Crescent

Barton ACT 0221

Awstralja

IL-BANGLADESH

Export Promotion Bureau

TCB Bhaban

1, Karwan Bazaar

Dhaka

Bangladesh

Il-BELARUSSJA

Ministry of Finance

Department for Precious Metals and Precious Stones

Sovetskaja Str, 7

220010 Minsk

Republic of Belarus

IL-BOTSWANA

Ministry of Minerals, Green Technology and Energy Security (MMGE)

Fairgrounds Office Park, Plot No. 50676 Block C

P/Bag 0018

Gaborone

Botswana

IL-BRAŻIL

Ministry of Mines and Energy

Esplanada dos Ministérios, Bloco‘U’, 4o andar

70065, 900 Brasilia, DF

Brazil

IL-KAMBODJA

Ministry of Commerce

Lot 19-61, MOC Road (113 Road), Phum Teuk Thla, Sangkat Teuk Thla

Khan Sen Sok, Phnom Penh

Cambodia

IL-KAMERUN

National Permanent Secretariat for the Kimberley Process

Ministry of Mines, Industry and Technological Development

Intek Building, 6th floor,

Navik Street

BP 35601 Yaounde

Cameroon

IL-KANADA

Internazzjonali:

Global Affairs Kanada Natural Resources and Governance Division (MES) 125 Sussex Drive Ottawa, Ontario K1 A 0G2

Kanada

Għal Mistoqsijiet f'Natural Resources Kanada:

Kimberley Process Office

Lands and Minerals Sector Natural Resources Kanada (NRCan)

580 Booth Street, 10th floor

Ottawa, Ontario

Kanada K1 A 0E4

IR-REPUBBLIKA ĊENTRU-AFRIKANA

Secrétariat permanent du processus de Kimberley

BP: 26 Bangui

Central African Republic

IĊ-ĊINA, Ir-Repubblika tal-Poplu ta'

Department of Inspection and Quarantine Clearance

General Administration of Quality Supervision, Inspection and Quarantine (AQSIQ)

9 Madian East Road

Haidian District, Beijing 100088

People's Republic of China

HONG KONG, Ir-Reġjun Amministrattiv Speċjali tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina

Department of Trade and Industry.

Hong Kong Special Administrative Region

People's Republic of China

Room 703, Trade and Industry Tower

700 Nathan Road

Kowloon

Hong Kong

China

IL-KONGO, Ir-Repubblika Demokratika ta'

Centre d'Expertise, d'Evaluation et de Certification des Substances Minérales Précieuses et Semi-précieuses (CEEC)

3989, av des cliniques

Kinshasa/Gombe

Democratic Republic of Congo

IL-KONGO, Ir-Repubblika ta'

Bureau d'Expertise, d'Evaluation et de Certification des Substances Minérales Précieuses (BEEC)

BP 2787

Brazzaville

Republic of Congo

IL-KOSTA TAL-AVORJU

Ministère de l'Industrie et des Mines

Secrétariat Permanent de la Représentation en Côte d'Ivoire du Processus de Kimberley (SPRPK-CI)

Abidjan-Plateau, Immeuble les Harmonies II

Abidjan

Côte d'Ivoire

L-ESWATINI

Office for the Commissioner of Mines

Minerals and Mines Departments, Third Floor Lilunga Building (West Wing),

Somhlolo Road,

Mbabane

Eswatini

L-UNJONI EWROPEA

European Commission

Service for Foreign Policy Instruments

Office EEAS 03/330

B-1049 Bruxelles/Brussel

Belgium

IL-GABON

Centre Permanent du Processus de Kimberley (CPPK)

Ministry of Equipment, Infrastructure, and Mines

Immeuble de la Geologie, 261 rue Germain Mba

B.P. 284/576

Libreville

Gabon

IL-GHANA

Ministry of Lands and Natural Resources

Accra P.O. Box M 212

Ghana

IL-GUINEA

Ministry of Mines and Geology

Boulevard du Commerce – BP 295

Quartier Almamya/Commune de Kaloum

Conakry

Guinea

IL-GUYANA

Geology and Mines Commission

P O Box 1028

Upper Brickdam

Stabroek

Georgetown

Guyana

L-INDJA

Government of India, Ministry of Commerce & Industry

Udyog Bhawan

New Delhi 110 011

India

INDONESIA

Directorate of Export and Import Facility, Ministry of Trade M. I. Ridwan Rais Road, No. 5 Blok I Iantai 4

Jakarta Pusat Kotak Pos. 10110

Jakarta

Indonesia

IŻRAEL

Ministry of Economy and Industry Office of the Diamond Controller

3 Jabotinsky Road

Ramat Gan 52520

Israel

IL-ĠAPPUN

Agency for Natural Resources and Energy

Mineral and Natural Resources Division

1, Chiyoda-ku

Tokyo, Japan

Japan

IL-KAŻAKISTAN

Ministry for Investments and Development of the Republic of Kazakhstan

Committee for Technical Regulation and Metrology

11, Mangilik el street

Nur-Sultan

Republic of Kazakhstan

IL-KOREA, Ir-Repubblika ta'

Ministry of Foreign Affairs

United Nations Division 60 Sajik-ro 8-gil

Jongno-gu

Seoul 03172

Korea

IL-LAOS, Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta'

Department of Import and Export

Ministry of Industry and Commerce

Phonxay road, Saisettha District

Vientiane, Lao PDR

P.O Box: 4107

Laos

IL-LIBANU

Ministry of Economy and Trade

Lazariah Building

Down Town

Beirut

Lebanon

IL-LESOTO

Department of Mines

Ministry of Mining

Corner Constitution and Parliament Road

P.O. Box 750

Maseru 100

Lesotho

IL-LIBERJA

Government Diamond Office

Ministry of Mines and Energy

Capitol Hill

P.O. Box 10-9024

1000 Monrovia 10

Liberia

IL-MALASJA

Ministry of International Trade and Industry

MITI Tower,

No.7, Jalan Sultan Haji Ahmad Shah 50480 Kuala Lumpur

Malaysia

IL-MALI

Ministère des Mines

Bureau d'Expertise d'Evaluation et de Certification des Diamants Bruts

Cité administrative, P.O. BOX: 1909

Bamako

République du Mali

MAURITIUS

Import Division

Ministry of Industry, Commerce & Consumer Protection 4th Floor, Anglo Mauritius Building

Intendance Street

Port Louis

Mauritius

IL-MESSIKU

Directorate-General for International Trade in Goods

189 Pachuca Street, Condesa, 17th Floor

Mexico City, 06140

Mexico

IN-NAMIBJA

The Government of Republic of Namibia Ministry of Mines and Energy

Directorate of Diamond Affairs Private Bag 13297

1st Aviation Road (Eros Airport)

Windhoek

Namibia

NEW ZEALAND

Middle East and Africa Division

Ministry of Foreign Affairs and Trade

Private Bag 18 901

Wellington

New Zealand

IN-NORVEĠJA

Ministry of Foreign Affairs

Department for Regional Affairs

Section for Southern and Central Africa

Box 8114 Dep

0032 Oslo, Norway

IL-PANAMA

National Customs Authority

Panama City, Curundu, Dulcidio Gonzalez Avenue, building # 1009

Republic of Panama

IL-FEDERAZZJONI RUSSA

Internazzjonali:

Ministry of Finance

9, Ilyinka Street

109097 Moscow

Russian Federation

Import and Export Authority:

Gokhran of Russia

14, 1812 Goda St.

121170 Moscow

Russian Federation

SIERRA LEONE

Ministry of Mines and Mineral Resources

Youyi Building

Brookfields

Freetown

Sierra Leone

SINGAPORE

Ministry of Trade and Industry

100 High Street

#09-01, The Treasury

Singapore 179434

L-AFRIKA T'ISFEL

South African Diamond and Precious Metals Regulator

251 Fox Street

Doornfontein 2028

Johannesburg

South Africa

IS-SRI LANKA

National Gem and Jewellery Authority

25, Galle Face Terrace

Post Code 00300

Colombo 03

Sri Lanka

L-IŻVIZZERA

State Secretariat for Economic Affairs (SECO)

Sanctions Unit

Holzikofenweg 36

CH-3003 Berne/Switzerland

IT-TAJWAN, PENGU, KINMEN U MATSU, TERRITORJU DOGANALI SEPARAT

Export/Import Administration Division

Bureau of Foreign Trade

Ministry of Economic Affairs

1, Hu Kou Street

Taipei, 100

Taiwan

IT-TANZANIJA

Commission for Minerals

Ministry of Energy and Minerals

Kikuyu Avenue, P.O BOX

422, 40744 Dodoma

Tanzania

IT-TAJLANDJA

Department of Foreign Trade

Ministry of Commerce

563 Nonthaburi Road

Muang District, Nonthaburi 11000

Thailand

IT-TOGO

The Ministry of Mines and Energy

Head Office of Mines and Geology

216, Avenue Sarakawa

B.P. 356

Lomé

Togo

IT-TURKIJA

Foreign Exchange Department

Undersecretariat of Treasury

T.C. Bașbakanlık Hazine

Müsteșarlığı İnönü Bulvarı No 36

06510 Emek, Ankara

Turkey

Import and Export Authority:

Istanbul Gold Exchange/Borsa Istanbul Precious Metals and Diamond

Market (BIST)

Borsa İstanbul, Resitpasa Mahallesi,

Borsa İstanbul Caddesi No 4

Sariyer, 34467, Istanbul

Turkey

L-UKRAJNA

Ministry of Finance

State Gemological Centre of Ukraine

38-44, Degtyarivska St.

Kiev 04119

Ukraine

L-EMIRATI GĦARAB MAGĦQUDA

U.A.E. Kimberley Process Office

Dubai Multi Commodities Centre

Dubai Airport Free Zone

Emirates Security Building

Block B, 2nd Floor, Office # 20

P.O. Box 48800

Dubai

United Arab Emirates

L-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA:

United States Kimberley Process Authority

U.S. Department of State

Bureau of Economic and Business Affairs

2201 C Street, NW

Washington DC 20520 United States of America

IL-VENEZWELA

Central Bank of Venezuela

36 Av. Urdaneta, Caracas, Capital District

Caracas

ZIP Code 1010

Venezuela

IL-VJETNAM

Ministry of Industry and Trade

Agency of Foreign Trade 54 Hai Ba Trung

Hoan Kiem

Hanoi

Vietnam

IŻ-ŻIMBABWE

Principal Minerals Development Office

Ministry of Mines and Mining Development

6th Floor, ZIMRE Centre

Cnr L.Takawira St/K. Nkrumah Ave.

Harare

Zimbabwe


ANNESS II

“ANNESS III

Lista tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-kompiti tagħhom kif imsemmija fl-Artikoli 2 u 19

IL-BELĠJU

Federale Overheidsdienst Economie, KMO, Middenstand en Energie, Algemene Directie Economisch Potentieel, Dienst Vergunningen/Service Public Fédéral Economie,

PME, Classes moyennes et Energie, Direction générale des Analyses économiques et de l'Economie internationale, Service Licences

(Federal Public Service Economy SME's, Self-employed and Energy, Directorate-General for Economic Analyses & International Economy)

Italiëlei 124, bus 71

B-2000 Antwerpen

Tel. +32 (0)2 277 54 59

Fax +32 (0)2 277 54 61 or +32 (0)2 277 98 70

Posta elettronika: kpcs-belgiumdiamonds@economie.fgov.be

Fil-Belġju, il-kontrolli tal-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta' djamanti mhux maħduma meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 2368/2002 u t-trattament doganali jsiru biss fl-uffiċċju segwenti:

The Diamond Office

Hovenierstraat 22

B-2018 Antwerpen

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Fir-Repubblika Ċeka, il-kontrolli tal-importazzjonijiet u tal-esportazzjonijiet ta' djamanti mhux maħduma meħtieġa mir-Regolament Nru 2368/2002 u t-trattament doganali jsiru biss fl-uffiċċju segwenti:

Generální ředitelství cel

Budějovická 7

140 96 Praha 4

Česká republika

Tel. (420-2) 61 33 38 41, (420-2) 61 33 38 59, mowbajl (420-737) 213 793

Fax (420-2) 61 33 38 70

Posta elettronika: diamond@cs.mfcr.cz

Servizz permanenti fl-uffiċċju doganali magħżul — Praha Ruzyně

Tel. (420-2) 20 113 788 (mit-Tnejn sal-Ġimgħa -7:30am — 15:30pm)

Tel.(420-2) 20 119 678 (Sibtijiet, Ħdud u l-bqija — 15:30pm — 7:30am)

IL-ĠERMANJA

Fil-Ġermanja, il-kontrolli tal-importazzjonijiet u tal-esportazzjonijiet ta' djamanti mhux maħduma meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 2368/2002, inkluż il-ħruġ ta' ċertifikati tal-Unjoni, isiru biss mill-awtorità li ġejja:

Hauptzollamt Koblenz

Zollamt Idar-Oberstein

Zertifizierungsstelle für Rohdiamanten

Hauptstraße 197

D-55743 Idar-Oberstein

Tel. + 49 6781 56 27 0

Fax +49 6781 56 27 19

Posta elettronika: poststelle.za-idar-oberstein@zoll.bund.de

Għall-finijiet tal-Artikoli 5(3), 6, 9, 10, 14(3), 15 u 17 ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-obbligi ta' rappurtar lill-Kummissjoni, l-awtorità li ġejja taġixxi bħala l-awtorità Ġermaniża kompetenti:

Generalzolldirektion

Direktion VI –

Recht des grenzüberschreitenden Warenverkehrs/Besonderes Zollrecht

Krelingstraβe 50

D-90408 Nürnberg

Tel. +49 228 303-49874

Fax +49 228 303-99106

Posta elettronika: DVIA3.gzd@zoll.bund.de

L-IRLANDA

The Kimberley Process and Responsible Minerals Authority

Exploration and Mining Division

Department of Communications, Climate Action and Environment

29-31 Adelaide Road

Dublin

D02 X285

Ireland

Tel. +353 1 678 2000

Posta elettronika: KPRMA@DCCAE.gov.ie

IL-PORTUGALL

Autoridade Tributária e Aduaneira

Direção de Serviços de Licenciamento

R. da Alfândega, 5

1149-006 Lisboa

Tel. + 351 218 813 843/8

Fax + 351 218 813 986

Posta elettronika: dsl@at.gov.pt

Fil-Portugall il-kontrolli tal-importazzjonijiet u tal-esportazzjonijiet ta' djamanti mhux maħduma meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 2368/2002 u t-trattament doganali jsiru biss mill-awtorità li ġejja:

Alfândega do Aeroporto de Lisboa

Aeroporto de Lisboa,

Terminal de Carga, Edifício 134

1750-364 Lisboa

Tel. +351 210030080

Fax +351 210037777

Indirizz elettroniku aalisboa-kimberley@at.gov.pt

IR-RUMANIJA

Autoritatea Națională pentru Protecția Consumatorilor

(L-Awtorità Nazzjonali għall-Ħarsien tal-Konsumatur)

1 Bd. Aviatorilor Nr. 72, sectorul 1 București, România

(72 Aviatorilor Bvd., sector 1, Bucharest, Romania)

Cod postal (Kodiċi postali) 011865

Tel. (40-21) 318 46 35/312 98 90/312 12 75

Fax (40-21) 318 46 35/314 34 62

www.anpc.ro

IR-RENJU UNIT

Government Diamond Office

Global Business Group

Room W 3.111.B

Foreign and Commonwealth Office

King Charles Street

London SW1 A 2AH

Tel. +44 207 008 6903/5797

Posta elettronika: KPUK@fco.gov.uk


ANNESS III

“ANNESS IV

Ċertifikat tal-Komunità kif imsemmi fl-Artikolu 2

Skont il-bidliet ippromulgati permezz tat-Trattat ta' Lisbona, li bih l-Unjoni Ewropea ssostitwiet u ssuċċediet il-Komunità Ewropea, it-terminu ‘ċertifikat tal-UE’ għandu jirreferi għaċ-Ċertifikat Komunitarju kif definit fl-Artikolu 2(g) ta' dan ir-Regolament.

Iċ-Ċertifikat tal-UE għandu jkollu l-elementi li ġejjin. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-Ċertifikati li joħorġu jkunu identiċi. Minħabba f'hekk għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni kampjuni taċ-Ċertifikati li jkunu se joħorġu.

L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli sabiex jistampaw iċ-Ċertifikati tal-UE. Iċ-Ċertifikati tal-UE jistgħu jistampawhom l-istampaturi nominati mill-Istat Membru fejn huma stabbiliti. F'dan il-aħħar każ, referenza għall-ħatra mill-Istat Membru trid tidher fuq kull Ċertifikat tal-UE. Kull Ċertifikat tal-UE għandu jkollu indikazzjoni tal-isem u l-indirizz tal-istampatur jew marka minn fejn jista' jiġi identifikat l-istampatur. L-istampatur għandu jkun Stampatur tal-Għola Sigurtà tal-Flus tal-Bank. L-istampatur għandu jipprovdi referenzi xierqa minn klijenti governamentali u kummerċjali.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tagħmel disponibbli għall-awtoritajiet tal-UE kampjuni taċ-Ċertifikati oriġinali tal-UE.

Materjali

Dimensjonijiet: A4 (210 mm × 297 mm);

B'watermark b'fibri tal-UV inviżibbli (isfar/blu);

Sensittivi għas-solventi;

Ma jirriflettux l-UV (l-elementi fid-dokument joħorġu ċari meta jitqiegħdu taħt id-dawl ta' lampa Ultra-violet);

Karta 95 g/m 2.

Stampar

Sfond bl-ilwien tal-qawsalla (sensittiv għas-solventi);

L-effett tal-‘qawsalla’ għandu sfond ta' sigurtà li ma jidhirx meta jkun iffotokopjat.

Il-linka użata trid tkun ‘sensittiva għas-solventi’ sabiex tipproteġi d-dokument kontra kimiċi li jintużaw biex ibiddlu l-kitba, pereżempju l-bliċ.

1 L-isfond sfumat ikkulurit (permanenti u li reżistenti għad-dawl);

Assigura li tkun stampata ‘Qawsalla’ sekondarja sabiex iċ-Ċertifikati ma ssirilhomx ħsara mid-dawl tax-xemx.

Xogħol inviżibbli tal-UV (l-istilel tal-Bandiera tal-UE);

Jenħtieġ li l-istampatur tas-sigurtà japplika l-piż eżatt tal-linka sabiex jiżgura li l-element tal-UV jibqa' inviżibbli fid-dawl normali.

Bandiera tal-UE: Stampata kulur id-deheb u blu Ewropew:

Xifer Intaljat;

Linka Intaljata li tista' tintmess hija waħda mill-element l-aktar importanti fid-dokument.

Linja ta' Tipa Żgħira Ħafna li taqra ‘Ċertifikat tal-Kimberley Process’;

Xbiha moħbija: KP;

Mikro-test li jaqra ‘KPCS’;

Id-disinn tad-dokument irid jinkorpora fih elementi ta' antikopja (‘Medallion’) fl-istampar tal-linji fini tal-isfond.

Enumerazzjoni

Kull Ċertifikat tal-UE għandu jkollu numru tas-serje uniku, wara l-kodiċi: EU.

Il-Kummissjoni għandha tagħti n-numri tas-serje lil dawk l-Istati Membri li beħsiebhom joħorġu ċ-Ċertifikati tal-UE.

Għandu jkun hemm żewġ tipi ta' numri li jaqblu — viżibbli u inviżibbli:

L-ewwel = numru sekwenzjali ta' 8 ċifri, darba fuq il-partijiet kollha tad-dokument, stampati bl-iswed

L-istampatur għandu jerfa' r-responsabilità kollha għan-numerazzjoni ta' kull Ċertifikat.

L-istampatur għandu jżomm ukoll bażi tad-data ta' kull numerazzjoni.

It-tieni = numru sekwenzjali ta' 8 ċifri stampat inviżibbli (li jaqbel ma' dak imsemmi hawn fuq), li jsir fluworexxenti taħt dawl UV.

Il-lingwa

L-Ingliż u, fejn relevanti, l-ilsien jew l-ilsna tal-Istati Membri kkonċernati.

It-tqassim u l-konklużjoni

Elementi obbligatorji

Xaqq ipperforat fil-pożizzjoni 1, imqatta' wieħed wieħed fid-daqs A4, 100 mm mit-tarf tal-lemin.

(a)

in-naħa tax-xellug

Image 3

(b)

in-naħa tal-lemin

Image 4

12.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/30


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1190

tal-11 ta' Lulju 2019

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 185/2013 f'dak li għandu x'jaqsam mat-tnaqqis mill-kwoti tas-sajd allokati lil Spanja għall-2019

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 105(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-2013 il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 185/2013 (2) li jipprevedi tnaqqis minn ċerti kwoti tas-sajd allokati lil Spanja fl-2013 u fis-snin sussegwenti minħabba s-sajd żejjed ta' ċertu kwota tal-kavalli fl-2009. Dak ir-Regolament stabbilixxa tnaqqis mill-kwota tal-kavalli fid-Diviżjoni 8c tal-ICES, fis-Subżoni 9 u 10 tiegħu u fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 34.1.1 tas-CECAF u tnaqqis mill-kwota tal-inċova fis-Subżona 8 tal-ICES.

(2)

Il-flotta kostali ta' Spanja tiddependi ħafna fuq il-kavalli u l-profittabbiltà tagħha diġà hija baxxa ħafna. Barra minn hekk, għall-2019 il-kwota hija 20 % inqas minn dik għall-2018 u t-tnaqqis b'rabta mal-kavalli se jkompli għaddej sal-2023. Il-pressjoni tas-sajd fuq l-istokk mhix se tiżdied meta mqabbla ma' dik li diġà hija permessa mir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/124 (3) billi wieħed jippermetti tnaqqis inqas għall-kavalli fl-2019 biss. Sabiex jiġu evitati konsegwenzi soċjali u ekonomiċi kemm għas-settur tas-sajd ikkonċernat u kemm għall-industrija tal-ipproċessar marbuta miegħu, jenħtieġ li l-kwantitajiet li jitnaqqsu f'sena partikulari ma jaqbżux it-33 % tal-kwota annwali tal-kavalli. Meta l-kwantità li trid titnaqqas tkun taqbeż it-33 % tal-kwota annwali tal-kavalli, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 185/2013 jiġi emendat sabiex titnaqqas il-kwantità annwali li trid titnaqqas filwaqt li jittawwal kif xieraq il-perjodu tat-tnaqqis.

(3)

Spanja għandha kwota ta' 24 597 tunnellata ta' kavalli fid-Diviżjoni 8c tal-ICES, fis-Subżoni 9 u 10 tiegħu u fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 34.1.1 tas-CECAF għall-2019, filwaqt li t-tnaqqis previst fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 185/2013 għal dik is-sena huwa ta' 9 240 tunnellata, jiġifieri ta' 38 % tal-kwota Spanjola. B'hekk jenħtieġ li l-ammonti li jridu jitnaqqsu fl-2019 jitnaqqsu sabiex ikunu jirrappreżentaw 33 % tal-kwota u jenħtieġ li d-differenza tiżdied mal-ammonti li jridu jitnaqqsu fl-2023.

(4)

Spanja talbet li t-tnaqqis mill-kwota tal-kavalli għall-2019 jitnaqqas mill-5 544 tunnellata stabbiliti oriġinarjament għal 4 421 tunnellata. Id-differenza tirrappreżenta 0,1 % mit-TAC totali, allura l-impatt bijoloġiku fuq l-istokk huwa minimu, iżda xorta waħda huwa importanti għas-sajd fuq skala żgħira. It-tnaqqis li se jsir fl-2023 mill-istess kwota se jiżdied mill-269 tunnellata stabbiliti oriġinarjament għal 1 392 tunnellata. Il-proporzjon oriġinali tat-tnaqqis mill-kwoti tal-kavalli u tal-inċova se jvarja minn sena għall-oħra, iżda se jinżamm l-istess tul il-perjodu kollu tal-2019 sal-2023. L-ammonti li jridu jitnaqqsu fl-2023 se jibqgħu taħt l-ammonti annwali tat-tnaqqis stabbiliti għall-perjodu mill-2016 sal-2022.

(5)

It-tibdil fl-ammonti mnaqqsin mill-kwoti tal-kavalli u tal-inċova fl-2019 se jkompli jiżgura li ma jinqabżux l-opportunitajiet tas-sajd għall-2019 għal dawk l-ispeċijiet. Dan se jkun konformi mal-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd.

(6)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 185/2013 jiġi emendat kif xieraq.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 185/2013 huwa sostitwit bit-test mogħti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Lulju 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 62, 6.3.2013, p. 1.

(3)  ĠU L 29, 31.1.2019, p. 1.


ANNESS

Stokk

Il-kwota inizjali għall-2009

Il-kwota adattata għall-2009

Il-qabdiet stabbiliti għall-2009

Id-differenza bejn il-qabdiet u l-kwota (is-sajd żejjed)

It-tnaqqis għall-2013

It-tnaqqis għall-2014

It-tnaqqis għall-2015

It-tnaqqis għall-2016

It-tnaqqis għall-2017

It-tnaqqis għall-2018

It-tnaqqis għall-2019

It-tnaqqis għall-2020

It-tnaqqis għall-2021

It-tnaqqis għall-2022

It-tnaqqis għall-2023

MAC8C

3411

29 529

25 525

90 954

–65 429

100

100

100

5 544

6 283

4 805

4 421

5 544

5 544

5 544

1 392

ANE08 (1)

 

 

 

 

 

 

 

3 696

4 539

2 853

3 696

3 696

3 696

3 696

180


(1)  Għall-inċova, is-sena tfisser l-istaġun tas-sajd li jibda f'dik is-sena.


DEĊIŻJONIJIET

12.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/33


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1191

tat-8 ta' Lulju 2019

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet (Linja baġitarja 04 03 01 03 — Moviment liberu tal-ħaddiema, koordinazzjoni ta' skemi tas-sigurtà soċjali u miżuri għall-migranti inkluż migranti minn pajjiżi terzi)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 46 u 48, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994.

(2)

Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, fost l-oħrajn, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE.

(3)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE fih dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet.

(4)

Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim ŻEE f'azzjonijiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-moviment liberu tal-ħaddiema, il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali u l-miżuri għall-migranti, inklużi l-migranti minn pajjiżi terzi.

(5)

Għalhekk, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat sabiex dik il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2019.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Lulju 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

A.-K. PEKONEN


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2019

ta' …

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim ŻEE fl-azzjonijiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea rigward il-moviment liberu tal-ħaddiema, il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali u l-miżuri għall-migranti, inklużi l-migranti minn pajjiżi terzi.

(2)

Għalhekk, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat sabiex dik il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2019,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-paragrafi 5 u 13 tal-Artikolu 5 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, il-kliem “u 2018” jiġi sostitwit bil-kliem “, 2018 u 2019”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2019.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(*1)  [Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]


12.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/36


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1192

tat-8 ta' Lulju 2019

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet (Linja baġitarja 02 03 01 — Operazzjoni u żvilupp tas-suq intern ta' oġġetti u servizzi u Linja baġitarja 02 03 04 — Għodod ta' Governanza tas-Suq Intern)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994.

(2)

Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, fost l-oħrajn, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE.

(3)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE fih dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet.

(4)

Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE fl-azzjonijiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-operazzjoni u l-iżvilupp tas-suq intern ta' prodotti u servizzi u fir-rigward tal-għodod ta' governanza tas-suq intern.

(5)

Għalhekk, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat sabiex dik il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2019,

(6)

Għalhekk, il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta fil-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Lulju 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

A.-K. PEKONEN


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2019

ta' …

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim ŻEE fl-azzjonijiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-operazzjoni u l-iżvilupp tas-suq intern tal-prodotti u tas-servizzi u fir-rigward tal-għodod ta' governanza tas-suq intern.

(2)

Għalhekk, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat sabiex dik il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2019,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-paragrafi 12 u 14 tal-Artikolu 7 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, il-kliem “u 2018” jiġi sostitwit bil-kliem “, 2018 u 2019”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2019.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(*1)  [Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]


12.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/39


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1193

tat-8 ta' Lulju 2019

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet (Linja baġitarja 33 02 03 01 — Dritt soċjetarju)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994.

(2)

Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, fost l-oħrajn, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE.

(3)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE fih dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet.

(4)

Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE f'azzjonijiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-dritt soċjetarju.

(5)

Għalhekk, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat sabiex dik il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2019,

(6)

Għalhekk, il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Lulju 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

A.-K. PEKONEN


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru …/2019

ta' …

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim ŻEE f'azzjonijiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tad-dritt soċjetarju.

(2)

Għalhekk, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat sabiex dik il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2019,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-paragrafu 13 tal-Artikolu 7 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, il-kliem “u l-2018” huma sostitwiti bil-kliem “, l-2018 u l-2019”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2019.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(*1)  [Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]


12.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/41


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1194

tal-5 ta' Lulju 2019

dwar l-identifikazzjoni tas-sustanza 4-tert-butilfenol (PTBP) bħala sustanza ta' tħassib serju ħafna skont l-Artikolu 57(f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2019) 4987)

(It-test Ingliż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 59(9) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-30 ta' Awwissu 2016, il-Ġermanja ppreżentat lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”), f'konformità mal-Artikolu 59(3) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, dossier ippreparat skont l-Anness XV ta' dak ir-Regolament (“id-dossier tal-Anness XV”) għall-identifikazzjoni tas-sustanza 4-tert-butilfenol [(PTBP) Nru KE: 202-679-0, Nru CAS: 98-54-4) bħala sustanza ta' tħassib serju ħafna skont l-Artikolu 57(f) ta' dak ir-Regolament minħabba li għandha proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali li dwarhom hemm provi xjentifiċi ta' effetti serji probabbli fuq l-ambjent li jagħtu lok għal livell ta' tħassib ekwivalenti għal dak relatat ma' sustanzi oħrajn elenkati fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(2)

Fil-15 ta' Diċembru 2016, il-Kumitat tal-Istati Membri tal-Aġenzija (l-MSC) adotta l-opinjoni tiegħu (2) dwar id-dossier tal-Anness XV. Filwaqt li l-maġġoranza tal-membri tal-MSC ikkunsidraw li l-PTBP jenħtieġ li tiġi identifikata bħala sustanza ta' tħassib serju ħafna skont l-Artikolu 57(f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-MSC ma laħaqx qbil unanimu. Żewġ membri esprimew dubji dwar l-affidabbiltà tal-istudju xjentifiku ewlieni (3) u kienu tal-opinjoni li l-evidenza disponibbli ma tippermettix li jiġi konkluż li hemm livell ta' tħassib ekwivalenti għal dak ta' sustanzi oħra elenkati fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. It-tielet membru, filwaqt li jappoġġja l-identifikazzjoni ta' PTBP bħala sustanza ta' tħassib serju ħafna, esprima wkoll dubji dwar l-affidabbiltà tal-istudju ewlieni. Il-Kummissjoni ma taqbilx mad-dubji espressi dwar l-affidabbiltà tal-istudju xjentifiku ewlieni.

(3)

Fis-17 ta' Jannar 2017, skont l-Artikolu 59(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-Aġenzija rreferiet l-opinjoni tal-MSC lill-Kummissjoni għal deċiżjoni dwar l-identifikazzjoni tal-PTBP fuq il-bażi tal-Artikolu 57(f) ta' dak ir-Regolament.

(4)

Il-Kummissjoni taqbel mal-opinjoni tal-MSC li tesprimi l-qbil unanimu tagħha dwar l-eżistenza ta' evidenza xjentifika ta' effetti negattivi fil-ħut marbuta mal-mod ta' azzjoni estroġenu tal-PTBP, li turi li s-sustanza tissodisfa d-definizzjoni ta' interferent endokrinali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa / il-Programm Internazzjonali dwar is-Sigurtà tas-Sustanzi Kimiċi (WHO/IPCS) (4). L-espożizzjoni għal PTBP twassal għal effetti negattivi serji u irriversibbli fuq l-iżvilupp sesswali tal-ħut, jiġifieri treġġigħ lura sħiħ u irriversibbli tal-popolazzjonijiet tal-ħut affettwati li jirriżulta f'popolazzjonijiet sħaħ ta' ħut femminili. Il-konklużjoni li l-PTBP teżerċita proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali hija appoġġata aktar permezz ta' read-across minn sustanzi oħra (5) li jappartjenu għall-istess klassi kimika tal-alkilfenoli bħall-PTBP. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tikkonkludi li għall-PTBP hemm evidenza xjentifika ta' effetti serji probabbli fuq l-ambjent.

(5)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-effetti negattivi huma ta' gravità simili għal dawk ta' sustanzi oħra li ġew identifikati bħala sustanzi ta' tħassib serju ħafna skont l-Artikolu 57(f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 minħabba l-proprjetajiet tagħhom li jfixklu s-sistema endokrinali u li jista' jkollhom effetti serji fuq l-ambjent. L-effetti osservati fil-ħut huma irriversibbli u jistgħu jkunu rilevanti għal popolazzjonijiet tal-organiżmi selvaġġi. Il-maġġoranza tal-MSC kienet tal-opinjoni li, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, jidher li huwa diffiċli li jinkiseb livell sikur ta' espożizzjoni biex jiġu vvalutati b'mod adegwat ir-riskji għalkemm jista' jkun li dan il-livell jeżisti. Il-Kummissjoni taqbel ma' dik il-valutazzjoni. Għalhekk il-Kummissjoni tqis li l-livell ta' tħassib tal-effetti negattivi huwa ekwivalenti għal dawk ta' sustanzi oħra msemmija fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Il-fatt li l-effetti negattivi fuq l-iżvilupp sesswali tal-ħut ġew osservati fl-istudju ewlieni f'livelli ta' konċentrazzjoni baxxi (l-inqas konċentrazzjoni b'effetti osservati: 1 μg/l) ikompli jsaħħaħ it-tħassib.

(6)

Jenħtieġ li bis-saħħa tal-Artikolu 57(f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 l-PTBP tiġi identifikata bħala sustanza ta' tħassib serju ħafna minħabba l-proprjetajiet tagħha li jfixklu s-sistema endokrinali u li jista' jkollhom effetti serji fuq l-ambjent li jagħtu lok għal livell ta' tħassib ekwivalenti għal dak ikkawżat minn sustanzi oħra elenkati fil-punti (a) sa (e).

(7)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Is-sustanza 4-tert-butilfenol (PTBP) (Nru KE: 202-679-0, Nru CAS: 98-54-4) hija identifikata bħala sustanza ta' tħassib serju ħafna skont l-Artikolu 57(f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 minħabba l-proprjetajiet tagħha li jfixklu s-sistema endokrinali u li jista' jkollhom effetti serji fuq l-ambjent li jagħtu lok għal livell ta' tħassib ekwivalenti għal dak ikkawżat minn sustanzi oħra elenkati fl-Artikolu 57(a) sa (e) ta' dak ir-Regolament.

2.   Is-sustanza msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi inkluża fil-lista ta' kandidati msemmija fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 bl-indikazzjoni li ġejja taħt “Raġuni għall-inklużjoni”: “Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) - l-ambjent)”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Lulju 2019.

Għall-Kummissjoni

Elżbieta BIEŃKOWSKA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  http://echa.europa.eu/role-of-the-member-state-committee-in-the-authorisation-process/svhc-opinions-of-the-member-state-committee

(3)  Demska-Zakęś, K. (2005). Wpływ wybranych ksenobiotyków na rozwój układu płciowego ryb. (Olsztyn, Uniwersytet Warminsko-Mazurski w Olsztynie - UWM Olsztyn), p. 61.

(4)  L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa / il-Programm Internazzjonali dwar is-Sigurtà tas-Sustanzi Kimiċi (WHO/IPCS), 2002. Global Assessment of the State-of-the-science of Endocrine Disruptors. [Valutazzjoni Globali tal-Istat tax-Xjenza tal-Interferenti Endokrinali]. WHO/PCS/EDC/02.2, disponibbli għall-pubbliku fuq http://www.who.int/ipcs/publications/new_issues/endocrine_disruptors/en/

(5)  4-nonilfenol, bil-fergħat u lineari; 4-tert-ottilfenol (Nru tal-CAS: 140-66-1; Nru KE: 205-426-2); 4-heptilfenol, bil-fergħat u lineari; 4-tert-pentilfenol (Nru tal-CAS: 80-46-6; Nru KE: 201-280-9);


12.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/43


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1195

tal-10 ta' Lulju 2019

li temenda d-Deċiżjonijiet 2008/730/KE, 2008/837/KE, 2009/184/KE, 2011/354/UE, u d-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2012/81/UE, 2013/327/UE, (UE) 2015/690, (UE) 2015/697, (UE) 2015/699, (UE) 2016/1215, (UE) 2017/1208 u (UE) 2017/2451 fir-rigward tad-detentur tal-awtorizzazzjoni u r-rappreżentant għat-tqegħid fis-suq tal-fażola tas-sojja, il-qoton, iż-żrieragħ tal-lift u l-qamħirrum modifikati ġenetikament

(notifikata bid-dokument C(2019) 5093)

(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 21(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Bayer CropScience AG, ibbażata l-Ġermanja, hija d-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' ikel u għalf modifikat ġenetikament (il-fażola tas-sojja, il-qoton, iż-żrieragħ tal-lift u l-qamħirrum) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, kopert bid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2008/730/KE (2), 2008/837/KE (3), 2009/184/KE (4), 2011/354/UE (5), 2012/81/UE (6), 2013/327/UE (7), (UE) 2015/690 (8), (UE) 2015/697 (9), (UE) 2015/699 (10) u (UE) 2016/1215 (11).

(2)

Il-Bayer CropScience N.V., ibbażata l-Belġju, hija d-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' ikel u għalf modifikat ġenetikament (il-qoton) u tirrappreżenta l-Bayer CropScience LP, ibbażata fl-Istati Uniti, għall-awtorizzazzjoni skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1208 (12).

(3)

Il-Bayer CropScience N.V., ibbażata fil-Belġju, hija d-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' ikel u għalf modifikat ġenetikament (il-fażola tas-sojja) u tirrappreżenta l-M.S. Technologies LLC ibbażata fl-Istati Uniti, għall-awtorizzazzjoni skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2451 (13).

(4)

B'ittra datata l-1 ta' Awwissu 2018, il-Bayer CropScience AG — il-Ġermanja, il-Bayer CropScience N.V. — il-Belġju, u l-Bayer CropScience LP — l-Istati Uniti tal-Amerka, talbu li l-Kummissjoni tittrasferixxi d-drittijiet u l-obbligi tagħha li jappartjenu għall-awtorizzazzjonijiet u għall-applikazzjonijiet pendenti għall-prodotti modifikati ġenetikament, lil BASF Agricultural Solutions Seed US LLC, ibbażata fl-Istati Uniti.

(5)

Permezz ta' ittra datata d-19 ta' Ottubru 2018, il-BASF Agricultural Solutions Seed US LLC ikkonfermat il-kunsens tagħha għal dan it-trasferiment u awtorizzat lill-BASF SE, ibbażata fil-Ġermanja, biex taġixxi bħala r-rappreżentant tagħha fl-UE.

(6)

Fil-11 ta' Ottubru 2018, l-M.S. Technologies LLC ikkonfermat bil-miktub il-qbil tagħha mal-bidla tar-rappreżentant tagħha.

(7)

L-Annessi tad-Deċiżjonijiet 2008/730/KE, 2008/837/KE, 2009/184/KE u 2011/354/UE fihom links għall-paġni tal-internet tal-American Oil Chemists' Society, fejn wieħed jista' jsib il-materjali ta' referenza għall-metodu ta' detezzjoni, li huma konnessi ma' Bayer. B'konsegwenza ta' dan, dawn il-links jenħtieġ li jiġu adattati kif xieraq.

(8)

L-emendi proposti għad-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni huma ta' natura purament amministrattiva u ma jinvolvux valutazzjoni ġdida tal-prodotti kkonċernati. L-istess japplika għad-destinatarji tad-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni kkonċernati, li jenħtieġ li jiġu adattati wkoll kif xieraq.

(9)

L-implimentazzjoni tal-bidliet mitluba teħtieġ l-emenda tad-deċiżjonijiet li jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta' prodotti modifikati ġenetikament li l-Bayer CropScience AG u l-Bayer CropScience N.V. huma d-detenturi tal-awtorizzazzjoni tagħhom. B'mod partikolari d-Deċiżjonijiet li ġejjin għalhekk jenħtieġ li jkunu emendati kif xieraq: Id-Deċiżjonijiet 2008/730/KE, 2008/837/KE, 2009/184/KE, 2011/354/UE, u d-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2012/81/UE, 2013/327/UE, (UE) 2015/690, (UE) 2015/697, (UE) 2015/699, (UE) 2016/1215, (UE) 2017/1208 u (UE) 2017/2451.

(10)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/730/KE

Id-Deċiżjoni 2008/730/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 6, “Bayer CropScience AG” hija sostitwita b'“BASF Agricultural Solutions Seed US LLC — l-Istati Uniti, irrappreżentata minn BASF SE — il-Ġermanja”;

(2)

Fl-Artikolu 8, “Bayer CropScience AG, Alfred-Nobel-Straße 50, D-40789 Monheim am Rhein” hija sostitwita b'“BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, 67063 Ludwigshafen”;

(3)

Il-punt (a) tal-Anness huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)   Applikant u detentur tal-awtorizzazzjoni:

Isem

:

BASF Agricultural Solutions Seed US LLC

Indirizz

:

100 Park Avenue, Florham Park, New Jersey 07932 — l-Istati Uniti tal-Amerka

Irrappreżentata minn BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, 67063 Ludwigshafen — il-Ġermanja.”

(4)

Fil-punt (d), it-tielet inċiż tal-Anness huwa sostitwit b'dan li ġej:

“—

Materjal ta' referenza: AOCS 0707-A u AOCS 0707-B aċċessibbli permezz tal-American Oil Chemists Society fuq http://www.aocs.org/tech/crm”

Artikolu 2

Emenda għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/837/KE

Id-Deċiżjoni 2008/837/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 6, “Bayer CropScience AG” hija sostitwita b'“BASF Agricultural Solutions Seed US LLC — l-Istati Uniti, irrappreżentata minn BASF SE — il-Ġermanja”;

(2)

Fl-Artikolu 8, “Bayer CropScience AG, Alfred-Nobel-Strasse 50, D-40789 Monheim am Rhein” hija sostitwita b'“BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, 67063 Ludwigshafen”;

(3)

Il-punt (a) tal-Anness huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)   Applikant u detentur tal-awtorizzazzjoni:

Isem

:

BASF Agricultural Solutions Seed US LLC

Indirizz

:

100 Park Avenue, Florham Park, New Jersey 07932 — l-Istati Uniti tal-Amerka

Irrappreżentata minn BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, 67063 Ludwigshafen — il-Ġermanja.”

(4)

Fil-punt (d), it-tielet inċiż tal-Anness huwa sostitwit b'dan li ġej:

“—

Materjal ta' referenza: AOCS 0306-A u AOCS 0306-E aċċessibbli permezz tal-American Oil Chemists Society fuq https://www.aocs.org/crm”

Artikolu 3

Emenda għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/184/KE

Id-Deċiżjoni 2009/184/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 7, “Bayer CropScience AG” hija sostitwita b'“BASF Agricultural Solutions Seed US LLC — l-Istati Uniti, irrappreżentata minn BASF SE — il-Ġermanja”;

(2)

Fl-Artikolu 9, “Bayer CropScience AG, Alfred-Nobel-Strasse 50, 40789 Monheim am Rhein” hija sostitwita bi “BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, 67063 Ludwigshafen”;

(3)

Il-punt (a) tal-Anness jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(a)   Applikant u detentur tal-awtorizzazzjoni:

Isem

:

BASF Agricultural Solutions Seed US LLC

Indirizz

:

100 Park Avenue, Florham Park, New Jersey 07932 — l-Istati Uniti tal-Amerka

Irrappreżentata minn BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, 67063 Ludwigshafen — il-Ġermanja.”

(4)

Fil-punt (d), it-tielet inċiż tal-Anness jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“—

Materjal ta' referenza: AOCS 0208-A aċċessibbli permezz tal-American Oil Chemists Society fuq is-sit https://www.aocs.org/crm”

Artikolu 4

Emenda għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/354/UE

Id-Deċiżjoni 2011/354/UE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 6, “Bayer CropScience AG” hija sostitwita b'“BASF Agricultural Solutions Seed US LLC — l-Istati Uniti, irrappreżentata minn BASF SE — il-Ġermanja”;

(2)

Fl-Artikolu 8, “Bayer CropScience AG, Alfred-Nobel-Strasse 50, 40789 Monheim am Rhein” hija sostitwita bi “BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, 67063 Ludwigshafen”;

(3)

Il-punt (a) tal-Anness jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(a)   Applikant u detentur tal-awtorizzazzjoni:

Isem

:

BASF Agricultural Solutions Seed US LLC

Indirizz

:

100 Park Avenue, Florham Park, New Jersey 07932 — l-Istati Uniti tal-Amerka

Irrappreżentata minn BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, 67063 Ludwigshafen — il-Ġermanja.”

(4)

Fil-punt (d), it-tielet inċiż tal-Anness jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“—

Materjal ta' referenza: AOCS 1108-A u AOCS 0306-A huma aċċessibbli permezz tal-American Oil Chemists Society fuq https://www.aocs.org/crm”

Artikolu 5

Emenda għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/81/UE

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/81/UE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 6, “Bayer CropScience AG” hija sostitwita b'“BASF Agricultural Solutions Seed US LLC — l-Istati Uniti, irrappreżentata minn BASF SE — il-Ġermanja”;

(2)

Fl-Artikolu 8, “Bayer CropScience AG, Alfred-Nobel-Strasse 50, 40789 Monheim am Rhein” tiġi sostitwita bi “BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, 67063 Ludwigshafen”;

(3)

Il-punt (a) tal-Anness jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(a)   Applikant u detentur tal-awtorizzazzjoni:

Isem

:

BASF Agricultural Solutions Seed US LLC

Indirizz

:

100 Park Avenue, Florham Park, New Jersey 07932 — l-Istati Uniti tal-Amerka

Irrappreżentata minn BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, 67063 Ludwigshafen — il-Ġermanja.”

Artikolu 6

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/327/UE

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/327/UE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 6, “Bayer CropScience AG” hija sostitwita b'“BASF Agricultural Solutions Seed US LLC — l-Istati Uniti, irrappreżentata minn BASF SE — il-Ġermanja”;

(2)

Fl-Artikolu 8, “Bayer CropScience AG, Alfred-Nobel-Strasse 50, 40789 Monheim am Rhein” tiġi sostitwita bi “BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, 67063 Ludwigshafen”;

(3)

Il-punt (a) tal-Anness jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(a)   Applikant u detentur tal-awtorizzazzjoni:

Isem

:

BASF Agricultural Solutions Seed US LLC

Indirizz

:

100 Park Avenue, Florham Park, New Jersey 07932 — l-Istati Uniti tal-Amerka

Irrappreżentata minn BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, 67063 Ludwigshafen — il-Ġermanja.”

Artikolu 7

Emenda għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/690

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/690 hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 6, “Bayer CropScience AG” hija sostitwita b'“BASF Agricultural Solutions Seed US LLC — l-Istati Uniti, irrappreżentata minn BASF SE — il-Ġermanja”;

(2)

Fl-Artikolu 8, “Bayer CropScience AG, Alfred-Nobel-Strasse 50, D-40789 Monheim am Rhein” hija sostitwita b'“BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, 67063 Ludwigshafen”;

(3)

Il-punt (a) tal-Anness jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(a)   Applikant u detentur tal-awtorizzazzjoni:

Isem

:

BASF Agricultural Solutions Seed US LLC

Indirizz

:

100 Park Avenue, Florham Park, New Jersey 07932 — l-Istati Uniti tal-Amerka

Irrappreżentata minn BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, 67063 Ludwigshafen — il-Ġermanja.”

Artikolu 8

Emenda għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/697

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/697 hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 6, “Bayer CropScience AG” hija sostitwita b'“BASF Agricultural Solutions Seed US LLC — l-Istati Uniti, irrappreżentata minn BASF SE — il-Ġermanja”;

(2)

Fl-Artikolu 8, “Bayer CropScience AG, Alfred-Nobel-Strasse 50, D-40789 Monheim am Rhein” hija sostitwita b'“BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, 67063 Ludwigshafen”;

(3)

Il-punt (a) tal-Anness jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(a)   Applikant u detentur tal-awtorizzazzjoni:

Isem

:

BASF Agricultural Solutions Seed US LLC

Indirizz

:

100 Park Avenue, Florham Park, New Jersey 07932, l-Istati Uniti tal-Amerka

Irrappreżentata minn BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, 67063 Ludwigshafen — il-Ġermanja.”

Artikolu 9

Emenda għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/699

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/699 hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 6, “Bayer CropScience AG” hija sostitwita b'“BASF Agricultural Solutions Seed US LLC — l-Istati Uniti, irrappreżentata minn BASF SE — il-Ġermanja”;

(2)

Fl-Artikolu 8, “Bayer CropScience AG, Alfred-Nobel-Strasse 50, D-40789 Monheim am Rhein” hija sostitwita b'“BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, 67063 Ludwigshafen”;

(3)

Il-punt (a) tal-Anness jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(a)   Applikant u detentur tal-awtorizzazzjoni:

Isem

:

BASF Agricultural Solutions Seed US LLC

Indirizz

:

100 Park Avenue, Florham Park, New Jersey 07932 — l-Istati Uniti tal-Amerka

Irrappreżentata minn BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, 67063 Ludwigshafen — il-Ġermanja.”

Artikolu 10

Emenda għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1215

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1215 hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 6, “Bayer CropScience AG” hija sostitwita b'“BASF Agricultural Solutions Seed US LLC — l-Istati Uniti, irrappreżentata minn BASF SE — il-Ġermanja”;

(2)

Fl-Artikolu 8, “Bayer CropScience AG, Alfred-Nobel-Strasse 50, D-40789 Monheim am Rhein” hija sostitwita b'“BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, 67063 Ludwigshafen”;

(3)

Il-punt (a) tal-Anness jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(a)   Applikant u detentur tal-awtorizzazzjoni:

Isem

:

BASF Agricultural Solutions Seed US LLC

Indirizz

:

100 Park Avenue, Florham Park, New Jersey 07932 — l-Istati Uniti tal-Amerka

Irrappreżentata minn BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, 67063 Ludwigshafen — il-Ġermanja”.

Artikolu 11

Emenda għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1208

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1208 hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 6 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 6

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun BASF Agricultural Solutions Seed US LLC, l-Istati Uniti, irrappreżentat minn BASF SE — il-Ġermanja.”

(2)

Fl-Artikolu 8, “Bayer CropScience NV, J.E. Mommaertslaan 14, 1831, Diegem, Belgium” tiġi sostitwita b'“BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, 67063 Ludwigshafen — il-Ġermanja”;

(3)

Il-punt (a) tal-Anness jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(a)   Detentur tal-awtorizzazzjoni:

Isem

:

BASF Agricultural Solutions Seed US LLC

Indirizz

:

100 Park Avenue, Florham Park, New Jersey 07932 — l-Istati Uniti tal-Amerka

Irrappreżentata minn BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, 67063 Ludwigshafen — il-Ġermanja.”

Artikolu 12

Emenda għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2451

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2451 hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 7 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 7

Detenturi tal-awtorizzazzjoni

Id-detenturi tal-awtorizzazzjoni għandhom ikunu

(a)

BASF Agricultural Solutions Seed US LLC — l-Istati Uniti, irrappreżentata minn BASF SE — il-Ġermanja;

kif ukoll

(b)

BASF SE, il-Ġermanja, li tirrappreżenta lil M.S. Technologies, LLC — l-Istati Uniti.”

(2)

Fl-Artikolu 9, “Bayer CropScience N.V., J.E. Mommaertslaan 14, 1831 Diegem, il-Belġju” hija sostwita bi “BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, 67063 Ludwigshafen — il-Ġermanja”;

(3)

Il-punt (a) tal-Anness jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(a)   L-applikanti u d-detenturi tal-awtorizzazzjoni:

Isem

:

BASF Agricultural Solutions Seed US LLC

Indirizz

:

100 Park Avenue, Florham Park, New Jersey 07932 — l-Istati Uniti tal-Amerka

Irrappreżentata minn BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, 67063 Ludwigshafen — il-Ġermanja;

kif ukoll

Isem

:

BASF SE — il-Ġermanja

Indirizz

:

Carl-Bosch-Str. 38, 67063 Ludwigshafen — il-Ġermanja

F'isem M.S. Technologies LLC, 103, Avenue D, West Point, Iowa 52656 — l-Istati Uniti tal-Amerika.”

Artikolu 13

Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, 67063 Ludwigshafen — il-Ġermanja.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Lulju 2019.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/730/KE tat-8 ta' Settembru 2008 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, li huma magħmula, jew li ġejjin mis-sojja modifikata ġenetikament A2704-12 (ACS-GMØØ5-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 247, 16.9.2008, p. 50).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/837/KE tad-29 ta' Ottubru 2008 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn LLCotton25 (ACS-GHØØ1-3) modifikat ġenetikament skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 299, 8.11.2008, p. 36).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/184/KE tal-10 ta' Marzu 2009 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom jew li huma prodotti miż-żrieragħ tal-kolza T45 (ACS-BNØØ8-2) immodifikati ġenetikament li jirriżultaw mit-tqegħid fis-suq ta' dawn iż-żrieragħ tal-kolza fil-pajjiżi terzi sal-2005 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 68, 13.3.2009, p. 28).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/354/UE tas-17 ta' Ġunju 2011 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, li jkunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qoton GHB614 (BCS-GHØØ2-5) modifikat ġenetikament skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 90).

(6)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/81/UE tal-10 ta' Frar 2012 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom is-sojja modifikata ġenetikament A5547-127 (ACS-GMØØ6-4), li jikkonsistu jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 40, 14.2.2012, p. 10).

(7)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/327/UE tal-25 ta' Ġunju 2013 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' ikel li fih jew jikkonsisti minn żrieragħ tal-lift modifikati ġenetikament li huma ż-żrieragħ tal-lift Ms8, Rf3 u Ms8 × Rf3, jew ikel u għalf prodotti minn dawk l-organiżmi modifikati ġenetikament skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 175, 27.6.2013, p. 57).

(8)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/690 tal-24 ta' April 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom il-qoton modifikat ġenetikament GHB614 × LLCotton25 (BCS-GHØØ2-5 × ACS-GHØØ1-3) jew li jkunu magħmula jew prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 112, 30.4.2015, p. 35).

(9)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/697 tal-24 ta' April 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum T25 (ACS-ZMØØ3-2) ġenetikament modifikat u li ġġedded il-prodotti eżistenti tal-qamħirrum T25 (ACS-ZMØØ3-2) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament u tal-Kunsill (ĠU L 112, 30.4.2015, p. 66).

(10)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/699 tal-24 ta' April 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom il-qoton modifikat ġenetikament T304-40 (BCS-GHØØ4-7), jew li jkunu magħmula jew prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 112, 30.4.2015, p. 77).

(11)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1215 tat-22 ta' Lulju 2016 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew huma prodotti mill-fażola tas-sojja modifikata ġenetikament FG72 (MST-FGØ72-2) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 199, 26.7.2016, p. 16).

(12)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1208 tal-4 ta' Lulju 2017 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, li jikkonsistu minn jew ikunu prodotti mill-qoton ġenetikament modifikat GHB119 (BCS-GHØØ5-8), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU L 173, 6.7.2017, p. 23).

(13)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2451 tal-21 ta' Diċembru 2017 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, li jikkonsistu minn jew li jkunu prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata FG72 × A5547-127, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU L 346, 28.12.2017, p. 20).


12.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/50


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1196

tal-11 ta' Lulju 2019

dwar il-parteċipazzjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq fir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat il-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Bl-ittra lill-President tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2019, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (ir-“Renju Unit”) innotifika l-intenzjoni tiegħu li jipparteċipa fir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

(2)

Billi ma hemm l-ebda kundizzjoni speċifika marbuta mal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fir-Regolament (UE) 2018/1727, mhumiex meħtieġa miżuri tranżitorji.

(3)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fir-Regolament (UE) 2018/1727 tiġi kkonfermata.

(4)

Ir-Regolament (UE) 2018/1727 daħal fis-seħħ fil-11 ta' Diċembru 2018 u japplika mit-12 ta' Diċembru 2019.

(5)

Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit ressaq in-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). It-Trattati se jieqfu japplikaw għar-Renju Unit mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim dwar il-ħruġ jew, fin-nuqqas ta' dan, sentejn wara li tkun saret in-notifika, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi qbil mar-Renju Unit, ma jiddeċidix b'mod unanimu li jestendi dak il-perjodu.

(6)

Il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2) (il- “Ftehim dwar il-Ħruġ”) ġie miftiehem bejn l-Unjoni u l-gvern tar-Renju Unit f'Novembru 2018 iżda l-proċeduri interni meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu għadhom ma tlestewx. Il-Parti Erbgħa tal-Ftehim dwar il-Ħruġ jipprevedi perjodu tranżitorju, li jibda mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. Matul il-perjodu tranżitorju il-liġi tal-Unjoni se tibqa' tapplika għar-Renju Unit u fit-territorju tiegħu b'konformità mal-Ftehim dwar il-Ħruġ.

(7)

Fit-22 ta' Marzu 2019, id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/476 (3), bi ftehim mar-Renju Unit, il-perjodu msemmi fl-Artikolu 50(3) tat-TUE ġie estiż sat-22 ta' Mejju 2019 fl-eventwalità li l-House of Commons tapprova l-Ftehim dwar il-Ħruġ sad-29 ta' Marzu 2019 jew, jekk dan ma jseħħx, sat-12 ta' April 2019. Il-House of Commons ma approvax il-Ftehim dwar il-Ħruġ sad-29 ta' Marzu 2019. Fil-11 ta' April 2019, id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/584 (4), bi ftehim mar-Renju Unit, il-perjodu skont l-Artikolu 50(3) TUE reġa' ġie estiż sal-31 ta' Ottubru 2019. Fuq talba min-naħa tar-Renju Unit, dak il-perjodu jista' jerġa' jiġi estiż permezz ta' deċiżjoni unanima tal-Kunsill Ewropew meħuda bi ftehim mar-Renju Unit. Barra minn hekk, ir-Renju Unit jista' jirrevoka n-notifika dwar l-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni fi kwalunkwe ħin.

(8)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) 2018/1727 se japplika għar-Renju Unit u fit-territorju tiegħu biss jekk ir-Renju Unit jkun Stat Membri fit-12 ta' Diċembru 2019 jew jekk il-Ftehim dwar il-Ħruġ ikun daħal fis-seħħ sa dik id-data.

(9)

Skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 21, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ b'urġenza fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-parteċipazzjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq fir-Regolament (UE) 2018/1727 hija kkonfermata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Lulju 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  Ir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 138).

(2)  ĠU C 144I, 25.4.2019, p. 1.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/476 meħuda bi qbil mar-Renju Unit tat-22 ta' Marzu 2019 li testendi l-perjodu taħt l-Artikolu 50(3) TUE (ĠU L 80 I, 22.3.2019, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/584 meħuda bi qbil mar-Renju Unit tal-11 ta' April 2019 li testendi l-perjodu skont l-Artikolu 50(3) TUE (ĠU L 101, 11.4.2019, p. 1).