ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 177

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
2 ta' Lulju 2019


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1121 tal-25 ta' Ġunju 2019 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1122 tat-12 ta' Marzu 2019 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-funzjonament tar-Reġistru tal-Unjoni ( 1 )

3

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1123 tat-12 ta' Marzu 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 389/2013 rigward l-implimentazzjoni teknika tat-tieni perjodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kjoto ( 1 )

63

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1124 tat-13 ta' Marzu 2019 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/1122 fir-rigward tal-funzjonament tar-Reġistru tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

66

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1125 tal-5 ta' Ġunju 2019 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-kelat taż-żingu tas-sulfat tal-metijonina bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali ( 1 )

77

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1126 tal-25 ta' Ġunju 2019 li jdaħħal isem fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti Jambon du Kintoa (DOP)

81

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1127 tal-4 ta' Ottubru 2018 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.45359 — 2017/C (ex 2016/N) li s-Slovakkja qiegħda tippjana li timplimenta għal Jaguar Land Rover Slovakia s.r.o. (notifikata bid-dokument C(2018) 6545)  ( 1 )

82

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1128 tal-1 ta' Lulju 2019 dwar id-drittijiet ta' aċċess għar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza u għat-tweġibiet maħżuna fir-Repożitorju Ċentrali Ewropew u li tħassar id-Deċiżjoni 2012/780/UE ( 1 )

112

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

2.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1121

tal-25 ta' Ġunju 2019

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91(1), l-Artikolu 100(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-23 ta' April 2007 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja ftehim ta' kummerċ ħieles (“FTA”) ma' Stati Membri tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN). Dik l-awtorizzazzjoni pprevediet il-possibbiltà ta' negozjati bilaterali.

(2)

Fis-22 ta' Diċembru 2009, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tibda negozjati bilaterali għal FTA ma' Stati Membri individwali tal-ASEAN. F'Ġunju 2012, il-Kummissjoni nediet negozjati bilaterali dwar FTA mal-Vjetnam, li għandhom jitmexxew f'konformità mad-direttivi ta' negozjati eżistenti.

(3)

In-negozjati għal Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam (il-“Ftehim”) ġew konklużi.

(4)

Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar f'isem l-Unjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam (il-“Ftehim”) huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim. (1)

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta' Ġunju 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

A. ANTON


(1)  It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


REGOLAMENTI

2.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/3


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1122

tat-12 ta' Marzu 2019

li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-funzjonament tar-Reġistru tal-Unjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19(3) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2003/87/KE jesiġi li l-kwoti kollha maħruġa mill-1 ta' Jannar 2012 'il quddiem jinżammu f'Reġistru tal-Unjoni. Tali Reġistru tal-Unjoni kien inizjalment stabbilit mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 920/2010 (2).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 (3) ħassar ir-Regolament (UE) Nru 920/2010 sabiex jistabbilixxi rekwiżiti ġenerali, operazzjonali u ta' manutenzjoni fir-rigward tar-Reġistru tal-Unjoni għall-perjodu ta' skambju li jibda fl-1 ta' Jannar 2013 u l-perjodi sussegwenti, fir-rigward tar-reġistru indipendenti tat-tranżazzjonijiet previst fl-Artikolu 20(1) tad-Direttiva 2003/87/KE u fir-rigward tar-reġistri previsti fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(3)

Ir-Reġistru tal-Unjoni jiżgura l-kontabbiltà preċiża tat-tranżazzjonijiet taħt is-sistema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra fl-Unjoni (ETS tal-UE), kif stabbilit mid-Direttiva 2003/87/KE. Ir-Reġistru tal-Unjoni huwa bażi ta' data elettronika standardizzata u sigura li fiha elementi ta' data komuni maħsuba sabiex jintraċċaw il-ħruġ, iż-żamma, it-trasferiment u l-kanċellazzjoni, kif applikabbli, tal-kwoti, u sabiex jipprevedu l-aċċess pubbliku u l-kunfidenzjalità, kif xieraq. Dan jenħtieġ li jiżgura li ma jsirux trasferimenti li jkunu inkompatibbli mal-obbligi li jirriżultaw mid-Direttiva 2003/87/KE.

(4)

Perjodu ġdid ta' leġiżlazzjoni mifruxa mal-ekonomija kollha ser jibda japplika mill-2021, li huwa l-bidu ta' perjodu ġdid għall-ETS tal-UE. Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-implimentazzjoni u l-funzjonament tas-sistema tar-reġistri jkunu konformi wkoll mar-rekwiżiti stabbiliti għal dan il-perjodu ġdid.

(5)

Id-Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) li temenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jiżdiedu t-tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u l-investimenti għal emissjonijiet baxxi ta' karbonju, li jeħtieġu bidliet fir-Reġistru tal-Unjoni. Id-dispożizzjonijiet introdotti minn dawk l-emendi japplikaw għall-perjodi mill-2021.

(6)

Skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2003/87/KE, il-kwoti maħruġa mill-1 ta' Jannar 2013 'il quddiem huma validi b'mod indefinit. Madankollu, mill-2021 'il quddiem, il-kwoti għandhom jinkludu indikazzjoni tal-perjodu ta' skambju tal-ħolqien tagħhom. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu pprovduti l-funzjonalitajiet xierqa fir-Reġistru tal-Unjoni. L-indikazzjoni li turi f'liema perjodu ta' għaxar snin inħolqu l-kwoti jenħtieġ li tkun viżibbli biss għad-detenturi tal-kontijiet fejn dan ikun meħtieġ sabiex issir distinzjoni bejn il-kwoti maħluqa f'fażi waħda minn dawk maħluqa f'fażi oħra. Dan huwa l-każ matul it-tranżizzjoni mit-tielet perjodu ta' skambju għar-raba' wieħed, filwaqt li jitqies il-fatt li l-kwoti maħluqa fil-perjodu li jibda fl-2021 huma validi biss għall-emissjonijiet mill-1 ta' Jannar 2021 'il quddiem.

(7)

Barra minn hekk, jenħtieġ li tiġi applikata restrizzjoni għaċ-ċediment tal-kwoti sabiex jiġi żgurat li l-kwoti jistgħu jintużaw biss għall-emissjonijiet mill-ewwel sena tal-perjodu ta' għaxar snin li fih ikunu nħarġu. Ir-regoli għall-kalkolu tal-figura tal-istat ta' konformità huma meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-konformità ma' din ir-restrizzjoni.

(8)

Id-Direttiva (UE) 2018/410 ħassret il-paragrafu 7 tal-Artikolu 11b tad-Direttiva 2003/87/KE. Għalhekk, l-użu ta' krediti internazzjonali fl-ETS tal-UE mhux ser ikun possibbli aktar fil-perjodu ta' skambju li jibda mill-1 ta' Jannar 2021. Konsegwentement, ma jista' jinżamm ebda kreditu internazzjonali fuq il-kontijiet tal-ETS u l-intitolamenti għal krediti internazzjonali ma jibqgħux jeżistu. Madankollu, sakemm jiġu konklużi l-operazzjonijiet kollha meħtieġa fir-rigward tal-perjodu ta' skambju bejn l-2013 u l-2020, l-użu ta' krediti internazzjonali u, konsegwentement, ta' intitolamenti għal krediti internazzjonali, jenħtieġ li jinżamm. L-unitajiet mhux eliġibbli jenħtieġ li jitneħħew mill-kontijiet tal-ETS wara t-tmiem tal-applikabbiltà kontinwa tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 389/2013.

(9)

Wara l-klassifikazzjoni tal-kwoti tal-emissjonijiet li jikkonsistu fi kwalunkwe unità rikonoxxuta għall-konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2003/87/KE bħala “strumenti finanzjarji” skont id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), huwa xieraq li r-regoli li jirregolaw ir-Reġistru tal-Unjoni jiġu adattati sabiex ikunu allinjati mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tas-suq finanzjarju sa fejn huwa meħtieġ, b'mod partikolari billi jiżguraw l-għoti ta' informazzjoni rilevanti li tippermetti l-infurzar effettiv tad-Direttiva 2014/65/UE u tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

(10)

F'konformità mad-Direttiva 2014/65/UE u mar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), l-istrumenti finanzjarji għandhom jiġu identifikati permezz ta' Numri Internazzjonali għall-Identifikazzjoni tat-Titoli (kodiċi ISIN) definiti fl-ISO 6166. Sabiex jiġi ffaċilitat it-twettiq tal-obbligi ta' rapportar mid-detenturi tal-kontijiet, il-kodiċijiet ISIN għall-kwoti tal-emissjonijiet jenħtieġ li jintwerew fir-Reġistru tal-Unjoni.

(11)

L-implimentazzjoni bla xkiel tal-proċess tal-irkantar skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 (9), li tirriżulta primarjament mill-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni tal-proċess tal-irkantar u mill-fatt li, mit-3 ta' Jannar 2018, il-kwoti tal-emissjonijiet fuq il-post elenkati fil-punt (11) tat-Taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE huma kklassifikati bħala strumenti finanzjarji, tirrikjedi emendi għar-Regolament (UE) Nru 389/2013. B'mod partikolari, din il-klassifikazzjoni tfisser li l-kwoti tal-emissjonijiet fuq il-post jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). L-emendi huma meħtieġa sabiex il-proċessi li jkopru l-irkantijiet f'dan ir-Regolament jiġu allinjati aħjar mar-rekwiżiti tad-Direttiva 98/26/KE, inkluża l-implimentazzjoni armonizzata tagħhom skont il-liġi nazzjonali, fejn meħtieġ, għall-finijiet tal-irkantar tal-kwoti tal-emissjonijiet.

(12)

Billi l-kwoti jeżistu biss f'forma dematerjalizzata u huma funġibbli, id-dritt għal kwota jenħtieġ li jkun stabbilit mill-eżistenza tiegħu fil-kont tar-Reġistru tal-Unjoni li fih jinżamm. Barra minn hekk, sabiex jitnaqqsu r-riskji assoċjati mat-treġġigħ lura tat-tranżazzjonijiet imdaħħlin fir-Reġistru tal-Unjoni, u mat-tfixkil konsegwenti fis-sistema u fis-suq li jista' jikkawża tali treġġigħ lura, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-kwoti jkunu funġibbli għal kollox. B'mod partikolari, it-tranżazzjonijiet jistgħu jitreġġgħu lura, jiġu rrevokati jew jinħallu biss skont ir-regoli tar-Reġistru, fi żmien perjodu stabbilit minn dawk ir-regoli. Jenħtieġ li xejn f'dan ir-Regolament ma jżomm detentur ta' kont jew parti terza milli jeżerċitaw kull dritt jew pretensjoni li jirriżultaw mit-tranżazzjoni bażika li huma jista' jkollhom skont il-liġi għal irkupru jew restituzzjoni fir-rigward ta' tranżazzjoni li tkun daħlet f'sistema, pereżempju f'każ ta' frodi jew żball tekniku, sakemm dan ma jwassalx biex it-tranżazzjoni titreġġa' lura, tkun revokata jew maħlula. Barra minn hekk, jenħtieġ li tiġi protetta l-akkwiżizzjoni ta' kwota in bona fede.

(13)

Ir-responsabbiltajiet ewlenin tal-amministratur ċentrali jenħtieġ li jkunu li jipprovdi, iħaddem u jżomm ir-Reġistru tal-Unjoni u r-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (EUTL), li jiġġestixxi l-kontijiet ċentrali u li jwettaq operazzjonijiet li jitwettqu b'mod ċentrali. Ir-responsabbiltajiet ewlenin tal-amministraturi nazzjonali jenħtieġ li jkunu li jkunu l-punt ta' kuntatt mad-detenturi tal-kontijiet rispettivi tagħhom fir-Reġistru tal-Unjoni u li jwettqu l-operazzjonijiet kollha li jinvolvu kuntratt dirett magħhom, inklużi l-ftuħ, is-sospensjoni tal-aċċess u l-għeluq tal-kontijiet.

(14)

Fejn l-Istati Membri jallokaw il-kwoti bla ħlas abbażi tal-Artikolu 10c tad-Direttiva 2003/87/KE, dawn il-kwoti jenħtieġ li jinħarġu f'konformità mal-Artikolu 10c ta' dik id-Direttiva.

(15)

Ir-Regolament (UE) 2017/2392 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) emenda d-Direttiva 2003/87/KE. Dik l-emenda estendiet id-deroga mill-obbligi tal-ETS tal-UE għal titjiriet lejn u minn pajjiżi terzi sal-31 ta' Diċembru 2023. Għaldaqstant, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru li jibbenifikaw mid-deroga għandhom ikomplu jirċievu kwoti bla ħlas sa dik id-data. Mill-1 ta' Jannar 2021, in-numru ta' kwoti allokati bla ħlas lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru huwa soġġett għall-applikazzjoni tal-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2003/87/KE.

(16)

L-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/87/KE jistabbilixxi li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jittrasferixxu, sat-28 ta' Frar ta' kull sena, in-numru ta' kwoti allokati bla ħlas lill-operaturi għal dik is-sena. Meta dik id-Direttiva tipprevedi l-kalkolu mill-ġdid tan-numru ta' kwoti allokati lil operatur, l-amministratur ċentrali jenħtieġ li jiżgura li l-kalkolu mill-ġdid tal-allokazzjoni jsir f'konformità mad-Direttiva 2003/87/KE u l-bidliet meħtieġa jsiru fir-Reġistru tal-Unjoni u fl-EUTL qabel ma l-awtorità kompetenti nazzjonali tkun tista' tittrasferixxi l-kwoti lill-operatur ikkonċernat.

(17)

F'dan ir-Regolament ma hemm xejn li għandu jipprevjeni lil awtorità kompetenti milli titlob lil operatur sabiex jittrasferixxi għadd ta' kwoti, riċevuti 'l fuq mill-allokazzjoni aġġustata tiegħu għas-sena rilevanti, għall-Kont tal-Allokazzjonijiet tal-UE f'każijiet fejn tkun saret allokazzjoni żejda ta' kwoti, inkluż b'riżultat ta' żball fl-allokazzjoni oriġinali jew minħabba li l-operatur ikun naqas milli jissottometti b'mod sħiħ jew korrett l-informazzjoni rilevanti lill-awtorità kompetenti, bil-kundizzjoni li l-amministratur ċentrali jkun għamel bidla fit-tabella tal-allokazzjonijiet nazzjonali tal-Istat Membru.

(18)

Il-kwoti maħruġa wara li operatur ikun waqqaf l-attivitajiet imwettqa fl-installazzjoni li magħhom ikunu relatati dawk il-kwoti, mingħajr ma jkun għarraf lill-awtorità kompetenti minn qabel, ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala kwoti tal-emissjonijiet skont it-tifsira tad-Direttiva 2003/87. Dan jimplika li, f'każ li l-allokazzjoni żejda tirriżulta mill-operatur li ma jirrapportax il-waqfien tal-produzzjoni, jenħtieġ li jkun possibbli li mill-kont ta' depożitu ta' operatur jitneħħa l-għadd korrispondenti ta' kwoti, anki mingħajr l-approvazzjoni tal-operatur.

(19)

Jenħtieġ li jiġu applikati rekwiżiti adegwati u armonizzati dwar il-ftuħ tal-kontijiet, l-awtentikazzjoni u d-drittijiet ta' aċċess sabiex tkun protetta s-sigurtà tal-informazzjoni miżmuma fir-Reġistru tal-Unjoni, kif ukoll sabiex jiġu evitati l-frodi. Ir-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (UE) Nru 389/2013 jenħtieġ li jiġu riveduti u aġġornati bl-iskop li tiġi żgurata l-effettività tagħhom, filwaqt li titqies il-proporzjonalità. Għalkemm l-amministraturi tar-Reġistru tal-Unjoni mhumiex direttament soġġetti għar-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), ir-rekwiżiti u l-miżuri ta' salvagwardja ta' dik id-Direttiva huma riflessi wkoll fir-regoli li jirregolaw il-ftuħ u ż-żamma tal-kontijiet fir-Reġistru tal-Unjoni, b'attenzjoni speċjali għall-informazzjoni tas-sidien benefiċjarji. Ir-regoli fir-Regolament (UE) Nru 389/2013 jenħtieġ li jiġu riveduti sabiex l-amministraturi nazzjonali jkunu jistgħu jadattaw il-proċeduri tagħhom għar-riskju attwali rrappreżentat minn azzjoni partikolari.

(20)

Jekk dokument oriġinali, li joriġina minn Stat Membru ieħor, jew kopja ċċertifikata tiegħu, jiġu sottomessi bħala evidenza taħt l-Annessi IV jew VIII, ir-regoli tar-Regolament (UE) 2016/1191 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) jenħtieġ li jiġu applikati kif xieraq.

(21)

L-amministraturi nazzjonali, l-amministratur ċentrali u l-Kummissjoni għandhom jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), u r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), fejn dawn ikunu applikabbli għall-informazzjoni miżmuma u pproċessata skont dan ir-Regolament.

(22)

Jenħtieġ li jinżammu rekords li jikkonċernaw il-proċessi, l-operaturi u l-persuni kollha fis-sistema tar-reġistri, filwaqt li d-data personali li jkun hemm fihom jenħtieġ li titħassar wara l-iskadenza tal-perjodu ta' żamma rilevanti.

(23)

Il-Kummissjoni u l-amministraturi nazzjonali huma kontrolluri konġunti tal-informazzjoni miżmuma u pproċessata skont dan ir-Regolament. Ir-Reġistru tal-Unjoni u l-EUTL iwettqu kompiti li jsiru fl-interess pubbliku. Fil-każ ta' ksur tad-data personali, il-proċeduri ta' notifika rilevanti skont il-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data huma applikabbli.

(24)

L-amministraturi nazzjonali, l-amministratur ċentrali u l-Kummissjoni jenħtieġ li jiżguraw li l-informazzjoni miżmuma u pproċessata skont dan ir-Regolament tkun tista' tintuża biss għall-fini tal-funzjonament tar-Reġistru tal-Unjoni.

(25)

Ir-regoli li jirregolaw ir-Reġistru tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu ssimplifikati sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun kwalunkwe piż amministrattiv, mingħajr ma jiġu mminati l-integrità, is-sigurtà jew l-affidabbiltà ambjentali tal-ETS tal-UE. Sabiex jiġu definiti d-direzzjoni u l-firxa tas-simplifikazzjonijiet u t-tnaqqis possibbli, inġabret l-esperjenza prattika tal-amministraturi nazzjonali tar-Reġistru tal-Unjoni u ġew ikkonsultati l-Istati Membri. Ir-regoli ġodda li jirriżultaw għandhom l-intenzjoni li jipprevedu fehim u użu aktar faċli tar-Reġistru tal-Unjoni kemm mill-utenti tiegħu, kif ukoll mill-amministraturi.

(26)

Fejn ikun neċessarju u sakemm ikun hemm bżonn sabiex tkun protetta l-integrità ambjentali tal-EU ETS, l-operaturi tal-avjazzjoni u operaturi oħrajn fl-EU ETS ma jistgħux jużaw il-kwoti maħruġa minn Stat Membru li jkun innotifika lill-Kunsill Ewropew bl-intenzjoni tiegħu li jirtira mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (“TUE”).

(27)

Il-konnessjoni tal-ETS tal-UE ma' skemi oħrajn għall-iskambju tal-emissjonijiet testendi l-opportunitajiet għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, sabiex b'hekk titnaqqas l-ispiża tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. L-operazzjonalizzazzjoni tal-ftehimiet ta' konnessjoni skont l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2003/87/KE tirrikjedi li jsiru għadd ta' adattamenti fir-Reġistru tal-Unjoni. Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 389/2013 jenħtieġ li jiġi emendat sabiex, inter alia, jiġi żgurat ir-rikonoxximent ta' kwoti ta' pajjiżi terzi għall-konformità, ikun permess it-trasferiment ta' tali kwoti, il-ħolqien ta' kontijiet, il-proċessi tat-tranżazzjoni, kif ukoll sabiex jiġu inklużi l-kundizzjonijiet għas-sospensjoni tal-konnessjoni.

(28)

L-operazzjonijiet kollha meħtieġa fir-rigward tat-tielet perjodu ta' skambju tal-EU ETS bejn l-2013 u l-2020 jenħtieġ li jitlestew f'konformità mar-regoli stipulati fir-Regolament (UE) Nru 389/2013. Billi d-Direttiva 2003/87/KE ppermettiet l-użu ta' krediti internazzjonali ġġenerati skont il-Protokoll ta' Kjoto, dak ir-Regolament jenħtieġ li jkompli japplika għal dawk l-operazzjonijiet. Sabiex tiġi pprovduta ċarezza dwar ir-regoli li japplikaw għall-operazzjonijiet kollha relatati mat-tielet perjodu ta' skambju f'konformità mad-Direttiva 2003/87/KE, kif emendata mid-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16), minn naħa, u r-regoli li japplikaw għall-operazzjonijiet kollha relatati mar-raba' perjodu ta' skambju f'konformità mad-Direttiva 2003/87/KE, kif emendata mid-Direttiva (UE) 2018/410, min-naħa l-oħra, il-kamp ta' applikazzjoni ta' dawk id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 389/2013 li jkomplu japplikaw, wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament preżenti, għall-operazzjonijiet relatati mat-tielet perjodu ta' skambju, jenħtieġ li jkun limitat għal dak l-iskop.

(29)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f'konformità mal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta opinjoni fit-18 ta' Ottubru 2018,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

KAPITOLU 1

Suġġett, kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti ġenerali, operazzjonali u ta' manutenzjoni li jikkonċernaw ir-Reġistru tal-Unjoni u r-reġistru tat-tranżazzjonijiet indipendenti previst fl-Artikolu 20(1) tad-Direttiva 2003/87/KE.

Artikolu 2

Kamp ta' Applikazzjoni

Dan ir-Regolament japplika għall-kwoti maħluqa għall-finijiet tal-Iskema għall-Iskambju tal-Emissjonijiet tal-Unjoni Ewropea (ETS tal-UE).

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010 u fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 (17). Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“amministratur ċentrali” tfisser il-persuna maħtura mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2003/87/KE;

(2)

“amministratur nazzjonali” tfisser l-entità responsabbli li timmaniġġja, f'isem Stat Membru, sett ta' kontijiet tal-utenti fil-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru fir-Reġistru tal-Unjoni, maħtur skont l-Artikolu 7;

(3)

“detentur ta' kont” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li jkollha kont fir-Reġistru tal-Unjoni;

(4)

'informazzjoni dwar il-kont' tfisser l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tiftaħ kont jew tirreġistra verifikatur, inkluża l-informazzjoni kollha dwar ir-rappreżentanti assenjati lilhom;

(5)

“awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità jew l-awtoritajiet maħtura minn Stat Membru skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2003/87/KE;

(6)

“verifikatur” tfisser verifikatur kif definit fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 (18);

(7)

“kwoti tal-avjazzjoni” tfisser kwoti maħluqa skont l-Artikolu 3c(2) tad-Direttiva 2003/87/KE, inklużi kwoti maħluqa għall-istess skop, li jirriżultaw mis-sistemi ta' skambju tal-emissjonijiet li huma marbuta mal-ETS tal-UE skont l-Artikolu 25 ta' dik id-Direttiva;

(8)

“kwoti ġenerali” tfisser il-kwoti l-oħrajn kollha maħluqa skont id-Direttiva 2003/87/KE, inklużi kwoti li jirriżultaw mis-sistemi ta' skambju tal-emissjonijiet li huma marbuta mal-ETS tal-UE skont l-Artikolu 25 ta' dik id-Direttiva;

(9)

“proċess” tfisser mezz tekniku awtomatizzat sabiex titwettaq azzjoni b'rabta ma' kont jew unità fir-Reġistru tal-Unjoni;

(10)

“eżekuzzjoni” tfisser il-finalizzazzjoni ta' proċess propost għall-eżekuzzjoni li jista' jirriżulta fi tlestija jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha, jew inkella f'terminazzjoni;

(11)

“jum tax-xogħol” tfisser kwalunkwe jum tas-sena mit-Tnejn sal-Ġimgħa;

(12)

“tranżazzjoni” tfisser proċess fir-reġistru tal-Unjoni li jinvolvi t-trasferiment ta' kwota minn kont wieħed għal ieħor;

(13)

“restituzzjoni” tfisser il-kontabbiltà ta' kwota minn operatur jew minn operatur ta' inġenji tal-ajru mal-emissjonijiet ivverifikati tal-installazzjoni jew mill-inġenji tal-ajru tagħhom;

(14)

“tħassir” tfisser id-disponiment definittiv ta' kwota mid-detentur tagħha mingħajr ma tiġi kontabbilizzata għall-emissjonijiet ivverifikati;

(15)

“ħasil tal-flus” tfisser ħasil tal-flus kif definit fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva (UE) 2015/849;

(16)

“delitt” tfisser delitt kif definit fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva (UE) 2015/849;

(17)

“finanzjament tat-terroriżmu” tfisser finanzjament tat-terroriżmu kif definit fl-Artikolu 1(5) tad-Direttiva (UE) 2015/849;

(18)

“diretturi” tfisser il-persuni li jwettqu responsabbiltajiet maniġerjali kif definiti fl-Artikolu 3(1) il-punt (25) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014;

(19)

“impriża omm” tfisser impriża omm kif definita fl-Artikolu 2(9) tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19);

(20)

“impriża sussidjarja” tfisser impriża sussidjarja kif definita fl-Artikolu 2(10) tad-Direttiva 2013/34/UE;

(21)

“grupp” tfisser grupp kif definit fl-Artikolu 2(11) tad-Direttiva 2013/34/UE;

(22)

“kontroparti ċentrali” tfisser kontroparti ċentrali kif definita fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20);

KAPITOLU 2

Is-sistema tar-reġistri

Artikolu 4

Reġistru tal-Unjoni

1.   L-amministratur ċentrali għandu jħaddem u jżomm ir-Reġistru tal-Unjoni, inkluża l-infrastruttura teknika tiegħu.

2.   L-Istati Membri għandhom jużaw ir-Reġistru tal-Unjoni għall-finijiet tal-issodisfar tal-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/87/KE. Ir-Reġistru tal-Unjoni għandu jipprovdi lill-amministraturi nazzjonali u lid-detenturi ta' kontijiet bil-proċessi stabbiliti f'dan ir-Regolament.

3.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jikkonforma mar-rekwiżiti tal-ħardwer, tan-netwerk, tas-softwer u tas-sigurtà stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u ta' skambju tad-data previsti fl-Artikolu 75 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

1.   B'dan qed jiġi stabbilit Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (EUTL), li għandu jieħu l-forma ta' bażi tad-data elettronika standardizzata, skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2003/87/KE, għal tranżazzjonijiet fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.   L-amministratur ċentrali għandu jħaddem u jżomm l-EUTL f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

3.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li l-EUTL ikun kapaċi jivverifika u jirreġistra l-proċessi kollha msemmija f'dan ir-Regolament, u għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tal-ħardwer, tan-netwerk u tas-softwer stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u ta' skambju tad-data previsti fl-Artikolu 75 ta' dan ir-Regolament.

4.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li l-EUTL ikun kapaċi jirreġistra l-proċessi kollha deskritti fil-Kapitolu 3 tat-Titolu I, u fit-Titoli II u III.

Artikolu 6

Konnessjonijiet ta' komunikazzjoni bejn ir-reġistri u l-EUTL

1.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jżomm konnessjoni ta' komunikazzjoni mar-reġistri tal-iskemi għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra li magħhom ikun hemm fis-seħħ ftehim ta' konnessjoni f'konformità mal-Artikolu 25 tad-Direttiva 2003/87/KE għall-finijiet tal-komunikazzjoni tat-tranżazzjonijiet bil-kwoti.

2.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jżomm konnessjoni ta' komunikazzjoni diretta mal-EUTL għall-finijiet tal-verifika u r-reġistrazzjoni tat-tranżazzjonijiet bil-kwoti u l-proċessi ta' ġestjoni tal-kontijiet stabbiliti fil-Kapitolu 3 tat-Titolu I. It-tranżazzjonijiet kollha li jinvolvu unitajiet ta' kwoti għandhom isiru fir-Reġistru tal-Unjoni u għandhom jiġu rreġistrati u vverifikati mill-EUTL. L-amministratur ċentrali jista' jistabbilixxi konnessjoni ta' komunikazzjoni ristretta bejn l-EUTL u r-reġistru ta' pajjiż terz li jkun iffirma trattat li jikkonċerna l-adeżjoni tiegħu mal-Unjoni.

Artikolu 7

Amministraturi nazzjonali

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar amministratur nazzjonali. L-Istat Membru għandu jaċċessa u jamministra skont l-Artikolu 10 il-kontijiet tiegħu stess u l-kontijiet fir-Reġistru tal-Unjoni taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu permezz tal-amministratur nazzjonali tiegħu kif definit fl-Anness I.

2.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li ma jkunx hemm kunflitt ta' interess fost l-amministraturi nazzjonali, l-amministratur ċentrali u d-detenturi ta' kontijiet.

3.   Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni l-identità u d-dettalji ta' kuntatt tal-amministratur nazzjonali tiegħu, inkluż numru tat-telefown ta' emerġenza li jista' jintuża fil-każ ta' inċident ta' sigurtà.

4.   Il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament mal-amministraturi nazzjonali ta' kull Stat Membru u mal-amministratur ċentrali. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha ssegwi l-konsultazzjonijiet kollha xierqa f'konformità mat-Trattati dwar il-kwistjonijiet u l-proċeduri relatati mat-tħaddim ta' reġistri rregolati skont dan ir-Regolament u mal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. It-termini tal-kooperazzjoni, miftiehma bejn l-amministratur ċentrali u l-amministraturi nazzjonali għandhom jinkludu proċeduri operazzjonali komuni għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, proċeduri ta' ġestjoni tal-inċidenti u l-bidliet għar-Reġistru tal-Unjoni, speċifikazzjonijiet tekniċi għall-funzjonament u l-affidabbiltà tar-Reġistru tal-Unjoni u l-EUTL u dispożizzjonijiet għall-kompiti tal-kontrolluri tad-data personali miġbura skont dan ir-Regolament. It-termini tal-kooperazzjoni jistgħu jinkludu l-modalitajiet tal-konsolidazzjoni tal-konnessjonijiet esterni tal-komunikazzjoni, l-infrastruttura tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-proċeduri ta' aċċess għall-kontijiet tal-utenti. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni armonizzata tal-Kapitolu 3 tat-Titolu I, kull sentejn, l-amministratur ċentrali għandu jipprovdi lill-amministraturi nazzjonali rapport dwar il-prattiki rilevanti fis-seħħ f'kull Stat Membru.

5.   L-amministratur ċentrali, l-awtoritajiet kompetenti u l-amministraturi nazzjonali għandhom iwettqu biss dawk il-proċessi li huma meħtieġa sabiex jaqdu d-dmirijiet rispettivi tagħhom, kif stabbilit fid-Direttiva 2003/87/KE, kif ukoll il-miżuri adottati skont id-dispożizzjonijiet tagħha.

KAPITOLU 3

Kontijiet

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-kontijiet kollha

Artikolu 8

Kontijiet

1.   L-Istati Membri u l-amministratur ċentrali għandhom jiżguraw li r-Reġistru tal-Unjoni jkun fih kontijiet kif speċifikati fl-Anness I.

2.   Kull tip ta' kont jista' jżomm it-tipi ta' unità kif stabbilit fl-Anness I.

Artikolu 9

Stat ta' kont

1.   Il-kontijiet għandhom ikunu fi status minn dawn li ġejjin: “miftuħ”, “imblukkat”, “għeluq pendenti” jew “magħluq”. Għal snin partikolari, il-kontijiet jista' jkollhom ukoll l-istatus “eskluż”.

2.   Ma jista' jinbeda l-ebda proċess minn kontijiet imblukkati, għajr għall-proċessi speċifikati fl-Artikoli 22, 31 u 56.

3.   Qabel ma jingħalaq kont, dan jista' jiġi ssettjat għal status ta' “għeluq pendenti” għall-perjodu tar-rimedji disponibbli kontra l-għeluq jew sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-għeluq, iżda mhux itwal minn 10 snin. Ma jista' jinbeda l-ebda proċess minn kontijiet fi status ta' “għeluq pendenti”, ma jkunux jistgħu jinkisbu unitajiet u l-aċċess kollu għal dawn il-kontijiet għandu jiġi sospiż. Kont li jkollu l-istatus ta' “għeluq pendenti” jista' jiġi ssettjat għal “miftuħ” biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha għall-ftuħ ta' kont.

4.   Ma jista' jinbeda l-ebda proċess minn kontijiet magħluqin. Kont magħluq ma jistax jerġa' jinfetaħ, u ma jagħmilx akkwist ta' unitajiet.

5.   Malli installazzjoni tkun eskluża mill-ETS tal-UE skont l-Artikoli 27 jew 27a tad-Direttiva 2003/87/KE, l-amministratur nazzjonali għandu jissettja l-kont ta' depożitu ta' operatur korrispondenti għal status ta' “eskluż” għat-tul tal-esklużjoni.

6.   Malli tasal notifika mingħand l-awtorità kompetenti li t-titjiriet ta' operatur ta' inġenji tal-ajru ma għadhomx inklużi fl-ETS tal-UE f'konformità mal-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE f'sena partikolari, l-amministratur nazzjonali għandu jissettja l-kont ta' depożitu ta' operatur ta' inġenji tal-ajru korrispondenti għal status ta' “eskluż”, wara li jkun ta avviż minn qabel lill-opertatur tal-inġenji tal-ajru kkonċernat u sakemm tasal notifika mingħand l-awtorità kompetenti li t-titjiriet tal-operatur tal-inġenji tal-arju ġew inklużi mill-ġdid fl-ETS tal-UE.

7.   Ma jista' jinbeda l-ebda proċess minn kontijiet esklużi, għajr għall-proċessi speċifikati fl-Artikoli 22 u 57 u l-proċessi speċifikati fl-Artikoli 31 u 56 li jikkorrespondu għall-perjodu fejn l-istatus tal-kont ma jkunx ġie ssettjat għal “eskluż”.

Artikolu 10

L-amministrazzjoni tal-kontijiet

1.   Kull kont għandu jkollu amministratur li għandu jkun responsabbli li jamministra l-kont f'isem l-Istat Membru jew f'isem l-Unjoni.

2.   L-amministratur ta' kont għandu jiġi stabbilit għal kull tip ta' kont kif indikat fl-Anness I.

3.   L-amministratur ta' kont għandu jiftaħ, jissospendi l-aċċess għal, jew jagħlaq kont, ibiddel l-istatus tiegħu, japprova rappreżentanti awtorizzati, jippermetti bidliet fid-dettalji ta' kont li jkunu jeħtieġu l-approvazzjoni tal-amministratur, jibda tranżazzjonijiet kif mitlub mir-rappreżentant tal-kont jew mid-detentur tal-kont f'konformità mal-Artikolu 20(6) u (7) u jibda tranżazzjonijiet skont l-istruzzjonijiet mogħtija mill-awtorità kompetenti jew mill-awtorità rilevanti għall-infurzar tal-liġi f'konformità ma' dan ir-Regolament.

4.   L-amministratur jista' jitlob li d-detenturi tal-kont u r-rappreżentanti tagħhom jaqblu li jikkonformaw ma' termini u kundizzjonijiet raġonevoli li jkunu konsistenti ma' dan ir-Regolament wara li jqisu l-kwistjonijiet stabbiliti fl-Anness II.

5.   Kontijiet għandhom ikunu rregolati mil-liġijiet u jkunu fil-ġuriżdizzjoni tal-Istat Membru tal-amministratur tagħhom, u l-unitajiet miżmumin fihom għandhom jitqiesu li jkunu jinsabu fit-territorju ta' dak l-Istat Membru.

Artikolu 11

Notifiki mill-amministratur ċentrali

L-amministratur ċentrali għandu jinnotifika lir-rappreżentanti ta' kont u lill-amministratur nazzjonali bil-proposta għall-eżekuzzjoni u t-tlestija jew it-terminazzjoni ta' kwalunkwe proċess relatat mal-kont, kif ukoll bit-tibdil tal-istatus tal-kont, permezz ta' mekkaniżmu awtomatizzat deskritt fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u ta' skambju tad-data previsti fl-Artikolu 75. In-notifiki għandhom jintbagħtu bil-lingwa/i uffiċjali tal-Istat Membru tal-amministratur tal-kont.

Taqsima 2

Ftuħ u aġġornament ta' kontijiet

Artikolu 12

Ftuħ ta' kontijiet amministrati mill-amministratur ċentrali

L-amministratur ċentrali għandu jiftaħ il-kontijiet kollha tal-ġestjoni tal-ETS fir-Reġistru tal-Unjoni.

Artikolu 13

Il-ftuħ ta' kont ta' kunsinna ta' kollateral ta' rkant fir-Reġistru tal-Unjoni

1.   Sistema ta' kklerjar jew sistema tas-saldu kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 1031/2010, li hija konnessa ma' pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26 jew l-Artikolu 30 ta' dak ir-Regolament, tista' tissottometti lill-amministratur nazzjonali talba għall-ftuħ ta' kont ta' kunsinna ta' kollateral ta' rkant fir-Reġistru tal-Unjoni. Il-persuna li titlob il-kont għandha tagħti l-informazzjoni stipulata fl-Anness IV.

2.   Fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta jirċievi sett sħiħ ta' informazzjoni f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u skont l-Artikolu 21, l-amministratur nazzjonali għandu jiftaħ il-kont ta' kunsinna ta' kollateral ta' rkant fir-Reġistru tal-Unjoni, jew jgħarraf lill-persuna li tkun qed titlob il-kont bir-rifjut tiegħu li jiftaħ il-kont, skont l-Artikolu 19.

3.   Il-kwoti miżmuma f'kont ta' kunsinna ta' kollateral ta' rkant għandhom jikkostitwixxu kollateral kif definit fl-Artikolu 2(m) tad-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Għall-finijiet tal-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 98/26/KE, kont ta' kunsinna ta' kollateral ta' rkant miżmum fir-Reġistru tal-Unjoni għandu jikkostitwixxi l-kont rilevanti u għandu jitqies li jinsab fi, u li huwa rregolat mil-liġijiet ta', l-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 10(5) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 14

Ftuħ ta' kontijiet ta' depożitu ta' operatur fir-Reġistru tal-Unjoni

1.   Fi żmien 20 jum tax-xogħol mid-dħul fis-seħħ ta' permess għal emissjonijiet ta' gassijiet serra, l-awtorità kompetenti rilevanti jew l-operatur għandhom jagħtu lill-amministratur nazzjonali rilevanti l-informazzjoni stipulata fl-Anness V, u għandhom jitolbu lill-amministratur nazzjonali li jiftaħ kont ta' depożitu ta' operatur fir-Reġistru tal-Unjoni.

2.   Fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta jirċievi sett sħiħ ta' informazzjoni f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u skont l-Artikolu 21, l-amministratur nazzjonali għandu jiftaħ kont ta' depożitu ta' operatur għal kull installazzjoni fir-Reġistru tal-Unjoni, jew jgħarraf lid-detentur ta' kont prospettiv bir-rifjut tiegħu li jiftaħ il-kont, skont l-Artikolu 19.

3.   Kont ta' depożitu ta' operatur ġdid jista' jinfetaħ biss jekk l-installazzjoni ma jkollhiex diġà kont ta' depożitu ta' operatur li nfetaħ abbażi tal-istess permess għall-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra.

Artikolu 15

Ftuħ ta' kontijiet ta' depożitu ta' operatur ta' inġenji tal-ajru fir-Reġistru tal-Unjoni

1.   Fi żmien 20 jum tax-xogħol mill-approvazzjoni tal-pjan ta' monitoraġġ ta' operatur ta' inġenji tal-ajru, l-awtorità kompetenti jew l-operatur ta' inġenji tal-ajru għandhom jagħtu lill-amministratur nazzjonali rilevanti l-informazzjoni stipulata fl-Anness VII, u għandhom jitolbu lill-amministratur nazzjonali li jiftaħ kont ta' depożitu ta' operatur ta' inġenji tal-ajru fir-Reġistru tal-Unjoni.

2.   Kull operatur ta' inġenji tal-ajru għandu jkollu kont ta' depożitu wieħed ta' operatur ta' inġenji tal-ajru.

3.   L-operaturi ta' inġenji tal-ajru li jwettqu attivitajiet ta' avjazzjoni b'emissjonijiet annwali totali ta' inqas minn 25 000 tunnellata ta' ekwivalenti ta' diossidu tal-karbonju fis-sena, jew li joperaw inqas minn 243 titjira kull perjodu għal tliet perjodi konsekuttivi ta' erba' xhur, jistgħu jagħtu mandat lil persuna fiżika jew entità ġuridika sabiex tiftaħ kont ta' depożitu ta' operatur ta' inġenji tal-ajru u sabiex iċċedi l-kwoti skont l-Artikolu 12(2a) tad-Direttiva 2003/87/KE f'isimhom. Ir-responsabbiltà għall-konformità tibqa' tal-operatur ta' inġenji tal-ajru. Meta jaħtru l-persuna fiżika jew l-entità ġuridika, l-operatur tal-inġenju tal-ajru għandu jiżgura li ma jkunx hemm kunflitt ta' interess bejn il-persuna maħtura jew l-entità jew l-awtoritajiet kompetenti, l-amministraturi nazzjonali, il-verifikaturi jew korpi oħra soġġetti għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/87/KE u l-atti adotatti għall-implimentazzjoni tagħha. F'dan il-każ, il-persuna fiżika jew l-entità ġuridika mogħtija mandat għandha tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa f'konformità mal-paragrafu 1.

4.   Fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta jirċievi sett sħiħ ta' informazzjoni f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u skont l-Artikolu 21, l-amministratur nazzjonali għandu jiftaħ kont ta' depożitu ta' operatur ta' inġenji tal-ajru għal kull operatur ta' inġenji tal-ajru fir-Reġistru tal-Unjoni, jew jgħarraf lid-detentur ta' kont prospettiv bir-rifjut tiegħu li jiftaħ il-kont, skont l-Artikolu 19.

5.   Operatur ta' inġenji tal-ajru għandu jkollu kont ta' depożitu wieħed biss ta' operatur ta' inġenji tal-ajru.

Artikolu 16

Il-ftuħ ta' kontijiet ta' skambju fir-Reġistru tal-Unjoni

1.   Talba għall-ftuħ ta' kont ta' skambju fir-Reġistru tal-Unjoni għandha tiġi sottomessa lill-amministratur nazzjonali mid-detentur ta' kont prospettiv. Id-detentur prospettiv ta' kont għandu jagħti informazzjoni kif rikjesta mill-amministratur nazzjonali, li għandha tinkludi mill-anqas l-informazzjoni murija fl-Anness IV.

2.   L-Istat Membru tal-amministratur nazzjonali jista' jesiġi, bħala kundizzjoni għall-ftuħ ta' kont ta' skambju, li d-detenturi ta' kontijiet prospettivi jkollhom ir-residenza permanenti jew ir-reġistrazzjoni tagħhom fl-Istat Membru tal-amministratur nazzjonali li jamministra l-kont.

3.   L-Istat Membru tal-amministratur nazzjonali jista' jesiġi, bħala kundizzjoni għall-ftuħ ta' kont ta' skambju, li d-detenturi ta' kontijiet prospettivi jkunu rreġistrati għat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fl-Istat Membru tal-amministratur nazzjonali tal-kont.

4.   Fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta jirċievi sett sħiħ ta' informazzjoni f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u skont l-Artikolu 21, l-amministratur nazzjonali għandu jiftaħ kont ta' skambju fir-Reġistru tal-Unjoni, jew jgħarraf lid-detentur ta' kont prospettiv bir-rifjut tiegħu li jiftaħ il-kont, skont l-Artikolu 19.

Artikolu 17

Ftuħ ta' kontijiet ta' depożitu nazzjonali fir-Reġistru tal-Unjoni

L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru għandha tagħti struzzjoni lill-amministratur nazzjonali biex jiftaħ kont ta' depożitu nazzjonali tiegħu fir-Reġistru tal-Unjoni fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta jirċievi l-informazzjoni murija fl-Anness III.

Artikolu 18

Ir-reġistrazzjoni tal-verifikaturi fir-Reġistru tal-Unjoni

1.   Talba għar-reġistrazzjoni ta' verifikatur fir-Reġistru tal-Unjoni għandha tiġi sottomessa lill-amministratur nazzjonali. Il-persuna li titlob ir-reġistrazzjoni għandha tipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-amministratur nazzjonali, inkluża l-informazzjoni stipulata fl-Annessi III u V.

2.   Fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta jirċievi sett sħiħ ta' informazzjoni skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u skont l-Artikolu 21, l-amministratur nazzjonali għandu jirreġistra l-verifikatur fir-Reġistru tal-Unjoni jew jgħarraf lill-verifikatur prospettiv bir-rifjut, skont l-Artikolu 19.

Artikolu 19

Ir-rifjut tal-ftuħ ta' kont jew tar-reġistrazzjoni ta' verifikatur

1.   L-amministratur nazzjonali għandu jivverifika jekk l-informazzjoni u d-dokumenti pprovduti għall-ftuħ ta' kont jew għar-reġistrazzjoni humiex kompleti, aġġornati, preċiżi u veri.

Fil-każ ta' dubji ġustifikati, l-amministratur nazzjonali jista' jitlob assistenza minn amministratur nazzjonali ieħor fit-twettiq tal-verifika msemmija fl-ewwel subparagrafu. L-amministratur li jkun irċieva talba bħal din jista' jirrifjutaha. Id-detentur tal-kont jew il-verifikatur prospettiv jista' jitlob espliċitament lill-amministratur nazzjonali sabiex jitlob tali assistenza. L-amministratur nazzjonali għandu jgħarraf lid-detentur jew verifikatur ta' kont prospettiv b'tali talba għal assistenza.

2.   Amministratur nazzjonali jista' jirrifjuta li jiftaħ kont jew li jirreġistra verifikatur:

(a)

jekk l-informazzjoni u d-dokumenti pprovduti jkunu inkompleti, mhux aġġornati, jew inkella skorretti jew foloz;

(b)

jekk awtorità għall-infurzar tal-liġi tipprovdi informazzjoni jew jekk l-informazzjoni tkun disponibbli b'mezzi oħrajn għal amministratur nazzjonali li d-detentur prospettiv tal-kont, jew, jekk hija persuna ġuridika, kwalunkwe wieħed mid-diretturi tad-detentur prospettiv tal-kont, qiegħed jiġi investigat jew kien ikkundannat fil-ħames snin preċedenti għal frodi li jinvolvu kwoti, ħasil tal-flus, finanzjament tat-terroriżmu jew delitti oħrajn li għalihom il-kont jista' jkun strument;

(c)

jekk l-amministratur nazzjonali jkollu motivi raġonevoli sabiex jemmen li l-kontijiet jistgħu jintużaw għal frodi li tinvolvi kwoti, ħasil tal-flus, finanzjament tat-terroriżmu jew delitti oħrajn;

(d)

għal raġunijiet stabbiliti fid-dritt nazzjonali.

3.   Meta l-amministratur nazzjonali jirrifjuta li jiftaħ kont ta' depożitu ta' operatur jew kont ta' depożitu ta' operatur tal-inġenji tal-ajru f'konformità mal-paragrafu 2, il-kont jista' jinfetaħ fuq struzzjoni mill-awtorità kompetenti. L-aċċess kollu għall-kont għandu jiġi sospiż f'konformità mal-Artikolu 30(4) sakemm ir-raġunijiet għar-rifjut elenkati fil-paragrafu 2 ma jibqgħux aktar preżenti.

4.   Jekk l-amministratur nazzjonali jirrifjuta li jiftaħ kont, il-persuna li tkun qed titlob il-ftuħ ta' kont tista' toġġezzjona mal-awtorità kompetenti jew mal-awtorità rilevanti skont id-dritt nazzjonali, li għandha jew tagħti struzzjoni lill-amministratur nazzjonali sabiex jiftaħ il-kont jew inkella tikkonferma r-rifjut f'deċiżjoni motivata, soġġetta għar-rekwiżiti tal-liġi nazzjonali li jfittxu objettiv leġittimu kompatibbli ma' dan ir-Regolament u li jkunu proporzjonati.

Artikolu 20

Rappreżentanti awtorizzati

1.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-rappreżentanti awtorizzati ta' kontijiet fir-Reġistru tal-Unjoni jkunu jistgħu jaċċessaw il-kontijiet rilevanti u jkollhom wieħed mid-drittijiet li ġejjin f'isem id-detentur ta' kont:

(a)

jibda l-proċessi;

(b)

japprova l-proċessi, jekk ikun meħtieġ;

(c)

jibda l-proċessi u japprova l-proċessi mibdija minn rappreżentant awtorizzat ieħor.

2.   Fil-ftuħ, kull kont għandu jkollu mill-inqas żewġ rappreżentanti awtorizzati b'waħda mill-kombinazzjonijiet ta' drittijiet li ġejjin:

(a)

rappreżentant awtorizzat wieħed bid-dritt li jibda l-proċessi u wieħed bid-dritt li japprova l-proċessi;

(b)

rappreżentant awtorizzat wieħed bid-dritt li jibda l-proċessi u japprova l-proċessi mibdija minn rappreżentant awtorizzat ieħor u wieħed bid-dritt li japprova l-proċessi;

(c)

rappreżentant awtorizzat wieħed bid-dritt li jibda l-proċessi u wieħed bid-dritt li jibda l-proċessi u japprova l-proċessi mibdija minn rappreżentant awtorizzat ieħor;

(d)

żewġ rappreżentanti awtorizzati bid-dritt li jibdew il-proċessi u japprovaw il-proċessi mibdija minn rappreżentant awtorizzat ieħor.

3.   Il-verifikaturi għandu jkollhom mill-inqas rappreżentant awtorizzat wieħed li jibda l-proċessi rilevanti f'isem il-verifikatur. Rappreżentant ta' verifikatur ma jistax ikun rappreżentant ta' kont.

4.   Id-detenturi ta' kontijiet jistgħu jiddeċiedu li l-approvazzjoni ta' rappreżentant awtorizzat ieħor mhijiex neċessarja sabiex jiġu proposti trasferimenti għall-eżekuzzjoni għal kontijiet fuq il-lista ta' kontijiet ta' fiduċja stabbilita skont l-Artikolu 23. Id-detentur ta' kont jista' jirtira din id-deċiżjoni. Id-deċiżjoni u l-irtirar tad-deċiżjoni għandhom jiġu kkomunikati f'dikjarazzjoni debitament iffirmata sottomessa lill-amministratur nazzjonali.

5.   Flimkien mar-rappreżentanti awtorizzati speċifikati fil-paragrafi 1 u 2, il-kontijiet jista' jkollhom ukoll rappreżentanti awtorizzati b'aċċess għall-kont “sabiex jinqara biss”.

6.   Jekk rappreżentant awtorizzat ma jkunx jista' jaċċessa r-Reġistru tal-Unjoni għal raġunijiet tekniċi jew għal raġunijiet oħrajn, l-amministratur nazzjonali, f'konformità mad-drittijiet assenjati lil dak ir-rappreżentant awtorizzat, jista' jibda jew japprova t-tranżazzjonijiet f'isem ir-rappreżentant awtorizzat jekk jintalab, sakemm l-amministratur nazzjonali jippermetti talbiet bħal dawn u li l-aċċess tar-rappreżentant awtorizzat ma jkunx ġie sospiż f'konformità ma' dan ir-Regolament.

7.   Jekk ir-rappreżentanti awtorizzati ta' kont ma jkunux jistgħu jaċċessaw ir-Reġistru tal-Unjoni, id-detenturi tal-kontijiet jistgħu jitolbu lill-amministratur nazzjonali sabiex jipproponi proċess għall-eżekuzzjoni f'isimhom, f'konformità ma' dan ir-Regolament, sakemm l-amministratur nazzjonali jippermetti talbiet bħal dawn. Dawn it-talbiet ma jistgħux isiru għal kontijiet fi status “magħluqin”.

8.   L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u ta' skambju tad-data stipulati fl-Artikolu 75 jistgħu jiffissaw numru massimu ta' rappreżentanti awtorizzati għal kull tip ta' kont.

9.   Ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom ikunu persuni fiżiċi ta' 'l fuq minn 18-il sena. Ir-rappreżentanti awtorizzati kollha ta' kont wieħed għandhom ikunu persuni differenti, iżda l-istess persuna tista' tkun rappreżentant awtorizzat fuq aktar minn kont wieħed. L-Istat Membru tal-amministratur nazzjonali jista' jesiġi li mill-inqas wieħed mir-rappreżentanti awtorizzati ta' kont għandu jkun resident permanenti f'dak l-Istat Membru, ħlief għar-rappreżentanti tal-verifikaturi.

Artikolu 21

In-nomina u l-approvazzjoni ta' rappreżentanti awtorizzati

1.   Meta jitlob il-ftuħ ta' kont jew ir-reġistrazzjoni ta' verifikatur, id-detentur jew il-verifikatur ta' kont prospettiv għandu jinnomina għadd ta' rappreżentanti awtorizzati f'konformità mal-Artikolu 20.

2.   Meta jinnomina rappreżentant awtorizzat, id-detentur ta' kont għandu jipprovdi informazzjoni kif mitlub mill-amministratur. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi mill-inqas l-informazzjoni stabbilita fl-Anness VIII.

Jekk ir-rappreżentant awtorizzat prospettiv diġà jkun ġie nnominat għal kont u jekk id-detentur ta' kont jitlob hekk, l-amministratur nazzjonali jista' juża d-dokumentazzjoni li tkun ġiet sottomessa fin-nomina preċedenti għall-finijiet tal-verifika msemmija fil-paragrafu 4.

3.   Fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta jirċievi sett sħiħ ta' informazzjoni mitluba f'konformità mal-paragrafu 2, l-amministratur nazzjonali għandu japprova rappreżentant awtorizzat, jew jgħarraf lid-detentur ta' kont bir-rifjut tiegħu. Fejn l-evalwazzjoni tal-informazzjoni tal-persuna nominata tkun teħtieġ aktar żmien, l-amministratur jista' jestendi l-proċess tal-evalwazzjoni b'mhux aktar minn 20 jum tax-xogħol addizzjonali, u jinnotifika l-estensjoni lid-detentur ta' kont.

4.   L-amministratur nazzjonali għandu jivverifika jekk l-informazzjoni u d-dokumenti pprovduti għan-nomina ta' rappreżentant awtorizzat humiex kompleti, aġġornati, preċiżi u veri.

Fil-każ ta' dubji ġustifikati, l-amministratur nazzjonali jista' jitlob assistenza minn amministratur nazzjonali ieħor fit-twettiq tal-verifika msemmija fl-ewwel subparagrafu. L-amministratur li jkun irċieva talba bħal din jista' jirrifjutaha. Id-detentur tal-kont jew il-verifikatur prospettiv jista' jitlob espliċitament lill-amministratur nazzjonali sabiex jitlob tali assistenza. L-amministratur nazzjonali għandu jgħarraf lid-detentur jew verifikatur ta' kont prospettiv b'tali talba għal assistenza.

5.   Amministratur nazzjonali jista' jirrifjuta li japprova rappreżentant awtorizzat:

(a)

jekk l-informazzjoni u d-dokumenti pprovduti jkunu inkompleti, mhux aġġornati, jew inkella skorretti jew foloz;

(b)

jekk awtorità għall-infurzar tal-liġi tipprovdi informazzjoni jew jekk l-informazzjoni tkun disponibbli b'mezzi oħrajn għal amministratur nazzjonali li d-detentur prospettiv qiegħed jiġi investigat jew kien ikkundannat fil-ħames snin preċedenti għal frodi li jinvolvu kwoti, ħasil tal-flus, finanzjament tat-terroriżmu jew delitti oħrajn li għalihom il-kont jista' jkun strument;

(c)

għal raġunijiet stabbiliti fid-dritt nazzjonali.

6.   Jekk l-amministratur nazzjonali jkun irrifjuta li japprova rappreżentant awtorizzat, id-detentur ta' kont jista' joġġezzjona mal-awtorità rilevanti skont id-dritt nazzjonali, li għandha jew tagħti struzzjoni lill-amministratur nazzjonali sabiex japprova r-rappreżentant jew inkella tikkonferma r-rifjut b'deċiżjoni motivata, soġġetta għar-rekwiżiti tad-dritt nazzjonali li jsegwu objettiv leġittimu kompatibbli ma' dan ir-Regolament, u li jkunu proporzjonati.

Artikolu 22

Aġġornament tal-informazzjoni ta' kont u tal-informazzjoni dwar rappreżentanti awtorizzati

1.   Id-detenturi tal-kontijiet kollha għandhom jinnotifikaw lill-amministratur nazzjonali fi żmien għaxart (10) ijiem tax-xogħol bil-bidliet fl-informazzjoni dwar il-kont. Barra minn hekk, id-detenturi ta' kontijiet għandhom jikkonfermaw mal-amministratur nazzjonali, sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena, li l-informazzjoni dwar il-kont tagħhom għadha kompleta, aġġornata, preċiża u vera.

2.   L-operaturi u l-operaturi ta' inġenji tal-ajru għandhom jinnotifikaw lill-amministratur tal-kont tagħhom fi żmien 10 ijiem tax-xogħol jekk ikunu għaddew minn fużjoni jew qasma.

3.   In-notifika ta' tibdil għandha tkun sostnuta b'informazzjoni kif rikjest mill-amministratur nazzjonali b'konformità ma' din it-Taqsima. Fi żmien 20-il jum tax-xogħol minn meta jirċievi notifika u informazzjoni sustantiva bħal dawk, l-amministratur nazzjonali rilevanti għandu japprova l-aġġornament tal-informazzjoni. L-amministratur jista' jirrifjuta li jaġġorna l-informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 21(4) u (5). Id-detentur ta' kont għandu jkun innotifikat b'kull rifjut bħal dak. L-oġġezzjonijiet għal rifjuti bħal dawn jistgħu jitqajmu mal-awtorità kompetenti jew mal-awtorità rilevanti skont id-dritt nazzjonali f'konformità mal-Artikolu 19(4).

4.   Mill-inqas darba kull tliet snin, l-amministratur nazzjonali għandu jirrevedi jekk l-informazzjoni dwar il-kont tkunx għadha kompleta, aġġornata, preċiża u vera, u għandu jitlob li d-detentur ta' kont jinnotifika kwalunkwe tibdil skont kif ikun xieraq. Għall-kontijiet ta' depożitu ta' operaturi, il-kontijiet ta' depożitu ta' operaturi ta' inġenji tal-ajru u l-verifikaturi, ir-reviżjoni għandha ssir mill-inqas darba kull ħames snin.

5.   Id-detentur ta' kont ta' depożitu ta' operatur jista' biss ibiegħ il-kont tiegħu ta' depożitu ta' operatur jew jiżvesti lilu nnifsu minnu flimkien mal-installazzjoni konnessa mal-kont ta' depożitu ta' operatur.

6.   Soġġett għall-paragrafu 5, l-ebda detentur ta' kont ma jista' jbiegħ il-kont tiegħu lil persuna oħra jew jiżvesti lilu nnifsu milli jkun is-sid tiegħu.

7.   Meta l-entità ġuridika li jkollha kont fir-Reġistru tal-Unjoni tinbidel minħabba fużjoni jew qasma tad-detenturi tal-kont, id-detentur tal-kont għandu jkun is-suċċessur legali tad-detentur ta' kont preċedenti mas-sottomissjoni tad-dokumentazzjoni meħtieġa skont l-Artikoli 14, 15 jew 16.

8.   Rappreżentant awtorizzat ma jistax jittrasferixxi l-istatus tiegħu bħala tali lil persuna oħra.

9.   Detentur ta' kont jew verifikatur jista' jitlob it-tneħħija ta' rappreżentant awtorizzat. Malli jirċievi t-talba, l-amministratur nazzjonali għandu jissospendi l-aċċess tar-rappreżentant awtorizzat. Fi żmien għaxart (20) ijiem tax-xogħol minn meta jirċievi t-talba, l-amministratur rilevanti għandu jneħħi r-rappreżentant awtorizzat.

10.   Detentur ta' kont jista' jinnomina rappreżentanti awtorizzati ġodda f'konformità mal-Artikolu 21.

11.   Jekk l-Istat Membru li jamministra operatur ta' inġenji tal-ajru jinbidel f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18a tad-Direttiva 2003/87/KE, l-amministratur ċentrali għandu jaġġorna lill-amministratur nazzjonali dwar il-kont ta' depożitu ta' operatur ta' inġenji tal-ajru korrispondenti. Meta l-amministratur ta' kont ta' depożitu ta' operatur ta' inġenji tal-ajru jinbidel, l-amministratur il-ġdid jista' jesiġi li l-operatur ta' inġenji tal-ajru jissottometti l-informazzjoni meħtieġa minnu għall-ftuħ ta' kont f'konformità mal-Artikolu 15, kif ukoll l-informazzjoni meħtieġa minnu dwar ir-rappreżentanti awtorizzati f'konformità mal-Artikolu 21.

12.   Soġġett għall-paragrafu 11, l-Istat Membru responsabbli għall-maniġġjar ta' kont m'għandux jinbidel.

Artikolu 23

Lista ta' kontijiet ta' fiduċja

1.   Il-kontijiet fir-Reġistru tal-Unjoni jista' jkollhom lista ta' kontijiet ta' fiduċja.

2.   Il-kontijiet miżmuma mill-istess detentur ta' kont u amministrati mill-istess amministratur nazzjonali għandhom ikunu inklużi awtomatikament fil-lista ta' kontijiet ta' fiduċja.

3.   Il-Kont tal-Allokazzjonijiet tal-UE u l-Kont tat-Tħassir tal-Unjoni għandhom ikunu inklużi awtomatikament fil-lista ta' kontijiet ta' fiduċja

4.   Il-bidliet fil-lista ta' kontijiet ta' fiduċja għandhom jiġu proposti għall-eżekuzzjoni u ffinalizzati permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 35. Il-bidla għandha tinbeda u tiġi approvata minn żewġ rappreżentanti awtorizzati intitolati sabiex jibdew u japprovaw il-proċessi, rispettivament. L-eżekuzzjoni tal-bidla proposta għandha tkun immedjata għat-tħassir tal-kontijiet mil-lista ta' kontijiet ta' fiduċja. Għall-bidliet l-oħrajn kollha fil-lista ta' kontijiet ta' fiduċja, l-eżekuzzjoni għandha sseħħ f'12:00 Ħin tal-Ewropa Ċentrali (CET) fir-raba' jum tax-xogħol wara l-proposta.

Taqsima 3

Għeluq ta' kontijiet

Artikolu 24

Għeluq ta' kontijiet

Soġġett għall-Artikolu 29, fi żmien għaxart (10) ijiem tax-xogħol minn meta jirċievi talba mingħand id-detentur ta' kont minbarra dawk speċifikati fl-Artikoli 25 u 26, l-amministratur għandu jagħlaq il-kont.

Artikolu 25

Għeluq ta' kontijiet ta' depożitu ta' operatur

1.   L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-amministratur nazzjonali fi żmien għaxart (10) ijiem tax-xogħol mill-irtirar ta' permess għall-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra jew l-għarfien tal-waqfien tat-tħaddim ta' installazzjoni. Fi żmien għaxart (10) ijiem tax-xogħol ta' notifika bħal dik, l-amministratur nazzjonali għandu jirreġistra d-data rilevanti fir-Reġistru tal-Unjoni.

2.   L-amministratur nazzjonali jista' jagħlaq kont ta' depożitu ta' operatur jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-installazzjoni waqfet topera jew il-permess għal emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra ġie rtirat;

(b)

is-sena tal-aħħar emissjoni hija rreġistrata fir-Reġistru tal-Unjoni;

(c)

l-emissjonijiet ivverifikati ġew irreġistrati għas-snin kollha meta l-operatur kien inkluż fl-ETS tal-UE;

(d)

l-operatur tal-installazzjoni rilevanti jkun ċeda ammont ta' kwoti ugwali għal jew akbar mill-emissjonijiet ivverifikati tiegħu;

(e)

l-ebda ritorn ta' kwoti żejda ma jkun pendenti skont l-Artikolu 48(4).

Artikolu 26

Għeluq ta' kontijiet ta' depożitu ta' operatur ta' inġenji tal-ajru

1.   L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-amministratur nazzjonali fi żmien għaxart (10) ijiem tax-xogħol min-notifika mid-detentur ta' kont jew minn meta jiġi skopert, wara li tiġi eżaminata evidenza oħra, li l-operatur ta' inġenji tal-ajru ngħaqad ma' operatur ieħor ta' inġenji tal-ajru jew li l-operatur ta' inġenji tal-ajru waqqaf l-operazzjonijiet kollha tiegħu koperti mill-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE.

2.   L-amministratur nazzjonali jista' jagħlaq kont ta' depożitu ta' operatur ta' inġenji tal-ajru jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

tkun saret notifika skont il-paragrafu 1;

(b)

is-sena tal-aħħar emissjoni tiġi rreġistrata fir-Reġistru tal-Unjoni;

(c)

l-emissjonijiet ivverifikati ġew irreġistrati għas-snin kollha meta l-operatur tal-inġenju tal-ajru kien inkluż fl-ETS tal-UE;

(d)

l-operatur ta' inġenji tal-ajru jkun ċeda ammont ta' kwoti ugwali għal jew akbar mill-emissjonijiet ivverifikati tiegħu;

(e)

l-ebda ritorn ta' kwoti żejda ma jkun pendenti skont l-Artikolu 50(6).

Artikolu 27

Tneħħija tal-verifikaturi

1.   Fi żmien għaxart (10) ijiem tax-xogħol minn meta jirċievi talba mingħand verifikatur sabiex ineħħi l-verifikatur mir-Reġistru tal-Unjoni, l-amministratur nazzjonali għandu jneħħi l-verifikatur.

2.   L-awtorità kompetenti tista' wkoll tagħti struzzjoni lill-amministratur nazzjonali sabiex ineħħi verifikatur mir-Reġistru tal-Unjoni meta tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-akkreditazzjoni tal-verifikatur tkun skadiet jew tkun ġiet irtirata;

(b)

il-verifikatur ikun waqaf jopera.

Artikolu 28

Għeluq ta' kontijiet u tneħħija ta' rappreżentanti awtorizzati fuq inizjattiva tal-amministratur

1.   Jekk is-sitwazzjoni li twassal għas-sospensjoni tal-aċċess għall-kontijiet skont l-Artikolu 30 ma tissolviex f'perjodu ta' żmien raġonevoli minkejja notifiki ripetuti, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità rilevanti għall-infurzar tal-liġi tista' tagħti struzzjonijiet lill-amministratur nazzjonali sabiex jagħlaq dawk il-kontijiet li l-aċċess għalihom ikun sospiż.

Fil-każ ta' kontijiet ta' depożitu ta' operatur jew kontijiet ta' depożitu ta' operatur ta' inġenji tal-ajru, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità għall-infurzar tal-liġi rilevanti tista' tagħti struzzjonijiet lill-amministratur nazzjonali sabiex jissettja għal status “imblukkat” dawk il-kontijiet li l-aċċess għalihom ikun sospiż, sakemm l-awtorità kompetenti tiddetermina li s-sitwazzjoni li tat lok għas-sospensjoni ma għadhiex teżisti.

2.   Jekk fuq kont ta' skambju ma tkun ġiet irreġistrata ebda tranżazzjoni għal perjodu ta' sena, l-amministratur nazzjonali jista' jagħlaq dak il-kont ta' skambju wara li jkun innotifika lid-detentur ta' kont li l-kont ta' skambju jkun ser jingħalaq fi żmien 40 jum tax-xogħol, sakemm l-amministratur nazzjonali ma jirċevix talba sabiex il-kont jinżamm. Jekk l-amministratur nazzjonali ma jirċevix talba bħal din mingħand id-detentur ta' kont, l-amministratur nazzjonali jista' jagħlaq il-kont jew jissettja l-istatus tiegħu għal “għeluq pendenti”.

3.   L-amministratur nazzjonali għandu jagħlaq kont ta' depożitu ta' operatur jew kont ta' depożitu ta' operatur ta' inġenji tal-ajru meta jingħata struzzjoni mingħand l-awtorità kompetenti abbażi li ma jkun hemm ebda prospett raġonevoli ta' kwoti ulterjuri li jiġu ċeduti jew kwoti żejda li jiġu rritornati.

4.   L-amministratur nazzjonali jista' jneħħi rappreżentant awtorizzat jekk iqis li l-approvazzjoni tar-rappreżentant awtorizzat kellha tiġi rrifjutata f'konformità mal-Artikolu 21(3) u, b'mod partikolari, jekk jiskopri li d-dokumenti u l-informazzjoni dwar l-identifikazzjoni pprovduti man-nomina kienu inkompleti, mhux aġġornati, jew inkella skorretti jew foloz.

5.   Id-detentur ta' kont jista' joġġezzjona għall-bidla fl-istatus ta' kont f'konformità mal-paragrafu 1 jew għat-tneħħija ta' rappreżentant awtorizzat f'konformità mal-paragrafu 4 mal-awtorità kompetenti skont id-dritt nazzjonali fi żmien 30 jum tal-kalendarju, li għandha jew tagħti struzzjoni lill-amministratur nazzjonali sabiex jerġa' jdaħħal il-kont jew ir-rappreżentant awtorizzat jew inkella jżomm il-bidla tal-istatus tal-kont jew it-tneħħija b'deċiżjoni motivata, soġġett għar-rekwiżiti tad-dritt nazzjonali li jsegwu objettiv leġittimu kompatibbli ma' dan ir-Regolament, u li jkunu proporzjonati.

Artikolu 29

Bilanċ pożittiv f'kontijiet qed jingħalqu

Jekk ikun hemm bilanċ pożittiv ta' kwoti f'kont li amministratur ikollu jagħlaq f'konformità mal-Artikoli 24, 25, 26 u 28, l-amministratur għandu jitlob lid-detentur tal-kont sabiex jispeċifika kont ieħor li fih għandhom jiġu ttrasferiti tali kwoti. Jekk id-detentur tal-kont ma jkunx wieġeb għat-talba tal-amministratur fi żmien 40 jum tax-xogħol, l-amministratur jista' jittrasferixxi l-kwoti għall-kont ta' depożitu nazzjonali tiegħu jew jissettja l-istatus tal-kont għal “għeluq pendenti”.

Taqsima 4

Sospensjoni ta' aċċess għal kontijiet

Artikolu 30

Sospensjoni ta' aċċess għal kontijiet

1.   Amministratur jista' jissospendi l-aċċess ta' rappreżentant awtorizzat għal kwalunkwe kont jew verifikatur fir-reġistru jew għal proċessi li dak ir-rappreżentant awtorizzat kien xort'oħra jkollu aċċess għalihom jekk l-amministratur ikollu motivi raġonevoli sabiex jemmen li r-rappreżentant awtorizzat kien:

(a)

ipprova jkollu aċċess għal kontijiet jew għal proċessi li għalihom ma jkunx awtorizzat;

(b)

ripetutament ipprova jkollu aċċess għal kont jew għal proċess billi uża username u password inkorretti; jew

(c)

ipprova jikkomprometti s-sigurtà, id-disponibbiltà, l-integrità jew il-kunfidenzjalità tar-Reġistru tal-Unjoni jew tal-EUTL, jew id-data maniġġjata jew maħżuna hemmhekk.

2.   Amministratur jista' jissospendi l-aċċess kollu tar-rappreżentanti awtorizzati għal kont speċifiku jew verifikatur meta tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

id-detentur ta' kont ikun miet jew ma jkunx għadu jeżisti bħala persuna ġuridika;

(b)

id-detentur ta' kont ma jkunx ħallas tariffi;

(c)

id-detentur ta' kont ikun kiser it-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli għall-kont;

(d)

id-detentur ta' kont ma jkunx qabel ma' tibdiliet fit-termini u kundizzjonijiet stabbiliti mill-amministratur nazzjonali jew mill-amministratur ċentrali;

(e)

id-detentur ta' kont ma jkunx innotifika l-bidliet fl-informazzjoni dwar kont, jew ma jkunx ipprovda evidenza li tikkonċerna l-bidliet fl-informazzjoni dwar kont, jew evidenza li tikkonċerna rekwiżiti ġodda rigward l-informazzjoni dwar kont;

(f)

id-detentur ta' kont ikun naqas li jżomm il-konformità mar-rekwiżit tal-Istat Membru li jkollu rappreżentant awtorizzat b'residenza permanenti fl-Istat Membru tal-amministratur nazzjonali;

(g)

id-detentur ta' kont ikun naqas li jżomm il-konformità mar-rekwiżit tal-Istat Membru li d-detentur ta' kont ikollu residenza permanenti jew reġistrazzjoni fl-Istat Membru tal-amministratur tal-kont.

3.   Amministratur jista' jissospendi l-aċċess kollu tar-rappreżentanti awtorizzati għal kont speċifiku jew verifikatur fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

għal perjodu massimu ta' erba' ġimgħat jekk l-amministratur ikollu motivi raġonevoli sabiex jemmen li l-kont intuża jew ikun ser jintuża għal frodi, ħasil tal-flus, finanzjament tat-terroriżmu jew reati gravi oħra. F'dan il-każ, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 67 għandhom jiġu applikati kif xieraq. Fuq struzzjoni mill-unità tal-intelligence finanzjarja, il-perjodu jista' jiġi estiż;

(b)

skont u abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jfittxu għan leġittimu.

4.   L-amministratur nazzjonali jista' jissospendi l-aċċess kollu tar-rappreżentanti awtorizzati għal kontijiet jew verifikaturi speċifiċi jekk huwa jqis li l-ftuħ tal-kont jew ir-reġistrazzjoni tal-verifikatur kellhom jiġu rrifjutati f'konformità mal-Artikolu 19, jew li d-detentur tal-kont ma għadux jissodisfa r-rekwiżiti għall-ftuħ tal-kont.

5.   L-amministratur nazzjonali jista' jissospendi l-aċċess kollu tar-rappreżentanti awtorizzati għall-kontijiet kollha ta' detentur ta' kont jekk jirċievi informazzjoni li d-detentur tal-kont sar is-suġġett ta' proċeduri ta' insolvenza. Din is-sospensjoni tista' tinżamm sakemm l-amministratur nazzjonali jirċievi informazzjoni uffiċjali dwar min għandu d-drittijiet li jirrappreżenta lid-detentur tal-kont u r-rappreżentanti awtorizzati jiġu kkonfermati jew jiġu nnominati rappreżentanti awtorizzati ġodda f'konformità mal-Artikolu 21.

6.   L-amministratur tal-kont għandu jirtira s-sospensjoni immedjatament malli s-sitwazzjoni li tkun ikkawżat is-sospensjoni tinħall.

7.   Id-detentur ta' kont jew ir-rappreżentant ta' kont jista' joġġezzjona għas-sospensjoni tal-aċċess tiegħu f'konformità mal-paragrafi 1 sa 3 mal-awtorità kompetenti jew mal-awtorità rilevanti skont id-dritt nazzjonali fi żmien 30 jum kalendarju, li jistgħu jew jagħtu struzzjoni lill-amministratur nazzjonali sabiex jerġa' jdaħħal l-aċċess jew inkella jżomm is-sospensjoni f'deċiżjoni motivata, soġġett għar-rekwiżiti tal-liġi nazzjonali li jfittxu objettiv leġittimu kompatibbli ma' dan ir-Regolament u li jkunu proporzjonati.

8.   L-awtorità kompetenti jew il-Kummissjoni tista' wkoll tagħti struzzjoni lill-amministratur nazzjonali jew lill-amministratur ċentrali sabiex jimplimenta sospensjoni għal waħda mir-raġunijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 5.

9.   Awtorità nazzjonali għall-infurzar tal-liġi tal-Istat Membru tal-amministratur tista' titlob ukoll lill-amministratur sabiex jimplimenta sospensjoni abbażi ta' u f'konformità mad-dritt nazzjonali.

10.   Fejn id-detentur ta' kont ta' depożitu ta' operatur jew ta' kont ta' depożitu ta' operatur ta' inġenji tal-ajru ma jitħalliex jirrestitwixxi fl-għaxart (10) ijiem tax-xogħol qabel l-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 12(2a) u (3) tad-Direttiva 2003/87/KE minħabba sospensjoni skont dan l-Artikolu, l-amministratur nazzjonali għandu, jekk hekk jintalab mid-detentur tal-kont, jirrestitwixxi l-għadd ta' kwoti speċifikati mid-detentur tal-kont.

11.   Jekk ikun hemm bilanċ pożittiv ta' kwoti fuq kont li l-aċċess għalih ġie sospiż, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità rilevanti għall-infurzar tal-liġi, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali rilevanti, jistgħu jagħtu struzzjonijiet lill-amministratur nazzjonali sabiex jittrasferixxi minnufih il-kwoti għall-kont nazzjonali rilevanti jew jissettja l-istatus tal-kont għal “għeluq pendenti”.

TITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAR-REĠISTRU TAL-UNJONI GĦALL-ISKEMA GĦALL-ISKAMBJU TA' KWOTI TAL-EMISSJONIJIET TAL-UNJONI

KAPITOLU 1

Emissjonijiet verifikati u konformità

Artikolu 31

Data dwar l-emissjonijiet ivverifikati għal installazzjoni jew għal operatur ta' inġenji tal-ajru

1.   Kull fejn rikjest mil-liġi nazzjonali, kull operatur u kull operatur ta' inġenji tal-ajru għandhom jagħżlu verifikatur mil-lista ta' verifikaturi reġistrati mal-amministratur nazzjonali li jamministra l-kont tagħhom.

2.   L-amministratur nazzjonali, l-awtorità kompetenti jew, fuq deċiżjoni tal-awtorità kompetenti, id-detentur ta' kont jew il-verifikatur, għandhom idaħħlu data dwar l-emissjonijiet għas-sena preċedenti.

3.   Id-data dwar l-emissjonijiet annwali għandha tiġi sottomessa billi jintuża l-format stabbilit fl-Anness IX.

4.   Malli ssir verifika sodisfaċenti f'konformità mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2003/87/KE ta' rapport ta' operatur dwar l-emissjonijiet minn installazzjoni matul sena preċedenti, jew ta' rapport ta' operatur ta' inġenji tal-ajru dwar l-emissjonijiet mill-attivitajiet kollha tal-avjazzjoni li huwa jkun wettaq matul sena preċedenti, il-verifikatur jew l-awtorità kompetenti għandhom japprovaw id-data dwar l-emissjonijiet annwali.

5.   L-emissjonijiet approvati f'konformità mal-paragrafu 4 għandhom jiġu mmarkati bħala 'vverifikati' fir-Reġistru tal-Unjoni mill-amministratur nazzjonali jew mill-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi li minflok l-amministratur nazzjonali, il-verifikatur għandu jkun responsabbli għall-immarkar tal-emissjonijiet bħala 'vverifikati' fir-Reġistru tal-Unjoni. L-emissjonijiet kollha approvati għandhom jiġu mmarkati 'vverifikati' sal-31 ta' Marzu.

6.   L-awtorità kompetenti tista' tagħti struzzjoni lill-amministratur nazzjonali sabiex jikkoreġi l-emissjonijiet annwali vverifikati għal installazzjoni jew lil operatur ta' inġenji tal-ajru sabiex jiżgura l-konformità mal-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2003/87/KE, billi jdaħħlu l-emissjonijiet ivverifikati jew stmati korretti għal dik l-installazzjoni jew għal operatur ta' inġenji tal-ajru għal sena partikolari fir-Reġistru tal-Unjoni.

7.   Fejn, fl-1 ta' Mejju ta' kull sena, ma tkun ġiet irreġistrata ebda figura tal-emissjonijiet ivverifikati fir-Reġistru tal-Unjoni għal installazzjoni jew għal operatur ta' inġenji tal-ajru għal sena preċedenti, jew ikun intwera li l-figura tal-emissjonijiet ivverifikati hija skorretta, kwalunkwe stima sostituta tal-figura tal-emissjonijiet imdaħħla fir-Reġistru tal-Unjoni għandha tiġi kkalkolata sal-eqreb figura possibbli f'konformità mal-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2003/87/KE.

Artikolu 32

Imblokkar ta' kontijiet minħabba nuqqas ta' sottomissjoni tal-emissjonijiet ivverifikati

1.   Jekk, fl-1 ta' April ta' kull sena, l-emissjonijiet annwali ta' installazzjoni jew ta' operatur ta' inġenji tal-ajru għas-sena preċedenti ma jkunux iddaħħlu u ġew immarkati bħala 'vverifikati' fir-Reġistru tal-Unjoni, l-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jistabbilixxi l-kont ta' depożitu ta' operatur jew il-kont ta' depożitu ta' operatur ta' inġenji tal-ajru korrispondenti għal status ta' “imblokkat”.

2.   Meta l-emissjonijiet ivverifikati kollha tal-installazzjoni jew ta' operatur ta' inġenji tal-ajru, li jkunu għadhom ma daħlux għal dik is-sena, ikunu ddaħħlu fir-Reġistru tal-Unjoni, l-amminsitratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jqiegħed il-kont fi stat miftuħ.

Artikolu 33

Kalkolu tal-figuri tal-istatus ta' konformità

1.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li, fl-1 ta' Mejju ta' kull sena, ir-Reġistru tal-Unjoni jindika l-figura tal-istatus ta' konformità għas-sena preċedenti għal kull installazzjoni u għal kull operatur ta' inġenji tal-ajru b'kont ta' depożitu ta' operatur jew b'kont ta' depożitu ta' operatur ta' inġenji tal-ajru li ma jkunx fi status magħluq billi jikkalkula t-total tal-kwoti kollha ċeduti għall-perjodu kurrenti li minnu jitnaqqas it-total tal-emissjonijiet ivverifikati fil-perjodu kurrenti sa u inkluża s-sena preċedenti, biż-żieda ta' fattur ta' korrezzjoni. Il-figura tal-istatus ta' konformità ma għandhiex tiġi kkalkolata għall-kontijiet li kellhom il-figura tal-istatus ta' konformità preċedenti tagħhom żero jew pożittiva u s-sena tal-aħħar emissjonijiet ġiet iffissata għal sena qabel is-sena preċedenti. Il-kalkolu ma għandux iqis iċ-ċediment tal-kwoti maħruġa għal perjodu sussegwenti għall-perjodu ta' konformità kurrenti.

L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jikkalkula l-figura tal-istatus ta' konformità qabel l-għeluq tal-kont skont l-Artikoli 25 u 26.

2.   Għall-perjodi ta' skambju 2008-2012 u 2013-2020, il-fattur ta' korrezzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun żero jekk il-figura tal-istatus ta' konformità tal-aħħar sena tal-perjodu preċedenti kienet akbar minn żero, iżda għandha tibqa' l-istess bħall-figura tal-istatus ta' konformità tal-aħħar sena tal-perjodu preċedenti jekk din il-figura tkun inqas minn jew ugwali għal żero. Għall-perjodi ta' skambju li jibdew mill-1 ta' Jannar 2021, il-fattur ta' korrezzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun l-istess bħall-figura tal-istatus ta' konformità tal-aħħar sena tal-perjodu preċedenti.

3.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jirreġistra ċ-ċifra ta' stat tal-konformità għal kull installazzjoni u għal kull operatur ta' inġenji tal-ajru għal kull sena.

KAPITOLU 2

Tranżazzjonijiet

Taqsima 1

Ġenerali

Artikolu 34

Tranżazzjonijiet biss espressament imsemmijin f'dan ir-Regolament għal kull tip ta' kont għandhom jinbdew b'dak it-tip ta' kont.

Artikolu 35

Eżekuzzjoni ta' trasferimenti

1.   Għat-tranżazzjonijiet kollha speċifikati f'dan il-Kapitolu, għandha tintalab konferma 'l barra mill-kanal fiss ta' komunikazzjoni mir-Reġistru tal-Unjoni qabel ma t-tranżazzjoni tkun tista' tiġi proposta għall-eżekuzzjoni. Soġġett għall-Artikolu 20(4), tranżazzjoni għandha tiġi proposta għall-eżekuzzjoni biss meta rappreżentant awtorizzat ikun beda u rappreżentant ta' kont ieħor ikun approva t-tranżazzjoni 'l barra mill-kanal fiss ta' komunikazzjoni.

2.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li t-trasferimenti kollha speċifikati fl-Artikolu 55 għall-kontijiet indikati fuq il-lista ta' kontijiet ta' fiduċja jiġu eżegwiti minnufih jekk ikunu proposti għall-eżekuzzjoni bejn l-10:00 u l-16:00 CET fil-jiem tax-xogħol.

Trasferiment għall-kontijiet indikati fuq il-lista ta' kontijiet ta' fiduċja proposti għall-eżekuzzjoni fi kwalunkwe ħin ieħor għandu jiġi eżegwit fl-istess jum tax-xogħol fl-10:00 CET, jekk ikun propost għall-eżekuzzjoni qabel l-10:00 CET, jew fil-jum tax-xogħol ta' wara fl-10:00 CET, jekk ikun propost għall-eżekuzzjoni wara l-16:00 CET.

3.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li t-trasferimenti kollha speċifikati fl-Artikolu 55 għal kontijiet mhux indikati fuq il-lista ta' kontijiet ta' fiduċja u t-trasferimenti minn Kont ta' Kunsinna ta' Kollateral ta' Rkant, proposti għall-eżekuzzjoni qabel 12.00 CET ta' jum tax-xogħol, jiġu eżegwiti f'12.00 CET tal-jum tax-xogħol ta' wara. It-tranżazzjonijiet proposti għall-eżekuzzjoni wara 12.00 CET ta' jum tax-xogħol għandhom jiġu eżegwiti f'12.00 CET tat-tieni jum tax-xogħol wara l-jum tal-proposta għall-eżekuzzjoni.

4.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li t-trasferimenti jiġu ffinalizzati qabel l-16.00 CET fil-jum tal-eżekuzzjoni.

5.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jippermetti t-twaqqif ta' tranżazzjoni, li huwa soġġett għar-regoli ta' eżekuzzjoni stabbiliti fil-paragrafu 3, qabel l-eżekuzzjoni tagħha. Rappreżentant awtorizzat jista' jibda jwaqqaf tranżazzjoni mill-inqas sagħtejn qabel l-eżekuzzjoni tagħha. Jekk it-twaqqif ta' tranżazzjoni jkun inbeda minħabba suspett ta' frodi, id-detentur tal-kont għandu jirrapportah minnufih lill-awtorità nazzjonali kompetenti għall-infurzar tal-liġi. Dak ir-rapport għandu jintbagħat lill-amministratur nazzjonali fi żmien 7 ijiem tax-xogħol.

6.   Jekk rappreżentant ta' kont jew id-detentur ta' kont jissuspetta li trasferiment, li huwa soġġett għar-regoli ta 'eżekuzzjoni fil-paragrafu 3, ġie propost għall-eżekuzzjoni b'mod frodulenti, mhux aktar tard minn sagħtejn qabel l-eżekuzzjoni tiegħu, ir-rappreżentant ta' kont jew id-detentur ta' kont jista' jitlob lill-amministratur nazzjonali, jew lill-amministratur ċentrali, fejn xieraq, sabiex iwaqqaf it-trasferiment f'isem ir-rappreżentant tal-kont jew id-detentur tal-kont. Id-detentur tal-kont għandu jirrapporta s-suspett ta' frodi lill-awtorità nazzjonali kompetenti għall-infurzar tal-liġi minnufih wara t-talba. Dak ir-rapport għandu jintbagħat lill-amministratur nazzjonali jew lill-amministratur ċentrali, fejn xieraq, fi żmien 7 ijiem tax-xogħol.

7.   Malli ssir proposta għall-eżekuzzjoni, għandha tintbagħat notifika lir-rappreżentanti kollha tal-kontijiet li tindika l-eżekuzzjoni proposta tat-trasferiment. Malli tinbeda l-eliminazzjoni ta' tranżazzjoni skont il-paragrafu 5, għandha tintbagħat notifika lir-rappreżentanti kollha tal-kontijiet u lill-amministratur nazzjonali li jamministra l-kont.

8.   Għall-finijiet tal-Artikolu 3 (11), l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li, għal sena partikolari, il-festi pubbliċi nazzjonali ma għandhomx jitqiesu bħala jiem tax-xogħol għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament f'dak l-Istat Membru. Tali deċiżjoni għandha tispeċifika dawk il-jiem u għandha tiġi ppubblikata sal-1 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel is-sena kkonċernata.

Artikolu 36

In-natura tal-kwoti u l-finalità tat-tranżazzjonijiet

1.   Kwota għandha tikkostitwixxi strument funġibbli u dematerjalizzat li jista' jiġi skambjat fis-suq.

2.   In-natura dematerjalizzata tal-kwoti għandha timplika li r-rekord tar-Reġistru tal-Unjoni għandu jikkostitwixxi evidenza prima facie u suffiċjenti tat-titolu fuq kwota u ta' kwalunkwe materja oħra li, permezz ta' dan ir-Regolament, tiġi diretta jew awtorizzata sabiex tiġi rreġistrata fir-Reġistru tal-Unjoni.

3.   Il-funġibbiltà tal-kwoti għandha timplika li kwalunkwe obbligu ta' rkupru jew restituzzjoni li jista' jinħoloq skont il-liġi nazzjonali fir-rigward ta' kwota għandu japplika biss għall-kwota in natura.

Soġġetta għall-Artikolu 58 u għall-proċess ta' rikonċiljazzjoni previst fl-Artikolu 73, tranżazzjoni għandha ssir finali u irrevokabbli mal-finalizzazzjoni tagħha skont l-Artikolu 74. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni jew rimedju skont il-liġi nazzjonali li jista' jirriżulta f'rekwiżit jew ordni sabiex issir tranżazzjoni ġdida fir-Reġistru tal-Unjoni, liġi, regolament, regola jew prattika dwar it-twarrib ta' kuntratti jew tranżazzjonijiet ma għandhomx iwasslu għat-tħollija fir-reġistru ta' tranżazzjoni li tkun saret finali u irrevokabbli skont dan ir-Regolament.

Detentur ta' kont jew parti terza ma għandhomx jinżammu milli jeżerċitaw kwalunkwe dritt jew pretensjoni li jirriżultaw mit-tranżazzjoni sottostanti li jista' jkollhom skont il-liġi, inkluż għall-irkupru, għar-restituzzjoni jew għal ħlas tad-danni, fir-rigward ta' tranżazzjoni li tkun saret finali fir-Reġistru tal-Unjoni, pereżempju f'każ ta' frodi jew żball tekniku, sakemm dan ma jwassalx għat-treġġigħ lura, għar-revoka jew għat-tħollija tat-tranżazzjoni fir-Reġistru tal-Unjoni.

4.   Akkwirent u detentur ta' kwota li jaġixxu in bona fede għandhom jiksbu t-titolu għal kwota mingħajr l-ebda difett fit-titolu tat-trasferent.

Taqsima 2

Il-ħolqien ta' kwoti

Artikolu 37

Il-ħolqien ta' kwoti

1.   L-amministratur ċentrali jista' joħloq Kont ta' Kwantità Totali tal-UE, Kont ta' Kwantità Totali tal-Avjazzjoni tal-UE, Kont ta' Bejgħ bl-Irkant tal-UE u Kont ta' Bejgħ bl-Irkant għall-Avjazzjoni tal-UE, kif xieraq, u għandu joħloq jew jikkanċella l-kontijiet u l-kwoti li jkunu saru meħtieġa permezz ta' atti tal-Unjoni, inkluż kif jista' jkun meħtieġ mid-Direttiva 2003/87/KE jew mill-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010.

2.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jassenja lil kull kwota kodiċi uniku ta' unità ta' identifikazzjoni mal-ħolqien tagħha.

3.   Il-kwoti maħluqa mill-1 ta' Jannar 2021 'il quddiem għandhom jinkludu indikazzjoni li turi f'liema perjodu ta' għaxar snin li jibda mill-1 ta' Jannar 2021 inħolqu.

4.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li l-kodiċijiet ISIN definiti fl-ISO 6166 għall-kwoti jintwerew fir-Reġistru tal-Unjoni.

5.   Soġġett għall-paragrafu 6, il-kwoti li jinħolqu skont it-tabella ta' allokazzjonijiet nazzjonali ta' Stat Membru li jkun innotifika lill-Kunsill Ewropew bl-intenzjoni tiegħu li jirtira mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jew li għandhom jiġu rkantati minn Pjattaforma tal-Irkant maħtura minn tali Stat Membru, għandhom jiġu identifikati permezz ta' kodiċi tal-pajjiż u għandhom ikunu jistgħu jintgħarfu skont is-sena tal-ħolqien.

6.   Il-kwoti li jinħolqu ma għandhomx jiġu identifikati b'kodiċi tal-pajjiż:

(a)

Għas-snin fejn id-dritt tal-Unjoni jkun għadu ma waqafx japplika f'dak l-Istat Membru sat-30 ta' April tas-sena ta' wara jew fejn ikun garantit biżżejjed li ċ-ċediment tal-kwoti jrid iseħħ b'mod legalment infurzabbli qabel ma t-Trattati ma jibqgħux japplikaw f'dak l-Istat Membru;

(b)

Jekk jinħolqu kwoti fir-rigward tas-snin fejn l-iżgurar tal-konformità mad-Direttiva 2003/87/KE għall-emissjonijiet li jseħħu matul dawn is-snin ikun meħtieġ permezz ta' ftehim li jistabbilixxi l-arranġamenti għall-irtirar ta' Stat Membru li jkun innotifika l-intenzjoni tiegħu li jirtira mill-Unjoni u jiġu ddepożitati l-istrumenti ta' ratifika taż-żewġ partijiet għall-ftehim ta' rtirar.

Taqsima 3

Trasferimenti ta' Kontijiet qabel Bejgħ bl-Irkant u Allokazzjonijiet

Artikolu 38

Trasferiment ta' kwoti ġenerali biex jinbiegħu bl-irkant

1.   L-amministratur ċentrali għandu jittrasferixxi, b'mod f'waqtu, f'isem l-Istat Membru rkantatur rilevanti kif irrappreżentat mill-irkantatur tiegħu maħtur f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, il-kwoti ġenerali mill-Kont ta' Kwantità Totali tal-Avjazzjoni tal-UE għall-Kont ta' Bejgħ bl-Irkant tal-UE fi kwantità li tikkorrispondi għall-volumi annwali ddeterminati skont l-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament.

2.   F'każ ta' aġġustamenti għall-volumi annwali f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, l-amministratur ċentrali għandu jittrasferixxi kwantità korrispondenti ta' kwoti ġenerali mill-Kont ta' Kwantità Totali tal-UE għall-Kont ta' Bejgħ bl-Irkant tal-UE, jew mill-Kont ta' Bejgħ bl-Irkant tal-UE għall-Kont ta' Kwantità Totali tal-UE, skont kif jista' jkun il-każ.

Artikolu 39

Trasferiment ta' kwoti ġenerali li għandhom ikunu allokati bla ħlas

L-amministratur ċentrali għandu jittrasferixxi, b'mod f'waqtu, il-kwoti ġenerali mill-Kont ta' Kwantità Totali tal-UE għall-Kont ta' Allokazzjonijiet tal-UE fi kwantità li tikkorrispondi għat-total tal-kwoti allokati bla ħlas skont it-tabelli ta' allokazzjonijiet nazzjonali ta' kull Stat Membru.

Artikolu 40

Trasferiment ta' kwoti tal-avjazzjoni li għandhom jinbiegħu bl-irkant

1.   L-amministratur ċentrali għandu jittrasferixxi, b'mod f'waqtu, f'isem l-Istat Membru rkantatur rilevanti kif irrappreżentat mill-irkantatur tiegħu maħtur f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, il-kwoti tal-avjazzjoni mill-Kont ta' Kwantità Totali tal-Avjazzjoni tal-UE għall-Kont ta' Bejgħ bl-Irkant għall-Avjazzjoni tal-UE fi kwantità li tikkorrispondi għall-volumi annwali ddeterminati skont dak ir-Regolament.

2.   F'każ ta' aġġustamenti għall-volumi annwali f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, l-amministratur ċentrali għandu jittrasferixxi kwantità korrispondenti ta' kwoti tal-avjazzjoni mill-Kont ta' Kwantità Totali tal-Avjazzjoni tal-UE għall-Kont ta' Bejgħ bl-Irkant għall-Avjazzjoni tal-UE, jew mill-Kont ta' Bejgħ bl-Irkant għall-Avjazzjoni tal-UE għall-Kont ta' Kwantità Totali tal-Avjazzjoni tal-UE, skont kif jista' jkun il-każ.

Artikolu 41

Trasferiment ta' kwoti tal-avjazzjoni li għandhom ikunu allokati bla ħlas

1.   L-amministratur ċentrali għandu jittrasferixxi, b'mod f'waqtu, kwoti tal-avjazzjoni mill-Kont ta' Kwantità Totali tal-Avjazzjoni tal-UE għall-Kont ta' Allokazzjonijiet għall-Avjazzjoni tal-UE fi kwantità li tikkorrispondi għall-għadd ta' kwoti tal-avjazzjoni li għandhom jiġu allokati bla ħlas kif iddeterminat mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata abbażi tal-Artikolu 3e(3) tad-Direttiva 2003/87/KE.

2.   Jekk l-għadd ta' kwoti tal-avjazzjoni li għandhom jiġu allokati bla ħlas jiżdied permezz ta' deċiżjoni skont l-Artikolu 3e(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, l-amministratur ċentrali għandu jittrasferixxi aktar kwoti tal-avjazzjoni mill-Kont ta' Kwantità Totali tal-Avjazzjoni tal-UE għall-Kont tal-Allokazzjonijiet għall-Avjazzjoni tal-UE fi kwantità li tikkorrispondi għaż-żieda tal-għadd ta' kwoti tal-avjazzjoni li għandhom jiġu allokati bla ħlas.

3.   Jekk l-għadd ta' kwoti tal-avjazzjoni li għandhom jiġu allokati bla ħlas jitnaqqas permezz ta' deċiżjoni skont l-Artikolu 3e(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, l-amministratur ċentrali għandu jħassar il-kwoti tal-avjazzjoni fil-Kont tal-Allokazzjonijiet għall-Avjazzjoni tal-UE fi kwantità li tikkorrispondi għat-tnaqqis tal-għadd ta' kwoti tal-avjazzjoni li għandhom jiġu allokati bla ħlas.

Artikolu 42

Trasferiment ta' kwoti tal-avjazzjoni għar-riżerva speċjali

1.   L-amministratur ċentrali għandu jittrasferixxi, b'mod f'waqtu, il-kwoti tal-avjazzjoni mill-Kont ta' Kwantità Totali tal-Avjazzjoni tal-UE għall-Kont ta' Riżerva Speċjali tal-UE fi kwantità li tikkorrispondi għall-għadd ta' kwoti tal-avjazzjoni fir-riżerva speċjali ddeterminata mid-deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 3e(3) tad-Direttiva 2003/87/KE.

2.   Jekk l-għadd ta' kwoti tal-avjazzjoni fir-riżerva speċjali jiżdied permezz ta' deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 3e(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, l-amministratur ċentrali għandu jittrasferixxi aktar kwoti tal-avjazzjoni mill-Kont ta' Kwantità Totali tal-Avjazzjoni tal-UE għall-Kont ta' Riżerva Speċjali tal-UE fi kwantità li tikkorrispondi għaż-żieda tal-għadd ta' kwoti tal-avjazzjoni fir-riżerva speċjali.

3.   Jekk l-għadd ta' kwoti tal-avjazzjoni fir-riżerva speċjali jitnaqqas permezz ta' deċiżjoni adottata abbażi tal-Artikolu 3e(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, l-amministratur ċentrali għandu jħassar il-kwoti tal-avjazzjoni fil-Kont ta' Riżerva Speċjali tal-UE fi kwantità li tikkorrispondi għat-tnaqqis tal-għadd ta' kwoti tal-avjazzjoni fir-riżerva speċjali.

4.   Fil-każ ta' allokazzjoni mir-riżerva speċjali skont l-Artikolu 3f tad-Direttiva 2003/87/KE, l-ammont finali li jirriżulta ta' kwoti tal-avjazzjoni allokati bla ħlas lill-operatur ta' inġenji tal-ajru għall-perjodu ta' skambju kollu għandu jiġi ttrasferit awtomatikament mill-Kont ta' Riżerva Speċjali tal-UE għall-Kont ta' Allokazzjonijiet għall-Avjazzjoni tal-UE.

Artikolu 43

Trasferiment ta' kwoti ġenerali għall-Kont ta' Kwantità Totali tal-UE

Fi tmiem kull perjodu ta' skambju, l-amministratur ċentrali għandu jittrasferixxi l-kwoti kollha li jkun fadal fil-Kont ta' Allokazzjonijiet tal-UE għall-Kont ta' Kwantità Totali tal-UE.

Artikolu 44

Trasferiment ta' kwoti tal-avjazzjoni għall-Kont ta' Kwantità Totali tal-Avjazzjoni tal-UE

Fi tmiem kull perjodu ta' negozjar, l-amministratur ċentrali għandu jittrasferixxi l-kwoti kollha li fadal fil-Kont ta' Riżerva Speċjali tal-UE għall-Kont ta' Kwantità Totali tal-Avjazzjoni tal-UE.

Artikolu 45

Tħassir tal-kwoti tal-avjazzjoni

L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li, fi tmiem kull perjodu ta' negozjar, il-kwoti kollha li jkun fadal fil-Kont ta' Allokazzjoni għall-Avjazzjoni tal-UE jkunu ttrasferiti għall-Kont tal-Unjoni ta' Tħassir.

Taqsima 4

Allokazzjoni għal installazzjonijiet stazzjonarji

Artikolu 46

Id-dħul ta' tabelli ta' allokazzjonijiet nazzjonali fir-Reġistru tal-Unjoni

1.   Kull Stat Membru għandu jinnotifika t-tabella ta' allokazzjonijiet nazzjonali tiegħu għall-perjodu 2021-2025 u għall-perjodu 2026-2030 lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2020 u sal-31 ta' Diċembru 2025, rispettivament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tabelli ta' allokazzjonijiet nazzjonali jinkludu l-informazzjoni stabbilita fl-Anness X.

2.   Il-Kummissjoni għandha tagħti struzzjoni lill-amministratur ċentrali sabiex idaħħal it-tabella ta' allokazzjonijiet nazzjonali fir-Reġistru tal-Unjoni jekk tqis li t-tabella ta' allokazzjonijiet nazzjonali hija konformi mad-Direttiva 2003/87/KE, mar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 u mad-deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10c tad-Direttiva 2003/87/KE. Inkella, hija għandha tirrifjuta t-tabella ta' allokazzjonijiet nazzjonali f'perjodu ta' żmien raġonevoli u tgħarraf b'dan lill-Istat Membru kkonċernat mingħajr dewmien, filwaqt li tiddikjara r-raġuniet tagħha u tistabbilixxi l-kriterji li għandhom jiġu ssodisfati sabiex tiġi aċċettata notifika sussegwenti. Dak l-Istat Membru għandu jissottometti tabella ta' allokazzjonijiet nazzjonali riveduta lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur.

Artikolu 47

Tibdiliet fit-tabelli ta' allokazzjonijiet nazzjonali

1.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li kwalunkwe bidla fit-tabella tal-allokazzjonijiet nazzjonali skont ir-regoli li jirregolaw l-allokazzjoni bla ħlas lil installazzjonijiet stazzjonarji ssir fir-Reġistru tal-Unjoni.

2.   Mal-introduzzjoni ta' bidla skont il-paragrafu 1, għandha tintbagħat notifika lill-amministratur nazzjonali li jamministra l-installazzjoni affettwata mill-bidla.

3.   Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar il-bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tiegħu dwar l-allokazzjoni bla ħlas skont l-Artikolu 10c tad-Direttiva 2003/87/KE.

Malli tirċievi notifika skont l-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tagħti struzzjoni lill-amministratur ċentrali sabiex jagħmel il-bidliet korrispondenti fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali miżmuma fir-Reġistru tal-Unjoni jekk iqis li l-bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali huma konformi mal-Artikolu 10c tad-Direttiva 2003/87/KE. Inkella, hija għandha tirrifjuta l-bidliet f'perjodu ta' żmien raġonevoli u tgħarraf b'dan lill-Istat Membru kkonċernat mingħajr dewmien, filwaqt li tiddikjara r-raġuniet tagħha u tistabbilixxi l-kriterji li għandhom jiġu ssodisfati sabiex tiġi aċċettata notifika sussegwenti.

Artikolu 48

Allokazzjoni b'xejn ta' kwoti ġenerali

1.   L-amministratur nazzjonali jenħtieġ li jindika fit-tabella ta' allokazzjonijiet nazzjonali għal kull operatur, għal kull sena u għal kull bażi legali stabbiliti fl-Anness X, jekk installazzjoni għandhiex tirċievi jew le allokazzjoni għal dik is-sena.

2.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jittrasferixxi l-kwoti ġenerali awtomatikament mill-Kont ta' Allokazzjonijiet tal-UE skont it-tabella ta' allokazzjonijiet nazzjonali rilevanti għall-kont ta' depożitu rilevanti miftuħ jew imblukkat ta' operatur, wara li jitqiesu l-modalitajiet tat-trasferiment awtomatiku speċifikat fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u ta' skambju tad-data previsti fl-Artikolu 75.

3.   Meta kont ta' depożitu ta' operatur eskluż ma jirċevix kwoti skont il-paragrafu 2, il-kwoti għas-snin ta' esklużjoni jenħtieġ li ma jiġux ittrasferiti għall-kont, jekk ikun issettjat għal status “miftuħ” għas-snin sussegwenti.

4.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li operatur ikun jista' jwettaq trasferimenti li jroddu lura l-kwoti żejda fil-Kont ta' Allokazzjonijiet tal-UE, fejn it-tabella ta' allokazzjonijiet nazzjonali ta' Stat Membru tkun inbidlet skont l-Artikolu 47 sabiex tiġi kkoreġuta allokazzjoni żejda ta' kwoti lill-operatur, u l-awtorità kompetenti tkun talbet lill-operatur irodd lura tali kwoti żejda.

5.   L-awtorità kompetenti tista' tagħti struzzjoni lill-amministratur nazzjonali sabiex jittrasferixxi l-kwoti żejda li jiġu rritornati għall-Kont ta' Allokazzjonijiet tal-UE fejn l-allokazzjoni żejda tal-kwoti hija konsegwenza tal-allokazzjoni wara li operatur ikun waqqaf l-attivitajiet imwettqa fl-installazzjoni li magħhom tkun relatata l-allokazzjoni, mingħajr ma jkun għarraf lill-awtorità kompetenti.

Taqsima 5

Allokazzjoni lil operaturi ta' inġenji tal-ajru

Artikolu 49

Bidliet fit-tabelli ta' allokazzjonijiet nazzjonali għall-avjazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-bidliet fit-tabelli ta' allokazzjonijiet nazzjonali għall-avjazzjoni tagħhom.

2.   Il-Kummissjoni għandha tagħti struzzjoni lill-amministratur ċentrali sabiex jagħmel il-bidliet korrispondenti fit-tabelli ta' allokazzjonijiet nazzjonali għall-avjazzjoni fir-Reġistru tal-Unjoni jekk huwa jqis li t-tibdil fit-tabella ta' allokazzjonijiet nazzjonali għall-avjazzjoni jkun konformi mad-Direttiva 2003/87/KE, b'mod partikolari mal-allokazzjonijiet ikkalkolati u ppubblikati skont l-Artikolu 3f(7) ta' dik id-Direttiva f'każ ta' allokazzjonijiet mir-riżerva speċjali. Inkella, hija għandha tirrifjuta l-bidliet f'perjodu ta' żmien raġonevoli u tgħarraf lill-Istat Membru b'dan mingħajr dewmien, filwaqt li tiddikjara r-raġunijiet tagħha u tistabbilixxi l-kriterji li għandhom jiġu ssodisfati sabiex tkun tista' tiġi aċċettata notifika sussegwenti.

3.   Jekk fużjoni bejn operaturi ta' inġenji tal-ajru tinvolvi operaturi ta' inġenji tal-ajru li huma amministrati minn Stati Membri differenti, it-tibdil għandu jinbeda mill-amministratur nazzjonali li jkun jamministra l-operatur tal-inġenji tal-ajru li l-allokazzjoni tiegħu għandha tiġi amalgamata fl-allokazzjoni ta' operatur ieħor ta' inġenji tal-ajru. Qabel ma jsir it-tibdil, għandu jinkiseb il-kunsens tal-amministratur nazzjonali li jkun jamministra l-operatur ta' inġenji tal-ajru li l-allokazzjoni tiegħu tkun ser tinkorpora l-allokazzjoni tal-operatur ta' inġenji tal-ajru li jkun għadda f'fużjoni.

Artikolu 50

Allokazzjoni bla ħlas ta' kwoti tal-avjazzjoni

1.   L-amministratur nazzjonali jenħtieġ li jindika għal kull operatur ta' inġenji tal-ajru u għal kull sena jekk l-operatur ta' inġenji tal-ajru għandux jirċievi jew le allokazzjoni għal dik is-sena fit-tabella ta' allokazzjonijiet nazzjonali għall-avjazzjoni.

2.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jittrasferixxi l-kwoti tal-avjazzjoni awtomatikament mill-Kont ta' Allokazzjonijiet għall-Avjazzjoni tal-UE lill-kont ta' depożitu miftuħ jew imblukkat rilevanti ta' operatur tal-inġenji tal-ajru, filwaqt li jitqiesu l-modalitajiet tat-trasferiment awtomatiku speċifikat fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u ta' skambju tad-data previsti fl-Artikolu 75.

3.   Fejn ikun hemm fis-seħħ ftehim skont l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2003/87/KE li jkun jirrikjedi t-trasferiment tal-kwoti tal-avjazzjoni lil operaturi ta' inġenji tal-ajru li jkollhom kontijiet fir-reġistru ta' skema oħra għall-iskambju ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra, l-amministratur ċentrali, f'kooperazzjoni mal-amministratur tar-reġistru l-ieħor, għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jittrasferixxi dawk il-kwoti tal-avjazzjoni mill-Kont ta' Allokazzjonijiet għall-Avjazzjoni tal-UE għall-kontijiet korrispondenti fir-reġistru l-ieħor.

4.   Fejn ikun hemm fis-seħħ ftehim skont l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2003/87/KE li jkun jirrikjedi t-trasferiment tal-kwoti tal-avjazzjoni li jikkorrispondu għal skema oħra għall-iskambju ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra lil operaturi ta' inġenji tal-ajru li jkollhom kontijiet fir-Reġistru tal-Unjoni, l-amministratur ċentrali, f'kooperazzjoni mal-amministratur tar-reġistru l-ieħor, għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jittrasferixxi dawk il-kwoti tal-avjazzjoni mill-kontijiet korrispondenti tar-reġistru l-ieħor lill-operatur ta' inġenji tal-ajru li jkollu kontijiet fir-Reġistru tal-Unjoni, wara approvazzjoni mill-awtorità kompetenti responsabbli għall-amministrazzjoni tal-iskema l-oħra għall-iskambju ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra.

5.   Meta kont ta' depożitu ta' operatur ta' inġenji tal-ajru eskluż ma jirċevix kwoti skont il-paragrafu 2, il-kwoti għas-snin ta' esklużjoni jenħtieġ li ma jiġux ittrasferiti għall-kont, jekk ikun issettjat għal status “miftuħ” għas-snin sussegwenti.

6.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li operatur ta' inġenji tal-ajru jkun jista' jwettaq trasferimenti li jroddu lura l-kwoti żejda fil-Kont ta' Allokazzjonijiet għall-Avjazzjoni tal-UE, meta t-tabella ta' allokazzjonijiet għall-avjazzjoni nazzjonali ta' Stat Membru tkun inbidlet skont l-Artikolu 49 sabiex tiġi kkoreġuta allokazzjoni żejda ta' kwoti lill-operatur ta' inġenji tal-ajru, u l-awtorità kompetenti tkun talbet lill-operatur ta' inġenji tal-ajru jrodd lura tali kwoti żejda.

7.   L-awtorità kompetenti tista' tagħti struzzjoni lill-amministratur nazzjonali sabiex jittrasferixxi l-kwoti żejda li jiġu rritornati għall-Kont ta' Allokazzjonijiet tal-UE meta l-allokazzjoni żejda tal-kwoti tkun konsegwenza tal-allokazzjoni wara li operatur ta' inġenji tal-ajru jkun waqqaf l-attivitajiet li magħhom tkun relatata l-allokazzjoni, mingħajr ma jkun għarraf lill-awtorità kompetenti.

Artikolu 51

Ritorn tal-kwoti tal-avjazzjoni

Meta bidla fit-tabella ta' allokazzjonijiet nazzjonali għall-avjazzjoni ssir skont l-Artikolu 25a tad-Direttiva 2003/87/KE wara t-trasferiment ta' kwoti għall-kontijiet ta' depożitu ta' operatur ta' inġenji tal-ajru għal sena partikolari f'konformità mal-Artikolu 50 ta' dan ir-Regolament, l-amministratur ċentrali għandu jeżegwixxi kwalunkwe trasferiment meħtieġ permezz ta' kwalunkwe miżura adottata skont l-Artikolu 25a tad-Direttiva 2003/87/KE.

Taqsima 6

Irkant

Artikolu 52

Dħul ta' tabelli ta' bejgħ bl-irkant fl-EUTL

1.   Fi żmien xahar mid-determinazzjoni u qabel il-pubblikazzjoni ta' kalendarju ta' bejgħ bl-irkant skont l-Artikoli 11(1), 13(1), 13(2) jew 32(4) tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, is-sistema ta' saldu jew is-sistema ta' kklerjar rilevanti kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 1031/2010 għandhom jipprovdu t-tabella ta' bejgħ bl-irkant korrispondenti lill-Kummissjoni.

L-imsemmija sistema ta' saldu jew sistema ta' kklerjar għandhom jipprovdu żewġ tabelli tal-irkant għal kull sena kalendarja mill-2012, waħda għall-irkantar ta' kwoti ġenerali u oħra għall-irkantar ta' kwoti tal-avjazzjoni, u għandhom jiżguraw li t-tabelli tal-irkant jinkludu l-informazzjoni stabbilita fl-Anness XIII.

2.   Il-Kummissjoni għandha tagħti struzzjoni lill-amministratur ċentrali sabiex idaħħal it-tabella tal-irkant fl-EUTL jekk iqis li t-tabella tal-irkant tkun konformi mar-Regolament (UE) Nru 1031/2010. Inkella, hija għandha tirrifjuta t-tabella tal-irkant f'perjodu ta' żmien raġonevoli u tgħarraf mingħajr dewmien lis-sistema ta' saldu jew lis-sistema ta' kklerjar, kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 1031/2010, filwaqt li tiddikjara r-raġunijiet tagħha u tistabbilixxi l-kriterji li għandhom jiġu ssodisfati sabiex tkun tista' tiġi aċċettata sottomissjoni sussegwenti. L-imsemmija sistema ta' saldu jew sistema ta' kklerjar għandha tissottometti kif xieraq tabella ta' bejgħ bl-irkant riveduta lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur.

3.   Kull tabella ta' bejgħ bl-irkant jew tabella ta' bejgħ bl-irkant riveduta li sussegwentement tiddaħħal fl-EUTL skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tikkostitwixxi ordni ta' trasferiment, kif definita fl-Artikolu 2(i) tad-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 53(3), il-mument tas-sottomissjoni ta' kull tabella ta' bejgħ bl-irkant jew tabella ta' bejgħ bl-irkant riveduta bħal din lill-Kummissjoni għandu jikkostitwixxi l-mument tad-dħul ta' ordni ta' trasferiment f'sistema, kif definit fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 98/26/KE, skont l-Artikolu 3(3) ta' dik id-Direttiva.

Artikolu 53

Bidliet fit-tabelli ta' bejgħ bl-irkant

1.   Is-sistema ta' saldu jew is-sistema ta' kklerjar rilevanti kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 1031/2010 għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe emenda meħtieġa għat-tabella ta' bejgħ bl-irkant.

2.   Il-Kummissjoni għandha tagħti struzzjoni lill-amministratur ċentrali sabiex idaħħal it-tabella ta' bejgħ bl-irkant riveduta fl-EUTL jekk iqis li t-tabella ta' bejgħ bl-irkant riveduta tkun konformi mar-Regolament (UE) Nru 1031/2010. Inkella, hija għandha tirrifjuta l-bidliet f'perjodu ta' żmien raġonevoli u tgħarraf mingħajr dewmien lill-imsemmija sistema ta' saldu jew sistema ta' kklerjar, filwaqt li tiddikjara r-raġunijiet tagħha u tistabbilixxi l-kriterji li għandhom jiġu ssodisfati sabiex tkun tista' tiġi aċċettata notifika sussegwenti.

3.   Il-Kummissjoni tista' tagħti struzzjoni lill-amministratur ċentrali sabiex jissospendi t-trasferiment ta' kwoti kif speċifikati f'tabella ta' bejgħ bl-irkant jekk isir jaf b'emenda meħtieġa għat-tabella ta' bejgħ bl-irkant li s-sistema ta' saldu jew is-sistema ta' kklerjar imsemmija qabel tkun naqset li tinnotifika.

Artikolu 54

Irkantar ta' kwoti

1.   Il-Kummissjoni għandha tagħti struzzjoni lill-amministratur ċentrali, b'mod f'waqtu, sabiex jittrasferixxi, fuq talba tal-Istat Membru rkantatur kif irrappreżentat mill-irkantatur tiegħu, maħtur f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, il-kwoti ġenerali mill-Kont ta' Bejgħ bl-Irkant tal-UE, u/jew il-kwoti tal-avjazzjoni mill-Kont ta' Bejgħ bl-Irkant għall-Avjazzjoni tal-UE, għall-kont rilevanti ta' kunsinna ta' kollateral ta' rkant f'konformità mat-tabelli ta' bejgħ bl-irkant. Id-detentur tal-kont rilevanti ta' kunsinna ta' kollateral ta' rkant għandu jiżgura t-trasferiment tal-kwoti rkantati lill-offerenti rebbieħa jew lis-suċċessuri tagħhom fit-titolu f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1031/2010.

2.   F'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1031/2010, ir-rappreżentant awtorizzat ta' kont ta' kunsinna ta' kollateral ta' rkant jista' jintalab jittrasferixxi kwalunkwe kwota li ma tkunx ġiet ikkonsenjata mill-kont ta' kunsinna ta' kollateral ta' rkant għall-Kont ta' Bejgħ bl-Irkant tal-UE jew għall-Kont ta' Bejgħ bl-Irkant għall-Avjazzjoni tal-UE, rispettivament.

Taqsima 7

Negozjar

Artikolu 55

Trasferimenti ta' kwoti

1.   Soġġett għall-paragrafu 2, fuq talba ta' detentur ta' kont, l-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jwettaq trasferiment ta' kwoti għal kwalunkwe kont ieħor, sakemm tali trasferiment ma jitwaqqafx mill-istatus tal-kont inizjali jew riċeventi.

2.   Il-kontijiet ta' depożitu ta' operaturi u l-kontijiet ta' depożitu ta' operaturi ta' inġenji tal-ajru jistgħu jittrasferixxu biss kwoti għal kont fuq il-lista ta' kontijiet ta' fiduċja mfassla skont l-Artikolu 23.

3.   Id-detenturi ta' kontijiet ta' depożitu ta' operaturi u ta' operaturi ta' inġenji tal-ajru jistgħu jiddeċiedu li t-trasferimenti huma possibbli mill-kont tagħhom għal kontijiet li mhumiex fuq il-lista ta' kontijiet ta' fiduċja skont l-Artikolu 23. Id-detenturi ta' kontijiet ta' depożitu ta' operaturi u ta' operaturi ta' inġenji tal-ajru jistgħu jirtiraw din id-deċiżjoni. Id-deċiżjoni u l-irtirar tad-deċiżjoni għandhom jiġu kkomunikati f'dikjarazzjoni debitament iffirmata sottomessa lill-amministratur nazzjonali.

4.   Mal-bidu ta' trasferiment, ir-rappreżentant awtorizzat li jibda t-trasferiment għandu jindika fir-Reġistru tal-Unjoni jekk it-trasferiment jirrappreżentax tranżazzjoni bilaterali, sakemm dik it-tranżazzjoni ma tkunx irreġistrata f'post tas-suq, jew sakemm ma tkunx ikklerjata f'kontraparti ċentrali, jew inkella jekk jirrappreżentax trasferiment bejn kontijiet differenti tal-istess detentur ta' kont fir-Reġistru tal-Unjoni.

Taqsima 8

Ċediment tal-kwoti

Artikolu 56

Ċediment tal-kwoti

1.   Operatur jew operatur ta' inġenji tal-ajru għandu jċedi l-kwoti billi jipproponi lir-Reġistru tal-Unjoni sabiex:

(a)

jittrasferixxi għadd speċifikat ta' kwoti mill-kont ta' depożitu ta' operatur jew mill-kont ta' depożitu ta' operatur ta' inġenji tal-ajru rilevanti għall-Kont tal-Unjoni ta' Tħassir;

(b)

jirreġistra l-għadd u t-tip ta' kwoti trasferiti bħala restitwiti għall-emissjonijiet tal-installazzjoni tal-operatur jew tal-emissjonijiet tal-operatur ta' inġenji tal-ajru fil-perjodu kurrenti.

2.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jipprevjeni proposta għall-eżekuzzjoni ta' kwoti li jiġu ċeduti li ma għandhomx jitqiesu għall-kalkolu tal-figura tal-istatus ta' konformità skont l-Artikolu 33(1).

3.   Kwota li diġà ġiet ċeduta ma tistax terġa' tiġi ċeduta.

4.   Meta jkun hemm ftehim fis-seħħ f'konformità mal-Artikolu 25 tad-Direttiva 2003/87/KE, il-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw għall-unitajiet maħruġa taħt l-iskema għall-iskambju tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra marbuta mal-ETS tal-UE.

5.   Il-kwoti li jkollhom kodiċi tal-pajjiż skont l-Artikolu 37(5) ma jistgħux jiġu ċeduti.

Taqsima 9

Tħassir tal-kwoti

Artikolu 57

Tħassir tal-kwoti

1.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jwettaq kwalunkwe talba minn detentur ta' kont skont l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2003/87/KE sabiex iħassar il-kwoti miżmuma fil-kontijiet tad-detentur ta' kont, billi:

(a)

jittrasferixxi għadd speċifikat ta' kwoti mill-kont rilevanti għall-Kont tal-Unjoni ta' Tħassir;

(b)

jirreġistra l-għadd ta' kwoti trasferiti bħala mħassrin għas-sena kurrenti.

2.   Kwoti mħassrin m'għandhomx ikunu rreġistrati bħala rrinunzjati għall-ebda emissjoni.

Taqsima 10

Treġġigħ Lura Ta' Tranżazzjoni

Artikolu 58

Treġġigħ lura ta' proċessi finalizzati mibdijin b'mod żbaljat

1.   Jekk detentur ta' kont jew amministratur nazzjonali, li jaġixxi f'isem id-detentur ta' kont, jibda mingħajr intenzjoni jew bi żball waħda mit-tranżazzjonijiet elenkati fil-paragrafu 2, id-detentur ta' kont jista' jipproponi lill-amministratur tal-kont tiegħu li jreġġa' lura t-tranżazzjoni kompleta permezz ta' talba bil-miktub. It-talba għandha tkun iffirmata kif xieraq mir-rappreżentant awtorizzat jew mir-rappreżentanti awtorizzati tad-detentur ta' kont li jkunu awtorizzati sabiex jibdew it-tip ta' tranżazzjoni li jkollha titreġġa' lura u għandha tintbagħat bil-posta fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mill-finalizzazzjoni tal-proċess. It-talba għandu jkun fiha dikjarazzjoni li tindika li t-tranżazzjoni kienet inbdiet bi żball jew mingħajr intenzjoni.

2.   Id-detenturi ta' kontijiet jistgħu jipproponu t-treġġigħ lura tat-tranżazzjonijiet li ġejjin:

(a)

iċ-ċediment tal-kwoti;

(b)

it-tħassir tal-kwoti.

3.   Jekk l-amministratur tal-kont jistabbilixxi li t-talba tissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u l-amministratur jaqbel mat-talba, jista' jipproponi t-treġġigħ lura tat-tranżazzjoni fir-Reġistru tal-Unjoni.

4.   Jekk amministratur nazzjonali jkun beda, b'mod mhux intenzjonat jew b'mod żbaljat, waħda mit-tranżazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5, huwa jista' jipproponi lill-amministratur ċentrali sabiex iwettaq treġġigħ lura tat-tranżazzjoni kompluta f'talba bil-miktub. It-talba għandu jkun fiha dikjarazzjoni li tindika li t-tranżazzjoni kienet inbdiet bi żball jew mingħajr intenzjoni.

5.   L-amministraturi nazzjonali jistgħu jipproponu t-treġġigħ lura tat-tranżazzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-allokazzjoni ta' kwoti ġenerali;

(b)

l-allokazzjoni ta' kwoti tal-avjazzjoni.

6.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jaċċetta l-proposta għat-treġġigħ lura magħmula skont il-paragrafu 1, jimblokka l-unitajiet li għandhom jiġu ttrasferiti bit-treġġigħ lura u jressaq il-proposta lill-amministratur ċentrali, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

tranżazzjoni li ċċedi jew tħassar il-kwoti li għandhom jitreġġgħu lura ma tkunx tlestiet aktar minn 30 jum tax-xogħol qabel il-proposta tal-amministratur tal-kont f'konformità mal-paragrafu 3;

(b)

wara t-treġġigħ lura tat-tranżazzjoni ta' ċediment, l-ebda operatur jew operatur ta' inġenji tal-ajru ma jsir mhux konformi bħala riżultat tat-treġġigħ lura.

7.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jaċċetta l-proposta għat-treġġigħ lura magħmula skont il-paragrafu 4, jimblokka l-unitajiet li għandhom jiġu ttrasferiti bit-treġġigħ lura u jippreżenta l-proposta lill-amministratur ċentrali, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-kont ta' destinazzjoni tat-tranżazzjoni li jkollha titreġġa' lura jkun għad għandu l-ammont ta' unitajiet tat-tip li kienu involuti fit-tranżazzjoni li tkun ser titreġġa' lura;

(b)

l-allokazzjoni tal-kwoti ġenerali li għandhom jitreġġgħu lura tkun saret wara d-data tal-irtirar tal-permess tal-installazzjoni jew wara li l-installazzjoni tkun waqqfet l-operazzjonijiet kompletament jew parzjalment.

8.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jlesti t-treġġigħ lura għal unitajiet differenti tal-istess tip ta' unità fil-kont ta' destinazzjoni tat-tranżazzjoni li tkun qed titreġġa' lura.

KAPITOLU 3

Konnessjonijiet ma' skemi oħrajn ta' skambju ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra

Artikolu 59

Implimentazzjoni ta' arranġamenti ta' konnessjoni

L-amministratur ċentrali jista' joħloq kontijiet u proċessi u jwettaq tranżazzjonijiet u operazzjonijiet oħrajn fi żminijiet xierqa sabiex jimplimenta ftehimiet u arranġamenti magħmula skont l-Artikoli 25 u 25a tad-Direttiva 2003/87/KE.

TITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET TEKNIĊI KOMUNI

KAPITOLU 1

Rekwiżiti tekniċi tar-Reġistru tal-Unjoni u tal-EUTL

Taqsima 1

Disponibbiltà

Artikolu 60

Id-disponibbiltà u l-affidabbiltà tar-Reġistru tal-Unjoni u tal-EUTL

1.   L-amministratur ċentrali għandu jieħu l-passi kollha raġonevoli biex jiżgura li:

(a)

ir-Reġistru tal-Unjoni jkun disponibbli għall-aċċess minn rappreżentanti u amministraturi nazzjonali 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa;

(b)

il-konnessjonijiet tal-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 6 bejn ir-Reġistru tal-Unjoni u l-EUTL jinżammu 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa;

(c)

ikunu pprovduti hardware u software ta' riżerva meħtieġa f'każ li operati tal-hardware u s-software primarji jfallu;

(d)

ir-Reġistru tal-Unjoni u l-EUTL iwieġbu fil-pront għal talbiet magħmulin minn rappreżentanti ta' kontijiet.

2.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni u l-EUTL jinkorporaw sistemi u proċeduri robusti sabiex tiġi ssalvagwardjata d-data kollha rilevanti u jiġi ffaċilitat l-irkupru f'waqtu tad-data u l-operazzjonijiet f'każ ta' falliment jew diżastru.

3.   L-amministratur ċentrali għandu jżomm għall-minimu l-interruzzjonijiet fl-operat tar-Reġistru tal-Unjoni u tal-EUTL.

Artikolu 61

Helpdesks

1.   L-amministraturi nazzjonali għandhom jipprovdu assistenza u appoġġ lid-detenturi u rappreżentanti ta' kontijiet fir-Reġistru tal-Unjoni li jkunu amministrati minnhom permezz ta' helpdesks nazzjonali.

2.   L-amministratur ċentrali għandu jipprovdi appoġġ lill-amministraturi nazzjonali permezz ta' helpdesk ċentrali bl-iskop li jgħinhom jipprovdu assistenza f'konformità mal-paragrafu 1.

Taqsima 2

Sigurtà u awtentikazzjoni

Artikolu 62

Awtentikazzjoni tar-Reġistru tal-Unjoni

L-identità tar-Reġistru tal-Unjoni għandha tiġi awtentikata mill-EUTL filwaqt li jitqiesu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u ta' skambju tad-data previsti fl-Artikolu 75.

Artikolu 63

Aċċess għall-kontijiet fir-Reġistru tal-Unjoni

1.   Ir-rappreżentanti ta' kontijiet irid ikollhom aċċess għall-kontijiet tagħhom fir-Reġistru tal-Unjoni permezz taż-żona sikura tar-Reġistru tal-Unjoni. L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li ż-żona sigura tas-sit web tar-Reġistru tal-Unjoni tkun aċċessibbli permezz tal-Internet. Is-sit web tar-Reġistru tal-Unjoni għandu jkun disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni.

2.   L-amministraturi nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jaċċessaw il-kontijiet li jamministraw fir-Reġistru tal-Unjoni permezz taż-żona sigura tar-Reġistru tal-Unjoni. L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li ż-żona sigura tas-sit web tar-Reġistru tal-Unjoni tkun aċċessibbli permezz tal-Internet.

3.   Il-komunikazzjonijiet bejn rappreżentanti awtorizzati jew amministraturi nazzjonali u ż-żona sigura tar-Reġistru tal-Unjoni għandhom jiġu kriptati b'kont meħud tar-rekwiżiti tas-sigurtà stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u ta' skambju tad-data previsti fl-Artikolu 75.

4.   L-amministratur ċentrali għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżgura li ma jsirx aċċess mhux awtorizzat għaż-żona sigura tas-sit web tar-Reġistru tal-Unjoni.

5.   Jekk is-sigurtà tal-kredenzjali ta' rappreżentant awtorizzat tkun ġiet kompromessa, dan ir-rappreżentant awtorizzat għandu jissospendi minnufih l-aċċess tiegħu għall-kont rilevanti, jgħarraf b'dan lill-amministratur tal-kont u jitlob kredenzjali ġodda. Jekk il-kont ma jkunx jista' jiġi aċċessat sabiex jiġi sospiż l-aċċess, ir-rappreżentant awtorizzat għandu jitlob minnufih lill-amministratur nazzjonali sabiex jissospendi l-aċċess tiegħu.

Artikolu 64

Awtentikazzjoni u awtorizzazzjoni fir-Reġistru tal-Unjoni

1.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li l-amministraturi nazzjonali u kull rappreżentant awtorizzat jiġu assenjati kredenzjali sabiex jawtentikawhom għall-finijiet tal-aċċess għar-Reġistru tal-Unjoni.

2.   Rappreżentant awtorizzat għandu jkollu aċċess biss għall-kontijiet fir-Reġistru tal-Unjoni li għalihom ikun awtorizzat u għandu jkun jista' jitlob biss li jinbdew proċessi li għalihom huwa jkun awtorizzat skont l-Artikolu 21. Dak l-aċċess jew dik it-talba għandhom isiru permezz ta' żona sigura tas-sit web tar-Reġistru tal-Unjoni.

3.   Minbarra l-kredenzjali msemmija fil-paragrafu 1, rappreżentant awtorizzat għandu juża awtentikazzjoni sekondarja sabiex jaċċessa r-Reġistru tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu t-tipi ta' mekkaniżmi ta' awtentikazzjoni sekondarja stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u ta' skambju tad-data previsti fl-Artikolu 75.

4.   L-amministratur ta' kont jista' jassumi li utent li kien ġie awtentikat b'suċċess mir-Reġistru tal-Unjoni huwa r-rappreżentant awtorizzat irreġistrat skont il-kredenzjali ta' awtentikazzjoni pprovduti, sakemm ir-rappreżentant awtorizzat ma jgħarrafx lill-amministratur tal-kont li s-sigurtà tal-kredenzjali tiegħu tkun ġiet kompromessa u sakemm ma jitlobx sostituzzjoni tal-kredenzjali tiegħu.

5.   Ir-rappreżentant awtorizzat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex ma jħallix li l-kredenzjali tiegħu jintilfu, jinsterqu jew ikunu kompromessi. Ir-rappreżentant awtorizzat għandu jirrapporta minnufih lill-amministratur nazzjonali meta l-kredenzjali tiegħu jintilfu, jinsterqu jew ikunu kompromessi.

Artikolu 65

Sospensjoni ta' kull aċċess minħabba ksur ta' sigurtà jew riskju għas-sigurtà

1.   L-amministratur ċentrali jista' jissospendi temporanjament l-aċċess għar-Reġistru tal-Unjoni jew għall-EUTL, jew għal kwalunkwe parti minnhom, fejn ikollu suspett raġonevoli li hemm ksur tas-sigurtà jew riskju serju li jaffettwa s-sigurtà tar-Reġistru tal-Unjoni jew tal-EUTL skont it-tifsira tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 (21), inklużi l-faċilitajiet ta' riżerva msemmija fl-Artikolu 60. F'każ li r-raġunijiet għas-sospensjoni jippersistu għal aktar minn ħamest ijiem tax-xogħol, il-Kummissjoni tista' tagħti struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali sabiex iżomm is-sospensjoni fis-seħħ.

L-amministratur ċentrali għandu jgħarraf minnufih lill-amministraturi nazzjonali kollha dwar is-sospensjoni, ir-raġunijiet għaliha u t-tul probabbli tagħha.

2.   Amministratur nazzjonali li jsir konxju ta' ksur tas-sigurtà jew ta' riskju tas-sigurtà għandu jgħarraf minnufih lill-amministratur ċentrali. L-amministratur ċentrali jista' jieħu l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1.

3.   Amministratur nazzjonali li jsir konxju ta' sitwazzjoni, kif deskritta fil-paragrafu 1, li tkun teħtieġ is-sospensjoni tal-aċċess kollu għall-kontijiet li jamministra f'konformità ma' dan ir-Regolament, għandu jissospendi l-aċċess kollu għall-kontijiet kollha li jamministra u għandu jgħarraf minnufih lill-amministratur ċentrali. L-amministratur ċentrali għandu jgħarraf b'dan lill-amministraturi nazzjonali kollha mill-aktar fis possibbli.

4.   Id-detenturi tal-kontijiet għandhom jiġu infurmati dwar il-miżuri meħuda skont il-paragrafi 1, 2 u 3 b'tali avviż minn qabel tas-sospensjoni kif prattikabbli. L-avviż għandu jinkludi d-durata probabbli tas-sospensjoni u għandu jintwera b'mod ċar fiż-żona pubblika tas-sit web tar-Reġistru tal-Unjoni.

Artikolu 66

Sospensjoni tal-aċċess għall-kwoti fil-każ ta' suspett ta' tranżazzjoni frodulenti

1.   Amministratur nazzjonali jew amministratur nazzjonali li jaġixxi fuq struzzjoni tal-awtorità kompetenti jew ta' awtorità rilevanti skont id-dritt nazzjonali jista' jissospendi l-aċċess għall-kwoti fil-parti tar-Reġistru tal-Unjoni li jamministra fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

għal perjodu massimu ta' erba' ġimgħat jekk jissuspetta li l-kwoti kienu s-suġġett ta' tranżazzjoni li tikkostitwixxi frodi, ħasil tal-flus, finanzjament tat-terroriżmu, korruzzjoni jew delitti oħrajn;

(b)

jekk sospensjoni tkun abbażi ta' u f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jsegwu objettiv leġittimu.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 67 għandhom jiġu applikati kif xieraq. Fuq struzzjoni mill-unità tal-intelligence finanzjarja, il-perjodu jista' jiġi estiż.

2.   Il-Kummissjoni tista' tagħti struzzjoni lill-amministratur ċentrali sabiex jissospendi l-aċċess għall-kwoti fir-Reġistru tal-Unjoni jew fl-EUTL għal perjodu massimu ta' erba' ġimgħat jekk tissuspetta li l-kwoti kienu s-suġġett ta' tranżazzjoni li tikkostitwixxi frodi, ħasil tal-flus, finanzjament tat-terroriżmu, korruzzjoni jew delitti oħrajn.

3.   L-amministratur nazzjonali jew il-Kummissjoni għandhom jgħarrfu minnufih lill-awtorità kompetenti tal-infurzar tal-liġi dwar is-sospensjoni.

4.   Awtorità nazzjonali għall-infurzar tal-liġi tal-Istat Membru tal-amministratur nazzjonali tista' wkoll titlob lill-amministratur sabiex jimplimenta sospensjoni abbażi ta' u f'konformità mal-liġi nazzjonali.

Artikolu 67

Kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti u notifika ta' ħasil tal-flus, finanzjament tat-terroriżmu jew attività kriminali

1.   L-amministratur ċentrali u l-amministraturi nazzjonali għandhom jikkooperaw ma' korpi pubbliċi inkarigati mis-superviżjoni tal-konformità skont id-Direttiva 2003/87/KE u korpi pubbliċi kompetenti għas-sorveljanza tas-swieq primarji u sekondarji fil-kwoti sabiex jiżguraw li jkunu jistgħu jiksbu ħarsa ġenerali kkonsolidata lejn is-swieq tal-kwoti.

2.   L-amministratur nazzjonali, id-diretturi tiegħu u l-impjegati tiegħu għandhom jikkooperaw bis-sħiħ mal-awtoritajiet kompetenti relevanti biex jiġu stabbiliti proċeduri adegwati u xierqa biex jantiċipaw u ma jħallux ikun hemm operazzjonijiet relatati ma' ħasil tal-flus jew iffinanzjar tat-terroriżmu.

3.   L-amministratur nazzjonali, id-diretturi tiegħu u l-impjegati tiegħu għandhom jikkooperaw bis-sħiħ mal-unità tal-intelligence finanzjarja (UIF) imsemmija fl-Artikolu 32 tad-Direttiva (UE) 2015/849 billi minnufih:

(a)

jgħarrfu lill-UIF, fuq inizjattiva proprja, fejn ikunu jafu, jissuspettaw jew ikollhom motivi raġonevoli biex jissuspettaw li jkunu qed isiru jew li kienu saru jew li kien sar attentat ta' ħasil tal-flus, iffinanzjar tat-terroriżmu jew attività kriminali;

(b)

jipprovdu lill-UIF, fuq talba tagħha, bl-informazzjoni kollha meħtieġa, skont il- proċeduri stabbiliti mil-leġiżlazzjoni applikabbli.

4.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tintbagħat lill-UIF tal-Istat Membru tal-amministratur nazzjonali. Il-miżuri nazzjonali li jittrasponu l-politiki u l-proċeduri ta' ġestjoni u komunikazzjoni tal-konformità, imsemmija fl-Artikolu 45(1) tad-Direttiva (UE) 2015/849, għandhom jaħtru l-persuna jew il-persuni responsabbli sabiex jibagħtu l-informazzjoni skont dan l-Artikolu.

5.   L-Istat Membru tal-amministratur nazzjonali għandu jiżgura li l-miżuri nazzjonali li jittrasponu l-Artikoli 37, 38, 39, 42 u 46 tad-Direttiva (UE) 2015/849 japplikaw għall-amministratur nazzjonali.

6.   Id-detenturi ta' kontijiet għandhom jirrapportaw minnufih kwalunkwe frodi jew suspett ta' frodi lill-awtorità nazzjonali kompetenti għall-infurzar tal-liġi. Dak ir-rapport għandu jintbagħat lill-amministraturi nazzjonali.

Artikolu 68

Sospensjoni ta' proċessi

1.   Il-Kummissjoni tista' tagħti struzzjoni lill-amministratur ċentrali biex temporanjament jissuspendi l-aċċettazzjoni mill-EUTL ta' xi wħud mill-proċessi jew tal-proċessi kollha li joriġinaw mir-Reġistru tal-Unjoni jekk ma jkunx operat u miżmum skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Għandha tinnotifika minnufih lill-amministraturi nazzjonali kkonċernati.

2.   L-amministratur ċentrali jista' jissuspendi temporanjament xi wħud mill-proċessi jew il-proċessi kollha milli jinbdew jew ikunu aċċettati fir-Reġistru tal-Unjoni biex issir manutenzjoni skedata jew ta' emerġenza tar-Reġistru tal-Unjoni.

3.   Amministratur nazzjonali jista' jitlob lill-Kummissjoni biex iddaħħal mill-ġdid proċessi sospiżi skont il-paragrafu 1 jekk tqis li l-kwistjonijiet pendenti li kkawżaw is-sospensjoni jkunu ġew maħlula. Jekk dan ikun il-każ, il-Kummissjoni għandha tagħti struzzjoni lill-amministratur ċentrali sabiex jerġa' jdaħħal dawk il-proċessi. Inkella, hija għandha tirrifjuta t-talba f'perjodu ta' żmien raġonevoli u tgħarraf lill-amministratur nazzjonali mingħajr dewmien, filwaqt li tiddikjara r-raġunijiet tagħha u tistabbilixxi l-kriterji li għandhom jiġu ssodisfati sabiex tkun tista' tiġi aċċettata talba sussegwenti.

4.   Il-Kummissjoni tista', inkluż fuq talba ta' Stat Membru li jkun innotifika lill-Kunsill Ewropew bl-intenzjoni tiegħu li jirtira mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, tagħti struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali sabiex jissospendi temporanjament l-aċċettazzjoni mill-EUTL tal-proċessi rilevanti għal dak l-Istat Membru fir-rigward tal-allokazzjoni u l-irkantar bla ħlas.

Artikolu 69

Sospensjoni tal-ftehimiet ta' konnessjoni

Fil-każ ta' sospensjoni jew terminazzjoni ta' ftehim skont l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2003/87/KE, l-amministratur ċentrali għandu jieħu l-miżuri xierqa f'konformità mal-ftehim.

Taqsima 3

Spezzjoni awtomatizzata, reġistrazzjoni u tlestija ta' proċessi

Artikolu 70

Spezzjonar awtomatizzat ta' proċessi

1.   Il-proċessi kollha għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti ġenerali tal-IT biex jintbagħtu messaġġi b'mod elettroniku li jiżguraw l-qari, l-ispezzjoni u r-reġistrazzjoni effettivi ta' proċess mir-Reġistru tal-Unjoni. Il-proċessi kollha għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti speċifiċi relatati ma' proċessi kif stabbilit f'dan ir-Regolament.

2.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li l-EUTL iwettaq kontrolli awtomatizzati wara li jqis l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u ta' skambju tad-data previsti fl-Artikolu 75 għall-proċessi kollha sabiex jiġu identifikati irregolaritajiet u diskrepanzi, fejn proċess propost ma jkunx konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2003/87/KE u ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 71

Detezzjoni ta' diskrepanzi

Fil-każ ta' proċessi li jkunu tlestew permezz tal-konnessjoni ta' komunikazzjoni diretta bejn ir-Reġistru tal-Unjoni u l-EUTL imsemmija fl-Artikolu 6(2), l-amministratur ċentrali għandu jiżgura li l-EUTL itemm kwalunkwe proċess fejn huwa jidentifika diskrepanzi meta jkun qed iwettaq il-kontrolli awtomatizzati msemmija fl-Artikolu 72(2), u jgħarraf b'dan lir-Reġistru tal-Unjoni u lill-amministratur tal-kontijiet involut fit-tranżazzjoni tterminata, billi jibgħat lura kodiċi ta' rispons ta' kontroll awtomatizzat. L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jgħarraf minnufih lid-detenturi rilevanti ta' kontijiet li l-proċess ikun intemm.

Artikolu 72

Sejbien ta' diskrepanzi fir-Reġistru tal-Unjoni

1.   L-amministratur ċentrali u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-Reġistru tal-Unjoni jkun fih kodiċijiet tal-input u kodiċijiet tar-rispons tal-kontrolli sabiex tiġi żgurata l-interpretazzjoni korretta tal-informazzjoni skambjata matul kull proċess. Il-kodiċijiet ta' kontroll għandhom ikunu jaqblu ma' dawk li hemm fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u ta' skambju tad-data msemmijin fl-Artikolu 75.

2.   Qabel u matul l-eżekuzzjoni tal-proċessi kollha, l-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jagħmel spezzjonijiet awtomatizzati xierqa biex ikun żgurat li jinkixfu diskrepanzi u jintemmu proċessi mhux korretti qabel ma jsiru spezzjonijiet awtomatizzati mill-EUTL.

Artikolu 73

Rikonċiljazzjoni - detezzjoni ta' inkonsistenzi mill-EUTL

1.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li l-EUTL jibda perjodikament rikonċiljazzjoni tad-data sabiex ikun żgurat li r-rekords tal-kontijiet tal-EUTL u d-depożiti tal-kwoti jkunu jaqblu mar-rekords ta' dawn id-depożiti fir-Reġistru tal-Unjoni. L-amministratur ċentrali għandhu jiżgura li l-EUTL jirreġistra l-proċessi kollha.

2.   Jekk matul il-proċess ta' rikonċiljazzjoni tad-data msemmi fil-paragrafu 1, tiġi identifikata inkonsistenza mill-EUTL, fejn l-informazzjoni rigward kontijiet, depożiti ta' kwoti pprovduti mir-Reġistru tal-Unjoni bħala parti mill-proċess perjodiku ta' rikonċiljazzjoni tkun differenti mill-informazzjoni li tinsab fl-EUTL, l-amministratur ċentrali għandu jiżgura li l-EUTL jipprevjeni t-tlestija ta' kwalunkwe proċess ulterjuri bi kwalunkwe wieħed mill-kontijiet, kwoti li huma s-suġġett tal-inkonsistenza. L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li l-EUTL jgħarraf minnufih lill-amministratur ċentrali u lill-amministraturi tal-kontijiet rilevanti bi kwalunkwe inkonsistenza.

Artikolu 74

Finalizzazzjoni tal-proċessi

1.   It-tranżazzjonijiet kollha u proċessi oħrajn ikkomunikati lill-EUTL f'konformità mal-Artikolu 6(2) għandhom ikunu finali meta l-EUTL jinnotifika lir-Reġistru tal-Unjoni li jkun lesta l-proċessi. L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li l-EUTL iwaqqaf awtomatikament it-tlestija ta' tranżazzjoni jew proċess jekk dawn ma jkunux jistgħu jitlestew fi żmien 24 siegħa mill-komunikazzjoni tagħhom.

2.   Il-proċess ta' rikonċiljazzjoni tad-data msemmi fl-Artikolu 73(1) għandu jkun finali meta l-inkonsistenzi kollha bejn l-informazzjoni li tinsab fir-Reġistru tal-Unjoni u l-informazzjoni li tinsab fl-EUTL għal żmien u data speċifiċi jkunu ġew riżolti, u l-proċess ta' rikonċiljazzjoni tad-data jkun inbeda mill-ġdid u tlesta b'suċċess.

Taqsima 4

Speċifikazzjonijiet u ġestjoni ta' tibdil

Artikolu 75

Speċifikazzjonijiet tekniċi u ta' skambju tad-data

1.   Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-amministraturi nazzjonali speċifikazzjonijiet tekniċi u ta' skambju tad-data li jistabbilixxu rekwiżiti operazzjonali għar-Reġistru tal-Unjoni, inklużi l-kodiċijiet ta' identifikazzjoni, il-kontrolli awtomatizzati, il-kodiċijiet ta' rispons u r-rekwiżiti ta' reġistrazzjoni tad-data, kif ukoll il-proċeduri tal-ittestjar u r-rekwiżiti tas-sigurtà.

2.   L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u ta' skambju tad-data għandhom jitfasslu f'konsultazzjoni mal-Istati Membri.

3.   L-istandards żviluppati f'konformità mal-ftehimiet skont l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2003/87/KE għandhom ikunu konsistenti mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u ta' skambju tad-data mfassla f'konformità mal-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 76

Ġestjoni tat-tibdil u tar-rilaxx

Jekk ikunu meħtieġa verżjoni jew rilaxx ġodda tas-softwer tar-Reġistru tal-Unjoni, l-amministratur ċentrali għandu jiżgura li l-proċeduri tal-ittestjar stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u ta' skambju tad-data previsti fl-Artikolu 75 jitlestew qabel ma tiġi stabbilita u attivata konnessjoni ta' komunikazzjoni bejn il-verżjoni ġdida jew ir-rilaxx ġdid ta' dak is-softwer u l-EUTL.

KAPITOLU 2

Rekords, rapporti, kunfidenzjalità u tariffi

Artikolu 77

L-ipproċessar ta' informazzjoni u data personali

1.   Fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali fir-Reġistru tal-Unjoni u fl-EUTL, l-amministraturi nazzjonali għandhom jitqiesu bħala kontrolluri skont it-tifsira tal-Artikolu 4(7) tar-Regolament (UE) 2016/679. Fir-rigward tar-responsabbiltajiet tagħha skont dan ir-Regolament u l-ipproċessar tad-data personali involut fih, il-Kummissjoni għandha titqies bħala kontrollur skont it-tifsira tal-Artikolu 3(8) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

2.   Fil-każ ta' ksur ta' data personali misjub minn amministratur nazzjonali, huwa għandu jgħarraf mingħajr dewmien żejjed lill-amministratur ċentrali u lill-amministraturi nazzjonali oħrajn dwar in-natura u l-konsegwenzi possibbli tal-ksur u l-miżuri meħuda u proposti sabiex jittieħdu bil-għan li jiġi indirizzat il-ksur tad-data personali u jittaffew l-effetti avversi possibbli.

3.   Fil-każ ta' ksur ta' data personali misjub mill-amministratur ċentrali, huwa għandu jgħarraf mingħajr dewmien żejjed lill-amministraturi nazzjonali dwar in-natura u l-konsegwenzi possibbli tal-ksur u l-miżuri meħuda mill-amministratur ċentrali u proposti sabiex jittieħdu mill-amministraturi nazzjonali bil-għan li jiġi indirizzat il-ksur tad-data personali u jittaffew l-effetti avversi possibbli.

4.   Arranġamenti dwar ir-responsabbiltajiet rispettivi tal-kontrolluri għall-konformità mal-obbligi tagħhom ta' protezzjoni tad-data għandhom jiġu inklużi fit-termini ta' kooperazzjoni mfassla skont l-Artikolu 7(4).

5.   L-amministratur ċentrali u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-Reġistru tal-Unjoni u l-EUTL jaħżnu u jipproċessaw biss l-informazzjoni dwar il-kontijiet, id-detenturi tal-kontijiet u r-rappreżentanti tal-kontijiet kif stabbilit fit-Tabella III-I tal-Anness III, fit-Tabelli VI-I u VI-II tal-Anness VI, fit-Tabella VII-I tal-Anness VII u fit-Tabella VIII-I tal-Anness VIII. Kwalunkwe informazzjoni oħra li għandha tiġi pprovduta skont dan ir-Regolament għandha tinħażen u tiġi pproċessata barra mir-Reġistru tal-Unjoni jew mill-EUTL.

6.   L-amministraturi nazzjonali għandhom jiżguraw li l-informazzjoni meħtieġa minn dan ir-Regolament iżda mhux maħżuna fir-Reġistru tal-Unjoni jew fl-EUTL tiġi pproċessata f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali u tal-Unjoni.

7.   L-ebda kategorija speċjali ta' data kif definita fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2016/679 u fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/1725 ma għandha tiġi rreġistrata fir-Reġistru tal-Unjoni jew fl-EUTL.

Artikolu 78

Rekords

1.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jaħżen rekords dwar il-proċessi kollha, ir-reġistru tad-data u d-detenturi tal-kontijiet għal ħames snin wara l-għeluq ta' kont.

2.   Id-data personali għandha titneħħa mir-rekords wara ħames snin mill-għeluq ta' kont jew wara ħames snin mill-għeluq ta' relazzjoni kummerċjali, kif definita fl-Artikolu 3(13) tad-Direttiva (UE) 2015/849, ma' persuna fiżika.

3.   Id-data personali tista' tinżamm, b'aċċess limitat għall-amministratur ċentrali, għal ħames snin addizzjonali biss għall-finijiet ta' investigazzjoni, detezzjoni, prosekuzzjoni, amministrazzjoni jew infurzar tat-taxxa, awditjar jew superviżjoni finanzjarja ta' attivitajiet li jinvolvu kwoti, jew ta' ħasil ta' flus, finanzjament tat-terroriżmu, delitti oħrajn jew abbuż tas-suq li għalihom il-kontijiet fir-Reġistru tal-Unjoni jistgħu jkunu strument, jew ta' ksur tad-dritt nazzjonali jew tal-Unjoni li jiżguraw il-funzjonament tal-ETS tal-UE.

4.   Għall-finijiet ta' investigazzjoni, detezzjoni, prosekuzzjoni, amministrazzjoni jew infurzar tat-taxxa, awditjar u superviżjoni finanzjarja ta' attivitajiet li jinvolvu kwoti, jew ta' ħasil ta' flus, finanzjament tat-terroriżmu, delitti oħrajn jew abbuż tas-suq li għalihom il-kontijiet fir-Reġistru tal-Unjoni jistgħu jkunu strument, jew ta' ksur tad-dritt nazzjonali jew tal-Unjoni li jiżguraw il-funzjonament tal-ETS tal-UE, id-data personali kkontrollata minn amministraturi nazzjonali tista' tinżamm wara l-għeluq tar-relazzjoni kummerċjali sat-tmiem ta' perjodu li jikkorrispondi għall-perjodu massimu ta' preskrizzjoni ta' dawn ir-reati stabbiliti fid-dritt nazzjonali tal-amministratur nazzjonali.

5.   L-informazzjoni dwar il-kont li jkun fiha data personali, miġbura skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u mhux maħżuna fir-Reġistru tal-Unjoni jew fl-EUTL, għandha tinżamm skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

6.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li l-amministraturi nazzjonali jkunu jistgħu jaċċessaw, isaqsu jew jesportaw ir-rekords kollha maħżuna fir-Reġistru tal-Unjoni, b'rabta mal-kontijiet li huma jew kienu amministrati minnhom.

Artikolu 79

Ir-rapportar u d-disponibbiltà tal-informazzjoni

1.   L-amministratur ċentrali għandu jagħmel disponibbli l-informazzjoni msemmija fl-Anness XIII għar-riċevituri stabbiliti fl-Anness XIII b'mod trasparenti u organizzat. L-amministratur ċentrali għandu jieħu l-passi kollha raġonevoli sabiex jagħmel disponibbli l-informazzjoni msemmija fl-Anness XIII bil-frekwenzi stabbiliti fl-Anness XIII. L-amministratur ċentrali ma għandux joħroġ informazzjoni addizzjonali miżmuma fl-EUTL jew fir-Reġistru tal-Unjoni, sakemm dan ma jkunx permess skont l-Artikolu 80.

2.   L-amministraturi nazzjonali jistgħu wkoll jagħmlu disponibbli l-parti tal-informazzjoni msemmija fl-Anness XIII li huma jkollhom aċċess għaliha skont l-Artikolu 80, bil-frekwenzi u lir-riċevituri stabbiliti fl-Anness XIII, b'mod trasparenti u organizzat, fuq sit aċċessibbli għall-pubbliku permezz tal-Internet. L-amministraturi nazzjonali ma għandhomx joħorġu informazzjoni addizzjonali miżmuma fir-Reġistru tal-Unjoni, sakemm dan ma jkunx permess skont l-Artikolu 80.

Artikolu 80

Kunfidenzjalità

1.   L-informazzjoni kollha, inkluża ż-żamma tal-kontijiet kollha, it-tranżazzjonijiet kollha magħmula, il-kodiċi uniku ta' identifikazzjoni tal-unità tal-kwoti miżmuma jew affettwati minn tranżazzjoni, miżmuma fl-EUTL u fir-Reġistru tal-Unjoni għandhom jitqiesu bħala kunfidenzjali, ħlief jekk jintalab mod ieħor mil-liġi tal-Unjoni, jew minn dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jsegwu objettiv leġittimu kompatibbli ma' dan ir-Regolament, u li huma proporzjonati.

L-ewwel subparagrafu japplika wkoll għal kwalunkwe informazzjoni miġbura skont dan ir-Regolament u miżmuma mill-amministratur ċentrali jew mill-amministratur nazzjonali.

2.   L-amministratur ċentrali u l-amministraturi nazzjonali għandhom jiżguraw li l-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għalihom jew l-entitajiet li lilhom jiġu ddelegati l-kompiti, kif ukoll l-esperti mogħtija struzzjonijiet minnhom, ikunu marbuta bl-obbligu tas-segretezza professjonali. Huma ma għandhom jiddivulgaw ebda informazzjoni kunfidenzjali li jistgħu jirċievu matul id-dmirijiet tagħhom, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-liġi kriminali jew tat-tassazzjoni nazzjonali jew id-dispożizzjonijiet l-oħrajn ta' dan ir-Regolament.

3.   L-amministratur ċentrali jew l-amministratur nazzjonali jista' jipprovdi data maħżuna fir-Reġistru tal-Unjoni u fl-EUTL jew miġbura skont dan ir-Regolament lill-entitajiet li ġejjin:

(a)

il-pulizija jew awtorità tal-infurzar tal-liġi jew awtorità ġudizzjarja oħra u l-awtoritajiet tat-taxxa ta' Stat Membru;

(b)

l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi tal-Kummissjoni Ewropea;

(c)

il-Qorti Ewropea tal-Awdituri;

(d)

l-Eurojust;

(e)

l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 48 tad-Direttiva (UE) 2015/849;

(f)

l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 67 tad-Direttiva (UE) 2014/65;

(g)

l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014;

(h)

l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22);

(i)

L-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23)

(j)

awtoritajiet superviżorji kompetenti nazzjonali;

(k)

l-amministraturi nazzjonali tal-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2003/87/KE;

(l)

l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 98/26/KE;

(m)

il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-protezzjoni tad-data.

4.   Id-data tista' tiġi pprovduta lill-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 3, fuq talba tagħhom, lill-amministratur ċentrali jew lill-amministratur nazzjonali, jekk tali talbiet ikunu ġustifikati u meħtieġa għall-finijiet ta' investigazzjoni, detezzjoni, prosekuzzjoni, amministrazzjoni jew infurzar tat-taxxa, awditjar u superviżjoni finanzjarja ta' attivitajiet li jinvolvu kwoti, jew ta' ħasil tal-flus, finanzjament tat-terroriżmu, delitti oħrajn, abbuż tas-suq li għalihom il-kontijiet fir-Reġistru tal-Unjoni jistgħu jkunu strument, jew ta' ksur tal-liġi nazzjonali jew tad-dritt tal-Unjoni li jiżguraw il-funzjonament tal-ETS tal-UE.

Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-liġi kriminali jew tat-tassazzjoni nazzjonali, l-amministratur ċentrali, l-amministraturi nazzjonali jew awtoritajiet u korpi oħrajn, persuni fiżiċi jew ġuridiċi, li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali skont dan ir-Regolament, jistgħu jużawha biss fil-qadi ta' dmirijiethom u għall-eżerċitar tal-funzjonijiet tagħhom, fil-każ tal-amministratur ċentrali u tal-amministraturi nazzjonali, fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jew, fil-każ ta' awtoritajiet u korpi oħrajn jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi, għall-iskop li għalih tali informazzjoni ġiet ipprovduta lilhom u/jew fil-kuntest ta' proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji speċifikament relatati mal-eżerċitar ta' dawk il-funzjonijiet.

Kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali riċevuta, skambjata jew trażmessa skont dan ir-Regolament għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu. Madankollu, dan l-Artikolu ma għandux iwaqqaf lill-amministratur ċentrali u lill-amministraturi nazzjonali milli jiskambjaw jew jittrażmettu informazzjoni kunfidenzjali f'konformità ma' dan ir-Regolament.

Dan l-Artikolu ma għandux iwaqqaf lill-amministratur ċentrali u lill-amministraturi nazzjonali milli jiskambjaw jew jittrażmettu, f'konformità mad-dritt nazzjonali, informazzjoni kunfidenzjali li ma tkunx ġiet riċevuta mingħand l-amministratur ċentrali jew amministratur nazzjonali ta' Stat Membru ieħor.

5.   Entità li tirċievi data f'konformità mal-paragrafu 4 għandha tiżgura li d-data li tkun irċeviet tintuża biss għall-finijiet iddikjarati fit-talba f'konformità mal-paragrafu 4 u ma tiġix magħmula disponibbli deliberatament jew aċċidentalment għal persuni mhux involuti fl-iskop maħsub tal-użu tad-data. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex twaqqaf lil dawn l-entitajiet milli jagħmlu d-data disponibbli għal entitajiet oħrajn elenkati fil-paragrafu 3, jekk dan ikun meħtieġ għall-finijiet iddikjarati fit-talba magħmula f'konformità mal-paragrafu 4.

6.   Fuq talba tagħhom, l-amministratur ċentrali jista' jipprovdi aċċess għad-data tat-tranżazzjonijiet li ma jippermettux l-identifikazzjoni diretta ta' persuni speċifiċi lill-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 3 għall-fini tat-tfittxija għal xejriet ta' tranżazzjonijiet suspettużi. L-entitajiet b'aċċess bħal dan jistgħu jinnotifikaw xejriet ta' tranżazzjonijiet suspettużi lil entitajiet oħrajn elenkati fil-paragrafu 3.

7.   L-Europol għandu jikseb aċċess permanenti ta' qari biss għad-data maħżuna fir-Reġistru tal-Unjoni u fl-EUTL għall-finijiet tal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24). L-Europol għandha żżomm lill-Kummissjoni mgħarrfa bl-użu li tagħmel mid-data.

8.   L-amministraturi nazzjonali għandhom jagħmlu disponibbli, permezz ta' mezzi siguri għall-amministraturi nazzjonali l-oħrajn kollha u għall-amministratur ċentrali, l-isem, in-nazzjonalità u d-data u l-post tat-twelid ta' persuni li għalihom ikunu rrifjutaw li jiftħu kont f'konformità mal-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 19(2), jew li lilhom irrifjutaw li jinnominaw bħala rappreżentant awtorizzat f'konformità mal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 21(5), u l-isem, in-nazzjonalità u d-data tat-twelid tad-detentur tal-kont u r-rappreżentanti awtorizzati tal-kontijiet li l-aċċess għalihom ġie sospiż f'konformità mal-Artikoli 30(1)(c), 30(2)(a), 30(3)(a) u (b) u l-Artikolu 30(4) jew tal-kontijiet li ngħalqu f'konformità mal-Artikolu 28. L-amministraturi nazzjonali għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tinżamm aġġornata u ma tibqax tiġi kondiviża meta r-raġunijiet li jwasslu għall-kondiviżjoni ma jibqgħux jeżistu. L-informazzjoni ma għandhiex tiġi kondiviża għal aktar minn ħames snin.

L-amministraturi nazzjonali għandhom jgħarrfu lill-persuni kkonċernati dwar il-fatt li l-identità tagħhom kienet kondiviża ma' amministraturi nazzjonali oħrajn u dwar it-tul ta' żmien ta' din il-kondiviżjoni tal-informazzjoni.

Il-persuni kkonċernati jistgħu joġġezzjonaw għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni fl-awtorità kompetenti jew fl-awtorità rilevanti skont il-liġi nazzjonali fi żmien 30 jum tal-kalendarju. L-awtorità kompetenti jew l-awtorità rilevanti għandha tagħti struzzjonijiet lill-amministratur nazzjonali sabiex jieqaf jikkondividi l-informazzjoni jew iżomm il-kondiviżjoni tal-informazzjoni f'deċiżjoni motivata, soġġett għar-rekwiżiti tal-liġi nazzjonali.

Il-persuni kkonċernati jistgħu jitolbu lill-amministratur nazzjonali li jikkondividi l-informazzjoni skont l-ewwel subparagrafu sabiex jippreżentalhom id-data personali li ġiet kondiviża dwarhom. L-amministraturi nazzjonali għandhom jikkonformaw ma' dawn it-talbiet fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta jirċievu t-talba.

9.   L-amministraturi nazzjonali jistgħu jiddeċiedu li jinnotifikaw lill-awtoritajiet tat-taxxa u tal-infurzar tal-liġi nazzjonali bit-tranżazzjonijiet kollha li jinvolvu għadd ta' unitajiet 'il fuq min-numru ddeterminat mill-amministratur nazzjonali, kif ukoll li jinnotifikaw kwalunkwe kont li jkun involut f'għadd ta' tranżazzjonijiet f'ċertu perjodu li jkun 'il fuq minn numru ddeterminat mill-amministratur nazzjonali.

10.   L-EUTL u r-Reġistru tal-Unjoni ma għandhomx jesiġu li d-detenturi ta' kontijiet jissottomettu informazzjoni dwar il-prezzijiet fir-rigward tal-kwoti.

11.   L-osservatur tal-bejgħ bl-irkant maħtur skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010 għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni kollha li tikkonċerna l-kont ta' kunsinna ta' kollateral ta' rkant miżmum fir-Reġistru tal-Unjoni.

Artikolu 81

Tariffi

1.   L-amministratur ċentrali ma għandu jitlob l-ebda tariffa mingħand detenturi ta' kontijiet fir-Reġistru tal-Unjoni.

2.   L-amministraturi nazzjonali jistgħu jitolbu miżati raġonevoli lid-detenturi u l-verifikaturi tal-kontijiet amministrati minnhom.

3.   L-amministraturi nazzjonali għandhom jinnotifikaw lill-amministratur ċentrali dwar il-miżati mitluba u dwar kwalunkwe tibdil fil-miżati fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol. L-amministratur ċentrali għandu juri l-miżati fuq sit web pubbliku.

Artikolu 82

Interruzzjoni tal-operat

L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li l-interruzzjonijiet tal-operat tar-Reġistru tal-Unjoni jinżammu għal minimu billi jieħu l-passi raġonevoli kollha sabiex jiżgura d-disponibbiltà u s-sigurtà tar-Reġistru tal-Unjoni u tal-EUTL skont it-tifsira tad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2017/46 u billi jipprevedi sistemi u proċeduri robusti għas-salvagwardja tal-informazzjoni kollha.

TITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI

Artikolu 83

Implimentazzjoni

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jimplimentaw dan ir-Regolament u, b'mod partikolari, sabiex l-amministraturi nazzjonali jkunu konformi mal-obbligi tagħhom li jivverifikaw u jirrevedu l-informazzjoni ppreżentata skont l-Artikoli 19(1), 21(4) u 22(4).

Artikolu 84

Użu ulterjuri tal-kontijiet

1.   Il-kontijiet, kif speċifikati fil-Kapitolu 3 tat-Titolu I ta' dan ir-Regolament, miftuħin jew użati skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013, għandhom jibqgħu jintużaw għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-kontijiet ta' depożitu ta' persuna miftuħin skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 389/2013 għandhom jiġu ttrasformati f'kontijiet ta' skambju.

Artikolu 85

Restrizzjonijiet fuq l-użu

1.   L-unitajiet ta' Kjoto kif definiti fl-Artikolu 3(12) tar-Regolament (UE) Nru 389/2013 jistgħu jinżammu fil-kontijiet tal-ETS fir-Reġistru tal-Unjoni sal-1 ta' Lulju 2023.

2.   Wara d-data msemmija fil-paragrafu 1, l-amministratur ċentrali għandu jipprovdi lill-amministraturi nazzjonali b'lista tal-kontijiet tal-ETS li għandhom unitajiet ta' Kjoto. Abbażi ta' din il-lista, l-amministratur nazzjonali għandu jitlob lid-detentur tal-kont sabiex jispeċifika kont tal-PK li fih għandhom jiġu ttrasferiti tali krediti internazzjonali.

3.   Jekk id-detentur ta' kont ikun għadu ma weġibx għat-talba tal-amministratur nazzjonali fi żmien 40 jum tax-xogħol, l-amministratur nazzjonali għandu jittrasferixxi l-krediti internazzjonali f'kont tal-PK nazzjonali jew f'kont definit mil-liġi nazzjonali.

Artikolu 86

L-għoti ta' informazzjoni ġdida dwar kont

L-informazzjoni dwar kont meħtieġa minn dan ir-Regolament li ma kinitx meħtieġa mir-Regolament (UE) Nru 389/2013 għandha tiġi ppreżentata lill-amministraturi nazzjonali sa mhux aktar tard minn matul ir-reviżjoni li jmiss imsemmija fl-Artikolu 22(4).

Artikolu 87

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 389/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 389/2013 jiġi emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 7, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jżomm konnessjoni ta' komunikazzjoni mar-reġistri tal-iskemi għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra li magħhom ikun hemm fis-seħħ ftehim ta' konnessjoni f'konformità mal-Artikolu 25 tad-Direttiva 2003/87/KE għall-finijiet tal-komunikazzjoni tat-tranżazzjonijiet bil-kwoti.”;

(2)

fl-Artikolu 56, jiżdiedu l-paragrafi 4 u 5 li ġejjin:

“4.   Fejn ikun hemm fis-seħħ ftehim skont l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2003/87/KE li jkun jirrikjedi t-trasferiment tal-kwoti tal-avjazzjoni lil operaturi ta' inġenji tal-ajru li jkollhom kontijiet fir-reġistru ta' skema oħra għall-iskambju ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra, l-amministratur ċentrali, f'kooperazzjoni mal-amministratur tar-reġistru l-ieħor, għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jittrasferixxi dawk il-kwoti tal-avjazzjoni mill-Kont ta' Allokazzjonijiet għall-Avjazzjoni tal-UE għall-kontijiet korrispondenti fir-reġistru l-ieħor.

5.   Fejn ikun hemm fis-seħħ ftehim skont l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2003/87/KE li jkun jirrikjedi t-trasferiment tal-kwoti tal-avjazzjoni li jikkorrispondu għal skema oħra għall-iskambju ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra lil operaturi ta' inġenji tal-ajru li jkollhom kontijiet fir-Reġistru tal-Unjoni, l-amministratur ċentrali, f'kooperazzjoni mal-amministratur tar-reġistru l-ieħor, għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jittrasferixxi dawk il-kwoti tal-avjazzjoni mill-kontijiet korrispondenti tar-reġistru l-ieħor lill-operatur ta' inġenji tal-ajru li jkollu kontijiet fir-Reġistru tal-Unjoni, wara approvazzjoni mill-awtorità kompetenti responsabbli għall-amministrazzjoni tal-iskema l-oħra għall-iskambju ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra.”;

(3)

fl-Artikolu 67, jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:

“5.   Meta jkun hemm ftehim fis-seħħ f'konformità mal-Artikolu 25 tad-Direttiva 2003/87/KE, il-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw għall-unitajiet maħruġa taħt l-iskema għall-iskambju tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra marbuta mal-ETS tal-UE.”;

(4)

L-Artikolu 71 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 71

Implimentazzjoni ta' arranġamenti ta' konnessjoni

L-amministratur ċentrali jista' joħloq kontijiet u proċessi u jwettaq tranżazzjonijiet u operazzjonijiet oħrajn fi żminijiet xierqa sabiex jimplimenta ftehimiet u arranġamenti magħmula skont l-Artikoli 25 u 25a tad-Direttiva 2003/87/KE”.

(5)

jiddaħħal l-Artikolu 99a li ġej:

“Artikolu 99a

Sospensjoni tal-ftehimiet ta' konnessjoni

Fil-każ ta' sospensjoni jew terminazzjoni ta' ftehim skont l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2003/87/KE, l-amministratur ċentrali għandu jieħu l-miżuri f'konformità mal-ftehim.”;

(6)

fl-Artikolu 105, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   L-istandards żviluppati f'konformità mal-ftehimiet skont l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2003/87/KE għandhom ikunu konsistenti mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u ta' skambju tad-data mfassla f'konformità mal-paragrafi 1 u 2.”;

(7)

L-Artikolu 108 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 108

Rekords

1.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jaħżen rekords dwar il-proċessi kollha, ir-reġistru tad-data u d-detenturi tal-kontijiet għal ħames snin wara l-għeluq ta' kont.

2.   Id-data personali għandha titneħħa mir-rekords wara ħames snin mill-għeluq ta' kont jew wara ħames snin mill-għeluq ta' relazzjoni kummerċjali, kif definita fl-Artikolu 3(13) tad-Direttiva (UE) 2015/849, mal-persuna fiżika.

3.   Id-data personali tista' tinżamm, b'aċċess limitat għall-amministratur ċentrali, għal ħames snin addizzjonali biss għall-finijiet ta' investigazzjoni, detezzjoni, prosekuzzjoni, amministrazzjoni jew infurzar tat-taxxa, awditjar jew superviżjoni finanzjarja ta' attivitajiet li jinvolvu kwoti, jew ta' ħasil ta' flus, finanzjament tat-terroriżmu, delitti oħrajn jew abbuż tas-suq li għalihom il-kontijiet fir-Reġistru tal-Unjoni jistgħu jkunu strument, jew ta' ksur tad-dritt nazzjonali jew tal-Unjoni li jiżguraw il-funzjonament tal-ETS tal-UE.

4.   Għall-finijiet ta' investigazzjoni, detezzjoni, prosekuzzjoni, amministrazzjoni jew infurzar tat-taxxa, awditjar u superviżjoni finanzjarja ta' attivitajiet li jinvolvu kwoti, jew ta' ħasil ta' flus, finanzjament tat-terroriżmu, delitti oħrajn jew abbuż tas-suq li għalihom il-kontijiet fir-Reġistru tal-Unjoni jistgħu jkunu strument, jew ta' ksur tad-dritt nazzjonali jew tal-Unjoni li jiżguraw il-funzjonament tal-ETS tal-UE, id-data personali kkontrollata minn amministraturi nazzjonali tista' tinżamm wara l-għeluq tar-relazzjoni kummerċjali sat-tmiem ta' perjodu li jikkorrispondi għall-perjodu massimu ta' preskrizzjoni ta' dawn ir-reati stabbiliti fid-dritt nazzjonali tal-amministratur nazzjonali.

5.   L-informazzjoni dwar il-kont li jkun fiha data personali, miġbura skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u mhux maħżuna fir-Reġistru tal-Unjoni jew fl-EUTL, għandha tinżamm skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

6.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li l-amministraturi nazzjonali jkunu jistgħu jaċċessaw, jistaqsu dwar u jesportaw ir-rekords kollha miżmuma fir-Reġistru tal-Unjoni fir-rigward tal-kontijiet li huma jew kienu amministrati minnhom.”

(8)

fl-Anness XIV, jiddaħħal il-punt 4a li ġej:

“4a.

Fl-1 ta' Mejju ta' kull sena, għandha tiġi ppubblikata l-informazzjoni li ġejja dwar il-ftehimiet li huma fis-seħħ skont l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2003/87/KE rreġistrati mill-EUTL sat-30 ta' April:

(a)

id-depożiti ta' kwoti maħruġa fl-iskema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet marbuta fuq il-kontijiet kollha fir-Reġistru tal-Unjoni;

(b)

in-numru ta' kwoti maħruġa fl-iskema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet marbuta użati għall-konformità fl-ETS tal-UE;

(c)

it-total ta' kwoti maħruġa fl-iskema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet marbuta li ġew ittrasferiti għal kontijiet fir-Reġistru tal-Unjoni fis-sena kalendarja preċedenti;

(d)

it-total ta' kwoti li ġew ittrasferiti għal kontijiet fl-iskema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet marbuta fis-sena kalendarja preċedenti.”.

Artikolu 88

Tħassir

Ir-Regolament (UE) Nru 389/2013 jitħassar b'effett mill-1 ta' Jannar 2021.

Madankollu, ir-Regolament (UE) Nru 389/2013 għandu jkompli japplika sal-1 ta' Jannar 2026 għall-operazzjonijiet kollha meħtieġa fir-rigward tal-perjodu ta' skambju bejn l-2013 u l-2020, u għat-tieni perjodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kyoto u għall-perjodu ta' konformità kif definit fl-Artikolu 3(30) ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 89

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2021, ħlief l-Artikolu 87, li għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Marzu 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 920/2010 tas-7 ta' Ottubru 2010 għal sistema standardizzata u sigura ta' reġistri skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 270, 14.10.2010, p. 1).

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 tat-2 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Deċiżjonijiet Nri 280/2004/KE u 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nri 920/2010 u 1193/2011 (ĠU L 122, 3.5.2013, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' gass serra tal-Komunità u biex jiġi implimentat il-Protokoll ta' Kjoto (ĠU L 49, 19.2.2004, p. 1).

(5)  Id-Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2018 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jiżdied it-tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u l-investimenti għal emissjonijiet baxxi ta' karbonju, u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 (ĠU L 76, 19.3.2018, p. 3).

(6)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(7)  Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1).

(8)  Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).

(9)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 tat-12 ta' Novembru 2010 dwar l-għażla taż-żmien, l-amministrazzjoni u aspetti oħra ta' rkantar ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità (ĠU L 302, 18.11.2010, p. 1).

(10)  Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 dwar finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta' pagamenti u titoli (ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45).

(11)  Regolament (UE) 2017/2392 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2017 li jemenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jitkomplew il-limitazzjonijiet attwali tal-kamp ta' applikazzjoni fl-attivitajiet tal-avjazzjoni u ssir il-preparazzjoni biex tiġi implimentata miżura globali bbażata fuq is-suq mill-2021 (ĠU L 350, 29.12.2017, p. 7).

(12)  Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

(13)  Regolament (UE) 2016/1191 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar il-promozzjoni tal-moviment liberu taċ-ċittadini permezz tas-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti għall-preżentazzjoni ta' ċerti dokumenti pubbliċi fl-Unjoni Ewropea u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU L 200, 26.7.2016, p. 1).

(14)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(15)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(16)  Id-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tal-iskema Komunitarja għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 63).

(17)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 tad-19 ta' Diċembru 2018 li jiddetermina regoli tranżizzjonali għall-Unjoni kollha għall-allokazzjoni armonizzata bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 59, 27.2.2019, p. 8).

(18)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 tad-19 ta' Diċembru 2018 dwar il-verifika tad-data u l-akkreditament tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 334, 31.12.2018, p. 94).

(19)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(20)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(21)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 tal-10 ta' Jannar 2017 dwar is-sigurtà tas-sistemi ta' komunikazzjoni u informazzjoni fil-Kummissjoni Ewropea (ĠU L 6, 11.1.2017, p. 40).

(22)  Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(23)  Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1).

(24)  Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).


ANNESS I

Tabella I-I: Tipi ta' kontijiet u tipi ta' unitajiet li jistgħu jinżammu f'kull tip ta' kont

Isem it-tip ta' kont

Detentur tal-kont

Amministratur tal-kont

Għadd ta' kontijiet ta' dan it-tip

Allokazzjonijiet

Unitajiet mill-ETS marbuta skont l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2003/87/KE

Kwoti ġenerali

Kwoti tal-avjazzjoni

I.   Kontijiet ta' ġestjoni tal-ETS fir-Reġistru tal-Unjoni

Kont ta' Kwantità Totali tal-UE

UE

amministratur ċentrali

1

Iva

Le

Le

Kont ta' Kwantità Totali tal-Avjazzjoni tal-UE

UE

amministratur ċentrali

1

Le

Iva

Le

Kont ta' Bejgħ bl-Irkant tal-UE

UE

amministratur ċentrali

1

Iva

Le

Le

Kont ta' Allokazzjoni tal-UE

UE

amministratur ċentrali

1

Iva

Le

Le

Kont ta' Bejgħ bl-Irkant għall-Avjazzjoni tal-UE

UE

amministratur ċentrali

1

Le

Iva

Le

Kont ta' Riżerva Speċjali tal-UE

UE

amministratur ċentrali

1

Le

Iva

Le

Kont ta' Allokazzjonijiet għall-Avjazzjoni tal-UE

UE

amministratur ċentrali

1

Le

Iva

Le

Kont ta' Tħassir tal-UE

UE

amministratur ċentrali

1

Iva

Iva

Iva

Kont ta' Kunsinna ta' Kollateral ta' Rkant

Irkantatur, Pjattaforma tal-Irkant, Sistema tal-Ikklerjar jew Sistema ta' Saldu

amministratur nazzjonali li fetaħ il-kont

wieħed jew iktar għal kull pjattaforma tal-irkant

Iva

Iva

Le

II.   Kontijiet ta' depożitu tal-ETS fir-Reġistru tal-Unjoni

Kont ta' depożitu ta' operatur

Operatur

amministratur nazzjonali tal-Istat Membru fejn tinstab l-installazzjoni

wieħed għal kull installazzjoni

Iva

Iva

Iva

Kont ta' depożitu ta' operatur ta' inġenji tal-ajru

Operatur ta' inġenji tal-ajru

amministratur nazzjonali tal-Istat Membru li jamministra l-operatur tal-inġenji tal-ajru

wieħed għal kull operatur ta' inġenji tal-ajru

Iva

Iva

Iva

Kont ta' depożitu nazzjonali

Stat Membru

amministratur nazzjonali tal-Istat Membru detentur tal-kont

wieħed jew aktar għal kull Stat Membru

Iva

Iva

Iva

III.   Kontijiet ta' skambju tal-ETS fir-Reġistru tal-Unjoni

Kont ta' negozjar

Persuna

amministratur nazzjonali jew amministratur ċentrali li fetaħ il-kont

kif approvat

Iva

Iva

Iva


ANNESS II

Termini u kundizzjonijiet

Ħlas ta' imposti

1.

It-termini u l-kundizzjonijiet li jirrigwardjaw kwalunkwe miżata tar-reġistru sabiex jiġu stabbiliti u jinżammu l-kontijiet u sabiex jiġu rreġistrati u jinżammu l-verifikaturi.

Modifikazzjoni ta' termini u kundizzjonijiet ewlenin

2.

Modifikazzjoni tat-termini ewlenin biex jirriflettu l-bidliet f'dan ir-Regolament jew il-bidliet fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Soluzzjoni tat-tilwim

3.

Dispożizzjonijiet marbutin mat-tilwim bejn detenturi ta' kontijiet u l-għażla tal-qorti għall-amministratur nazzjonali.

Responsabbiltà

4.

Il-limitu tar-responsabbiltà għall-amministratur nazzjonali.

5.

Il-limitu tar-responsabbiltà għad-detentur tal-kont.

ANNESS III

Informazzjoni li għandha tiġi sottomessa ma' talbiet sabiex jinfetaħ kont

1.

L-informazzjoni stabbilita fit-Tabella III-I.

Tabella III-I: dettalji tal-kont għall-kontijiet kollha

 

A

B

C

D

E

F

Entrata Nru.

Entrata bid-dettalji tal-kont

Mandatorja jew Opzjonali?

Tip

Jista' jiġi aġġornat?

L-aġġornament jitlob l-approvazzjoni tal-amministratur?

Jintwera fuq is-sit web pubbliku tal-EUTL?

1

Tip ta' kont

M

Għażla

Le

mhux applikabbli

Iva

2

Isem id-detentur tal-kont

M

Liberu

Iva

Iva

Iva

3

Isem il-kont (mogħti mid-detentur tal-kont)

M

Liberu

Iva

Le

Iva

4

Indirizz tad-detentur tal-kont - pajjiż

M

Għażla

Iva

Iva

Iva

5

Indirizz tad-detentur tal-kont - reġjun jew stat

O

Liberu

Iva

Iva

Iva

6

Indirizz tad-detentur tal-kont - belt

M

Liberu

Iva

Iva

Iva

7

Indirizz tad-detentur tal-kont - kodiċi postali

M

Liberu

Iva

Iva

Iva

8

Indirizz tad-detentur tal-kont - linja 1

M

Liberu

Iva

Iva

Iva

9

Indirizz tad-detentur tal-kont - linja 2

O

Liberu

Iva

Iva

Iva

10

Numru ta' reġistrazzjoni tal-kumpanija tad-detentur tal-kont

M

Liberu

Iva

Iva

Iva

11

Nru tat-telefon tad-detentur tal-kont 1

M

Liberu

Iva

Le

Le (*1)

12

Nru tat-telefon tad-detentur tal-kont 2

M

Liberu

Iva

Le

Le (*1)

13

Indirizz email tad-detentur tal-kont

M

Liberu

Iva

Le

Le (*1)

14

Data tat-twelid (għal persuni fiżiċi)

M għal persuni fiżiċi

Liberu

Le

mhux applikabbli

Le

15

Post tat-twelid– belt (għal persuni fiżiċi)

M għal persuni fiżiċi

Liberu

Le

mhux applikabbli

Le

16

Post tat-twelid - pajjiż

O

Liberu

Le

mhux applikabbli

Le

17

Tip ta' dokument prova tal-identità (għal persuni fiżiċi)

M

Għażla

Iva

Iva

Le

18

Nru tad-dokument tal-identità (għal persuni fiżiċi)

M

Liberu

Iva

Iva

Le

19

Data ta' skadenza tad-dokument tal-identità

M fejn assenjat

Liberu

Iva

Iva

Le

20

Numru ta' reġistrazzjoni tal-VAT bil-kodiċi tal-pajjiż

M fejn assenjat

Liberu

Iva

Iva

Le

21

Identifikatur tal-Entità Ġuridika skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014

M fejn assenjat

Prestabbilit

Iva

Le

Iva


(*1)  Id-detentur tal-kont jista' jiddeċiedi li l-informazzjoni tintwera fuq is-sit web pubbliku tal-EUTL.


ANNESS IV

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta għall-ftuħ ta' kont ta' kunsinna tal-irkant sjew kont ta' skambju

1.

L-informazzjoni stabbilita fit-Tabella III-I tal-Anness III.

2.

Prova li l-persuna li tkun qed titlob il-ftuħ ta' kont ikollha kont tal-bank miftuħ fi Stat Membru taż-Żona Ekonomika Ewropea.

3.

Evidenza li ssostni l-identità tal-persuna fiżika li tkun qed titlob il-ftuħ ta' kont, li tista' tkun kopja ta' wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

karta tal-identità maħruġa minn Stat li jkun Membru taż-Żona Ekonomika Ewropea jew tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi;

(b)

passaport;

(c)

dokument li huwa aċċettat bħala dokument ta' identifikazzjoni personali skont il-liġi nazzjonali tal-amministratur nazzjonali li jamministra l-kont.

4.

Evidenza li ssostni l-indirizz tar-residenza permanenti tad-detentur ta' kont li jkun persuna fiżika, li tista' tkun kopja ta' wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

id-dokument ta' identità sottomess skont il-punt 3, jekk ikollu l-indirizz tar-residenza permanenti;

(b)

kwalunkwe dokument ieħor ta' identità maħruġ minn gvern li jkollu l-indirizz ta' residenza permanenti;

(c)

jekk il-pajjiż ta' residenza permanenti ma joħroġx dokumenti ta' identità li jkollhom l-indirizz ta' residenza permanenti, dikjarazzjoni tal-awtoritajiet lokali li tikkonferma r-residenza permanenti tal-persuna nominata;

(d)

kwalunkwe dokument ieħor li skont id-drawwa jkun aċċettat fl-Istat Membru tal-amministratur tal-kont bħala evidenza tar-residenza permanenti tal-persuna nominata.

5.

Id-dokumenti li ġejjin f'każ ta' persuna ġuridika li tkun qed titlob sabiex jinfetaħ kont:

(a)

dokument li jagħti prova tar-reġistrazzjoni tal-entità legali.

(b)

dettalji ta' kont tal-bank;

(c)

konferma tar-reġistrazzjoni tal-VAT;

(d)

l-isem, id-data tat-twelid u n-nazzjonalità tas-sid benefiċjarju tal-entità ġuridika kif definiti fil-punt (6) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2015/849, inkluż it-tip ta' sjieda jew kontroll li qegħdin jeżerċitaw;

(e)

lista tad-diretturi.

6.

Jekk persuna ġuridika titlob sabiex tiftaħ kont, l-amministraturi nazzjonali jistgħu jitolbu għas-sottomissjoni tad-dokumenti addizzjonali li ġejjin:

(a)

kopja tal-istrumenti li jistabbilixxu l-entità ġuridika;

(b)

kopja tar-rapport annwali jew tal-aħħar dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati, jew jekk ma tkun disponibbli ebda dikjarazzjoni finanzjarja awditjata, kopja tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji bil-bolla tal-uffiċċju tat-taxxa jew tad-direttur finanzjarju.

7.

Evidenza li ssostni l-indirizz irreġistrat tad-detentur ta' kont, li jkun persuna ġuridika, jekk dan ma jkunx ċar mid-dokument sottomess f'konformità mal-punt 5.

8.

Ir-rekord kriminali, jew kwalunkwe dokument ieħor li huwa aċċettat mill-amministratur tal-kont bħala rekord kriminali, tal-persuna fiżika li titlob sabiex jinfetaħ kont.

Jekk persuna ġuridika titlob il-ftuħ ta' kont, l-amministratur nazzjonali jista' jitlob ir-rekord kriminali, jew kwalunkwe dokument ieħor li jiġi aċċettat mill-amministratur tal-kont bħala rekord kriminali, tas-sid benefiċjarju u/jew id-diretturi ta' din il-persuna ġuridika. Jekk l-amministratur nazzjonali jitlob ir-rekord kriminali, għandha tiġi rreġistrata l-ġustifikazzjoni għal din it-talba.

Minflok jitlob is-sottomissjoni ta' rekord kriminali, l-amministratur nazzjonali jista' jitlob lill-awtorità kompetenti sabiex iżżomm ir-rekords kriminali bil-għan li tipprovdi l-informazzjoni rilevanti elettronikament, f'konformità mal-liġi nazzjonali.

Id-dokumenti sottomessi taħt dan il-punt ma jistgħux jinżammu wara l-ftuħ tal-kont.

9.

Jekk dokument jiġi pprovdut bħala dokument oriġinali lill-amministratur nazzjonali, huwa jista' jagħmel kopja tiegħu u jindika l-awtentiċità tiegħu fuq il-kopja.

10.

Kopja ta' dokument tista' tiġi sottomessa bħala evidenza taħt dan l-Anness jekk tkun iċċertifikata bħala kopja vera minn nutar pubbliku jew minn persuna simili oħra speċifikata mill-amministratur nazzjonali. Mingħajr preġudizzju għar-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/1191, fir-rigward tad-dokumenti maħruġa barra l-Istat Membru fejn tiġi sottomessa l-kopja tad-dokument, il-kopja għandha tiġi legalizzata, ħlief fejn ikun previst mod ieħor mil-liġi nazzjonali. Id-data taċ-ċertifikazzjoni jew tal-legalizzazzjoni ma għandhiex tkun ta' aktar minn tliet xhur qabel id-data tal-applikazzjoni.

11.

L-amministratur tal-kont jista' jitlob li d-dokumenti sottomessi jkunu akkumpanjati minn traduzzjoni ċċertifikata f'lingwa speċifikata mill-amministratur.

12.

Minflok ma jiksbu dokumenti stampati li jagħtu prova tal-informazzjoni meħtieġa taħt dan l-Anness, l-amministraturi nazzjonali jistgħu jużaw għodod diġitali sabiex jirkupraw l-informazzjoni rilevanti, sakemm dawn l-għodod ikunu awtorizzati skont il-liġi nazzjonali sabiex jipprovdu dik l-informazzjoni.

ANNESS V

Informazzjoni addizzjonali li għandha tiġi pprovduta għar-reġistrazzjoni tal-verifikaturi

Dokument li jagħti prova li l-verifikatur li jkun qed jitlob ir-reġistrazzjoni huwa akkreditat bħala verifikatur f'konformità mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2003/87/KE.


ANNESS VI

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta għall-ftuħ ta' kont ta' depożitu ta' operatur

1.

L-informazzjoni mogħtija fit-Tabella III-I tal-Anness III.

2.

Skont id-data mogħtija skont it-Tabella III-I tal-Anness III, l-operatur tal-installazzjoni għandu jingħata bħala d-detentur tal-kont. L-isem mogħti għad-detentur tal-kont għandu jkun identiku bħall-isem tal-persuna fiżika jew ġuridika li tkun id-detentur tal-permess rilevanti għal gassijiet serra.

3.

Jekk id-detentur ta' kont ikun parti minn grupp, huwa għandu jipprovdi dokument li jidentifika b'mod ċar l-istruttura tal-grupp. Jekk dak id-dokument ikun kopja, huwa għandu jiġi ċċertifikat bħala kopja vera minn nutar pubbliku jew minn persuna simili oħra speċifikata mill-amministratur nazzjonali. Jekk il-kopja ċċertifikata tinħareġ barra l-Istat Membru li jitlob kopja, il-kopja għandha tkun legalizzata, ħlief fejn ikun previst mod ieħor mil-liġi nazzjonali. Id-data taċ-ċertifikazzjoni jew tal-legalizzazzjoni ma għandhiex tkun ta' aktar minn tliet xhur qabel id-data tal-applikazzjoni.

4.

L-informazzjoni stabbilita fit-Tabelli VI-I u VI-II ta' dan l-Anness.

5.

Jekk persuna ġuridika titlob sabiex tiftaħ kont, l-amministraturi nazzjonali jistgħu jitolbu għas-sottomissjoni tad-dokumenti addizzjonali li ġejjin:

(a)

dokument li jagħti prova tar-reġistrazzjoni tal-entità ġuridika;

(b)

dettalji ta' kont tal-bank;

(c)

konferma tar-reġistrazzjoni tal-VAT;

(d)

l-isem, id-data tat-twelid u n-nazzjonalità tas-sid benefiċjarju tal-entità ġuridika kif definiti fl-Artikolu 3(6) tad-Direttiva (UE) 2015/849, inkluż it-tip ta' sjieda jew kontroll li qegħdin jeżerċitaw;

(e)

kopja tal-istrumenti li jistabbilixxu l-entità ġuridika;

(f)

kopja tar-rapport annwali jew tal-aħħar dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati, jew jekk ma tkun disponibbli ebda dikjarazzjoni finanzjarja awditjata, kopja tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji bil-bolla tal-uffiċċju tat-taxxa jew tad-direttur finanzjarju.

6.

Minflok ma jiksbu dokumenti stampati li jagħtu prova tal-informazzjoni meħtieġa taħt dan l-Anness, l-amministraturi nazzjonali jistgħu jużaw għodod diġitali sabiex jirkupraw l-informazzjoni rilevanti, sakemm dawn l-għodod ikunu awtorizzati skont il-liġi nazzjonali sabiex jipprovdu dik l-informazzjoni.

Tabella VI-I: dettalji ta' kont għall-kontijiet ta' depożitu ta' operatur

 

A

B

C

D

E

F

Entrata Nru.

Entrata bid-dettalji tal-kont

Mandatorja jew Opzjonali?

Tip

Jista' jiġi aġġornat?

L-aġġornament jitlob l-approvazzjoni tal-amministratur?

Jintwera fuq is-sit web pubbliku tal-EUTL?

1

ID tal-permess

M

Liberu

Iva

Iva

Iva

2

Data tad-dħul fis-seħħ tal-permess

M

Liberu

Iva

Iva

3

Isem l-installazzjoni

M

Liberu

Iva

Iva

Iva

4

It-tip ta' attività tal-installazzjoni

M

Għażla

Iva

Iva

Iva

5

Indirizz tal-installazzjoni – pajjiż

M

Prestabbilit

Iva

Iva

Iva

6

Indirizz tal-installazzjoni - reġjun jew Stat

O

Liberu

Iva

Iva

Iva

7

Indirizz tal-installazzjoni – belt

M

Liberu

Iva

Iva

Iva

8

Indirizz tal-installazzjoni – kodiċi postali

M

Liberu

Iva

Iva

Iva

9

Indirizz tal-installazzjoni – linja 1

M

Liberu

Iva

Iva

Iva

10

Indirizz tal-installazzjoni – linja 2

O

Liberu

Iva

Iva

Iva

11

Nru tat-telefon tal-installazzjoni 1

M

Liberu

Iva

Le

Le

12

Nru tat-telefon tal-installazzjoni 2

M

Liberu

Iva

Le

Le

13

Indirizz tal-posta elettronika tal-installazzjoni

M

Liberu

Iva

Le

Le

14

Isem l-impriża omm

M Fejn assenjat

Liberu

Iva

Le

Iva

15

Isem l-impriża sussidjarja

M Fejn assenjat

Liberu

Iva

Le

Iva

16

ID ta' detentur ta' kont tal-impriża omm (mogħtija mir-Reġistru tal-Unjoni)

M Fejn assenjat

Prestabbilit

Iva

Le

Le

17

Numru ta' identifikazzjoni tal-EPRTR

M Fejn assenjat

Liberu

Iva

Le

Iva

18

Latitudni

O

Liberu

Iva

Le

Iva

19

Lonġitudni

O

Liberu

Iva

Le

Iva

20

Sena tal-ewwel emissjoni

M

Liberu

 

 

Iva

Tabella VI-II: Dettalji tal-persuna ta' kuntatt tal-installazzjoni

 

A

B

C

D

E

F

Entrata Nru.

Entrata bid-dettalji tal-kont

Mandatorja jew Opzjonali?

Tip

Jista' jiġi aġġornat?

L-aġġornament jitlob l-approvazzjoni tal-amministratur?

Jintwera fuq is-sit web pubbliku tal-EUTL?

1

Isem il-persuna ta' kuntatt fl-Istat Membru

O

Liberu

Iva

Le

Le

2

Kunjom il-persuna ta' kuntatt fl-Istat Membru

O

Liberu

Iva

Le

Le

3

Indirizz tal-persuna ta' kuntatt – pajjiż

O

Prestabbilit

Iva

Le

Le

4

Indirizz tal-persuna ta' kuntatt - reġjun jew Stat

O

Liberu

Iva

Le

Le

5

Indirizz tal-persuna ta' kuntatt – belt

O

Liberu

Iva

Le

Le

6

Indirizz tal-persuna ta' kuntatt – kodiċi postali

O

Liberu

Iva

Le

Le

7

Indirizz tal-persuna ta' kuntatt – linja 1

O

Liberu

Iva

Le

Le

8

Indirizz tal-persuna ta' kuntatt – linja 2

O

Liberu

Iva

Le

Le

9

Nru tat-telefon tal-persuna ta' kuntatt 1

O

Liberu

Iva

Le

Le

10

Nru tat-telefon tal-persuna ta' kuntatt 2

O

Liberu

Iva

Le

Le

11

Indirizz tal-posta elettronika tal-persuna ta' kuntatt

O

Liberu

Iva

Le

Le


ANNESS VII

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta għall-ftuħ ta' kont ta' depożitu ta' operatur ta' inġenji tal-ajru

1.

L-informazzjoni stabbilita fit-Tabella III-I tal-Anness III u fit-Tabella VII-I tal-Anness VII.

2.

Taħt id-data mogħtija skont it-Tabella III-I, l-operatur ta' inġenji tal-ajru għandu jingħata bħala d-detentur tal-kont. L-isem irreġistrat għad-detentur tal-kont għandu jkun identiku għall-isem fil-Pjan ta' Monitoraġġ. F'każ li l-isem fil-Pjan ta' Monitoraġġ ma jkunx għadu jintuża, għandu jintuża l-isem fir-reġistru ta' negozjar jew l-isem użat mill-Eurocontrol.

3.

Jekk id-detentur ta' kont ikun parti minn grupp, huwa għandu jipprovdi dokument li jidentifika b'mod ċar l-istruttura tal-grupp. Jekk dak id-dokument ikun kopja, huwa għandu jiġi ċċertifikat bħala kopja vera minn nutar pubbliku jew minn persuna simili oħra speċifikata mill-amministratur nazzjonali. Jekk il-kopja ċċertifikata tinħareġ barra l-Istat Membru li jitlob kopja, il-kopja għandha tkun legalizzata, ħlief fejn ikun previst mod ieħor mil-liġi nazzjonali. Id-data taċ-ċertifikazzjoni jew tal-legalizzazzjoni ma għandhiex tkun ta' aktar minn tliet xhur qabel id-data tal-applikazzjoni.

4.

Is-sinjal bir-radju huwa d-desinjatur tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO) fil-kaxxa 7 tal-pjan tat-titjira jew, jekk mhux disponibbli, il-marka ta' reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru.

5.

Jekk persuna ġuridika titlob sabiex tiftaħ kont, l-amministraturi nazzjonali jistgħu jitolbu għas-sottomissjoni tad-dokumenti addizzjonali li ġejjin:

(a)

dokument li jagħti prova tar-reġistrazzjoni tal-entità ġuridika;

(b)

dettalji ta' kont tal-bank;

(c)

konferma tar-reġistrazzjoni tal-VAT;

(d)

l-isem, id-data tat-twelid u n-nazzjonalità tas-sid benefiċjarju tal-entità ġuridika kif definiti fl-Artikolu 3(6) tad-Direttiva (UE) 2015/849, inkluż it-tip ta' sjieda jew kontroll li qegħdin jeżerċitaw;

(e)

kopja tal-istrumenti li jistabbilixxu l-entità ġuridika;

(f)

kopja tar-rapport annwali jew tal-aħħar dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati, jew jekk ma tkun disponibbli ebda dikjarazzjoni finanzjarja awditjata, kopja tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji bil-bolla tal-uffiċċju tat-taxxa jew tad-direttur finanzjarju.

6.

Minflok ma jiksbu dokumenti stampati li jagħtu prova tal-informazzjoni meħtieġa taħt dan l-Anness, l-amministraturi nazzjonali jistgħu jużaw għodod diġitali sabiex jirkupraw l-informazzjoni rilevanti, sakemm dawn l-għodod ikunu awtorizzati skont il-liġi nazzjonali sabiex jipprovdu dik l-informazzjoni.

Tabella VII-I: dettalji ta' kont għall-kontijiet ta' depożitu ta' operatur tal-inġenji tal-ajru

 

A

B

C

D

E

F

Entrata Nru.

Entrata bid-dettalji tal-kont

Mandatorja jew Opzjonali?

Tip

Jista' jiġi aġġornat?

L-aġġornament jitlob l-approvazzjoni tal-amministratur?

Jintwera fuq is-sit web pubbliku tal-EUTL?

1

Kodiċi uniku skont ir-Regolament tal-Kummissjoni 748/2009

M

Liberu

Iva

Iva

Iva

2

Sinjal bir-radju (desinjatur ICAO)

O

Liberu

Iva

Iva

Iva

3

ID tal-pjan ta' monitoraġġ

M

Liberu

Iva

Iva

Iva

4

Pjan ta' monitoraġġ – l-ewwel sena ta' applikabbiltà

M

Liberu

Iva

Iva

Iva


ANNESS VIII

Informazzjoni dwar ir-rappreżentanti awtorizzati li għandha tiġi pprovduta lill-amministratur tal-kont

1.

L-informazzjoni mogħtija fit-Tabella VIII-I tal-Anness VIII.

Tabella VIII-I: Dettalji tar-rappreżentant awtorizzat

 

A

B

C

D

E

F

Entrata Nru.

Entrata bid-dettalji tal-kont

Mandatorja jew Opzjonali?

Tip

Jista' jiġi aġġornat?

L-aġġornament jitlob l-approvazzjoni tal-amministratur?

Jintwera fuq is-sit web pubbliku tal-EUTL?

1

Isem

M

Liberu

Iva

Iva

Le

2

Kunjom

M

Liberu

Iva

Iva

Le

3

Titolu

O

Liberu

Iva

Le

Le

4

Titolu tal-impjieg

O

Liberu

Iva

Le

Le

5

Isem l-impjegatur

O

Liberu

Iva

Le

Le

6

Dipartiment ta' min iħaddem

O

Liberu

Iva

Le

Le

7

Pajjiż

M

Prestabbilit

Le

mhux applikabbli

Le

8

Reġjun jew Stat

O

Liberu

Iva

Iva

Le

9

Belt

M

Liberu

Iva

Iva

Le

10

Kodiċi postali

M

Liberu

Iva

Iva

Le

11

Indirizz – linja 1

M

Liberu

Iva

Iva

Le

12

Indirizz – linja 2

O

Liberu

Iva

Iva

Le

13

Nru tat-telefon 1

M

Liberu

Iva

Le

Le

14

Telefon ċellulari

M

Liberu

Iva

Iva

Le

15

Indirizz tal-posta elettronika

M

Liberu

Iva

Iva

Le

16

Data tat-twelid

M

Liberu

Le

mhux applikabbli

Le

17

Post tat-twelid – belt

M

Liberu

Le

mhux applikabbli

Le

18

Post tat-twelid – pajjiż

M

Liberu

Le

mhux applikabbli

Le

19

Tip ta' dokument li jsostni l-identità

M

Għażla

Iva

Iva

Le

20

Numru tad-dokument tal-identità

M

Liberu

Iva

Iva

Le

21

Data ta' skadenza tad-dokument tal-identità

M Fejn assenjat

Liberu

Iva

Iva

Le

22

Numru tar-reġistrazzjoni nazzjonali

O

Liberu

Iva

Iva

Le

23

Lingwa ppreferuta

O

Għażla

Iva

Le

Le

24

Drittijiet bħala rappreżentant awtorizzat

M

Għażla Multipla

Iva

Iva

Le

2.

Dikjarazzjoni debitament iffirmata mid-detentur tal-kont li tindika li huwa jixtieq jinnomina persuna partikolari bħala rappreżentant awtorizzat, li tikkonferma li r-rappreżentant awtorizzat għandu d-dritt li jibda, li japprova, u li jibda u japprova tranżazzjonijiet f'isem id-detentur tal-kont jew aċċess “għall-qari biss” (kif stabbilit fil-paragrafi 1 u 5 tal-Artikolu 20, rispettivament).

3.

Evidenza li ssostni l-identità tal-persuna maħtura, li tista' tkun kopja ta' wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

karta tal-identità maħruġa minn Stat li jkun Membru taż-Żona Ekonomika Ewropea jew tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi;

(b)

passaport;

(c)

dokument li huwa aċċettat bħala dokument ta' identifikazzjoni personali skont il-liġi nazzjonali tal-amministratur nazzjonali li jamministra l-kont.

4.

Evidenza li ssostni l-indirizz tar-residenza permanenti tal-persuna maħtura, li tista' tkun kopja ta' wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

id-dokument ta' identità sottomess skont il-punt 3, jekk ikollu l-indirizz tar-residenza permanenti;

(b)

kwalunkwe dokument ieħor ta' identità maħruġ minn gvern li jkollu l-indirizz ta' residenza permanenti;

(c)

jekk il-pajjiż ta' residenza permanenti ma joħroġx dokumenti ta' identità li jkollhom l-indirizz ta' residenza permanenti, dikjarazzjoni tal-awtoritajiet lokali li tikkonferma r-residenza permanenti tal-persuna nominata;

(d)

kwalunkwe dokument ieħor li skont id-drawwa jkun aċċettat fl-Istat Membru tal-amministratur tal-kont bħala evidenza tar-residenza permanenti tal-persuna nominata;

5.

Ir-rekord kriminali, jew kwalunkwe dokument ieħor li huwa aċċettat mill-amministratur tal-kont bħala rekord kriminali, tal-persuna nominata, ħlief għal rappreżentanti awtorizzati tal-verifikaturi.

Minflok jitlob is-sottomissjoni ta' rekord kriminali, l-amministratur nazzjonali jista' jitlob lill-awtorità kompetenti sabiex iżżomm ir-rekords kriminali bil-għan li tipprovdi l-informazzjoni rilevanti elettronikament, f'konformità mal-liġi nazzjonali.

Id-dokumenti sottomessi skont dan il-punt ma jistgħux jinżammu wara li tkun ġiet approvata n-nomina tar-rappreżentant tal-kont.

6.

Jekk dokument jiġi pprovdut bħala dokument oriġinali lill-amministratur nazzjonali, huwa jista' jagħmel kopja tiegħu u jindika l-awtentiċità tiegħu fuq il-kopja.

7.

Kopja ta' dokument tista' tiġi sottomessa bħala evidenza taħt dan l-Anness jekk tkun iċċertifikata bħala kopja vera minn nutar pubbliku jew minn persuna simili oħra speċifikata mill-amministratur nazzjonali. Mingħajr preġudizzju għar-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/1191, fir-rigward tad-dokumenti maħruġa barra l-Istat Membru fejn tiġi sottomessa l-kopja tad-dokument, il-kopja għandha tiġi legalizzata, ħlief fejn ikun previst mod ieħor mil-liġi nazzjonali. Id-data taċ-ċertifikazzjoni jew tal-legalizzazzjoni ma għandhiex tkun ta' aktar minn tliet xhur qabel id-data tal-applikazzjoni.

8.

L-amministratur tal-kont jista' jitlob li d-dokumenti sottomessi jkunu akkumpanjati minn traduzzjoni ċċertifikata f'lingwa speċifikata mill-amministratur nazzjonali.

9.

Minflok ma jiksbu dokumenti stampati li jagħtu prova tal-informazzjoni meħtieġa taħt dan l-Anness, l-amministraturi nazzjonali jistgħu jużaw għodod diġitali sabiex jirkupraw l-informazzjoni rilevanti, sakemm dawn l-għodod ikunu awtorizzati skont il-liġi nazzjonali sabiex jipprovdu dik l-informazzjoni.

ANNESS IX

Formati għas-sottomissjoni ta' data dwar l-emissjonijiet annwali

1.

Id-data dwar l-emissjonijiet għall-operaturi għandha tinkludi l-informazzjoni stabbilita fit-Tabella IX-I, filwaqt li jitqies il-format elettroniku għas-sottomissjoni ta' data dwar l-emissjonijiet kif deskritt fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u ta' skambju tad-data previsti fl-Artikolu 75.

Tabella IX-I: Data dwar l-emissjonijiet għall-operaturi

 

 

 

 

1

ID tal-installazzjoni:

 

2

Sena tar-rapportar

 

Emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra

 

f'tunnellati

f'tunnellati ta' CO2eq

3

Emissjonijiet ta' CO2

 

 

4

Emissjonijiet ta' N2O

 

 

5

Emissjonijiet ta' PFC

 

 

6

Emissjonijiet totali

Σ (C3+C4+C5)

2.

Id-data dwar l-emissjonijiet għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandha tinkludi l-informazzjoni stabbilita fit-Tabella IX-II, filwaqt li jitqies il-format elettroniku għas-sottomissjoni ta' data dwar l-emissjonijiet kif deskritt fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u ta' skambju tad-data previsti fl-Artikolu 75.

Tabella IX-II: Data dwar l-emissjonijiet għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru

 

 

 

1

ID tal-operatur ta' inġenju tal-ajru:

 

2

Sena tar-rapportar

 

Emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra

 

f'tunnellati ta' CO2

3

Emissjonijiet domestiċi

(Tirrigwardja t-titjiriet kollha li telqu minn ajrudrom li jinsab fit-territorju ta' Stat Membru u li waslu f'ajrudrom li jinsab fit-territorju tal-istess Stat Membru)

 

4

Emissjonijiet mhux domestiċi

(Tirrigwardja t-titjiriet kollha li telqu minn ajrudrom li jinsab fit-territorju ta' Stat Membru u li waslu f'ajrudrom li jinsab fit-territorju ta' Stat Membru ieħor)

 

5

Emissjonijiet totali

Σ (C3+C4)


ANNESS X

Tabella tal-allokazzjonijiet nazzjonali

Ringiela Nru

 

Kwantità ta' kwoti ġenerali allokati bla ħlas

 

Skont l-Artikolu 10a(7) tad-Direttiva 2003/87/KE

Skont l-Artikolu 10ċ tad-Direttiva 2003/87/KE (trasferibbli)

 

Skont dispożizzjoni oħra tad-Direttiva 2003/87/KE

Total

 

1

Kodiċi tal-pajjiż tal-Istat Membru

 

 

 

 

 

Input manwali

2

 

ID tal-installazzjoni

 

 

 

 

 

Input manwali

3

 

Kwantità li għandha tiġi allokata:

 

 

 

 

 

 

4

 

 

fis-sena X

 

 

 

 

 

Input manwali

5

 

 

fis-sena X+1

 

 

 

 

 

Input manwali

6

 

 

fis-sena X+2

 

 

 

 

 

Input manwali

7

 

 

fis-sena X+3

 

 

 

 

 

Input manwali

8

 

 

fis-sena X+4

 

 

 

 

 

Input manwali

9

 

 

fis-sena X+5

 

 

 

 

 

Input manwali

10

 

 

fis-sena X+6

 

 

 

 

 

Input manwali

11

 

 

fis-sena X+7

 

 

 

 

 

Input manwali

12

 

 

fis-sena X+8

 

 

 

 

 

Input manwali

13

 

 

fis-sena X+9

 

 

 

 

 

Input manwali

Ir-ringieli Nri. 2 sa 13 għandhom jiġu ripetuti għal kull installazzjoni.


ANNESS XI

Tabella tal-allokazzjonijiet nazzjonali għall-avjazzjoni

Ringiela Nru.

 

Kwantità ta' kwoti tal-avjazzjoni allokati bla ħlas

 

Skont l-Artikolu 3e tad-Direttiva 2003/87/KE

Skont l-Artikolu 3f tad-Direttiva 2003/87/KE

Total

 

1

Kodiċi tal-pajjiż tal-Istat Membru

 

 

 

Input manwali

2

 

ID tal-operatur ta' inġenju tal-ajru

 

 

 

Input manwali

3

 

Kwantità li għandha tiġi allokata

 

 

 

 

4

 

 

fis-sena X

 

 

 

Input manwali

5

 

 

fis-sena X+1

 

 

 

Input manwali

6

 

 

fis-sena X+2

 

 

 

Input manwali

7

 

 

fis-sena X+3

 

 

 

Input manwali

8

 

 

fis-sena X+4

 

 

 

Input manwali

9

 

 

fis-sena X+5

 

 

 

Input manwali

10

 

 

fis-sena X+6

 

 

 

Input manwali

11

 

 

fis-sena X+7

 

 

 

Input manwali

12

 

 

fis-sena X+8

 

 

 

Input manwali

13

 

 

fis-sena X+9

 

 

 

Input manwali

Ir-ringieli Nri. 2 sa 13 għandhom jiġu ripetuti għal kull operatur ta' inġenju tal-ajru.


ANNESS XII

Tabella ta' bejgħ bl-irkant

Ringiela Nru.

Informazzjoni dwar il-pjattaforma ta' rkant

 

 

1

Kodiċi ta' identifikazzjoni tal-pjattaforma ta' rkant

 

 

2

Identità tal-osservatur tal-irkant

 

 

3

In-numru tal-Kont ta' Konsenja ta' Kollateral ta' Rkant

 

 

4

Informazzjoni dwar irkantijiet individwali ta' (kwoti ġenerali/kwoti tal-avjazzjoni)

 

5

Volum individwali tal-irkant

Data u ħin tal-kunsinna fil-Kont ta' Kunsinna ta' Kollateral ta' Rkant

Identità tal-irkantatur(i) konness(i) ma' kull irkant

Volum għall-irkantatur(i) rispettiv(i) fil-volum individwali tal-irkant, li jinkludi, fejn applikabbli, il-volum rispettiv ta' kwoti skont l-Artikolu 10a(8) tad-Direttiva 2003/87/KE

Input manwali

6

 

 

 

 

Input manwali

7

 

 

Input manwali

8

 

 

Input manwali

9

 

 

Input manwali

10

 

 

Input manwali

11

 

 

Input manwali

12

 

 

Input manwali

13

 

 

 

 

Input manwali

14

 

 

Input manwali

15

 

 

Input manwali

16

 

 

Input manwali

17

 

 

Input manwali

18

 

 

Input manwali

19

 

 

Input manwali


ANNESS XIII

Rekwiżiti tar-rapportar tal-amministratur ċentrali

I.   Informazzjoni fir-Reġistru tal-Unjoni relatata mal-ETS tal-UE

Informazzjoni disponibbli għall-pubbliku

1.

L-EUTL għandu jqiegħed għall-wiri fuq is-sit web pubbliku tal-EUTL l-informazzjoni li ġejja għal kull kont:

(a)

l-informazzjoni kollha indikata bħala “murija fuq is-sit web pubbliku tal-EUTL” fit-Tabella III-I tal-Anness III, fit-Tabella VI-I tal-Anness VI u fit-Tabella VII-I tal-Anness VII;

(b)

kwoti allokati lil detenturi ta' kontijiet individwali skont l-Artikoli 48 u 50;

(c)

l-istatus tal-kont f'konformità mal-Artikolu 9(1);

(d)

is-sena tal-ewwel emissjonijiet u s-sena tal-aħħar emissjonijiet;

(e)

l-għadd ta' kwoti restitwiti skont l-Artikolu 6.

(f)

iċ-ċifra tal-emissjonijiet verifikati, flimkien mal-korrezzjonijiet tagħha għall-installazzjoni relatata mal-kont ta' depożitu ta' operatur għas-sena X għandha titqiegħed għall-wiri mill-1 ta' April 'il quddiem tas-sena (X+1);

(g)

simbolu u dikjarazzjoni li jindikaw jekk l-installazzjoni jew l-operatur ta' inġenji tal-ajru relatati mal-kont ta' depożitu ta' operatur ċedewx għadd ta' kwoti sat-30 ta' April, li huma mill-inqas ugwali għall-emissjonijiet kollha tiegħu fis-snin mgħoddija kollha.

L-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (d) għandha tiġi aġġornata kull 24 siegħa.

Għall-finijiet tal-punt (g), is-simboli u d-dikjarazzjonijiet li għandhom jintwerew huma stabbiliti fit-Tabella XIV-I. Is-simbolu għandu jiġi aġġornat fl-1 ta' Mejju u, għajr għaż-żieda ta' * fil-każijiet deskritti taħt ir-ringiela 5 tat-Tabella XIV-I, ma għandux jinbidel sal-1 ta' Mejju li jkun imiss, sakemm il-kont ma jingħalaqx qabel.

Tabella XIV-I: Dikjarazzjonijiet ta' konformità

Ringiela Nru.

Ċifra tal-istat ta' konformità skont l-Artikolu 33

L-emissjonijiet ivverifikati jiġu rreġistrati għall-aħħar sena sħiħa?

Simbolu

Dikjarazzjoni

li għandha tintwera fuq is-sit web pubbliku tal-EUTL

1

0 jew kwalunkwe numru pożittiv

Iva

A

“L-għadd ta' kwoti ċeduti sat-30 ta' April huwa akbar mill-emissjonijiet ivverifikati jew daqshom”

2

kwalunkwe numru negattiv

Iva

B

“L-għadd ta' kwoti restitwiti sat-30 ta' April huwa anqas mill-emissjonijiet verifikati”

3

kwalunkwe numru

Le

C

“L-emissjonijiet ivverifikati għas-sena preċedenti ma ddaħħlux sat-30 ta' April”

4

kwalunkwe numru

Le (għaliex il-proċess ta' ċediment tal-kwoti u/jew il-proċess ta' aġġornament tal-emissjonijiet ivverifikati kien sospiż għar-reġistru tal-Istat Membru)

X

“Id-dħul ta' emissjonijiet verifikati u/jew ir-restituzzjoni kienu impossibbli sat-30 ta' April minħabba li l-proċess ta' restituzzjoni ta' kwoti u/jew il-proċess ta' aġġornament ta' emissjonijiet verifikati kienu sospiżi għar-Reġistru tal-Istat Membru”

5

kwalunkwe numru

Iva jew Le (iżda sussegwentement aġġornati mill-awtorità kompetenti)

* [miżjud mas-simbolu inizjali]

“L-emissjonijiet ivverifikati kienu stmati jew ikkoreġuti mill-awtorità kompetenti.”

2.

L-EUTL għandu jqiegħed għall-wiri fuq is-sit web pubbliku tal-EUTL l-informazzjoni ġenerali li ġejja, u għandu jaġġornaha kull 24 siegħa:

(a)

it-tabella ta' allokazzjonijiet nazzjonali ta' kull Stat Membru, inklużi indikazzjonijiet ta' kull tibdil magħmul fit-tabella f'konformità mal-Artikolu 47;

(b)

it-tabelli ta' allokazzjonijiet nazzjonali għall-avjazzjoni ta' kull Stat Membru, inklużi indikazzjonijiet ta' kull tibdil magħmul fit-tabella f'konformità mal-Artikolu 49;

(c)

l-għadd totali ta' kwoti miżmuma fir-Reġistru tal-Unjoni fil-kontijiet kollha tal-utenti fil-jum preċedenti;

(d)

il-miżati mitluba minn amministraturi nazzjonali f'konformità mal-Artikolu 81.

3.

Fit-30 ta' April ta' kull sena, l-EUTL għandu juri l-informazzjoni ġenerali li ġejja fuq is-sit web pubbliku tiegħu:

(a)

is-somma tal-emissjonijiet ivverifikati minn Stat Membru mdaħħlin għas-sena kalendarja preċedenti bħala perċentwal tas-somma tal-emissjonijiet ivverifikati tas-sena ta' qabel dik is-sena;

(b)

is-sehem tal-perċentwali li jappartjeni lil kontijiet amministrati minn Stat Membru partikolari fl-għadd u fil-volum tal-kwoti kollha u t-tranżazzjonijiet ta' trasferimenti ta' unitajiet ta' Kjoto fis-sena kalendarja preċedenti;

(c)

is-sehem tal-perċentwal li jappartieni lil kontijiet amministrati minn Stat Membru partikolari fl-għadd u fil-volum tal-kwoti kollha u t-tranżazzjonijiet ta' trasferimenti ta' unitajiet ta' Kjoto fis-sena kalendarja preċedenti bejn kontijiet amministrati minn Stati Membri differenti.

4.

L-EUTL għandu juri fuq is-sit web pubbliku tal-EUTL l-informazzjoni li ġejja dwar kull tranżazzjoni kompluta rreġistrata mill-EUTL sat-30 ta' April ta' sena partikolari fl-1 ta' Mejju tliet snin wara:

(a)

l-isem tad-detentur tal-kont u l-ID tad-detentur tal-kont ittrasferit;

(b)

l-isem tad-detentur tal-kont u l-ID tad-detentur tal-kont ittrasferit;

(c)

l-ammont ta' kwoti jew ta' unitajiet ta' Kjoto involuti fit-tranżazzjoni, inkluż il-kodiċi tal-pajjiż, iżda mingħajr il-kodiċi uniku ta' identifikazzjoni tal-unità tal-kwoti u l-valur numeriku uniku tan-numru tas-serje tal-unitajiet ta' Kjoto;

(d)

il-kodiċi ta' identifikazzjoni tat-tranżazzjoni;

(e)

id-data u l-ħin li fihom tkun tlestiet it-tranżazzjoni (f'Ħin tal-Ewropa Ċentrali);

(f)

it-tip tat-tranżazzjoni.

L-ewwel paragrafu ma għandux japplika għal tranżazzjonijiet, fejn kemm il-kont trasferenti kif ukoll dak akkwirenti kien kont ta' ġestjoni tal-ETS kif indikat fit-Tabella I-I tal-Anness I.

5.

Fl-1 ta' Mejju ta' kull sena, għandha tiġi ppubblikata l-informazzjoni li ġejja dwar ftehimiet li huma fis-seħħ skont l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2003/87/KE rreġistrati mill-EUTL sat-30 ta' April:

(a)

id-depożiti tal-kwoti maħruġa fis-sistema ta' skambju tal-emissjonijiet marbuta fuq il-kontijiet kollha fir-Reġistru tal-Unjoni;

(b)

l-għadd ta' kwoti maħruġa fis-sistema ta' skambju tal-emissjonijiet marbuta użata għall-konformità fl-ETS tal-UE;

(c)

is-somma ta' kwoti maħruġa fis-sistema ta' skambju tal-emissjonijiet marbuta li ġew ittrasferiti għal kontijiet fir-Reġistru tal-Unjoni fis-sena kalendarja preċedenti;

(d)

is-somma ta' kwoti li ġew ittrasferiti għal kontijiet fis-sistema ta' skambju tal-emissjonijiet marbuta fis-sena kalendarja preċedenti.

Informazzjoni disponibbli għad-detenturi tal-kontijiet

6.

Ir-Reġistru tal-Unjoni għandu juri l-informazzjoni li ġejja fil-parti tas-sit web tar-Reġistru tal-Unjoni aċċessibbli biss għad-detentur ta' kont, u għandu jaġġornaha f'ħin reali:

(a)

id-depożiti kurrenti ta' kwoti u unitajiet ta' Kjoto, inkluż il-kodiċi tal-pajjiż u, kif xieraq, l-indikazzjoni li turi f'liema perjodu ta' għaxar snin inħolqu l-kwoti, iżda mingħajr il-kodiċi uniku ta' identifikazzjoni tal-unità tal-kwoti u l-valur numeriku uniku tan-numru tas-serje tal-unitajiet ta' Kjoto;

(b)

lista tat-tranżazzjonijiet proposti mibdija minn dak id-detentur ta' kont, bid-dettalji għal kull tranżazzjoni proposta

(i)

l-elementi elenkati fil-punt 4 ta' dan l-Anness;

(ii)

in-numru tal-kont u l-isem tad-detentur tal-kont akkwirenti

(iii)

id-data u l-ħin li fihom it-tranżazzjoni kienet proposta (f'Ħin tal-Ewropa Ċentrali);

(iv)

l-istat attwali ta' dik it-tranżazzjoni proposta;

(v)

kwalunkwe kodiċi ta' rispons mibgħut b'riżultat tal-kontrolli magħmula mir-Reġistru u mill-EUTL

(c)

lista ta' kwoti jew unitajiet ta' Kjoto ttrasferiti jew akkwiżiti minn dak il-kont bħala riżultat tat-tranżazzjonijiet li tlestew, bid-dettalji għal kull tranżazzjoni

(i)

l-elementi elenkati fil-punt 4;

(ii)

in-numru tal-kont u l-isem tad-detentur tal-kont trasferenti u akkwirenti.


2.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/63


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1123

tat-12 ta' Marzu 2019

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 389/2013 rigward l-implimentazzjoni teknika tat-tieni perjodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kjoto

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jesiġi li l-kwoti kollha maħruġa mill-1 ta' Jannar 2012 'il quddiem jinżammu f'Reġistru tal-Unjoni. Tali Reġistru tal-Unjoni kien inizjalment stabbilit mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 920/2010 (3).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 (4) ħassar ir-Regolament (UE) Nru 920/2010 sabiex jistabbilixxi rekwiżiti ġenerali, operazzjonali u ta' manutenzjoni fir-rigward tar-Reġistru tal-Unjoni għall-perjodu ta' skambju li jibda fl-1 ta' Jannar 2013 u l-perjodi sussegwenti, fir-rigward tar-reġistru indipendenti tat-tranżazzjonijiet previst fl-Artikolu 20(1) tad-Direttiva 2003/87/KE u fir-rigward tar-reġistri previsti fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(3)

L-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 jipprevedi l-istabbiliment ta' reġistri għat-twettiq ta' obbligi li joħorġu mill-Protokoll ta' Kyoto. Ir-Regolament (UE) Nru 389/2013 jirregola wkoll il-funzjonament ta' dawn ir-reġistri.

(4)

Il-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima li serviet bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto, adottat l-emenda ta' Doha li tistabbilixxi t-tieni perjodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kjoto, li jibda mill-1 ta' Jannar 2013 u jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2020 (“l-Emenda ta' Doha”). L-Unjoni approvat l-Emenda ta' Doha bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1339 (6). Jenħtieġ li l-Emenda ta' Doha għall-Protokoll ta' Kjoto tiġi implimentata fir-Reġistru tal-Unjoni u fir-reġistri nazzjonali tal-Protokoll ta' Kjoto. Madankollu, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet rilevanti japplikaw biss mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Emenda ta' Doha għall-Protokoll ta' Kjoto.

(5)

In-Norveġja u l-Liechtenstein qed jipparteċipaw fl-iskema tal-UE għan-negozjar ta' emissjonijiet stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE, iżda mhumiex partijiet fil-ftehim ta' twettiq konġunt (7) matul it-tieni perjodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kjoto. Għalhekk, għandha tiġi stabbilita proċedura tal-ikklerjar speċifika fi tmiem it-tieni perjodu ta' impenn kif stipulat fl-Artikolu 10(6) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013.

(6)

L-operazzjonijiet kollha meħtieġa fir-rigward tat-tielet perjodu ta' skambju tas-sistema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet tal-UE bejn l-2013 u l-2020 għandhom jitlestew f'konformità mar-regoli stipulati fir-Regolament (UE) Nru 389/2013. Billi d-Direttiva 2003/87/KE tipprevedi l-użu ta' krediti internazzjonali ġġenerati skont il-Protokoll ta' Kyoto, dak ir-Regolament ser ikompli japplika għal dawk l-operazzjonijiet sal-1 ta' Lulju 2023, li huwa t-tmiem tal-perjodu addizzjonali għall-issodisfar tal-impenji skont it-tieni perjodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kjoto. Sabiex tiġi pprovduta ċarezza dwar ir-regoli li japplikaw għall-operazzjonijiet kollha relatati mat-tielet perjodu ta' skambju f'konformità mad-Direttiva 2003/87/KE, kif emendata mid-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), minn naħa, u r-regoli li japplikaw għall-operazzjonijiet kollha relatati mar-raba' perjodu ta' skambju f'konformità mad-Direttiva 2003/87/KE, kif emendata mid-Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), min-naħa l-oħra, il-kamp ta' applikazzjoni ta' dawk id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 389/2013 li jkomplu japplikaw, wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament preżenti, għall-operazzjonijiet relatati mat-tielet perjodu ta' skambju, se jkun limitat għal dak l-iskop,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fir-Regolament (UE) Nru 389/2013, jiddaħħal l-Artikolu 73h li ġej:

“Artikolu 73h

Il-proċess ta' kklerjar għal pajjiżi li mhumiex parti minn ftehim ta' twettiq konġunt

1.   Fi żmien 6 xhur wara l-għeluq tal-perjodu ta' negozjar 2013–2020, l-amministratur ċentrali għandu jikkalkula l-valur tal-ikklerjar għal pajjiżi li mhumiex partijiet għal ftehim ta' twettiq konġunt billi jnaqqas l-ammont ugwali għall-kwoti fl-EU ETS li jirriżultaw mill-inklużjoni ta' dak il-pajjiż fl-EU ETS għall-perjodu ta' negozjar 2013–2020 mill-ammont totali ta' kwoti ġenerali ċeduti minn operaturi amministrati mill-amministratur nazzjonali ta' dak il-pajjiż għall-perjodu 2013–2020.

2.   L-amministratur ċentrali għandu jinnotifika lill-amministraturi nazzjonali dwar ir-riżultat tal-kalkolu skont il-paragrafu 1.

3.   Fi żmien 5 jiem tax-xogħol min-notifika stabbilita fil-paragrafu 2, l-Amministratur Ċentrali għandu jittrasferixxi ammont ta' AAUs li jkun ugwali għall-valur ta' kklerjar ikkalkulat skont il-paragrafu 1 mill-Kont ta' Kklerjar Ċentrali tal-ETS fir-Reġistru tal-Unjoni lil kont ta' depożitu ta' parti tal-PK fir-reġistru tal-PK ta' kull pajjiż b'valur ta' kklerjar pożittiv.

4.   Fi żmien 5 jiem ta' xogħol min-notifika stabbilita fil-paragrafu 2, kull amministratur tar-reġistru tal-PK li l-pajjiż tiegħu jkollu valur ta' kklerjar negattiv għandu jittrasferixxi ammont ta' AAUs ugwali għall-ekwivalenti pożittiv tal-valur ta' kklerjar ikkalkulat skont il-paragrafu 1 lill-Kont ta' Kklerjar Ċentrali tal-ETS fir-Reġistru tal-Unjoni.

5.   Qabel ma jsir it-trasferiment imsemmi fil-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu, l-amministratur nazzjonali rilevanti jew l-amministratur ċentrali għandu l-ewwel jittrasferixxi l-għadd ta' AAUs meħtieġa biex jissodisfaw is-sehem tar-rikavat applikat għall-ewwel trasferimenti internazzjonali ta' AAUs skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013.

6.   Fi żmien 6 xhur wara l-għeluq tal-perjodu ta' negozjar 2013–2020, l-amministratur ċentrali għandu jikkalkula l-valur ta' kklerjar għal pajjiżi li ma jkunux partijiet fi ftehim ta' twettiq konġunt billi jnaqqas l-ammont ugwali għall-emissjonijiet ivverifikati minn operaturi ta' inġenji tal-ajru li huma inklużi fl-inventarju nazzjonali taħt l-UNFCCC ta' dak il-pajjiż mill-ammont totali ta' kwoti ġenerali ċeduti minn operaturi ta' inġenji tal-ajru amministrati mill-amministratur nazzjonali ta' dak il-pajjiż għall-perjodu 2013–2020.

7.   L-amministratur ċentrali għandu jinnotifika lill-amministraturi nazzjonali dwar ir-riżultat tal-kalkolu skont il-paragrafu 6.

8.   Fi żmien 5 jiem ta' xogħol min-notifika skont il-paragrafu 7, kull amministratur tar-reġistru tal-PK li l-pajjiż tiegħu jkollu valur ta' kklerjar pożittiv għandu jittrasferixxi ammont ta' AAUs li jkun ugwali għall-valur ta' kklerjar ikkalkulat skont il-paragrafu 6 lill-Kont ta' Kklerjar Ċentrali tal-ETS fir-Reġistru tal-Unjoni.

9.   Fi żmien 5 jiem tax-xogħol min-notifika skont il-paragrafu 7, l-Amministratur Ċentrali għandu jittrasferixxi ammont ta' AAUs li jkun ugwali għall-ekwivalenti pożittiv tal-valur ta' kklerjar ikkalkulat skont il-paragrafu 6 mill-Kont ta' Kklerjar Ċentrali tal-ETS fir-Reġistru tal-Unjoni lil kont ta' depożitu ta' parti tal-PK fir-reġistru tal-PK ta' kull pajjiż b'valur ta' kklerjar negattiv.

10.   Qabel ma jsir it-trasferiment imsemmi fil-paragrafi 8 u 9 ta' dan l-Artikolu, l-amministratur nazzjonali rilevanti jew l-amministratur ċentrali għandu l-ewwel jittrasferixxi l-għadd ta' AAUs meħtieġa biex jissodisfaw is-sehem tar-rikavat applikat għall-ewwel trasferimenti internazzjonali ta' AAUs skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mid-data tal-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta' komunikazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Emenda ta' Doha għall-Protokoll ta' Kjoto.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Marzu 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13.

(2)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 920/2010 tas-7 ta' Ottubru 2010 għal sistema standardizzata u sigura ta' reġistri skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 270, 14.10.2010, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 tat-2 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Deċiżjonijiet Nri 280/2004/KE u 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 920/2010 u (UE) Nru 1193/2011 (ĠU L 122, 3.5.2013, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-Komunità u biex jiġi implimentat il-Protokoll ta' Kyoto (ĠU L 49, 19.2.2004, p. 1).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1339 tat-13 ta' Lulju 2015 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Emenda ta' Doha għall-Protokoll ta' Kjoto għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u t-twettiq konġunt tal-impenji taħtha (ĠU L 207, 4.8.2015, p. 1).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1340 tas-It-Tnejn, 13 ta' Lulju 2015 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Islanda, min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni tal-Islanda fit-twettiq konġunt tal-impenji tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tagħha u l-Islanda għat-tieni perijodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kjoto għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (ĠU L 207, 4.8.2015, p. 15).

(8)  Id-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tal-iskema Komunitarja għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 63).

(9)  Id-Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2018 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jiżdiedu t-tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u l-investimenti għal emissjonijiet baxxi ta' karbonju, u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 (ĠU L 76, 19.3.2018, p. 3).


2.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/66


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1124

tat-13 ta' Marzu 2019

li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/1122 fir-rigward tal-funzjonament tar-Reġistru tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1122 tat-12 ta' Marzu 2019 li jissupplementa d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-funzjonament tar-Reġistru tal-Unjoni (2) jistabbilixxi r-regoli għall-funzjonament tar-Reġistru tal-Unjoni, stabbilit skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(2)

L-operazzjonijiet kollha meħtieġa fir-rigward tal-perjodu ta' konformità bejn l-2013 u l-2020 għandhom jitlestew f'konformità mar-regoli stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 (4). Billi d-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) tistabbilixxi r-regoli għall-perjodu ta' konformità 2013-2020, inkluż dwar l-użu ta' krediti internazzjonali ġġenerati skont il-Protokoll ta' Kyoto, dak ir-Regolament ser ikompli japplika għal dawk l-operazzjonijiet sal-1 ta' Lulju 2023, li huwa t-tmiem tal-perjodu addizzjonali għall-issodisfar tal-impenji skont it-tieni perjodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kjoto. Sabiex tiġi pprovduta ċarezza dwar ir-regoli li japplikaw għall-operazzjonijiet kollha relatati mal-perjodu ta' konformità bejn l-2013 u l-2020 f'konformità mad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE, minn naħa, u r-regoli li japplikaw għall-operazzjonijiet kollha relatati mal-perjodu ta' konformità bejn l-2021 u l-2030 f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/842, min-naħa l-oħra, il-kamp ta' applikazzjoni ta' dawk id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 389/2013 li jkomplu japplikaw, wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament preżenti, għall-operazzjonijiet relatati mal-perjodu ta' konformità bejn l-2013 u l-2020, ser ikun limitat għal dak l-iskop.

(3)

Ir-Regolament (UE) 2018/842 jistabbilixxi obbligi għall-Istati Membri fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet minimi tagħhom għall-perjodu mill-2021 sal-2030 sabiex jissodisfaw il-mira tal-Unjoni li tnaqqas l-emissjonijiet tagħha ta' gassijiet b'effett ta' serra bi 30 % taħt il-livelli tal-2005 fl-2030.

(4)

L-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2018/842 jistabbilixxi li l-kontabbiltà preċiża tat-tranżazzjonijiet skont dak ir-Regolament għandha tiġi żgurata fir-Reġistru tal-Unjoni.

(5)

Jenħtieġ li jinħarġu unitajiet ta' allokazzjoni tal-emissjonijiet annwali fil-Kontijiet ta' Konformità tal-Istati Membri għall-konformità mal-obbligi skont ir-Regolament (UE) 2018/842 (“Kontijiet ta' Konformità tal-ESR”) stabbiliti fir-Reġistru tal-Unjoni skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1122, fi kwantitajiet iddeterminati skont l-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/842. L-unitajiet ta' allokazzjoni tal-emissjonijiet annwali għandhom jinżammu biss fil-Kontijiet ta' Konformità tal-ESR fir-Reġistru tal-Unjoni.

(6)

Ir-Reġistru tal-Unjoni għandu jippermetti l-implimetazzjoni taċ-ċiklu ta' konformità skont ir-Regolament (UE) 2018/842 billi jipprovdi l-proċessi għall-introduzzjoni fil-Kontijiet ta' Konformità tal-ESR tad-data riveduta annwali dwar l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra, għad-determinazzjoni tal-figura tal-istatus ta' konformità għal kull Kont ta' Konformità tal-ESR tal-Istat Membru għal kull sena ta' perjodu ta' konformità partikolari u, fejn meħtieġ, għall-applikazzjoni tal-fattur skont l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament (UE) 2018/842.

(7)

Ir-Reġistru tal-Unjoni għandu jiżgura wkoll il-kontabbiltà preċiża tat-tranżazzjonijiet skont l-Artikoli 5, 6, 7 u 11 tar-Regolament (UE) 2018/842.

(8)

Għaldaqstant, ir-Regolament Delegat (UE) 2019/1122 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għaldaqstant, ir-Regolament Delegat (UE) 2019/1122 huwa emendat skont dan:

(1)

fil-konsiderazzjonijiet, jiżdied it-test li ġej:

“Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (*1) u, b'mod partikolari, l-Artikolu 12(1) tiegħu,

(*1)   ĠU L 156, 19.6.2018. p. 26.”;"

(2)

fl-Artikolu 2, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Dan ir-Regolament japplika wkoll għall-unitajiet ta' allokazzjoni tal-emissjonijiet annwali (AEA).”;

(3)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (12) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(12)

“tranżazzjoni” tfisser proċess fir-Reġistru tal-Unjoni li jinvolvi t-trasferiment ta' kwota jew unità ta' allokazzjoni tal-emissjonijiet annwali minn kont wieħed għal kont ieħor;”

(b)

jiżdiedu l-punti (23) u (24) li ġejjin:

“(23)

“perjodu ta' konformità tal-ESR” tfisser il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2030, li matulu l-Istati Membri għandhom jillimitaw l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2018/842;

(24)

“unità tal-allokazzjoni ta' emissjonijiet annwali” tfisser subdiviżjoni ta' allokazzjoni ta' emissjonijiet annwali tal-Istat Membru ddeterminata skont l-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/842 ugwali għal tunnellata waħda ta' ekwivalenti għal diossidu tal-karbonju;”;

(4)

fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri għandhom jużaw ir-Reġistru tal-Unjoni għall-finijiet tal-issodisfar tal-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/87/KE u l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2018/842. Ir-Reġistru tal-Unjoni għandu jipprovdi lill-amministraturi nazzjonali u lid-detenturi tal-kontijiet bil-proċessi stabbiliti f'dan ir-Regolament.”;

(5)

fl-Artikolu 7, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.   L-amministratur ċentrali, l-awtoritajiet kompetenti u l-amministraturi nazzjonali għandhom iwettqu biss il-proċessi meħtieġa sabiex jaqdu l-funzjonijiet rispettivi tagħhom f'konformità mad-Direttiva 2003/87/KE u mar-Regolament (UE) 2018/842.”;

(6)

L-Artikolu 12 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 12

Il-ftuħ ta' kontijiet amministrati mill-amministratur ċentrali

1.   L-amministratur ċentrali għandu jiftaħ il-kontijiet kollha tal-immaniġġjar tal-ETS fir-Reġistru tal-Unjoni, il-Kont ta' Kwantità Totali tal-ESR AEA tal-UE, il-Kont ta' Tħassir skont ir-Regolament (UE) 2018/842 (‘Kont ta' Tħassir tal-ESR’), l-Anness II tal-UE tal-Kont ta' Kwantità Totali tal-AEA, il-Kont ta' Riżerva tas-Sikurezza tal-ESR tal-UE u Kont wieħed ta' Konformità tal-ESR għal kull Stat Membru għal kull sena tal-perjodu ta' konformità.

2.   L-amministratur nazzjonali maħtur skont l-Artikolu 7(1) għandu jaġixxi bħala rappreżentant awtorizzat tal-Kontijiet ta' Konformità tal-ESR.”;

(7)

jiddaħħal l-Artikolu 27a li ġej:

“Artikolu 27a

Għeluq tal-Kont ta' Konformità tal-ESR

L-amministratur ċentrali għandu jagħlaq Kont ta' Konformità tal-ESR mhux aktar kmieni minn xahar wara d-determinazzjoni tal-figura tal-istatus ta' konformità għal dak il-kont skont l-Artikolu 59f u wara li jagħti notifika minn qabel lid-detentur tal-kont.

Mal-għeluq tal-Kont ta' Konformità tal-ESR, l-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jittrasferixxi l-AEAs li jifdal fil-Kont ta' Konformità tal-ESR għall-Kont ta' Tħassir tal-ESR.”;

(8)

jiddaħħal it-Titolu IIA li ġej:

“TITOLU IIA

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAT-TRANŻAZZJONIJIET TA' KONTABBILTÀ SKONT IR-REGOLAMENTI (UE) 2018/842 U (UE) 2018/841

KAPITOLU 1

Tranżazzjonijiet skont ir-Regolament (UE) 2018/842

Artikolu 59a

Il-ħolqien ta' AEAs

1.   Fil-bidu tal-perjodu ta' konformità, l-amministratur ċentrali għandu joħloq:

(a)

fil-Kont ta' Kwantità Totali ta' AEAs tal-ESR tal-UE, kwantità ta' AEAs ugwali għas-somma tal-allokazzjonijiet ta' emissjonijiet annwali għall-Istati Membri kollha għas-snin kollha tal-perjodu ta' konformità kif stabbilit fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2018/842 u fid-Deċiżjonijiet adottati skont l-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/842;

(b)

fil-Kont ta' Kwantità Totali ta' AEAs tal-Anness II tal-UE, kwantità ta' AEAs ugwali għas-somma tal-allokazzjonijiet ta' emissjonijiet annwali għall-Istati Membri kollha eliġibbli għas-snin kollha tal-perjodu ta' konformità kif stabbilit fid-Deċiżjonijiet adottati skont l-Artikoli 4(3) u (4) tar-Regolament (UE) 2018/842 abbażi tal-perċentwali nnotifikati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 6(3) ta' dak ir-Regolament.

2.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jassenja lil kull AEA kodiċi uniku ta' unità ta' identifikazzjoni mal-ħolqien tagħha.

Artikolu 59b

Unitajiet ta' allokazzjoni ta' emissjonijiet annwali

L-AEAs għandhom ikunu validi għall-fini tal-issodisfar tar-rekwiżiti ta' limitazzjoni tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra tal-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/842 u l-impenji tagħhom skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/841. Huma għandhom ikunu trasferibbli biss skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5(1) sa (5), fl-Artikolu 6, fl-Artikolu 9(2) u fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2018/842 u fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2018/841.

Artikolu 59c

Trasferiment ta' AEAs għal kull Kont ta' Konformità tal-ESR

1.   Fil-bidu ta' kull perjodu ta' konformità, l-amministratur ċentrali għandu jittrasferixxi kwantità tal-AEAs li jikkorrispondu għall-allokazzjoni ta' emissjonijiet annwali għal kull Stat Membru għal kull sena, kif stabbilit fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2018/842 u fid-Deċiżjonijiet adottati skont l-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/842 mill-Kont ta' Kwantità Totali ta' AEAs tal-ESR tal-UE fil-Kont ta' Konformità tal-ESR rilevanti.

2.   Meta fl-għeluq tal-Kont ta' Konformità tal-ESD tal-Istat Membru għas-sena 2020 skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 389/2013, il-kwantità totali ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra espressa f'tunnellati ta' ekwivalenti ta' diossidu tal-karbonju f'dak il-Kont ta' Konformità tal-ESD taqbeż it-total tal-AEAs kollha, krediti internazzjonali, tCERs u lCERs, l-ammont li jikkorrispondi għall-kwantità ta' emissjonijiet żejda, immultiplikat bil-fattur ta' tnaqqis speċifikat fl-Artikolu 7(1)(a) tad-Deċiżjoni 406/2009/KE, għandu jitnaqqas mill-kwantità tal-AEAs ittrasferiti għall-Kont ta' Konformità tal-ESR tal-Istat Membru għas-sena 2021 skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 59d

Introduzzjoni tad-data rilevanti dwar l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra

1.   B'mod f'waqtu, malli tkun disponibbli d-dejta riveduta rilevanti dwar l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra għal sena partikolari tal-perjodu ta' konformità għall-maġġoranza tal-Istati Membri, l-amministratur ċentrali għandu jdaħħal il-kwantità totali tal-emissjonijiet riveduti rilevanti ta' gassijiet b'effett ta' serra espressi f'tunnellati ta' ekwivalenti ta' diossidu tal-karbonju għal kull Stat Membru fil-Kont ta' Konformità tal-ESR tiegħu għal dik is-sena partikolari tal-perjodu ta' konformità.

2.   L-amministratur ċentrali għandu jdaħħal ukoll is-somma tad-dejta rilevanti dwar l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra għall-Istati Membri kollha għal sena partikolari fil-Kont ta' Kwantità Totali ta' AEAs tal-ESR tal-UE.

Artikolu 59e

Kalkolu tal-bilanċ tal-Kont ta' konformità tal-ESR

1.   Mal-introduzzjoni tad-data rilevanti dwar l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra skont l-Artikolu 59d, l-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jikkalkula l-bilanċ tal-Kont ta' Konformità tal-ESR rispettiv billi jnaqqas il-kwantità totali tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra riveduti espressi f'tunnellati ta' ekwivalenti ta' diossidu tal-karbonju fil-Kont ta' Konformità tal-ESR rispettiv mis-somma tal-AEAs kollha fl-istess Kont ta' Konformità tal-ESR.

2.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni juri l-bilanċ ta' kull Kont ta' Konformità tal-ESR.

Artikolu 59f

Determinazzjoni tal-figuri tal-istatus ta' konformità

1.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li 6 xhur wara l-introduzzjoni tad-data rilevanti dwar l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra skont l-Artikolu 59d ta' dan ir-Regolament għas-snin 2025 u 2030, ir-Reġistru tal-Unjoni jiddetermina l-figura tal-istatus ta' konformità għal kull Kont ta' Konformità tal-ESR għas-snin 2021 u 2026 billi jikkalkula s-somma tal-AEAs kollha, krediti skont l-Artikolu 24a tad-Direttiva 2003/87/KE u LMUs wara li jnaqqas il-kwantità totali ta' emissjonijiet riveduti ta' gassijiet b'effett ta' serra espressi f'tunnellati ta' ekwivalenti ta' diossidu tal-karbonju fl-istess Kont ta' Konformità tal-ESR.

2.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jiddetermina l-figura tal-istatus ta' konformità għal kull Kont ta' Konformità tal-ESR għal kull waħda mis-snin 2022 sal-2025 u 2027 sal-2030 billi jikkalkula s-somma tal-AEAs kollha, krediti skont l-Artikolu 24a tad-Direttiva 2003/87/KE u LMUs wara li jnaqqas il-kwantità totali ta' emissjonijiet riveduti ta' gassijiet b'effett ta' serra espressi f'tunnellati ta' ekwivalenti ta' diossidu tal-karbonju fl-istess Kont ta' Konformità tal-ESR f'data li taqa' xahar wara d-determinazzjoni tal-figura tal-istatus ta' konformità għas-sena preċedenti.

L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jirreġistra l-figura tal-istatus ta' konformità għal kull Kont ta' Konformità tal-ESR.

Artikolu 59g

Applikazzjoni tal-Artikolu 9(1) (a) u (b) tar-Regolament (UE) 2018/842

1.   Meta l-figura tal-istatus ta' konformità ddeterminata skont l-Artikolu 59f ta' dan ir-Regolament tkun negattiva, l-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jittrasferixxi l-kwantità żejda tal-emissjonijiet riveduti ta' gassijiet b'effett ta' serra, espressi f'tunnellati ta' ekwivalenti ta' diossidu tal-karbonju mmultiplikati bil-fattur ta' 1,08 speċifikat fl-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament (UE) 2018/842 minn Kont ta' Konformità tal-ESR tal-Istat Membru għas-sena partikolari għall-Kont ta' Konformità tal-ESR għas-sena ta' wara.

2.   Fl-istess ħin, l-amministratur ċentrali għandu jimblokka l-Kontijiet ta' Konformità tal-ESR, li jikkorrispondu għas-snin li jifdal tal-perjodu ta' konformità, tal-Istat Membru kkonċernat.

3.   L-amministratur ċentrali għandu jbiddel l-istatus tal-Kont ta' Konformità tal-ESR minn “imblukkat” għal “miftuħ” għas-snin kollha li jifdal tal-perjodu ta' konformità sa mis-sena li għaliha l-figura tal-istatus ta' konformità ddeterminata skont l-Artikolu 59f tkun żero jew pożittiva.

Artikolu 59h

L-użu tal-flessibbiltà stipulata fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2018/842

L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li, fuq talba ta' Stat Membru, ir-Reġistru tal-Unjoni jwettaq trasferiment ta' AEAs mill-Kont tal-Kwantità Totali tal-AEA tal-Anness II tal-UE għall-Kont ta' Konformità tal-ESR ta' dak l-Istat Membru għal sena partikolari tal-perjodu ta' konformità. Tali trasferiment ma għandu jitwettaq fl-ebda wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

it-talba tal-Istat Membru tiġi sottomessa qabel il-kalkolu tal-bilanċ tal-Kont ta' Konformità tal-ESR jew wara d-determinazzjoni tal-figura tal-istatus ta' konformità għas-sena partikolari;

(b)

l-Istat Membru li għamel it-talba ma jkunx elenkat fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2018/842;

(c)

l-ammont mitlub jaqbeż il-bilanċ totali li jifdal tal-ammont speċifikat fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2018/842 disponibbli għal dak l-Istat Membru kif stabbilit fid-Deċiżjonijiet adottati skont l-Artikoli 4(3) u (4) tar-Regolament (UE) 2018/842 u wara li titqies kwalunkwe reviżjoni 'l isfel tal-ammont skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(3) ta' dak ir-Regolament;

(d)

l-ammont mitlub jaqbeż il-kwantità tal-emissjonijiet żejda għas-sena partikolari, ikkalkolat billi titqies il-kwantità ta' AEAs ittrasferiti mill-Kont ta' Konformità tal-ESR ta' dak l-Istat Membru għal sena partikolari għall-Kont ta' Konformità tal-LULUCF tiegħu skont l-Artikoli 59x(3) jew 59za(2).

Artikolu 59i

Teħid b'self ta' AEAs

L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li, fuq talba ta' Stat Membru, ir-Reġistru tal-Unjoni jwettaq trasferiment tal-AEAs għall-Kont ta' Konformità tal-ESR ta' dak l-Istat Membru għal partikolari tal-perjodu ta' konformità mill-Kont ta' Konformità tal-ESR tiegħu għas-sena ta' wara tal-perjodu ta' konformità. Tali trasferiment ma għandu jitwettaq fl-ebda wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

it-talba tal-Istat Membru tiġi sottomessa qabel il-kalkolu tal-bilanċ tal-Kont ta' Konformità tal-ESR jew wara d-determinazzjoni tal-figura tal-istatus ta' konformità għas-sena partikolari;

(b)

l-ammont mitlub jaqbeż l-10 fil-mija tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tas-sena ta' wara kif stabbilit skont l-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/842 fir-rigward tas-snin 2021 sa 2025 u l-5 fil-mija tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tas-sena ta' wara kif stabbilit skont l-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/842 fir-rigward tas-snin 2026 sa 2029.

Artikolu 59j

Tfaddil tal-AEAs

L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li, fuq talba ta' Stat Membru, ir-Reġistru tal-Unjoni jwettaq trasferiment tal-AEAs mill-Kont ta' Konformità tal-ESR ta' dak l-Istat Membru għal sena partikolari tal-perjodu ta' konformità għall-Kont ta' Konformità tal-ESR tiegħu għal kwalunkwe waħda mis-snin ta' wara tal-perjodu ta' konformità. Tali trasferiment ma għandu jitwettaq fl-ebda wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

it-talba tal-Istat Membru tiġi sottomessa qabel il-kalkolu tal-bilanċ tal-Kont ta' Konformità tal-ESR għas-sena partikolari;

(b)

fir-rigward tas-sena 2021, l-ammont mitlub jaqbeż il-bilanċ pożittiv tal-kont kif ikkalkolat skont l-Artikolu 59e;

(c)

fir-rigward tas-snin 2022 sa 2029, l-ammont miltub jaqbeż il-bilanċ pożittiv tal-kont kif ikkalkolat skont l-Artikolu 59e ta' dan ir-Regolament jew 30 % tal-allokazzjonijiet annwali kumulattivi tal-emissjonijiet ta' dak l-Istat Membru sa dik is-sena, kif iddeterminat skont l-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/842;

(d)

l-istatus tal-Kont ta' Konformità tal-ESR li jibda t-trasferiment ma jippermettix it-trasferiment.

Artikolu 59k

L-Użu ta' Unitajiet ta' Mitigazzjoni tal-Art

L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li, fuq talba ta' Stat Membru, ir-Reġistru tal-Unjoni jwettaq trasferiment ta' Unitajiet ta' Mitigazzjoni tal-Art mill-Kont ta' Konformità tal-LULUCF ta' Stat Membru għall-Kont ta' Konformità tal-ESR ta' dak l-Istat Membru. Tali trasferiment ma għandu jitwettaq fl-ebda wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

l-ammont mitlub jaqbeż il-kwantità disponibbli ta' LMUs eliġibbli għal trasferimenti fil-Kont ta' Konformità tal-ESR skont l-Artikolu 59x jew l-ammont li jifdal;

(b)

l-ammont mitlub jaqbeż l-ammont disponibbli skont l-Anness III għar-Regolament (UE) 2018/842 jew l-ammont li jifdal;

(c)

l-ammont mitlub jaqbeż il-kwantità tal-emissjonijiet għas-sena partikolari wara li titnaqqas il-kwantità ta' AEAs għas-sena partikolari kif stabbilit fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2018/842 u d-Deċiżjonijiet adottati skont l-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament, u wara li jitnaqqas it-total tal-AEAs kollha mfaddlin mis-snin preċedenti għas-sena kurrenti jew kwalunkwe sena sussegwenti skont l-Artikolu 59j ta' dan ir-Regolament;

(d)

dak l-Istat Membru ma jkunx issottometta r-rapport tiegħu f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 525/2013 dwar l-intenzjoni tiegħu li juża l-flessibbiltà stabbilita fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/842;

(e)

dak l-Istat Membru ma jkunx ikkonforma mar-Regolament (UE) 2018/841;

(f)

it-trasferiment jinbeda qabel il-kalkolu tal-bilanċ tal-Kont ta' Konformità tal-LULUCF ta' dak l-Istat Membru jew wara d-determinazzjoni tal-figura tal-istatus ta' konformità għall-perjodu ta' konformità partikolari skont l-Artikoli 59u u 59za;

(g)

it-trasferiment jinbeda qabel il-kalkolu tal-bilanċ tal-Kont ta' Konformità tal-ESR ta' dak l-Istat Membru jew wara d-determinazzjoni tal-figura tal-istatus ta' konformità għas-sena partikolari.

Artikolu 59l

Trasferimenti ex-ante ta' allokazzjoni ta' emissjonijiet annwali ta' Stat Membru

L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li, fuq talba ta' Stat Membru, ir-Reġistru tal-Unjoni jwettaq trasferiment tal-AEAs mill-Kont ta' Konformità tal-ESR għal sena partikolari ta' dak l-Istat Membru għall-Kont ta' Konformità tal-ESR ta' Stat Membru ieħor. Tali trasferiment ma għandu jitwettaq fl-ebda wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

fir-rigward tas-snin mill-2021 sal-2025, l-ammont mitlub jaqbeż il-ħamsa fil-mija tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tas-sena partikolari tal-Istat Membru inizjali kif iddeterminat skont l-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/842 jew l-ammont disponibbli li jifdal;

(b)

fir-rigward tas-snin mill-2026 sal-2030, l-ammont mitlub jaqbeż l-għaxra fil-mija tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tas-sena partikolari tal-Istat Membru inizjali kif iddeterminat skont l-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/842 jew l-ammont disponibbli li jifdal;

(c)

l-Istat Membru talab it-trasferiment għal Kont ta' Konformità tal-ESR għal sena qabel is-sena partikolari;

(d)

l-istatus tal-Kont ta' Konformità tal-ESR li jibda t-trasferiment ma jippermettix it-trasferiment.

Artikolu 59m

Trasferimenti wara l-kalkolu tal-bilanċ tal-Kont ta' Konformità tal-ESR

L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li, fuq talba ta' Stat Membru, ir-Reġistru tal-Unjoni jwettaq trasferiment tal-AEAs mill-Kont ta' Konformità tal-ESR għal sena partikolari ta' dak l-Istat Membru għall-Kont ta' Konformità tal-ESR ta' Stat Membru ieħor. Tali trasferiment ma għandu jitwettaq fl-ebda wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

it-talba tal-Istat Membru tiġi sottomessa qabel il-kalkolu tal-bilanċ tal-kont skont l-Artikolu 59e;

(b)

l-ammont mitlub jaqbeż il-bilanċ pożittiv tal-kont kif ikkalkolat skont l-Artikolu 59e jew l-ammont li jifdal;

(c)

l-istatus tal-Kont ta' Konformità tal-ESR li jibda t-trasferiment ma jippermettix it-trasferiment.

Artikolu 59n

Riżerva ta' Sikurezza

Mal-introduzzjoni tad-data rilevanti dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra skont l-Artikolu 59d ta' dan ir-Regolament għas-sena 2030, l-amministratur ċentrali għandu joħloq fil-Kont ta' Riżerva ta' Sikurezza tal-ESR tal-UE kwantità ta' AEAs addizzjonali ugwali għad-differenza bejn 70 % tat-total ta' emissjonijiet riveduti għas-sena 2005 tal-Istati Membri kollha kif iddeterminat skont il-metodoloġija msemmija fid-Deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2018/842 u t-total tad-data riveduta rilevanti dwar l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra għall-Istati Membri kollha għas-sena 2030. Dan l-ammont għandu jkun bejn 0 u 105 miljuni AEAs.

Artikolu 59o

L-ewwel sessjoni ta' distribuzzjoni tar-Riżerva ta' Sikurezza

1.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li, fuq talba ta' Stat Membru, ir-Reġistru tal-Unjoni jwettaq trasferiment tal-AEAs mill-Kont ta' Riżerva tas-Sikurezza tal-ESR tal-UE għall-Kont ta' Konformità tal-ESR ta' dak l-Istat Membru għal kwalunkwe waħda mis-snin mill-2026 sal-2030 kif mitlub mill-Istat Membru. Tali trasferimenti ma għandhomx jitwettqu fl-ebda wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

it-talba tirreferi għal Kont ta' Konformità tal-ESR għal sena oħra għajr is-snin mill-2026 sal-2030;

(b)

it-talba tal-Istat Membru ssir qabel il-kalkolu tal-bilanċ għas-sena 2030;

(c)

it-talba tal-Istat Membru ssir inqas minn 6 ġimgħat qabel id-determinazzjoni tal-figura tal-istatus ta' konformità għall-Kont ta' Konformità tal-ESR għas-sena 2026;

(d)

it-talba tkun saret minn Stat Membru li mhuwiex elenkat fid-Deċiżjoni ppubblikata skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament (UE) 2018/842;

(e)

l-ammont mitlub jaqbeż l-20 % tal-kisba żejda kumplessiva ta' dak l-Istat Membru fil-perjodu mill-2013 sal-2020 kif iddeterminat fid-Deċiżjoni ppubblikata skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament (UE) 2018/842 jew l-ammont imnaqqas skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, jew l-ammont disponibbli li jifdal;

(f)

il-kwantità ta' AEAs mibjugħa lil Stati Membri oħrajn skont l-Artikoli 59l u 59m taqbeż il-kwantità ta' AEAs akkwiżiti mingħand Stati Membri oħrajn skont l-Artikoli 59l u 59m;

(g)

l-ammont mitlub jaqbeż il-kwantità tal-emissjonijiet żejda għas-sena partikolari meta jitqies dan li ġej:

(i)

il-kwantità ta' AEAs għas-sena partikolari kif stabbilit fid-Deċiżjonijiet adottati skont l-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/842;

(ii)

il-kwantità ta' AEA akkwiżita għal jew mibjugħa mill-Kont ta' Konformità tal-ESR għas-sena partikolari, skont l-Artikoli 59l u 59m;

(iii)

il-kwantità sħiħa ta' AEAs imfaddla mis-snin preċedenti għas-sena kurrenti jew kwalunkwe sena sussegwenti skont l-Artikolu 59j;

(iv)

il-kwantità totali ta' AEAs permessa għal teħid ta' self għal dik is-sena skont l-Artikolu 59i;

(v)

il-kwantità ta' LMUs eliġibbli għat-trasferimenti fil-Kontijiet ta' Konformità tal-ESR skont l-Artikolu 59x jew l-ammont disponibbli li jifdal skont l-Artikolu 59m.

2.   Sitt ġimgħat qabel id-determinazzjoni tal-figura tal-istatus ta' konformità għas-sena 2026, l-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jikkalkula u juri s-somma totali ta' AEAs mitluba mill-Istati Membri kollha skont il-paragrafu 1.

3.   Meta s-somma msemmija fil-paragrafu 2 tkun ogħla mill-kwantità totali ta' AEAs fil-Kont ta' Riserva tas-Sikurezza tal-ESR tal-UE, l-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jwettaq trasferiment ta' kull ammont mitlub minn kull Stat Membru mnaqqas fuq bażi pro rata.

4.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jikkalkula l-ammont imnaqqas fuq bażi pro rata billi jimmultiplika l-ammont mitlub bil-proporzjon tal-kwantità totali ta' AEAs fil-Kont ta' Riżerva tas-Sikurezza tal-ESR tal-UE u l-ammont totali mitlub mill-Istati Membri kollha skont il-paragrafu 1.

Artikolu 59p

It-tieni sessjoni ta' distribuzzjoni tar-Riżerva ta' Sikurezza

1.   Meta s-somma msemmija fl-Artikolu 59o(2) tkun aktar baxxa mill-kwantità totali ta' AEAs fil-Kont ta' Riżerva tas-Sikurezza tal-ESR tal-UE, l-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jawtorizza talbiet addizzjonali mill-Istati Membri sakemm:

(a)

it-talba tal-Istat Membru ssir l-aktar kmieni sitt ġimgħat qabel id-determinazzjoni tal-figura tal-istatus ta' konformità għas-sena 2026 iżda mhux aktar tard minn 3 ġimgħat qabel id-determinazzjoni tal-figura tal-istatus ta' konformità għas-sena 2026;

(b)

it-talba tkun saret minn Stat Membru li huwa elenkat fid-Deċiżjoni ppubblikata skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament (UE) 2018/842;

(c)

il-kwantità ta' AEAs mibjugħa lil Stati Membri oħrajn skont l-Artikoli 59l u 59m ma taqbiżx il-kwantità ta' AEAs akkwiżita mingħand Stati Membri oħrajn skont l-Artikoli 59l u 59m;

(d)

l-ammont ittrasferit ma jaqbiżx il-kwantità tal-emissjonijiet żejda għas-sena partikolari meta jitqiesu l-ammonti kollha elenkati taħt l-Artikolu 59o(1)(g) u l-kwantità ta' AEAs riċevuta skont l-Artikolu 59o.

2.   Jekk is-somma tat-talbiet validi kollha tkun ogħla mill-ammont totali li jifdal, l-amministratur ċentrali għandu jiżgura li r-Reġistru tal-Unjoni jikkalkula l-ammont li għandu jiġi ttrasferit għal kull talba valida billi jimmultiplika l-kwantità totali li jifdal ta' AEAs fil-Kont ta' Riżerva tas-Sikurezza tal-ESR tal-UE bil-proporzjon ta' dik it-talba għas-somma tat-talbiet kollha li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1.

Artikolu 59q

Aġġustamenti

1.   Fil-każ ta' aġġustamenti skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/842 jew ta' kwalunkwe modifika oħra tas-somma speċifikata fl-Artikolu 59a ta' dan ir-Regolament li twassal għal żieda fl-allokazzjoni tal-emissjonijiet annwali ta' Stat Membru matul il-perjodu ta' konformità, l-amministratur ċentrali għandu joħloq il-kwantità korrispondenti ta' AEAs fil-Kont ta' Kwantità Totali ta' AEAs tal-ESR tal-UE u jittrasferih fil-Kont ta' Konformità tal-ESR rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat.

2.   Fil-każ ta' aġġustamenti skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/842 jew ta' kwalunkwe modifika oħra tas-somma speċifikata fl-Artikolu 59a ta' dan ir-Regolament li twassal għal tnaqqis fl-allokazzjoni tal-emissjonijiet annwali ta' Stat Membru matul il-perjodu ta' konformità, l-amministratur ċentrali għandu jittrasferixxi l-kwantità korrispondenti tal-AEAs mill-Kont ta' Konformità tal-ESR rilevanti tal-Istat Membru għall-Kont ta' Tħassir tal-ESR.

3.   Meta Stat Membru jinnotifika bidla 'l isfel tal-perċentwal taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) 2018/842 u wara l-emenda korrispondenti għall-ammonti speċifikati fid-Deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2018/842, l-amministratur ċentrali għandu jittrasferixxi il-kwantità korrispondenti ta' AEAs mill-Kont ta' Kwantità Totali ta' AEAs tal-Anness II tal-UE għall-Kont ta' Tħassir tal-ESR. L-ammont totali disponibbli għal dak l-Istat Membru skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2018/842 għandu jiġi mmodifikat kif xieraq.

Artikolu 59r

Trasferimenti ta' AEAs preċedentement imġemmgħin

L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li, fuq talba ta' Stat Membru, ir-Reġistru tal-Unjoni jwettaq trasferiment ta' AEAs għall-Kont ta' Konformità tal-ESR ta' Stat Membru għal sena partikolari tal-perjodu ta' konformità mill-Kont ta' Konformità tal-ESR tiegħu għal kwalunkwe waħda mis-snin sussegwenti tal-perjodu ta' konformità. Tali trasferiment ma għandux jsir fejn:

(a)

l-ammont mitlub jaqbeż il-kwantità ta' AEAs imġemmgħin skont l-Artikolu 59j fil-Kont ta' Konformità tal-ESR li minnu huwa maħsub it-trasferiment;

(b)

it-talba tal-Istat Membru ssir qabel il-kalkolu tal-bilanċ jew wara d-determinazzjoni tal-figura tal-istatus ta' konformità tal-Kont ta' Konformità tal-ESR li għalih huwa maħsub it-trasferiment.

Artikolu 59s

Eżekuzzjoni u treġġigħ lura ta' trasferimenti

1.   Għat-trasferimenti kollha speċifikati f'dan it-Titolu, għandhom japplikaw l-Artikoli 34, 35 u 55.

2.   It-trasferimenti għall-Kontijiet ta' Konformità tal-ESR mibdija bi żball jistgħu jitreġġgħu lura fuq talba tal-amministratur nazzjonali. F'każijiet bħal dawn, għandu japplika l-Artikolu 62(4), (6), (7) u (8).”;

(9)

fl-Artikolu 70, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   L-amministratur ċentrali għandu jiżgura li l-EUTL iwettaq kontrolli awtomatizzati wara li jqis l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u ta' skambju tad-dejta previsti fl-Artikolu 75 ta' dan ir-Regolament għall-proċessi kollha, sabiex jiġu identifikati irregolaritajiet u diskrepanzi, fejn proċess propost ma jkunx konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2003/87/KE, tar-Regolament (UE) 2018/842 u ta' dan ir-Regolament.”;

(10)

L-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2019/1122 huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(11)

L-Anness XIII tar-Regolament Delegat (UE) 2019/1122 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Marzu 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 156, 19.6.2018; p. 26.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1122 tat-12 ta' Marzu 2019 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-funzjonament tar-Reġistru tal-Unjoni (ara l-paġna 3 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali)

(3)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 tat-2 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Deċiżjonijiet Nri 280/2004/KE u 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 920/2010 u (UE) Nru 1193/2011 (ĠU L 122, 3.5.2013, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136).


ANNESS I

Fl-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2019/1122, tiżdied it-tabella li ġejja:

Tabella I-II: Kontijiet għall-finijiet ta' tranżazzjonijiet ta' kontabilità skont it-Titolu IIA

Isem it-tip ta' kont

Detentur tal-kont

Amministratur tal-kont

Għadd ta' kontijiet ta' dan it-tip

AEA

Emissjonijiet kontabilizzati/assorbimenti kontabilizzati

LMU

MFLFA

Kont ta' Kwantità Totali ta' AEAs tal-ESR tal-UE

UE

amministratur ċentrali

1

Iva

Le

Le

Le

Kont ta' Tħassir tal-ESR

UE

amministratur ċentrali

1

Iva

Le

Iva

Le

Kont ta' Kwantità Totali ta' AEAs tal-Anness II tal-UE

UE

amministratur ċentrali

1

Iva

Le

Le

Le

Kont ta' Riżerva ta' Sikurezza tal-ESR tal-UE

UE

amministratur ċentrali

1

Iva

Le

Le

Le

Kont ta' Konformità tal-ESR

Stat Membru

amministratur ċentrali

1 għal kull 10 snin ta' konformità għal kull Stat Membru

Iva

Le

Iva

Le”


ANNESS II

Fl-Anness XIII tar-Regolament Delegat (UE) 2019/1122, jiżdied il-punt II li ġej:

“II.   Informazzjoni relatata mal-kontabilità tat-tranżazzjonijiet taħt it-Titolu IIA

Informazzjoni disponibbli għall-pubbliku

7.

L-amministratur ċentrali għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-informazzjoni li ġejja għal kull kont ta' konformità ESR, u jaġġornah fi żmien 24 siegħa fejn rilevanti:

(a)

informazzjoni dwar l-Istat Membru detentur tal-kont;

(b)

l-Allokazzjonijiet ta' Emissjonijiet Annwali kif determinati skont l-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/842;

(c)

l-istat ta' kull Kont ta' Konformità tal-ESR skont l-Artikolu 10;

(d)

id-data ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra rilevanti skont l-Artikolu 59d;

(e)

iċ-ċifra ta' stat tal-konformità skont l-Artikolu 59f għal kull Kont ta' Konformità tal-ESR, kif ġej:

(i)

A għall-konformità,

(ii)

I għan-nuqqas ta' konformità;

(f)

il-kwantità ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra mdaħħla skont l-Artikolu 59g;

(g)

l-informazzjoni li ġejja dwar kull tranżazzjoni kompluta:

(i)

l-isem tad-detentur tal-kont u l-ID tad-detentur tal-kont li qed jittrasferixxi;

(ii)

l-isem tad-detentur tal-kont u l-ID tad-detentur tal-kont li qed jakkwista;

(iii)

l-ammont ta' AEAs involuti fit-tranżazzjoni, mingħajr il-kodiċi ta' identifikazzjoni unika tal-unità tal-AEA;

(iv)

il-kodiċi ta' identifikazzjoni tat-tranżazzjoni;

(v)

id-data u l-ħin li fihom tkun tlestiet it-tranżazzjoni (f'Ħin Ċentrali Ewropew);

(vi)

it-tip tat-tranżazzjoni.

Informazzjoni disponibbli għad-detenturi tal-kontijiet

8.

Ir-Reġistru tal-Unjoni għandu juri l-informazzjoni li ġejja fil-parti tas-sit web tar-Reġistru tal-Unjoni aċċessibbli biss għad-detentur tal-kont ta' kontabilità ESR, u għandu jaġġornaha f'ħin reali:

(a)

il-parteċipazzjonijiet attwali ta' AEAs, mingħajr il-kodiċi uniku ta' identifikazzjoni tal-unità tal-AEAs;

(b)

lista ta' tranżazzjonijiet proposti mibdijin minn dak id-detentur ta' kont, bid-dettalji għal kull tranżazzjoni proposta;

(i)

l-elementi fil-punt 7(g);

(ii)

id-data u l-ħin li fihom it-tranżazzjoni ġiet proposta (f'Ħin tal-Ewropa Ċentrali);

(iii)

l-istat attwali ta' dik it-tranżazzjoni proposta;

(iv)

kull kodiċi ta' tweġiba mibgħuta b'riżultat tal-ispezzjonijiet magħmulin mir-reġistru u mill-EUTL;

(c)

lista ta' AEAs akkwistati minn dak il-kont b'riżultat ta' tranżazzjonijiet kompletati, bid-dettalji għal kull tranżazzjoni tal-elementi fil-punt 7(g);

(d)

lista ta' AEAs ittrasferiti 'l barra minn dak il-kont b'riżultat ta' tranżazzjonijiet kompletati, bid-dettalji għal kull tranżazzjoni tal-elementi fil-punt 7(g).”


2.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/77


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1125

tal-5 ta' Ġunju 2019

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-kelat taż-żingu tas-sulfat tal-metijonina bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' tali awtorizzazzjoni.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-kelat taż-żingu tas-sulfat tal-metijonina. Flimkien ma' dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) ta' dak ir-Regolament.

(3)

Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-kelat taż-żingu tas-sulfat tal-metijonina bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrizzjonali”.

(4)

Fl-opinjonijiet tagħha tat-18 ta' Mejju 2017 (2) u tal-4 ta' Ottubru 2018 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-kelat taż-żingu tas-sulfat tal-metijonina ma għandux effett avvers fuq is-saħħa tal-annimali u s-sikurezza tal-konsumatur. Ikkonkludiet ukoll li l-addittiv huwa kkunsidrat bħala sensitizzatur potenzjali tal-ġilda u irritant tal-għajnejn u tal-ġilda u ddikjarat li hemm riskju għall-utenti jekk ikun hemm inalazzjoni tal-addittiv. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem, b'mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-addittiv ma joħloqx riskju addizzjonali għall-ambjent meta mqabbel ma' komposti oħra taż-żingu, u li huwa sors effikaċi ta' żingu għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni ta' dak l-addittiv turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati, soġġett għal miżuri protettivi rispettivi għall-utenti tal-addittiv. Għalhekk, l-użu ta' dak l-addittiv jenħtieġ li jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta' addittivi “addittivi nutrizzjonali” u mill-grupp funzjonali “komposti ta' oligoelementi”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Ġunju 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)   EFSA Journal 2017;15(6):4859.

(3)   EFSA Journal 2018;16(10):5463.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

Kontenut tal-element (Zn) f'mg/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %

Kategorija ta' addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: komposti tal-oligoelementi

3b614

Kelat taż-żingu tas-sulfat tal-metijonina

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Kelat taż-żingu tas-sulfat tal-metijonina bħala trab b'kontenut taż-żingu ta' bejn 2 % u 15 %.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Żingu, aċidu metilsulfanilbutanojku 2-ammino-4, sulfat; kelat taż-żingu mal-metijonina bi proporzjon molari ta' 1:1.

 

Formula kimika: C5H11NO6S2Zn

 

Numru CAS: 56329-42-1

Metodi analitiċi  (1):

Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' żingu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:

EN 15510: Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika Bi Plażma Akkoppjata Induttivament (ICP-AES), jew

EN 15621: Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika Bi Plażma Akkoppjata Induttivament (ICP-AES) wara diġestjoni bi pressjoni.

Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut ta' metijonina fl-addittiv tal-għalf:

kromatografija bi skambju ta' joni abbinata ma' derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fotometrika (IEC-UV/FD) – EN ISO 17180 jew VDLUFA 4.11.6 u EN ISO 13903

Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:

Ir-Regolament (KE) Nru 152/2009 — Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku (AAS); jew

EN 15510: Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika Bi Plażma Akkoppjata Induttivament (ICP-AES); jew

EN 15621: Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika Bi Plażma Akkoppjata Induttivament (ICP-AES) wara diġestjoni bi pressjoni.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

Klieb u qtates: 200 (total) Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (total)

Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (total)

Speċijiet u kategoriji oħra: 120 (total)

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta' taħlita lesta minn qabel.

2.

Il-kelat taż-żingu tas-sulfat tal-metijonina jista' jitqiegħed fis-suq u jintuża bħala addittiv f'għamla ta' preparazzjoni.

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi xierqa biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta r-riskji ma jistgħux jitnaqqsu għal livell aċċettabbli permezz ta' dawk il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir personali protettiv adattat.

it-22 ta' Lulju 2029


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/eurl/feed-additives/evaluation-reports


2.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/81


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1126

tal-25 ta' Ġunju 2019

li jdaħħal isem fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti “Jambon du Kintoa” (DOP)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-applikazzjoni ta' Franza biex jiġi rreġistrat l-isem “Jambon du Kintoa” ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2), skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(2)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-isem “Jambon du Kintoa” jiġi rreġistrat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem “Jambon du Kintoa” (DOP) huwa b'dan irreġistrat.

L-isem imsemmi fl-ewwel paragrafu jidentifika prodott tal-Klassi 1.2. — Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.) stabbilita fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Ġunju 2019.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU C 36, 29.1.2019, p. 19.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


DEĊIŻJONIJIET

2.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/82


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1127

tal-4 ta' Ottubru 2018

dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.45359 — 2017/C (ex 2016/N) li s-Slovakkja qiegħda tippjana li timplimenta għal Jaguar Land Rover Slovakia s.r.o.

(notifikata bid-dokument C(2018) 6545)

(Il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li stiednet lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw il-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjoni ċċitata (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Permezz ta' ittra datata t-12 ta' Mejju 2016, is-Slovakkja nnotifikat lill-Kummissjoni għajnuna għall-investiment reġjonali ta' EUR 125 046 543 fil-forma ta' għotja diretta favur Jaguar Land Rover Slovakia s.r.o. (“il-benefiċjarju”) soġġetta għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni. Jaguar Land Rover Slovakia s.r.o. hija parti mill-Grupp Jaguar Land Rover (2) (“JLR”).

(2)

Permezz ta' ittra datata l-24 ta' Mejju 2017 (id-“Deċiżjoni tal-ftuħ”) il-Kummissjoni infurmat lis-Slovakkja li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat notifikata u fir-rigward ta' għajnuna addizzjonali possibbli mill-Istat mhux notifikata, u stiednet lis-Slovakkja tissottometti l-kummenti tagħha fi żmien xahar.

(3)

Permezz ta' ittra tal-20 ta' Lulju 2017 l-awtoritajiet Slovakki ppreżentaw il-kummenti tagħhom dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-ftuħ ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3) fit-8 ta' Diċembru 2017. Il-Kummissjoni stiednet lil partijiet interessati oħra jressqu l-kummenti tagħhom fi żmien xahar.

(5)

L-uniku kumment li l-Kummissjoni rċeviet mingħand partijiet interessati oħra ġie ppreżentat mingħand JLR fid-19 ta' Diċembru 2017. Il-Kummissjoni għaddiet il-kumment lis-Slovakkja fis-17 ta' Jannar 2018. Il-kummenti tas-Slovakkja dwar is-sottomissjoni ta' JLR ġew reġistrati fil-5 ta' Frar 2018.

(6)

Il-Kummissjoni bagħtet talbiet għal informazzjoni fid-9 u fit-23 ta' Frar 2018 li għalihom is-Slovakkja wieġbet fid-9 ta' Marzu u fit-12 u fit-18 ta' April 2018. Il-Kummissjoni bagħtet talba oħra għall-informazzjoni lis-Slovakkja fil-11 ta' Ġunju 2018 li għaliha s-Slovakkja wieġbet fit-3 ta' Lulju 2018.

(7)

Il-laqgħat bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet Slovakki saru fl-10 ta' Ottubru 2017, fis-27 ta' Novembru 2017 u fl-1 ta' Marzu 2018.

(8)

Il-Kummissjoni rċeviet ittra mingħand JLR datata l-14 ta' Mejju 2018 li għaliha wieġbet permezz ta' ittra tat-22 ta' Mejju 2018. Il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni addizzjonali mingħand JLR fit-2 ta' Lulju 2018.

(9)

Permezz ta' ittra tat-3 ta' Lulju 2018, is-Slovakkja qablet li din id-Deċiżjoni tiġi adottata u notifikata lis-Slovakkja bl-Ingliż.

(10)

Fid-Deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet dubji kemm dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna notifikata u dwar għajnuna addizzjonali possibbli mhux notifikata. Fid-dawl tal-fatt li l-għajnuna addizzjonali possibbli mhux notifikata seta' kellha impatt fuq il-kompatibbiltà tal-għajnuna notifikata, u b'mod partikolari fuq il-proporzjonalità u fir-rigward ta' effett manifestament negattiv, f'din id-Deċiżjoni l-Kummissjoni l-ewwel tivvaluta jekk kienx hemm għajnuna addizzjonali mhux notifikata. Dik il-valutazzjoni hija kruċjali għad-definizzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-valutazzjoni tal-kompatibilità.

2.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-GĦAJNUNA

2.1.   Objettiv tal-għajnuna

(11)

L-awtoritajiet Slovakki biħsiebhom jippromwovu l-iżvilupp reġjonali billi jipprovdu għajnuna reġjonali għal investiment mill-impriża l-kbira JLR għall-bini u għall-attrezzar ta' faċilità għall-manifattura ta' vetturi tal-aluminju tal-ogħla livell f'Nitra, li tinsab fir-reġjun ta' Nitra tas-Slovakkja, żona eliġibbli għall-għajnuna reġjonali skont Artikolu 107(3)(a) tat-TFUE, b'limitu massimu standard ta' għajnuna reġjonali ta' 25 % skont il-mappa tal-għajnuna reġjonali Slovakka għall-perjodu ta' żmien mill-1 ta' Lulju 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020 (4).

2.2.   Il-proġett notifikat

(12)

L-għan tal-proġett ta' investiment b'kostijiet ta' investiment eliġibbli proposti ta' EUR 1 406 621 000 f'valur nominali (EUR 1 369 295 298 f'valur kurrenti (5)) huwa li jitwaqqaf impjant ġdid tal-manifattura tal-karozzi b'kapaċità annwali ta' 150 000 vettura fis-“Segment D SUV Premium” (6). L-investiment beda f'Diċembru 2015 u għandu jitlesta fl-2020. L-investiment qiegħed isir f'park industrijali li għadu qed jinbena, il-Park Strateġiku ta' Nitra (“NSP”), fuq art li, fiż-żmien tal-ħolqien tal-NSP fit-8 ta' Lulju 2015, kienet għadha art agrikola fil-biċċa l-kbira tagħha proprjetà privata. Il-proġett huwa mistenni joħloq 2 834 impjieg dirett ġdid.

(13)

Il-kamp ta' applikazzjoni tal-proġett ta' investiment notifikat, kif propost lill-awtoritajiet Slovakki fl-applikazzjoni formali għall-għajnuna tal-24 ta' Novembru 2015, jirreferi għal kapaċità ta' produzzjoni ta' 150 000 vettura fis-sena. Il-kamp ta' applikazzjoni tal-proġett ta' investiment, kif oriġinarjament propost fl-abbozz tal-applikazzjoni għall-għajnuna ta' JLR li ġie ppreżentat lill-awtoritajiet Slovakki fil-25 ta' Ġunju 2015, kien jirreferi għal investiment b'kapaċità ta' produzzjoni annwali ta' 300 000 vettura li kellu jiġi implimentat f'żewġ fażijiet u jinkludi l-produzzjoni ta' żewġ mudelli addizzjonali li kienu għadhom iridu jiġu deċiżi. Is-Slovakkja spjegat li fil-ħarifa tal-2015 JLR iddeċidiet li tnaqqas il-kamp ta' applikazzjoni inizjali tal-proġett għal impjant b'kapaċità tal-produzzjoni notifikata ta' 150 000 vettura fis-sena. Il-prodott li kellu jiġi manifatturat fil-Fażi 2 fis-sit kien għadu mhux magħruf dak iż-żmien, u kien għad ma hemmx impenn dwar l-espansjoni prevista tal-investiment fil-Fażi 2.

2.3.   Il-benefiċjarju

(14)

Il-benefiċjarju tal-għajnuna mill-Istat huwa Jaguar Land Rover Slovakia s.r.o. Kif deskritt fid-Deċiżjoni tal-ftuħ, Jaguar Land Rover Slovakia s.r.o. hija 85 % proprjetà ta' Jaguar Land Rover Limited u 15 % proprjetà ta' Jaguar Land Rover Holdings Limited. Jaguar Land Rover Limited hija posseduta kollha minn Jaguar Land Rover Holdings Limited li min-naħa tagħha hija posseduta kollha minn Jaguar Land Rover Automotive plc. L-impriża omm immedjata ta' Jaguar Land Rover Automotive plc hija Tata Motors Limited India (“Tata Motors”). L-attivitajiet kummerċjali ewlenin ta' Tata Motors huma l-manifattura u l-bejgħ ta' vetturi tal-passiġġieri, vetturi kummerċjali, xarabankijiet u kowċis. F'din id-Deċiżjoni t-terminu JLR ma jinkludix lil Tata Motors.

(15)

L-awtoritajiet Slovakki kkonfermaw u pprovdew informazzjoni li abbażi tagħha l-Kummissjoni vverifikat li JLR u l-kumpanija omm tagħha Tata Motors mhumiex kumpaniji f'diffikultà fis-sens tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' impriżi mhux finanzjarji f'diffikultà (7).

2.4.   Ammont tal-għajnuna u intensità tal-għajnuna

2.4.1.   L-għajnuna notifikata

(16)

L-għotja diretta notifikata ta' EUR 129 812 750 f'valur nominali jew ta' EUR 125 046 543 f'valur kurrenti (8) tirreferi għan-nefqa eliġibbli ta' EUR 1 369 295 298 f'valur kurrenti kif imsemmi fil-premessa 12, u b'hekk tikkorrispondi għal intensità ta' għajnuna ta' 9,13 %. L-għajnuna għall-investiment reġjonali notifikata se tingħata mill-baġit nazzjonali tal-Istat.

2.4.2.   L-għajnuna addizzjonali possibbli mhux notifikata

(17)

Fit-taqsima 3.1.2 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni qieset li, minbarra l-għajnuna notifikata, is-Slovakkja setgħet tat għajnuna illegali fil-forma ta' żvilupp infrastrutturali, inkluż il-bejgħ ta' art taħt il-prezz tas-suq, fl-NSP u eżenzjoni mill-obbligu tal-ħlas ta' tariffa għat-Trasformazzjoni ta' Art Agrikola (it-“tariffa ALF”). L-entità mqabbda mill-awtoritajiet Slovakki għall-implimentazzjoni tal-NSP hija MH Invest (“MHI”), intrpriża għalkollox tal-Istat li hija kkontrollata, irregolata u ffinanzjata mill-Ministeru għat-Trasport, il-Kostruzzjoni u l-Iżvilupp Reġjonali tas-Slovakkja. L-MHI hija s-sid inizjali tas-siti tal-NSP. L-awtoritajiet Slovakki, permezz tal-ikkummissjonar ta' partijiet terzi min-naħa tal-MHI, qed iwettqu xogħlijiet fuq l-NSP, prinċipalment xogħlijiet preparatorji ta' rimedjazzjoni tal-art, xogħlijiet relatati mal-utilitajiet, konnessjonijiet ferrovjarji u stradali, xogħlijiet ta' difiża kontra l-għargħar u ta' mmaniġġjar tal-ilma ta' taħt l-art. Železnice sloveskej republiky (“Kumpanija Ferrovjarja tas-Slovakkja”), li wkoll hija intrapriża tal-Istat, qiegħda tibni terminal tat-trasport multimodali fl-NSP. Il-kost totali ta' dawk ix-xogħlijiet u ta' dak it-terminal huwa stmat li jlaħħaq madwar EUR 500 miljun.

(18)

Kif intqal fit-taqsima 3.1.3 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ, waħda mill-bidliet għar-Regolament 58 tal-Gvern tar-Repubblika Slovakka tat-13 ta' Marzu 2013 dwar it-tariffi għad-diżapproprjazzjoni u għall-użu mhux awtorizzat ta' art agrikola (9) introduċiet l-hekk imsejħa Eżenzjoni H mit-tariffa ALF li tapplika għall-art mixtrija minn intrapriżi għalkollox tal-Istat li jibnu parks industrijali strateġiċi li huma rikonoxxuti bħala “investimenti sinifikanti” fis-sens tal-Att Nru 175/1999 (10) dwar investimenti sinifikanti (“l-Att dwar Investimenti Sinifikanti”). L-Eżenzjoni H daħlet fis-seħħ fil-31 ta' Ottubru 2015. L-NSP ġie rikonoxxut bħala “investiment sinifikanti” fit-8 ta' Lulju 2015.

(19)

Il-miżuri ta' għajnuna addizzjonali possibbli mhux notifikati se jingħataw mill-baġit nazzjonali tal-Istat.

2.5.   Tul ta' żmien

(20)

Il-miżura notifikata għandha titħallas bejn l-2017 u l-2021. Il-benefiċjarju huwa mistenni jibbenefika mill-miżuri l-oħra li jistgħu jikkwalifikaw bħala għajnuna mhux notifikata mill-mument tal-ftehim ta' xiri f'dak li għandu x'jaqsam mal-art mixtrija minn JLR u l-eżenzjoni possibbli mit-tariffa ALF u mill-mument tal-iżvilupp infrastrutturali għal infrastruttura barra mill-konfini tal-185 ettaru li JLR xtrat mingħand l-awtoritajiet Slovakki (is-“Sit tal-JLR”).

3.   RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA

(21)

Il-Kummissjoni fetħet l-investigazzjoni formali fl-24 ta' Mejju 2017. Hija ma setgħetx teskludi li JLR, minbarra l-għajnuna notifikata, kienet qed tirċievi għajnuna mhux notifikata fil-forma ta' żvilupp infrastrutturali, inkluż il-bejgħ ta' art taħt il-prezz tas-suq, fl-NSP u eżenzjoni mill-obbligu li tħallas it-tariffa ALF. Il-valutazzjoni sottostanti ikkunsidrat kemm il-miżura ta' għajnuna notifikata u dik addizzjonali possibbli mhux notifikata.

3.1.   L-għajnuna addizzjonali possibbli mhux notifikata

3.1.1.   Għajnuna possibbli fil-forma ta' żvilupp infrastrutturali, inkluż it-trasferiment ta' art tal-NSP taħt il-valur tas-suq

(22)

Il-Kummissjoni qieset li kien hemm il-possibbiltà li l-bejgħ ta' art fl-NSP lil JLR seta' kien jinvolvi ċerti vantaġġi li jistgħu jikkwalifikaw bħala għajnuna addizzjonali mill-Istat.

(23)

L-MHI, li kienet saret il-propjetarja inizjali tas-sit futur tal-NSP, sal-31 ta' Diċembru 2016, kienet diġà ġarrbet nefqa ta' EUR 75 miljun għall-akkwist ta' art tal-NSP li fuqha kien se jsir il-proġett notifikat ta' JLR. Barra minn hekk hija kienet qiegħda ġġarrab spejjeż addizzjonali sinifikanti għall-iżvilupp tas-sit innifsu. Fl-istess ħin, il-kontribuzzjoni ta' JLR fir-rigward tax-xiri tas-sit tal-JLR dehret li kienet parti żgħira biss tal-kostijiet korrispondenti għall-akkwist u għall-iżvilupp. Id-differenza bejn il-kost imġarrab mis-Slovakkja biex takkwista l-art u tiżviluppa l-NSP fuqha, u l-prezz li JLR kellha tħallas għall-art tal-NSP qajmet il-kwistjoni dwar jekk il-bejgħ tal-art tal-NSP lil JLR kienx jinvolvi għajnuna mill-Istat.

(24)

Is-Slovakkja argumentat li l-iżvilupp tal-NSP ma jistax jinvolvi għajnuna mill-Istat peress li jaqa' taħt il-kompetenza pubblika għar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 17 tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE (11). Għalhekk is-Slovakkja argumentat li l-iżvilupp tal-NSP mhuwiex attività ekonomika, u l-finanzjament pubbliku tiegħu ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, skont is-Slovakkja, JLR kienet se tħallas il-prezz tas-suq għall-art li tixtri fl-NSP li ġie stabbilit abbażi ta' valwazzjonijiet li saru minn esperti indipendenti.

(25)

Il-Kummissjoni, madankollu, kellha dubji dwar jekk l-iżvilupp tal-NSP kienx analogu għas-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 17 tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE, li hija applikabbli biss għall-miżuri li ma jinvolvux infrastruttura dedikata.

(26)

Il-Kummissjoni fehmet li l-ftehimiet kuntrattwali bejn is-Slovakkja u l-benefiċjarju kienu li l-JLR tingħata sjieda totali, jew drittijiet ta' opzjoni ta' xiri aktar 'il quddiem, ta' kważi l-art kollha kummerċjalment sfruttabbli tal-NSP.

(27)

Il-Kummissjoni tqis infrastruttura bħala dedikata jekk tkun inbniet għal impriża identifikata minn qabel u tkun ġiet adattata apposta għall-ħtiġijiet speċifiċi ta' din l-impriża (12). Fil-fehma preliminari tagħha, il-Kummissjoni qieset li l-NSP jista' jitqies bħala infrastruttura dedikata għall-JLR għar-raġunijiet li ġejjin: (a) erja kbira kienet ġiet riżervata għall-kumpanija taħt termini kuntrattwali; (b) il-benefiċjarju seta' kien impriża identifikata minn qabel; u (c) l-NSP deher li ġie mfassal apposta għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-benefiċjarju.

(28)

Il-Kummissjoni għalhekk qieset li jekk l-NSP jikkostitwixxi infrastruttura dedikata għall-JLR, taħt kundizzjonijiet normali tas-suq il-kumpanija kien ikollha tħallas il-kostijiet għall-iżvilupp tas-sit, bl-eċċezzjoni ta' kostijiet relatati ma' elementi tal-infrastruttura verament ġenerali u li għandhom jiġu identifikati f'din id-Deċiżjoni.

(29)

Anki kieku wieħed kellu jassumi li l-NSP ma kienx infrastruttura dedikata, il-metodu li ntuża biex jiġi stabbilit il-prezz tas-suq li kellu jitħallas minn JLR qajjem dubji. B'mod partikolari, il-Kummissjoni kellha dubji jekk il-valur tax-xogħlijiet speċifiċi għall-iżvilupp imwettqa u ffinanzjati mis-Slovakkja u li bbenefikaw direttament lill-JLR humiex riflessi b'mod xieraq fil-valwazzjonijiet imħejjija mill-esperti indipendenti, u jekk JLR kinitx sejra tħallas sehem proporzjonat tal-kost għall-iżvilupp tal-NSP li huwa proporzjonat mal-interess propjetarju fil-park.

3.1.2.   Għajnuna possibbli fil-forma tal-eżenzjoni minn tariffa, it-tariffa ALF, li trid titħallas meta art agrikola tiġi trasformata f'art industrijali

(30)

Il-Kummissjoni qieset li JLR setgħet ibbenefikat minn vantaġġ fil-forma ta' eżenzjoni (“eżenzjoni H”) minn tariffa li, skont il-liġi Slovakka, trid titħallas meta art agrikola tiġi konvertita f'art industrijali. Fil-fatt, il-Kummissjoni ma setgħetx teskludi li minkejja l-interjezzjoni ta' intrapriżi tal-Istat fit-tranżazzjoni li l-għan tagħha huwa li tixtri l-art agrikola minn partijiet terzi, tħejjiha għall-użu industrijali, inkluż, fost oħrajn, ir-rimedjazzjoni tal-art u l-aċċess għall-utilitajiet pubbliċi, u tbigħha lill-investitur, seta' kien hemm imputabbiltà tal-għajnuna lill-Istat Slovakk u vantaġġ selettiv għall-benefiċjarju. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-eżenzjoni mit-tariffa setgħet kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE favur JLR.

3.2.   Kompatibbiltà tal-għajnuna notifikata

3.2.1.   Introduzzjoni

(31)

Il-Kummissjoni ma setgħetx, abbażi tal-investigazzjoni preliminari, tistabbilixxi l-konformità tal-għajnuna reġjonali notifikata mad-dispożizzjonijiet tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali mill-Istat għall-2014–2020 (13) (“RAG”).

(32)

B'mod partikolari, hija ma setgħetx tikkonkludi li l-miżura ta' għajnuna reġjonali notifikata tissodisfa r-rekwiżiti minimi tar-RAG, u għalhekk esprimiet dubji dwar (a) l-eliġibbiltà ta' ċerti elementi li apparentement jagħmlu parti mill-kostijiet eliġibbli tal-investiment; (b) l-effett ta' inċentiv tal-għajnuna; (c) il-proporzjonalità tal-għajnuna; (d) l-okkorrenza ta' effett manifestament negattiv fuq il-koeżjoni tal-Unjoni; u (e) l-okkorrenza ta' effett manifestament negattiv fuq il-kummerċ fis-sens tal-paragrafu 119 tar-RAG minħabba li l-livell massimu tal-intensità tal-għajnuna seta' nqabeż. Barra minn hekk qieset li l-elementi addizzjonali possibbli ta' għajnuna fl-iżvilupp infrastrutturali u l-eżenzjoni mit-tariffa ALF jistgħu b'mod partikolari jaffettwaw il-proporzjonalità tal-għajnuna notifikata u l-konformità mal-limitu massimu tal-intensità tal-għajnuna.

3.2.2.   L-eliġibbiltà ta' “kostijiet tal-forniment” bħala kost tal-investiment

(33)

Il-Kummissjoni nnotat li l-kostijiet eliġibbli notifikati jinkludu l-entrata “forniment” (deskritta bħala “nefqa żejda mhux mistennija”) li tammonta mill-inqas għal GBP [60–85] miljun (EUR [72–102] miljun (14)). Hija esprimiet dubji dwar jekk il-“kostijiet tal-forniment” humiex eliġibbli għall-fini ta' għajnuna għall-investiment reġjonali.

3.2.3.   Nuqqas ta' effett ta' inċentiv tal-għotja ta' għajnuna reġjonali notifikata

(34)

Il-Kummissjoni kellha dubji jekk l-għajnuna reġjonali notifikata kellhiex effett ta' inċentiv, jiġifieri jekk kienx hemm il-ħtieġa li jiġi attirat l-investiment ta' JLR f'Nitra. Hija ma kinitx konvinta li d-dokumentazzjoni ppreżentata dwar il-proċess tat-tħejjija tad-deċiżjoni dwar il-post tal-JLR uriet li l-Messiku kien xenarju alternattiv kredibbli meta ttieħdet dik id-deċiżjoni. B'mod partikolari, f'dokumenti relatati mal-laqgħa barra mis-sit li l-membri tal-Bord Eżekuttiv kellhom f'Jannar 2015, il-Kummissjoni nnotat referenzi għal pjanijiet minn JLR biex tibni żewġ impjanti f'postijiet differenti, u differenzi fil-livell ta' valutazzjoni dettaljata għas-siti Ewropej, meta mqabbel mal-Messiku. L-alternattiva tal-Messiku dehret ukoll li kienet tinvolvi dewmien sinifikanti. Il-Kummissjoni qieset li l-post kontrofattwali reali li kontrih Nitra kienet qed tikkompeti għall-post tal-impjant il-ġdid ta' JLR seta' kien Jawor, il-Polonja, u mhux il-post fil-Messiku. L-eżistenza ta' differenza kbira fil-Valur Preżenti Nett (“VPN”) bejn il-Messiku u Nitra, li hija biss parzjalment ikkumpensata mill-għajnuna reġjonali notifikata, kienet element ieħor li qajjem dubju dwar l-effett ta' inċentiv tal-għajnuna. Għalhekk, il-Kummissjoni ma setgħetx teskludi li l-kunsiderazzjonijiet strateġiċi ta' JLR għall-għażla ta' Nitra fuq il-Messiku kienu deċiżivi għall-għażla ta' Nitra, jiġifieri l-investiment kien ser isir f'Nitra anke mingħajr il-EUR 125 miljun, f'valur kurrenti, tal-għajnuna notifikata, jew tal-anqas b'ammont aktar baxx. Il-kunsiderazzjonijiet strateġiċi ta' JLR kienu (a) id-distanza mill-kwartieri ġenerali ta' JLR; (b) id-dewmien fiż-żmien; (c) ir-riskji ta' diżastri naturali fil-Messiku minħabba attività vulkanika; (d) l-instabilità politika, l-effikaċja tal-gvern u r-riskji ta' korruzzjoni; (e) kunsiderazzjonijiet relatati mal-ekwità tal-marka kummerċjali; u (f) investiment fl-Unjoni bħala ħeġġ kontra l-possibbiltà tal-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni.

3.2.4.   Nuqqas ta' proporzjonalità

(35)

Peress li l-għajnuna notifikata hija eżatt taħt l-ammont massimu ta' għajnuna li jista' jingħata għal investiment tad-daqs li ngħata f'Nitra, skont il-mappa attwali tal-għajnuna reġjonali tas-Slovakkja (“ammont aġġustat tal-għajnuna”), il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk l-ammont totali tal-għajnuna xorta jkunx għadu proporzjonat jekk JLR effettivament ibbenefikat mill-elementi ta' għajnuna addizzjonali possibbli. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk il-livell limitu tal-proporzjonalità ta' EUR 413-il miljun, jiġifieri d-differenza fil-vijabilità bejn il-Messiku u s-Slovakkja kkalkulata minn JLR u li laħqet wieħed miż-żewġ limiti massimi tal-proporzjonalità stabbiliti fir-RAG (15), setax “saħansitra jintlaħaq f'livell ħafna aktar baxx.

3.2.5.   Effetti manifestament negattivi — effett ta' antikoeżjoni

(36)

F'dan l-istadju, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk l-alternattiva tal-Messiku kinitx kredibbli u jekk fir-realtà l-post alternattiv kienx Jawor fil-Polonja. Il-kalkoli interni tal-kumpanija wrew li l-investiment kien ikun aktar profitabbli f'Jawor, li tinsab f'reġjun bl-istess livell massimu ta' intensità ta' għajnuna reġjonali mill-Istat bħal Nitra, jiġifieri ta' 25 %. Għalhekk, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li, jekk l-alternattiva tal-Messiku tirriżulta li mhijiex kredibbli, u jekk ix-xenarju kontrofattwali veru għal Nitra kienet Jawor, allura ma jistax jiġi eskluż li l-pakkett ta' għajnuna pprovdut lill-JLR mis-Slovakkja għandu effett manifestament negattiv skont il-paragrafu 121 tar-RAG.

3.2.6.   Effett manifestament negattiv fuq il-kummerċ — il-limitu massimu tal-intensità tal-għajnuna nqabeż

(37)

L-għotja tal-għajnuna reġjonali notifikata fil-valur kurrenti tirriżulta f'intensità tal-għajnuna prima facie inqas mill-intensità massima tal-għajnuna permessa għal investiment ta' dan id-daqs fir-reġjun ta' Nitra. Madankollu, kwalunkwe element ta' għajnuna addizzjonali fil-forma ta' żvilupp infrastrutturali, inkluż it-trasferiment ta' art taħt il-valur tas-suq jew l-eżenzjoni mit-tariffa ALF, jew it-tnejn, iżid l-ammont totali tal-għajnuna b'tali mod li jaqbeż dak il-livell ta' intensità ta' għajnuna permissibbli, u b'hekk jikkostitwixxi effett manifestament negattiv fuq il-kummerċ skont il-paragrafu 119 tar-RAG. Peress li l-Kummissjoni ma setgħetx teskludi elementi addizzjonali ta' għajnuna, hija esprimiet dubji dwar jekk il-miżura ta' għajnuna globali wasslitx għal effett manifestament negattiv fuq il-kummerċ.

4.   KUMMENTI MIS-SLOVAKKJA

4.1.   Kummenti mis-Slovakkja dwar l-għajnuna addizzjonali possibbli mhux notifikata

4.1.1.   Għajnuna possibbli fil-forma ta' żvilupp infrastrutturali, inkluż it-trasferiment ta' art tal-NSP taħt il-valur tas-suq

(38)

L-awtoritajiet Slovakki jqisu li l-NSP ma jikkostitwixxix infrastruttura dedikata għall-JLR għal diversi raġunijiet. Huma jargumentaw li l-art li tikkostitwixxi l-NSP kienet ġiet identifikata għall-użu industrijali ħafna qabel ma JLR bdiet it-tfittxija tagħha għal post u li preċedentement l-awtoritajiet Slovakki kienu offrew l-art f'maħdar tal-NSP lil investituri oħra. Barra minn hekk l-awtoritajiet Slovakki jargumentaw li JLR la hija l-propjetarja tal-NSP u lanqas ma għandha liċenzja esklussiva jew konċessjoni fuq l-NSP u li JLR ma għandhiex kontroll esklussiv de facto fuq l-NSP. Dawn jargumentaw ukoll li l-eżistenza tal-NSP bħala żona allokata għal skopijiet industrijali bi żvilupp industrijali eżistenti kienet fil-fatt fattur fl-għażla ta' JLR li timxi lejn Nitra, u mhux bil-kontra, u li l-approċċ tal-awtoritajiet Slovakki lejn l-iżvilupp tal-NSP huwa prattika standard użata mis-Slovakkja u minn Stati Membri oħra sabiex tiġi evitata nefqa pubblika bla bżonn filwaqt li jiġi massimizzat l-iżvilupp reġjonali.

(39)

L-awtoritajiet Slovakki ċċaraw l-evoluzzjoni storika li wasslet għall-NSP. It-terminu “park strateġiku”, u konsegwentement il-“Park Strateġiku ta' Nitr”', huwa terminu li ġie introdott għall-ewwel darba fl-Att dwar Investimenti Sinifikanti fl-1999. L-NSP jikkonsisti f'żona ta' 704 ettari li fuqha l-awtoritajiet Slovakki għandhom kapaċitajiet tal-akkwist obbligatorju sabiex jimplimentaw il-park strateġiku li jinsab biswit il-park industrijali eżistenti ta' Nitra North (16). Iż-żewġ parks flimkien jiffurmaw iż-żona industrijali integrata magħrufa bħala Nitra North. L-NSP huwa mifrux fuq ħames muniċipalitajiet, jiġifieri Nitra u Luzianky b'partijiet żgħar minnu fit-territorju ta' Cakajovce, Zbehy u Jelsovce.

(40)

Il-ħtieġa għall-iżvilupp ta' art industrijali fir-reġjun ta' Nitra kienet ġiet identifikata l-ewwel fil-Pjan ta' Tqassim f'Żoni tar-reġjun ta' Nitra tal-1998 (17). Il-muniċipalitajiet ta' Nitra u ta' Luzianky kienu identifikati bħala ċentri industrijali prospettivi.

(41)

Sabiex irawwem l-iżvilupp industrijali, il-gvern Slovakk irrikonoxxa li kellu bżonn isib mod kif jindirizza l-kwistjoni tas-sjieda frammentata tal-art li kienet ostaklu biex jiġu attirati proġetti ta' investiment kbar. L-art fis-Slovakkja hija frammentata ħafna minħabba l-liġijiet tas-suċċessjoni storiċi fejn l-aħwa jirtu sehem indaqs mill-art tal-ġenituri tagħhom. Dan wassal għal għadd kbir ta' koproprjetarji ta' plottijiet żgħar u frammentati ta' art. Għalhekk fl-1999, is-Slovakkja ppromulgat l-Att dwar Investimenti Sinifikanti biex tirregola l-proċedura tal-ħruġ ta' ċertifikati ta' investimenti sinifikanti sabiex tiffaċilita l-akkwist ta' art għall-implimentazzjoni ta' proġetti ta' investiment kbar.

(42)

Il-ħtieġa għall-iżvilupp ta' art industrijali ġiet ikkonfermata ulterjorment fl-2003 meta l-muniċipalità ta' Nitra dehret fuq lista ta' siti rakkomandati mill-“Istudju għal-Lokalizzazzjoni ta' Parks Industrijali f'Żoni Magħżula tar-Repubblika Slovakka”, li ġiet rikonoxxuta bir-riżoluzzjoni tal-Gvern Nru 690 tas-16 ta' Lulju 2003. Din kienet tittratta żona ta' 231 ettaru. Fl-2004, ir-reġjun ta' Nitra identifika ż-żona li fiha kien ippjana li jirriloka art agrikola għal skopijiet ta' użu industrijali. Ġeografikament, dik iż-żona kienet tinkludi l-park industrijali ta' Nitra North fin-Nofsinhar u kienet testendi fuq l-Art tan-Nofsinhar u fuq il-biċċa l-kbira tas-sit tal-JLR. Barra minn hekk fl-2004, ir-Riżoluzzjoni tal-Gvern 88/2004 implimentat miżuri finanzjarji għall-iżvilupp reġjonali ta' Nitra u ta' diversi bliet oħra madwar is-Slovakkja sabiex ikun jista' jsir il-bini tal-infrastruttura teknika neċessarja meħtieġa biex tattira l-investiment. Fl-2006, il-muniċipalità ta' Luzianky waqqfet il-Pjan ta' Tqassim f'Żoni tal-2006 tagħha li fih territorju ta' 106 ettari ġie riżervat biex jiġi inkluż fiż-żona industrijali ta' Nitra North.

(43)

Fl-2007, stabbilixxew ruħhom l-ewwel kumpaniji fil-park industrijali ta' Nitra North. Sony, li aktar tard saret magħrufa bħala Foxconn, saret waħda mill-investituri fundamentali tiegħu. Fl-2011, ħarġet deċiżjoni ta' tqassim f'żoni sabiex l-awtostrada R1 tiġi konnessa maż-żona industrijali.

(44)

Il-Pjan ta' Tqassim f'Żoni tar-reġjun ta' Nitra tal-2012 ikkonferma li ż-żona industrijali ta' Nitra North hija “deżinjata bħala żona xierqa għal-lokalizzazzjoni ta' park industrijali, jew ta' unitajiet ta' produzzjoni industrijali. Din iż-żona [ma] kinitx mibnija għalkollox u [kellha] potenzjal li tiġi żviluppata”. Il-gvern Slovakk irrikonoxxa li kien hemm aktar xi jsir biex jiġi indirizzat l-ostaklu għall-investiment li nħoloq bis-sjieda frammentata tal-art. Għalhekk, fl-2013, l-Att dwar Investimenti Sinifikanti ġie emendat b'dispożizzjonijiet li jippermettu t-tħaffif tal-proċess tal-eżekuzzjoni ta' investiment sinifikanti permezz tat-twaqqif ta' proċess aktar flessibbli għall-ħruġ ta' ċertifikat ta' investiment sinifikanti u t-tnaqqis fil-burokrazija tal-proċess.

(45)

Fl-2014, il-muniċipalità ta' Luzianky emendat il-Pjan ta' Tqassim f'Żoni tal-2006 tagħha sabiex jiġi faċilitat żvilupp ippjanat dettaljat tal-parti tagħha taż-żona industrijali, ta' 158 ettaru, bħala riżultat ta' interess potenzjali minn investitur industrijali li eventwalment iddeċieda li jinvesti xi mkien ieħor. Il-Pjan ta' Tqassim f'Żoni ta' Luzianky tal-2014 stabbilixxa l-pjanijiet dettaljati għall-iżviluppi infrastrutturali biex iż-żona titħejja għall-użu industrijali. Wieħed mill-prinċipji bażiċi tal-kunċett ta' żvilupp urban propost tas-sit kien il-konnessjoni funzjonali u spazjali taż-żoni ta' żvilupp proposti mat-territorju tal-park industrijali ta' Nitra North. Il-Pjan ta' Tqassim f'Żoni identifika b'mod espliċitu l-limiti tal-iżvilupp tas-sit kif ukoll ħtiġijiet bħall-ħtieġa għal konnessjonijiet tat-trasport, żona ta' protezzjoni għal-linji ferrovjarji, il-kuritur bijoloġiku tax-xmara Nitra, soluzzjoni għal-livell għoli ta' ilma ta' taħt l-art, il-ħtieġa għall-bini ta' riżervi u stazzjonijiet tal-ippumpjar, il-ħtieġa li tiġi żgurata l-provvista tal-ilma tax-xorb, sistema ta' drenaġġ pubblika, il-protezzjoni mill-ilma tax-xita, il-preżenza ta' pipeline ta' pressjoni għolja, il-konnessjoni ma' netwerk tat-telekomunikazzjoni.

(46)

Fis-27 ta' Mejju 2015, il-gvern Slovakk nieda inizjattiva leġiżlattiva ġdida biex jiġu rranġati l-prerekwiżiti għall-ħolqien tal-hekk imsejħa parks strateġiċi industrijali u teknoloġiċi minn intrapriża li tkun kollha tal-Istat u responsabbli għat-tħejjija tas-sit, inkluż il-bini tal-infrastruttura meħtieġa. Dik l-inizjattiva wasslet għall-Emenda 154/2015 tat-30 ta' Ġunju 2015 għall-Att dwar Investimenti Sinifikanti. Fl-istess ħin ġiet propost tibdil għar-Regolament 58 (18) kif imsemmi fil-paragrafu 10 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ. Fit-8 ta' Lulju 2015 (19), il-gvern Slovakk ħareġ ċertifikat ta' investiment sinifikanti għall-bini tal-NSP.

(47)

Peress li l-awtoritajiet Slovakki kienu stabbilew arranġamenti ta' tqassim f'żoni industrijali, kellhom strateġija ta' żvilupp industrijali li kienet diġà ġiet parzjalment implimentata permezz tal-park industrijali ta' Nitra North, kienu żviluppaw pjanijiet fiżiċi dettaljati għall-iżvilupp tal-bqija taż-żona u kienu offrew opportunitajiet ta' siti fi mħadar lil investituri oħra, huma jqisu li ma jistax jiġi argumentat li l-NSP ġie żviluppat għall-JLR bħala impriża identifikata ex ante. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Slovakki saħqu li kull pass tal-evoluzzjoni storika li wassal għall-iżvilupp tal-NSP kien ittieħed qabel ma JLR iddeċidiet li tillokalizza l-impjant tagħha, u ħafna qabel ma JLR intrabtet kuntrattwalment biex tillokalizza f'Nitra.

(48)

L-awtoritajiet Slovakki għamlu referenza għal diversi dokumenti ta' JLR li juru li l-pjanijiet li kienu diġà jeżistu għall-iżvilupp tal-NSP flimkien mal-fatt li park industrijali li kien diġà jeżisti b'żona maġenbu allokata għal skopijiet ta' espansjoni industrijali tqiesu b'mod pożittiv fil-valutazzjoni tal-lokalizzazzjoni ta' JLR. Pereżempju fis-27 ta' April 2015, Nitra kienet fit-tielet post iżda wieħed mill-fatturi pożittivi kien li din kienet tinvolvi “[s]it fuq proprjetà industrijali stabbilita.

(49)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Slovakki spjegaw li s-sit tal-JLR u x-xogħlijiet relatati ma ġewx imfassla apposta għall-ħtiġijiet speċifiċi ta' JLR.

(50)

Ir-referenza għad-drittijiet ta' superviżjoni fil-Ftehim ta' Investiment iffirmat bejn is-Slovakkja u JLR fil-11 ta' Diċembru 2015 (il-“Ftehim ta' Investiment”) tirreferi biss għat-tlestija tax-xogħlijiet ta' rimedjazzjoni tal-art. L-MHI għandha tlesti ċerti xogħlijiet sabiex jiġi żgurat li l-art tissodisfa l-istandard miftiehem bejn MHI u JLR u li fuqhom kien ibbażat il-prezz tal-bejgħ. Skont l-awtoritajiet Slovakki, dawk id-drittijiet ta' superviżjoni kienu xprunati minn tħassib standard dwar il-ġestjoni tal-proġetti pjuttost milli minn speċifikazzjonijiet ta' żvilupp speċifiċi għan-negozju. L-MHI mhijiex marbuta li tieħu inkunsiderazzjoni l-feedback possibbli ta' JLR. L-MHI hija meħtieġa biss titlob feedback dwar il-pjanti tad-disinn u l-ispeċifikazzjonijiet li jikkonċernaw ix-xogħlijiet ta' rimedjazzjoni għas-Sit tal-JLR. Dan ma jinkludix kontroll ex post fuq l-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet.

(51)

L-awtoritajiet Slovakki ċċaraw ukoll in-natura tax-xogħlijiet infrastrutturali relatati mal-NSP. Bħal fi proġetti preċedenti li kienu jinvolvu l-iżvilupp pubbliku ta' parks industrijali, dawk ix-xogħlijiet kienu maħsuba biex jipprovdu servizzi infrastrutturali lill-kumpaniji kollha li jinsabu fil-park, inkluż l-aċċess għall-utilitajiet pubbliċi u konnessjonijiet stradali/ferrovjarji. Ix-xogħlijiet infrastrutturali jinkludu l-elementi li ġejjin:

(a)

ix-xogħlijiet preparatorji ta' rimedjazzjoni tal-art, f'valur ta' EUR 221 miljun, ma jmorrux lil hinn mix-xogħlijiet ta' żvilupp standard meħtieġa biex l-art pubblika tkun tista' tinbena. Ix-xogħlijiet kollha li jmorru lil hinn mill-iżvilupp standard jiġu mħallsa minn JLR u huma elenkati fil-Ftehim ta' Investiment. Dawn jinkludu elementi bħalma huma toroq interni jew pedamenti addizzjonali meħtieġa biex jilqgħu t-tagħbijiet speċifiċi tal-istruttura tal-bini ta' JLR;

(b)

ix-xogħlijiet infrastrutturali relatati mal-utilitajiet pubbliċi, f'valur ta' EUR 11,28 miljun qed isiru biex jiġi żgurat li s-sit jew is-siti industrijali fil-park ikunu mqabbda mal-utilitajiet. L-utilitajiet pubbliċi jieqfu fil-punti ta' aċċess għas-sit jew għas-siti. L-infrastrutturi relatati mal-utilitajiet fil-limiti tas-Sit tal-JLR jiġu mħallsa minn JLR. Barra minn hekk, JLR tħallas prezz tas-suq biex taċċessa s-servizzi utilitarji. Ma hemm l-ebda regola speċifika li tapplika għall-NSP li hija differenti minn dawk li japplikaw fiż-żoni muniċipali usa'. JLR għandha tħallas it-tariffi kollha li normalment ikunu dovuti li huma relatati mal-konnessjoni u mad-distribuzzjoni għas-sit tal-JLR, f'konformità mat-tariffi regolati mill-Uffiċċju Regolatorju għall-Industriji li jużaw in-Netwerk (20). JLR ma ngħatat l-ebda eżenzjoni;

(c)

l-infrastruttura tat-toroq f'valur ta' EUR 185,9 miljun, inkluż konnessjoni mal-awtostrada, toroq pubbliċi lokali, sistema tat-toroq u parkeġġ pubbliku fil-park kollu, stazzjon għat-tifi tan-nar, għassa tal-pulizija, u faċilità għall-manutenzjoni tat-toroq. L-infrastruttura tat-toroq taqdi l-impriżi kollha fiż-żona industrijali ta' Nitra North, li tikkonsisti fl-NSP u fil-park industrijali ta' Nitra North, kif ukoll ir-reġjun lil hinn. L-ebda triq ma hija għall-użu esklussiv ta' JLR jew inbniet skont l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Ix-xogħlijiet tat-toroq ma jmorrux lil hinn minn żvilupp normali;

(d)

il-karatteristiċi ġeografiċi taż-żona kienu jirrikjedu sistema ta' difiża kontra l-għargħar u l-immaniġġjar tal-ilma ta' taħt l-art f'valur ta' EUR 25 miljun;

(e)

it-Terminal tat-Trasport Multimodali ta' Luzianky f'valur ta' EUR 51,85 miljun li qed jinbena, jitħaddem u jiġi ffinanzjat mill-Kumpanija Ferrovjarja tas-Slovakkja mir-riżorsi ġġenerati mill-attivitajiet kummerċjali proprji li jingħaddu separatament mill-attivitajiet mhux ekonomiċi tagħha ffinanzjati minn fondi pubbliċi. It-Terminal tat-Trasport Multimodali ta' Luzianky għandu tliet partijiet funzjonali: (a) iż-żona lesta għall-ħżin tal-vetturi li se tkun konnessa mal-impjant tal-produzzjoni tal-JLR fuq naħa waħda u direttament mas-sit tad-distribuzzjoni ferrovjarja 'l barra fuq in-naħa l-oħra. Il-kiri ta' żona għall-ħżin għandu jikkostitwixxi s-servizz prinċipali pprovdut. JLR qiegħda tfittex esklussività kuntrattwali fir-rigward taż-żona tal-ħżin; (b) il-faċilità ta' distribuzzjoni ferrovjarja 'l barra hija maħsuba għat-tagħbija tal-prodotti finali fuq il-vaguni. Dik il-parti tat-terminal mhux se tkun kuntrattwalment esklussiva għall-JLR; u (c) il-hub tat-trasbord tal-kontejners. Ix-xogħlijiet fuq il-hub tat-trasbord tal-kontejners għadhom ma bdewx peress li l-Kumpanija Ferrovjarja tas-Slovakkja għadha qed tanalizza d-domanda potenzjali u l-profitabbiltà tal-investiment. Dan ser ikun miftuħ għal kwalunkwe utent skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Il-Kumpanija Ferrovjarja tas-Slovakkja qed tinnegozja t-tariffi ta' aċċess, magħrufa wkoll bħala t-tariffi għall-utenti, mal-JLR li se jippermettu lill-Kumpanija Ferrovjarja tas-Slovakkja tiġġenera dħul mill-kapital investit kif ukoll tkopri l-kostijiet varjabbli. It-tariffi għall-utenti jiġu kkalkulati fuq perjodu ta' 30 sena fuq bażi kummerċjali, bl-użu tal-metodu tal-VPN, u jkopru l-kostijiet kollha relatati mal-investiment, il-kostijiet operattivi u l-kostijiet għal investimenti ta' tiġdid. It-tariffi huma orjentati lejn is-suq u għandhom jiżguraw redditu xieraq fuq l-investiment, jiġifieri Rata ta' Redditu Interna ta' […] u VPN ta' EUR […] miljun.

(52)

L-awtoritajiet Slovakki ċċaraw ukoll il-proporzjon tal-NSP li ser jintuża minn JLR:

(a)

l-awtoritajiet Slovakki l-ewwel spjegaw li wara d-Deċiżjoni tal-ftuħ, JLR irrinunzjat għal xi wħud mid-drittijiet tagħha. Skont il-klawsola 4.10 tal-ftehim ta' investiment, MHI kienet marbuta li tagħti lill-JLR l-għażla li tixtri l-Art tan-Nofsinhar kollha jew parti minnha fi żmien 12-il xahar mill-eżekuzzjoni tal-Ftehim ta' Xiri tas-Sit tal-JLR. Fid-29 ta' Ġunju 2017, JLR irrinunzjat għal dik l-għażla dwar l-Art tan-Nofsinhar, qabel l-iffirmar tal-Ftehim ta' Xiri tas-Sit tal-JLR fit-12 ta' Diċembru 2017. L-awtoritajiet Slovakki infurmaw lill-Kummissjoni li l-Art tan-Nofsinhar kollha se tkun il-proprjetà ta' impriżi oħra, pereżempju Gestamp u Prologis.

(b)

L-Artikolu 4.9 tal-Ftehim ta' Investiment ta lill-JLR id-dritt tal-ewwel rifjut għax-xiri tal-Art tat-Tramuntana kollha jew parti minnha, validu għal 20 sena mid-data tal-eżekuzzjoni tal-Ftehim ta' Xiri tas-Sit tal-JLR. Fil-25 ta' Awwissu 2017, JLR irrinunzjat għal dak id-dritt fuq 40,1 ettaru mit-total ta' 69 ettaru tal-Art tat-Tramuntana. Kwalunkwe art għandha tiġi akkwistata bil-prezz tas-suq fid-data tax-xiri tal-art, li għandu jiġi definit minn esperti indipendenti.

(c)

fir-rigward tal-klawsola fl-Artikolu 4.2(b)(ii) tal-Ftehim ta' Investiment, li skontha s-Slovakkja tintrabat li, fuq talba bil-miktub mingħand JLR fi żmien 10 snin mill-iffirmar tal-Ftehim ta' Xiri tas-Sit tal-JLR “tipprokura li l-Park Strateġiku jiġi estiż sabiex jinkludi l-Art ta' Espansjoni”, l-awtoritajiet Slovakki spjegaw li dik il-klawsola tirrifletti biss wegħda politika mis-Slovakkja biex takkwista l-art, u li tagħti lil JLR l-għażla li tixtri dik il-biċċa art f'xi żmien fil-futur, u skont termini, inkluż il-prezz, li għad iridu jiġu nnegozjati.

(53)

L-awtoritajiet Slovakki jqisu li ebda wieħed mid-drittijiet maħluqa mill-Ftehim ta' Investiment dwar l-Art tan-Nofsinhar, l-Art tat-Tramuntana jew l-Art ta' Espansjoni ma jagħti lil JLR xi kontroll fuq l-art. Għalhekk, is-Sit tal-JLR għandu biss superfiċe ta' 185 ettaru, li jikkostitwixxi 26 % tas-superfiċe totali tal-NSP, jew 55 % tas-superfiċe kummerċjalment sfruttabbli, fid-dawl tal-fatt li 366 ettaru tal-NSP huma art teknika.

(54)

Kif spjegat mill-awtoritajiet Slovakki, il-prezz li JLR għandha tħallas għall-akkwist tas-Sit tal-JLR ġie stabbilit fuq il-bażi ta' valwazzjonijiet indipendenti li saru minn tliet esperti, jiġifieri […], […], u CB Richard Ellis. Dawk l-esperti stmaw il-prezz tas-suq skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar elementi ta' għajnuna Statali dwar bejgħ ta' artijiet u bini ta' awtoritajiet pubbliċi (21), li kienet tikkostitwixxi l-gwida rilevanti tal-Kummissjoni applikabbli fil-ħin tal-valwazzjonijiet. L-awtoritajiet Slovakki komplew jiċċaraw li r-rapport ta' CB Richard Ellis li ġie ppreżentat lill-Kummissjoni matul il-proċedura ta' notifika kien ġie ppreżentat bi żball minħabba li mhuwiex rapport ta' valwazzjoni ta' sit, iżda rapport separat ta' informazzjoni dwar is-suq.

(55)

Il-valwazzjonijiet kollha twettqu fuq il-bażi li l-art ser tinbiegħ “lesta biex tinbena”, jiġifieri rimedjata u mqassma f'żoni għall-użu industrijali. L-awtoritajiet Slovakki għalhekk jikkonkludu li l-istimi tal-prezz tas-suq jinkludu l-valur tax-xogħlijiet ta' rimedjazzjoni. Il-prezz tax-xiri finali ta' EUR 15,83 għal kull metru kwadru kien stabbilit bħala l-medja tat-tliet valwazzjonijiet indipendenti ta' EUR 15, ta' EUR 15,5 u ta' EUR 17 għal kull metru kwadru rispettivament. Il-Ftehim ta' Investiment jitlob li JLR tħallas separatament għal kull xogħol li jsir apposta għaliha li jmur lil hinn mill-ispeċifikazzjonijiet standard għal art “lesta biex tinbena”.

4.1.2.   Għajnuna possibbli fil-forma tal-eżenzjoni minn tariffa, it-tariffa ALF, li trid titħallas meta art agrikola tiġi trasformata f'art industrijali

(56)

L-awtoritajiet Slovakki spjegaw li l-Eżenzjoni H hija eżenzjoni mit-tariffa ALF li tapplika għal art li tinxtara minn intrapriżi għalkollox tal-Istat, f'dan il-każ l-MHI, bil-għan li jiġi żviluppat park industrijali li jkun rikonoxxut bħala “investiment sinifikanti”. Għalhekk l-Eżenzjoni H tapplika esklussivament għall-iżvilupp ta' art pubblika minn awtoritajiet pubbliċi. L-għan tagħha huwa li tneħħi l-piż amministrattiv ta' trasferimenti finanzjarji intrastatali. Mingħajr l-eżenzjoni, l-MHI bħala s-sid u l-iżviluppatur tal-art fl-NSP kien ikollha tħallas it-tariffa ALF malli s-sit jiġi trasformat f'art industrijali. Bħala s-sid u l-iżviluppatur tas-sit, il-funzjoni tal-MHI kienet li tinstalla infrastruttura u terġa' tqassam l-art f'żoni sabiex tkun “lesta biex tinbena”, u mbagħad tbigħha lill-investituri, inkluż lill-JLR. JLR ma kellha tħallas l-ebda tariffa li, kif miftiehem skont il-Ftehim ta' Investiment, kienet ser takkwista l-art biss wara li din tiġi konvertita f'art industrijali. L-awtoritajiet Slovakki spjegaw li r-referenza f'dokument intern ta' JLR li tissuġġerixxi li JLR kienet sejra tibbenefika minn eżenzjoni tal-ħlas tat-tariffa ALF kienet ibbażata fuq interpretazzjoni żbaljata tal-awtur ta' dak id-dokument li t-tariffa kellha titħallas minn JLR. Huma infurmaw ukoll lill-Kummissjoni li l-ammont totali tat-tariffi għall-konverżjoni tal-art agrikola kollha li tinsab fiż-żona tal-NSP futur f'art għall-użu industrijali li kien ikollu jitħallas fin-nuqqas tal-eżenzjoni H, kien ikun ta' madwar EUR 30 miljun li minnhom EUR 8 miljuni biss jirrigwardaw is-Sit tal-JLR.

4.2.   Kummenti mis-Slovakkja dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna notifikata

4.2.1.   L-eliġibbiltà ta' “kostijiet tal-forniment” bħala kost ta' investiment

(57)

L-awtoritajiet Slovakki kkonfermaw l-elementi ta' kost eliġibbli kif elenkati fit-Tabella 1 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ. Il-kostijiet tal-investiment eliġibbli proposti indikati kienu jammontaw għal EUR 1 406 620 591 f'valur nominali, ekwivalenti għal EUR 1 369 295 298 f'valur kurrenti. Il-preżentazzjoni fid-dokumentazzjoni ta' JLR datata t-18 ta' Novembru 2015 li kienet tirreferi għal kostijiet tal-fornitura kienet saret għal skopijiet ta' analiżi finanzjarja, u ma kinitx tinkludi kostijiet tal-forniment apparti l-elementi ta' kost eliġibbli kif elenkati fit-Tabella 1 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ. Dawk l-elementi ta' kost eliġibbli jirriflettu l-kostijiet antiċipati fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-għajnuna u jinkludu ammont għall-proviżjonament għal kull element ta' kost eliġibbli, bħala parti minn approċċ prudenti għall-istima tal-kostijiet. L-awtoritajiet Slovakki għalhekk iqisu l-ammont sħiħ ta' EUR 1 406 620 591 f'valur nominali bħala eliġibbli.

4.2.2.   Nuqqas ta' effett ta' inċentiv tal-għotja ta' għajnuna reġjonali notifikata

(58)

Is-Slovakkja tqis li wettqet verifika xierqa tal-kredibilità tax-xenarju kontrofattwali u li d-dubji tal-Kummissjoni huma infondati, peress li l-Messiku kien post alternattiv kredibbli għall-impjant fl-Unjoni. Skont is-Slovakkja, fir-rebbiegħa tal-2015 il-Messiku kien għadu post possibbli għall-investiment ippjanat u ma kienx meqjus bħala sit għal investiment parallel addizzjonali. Għalhekk, l-għajnuna mill-Istat offruta mis-Slovakkja kienet neċessarja biex iġġib l-investiment tal-JLR fis-Slovakkja.

(59)

Is-Slovakkja tenfasizza li l-Messiku kien post alternattiv kredibbli għal tliet raġunijiet:

(a)

meta JLR ħejjiet id-deċiżjoni tagħha dwar il-post, kien hemm ħafna produtturi tal-karozzi, fosthom OEMs tal-ogħla livell, li diġà kienu qed joperaw fil-Messiku, jew kienu qed jimplimentaw investimenti hemmhekk. Diversi manifatturi tal-karozzi bdew ix-xogħlijiet fuq l-investimenti fil-Messiku wara li JLR ħadet id-deċiżjoni tagħha dwar il-post. B'mod partikolari, kemm VW kif ukoll Audi għandhom impjanti fi Puebla, u għalhekk wieħed jista' jistenna li dawn kienu jiffaċċjaw l-istess riskji kwalitattivi identifikati minn JLR. Dawk ir-riskji ma affettwawx id-deċiżjonijiet tal-VW/Audi dwar il-post favur Puebla;

(b)

JLR għamlet disponibbli ħafna dokumenti reċenti minn diversi sorsi li juru li l-Messiku kien ġie kkunsidrat bir-reqqa, u li kienet saret analiżi finanzjarja komparattiva sħiħa bejn il-Messiku u s-Slovakkja. Il-Messiku kien diġà ġie identifikat bħala l-aktar post promettenti fl-Amerika ta' Fuq fl-aħħar ta' Jannar 2015 fil-kuntest tal-istudju tal-fattibilità Oak. Wara riċerka komparattiva estensiva ta' siti differenti fil-Messiku, fil-Kunsill għall-Istrateġija tas-27 ta' April 2015 Puebla ntgħażlet bħala l-alternattiva preferuta mhux fl-Unjoni minħabba l-prossimità tagħha għall-portijiet, tariffi favorevoli, bażi ta' fornituri stabbilita u vantaġġi marbuta mas-suq tax-xogħol. Peress li l-proċess tal-għażla Ewropea, l-istudju ta' fattibilità Darwin, kien għadu lura, xi laqgħat u dokumenti ffukaw fuq l-eżitu tal-Proġett Darwin, u għalhekk fihom inqas dettall dwar il-Messiku. Fir-rigward tal-preżentazzjoni tal-10 ta' Lulju 2015, is-Slovakkja kkummentat li l-fatt li kien hemm inqas slides iddedikati għall-alternattiva Oak jista' jiġi spjegat mill-kuntest tal-laqgħa u l-punt safejn dawk preżenti kienu diġà raw informazzjoni dwar il-Messiku u Puebla. Biex tħejji r-rakkomandazzjoni dwar il-lok għal-laqgħa tal-Forum dwar il-Globalizzazzjoni ta' Lulju, JLR ikkalkulat mudelli finanzjarji dettaljati li qabblu l-kostijiet fis-siti kompetituri. Dawn il-kalkoli finanzjarji saru fuq bażi identika għaż-żewġ siti u kienu akkumpanjati minn valutazzjoni kwalitattiva tal-vantaġġi u tal-iżvantaġġi tagħhom.

(c)

Il-Messiku kien l-alternattiva għas-Slovakkja li ġiet ippreżentata waqt il-laqgħat sussegwenti tal-maniġment u tal-bord ta' JLR fejn ittieħdet id-deċiżjoni dwar il-post.

(60)

Is-Slovakkja pprovdiet evidenza addizzjonali bħall-preżentazzjonijiet lill-Bord, l-istudju ta' fattibilità li sar għall-Messiku, l-informazzjoni skambjata mal-awtoritajiet Messikani, is-sejbiet taż-żjara tal-maniġment superjuri fuq il-post ta' Ġunju 2015 fis-siti magħżula fi Puebla, li matulhom ġew esplorati aktar il-fatturi strateġiċi kwalitattivi u d-Differenzjali fil-kost tax-xenarju kontrofattwali għas-CEE, datat l-10 ta' Ġunju 2015.

(61)

L-awtoritajiet Slovakki jissuġġerixxu li d-dubji tal-Kummissjoni huma bbażati fuq rapporti żbaljati fl-istampa li jiġu kontradetti b'mod ċar minn dokumenti interni riċenti ta' JLR datati bejn Marzu u Lulju 2015. L-awtoritajiet Slovakki ppreżentaw ammont kbir ta' evidenza li turi li fir-rebbiegħa tal-2015 il-Messiku kien għadu taħt kunsiderazzjoni u ma kienx ġie abbandunat favur post fl-Unjoni. Dik l-evidenza ġejja minn varjetà ta' sorsi u minn livelli differenti tal-organizzazzjoni ta' JLR, jiġifieri l-maniġment superjuri ta' JLR, it-timijiet tax-xogħol ta' JLR, konsulenti esterni u uffiċjali tal-gvern Messikan. Id-dokumenti elaborati bi tħejjija u wara ż-żjara fi Puebla f'Ġunju 2015 minn delegazzjoni ta' livell eżekuttiv superjuri ta' JLR, huma ta' rilevanza partikolari. Il-Messiku ġie sospiż biss meta JLR iddeċidiet li tkompli b'Nitra fis-sajf tal-2015.

(62)

L-istudju ta' Ernst & Young intitolat “Project Oak — Golden Site Report Out” huwa datat l-20 ta' Marzu 2015. Dan intuża minn JLR fir-reviżjoni tal-vijabbiltà tas-siti selezzjonati fil-Messiku. Il-minuti tal-laqgħa tal-Kunsill Internazzjonali għall-Iżvilupp tat-30 ta' Marzu 2015 jgħidu li “[ġ]ie miftiehem li l-ħidma attwali biex jiġu vvalutati għażliet alternattivi fit-Turkija u fil-Messiku għandha tkompli”. Ir-reġistru ta' azzjonijiet u l-minuti tal-laqgħa tal-Kunsill għall-Istrateġija tas-27 ta' April 2015 jinnotaw li “Puebla, fil-Messiku, ġiet approvata bħala l-alternattiva mhux fl-UE”. Il-ħarsa ġenerali tal-proċess ta' filtrazzjoni tal-Messiku, kif ippreżentata lill-Forum dwar il-Globalizzazzjoni tal-10 ta' Lulju 2015, tikkonferma din id-deċiżjoni bl-istatus li ġejja rrapporta fil-11 ta' Mejju 2015: “[l-istati Messikani ta'] H[…] u ta' G[…] sospiżi; Puebla titmexxa 'l quddiem għal investigazzjonijiet ulterjuri (abbażi tas-siti ta' H[…], A[…] u S[…])”. H[…] sar “l-għażla ppreferuta minħabba l-prossimità tiegħu għall-port, bażi ta' fornituri stabbilita u s-suq tax-xogħol.” Waqt il-Forum dwar l-Istrateġija għall-Globalizzazzjoni tal-15 ta' Mejju 2015, is-Slovakkja u l-Polonja ntgħażlu taħt il-Proġett Darwin flimkien mal-Messiku taħt il-Proġett Oak. Fit-22 ta' Mejju 2015, JLR irċeviet it-tweġiba formali mill-Istat ta' Puebla dwar l-inċentivi disponibbli, ir-riskju sismiku, il-patti restrittivi ta' VW u l-iskeda taż-żmien. Fit-taqsima dwar l-aġġornament għal Darwinil-minuti u r-reġistru ta' azzjonijiet tal-Kunsill għall-Iżvilupp Internazzjonali tal-1 ta' Ġunju 2015 jinnotaw li “il-punti ewlenin tad-diskussjoni kienu: […] Ġew spjegati l-progress li sar fid-diskussjonijiet dwar il-Messiku u l-pjanijiet għal vjaġġ ieħor fuq il-post biex issir evalwazzjoni ulterjuri ta' Puebla”. Il-valutazzjoni tal-fluss tal-flus inkluża fil-preżentazzjoni tal-10 ta' Ġunju 2015 intitolata “Project Darwin — counter-factual cost differential to CEE” (Proġett Darwin — differenzjali tal-kost kontrofattwali għas-CEE), turi li l-analiżi tal-JLR saret biex tistabbilixxi parametru referenzjarju ta' “MX kontra PL” u “MX kontra SK”. Il-laqgħa tal-Kunsill għall-Istrateġija tal-15 ta' Ġunju 2015 li ffokat fuq il-proġett Darwin xorta kienet tinkludi punt ta' azzjoni “L-organizzazzjoni ta' vjaġġ fuq il-post fil-Messiku biex tiġi diskussa l-RFP fis-sit ta' Puebla.” Fil-ġimgħa tal-15 ta' Ġunju 2015, tim immexxi mid-Direttur tal-Espansjoni Globali tan-Negozju ta' JLR għamel vjaġġ fuq il-post fl-Istat ta' Puebla, fejn żar is-siti ta' H[…] u ta' A[…]. Fil-25 ta' Ġunju 2015, JLR bagħtet konferma bil-miktub lill-Gvernatur tal-Istat ta' Puebla li H[…] kien fost il-lista ta' postijiet magħżula. In-noti mħejjija għal-laqgħa tal-Forum dwar il-Globalizzazzjoni tal-10 ta' Lulju 2015 jipprovdu sommarju tas-sejbiet li ħarġu miż-żjara fis-siti ta' H[…] u ta' A[…]. Kif joħroġ mill-minuti ta' din il-laqgħa tal-Forum dwar il-Globalizzazzjoni, l-objettiv tagħha “kien li tittieħed deċiżjoni dwar sit ippreferut mill-proġetti Darwin u Oak u biex il-proċess jiġi konkluż permezz ta' Ftehim ta' Investiment kuntrattwalment vinkolanti mmirat għat-30 ta' Settembru. Is-siti taħt kunsiderazzjoni kienu Nitra (is-Slovakkja), Jawor (il-Polonja) u Puebla (il-Messiku).” Il-minuti tagħha jinnotaw ukoll li: “Nitra (is-sit ippreferut mill-proċess Darwin) meta mqabbla ma' Puebla (is-sit ippreferut mill-proċess Oak) intweriet li kienet fi żvantaġġ sinifikanti fir-rigward tal-kost”. Il-preżentazzjoni mħejjija għal dik il-laqgħa tgħid: “Wara li tqiesu l-fatturi ta' riskju mhux kwantifikabbli u l-kunsiderazzjonijiet kwantifikabbli l-oħra, jekk wieħed jassumi li jingħata l-livell ta' għajnuna mill-Istat tal-UE taħt kunsiderazzjoni, aħna nemmnu li dan huwa biżżejjed biex jikkumpensa għall-vantaġġ fil-kost tal-Messiku u nirrakkomandaw li Puebla (MX) tiġi sospiża”. Il-minuti tal-laqgħa tal-Bord ta' JLR tat-3 ta' Awwissu 2015 jgħidu li “[w]ara proċess rigoruż ta' evalwazzjoni tas-sit, waqt il-laqgħa tal-Forum dwar il-Globalizzazzjoni tal-10 ta' Lulju, ġie miftiehem li Nitra fis-Slovakkja għandha titmexxa 'l quddiem bħala s-sit rakkomandat, soġġett għall-approvazzjoni tal-Bord.” Il-preżentazzjoni sottostanti waqt il-laqgħa tal-Bord ta' JLR iddeskriviet il-“[p]roċess għall-għażla ta' sit wieħed mill-proġetti Darwin u Oak”.

(63)

L-awtoritajiet Slovakki spjegaw li JLR ma ppreżentatx applikazzjoni uffiċjali għall-għajnuna lill-awtoritajiet Messikani minħabba li ma hemm l-ebda sistema ta' għajnuna mill-Istat fil-Messiku. Madankollu, JLR irċeviet informazzjoni dettaljata mingħand il-gvern ta' Puebla dwar x'jista' jiġi offrut f'każ li JLR tiddeċiedi li tinvesti hemmhekk.

(64)

L-awtoritajiet Slovakki jaffermaw li l-investiment fil-Messiku ma kienx ikkunsidrat bħala t-tieni investiment b'żieda mal-impjant fl-Unjoni. Huma jissuġġerixxu li d-dubji tal-Kummissjoni huma bbażati fuq dokument uniku li fil-verità huwa kemxejn qarrieqi u jargumentaw li dak id-dokument jirrappreżenta ħażin id-diskussjonijiet li saru waqt il-laqgħa li l-Membri tal-Kumitat Eżekuttiv kellhom barra mis-sit fil-21 ta' Jannar 2015, jiġifieri sitt xhur qabel ittieħdet id-deċiżjoni dwar il-post. Fi kwalunkwe każ dak id-dokument tal-JLR ġie sostitwit b'ammont konsiderevoli ta' evidenza, li ġiet prodotta fi stadju aktar tard, fejn iż-żewġ postijiet ġew diskussi bħala alternattivi. Dawn ikomplu jispjegaw ukoll li l-kapaċità addizzjonali bħala riżultat tal-impjant il-ġdid (300 000 vettura fis-sena) diġà tirrapreżenta 50 % tal-kapaċità ta' JLR. Ma jkunx realistiku li wieħed jassumi li JLR kienet ser tikkunsidra tinvesti fit-tieni proġett tal-istess skala fl-istess ħin, jew saħansitra fuq terminu qasir/medju.

(65)

L-awtoritajiet Slovakki spjegaw ir-raġuni għaliex ir-rapport u l-preżentazzjoni tal-laqgħa tal-21 ta' Jannar 2015 li l-Membri tal-Kumitat Eżekuttiv kellhom barra mis-sit jirreferu għall-bini ta' żewġ impjanti. Skont is-Slovakkja, JLR dejjem kienet ippjanat li inizjalment tibda l-operazzjonijiet fl-impjant il-ġdid b'150 000 vettura fis-sena, jiġifieri l-fażi 1 tal-impjant 1, u żżid l-operazzjoni għal 300 000 vettura f'[2020–2025] jiġifieri l-fażi 2 tal-impjant 1. Madankollu fiż-żmien li fih saret il-laqgħa ta' Jannar 2015, id-domanda għall-vetturi tal-JLR tant kienet qed tikber b'mod qawwi li l-Membri tal-Kumitat Eżekuttiv għal ftit ikkunsidraw ukoll il-possibilità tal-bini tat-tieni impjant f'post ieħor fi żmien ħames sa għaxar snin wara t-tlestija tax-xogħlijiet fuq l-ewwel sit, f'każ li jkun hemm biżżejjed domanda. Dak is-sit futur ma ġiex diskuss fid-dettall waqt il-laqgħa peress li dik id-deċiżjoni kienet għadha 'l bogħod. L-awtoritajiet Slovakki nnotaw li d-dikjarazzjoni fil-minuti tal-laqgħa barra mis-sit li tissuġġerixxi li JLR se jkollha bżonn żewġ impjanti biex tissodisfa d-domanda proġettata kienet jew minħabba l-konfużjoni taż-żewġ fażijiet tal-Impjant 1 jew minħabba li dawk il-minuti enfasizzaw iżżejjed id-diskussjoni limitata dwar il-possibilità tat-tieni impjant f'xi punt fil-futur aktar imbiegħed.

(66)

L-awtoritajiet Slovakki jenfasizzaw li d-dokumenti interni ta' JLR juru b'mod konsistenti l-intenzjoni tagħha li tinvesti f'post wieħed. Il-minuti tal-Forum dwar il-Globalizzazzjoni tal-10 ta' Lulju 2015 jiddokumentaw li s-sit ta' Nitra kien intgħażel fuq il-Messiku bħala l-post preferut, u li ż-żewġ siti tqabblu ma' xulxin bħala alternattivi. JLR ikkunsidrat biss li timmanifattura f'sit wieħed: “[a]ħna lesti nagħżlu pajjiż wieħed mil-lista tal-proġetti Darwin u Oak”.

(67)

Raġunijiet strateġiċi kellhom rwol importanti fid-deċiżjoni iżda xorta kien hemm bżonn l-għajnuna biex id-deċiżjoni dwar il-post ixxaqleb favur is-Slovakkja. L-awtoritajiet Slovakki jargumentaw li huwa żbaljat li jiġi sostnut li l-għajnuna mill-Istat offruta tkopri biss proporzjon “insinifikanti” tad-differenza fil-VPN wara l-opinjoni tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-ftuħ li tgħid li l-għajnuna nominali ammontat għal 47 % tad-differenza fil-VPN (22). Id-dokumenti interni ta' JLR isemmu b'mod espliċitu li d-deċiżjoni dwar il-post kienet ittieħdet wara kunsiderazzjoni bbilanċjata ferm tal-vantaġġi u tal-iżvantaġġi u kienet tiddependi b'mod kritiku fuq l-għoti tal-għajnuna mill-Istat. F'dan ir-rigward, il-minuti tal-laqgħa tal-Bord ta' Tata tat-18 ta' Settembru 2015 jgħidu li “wara kunsiderazzjoni tal-elementi kwalitattivi u ta' riskju, it-total rivedut ta' għajnuna mill-Istat ta' GBP [150–200] miljun (23) fi flus kien biżżejjed biex Nitra titkompla titmexxa 'l quddiem minflok il-Messiku.” Bl-istess mod, id-deċiżjoni ta' JLR ta' Novembru 2015 li tikkonferma lil Nitra bħala l-post tal-impjant kienet ibbażata fuq il-“kundizzjoni li jingħata l-ammont sħiħ ta' għajnuna mill-Istat”. Bħala konsegwenza, JLR insistiet li fil-Ftehim ta' Investiment tiddokumenta li l-obbligi ta' investiment tagħha kienu soġġetti għall-kundizzjoni li tingħata 100 % tal-għotja ta' għajnuna reġjonali.

(68)

Barra minn hekk, is-Slovakkja nnotat li fir-rigward tar-riskju ta' dewmien fl-implimentazzjoni fil-Messiku, dak l-element kien tqies b'mod espliċitu fit-tqabbil finanzjarju u għalhekk kien ingħata kunsiderazzjoni xierqa. Is-Slovakkja rreferiet għall-preżentazzjoni lill-Forum dwar il-Globalizzazzjoni tal-10 ta' Lulju 2015 li ddikjarat “il-Kompitu #1 fil-Messiku […] huwa antiċipat li jieħu aktar fit-tul b'bejn 6–9 xhur kif muri hawn fuq”.

4.2.3.   Nuqqas ta' proporzjonalità

(69)

L-awtoritajiet Slovakki jargumentaw li JLR ma ngħatat ebda element addizzjonali ta' għajnuna, u għalhekk iqisu li l-għajnuna hija proporzjonata.

4.2.4.   Effetti manifestament negattivi — effett ta' antikoeżjoni

(70)

L-awtoritajiet Slovakki enfasizzaw li l-għajnuna mis-Slovakkja ma għandha l-ebda effett ta' antikoeżjoni għad-detriment tal-Polonja u fakkret li “[f]l-10 ta' Lulju l-Forum dwar il-Globalizzazzjoni stabbilixxa li Jawor (il-Polonja) ma kienx post vijabbli minħabba tħassib serju fir-rigward tal-pedamenti tas-sit u l-kapaċità li jintlaħqu r-riżultati meħtieġa. Il-kumpanija għalhekk kellha tagħżel bejn Nitra (is-Slovakkja) u Puebla (il-Messiku). Il-kumpanija għażlet lis-Slovakkja bħala l-post preferut u awtorizzat studju ta' fattibilità fil-fond. Il-Messiku ġie sospiż.” Meta fl-10 ta' Lulju 2015 ittieħdet deċiżjoni dwar ir-rakkomandazzjoni finali dwar il-post biex tiġi ratifikata mill-Bord fil-bidu ta' Awwissu 2015, Jawor ġie eliminat bħala alternattiva għal Nitra. Waqt il-laqgħat rispettivi tagħhom tat-3 u tas-7 ta' Awwissu 2015, il-Bordijiet ta' JLR u ta' Tata Motors ma qisux lil Jawor bħala alternattiva għal Nitra.

4.2.5.   Effett manifestament negattiv fuq il-kummerċ — il-limitu massimu tal-intensità tal-għajnuna nqabeż

(71)

Peress li l-awtoritajiet Slovakki jqisu li ma ngħatat ebda għajnuna b'żieda mal-għajnuna notifikata, huma jiċħdu d-dubju li tqajjem mill-Kummissjoni li l-limitu massimu tal-intensità tal-għajnuna permissibbli nqabeż u li għalhekk l-għajnuna jista' jkollha effett manifestament negattiv fuq il-kummerċ.

5.   KUMMENTI MINN JLR

5.1.   Introduzzjoni

(72)

JLR tappoġġja l-kummenti tal-awtoritajiet Slovakki tal-20 ta' Lulju 2017 u elaborat fuq xi elementi partikolari.

5.2.   Kummenti minn JLR dwar l-għajnuna addizzjonali possibbli mhux notifikata

(73)

JLR tqis li l-isforz tas-Slovakkja biex tiżviluppa l-NSP kien meħtieġ sabiex tagħmel is-sit vijabbli u attraenti għall-investiment. JLR kienet konxja sew tal-fatt li ma għandhiex tibbenefika esklussivament mill-infrastruttura, li għandha tħallas it-tariffi normali ta' aċċess jew it-taxxi li normalment ikunu dovuti, tħallas prezz tas-suq għall-art li ser takkwista u tħallas il-kostijiet għal kwalunkwe karatteristika tas-sit li ma tkunx standard u tkun tfasslet apposta għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-kumpanija.

(74)

JLR tinsisti li l-NSP u l-iżvilupp tal-infrastruttura mhumiex dedikati għall-JLR. Il-fatt li l-pjanijiet ta' tqassim f'żoni u l-atti leġiżlattivi jmorru lura għad-disgħinijiet huwa xhieda li l-pjanijiet ma ġewx żviluppati biss bi tweġiba għall-interess ta' JLR. Għall-kuntrarju, l-eżistenza taż-żona tal-park industrijali ta' Nitra North u d-disponibbiltà ta' pjanijiet li kienu ilhom stabbiliti biex tkompli tiġi żviluppata ż-żona industrijali kienu fatturi li influwenzaw il-proċess deċiżjonali ta' JLR favur Nitra. Dik l-influwenza hija dokumentata f'dokumenti interni dwar id-deċiżjonijiet ta' JLR li jinkludu referenzi bħal “tinsab fuq park industrijali żviluppat professjonalment” (24), “l-aqwa polza tal-assigurazzjoni minħabba l-infrastruttura tas-sit u l-fatt li s-sit huwa lest għall-iżvilupp” (25) u “[s]it f'park industrijali stabbilit b'fabbriki biswit” (26).

(75)

Barra minn hekk, JLR tirrimarka li hija akkwistat 55 % biss, jiġifieri 185 ettaru minn 338 ettaru, tas-superfiċe tal-NSP li tista' tiġi sfruttata kummerċjalment, u li d-drittijiet tal-ewwel rifjut jew l-għażliet ta' xiri ma jagħtux lill-JLR il-kapaċità li tokkupa jew li tikkontrolla l-art. JLR tfakkar ukoll li hija kienet irrinunzjat parzjalment għad-dritt tagħha tal-ewwel rifjut għall-Art tat-Tramuntana fil-25 ta' Awwissu 2017. Żammet dan id-dritt għal erja ta' 28,5 ettaru.

(76)

JLR issostni li hija ħallset il-prezz sħiħ tas-suq għall-art li hija xtrat “lesta biex tinbena” minħabba li l-prezz tagħha kien ġie ddeterminat b'mod indipendenti minn tliet valwazzjonijiet esperti, u dawk il-valwazzjonijiet jirreferu b'mod espliċitu għal art li hija “lesta biex tinbena”, jiġifieri li l-art ibbenefikat mix-xogħlijiet ġenerali korrispondenti tat-tħejjija tal-art meħtieġa biex jintlaħaq dak l-istandard. JLR tissottolinja wkoll li hija ħallset l-ispejjeż kollha tax-xogħlijiet kollha li saru skont l-ispeċifikazzjoni tagħha biex jintlaħaq standard ogħla. Il-kost ta' dawn ix-xogħlijiet huwa kważi d-doppju tal-ammont ta' EUR 16,9 miljun inizjalment stabbilit fil-Ftehim ta' Investiment għal dak il-għan.

(77)

JLR tiċċara wkoll li l-ammont ta' EUR 75 miljun, imsemmi fil-paragrafu 16 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ, mhuwiex il-prezz li bih l-MHI xtrat l-art tas-sit tal-JLR mingħand partijiet terzi, iżda n-nefqa totali tal-MHI għax-xiri tal-art fl-NSP kollu.

(78)

JLR issostni wkoll li hija ma bbenefikat minn ebda eżenzjoni mit-tariffa ALF. JLR ma xtratx art agrikola, iżda art industrijali, u t-tliet valwazzjonijiet tal-art li ntużaw biex jiġi determinat il-prezz tas-suq kollha kienu jirreferu b'mod espliċitu għal art bil-karatteristiċi ta' art lesta biex tinbena f'żoni industrijali. JLR tammetti li wieħed mid-dokumenti interni tagħha tabilħaqq indika eżenzjoni mill-ħlas tat-tariffa ALF sa massimu ta' EUR [50–110] miljun iżda tispjega li dan kien fehim inkorrett min-naħa ta' konsulent u ma kienx ibbażat fuq informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Slovakki.

5.3.   Kummenti dwar il-kompatibilità tal-għajnuna notifikata

(79)

JLR tinsisti li l-għajnuna reġjonali mill-Istat kienet komponent neċessarju biex l-investiment isir f'Nitra. JLR tafferma li hija kienet qieset “kunsiderazzjonijiet strateġiċi” flimkien mal-possibbiltà li tirċievi għajnuna mill-Istat biex tikkumpensa għall-kostijiet addizzjonali, iżda tenfasizza li dawn il-kunsiderazzjonijiet strateġiċi waħedhom, jew b'ammont aktar baxx ta' għajnuna, ma kinux ikunu biżżejjed biex jaffettwaw id-deċiżjoni dwar il-post favur Nitra.

(80)

JLR tissottolinja li l-manifatturi tal-vetturi l-oħra kienu ddeċidew li jinvestu fil-Messiku, kemm qabel kif ukoll wara li ħadet id-deċiżjoni tagħha dwar il-post. L-investimenti mill-manifatturi tal-vetturi l-oħra fil-Messiku jikkonfermaw il-kredibilità tal-Messiku bħala post potenzjali għall-proġett ta' investiment ta' JLR. Fil-fatt, JLR damet aktar minn 18-il xahar tivvaluta l-għażla Messikana. Dik il-valutazzjoni kienet tinkludi t-twaqqif ta' tim dwar il-proġett, l-ingaġġ ta' konsulenti esterni, diskussjonijiet ma' uffiċjali tal-gvern Messikan, kif ukoll it-twettiq ta' żjarat fuq il-post, anki mill-aktar eżekuttiv għoli fit-tim tal-Espansjoni Globali tan-Negozju ta' JLR.

(81)

JLR tisħaq li tul il-proċess deċiżjonali hija dejjem kienet ikkunsidrat lill-Messiku bħala alternattiva fattibbli, kif muri mid-diversi dokumenti interni kontemporanji ppreżentati lill-Kummissjoni. JLR tqis li l-opinjonijiet kuntrarji ppreżentati f'ċerti rapporti tal-istampa msemmija fid-Deċiżjoni tal-ftuħ huma purament spekulattivi, u ma jirriflettux il-proċess deċiżjonali ta' JLR.

(82)

Barra minn hekk, JLR tgħid li l-intenzjoni kienet li tinvesti f'post wieħed. Qatt ma kkunsidrat il-possibilità li tinvesti fl-istess ħin, jew fil-futur qarib, fit-tieni impjant f'post differenti. JLR tammetti li l-minuti tal-laqgħa tal-21 ta' Jannar 2015 li l-Membri tal-Kumitat Eżekuttiv kellhom barra mis-sit tabilħaqq jirreferu għal Impjant 2 peress f'dik il-laqgħa kien ġie spekulat, u għalhekk imniżżel fil-minuti, li jekk ikun hemm biżżejjed domanda, JLR tista' tikkunsidra tibni impjant ieħor f'post ieħor fi żmien ħames sa għaxar snin wara t-tlestija tal-investiment inizjali. Madankollu JLR tinsisti li din il-possibbiltà fit-tul ma ġietx diskussa fid-dettall la fil-materjali tal-laqgħa, u lanqas waqt il-laqgħa nnifisha. Il-materjali tal-laqgħa pjuttost jirreferu għall-Fażi 1 u għall-Fażi 2 tal-proġett ta' investiment fl-istess post, jiġifieri għall-istrateġija ta' JLR biex tibda l-operazzjonijiet b'150 000 vettura fis-sena fl-2018 għall-ewwel fażi (Fażi 1 għall-Impjant 1) u żżid il-kapaċità għal 300 000 vettura fis-sena bejn l-[2020–2025] (Fażi 2 għall-Impjant 1). Barra minn hekk JLR tissuġġerixxi li l-bini ta' żewġ impjanti addizzjonali b'mod parallel, wieħed fl-Unjoni u wieħed fl-Amerika ta' Fuq, kull wieħed b'kapaċità ta' 300 000 vettura fis-sena, huwa inkonċepibbli, peress li fis-sena finanzjarja 2014/2015 JLR kienet biegħet biss 462 209 vettura. Fid-dawl ta' dawk iċ-ċifri, ma hemmx bażi kummerċjalment razzjonali biex wieħed jemmen li JLR setgħet kellha l-intenzjoni li tespandi l-kapaċità annwali tagħha fuq terminu qasir sa medju b'600 000 vettura.

(83)

JLR tenfasizza li s-sit ta' Jawor fil-Polonja ma kienx alternattiva fattibbli għal Nitra jew għall-Messiku peress li kellu problemi fundamentali, b'mod partikolari triq li taqsam is-sit. Għal dik ir-raġuni l-Bord ma qiesx lill-Jawor bħala alternattiva potenzjali għal Nitra, kif ġie ddokumentat mill-preżentazzjoni tal-laqgħa tal-Bord tat-18 ta' Novembru 2015.

6.   VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA

6.1.   Introduzzjoni

(84)

F'din it-taqsima, il-Kummissjoni l-ewwel ser tiffoka fuq il-kwistjoni dwar jekk l-għajnuna totali lill-JLR hijiex limitata għall-għajnuna notifikata, jew jekk il-JLR ibbenefikatx minn elementi ta' għajnuna addizzjonali, b'mod partikolari l-konformità tal-prezz tal-bejgħ mas-suq, ix-xogħlijiet ta' infrastruttura dedikati/magħmula apposta ffinanzjati minn fondi pubbliċi u l-eżenzjoni mill-ħlas tat-tariffa ALF. Wara li tqis il-legalità tal-għajnuna, il-Kummissjoni ser telabora opinjoni definittiva dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna mogħtija.

6.2.   Eżistenza ta' għajnuna

6.2.1.   L-għotja diretta notifikata

(85)

Għar-raġunijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-ftuħ il-Kummissjoni tqis li l-għotja diretta notifikata tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE u dan fid-dawl tal-fatt li l-għotja ngħatat permezz ta' riżorsi tal-Istat, hija selettiva, tikkostitwixxi vantaġġ ekonomiku lill-JLR, tista' taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u toħloq distorsjoni jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni.

6.2.2.   L-għajnuna mhux notifikata addizzjonali possibbli

(86)

Kif issemma fit-taqsima 3.1, fid-Deċiżjoni tal-ftuħ il-Kummissjoni qieset li kien hemm il-possibbiltà li l-JLR setgħet ibbenefikat minn ċertu ammont ta' għajnuna addizzjonali mill-Istat fil-kuntest tal-iżvilupp tal-NSP u x-xiri tas-sit tal-JLR. Hija qieset tliet modi li bihom it-tranżazzjoni setgħet wasslet għal għajnuna addizzjonali mill-Istat lill-JLR:

(a)

il-paragrafu 118 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ iddikjara li jekk l-NSP jikkwalifika bħala infrastruttura dedikata għall-JLR, il-kunsiderazzjoni tal-JLR għall-interess proprjetarju u għad-drittijiet l-oħra relatati mal-NSP, taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, kien ikollhom ikopru l-kostijiet tal-iżvilupp infrastrutturali mġarrba mill-Istat Slovakk fil-bini tal-NSP, bl-eċċezzjoni tal-kostijiet relatati mal-iżvilupp ta' infrastrutturi li huma ta' natura verament ġenerali, li kien għad kellhom jiġu definiti;

(b)

anki jekk jiġi konkluż li l-NSP fl-intier tiegħu ma jikkwalifikax bħala infrastruttura dedikata għall-JLR, id-Deċiżjoni tal-ftuħ staqsiet jekk uħud mix-xogħlijiet li saru mis-Slovakkja għall-iżvilupp u għall-konnessjoni tas-sit tal-JLR ma kinux saru speċifikament biex jaqdu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-JLR u jekk il-valur ta' dawk ix-xogħlijiet kinux riflessi sew fil-valwazzjonijiet imħejjija mill-esperti indipendenti u fil-prezz li JLR eventwalment ħallset għall-art u għall-infrastrutturi rilevanti;

(c)

fl-aħħar nett, id-Deċiżjoni tal-ftuħ semmiet ukoll li l-eżenzjoni mit-tariffa ALF tista' titqies bħala miżura ta' għajnuna addizzjonali favur JLR.

6.2.2.1.   Il-kwistjoni dwar jekk l-NSP jistax jitqies bħala infrastruttura dedikata għall-JLR.

(87)

Biex jiġi konkluż li JLR għandha tħallas il-kostijiet tal-iżvilupp infrastrutturali kollha mġarrba mill-Istat Slovakk, iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin iridu jiġu sodisfatti simultanjament: (a) l-NSP jikkostitwixxi infrastruttura dedikata jiġifieri, JLR tikkwalifika bħala impriża identifikata minn qabel u l-NSP ġie adattat għall-ħtiġijiet tal-JLR; u (b) il-kostijiet jeskludu l-kostijiet ta' natura verament ġenerali.

(88)

Il-Kummissjoni tqis li ż-żewġ kundizzjonijiet imsemmija fil-premessa 87 ma ġewx sodisfatti simultanjament u għalhekk is-704 ettari tal-NSP ma jikkwalifikawx bħala infrastruttura li hija dedikata għall-JLR. L-evoluzzjoni storika tal-ħolqien tiegħu, kif deskritta mill-awtoritajiet Slovakki u ppreżentata fil-qosor fit-taqsima 4.1.1 ta' din id-Deċiżjoni, tiċċara li l-NSP kien ġie legalment stabbilit fit-8 ta' Lulju 2015 permezz taċ-Ċertifikat ta' Investiment Sinifikanti sottostanti li kkonferixxa setgħat ta' esproprjazzjoni obbligatorja lill-awtoritajiet Slovakki. Madankollu t-tqassim f'żoni industrijali tal-NSP beda ferm qabel ma JLR wriet interess fiż-żona, u dak iż-żmien kien hemm diġà pjanijiet konkreti biex tkompli tiġi żviluppata ż-żona industrijali ta' Nitra North. Pereżempju, fl-2014, kien hemm diġà pjanijiet infrastrutturali dettaljati disponibbli bħala parti mill-Pjan ta' Tqassim f'Żoni ta' Luzianky. Barra minn hekk, parti miż-żona industrijali kienet diġà ġiet implimentata, fost l-oħrajn permezz tal-park industrijali ta' Nitra North. Essenzjalment, l-NSP jikkostitwixxi estensjoni tal-park industrijali ta' Nitra North. Il-Kummissjoni għalhekk tiddeċiedi li bħala tali JLR ma tikkwalifikax bħala impriża identifikata minn qabel għall-iżvilupp tal-NSP.

(89)

Barra minn hekk, JLR xtrat biss parti mill-NSP. L-NSP jikkonsisti f'art kummerċjalment sfruttabbli biex tinbiegħ lill-investituri bħall-JLR u fl-hekk imsejħa “art teknika”. L-art teknika tkopri aktar minn nofs l-NSP u hija meħtieġa għal miżuri infrastrutturali li jaqdu ż-żona industrijali kollha ta' Nitra North, inkluż il-park industrijali ta' Nitra North, u sa ċertu punt anke żoni barra mil-limiti tiegħu. L-art teknika takkomoda pereżempju l-bypass tal-awtostrada jew it-triq prinċipali li tagħti għal Drazovce, kif ukoll diversi żoni ta' protezzjoni meħtieġa mill-karatteristiċi ġeografiċi li jinkludu pereżempju difiżi kontra l-għargħar, fejn l-attivitajiet ta' kostruzzjoni huma limitati. Barra minn hekk, is-Slovakkja pprovdiet informazzjoni li tikkonferma li l-art mixtrija minn JLR tirrappreżenta 26 % biss tal-NSP totali, 55 % tal-NSP jekk tiġi eskluża l-art teknika, u li diġà hemm għadd ta' kumpaniji oħra stabbiliti fl-NSP.

(90)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li s-704 ettari tal-NSP fihom infushom ma jistgħux jitqiesu bħala infrastruttura dedikata għall-JLR.

6.2.2.2.   Il-kwistjoni dwar jekk JLR ħallsitx il-prezz tas-suq għall-art u għall-infrastruttura tal-NSP

(91)

Kif intqal fil-paragrafu 119 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ, anke jekk is-704 ettari kollha tal-NSP ma jistgħux jitqiesu bħala infrastruttura dedikata għall-JLR, it-tranżazzjoni xorta tista' tinvolvi għajnuna mill-Istat favur JLR, jew minħabba ċerti miżuri ta' żvilupp infrastrutturali li setgħu ġew iddisinjati biex jissodisfaw il-ħtiġijiet speċifiċi tal-JLR jew minħabba li l-art setgħet inbiegħet taħt il-prezz tas-suq. Il-Kummissjoni għalhekk teħtieġ tevalwa l-miżuri infrastrutturali u t-tranżazzjoni tal-bejgħ tal-art b'mod individwali.

Miżuri infrastrutturali

(92)

Il-kostijiet infrastrutturali mħallsa mill-Istat Slovakk imsemmija fil-premessa 51 jittrattaw ir-rimedjazzjoni tal-art, l-infrastruttura tat-toroq, l-utilitajiet, id-difiża kontra l-għargħar u l-immaniġġjar tal-ilma u t-Terminal tat-Trasport Multimodali ta' Luzianky.

(93)

Fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SA.36346 — Il-Ġermanja — GRW Skema ta' żvilupp tal-art għall-użu industrijali u kummerċjali (27), il-Kummissjoni analizzat jekk il-finanzjament pubbliku ta' xogħlijiet ta' żvilupp tal-art għall-bejgħ futur lil impriżi industrijali skont kundizzjonijiet tas-suq kienx jikkostitwixxi għajnuna għall-proprjetarju inizjali jew għall-investitur għall-iżvilupp tal-art. Il-Kummissjoni sabet li t-tħejjija ta' art pubblika sabiex tkun tista' tinbena u l-iżgurar li din tkun konnessa mal-utilitajiet, bħall-ilma, il-gass, is-sistema tad-drenaġġ u l-elettriku u ma' netwerks tat-trasport bħall-ferroviji u t-toroq, ma tikkostitwixxix attività ekonomika, iżda kienet parti mill-kompiti pubbliċi tal-Istat, jiġifieri l-provvista u s-superviżjoni tal-art skont il-pjanijiet ta' żvilupp urban u territorjali lokali. L-iżvilupp li jsir apposta għal xerrejja tal-art identifikati minn qabel kien eskluż mill-kamp ta' applikazzjoni tal-miżura, u x-xerrejja kellhom jakkwistaw l-art skont il-kundizzjonijiet tas-suq.

(94)

Il-Kummissjoni tqis li l-kostijiet imġarrba mis-Slovakkja għax-xogħlijiet preparatorji ta' rimedjazzjoni tal-art fuq il-parti kummerċjalment sfruttabbli tal-NSP ma jmorrux lil hinn mill-kostijiet standard tal-iżvilupp biex art pubblika titħejja biex tkun tista' tinbena u dawk ix-xogħlijiet jagħmlu parti mill-kompitu pubbliku tal-Istat Slovakk, jiġifieri l-provvista u s-superviżjoni tal-art skont il-pjanijiet ta' żvilupp urban u territorjali lokali. Peress li dawk ix-xogħlijiet jaqgħu taħt il-kompetenza pubblika, il-finanzjament pubbliku tagħhom ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat għas-sid tal-art jew għall-investitur għat-twettiq tax-xogħlijiet ta' żvilupp. F'dan il-każ is-sid jew l-investitur huwa MHI. Madankollu, il-kwistjoni dwar jekk ix-xerrej aħħari tal-art, f'dan il-każ JLR, ibbenefikax minn vantaġġi li jikkwalifikaw bħala għajnuna mill-Istat hija separata mill-kwistjoni dwar jekk kienx hemm għajnuna mill-Istat favur is-sid jew l-iżviluppatur tal-art. Peress li l-MHI taġixxi f'isem l-Istat, u hija ffinanzjata mill-Istat, l-azzjonijiet tagħha huma imputabbli lill-Istat. L-għajnuna mill-Istat lil JLR permezz tax-xogħlijiet ta' rimedjazzjoni tal-art u l-prezz tal-bejgħ jistgħu jiġu esklużi jekk l-MHI ma twettaqx, mingħajr remunerazzjoni adatta, ix-xogħlijiet ta' rimedjazzjoni tal-art fuq is-sit tal-JLR li jmorru lil hinn mix-xogħlijiet meħtieġa biex l-art tkun “lesta biex tinbena” u jekk it-trasferiment tal-art isir skont il-kundizzjonijiet tas-suq.

(95)

Il-Ftehim ta' Investiment jinkludi lista eżawrjenti tal-kamp ta' applikazzjoni tax-xogħlijiet ta' rimedjazzjoni tas-sit u jirreferi għattħejjija għall-użu normali tal-manifattura. Ix-xogħlijiet addizzjonali kollha ta' rimedjazzjoni tal-art li huma meħtieġa skont il-ħtiġijiet speċifiċi ta' JLR huma identifikati fil-Ftehim ta' Investiment taħt l-intestatura “Xogħlijiet Preparatorji Speċifiċi għall-Investitur” (28), u JLR tħallas għalihom separatament. Il-Kummissjoni tieħu nota wkoll tal-konferma mill-awtoritajiet Slovakki li d-drittijiet ta' superviżjoni tal-JLR fil-fażi ta' kostruzzjoni kienu limitati għall-verifika li l-art tilħaq l-istandard ta' “art industrijali lesta biex tinbena”, standard li dwaru kien hemm qbil fil-kuntest tax-xiri minn JLR mingħand l-MHI u li ddetermina l-prezz tal-bejgħ. Il-Kummissjoni tikkonkludi li x-xogħlijiet ta' rimedjazzjoni tas-sit biex l-art tkun lesta biex tinbena, u x-xogħlijiet addizzjonali skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-JLR, ma jinvolvux għajnuna mill-Istat lill-JLR, sakemm dawn ikunu koperti minn ftehim ta' xiri tal-art li huwa konformi mal-istandards tas-suq, jew li jkunu koperti minn remunerazzjoni xierqa li tikkorrispondi għat-termini tas-suq maqbula fil-Ftehim ta' Investiment u pagamenti addizzjonali. Il-valutazzjoni dwar jekk dik il-kundizzjoni hijiex sodisfatta hija stabbilita fil-premessi 105 sa 108 ta' din id-Deċiżjoni.

(96)

Id-Deċiżjoni tal-ftuħ tinnota li l-iżvilupp tal-NSP ma kienx jinvolvi biss l-investiment pubbliku f'xogħlijiet ta' rimedjazzjoni tas-sit biex l-art tkun lesta biex tinbena, iżda anke l-iżvilupp ta' firxa wiesgħa ta' infrastrutturi. Dawk ix-xogħlijiet infrastrutturali li kienu mmirati biex jagħmlu l-utilitajiet pubbliċi u l-aċċess stradali u ferrovjarju disponibbli għal JLR jinsabu barra mis-Sit tal-JLR u barra mis-siti ta' impriżi oħra u ma sarux apposta għal utent identifikat minn qabel kif stabbilit fil-premessi 97 sa 104.

(97)

L-awtoritajiet Slovakki kkonfermaw li x-xogħlijiet infrastrutturali kollha marbuta mal-utilitajiet fil-fruntieri tas-Sit tal-JLR tħallsu minn JLR, u li JLR se tħallas prezz tas-suq għall-aċċess u għall-użu ta' servizzi ta' utilitajiet pubbliċi. L-awtoritajiet Slovakki pprovdew ħarsa ġenerali tal-leġiżlazzjoni li tapplika għall-kalkolu tat-tariffi għall-utenti għall-utilitajiet pubbliċi. Ir-regoli applikabbli huma stabbiliti fil-livell tal-Istat Membru u s-Slovakkja kkonfermat li ma hemm l-ebda regola speċifika li tapplika għall-utenti fl-NSP li hija differenti minn dawk li japplikaw fuq livell nazzjonali. It-tariffi ta' konnessjoni u ta' distribuzzjoni mħallsa mill-JLR huma bbażati fuq listi standard ta' prezzijiet applikabbli f'sitwazzjonijiet simili. Għalhekk JLR se tħallas it-tariffi kollha ta' konnessjoni u ta' distribuzzjoni, f'konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli li japplikaw fuq livell nazzjonali u li huma regolati mill-Uffiċċju Regolatorju għall-Industriji li jużaw Netwerk. Jiġifieri JLR mhi se tibbenefika minn ebda eżenzjoni. Il-Kummissjoni tqis li x-xogħlijiet fuq l-infrastruttura tal-utilitajiet jaqgħu kollha taħt il-kompetenza pubblika tal-istat Slovakk u tikkonkludi li x-xogħlijiet fuq l-infrastruttura tal-utilitajiet mhumiex dedikati għall-JLR.

(98)

L-investiment fl-infrastruttura tat-toroq imsemmi fil-premessa 51 jaqdi l-impriżi kollha fiż-żona industrijali li tikkonsisti fl-NSP u l-park industrijali ta' Nitra North kif ukoll ir-reġjun usa'. L-ebda triq ma hija għall-użu esklussiv tal-JLR jew inbniet għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħha. It-toroq huma disponibbli għall-użu pubbliku mingħajr ħlas. L-awtoritajiet Slovakki kkonfermaw li x-xogħlijiet tat-toroq ma jmorrux lil hinn mill-iżvilupp standard tat-toroq u pprovdew evidenza li r-regoli applikabbli għall-proġett ikkonċernat kienu l-istess bħal dawk għal proġetti oħra. It-toroq interni fil-konfini tas-Sit tal-JLR tħallsu minn JLR. Il-Kummissjoni għalhekk tqis li x-xogħlijiet fuq l-infrastruttura tat-toroq jaqgħu kompletament taħt il-kompetenza pubblika tal-Istat Slovakk u tikkonkludi li x-xogħlijiet fuq l-infrastruttura tat-toroq mhumiex dedikati għall-JLR.

(99)

Fil-passat il-Kummissjoni kkunsidrat (29) li meta parkeġġ ma jkunx inbena speċifikament għal impriża waħda iżda jagħmel parti mill-pjan ta' żvilupp ekonomiku għall-park industrijali, jista' jitqies li mhuwiex iddedikat u ma jinvolvix għajnuna mill-Istat. Il-Kummissjoni tinnota li l-bini ta' faċilitajiet ta' parkeġġ aċċessibbli għall-pubbliku diġà kien deher fil-pjan ta' tqassim f'żoni tal-muniċipalità ta' Luzianky tal-2014. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-iżvilupp tal-parkeġġ jaqa' taħt il-kompetenza pubblika tal-Istat Slovakk u x-xogħlijiet mhumiex dedikati għall-JLR.

(100)

Il-Kummissjoni tqis li l-investimenti relatati mal-istazzjon tat-tifi tan-nar, l-għassa tal-pulizija, il-faċilità ta' manutenzjoni tat-toroq, is-sistema ta' difiża mill-għargħar u l-immaniġġjar tal-ilma ta' taħt l-art huma kompiti pubbliċi tipiċi li jaqgħu taħt il-kompetenza pubblika tal-Istat u għalhekk ma jikkostitwixxux attività ekonomika. Il-finanzjament pubbliku tagħhom ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat.

(101)

Fid-dawl tal-fatt li t-Terminal tat-Trasport Multimodali ta' Luzianky huwa ffinanzjat mill-Kumpanija Ferrovjarja Slovakka, li hija intrapriża tal-Istat responsabbli għall-infrastruttura ferrovjarja, l-investiment jista' potenzjalment ikun imputabbli lill-Istat Slovakk. Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk jistax ikun hemm vantaġġ għal JLR.

(102)

L-awtoritajiet Slovakki spjegaw li t-Terminal tat-Trasport Multimodali ta' Luzianky huwa ffinanzjat mill-Kumpanija Ferrovjarja Slovakka minn riżorsi ġġenerati mill-attivitajiet kummerċjali propji li huma kontabilizzati separatament mill-attivitajiet mhux ekonomiċi ffinanzjati minn fondi pubbliċi. Għall-parti tal-infrastruttura li tirrigwarda ż-żona lesta għall-ħżin tal-vetturi, JLR qed tfittex esklussività kuntrattwali. Iż-żewġ partijiet funzjonali l-oħra tat-Terminal tat-Trasport Multimodali se jkunu miftuħa għal kwalunkwe utent skont kundizzjonijiet tas-suq. Għalhekk, jidher li tal-anqas parti mill-infrastruttura nbniet skont il-ħtiġijiet speċifiċi tal-JLR bħala impriża identifikata minn qabel.

(103)

L-awtoritajiet Slovakki kkonfermaw ukoll li t-tariffi għall-utenti għall-partijiet kollha tat-Terminal se jiġu kkalkulati fuq bażi kummerċjali u se jkopru l-kostijiet kollha relatati ta' investiment, il-kostijiet operatorji u l-kostijiet ta' investimenti għal tiġdid jew sostituzzjoni. It-tariffi se jkunu orjentati lejn is-suq u jimmiraw lejn Rata ta' Redditu Interna għall-proġett ta' […]. It-tariffi għall-utenti fuq perijodu ta' 30 sena għandhom jiżguraw redditu fuq l-investiment għall-proġett, kif evalwat minn kalkolu ex ante tal-VPN ta' EUR […] miljun.

(104)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-Kumpanija Ferrovjarja Slovakka taġixxi l-istess kif operatur f'ekonomija tas-suq jagħmel f'sitwazzjoni simili. Meta tranżazzjonijiet ekonomiċi mwettqa minn korpi pubbliċi jsiru f'konformità mal-kundizzjonijiet normali tas-suq, dawn ma jagħtux vantaġġ lill-kontroparti tagħhom (30). Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li JLR ma tirċievi l-ebda għajnuna mill-Istat għall-użu tat-Terminal tat-Trasport Multimodali ta' Luzianky.

It-tranżazzjoni tal-art

(105)

Is-Slovakkja, permezz tal-MHI, biegħet 185 ettaru ta' art kummerċjalment sfruttabbli lesta biex tinbena, imsejħa s-Sit tal-JLR, lill-JLR bi prezz ta' EUR 15,83 għal kull metru kwadru jew għal kważi total ta' EUR 30 miljun. Il-premessi 40 u 41 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SA.36346 jistabbilixxu li x-xerrej aħħari ta' art żviluppata mill-ġdid ma għandux jitqies bħala benefiċjarju fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE għall-miżura ta' żvilupp tal-art jekk dak ix-xerrej aħħari jħallas prezz tas-suq għall-art żviluppata mill-ġdid. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-prezz tax-xiri finali għas-Sit tal-JLR kien ġie stabbilit bħala medja ta' tliet rapporti ta' valwazzjoni indipendenti stabbiliti minn esperti rikonoxxuti internazzjonalment, li japplikaw l-istandards ta' valwazzjoni professjonali u l-metodi tar-Royal Institution of Chartered Surveyors. It-tliet rapporti ta' evalwazzjoni kollha jinkludu dikjarazzjoni ta' indipendenza, tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, u japplikaw għal sit li huwa allokat għall-użu industrijali, b'punti ta' konnessjoni mal-utilitajiet disponibbli fil-fruntiera tas-sit, li ġie rimedjat u livellat, u li fir-rigward tiegħu ma hemm l-ebda kostijiet ulterjuri dovuti bħala riżultat tal-konverżjoni tal-art mill-użu agrikolu għal dak industrijali. Ir-rapporti jassumu wkoll ir-rilokazzjoni tal-utilitajiet kollha eżistenti u tal-linja ferrovjarja li taqsam is-sit industrijali, kif ukoll l-iżvilupp tas-sistemi stradali u tal-parkeġġ pubbliku fil-park. It-tliet rapporti jużaw metodoloġija komparabbli għall-evalwazzjoni tal-prezz, fejn iqabblu l-art ma' plottijiet oħra li nbiegħu jew għall-bejgħ fis-Slovakkja (31) u jaġġustaw dawk il-prezzijiet tal-bejgħ jew il-prezzijiet mitluba abbażi ta' fatturi bħad-daqs tal-plott, il-post, l-infrastruttura disponibbli, id-data, il-forma, il-viżibilità. Barra minn hekk, ir-rapport ta' […] juża metodu tal-fluss tal-flus skontat (32). It-tliet rapporti stmaw li l-valur għal kull metru kwadru tas-Sit tal-JLR huwa ta' EUR 15,5, ta' EUR 15,0 u ta' EUR 17,0 rispettivament.

(106)

Is-suppożizzjonijiet dwar il-karatteristiċi tal-art huma identiċi fit-tliet rapporti u jikkorrispondu għas-sitwazzjoni tas-Sit tal-JLR wara l-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet infrastrutturali pubbliċi.

(107)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li r-rapport ta' CB Richard Ellis li ġie ppreżentat bi żball mill-awtoritajiet Slovakki kien rapport ġenerali ta' informazzjoni dwar is-suq ta' CB Richard Ellis. Kien fih biss deskrizzjoni ġenerali tas-suq tal-proprjetà immobbli Slovakk b'indikazzjoni tal-prezz medju ta' plottijiet oħra li nbiegħu jew għall-bejgħ fis-Slovakkja, li huwa konsistenti mal-prezzijiet tas-siti ta' riferiment użati bħala bażi fir-rapporti ta' valwazzjoni tas-sit tal-JLR. Ir-rapport tal-informazzjoni dwar is-suq ma kien fih ebda aġġustament speċifiku biex jiġi vvalutat il-prezz tas-suq tas-Sit tal-JLR.

(108)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-prezz tax-xiri ta' EUR 15,83 għal kull metru kwadru huwa konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq u li l-bejgħ tal-art fl-istat deskritt mir-rapporti ta' valwazzjoni tas-suq sar skont il-kundizzjonijiet tas-suq.

Konklużjoni

(109)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li JLR ma rċeviet ebda vantaġġ selettiv relatat mal-bejgħ tas-Sit tal-JLR jew relatat max-xogħlijiet ta' infrastruttura marbuta mal-NSP u ffinanzjati mill-Istat Slovakk.

6.2.2.3.   Eżenzjoni mit-tariffa ALF

(110)

Fid-Deċiżjoni tal-ftuħ il-Kummissjoni qajmet dubji dwar jekk l-eżenzjoni mit-tariffa ALF tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat lill-JLR.

(111)

Kif intqal fil-premessa 105, it-tliet rapporti ta' valwazzjoni indipendenti kollha intrinsikament assumew li s-sit ġie riallokat għall-użu industrijali u ma kienx hemm kostijiet addizzjonali bħala riżultat tal-konverżjoni tiegħu mill-użu agrikolu. Il-prezz tax-xiri ta' EUR 15,83 għal kull metru kwadru għandu jitqies bħala l-prezz tas-suq meta x-xerrej ma jkunx iffaċċjat b'kostijiet addizzjonali relatati mal-konverżjoni tal-art. Peress li l-konformità mas-suq tal-bejgħ tas-Sit tal-JLR lill-JLR seta' jiġi stabbilit abbażi tar-rapporti tal-esperti indipendenti, l-eżenzjoni għall-MHI mill-ħlas tat-tariffa ALF tnaqqas il-kostijiet li din l-entità bi skop speċjali ġġarrab fit-twettiq tal-kompitu pubbliku tagħha, iżda ma ġietx mgħoddija bħala vantaġġ selettiv lill-JLR.

(112)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-eżenzjoni mit-tariffa ALF ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

6.2.2.4.   Konklużjoni

(113)

Il-Kummissjoni sabet li l-kundizzjonijiet tal-bejgħ tas-Sit tal-JLR lill-JLR u l-kundizzjonijiet li taħthom saru x-xogħlijiet ta' rimedjazzjoni tal-art, ix-xogħlijiet marbuta mal-utilitajiet pubbliċi u xogħlijiet infrastrutturali oħra, ma jagħtux vantaġġi selettivi lill-JLR. Għalhekk ma hemmx bżonn li jkomplu jiġu vvalutati l-kundizzjonijiet kumulattivi l-oħra għall-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE għall-valutazzjoni tal-għajnuna fir-rigward tal-bejgħ tal-art tal-NSP lill-JLR. Għalhekk l-għajnuna mill-Istat lill-JLR hija limitata għall-għotja diretta notifikata.

6.3.   Legalità tal-għajnuna mill-Istat

(114)

Fid-Deċiżjoni tal-ftuħ il-Kummissjoni stabbiliet li minħabba li l-awtoritajiet Slovakki nnotifikaw l-għotja diretta ppjanata ta' EUR 129 812 750 f'valur nominali, soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni, huma rrispettaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE fir-rigward ta' dik il-parti tal-għajnuna.

6.4.   Kompatibbiltà tal-għajnuna

6.4.1.   Bażi ġuridika għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna

(115)

Il-miżura notifikata fit-12 ta' Mejju 2016 għandha l-għan li trawwem l-iżvilupp reġjonali fir-reġjun ta' Nitra tas-Slovakkja. Għalhekk għandha tiġi vvalutata fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-għajnuna reġjonali stabbiliti fl-Artikoli 107(3)(a) u (c) tat-TFUE, kif interpretat mir-RAG għall-2014–2020, u l-mappa tal-għajnuna reġjonali għall-2014–2020 għas-Slovakkja. Il-valutazzjoni bbażata fuq il-prinċipji ta' valutazzjoni komuni tar-RAG isseħħ fi tliet stadji, jiġifieri l-valutazzjoni tar-rekwiżiti minimi, l-effetti manifestament negattivi u t-twettiq ta' test tal-bilanċ. Fid-Deċiżjoni tal-ftuħ il-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-prinċipji komuni tal-valutazzjoni, parti mill-kriterji ġenerali tal-kompatibbiltà kienet sodisfatta u l-investigazzjoni formali ma wriet l-ebda element li jpoġġi f'dubju l-valutazzjoni preliminari sottostanti dwar dawk il-kriterji tal-kompatibilità.

(116)

Madankollu, fid-Deċiżjoni tal-ftuħ il-Kummissjoni qajmet dubji dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa u dwar l-effett ta' inċentiv u l-proporzjonalità tal-għajnuna. Għalhekk, il-Kummissjoni lanqas biss setgħet tifforma opinjoni definittiva dwar jekk il-proġett jissodisfax ir-rekwiżiti minimi kollha tar-RAG. Fid-Deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni lanqas ma setgħet teskludi l-preżenza ta' effetti manifestament negattivi fuq il-kummerċ u fuq il-koeżjoni bejn l-Istati Membri. Fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni ma setgħetx tistabbilixxi jekk l-effetti pożittivi tal-għajnuna, jekk ikun hemm, fin-nuqqas possibbli ta' effett ta' inċentiv, jistgħux jegħlbu l-effetti negattivi tagħhom.

6.4.2.   Eliġibbiltà tal-proġett ta' investiment

(117)

Kif stabbilit fit-taqsima 3.3.2 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni tqis li l-proġett ta' investiment huwa eliġibbli għal għajnuna reġjonali u l-għajnuna mill-Istat tista' tinstab kompatibbli mas-suq intern sakemm ikunu sodisfatti l-kriterji kollha dwar il-kompatibilità tar-RAG.

6.4.3.   Eliġibbiltà tan-nefqa

(118)

Id-Deċiżjoni tal-ftuħ qajmet dubji relatati mal-eliġibbiltà tal-“kostijiet tal-fornitura”. Skont il-paragrafu 20(e) tar-RAG, “ “kostijiet eliġibbli” tfisser, għall-finijiet tal-għajnuna għall-investiment, assi tanġibbli u intanġibbli relatati ma' investiment inizjali jew kostijiet tal-pagi”. L-awtoritajiet Slovakki pprovdew analiżi dettaljata tal-elementi ta' kost eliġibbli. Dawk l-elementi ta' kost eliġibbli jirriflettu l-kostijiet antiċipati fiż-żmien tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-għajnuna u jinkludu ammont għall-provvediment għal kull element ta' kost eliġibbli, bħala parti minn approċċ prudenti għall-istima tal-kostijiet. Fil-Ftehim ta' Investiment, l-ammont nominali sħiħ ta' EUR 1 406 620 590 huwa kkunsidrat bħala “Investiment għal Proġett Ippjanat” li għalih il-JLR għamlet impenn ta' nfiq (33).

(119)

Abbażi tal-ispjegazzjonijiet tal-awtoritajiet Slovakki, il-Kummissjoni tinnota li r-referenza għall-“kostijiet tal-forniment” fil-preżentazzjoni interna tal-JLR tat-18 ta' Novembru 2015 saret għall-finijiet ta' preżentazzjoni finanzjarja interna tal-impenn ta' investiment li l-JLR kienet se tidħol fih mas-Slovakkja. Dawk il-kostijiet tal-forniment ma kinux jirreferu għal element ta' kost addizzjonali fuq l-istima tal-kost prudenti tal-elementi ta' kost eliġibbli. Peress li fil-Ftehim ta' Investiment JLR intrabtet li tonfoq l-ammont nominali sħiħ tal-investiment ta' EUR 1 406 620 590, u l-ħlas tal-għajnuna għall-investiment reġjonali se jittratta biss il-kostijiet eliġibbli effettivament imġarrba, il-Kummissjoni taċċetta EUR 1 406 620 590 bħala l-ammont nominali massimu tal-kostijiet eliġibbli li għalihom tista' tingħata għajnuna. Il-Kummissjoni tinnota f'dan il-kuntest li s-Slovakkja ntrabtet li ma taqbiżx l-ammont massimu ta' għajnuna notifikat, u lanqas il-limitu massimu tal-intensità tal-għajnuna notifikat. Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kostijiet eliġibbli huma konformi mal-paragrafu 20(e) tar-RAG.

6.4.4.   Rekwiżiti minimi

6.4.4.1.   Kontribuzzjoni għal objettiv reġjonali u l-ħtieġa għal intervent mill-Istat

(120)

Kif stabbilit fit-taqsima 3.3.4.1(a) tad-Deċiżjoni tal-ftuħ, l-għajnuna tikkontribwixxi għall-objettiv ta' żvilupp reġjonali u hija meqjusa ġustifikata peress li Nitra hija inkluża fil-mappa ta' għajnuna reġjonali bħala reġjun eliġibbli għall-għajnuna reġjonali skont l-Artikolu 107(3)(a) tat-TFUE, b'limitu massimu standard ta' intensità ta' għajnuna għal għajnuna għall-investiment lil impriżi kbar ta' 25 %.

6.4.4.2.   Adegwatezza tal-għajnuna reġjonali u tal-istrument ta' għajnuna

(121)

Fit-taqsima 3.3.4.1(b) tad-Deċiżjoni tal-ftuħ il-Kummissjoni diġà kkonkludiet li bħala prinċipju l-għotja diretta notifikata tikkostitwixxi strument xieraq ta' għajnuna biex jitnaqqsu l-lakuni fil-vijabilità permezz ta' tnaqqis fil-kostijiet tal-investiment. L-inċentivi fiskali ma kinux preferuti minħabba l-kumplessità amministrattiva tagħhom.

6.4.4.3.   Effett ta' inċentiv

(122)

Skont it-taqsima 3.5 tar-RAG, għajnuna reġjonali tista' tinstab kompatibbli mas-suq intern biss jekk ikollha effett ta' inċentiv. Effett ta' inċentiv jeżisti meta l-għajnuna tibdel l-imġiba ta' impriża b'tali mod li din tinvolvi ruħha f'attività addizzjonali li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' żona li mingħajr l-għajnuna, ma kinitx tinvolvi ruħha fiha jew kienet tinvolvi ruħha f'tali attività biss b'mod ristrett jew differenti jew f'post ieħor. L-għajnuna ma għandhiex tissussidja l-kostijiet ta' attività li kieku impriża kienet xorta ġġarrab u ma għandhiex tikkumpensa għar-riskju kummerċjali normali ta' attività ekonomika.

(123)

Il-paragrafi 64 u 65 tar-RAG jistabbilixxu r-rekwiżiti formali għal effett ta' inċentiv, li jistabbilixxu li x-xogħlijiet fuq investiment individwali jistgħu jibdew biss wara li l-formola ta' applikazzjoni għall-għajnuna tkun ġiet sottomessa formalment. Fil-paragrafu 166 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni diġà stabbiliet li r-rekwiżit formali għall-effett ta' inċentiv tal-għotja ġie rispettat, peress li l-applikazzjoni għall-għajnuna kienet saret formalment qabel bdew ix-xogħlijiet fuq il-proġett ta' investiment. Il-Kummissjoni tikkonferma dik l-opinjoni għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni.

(124)

Minbarra r-rekwiżit formali ta' effett ta' inċentiv, il-paragrafu 61 tar-RAG jeħtieġ il-preżenza ta' effett ta' inċentiv sostanzjali li jista' jiġi ppruvat f'żewġ manjieri possibbli, jiġifieri li mingħajr l-għajnuna l-investiment ma kienx ikun profitabbli biżżejjed (xenarju 1) jew l-investiment kien iseħħ f'post ieħor (xenarju 2).

(125)

F'sitwazzjoni tax-xenarju 2, l-Istat Membru għandu juri li l-għajnuna tagħti inċentiv lill-benefiċjarju tal-għajnuna biex jagħmel l-investiment ippjanat fir-reġjun magħżul minflok f'reġjun ieħor fejn l-investiment kien ikun aktar profitabbli u seta' ġie implimentat fin-nuqqas ta' għajnuna, minħabba li l-għajnuna notifikata tikkumpensa lill-benefiċjarju għall-iżvantaġġi netti tal-implimentazzjoni tal-proġett fir-reġjun li se jiġi megħjun mill-għajnuna, meta mqabbel mar-reġjun “kontrofattwali”, aktar vijabbli alternattiv.

(126)

Kif stabbilit fit-Taqsima 3.5.2 tar-RAG, l-Istat Membru għandu jipprovdi evidenza ċara li l-għajnuna għandha impatt reali fuq l-għażla tal-investiment jew dwar l-għażla tal-post. Għal dak il-għan, l-Istat Membru għandu jipprovdi deskrizzjoni komprensiva tax-xenarju kontrofattwali li fih ma tingħata l-ebda għajnuna lill-benefiċjarju.

(127)

Bħala x-xenarju kontrofattwali s-Slovakkja ppreżentat sitwazzjoni tax-xenarju 2, li fiha l-alternattiva għal-lokalizzazzjoni tal-investiment f'Nitra, fis-Slovakkja, kienet tkun li jiġi lokalizzat fi H[…] fl-Istat ta' Puebla, il-Messiku. Skont in-notifika, il-VPN li seta' jinkiseb kieku l-proġett ta' investiment approvat b'kapaċità ta' 150 000 vettura fis-sena ġie lokalizzat fi H[…] kien jaqbeż il-VPN ikkalkulat għal Nitra b'EUR 413-il miljun, fin-nuqqas ta' għajnuna u tul l-20 sena ta' ħajja ppjanata tal-proġett.

(128)

Il-paragrafu 71 tar-RAG jindika li fil-każ tax-xenarju 2, l-Istat Membru seta' jipprovdi l-evidenza meħtieġa tal-effett ta' inċentiv tal-għajnuna billi jipprovdi dokumenti kontemporanji tal-kumpanija li juru li sar tqabbil bejn il-kostijiet u l-benefiċċji tal-lokalizzazzjoni tal-investiment fir-reġjun megħjun magħżul meta mqabbel ma' postijiet alternattivi. Għal dak il-għan, skont il-paragrafu 72 tar-RAG, l-Istat Membru huwa mistieden jistrieħ fuq dokumenti uffiċjali tal-bord, valutazzjonijiet tar-riskju, rapporti finanzjarji, pjanijiet interni ta' direzzjoni tan-negozju, opinjonijiet tal-esperti, studji u dokumenti oħra li jelaboraw dwar diversi xenarji ta' investiment.

(129)

Kif diġà intqal fid-Deċiżjoni tal-ftuħ, l-awtoritajiet Slovakki ppreżentaw din l-informazzjoni fil-forma ta' spjegazzjoni tal-proċess tal-għażla tal-post abbażi ta' dokumenti kontemporanji li ġew ippreżentati wkoll mill-awtoritajiet Slovakki. Dawk id-dokumenti jiddeskrivu l-proċess deċiżjonali tal-benefiċjarju fir-rigward tad-deċiżjoni dwar l-investiment u l-post. Matul il-proċedura ta' investigazzjoni formali, l-awtoritajiet Slovakki pprovdew aktar spjegazzjonijiet u dokumenti kontemporanji supplimentari.

(130)

Waqt il-laqgħa tal-Forum dwar il-Globalizzazzjoni tal-10 ta' Lulju 2015, ġie miftiehem li Nitra kellha tiġi promossa bħala s-sit rakkomandat, soġġett għall-approvazzjoni tal-Bord. Il-Bord ta' JLR tat-3 ta' Awwissu 2015 approva lil Nitra bħala s-sit rakkomandat, approva l-iffirmar ta' ittra ta' intenzjoni mhux vinkolanti biex tikkonferma l-progressjoni ta' diskussjonijiet esklussivi mas-Slovakkja u approva t-twaqqif ta' entità ġdida tal-JLR fis-Slovakkja, soġġett għall-approvazzjoni tal-Business Approval gateway (34) u reviżjoni dettaljata tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju ta' JLR fit-tielet ġimgħa ta' Settembru 2015. Il-minuti tal-Bord ta' Tata Motors Limited tas-7 ta' Awwissu 2015 jirreferu wkoll għal preżentazzjoni dettaljata li s-CFO ta' JLR kien sejjer jagħmel dwar l-aspetti finanzjarji prinċipali tal-proġett fil-laqgħa li jmiss. F'Lulju/Awwissu 2015, il-kamp ta' applikazzjoni tal-proġett kien għadu jirreferi għal impjant b'kapaċità ta' 300 000 vettura fis-sena. Il-proġett ġie approvat mill-Business Approval gateway waqt il-laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv ta' JLR tat-3 ta' Settembru 2015. Waqt il-laqgħa tal-Bord ta' Tata Motors tat-18 ta' Settembru 2015, JLR aġġornat lill-Bord dwar il-Proġett Darwin inklużi l-aspetti finanzjarji prinċipali u l-argument għall-vijabbiltà. It-total rivedut ta' Għajnuna mill-Istat ta' GBP [150–200] miljun (35) kien biżżejjed biex Nitra tkompli titmexxa 'l quddiem minflok il-Messiku u l-proġett kellu jkun maqsum fuq żewġ fażijiet. Waqt il-Forum dwar il-Globalizzazzjoni tal-21 ta' Ottubru 2015, intlaħaq qbil sabiex għall-fini tal-applikazzjoni għall-għajnuna, il-proġett ta' investiment inizjali jiġi ridefinit għall-fażi 1 biss minħabba li ma kienx hemm biżżejjed dettalji disponibbli dwar it-taħlita eżatta tal-prodott tal-fażi 2, u għalhekk ma kienx hemm pjan ta' direzzjoni tan-negozju sod u impenjat, biex jidħlu f'impenn mal-awtoritajiet Slovakki għall-investiment kollu. Fil-laqgħa tal-Bord ta' JLR tat-18 ta' Novembru 2015 ġie approvat il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju aġġornat u s-Slovakkja ġiet ikkonfermata bħala l-post preferut bil-kundizzjoni li jingħata l-ammont sħiħ ta' għajnuna mill-Istat għall-proġett ridefinit. Il-VPN kemm għas-Slovakkja u għall-Messiku kienu bbażati fuq l-aħħar strateġija għall-prodott u saru kalkoli ġodda dwar is-suppożizzjonijiet, bit-tneħħija tal-fażi 2. Id-differenza fil-VPN kienet tlaħħaq l-EUR 413-il miljun u l-għajnuna mill-Istat reġgħet ġiet ikkalkulata għall-ammont nominali ta' EUR 129 812 750.

(131)

Biex ikollha effett ta' inċentiv, l-għajnuna għandha tikkostitwixxi fattur deċiżiv fid-deċiżjoni biex l-investiment isir f'Nitra minflok fi H[…]. Peress li d-deċiżjoni finali dwar l-investiment ittieħdet biss f'Ottubru/Novembru 2015, meta l-proġett ta' investiment inizjali kien ġie ridefinit mill-ġdid u tnaqqas għall-fażi 1 biss, u meta s-Slovakkja reġgħet ġiet espliċitament ikkonfermata bħala l-post preferut mill-Bord ta' JLR, il-Kummissjoni tqis li Ottubru/Novembru 2015 huwa l-punt fiż-żmien rilevanti biex tittestja għall-preżenza ta' effett ta' inċentiv. Madankollu, peress li r-rakkomandazzjoni dwar il-post tal-10 ta' Lulju 2015 kienet diġà ġiet ratifikata mill-Bord ta' JLR u mill-Bord ta' Tata Motors kmieni f'Awwissu 2015, ġiet iffirmata Ittra ta' Intenzjoni mhux vinkolanti mas-Slovakkja fl-10 ta' Awwissu 2015 u fil-11 ta' Awwissu 2015 ħareġ avviż pubbliku, il-Kummissjoni tqis ukoll li l-perjodu ta' bejn Lulju/Awissu 2015 huwa ta' rilevanza partikolari biex tivvaluta għall-preżenza ta' effett ta' inċentiv.

Kredibilità tal-alternattiva tal-Messiku

(132)

Bħala rimarka preliminari l-Kummissjoni tinnota li l-argument tas-Slovakkja li l-Messiku kien jikkostitwixxi alternattiva kredibbli għal JLR peress li kien post ta' investiment realistiku għal manifatturi oħra tal-karozzi ma jistax jitqies bħala suffiċjenti, peress li ma joffrix prova awtentika li mingħajr l-għajnuna, JLR kienet twettaq l-investiment fil-Messiku. Skont il-paragrafu 68 tar-RAG, xenarju kontrofattwali jitqies kredibbli jekk ikun ġenwin u jekk ikun jirrigwarda l-fatturi prevalenti għat-teħid tad-deċiżjonijiet fiż-żmien li fih il-benefiċjarju ħa d-deċiżjoni dwar l-investiment.

(133)

Waqt il-proċedura ta' investigazzjoni formali l-awtoritajiet Slovakki pprovdew aktar dokumenti tal-kumpanija li juru li kien sar tqabbil bejn il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-lokalizzazzjoni f'Nitra u dawk tal-lokalizzazzjoni fi H[…], fil-Messiku. Il-paragrafu 71 tar-RAG jitlob li l-Kummissjoni tivverifika jekk tali tqabbil għandux bażi realistika.

(134)

Fil-paragrafu 181 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni ppreżentat tliet raġunijiet ewlenin biex tesprimi dubji dwar il-kredibilità tal-alternattiva tal-Messiku.

(135)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni ma setgħetx teskludi li l-informazzjoni sottomessa kienet tirrigwarda żewġ proġetti separati. Il-Kummissjoni tqis li l-argumentazzjoni tal-awtoritajiet Slovakki kif deskritt fil-premessa 61 sa 66 ta' din id-Deċiżjoni bħala suffiċjenti sabiex jiġi konkluż li l-Proġett Oak u l-Proġett Darwin kienu intiżi bħala studji ta' fattibilità għal proġett uniku, kif issemma wkoll b'mod espliċitu fil-preżentazzjoni lill-Bord ta' Tata Motors tas-7 ta' Awwissu 2015, u li l-alternattiva Messikana ma ġietx abbandunata sakemm ittieħdet id-deċiżjoni finali mill-Bord ta' JLR fit-18 ta' Novembru 2015 biex jiġi ffirmat Ftehim ta' Investiment mas-Slovakkja.

(136)

Anki qabel it-tnedija formali tal-Proġett Darwin, kien hemm indikazzjonijiet li kien sejjer issir tqabbil bejn l-Ewropa tal-Lvant u n-NAFTA. Wieħed mill-punti ta' azzjoni fil-minuti tal-Kunsill għall-Istrateġija tal-10 ta' Novembru 2014 pereżempju kien li “[i]sir studju dwar il-kompetittività tal-manifattura globali desktop inkluż tqabbil bejn l-Ewropa tal-Lvant u n-NAFTA”.

(137)

Kemm il-Proġett Oak u l-Proġett Darwin studjaw il-fattibbiltà ta' impjant tal-manifattura ta' 300 000 vettura bid-data tal-bidu tal-produzzjoni ppjanata għal Ġunju 2018 u biċċa art ta' bejn 400 u 600 ettaru. Iċ-ċifri dwar il-kapaċità addizzjonali meħtieġa jikkonfermaw id-dikjarazzjonijiet tas-Slovakkja u ta' JLR fit-tweġiba tagħhom għad-Deċiżjoni tal-ftuħ li ma kienx hemm bżonn li jinbnew żewġ impjanti separati b'kapaċità ta' 300 000 vettura kull wieħed. Dan intwera wkoll pereżempju fid-dokument “Espansjoni tal-Impronta tal-Manifattura Globali” tal-15 ta' Diċembru 2014.

(138)

Waqt il-laqgħa tal-Membri tal-Kumitat Eżekuttiv tal-21 ta' Jannar 2015, kien hemm referenza għat-tieni impjant. L-awtoritajiet Slovakki spjegaw li l-Membri tal-Kumitat Eżekuttiv għal ftit ikkunsidraw li wara l-bini tal-ewwel sit, b'kapaċità ta' 300 000 vettura, jikkunsidraw il-possibilità tal-bini ta' sit futur bejn ħames u għaxar snin wara t-tlestija tax-xogħlijiet fuq l-ewwel investiment, jekk ikun hemm biżżejjed domanda. Għat-tieni impjant, kienu se jiġu kkunsidrati l-Istati Uniti u l-Messiku li dan jista' jispjega għaliex, f'Diċembru 2015, JLR ikkonfermat mal-gvernatur tal-istat Messikan ta' Puebla li kienet ħerqana tkompli tiżviluppa aktar ir-relazzjoni tagħha fir-realizzazzjoni tal-pjanijiet ta' espansjoni globali tagħha u li Puebla u l-Messiku għadhom ferm f'moħħ il-JLR.

(139)

Evidenza ppreżentata mis-Slovakkja tissuġġerixxi li ż-żewġ studji ta' fattibilità l-Proġett Oak u l-Proġett Darwin kienu saru b'impjant uniku f'moħħhom. Il-Kunsill Strateġiku tas-27 ta' April approva lil Puebla bħala l-alternattiva mhux fl-Unjoni fit-tema tal-aġenda tal-Proġett Darwin, u ddeċieda li titwaqqaf il-valutazzjoni tat-Turkija u tal-pajjiżi l-oħra li ma ntgħażlux. L-ittra lill-gvernatur tal-Istat ta' Puebla tal-25 ta' Ġunju 2015 li ntbagħtet wara ż-żjara tat-Tim ta' Espansjoni Globali tan-Negozju ta' JLR li saret dak l-istess xahar fis-siti ta' Puebla, ħabbret li H[…] kien “ġie magħżul flimkien ma' lista qasira ta' siti li għadhom qed jiġu kkunsidrati għall-investiment, inklużi postijiet fl-Ewropa tal-Lvant u dik Ċentrali”. Il-minuti tal-laqgħa tal-Forum dwar il-Globalizzazzjoni tal-10 ta' Lulju 2015 iddokumentaw li “[l]-objettiv tal-laqgħa kien li tittieħed deċiżjoni dwar sit ippreferut mill-proġett Darwin u mill-proġett Oak […]”. Huma ddikjaraw ukoll li “Nitra (is-sit preferut mill-proċess Darwin) meta mqabbla ma' Puebla (is-sit preferut mill-proċess Oak) intweriet li kienet fi żvantaġġ sinifikanti f'dak li għandu x'jaqsam mal-kost”. Il-minuti tal-laqgħa tal-Bord ta' JLR tat-18 ta' Novembru 2015 jiddokumentaw li “[a]bbażi tal-aħħar strateġija dwar il-prodott u suppożizzjonijiet aġġornati, il-VPN kemm għas-Slovakkja u għall-Messiku reġa' ġie kkalkulat mill-ġdid, u tneħħiet il-Fażi 2”.

(140)

Il-Kummissjoni għalhekk tqis kredibbli li l-informazzjoni kollha li l-awtoritajiet Slovakki ppreżentaw dwar il-Proġett Oak u l-Proġett Darwin tirrigwarda proġett uniku.

(141)

It-tieni nett, fid-Deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni ġġustifikat id-dubji tagħha dwar il-kredibilità tax-xenarju kontrofattwali tal-Messiku, billi enfasizzat il-livelli differenti ta' valutazzjoni dettaljata għall-Messiku u għall-postijiet Ewropej. Biex tikkontrobatti dak l-argument, is-Slovakkja ppreżentat provi u spjegazzjonijiet addizzjonali li huma miġbura fil-qosor fil-premessa 59(b) ta' din id-Deċiżjoni. L-awtoritajiet Slovakki ddokumentaw ukoll l-opinjoni tagħhom billi ppreżentaw aktar korrispondenza bejn l-awtoritajiet ta' Puebla u JLR, il-pakkett ta' tagħrif għaż-żjarat fis-siti u l-minuti taż-żjarat fis-siti. Abbażi ta' dik l-informazzjoni addizzjonali l-Kummissjoni taċċetta li l-analiżi fil-Proġett Oak u fil-Proġett Darwin saru b'livell paragunabbli ta' skrutinju. Għat-tqabbil finali tal-alternattiva preferuta tal-Proġett Oak (H[…]) mal-alternattiva preferuta tal-Proġett Darwin (Nitra), kien hemm l-istess livell ta' dettall disponibbli għaż-żewġ għażliet u ż-żewġ siti kienu inklużi fl-eżerċizzju tal-immudellar finanzjarju fuq bażi identika.

(142)

F'dak il-kuntest, il-Kummissjoni tinnota li fl-aħħar tal-2014, Ernst & Young ġew imqabbda biex isostnu lill-JLR biex tavvanza l-Proġett Oak. F'kollaborazzjoni ma' Ernst & Young JLR żviluppat sett dettaljat ta' kriterji għas-sit ideali li aktar tard intużaw fil-proċess tal-għażla tas-sit ta' kemm il-Proġett Oak u l-Proġett Darwin. Hekk kif JLR kompliet bil-valutazzjoni tagħha tas-siti tal-Ewropa tal-Lvant, fis-16 ta' Frar 2015 qabbdet lill-PriceWaterhouseCoopers (“PwC”) biex tgħin, fost oħrajn, biex tirfina l-kriterji tas-sit ideali. Il-mudell riżultanti kien ibbażat fuq l-esperjenza tal-JLR kif ukoll l-esperjenza tal-PwC fil-filtrazzjoni u fl-għażla tas-sit fl-Ewropa tal-Lvant ma' OEMs oħra. L-awtoritajiet Slovakki indikaw dan l-irfinar tal-kriterji bħala r-raġuni għad-differenza fl-analiżi u fil-kriterji tas-sit ideali fil-Proġett Oak u fil-Proġett Darwin. Madankollu, fiż-żmien meta sar it-tqabbil finali bejn l-alternattiva preferuta tal-Proġett Oak u l-alternattiva preferuta tal-Proġett Darwin, l-informazzjoni disponibbli dwar iż-żewġ siti kienet f'livell komparabbli ta' dettall.

(143)

Għalkemm l-awtoritajiet Slovakki kkonfermaw li fiż-żmien li fih saret ir-rakkomandazzjoni dwar il-lokazzjoni fl-10 ta' Lulju 2015 kien hemm l-istess livell ta' dettall disponibbli għall-alternattiva ta' Oak u dik ta' Darwin, il-preżentazzjoni lill-Forum dwar il-Globalizzazzjoni fiha inqas dettalji dwar l-alternattiva Oak milli dwar l-alternattiva Darwin, kif stabbilit fil-paragrafu 181 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ. L-awtoritajiet Slovakki spjegaw li l-Forum dwar il-Globalizzazzjoni kien diġà ra l-informazzjoni dwar il-Messiku u Puebla. L-għażla tal-Messiku bħala l-aktar Stat promettenti fl-Amerika ta' Fuq u ta' Puebla bħala l-aktar stat Messikan promettenti kienet diġà ġiet finalizzata fi stadju aktar bikri. Għall-għażla tas-siti Ewropej, l-analiżi twettqet fuq perjodu iqsar ta' żmien peress li bdiet biss fi Frar 2015. Għalhekk, il-proċessi għall-għażla tal-pajjiż u tas-sit ma kinux sekwenzjali. Waqt il-Forum dwar il-Globalizzazzjoni tal-10 ta' Lulju 2015, kien għad hemm żewġ pajjiżi identifikati minn Darwin, il-Polonja u s-Slovakkja, li kellhom jiġu ppreżentati, iżda nżammet biss Nitra fis-Slovakkja.

(144)

It-tielet nett, kif imsemmi mill-Kummissjoni fil-Paragrafu 181 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ il-fatt li l-alternattiva tal-Messiku dehret li kellha dewmien sinifikanti kkontribwixxa għad-dubji dwar il-kredibilità tal-Messiku bħala alternattiva ġenwina. Il-Kummissjoni taċċetta l-fehma tal-awtoritajiet Slovakki, kif stabbilit fil-premessa 68 ta' din id-Deċiżjoni, li l-iskeda ta' żmien itwal biex tinbeda l-produzzjoni kienet ittieħdet inkunsiderazzjoni meta sar it-tqabbil kwalitattiv u kwantitattiv bejn Puebla u s-Slovakkja fil-Forum dwar il-Globalizzazzjoni tal-10 ta' Lulju. L-iskeda ta' żmien itwal ġiet kwantifikata separatament b'impatt fuq il-VPN ta' bejn GBP [80–130] miljun jew EUR [96–156] miljun u dewmien ta' sitt xhur u ta' GBP [110–180] miljun jew EUR [132–216] miljun u dewmien ta' disa' xhur. Dak ir-riskju u l-impatt finanzjarju relatat tqiesu wkoll b'mod espliċitu fil-pjan aġġornat ta' direzzjoni tan-negozju f'Ottubru/Novembru 2015.

(145)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li meta saret il-konferma finali tad-deċiżjoni dwar il-lokazzjoni, H[…] kien alternattiva ġenwina u kredibbli għal Nitra u għalhekk jista' jitqies bħala xenarju kontrofattwali kredibbli fis-sens tal-paragrafu 68 tar-RAG.

Kunsiderazzjonijiet strateġiċi

(146)

Nitra, meta mqabbla ma' H[…] fil-mument tad-deċiżjoni finali f'Novembru 2015, kienet fi żvantaġġ sinifikanti fir-rigward tal-VPN. Id-differenza fil-VPN ġiet ikkalkulata minn JLR bħala ta' GBP 344 miljun jew ta' EUR 413-il miljun. Ir-riskju speċifiku li jirriżulta minn dewmien mistenni ta' bejn sitta u disa' xhur fl-implimentazzjoni tal-investiment fi Puebla ma kienx inkluż fl-analiżi tal-VPN; kien stmat li jvarja bejn GBP [80–130] miljun jew EUR [96–156] miljun u GBP [110–180] miljun jew EUR [132–216] miljun, espressi f'valur kurrenti. L-għajnuna mill-Istat notifikata tnaqqas biss parzjalment id-differenza li jifdal fil-VPN ta' bejn GBP [164–234] miljun jew EUR [197–281] miljun u ta' GBP [214–264] miljun jew EUR [257–317] miljun, b'bejn 33 % u 43 %. L-għajnuna notifikata mill-Istat ta' GBP 108 miljun jew ta' EUR 130 miljun ġiet skontata minn JLR bl-użu ta' rata ta' skont kapitali ta' […]%, li kienet ir-rata li JLR użat fl-ippjanar tan-negozju tagħha. Bi Proġett b'tul ta' ħajja ta' 20 sena, JLR għalhekk stmat li l-għajnuna mill-Istat kienet sejra tlaħħaq GBP 76 miljun jew EUR 91 miljun. Madankollu, kif jirriżulta mill-preżentazzjoni lill-Bord tat-18 ta' Novembru 2015, kien hemm diversi fatturi kwalitattivi oħra li kellhom rwol fil-proċess deċiżjonali. Il-preżenza u l-importanza ta' dawk il-fatturi, li kienu diġà ġew diskussi u analizzati waqt iż-żjara fis-sit ta' Puebla f'Ġunju 2015 u waqt il-laqgħa tal-Forum dwar il-Globalizzazzjoni tal-10 ta' Lulju 2015, kienu kkonfermati mill-ġdid.

(147)

Il-fatt li minkejja l-għajnuna, Nitra kienet għadha fi żvantaġġ sinifikanti fir-rigward tal-VPN meta mqabbla ma' H[…], qajjem diversi mistoqsijiet li huma rilevanti għall-valutazzjoni tal-effett ta' inċentiv u għall-proporzjonalità tal-għajnuna: (a) il-fatturi strateġiċi waħedhom setgħu għelbu l-bilanċ mill-Messiku għas-Slovakkja?; (b) għaliex l-għajnuna kienet biżżejjed biex tegħleb id-deċiżjoni dwar il-post mill-Messiku għas-Slovakkja?; u (c) kien hemm bżonn l-ammont sħiħ ta' għajnuna biex jegħleb il-bilanċ mill-Messiku għas-Slovakkja? Il-mistoqsijiet (a) u (b) huma parti mill-valutazzjoni tal-effett ta' inċentiv filwaqt li l-mistoqsija (c) ġiet vvalutata taħt l-analiżi tal-proporzjonalità ta' din id-Deċiżjoni.

(148)

Il-Kummissjoni l-ewwel tivvaluta jekk il-fatturi strateġiċi waħedhom setgħux għelbu l-bilanċ mill-Messiku għas-Slovakkja. Il-kunsiderazzjonijiet ewlenin tal-valutazzjoni, kif imsemmi fil-minuti tal-Forum dwar il-Globalizzazzjoni tal-10 ta' Lulju 2015 kienu jinkludu l-prossimità għal cluster awtomobilistiku, il-pedamenti tas-sit, id-disponibbiltà ta' ħaddiema, iż-żmien, il-kostijiet operatorji, ir-rekwiżit ta' flus bil-quddiem u l-kapaċità li jinkisbu r-riżultati meħtieġa. Il-Membri tal-Kumitat Eżekuttiv preżenti waqt il-laqgħa tal-Forum dwar il-Globalizzazzjoni taw importanza partikolari lill-impatti taż-żmien, id-distanza mill-kwartieri ġenerali ta' JLR u r-riskju relattivament ogħla ta' ħsara fir-reputazzjoni assoċjata mal-Messiku. Fatturi oħra kienu jinkludu r-riskju ta' diżastri naturali, l-istabbiltà politika, l-effikaċja tal-gvern u r-riskji ta' korruzzjoni tal-gvern u l-investiment fl-Unjoni bħala ħeġġ għal Brexit. L-impatt tad-dewmien fl-implimentazzjoni fil-Messiku ġie kwantifikat separatament. Bl-eċċezzjoni ta' xi effetti ta' ħħeġġjar tal-munita, il-fatturi kwalitattivi xaqilbu favur investiment fis-Slovakkja fuq il-Messiku.

(149)

L-awtoritajiet Slovakki pprovdew evidenza biex juru u argumentaw favur il-fatt li l-għajnuna mill-Istat Slovakk kienet meħtieġa biex ixxaqleb l-għażla tal-post mill-Messiku għas-Slovakkja u li l-vantaġġi kwalitattivi waħedhom ma kinux biżżejjed għall-għażla ta' Nitra fuq H[…].

(150)

Iż-żjara fis-sit ta' Puebla tas-16 ta' Ġunju 2015 provdiet informazzjoni ulterjuri dwar għadd ta' fatturi strateġiċi li kellhom rwol importanti fir-rakkomandazzjoni dwar il-post li kienet sejra ssir mill-Forum dwar il-Globalizzazzjoni fl-10 ta' Lulju 2015. Il-pakkett ta' tagħrif għal dik iż-żjara fuq il-post juri l-implimentazzjoni f'waqtha kienet tirrappreżenta riskju kemm għall-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant kif ukoll għall-Messiku. Kien hemm fatturi u riskji strateġiċi addizzjonali marbuta mal-Messiku li kellhom jiġu esplorati aktar bħala parti miż-żjara fuq il-post. Il-minuti taż-żjara identifikaw lista ta' tħassib li kien għad fadal, relatati mas-saturazzjoni tal-OEM, jiġifieri jekk kienx hemm lok għat-tielet OEM u jekk iva, JLR kif kienet sejra tintegra f'pajjiż li kien ilu għal deċennji ddominat minn Volkswagen, il-prossimità għall-port, is-sikurezza, is-sigurtà, il-korruzzjoni, id-differenzi kulturali, id-distanza mill-bażi operattiva u r-riskju ta' diżastri naturali. Madankollu, il-minuti juru wkoll li ż-żjara fuq il-post tat assigurazzjoni dwar uħud mill-fatturi li inizjalment kienu meqjusa bħala ta' tħassib serju. Ingħatat assigurazzjoni li s-sit magħżul fi Puebla kien żona b'riskju baxx għal diżastri naturali. Barra minn hekk it-tim ta' Puebla ħalla impressjoni pożittiva fuq ir-rappreżentanti ta' JLR.

(151)

L-awtoritajiet Slovakki rreferew ukoll b'mod partikolari għall-minuti tal-laqgħa tal-Forum dwar il-Globalizzazzjoni li saret fl-10 ta' Lulju 2015. F'valutazzjoni “ibbilanċjata ferm” il-Forum dwar il-Globalizzazzjoni aċċetta d-differenza fil-VPN bejn is-Slovakkja u l-Messiku, li kellha tkun koperta mill-kwistjonijiet kwalitattivi, iżda biss wara li ttieħdet inkunsiderazzjoni l-għajnuna mill-Istat. Il-minuti jwissu b'mod espliċitu li “id-deċiżjoni kienet ibbilanċjata ferm bi tħassib partikolari li l-VPN tal-post Slovakk kien sostanzjalment inqas mill-post Messikan u barra minn hekk il-VPN tas-sit Slovakk kien jiddependi fuq għotja li kienet fil-livell massimu permess skont ir-regoli tal-UE”. Fl-istess ħin “[ġ]ie nnotat li d-deċiżjoni dwar il-proġett ittieħdet għaliex il-Gvern tas-Slovakkja għandu l-kapaċità u kien lest jiddefendi d-deċiżjoni tiegħu quddiem il-Kummissjoni Ewropea. Ġie nnotat ukoll li s-Slovakkja għandha argumenti koerenti għaliex ma għandux ikun hemm problemi biex tingħata l-approvazzjoni”. Fid-dawl tar-riskji identifikati relatati mal-post Messikan, u biss wara kunsiderazzjoni tal-għajnuna Slovakka, f'Lulju 2015 Nitra ġiet aċċettata bħala l-post rakkomandat. Il-Kummissjoni tinnota li l-ħtieġa għall-għajnuna mill-Istat kienet diġà ġiet identifikata qabel fil-proċess ta' analiżi tal-fattibbiltà. Pereżempju fil-preżentazzjoni tal-bord ta' JLR tal-21 ta' Mejju 2015 issemma li “[i]l-maniġment sejjer jesplora l-opportunitajiet kollha biex jiġu garantiti inċentivi mill-gvern fl-Ewropa tal-Lvant u dik Ċentrali biex jagħmlu tajjeb għall-vantaġġ finanzjarju fil-Messiku”.

(152)

Il-minuti tal-Bord ta' Tata Motors Limited tat-18 ta' Settembru 2015 irrapportaw li “[w]ara kunsiderazzjoni tal-elementi kwalitattivi u ta' riskju, it-total tal-għajnuna riveduta mill-Istat ta' GBP [150–200] miljun (36) fi flus kontanti kienet biżżejjed biex Nitra titmexxa 'l quddiem minflok il-Messiku. Abbażi tal-Għajnuna finanzjarja mill-Istat, qed jiġi negozjat il-Ftehim ta' Investiment mas-Slovakkja b'iffirmar fl-aħħar ta' Settembru 2015 u l-flotazzjoni ta' entità ġuridika ġdida”.

(153)

Il-preżentazzjoni tal-bord ta' JLR tat-18 ta' Novembru 2015 tirreferi b'mod espliċitu għall-preżenza tal-fatturi kwalitattivi diskussi waqt il-Forum dwar il-Globalizzazzjoni fl-10 ta' Lulju 2015 u kif ratifikata mill-Bord ta' JLR u ta' Tata Motors kmieni f'Awwissu 2015. Il-VPN delta li fadal, wara kunsiderazzjoni tal-impatt kwantifikat tad-dewmien għall-alternattiva Messikana u wara kunsiderazzjoni tal-għajnuna mill-Istat, “[…] huwa kkumpensat minn fatturi oħra aktar kwalitattivi kif maqbul mill-Bord […]”

(154)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li fir-rigward tal-punt (a) fil-premessa 147 il-kunsiderazzjonijiet strateġiċi kienu suffiċjenti biss biex titnaqqas id-delta fil-fluss tal-flus li fadal bejn Nitra u H[…], wara li tqies il-VPN tal-għajnuna mill-Istat Slovakk u l-impatt fuq il-VPN tal-implimentazzjoni mdewma fil-Messiku. Il-Kummissjoni għalhekk teskludi li kunsiderazzjonijiet strateġiċi waħedhom setgħu naqqsu d-distakk sħiħ fil-VPN bejn Nitra u H[…].

(155)

Fir-rigward tal-punt (b) fil-premessa 147, li ssemma wkoll fil-paragrafu 172 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ il-Kummissjoni qieset iċ-ċifri tal-VPN kif approvati mill-Bord ta' JLR f'Novembru 2015. Jekk wieħed iqis il-kwantifikazzjoni tad-dewmien mistenni fil-Messiku, l-għajnuna mill-Istat, f'valur ta' GBP 76 miljun (EUR 91 miljun) imsemmija fil-premessa 146 setgħet tnaqqas id-differenza fil-NPV b'bejn 33 % u 43 %. Mid-dokumenti pprovduti dwar id-deċiżjoni huwa ċar li l-ammont sħiħ u massimu tal-għajnuna kien ġie kkunsidrat tul il-proċess deċiżjonali kollu. Wara kunsiderazzjoni tal-ammont massimu ta' għajnuna, dawk responsabbli għat-teħid tad-deċiżjoni kienu ffaċċjati b'delta pendenti fil-fluss tal-flus, u vvalutaw jekk dik id-delta fil-fluss tal-flus setgħetx tiġi aċċettata fid-dawl ta' kunsiderazzjonijiet oħra mhux kwantifikabbli. Wara diskussjoni twila waqt il-laqgħa tiegħu tal-10 ta' Lulju 2015, il-Forum dwar il-Globalizzazzjoni fl-aħħar qabel li jaċċetta d-distakk li kien għad fadal. Madankollu fil-minuti tal-laqgħa ġie ddokumentat li, anke jekk wieħed iqis l-ammont massimu ta' għajnuna mill-Istat disponibbli fis-Slovakkja, id-deċiżjoni favur Nitra fuq H[…] kienet ibbilanċjata ħafna. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li kien hemm fatturi kwalitattivi u ta' riskju oħra li kellhom rwol fil-proċess deċiżjonali, li dan jispjega għaliex id-delta li kien għad fadal fil-fluss tal-flus setgħet tiġi aċċettata.

Konklużjoni dwar l-effett ta' inċentiv

(156)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li huwa ċar li l-għajnuna pprovdiet inċentiv biex l-investiment ippjanat isir f'Nitra pjuttost milli fi H[…] għaliex, flimkien ma' kunsiderazzjonijiet strateġiċi, tikkumpensa għall-iżvantaġġi netti fil-kost marbuta mal-bini tal-impjant f'Nitra. Għalhekk, hemm l-effett ta' inċentiv meħtieġ fis-sens tat-taqsima 3.5 tar-RAG.

6.4.4.4.   Proporzjonalità tal-ammont tal-għajnuna

(157)

Il-Kummissjoni trid tivvaluta l-proporzjonalità tal-pakkett ta' għajnuna. Skont l-Artikolu 3.6 tar-RAG, l-ammont tal-għajnuna għandu jgħaddi minn test tal-proporzjonalità li għandu żewġ skopijiet. L-ewwel nett għandha tkun limitata għall-minimu meħtieġ sabiex tinduċi l-investiment addizzjonali jew l-attività fiż-żona kkonċernata. It-tieni nett, peress li l-Kummissjoni tapplika intensitajiet massimi tal-għajnuna għall-għajnuna għall-investiment, dawk l-intensitajiet massimi tal-għajnuna jintużaw bħala limitu massimu għall-“approċċ tal-kostijiet żejda netti”.

(158)

Skont il-paragrafu 78 tar-RAG, bħala regola ġenerali, għajnuna individwali notifikata tiġi kkunsidrata li hija limitata għall-minimu meħtieġ, jekk l-ammont tal-għajnuna jikkorrispondi mal-kostijiet żejda netti marbuta mal-implimentazzjoni tal-investiment fiż-żona kkonċernata, meta mqabbel max-xenarju kontrofattwali fin-nuqqas tal-għajnuna. Skont il-paragrafu 80 tar-RAG, f'sitwazzjonijiet tax-xenarju 2, jiġifieri inċentivi marbuta mal-għażla tal-post, l-għajnuna ma għandhiex taqbeż id-differenza bejn il-VPN tal-investiment fiż-żona fil-mira u l-VPN tal-investiment fil-post alternattiv, filwaqt li jitqiesu l-vantaġġi u l-iżvantaġġi kollha rilevanti.

(159)

Iċ-ċifra rilevanti tal-VPN li għandha titqies għall-valutazzjoni tal-proporzjonalità tal-għajnuna notifikata ta' EUR 129 812 750 f'valur nominali hija dik relatata mal-kamp ta' applikazzjoni mnaqqas tal-proġett, jiġifieri ta' 150 000 vettura. Il-Bord ta' JLR approva ċ-ċifri tal-VPN f'Ottubru/Novembru 2015. Id-delta fil-VPN qabel il-kunsiderazzjoni tad-dewmien fl-implimentazzjoni fil-Messiku kienet ta' GBP 344 miljun jew ta' EUR 413-il miljun. Kwalunkwe ammont ta' għajnuna li jaqbeż l-EUR 413-il miljun ikun sproporzjonat. Fid-Deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni rreferiet b'mod partikolari għall-għajnuna infrastrutturali possibbli u l-eżenzjoni mit-tariffa ALF li, meta miżjuda mal-ammont tal-għajnuna notifikata, setgħu rriżultaw f'ammont globali ta' għajnuna ogħla minn dak il-limitu massimu.

(160)

Kif imsemmi fil-premessa 113 il-Kummissjoni ma tqisx il-bejgħ tal-art tal-NSP, il-provvista ta' xogħlijiet infrastrutturali relatati jew l-eżenzjoni mit-tariffa ALF bħala miżuri ta' għajnuna favur JLR. Il-valutazzjoni tal-proporzjonalità hija għalhekk limitata għall-ammont tal-għajnuna notifikat.

(161)

Is-Slovakkja ppreżentat id-dokumentazzjoni meħtieġa u abbażi ta' dik id-dokumentazzjoni wriet li l-ewwel parti tat-test tal-proporzjonalità hija sodisfatta minħabba li l-għajnuna notifikata ma taqbiżx id-differenza fil-VPN bejn Nitra u H[…] ta' GBP 344 miljun jew ta' EUR 413-il miljun. L-ammont nominali ta' għajnuna ta' GBP 108 miljuni jew ta' EUR 130 miljun jirrappreżentaw GBP 76 miljun jew EUR 91 miljun f'valur kurrenti bir-rata ta' skontar tal-JLR ta' […]%.

(162)

Il-Kummissjoni tinnota li anki jekk l-għajnuna tingħata, Nitra xorta tirreġistra żvantaġġ fil-VPN ta' GBP 268 miljun jew ta' EUR 322 miljun. L-analiżi tal-effett ta' inċentiv wriet li l-iżvantaġġ li kien għad fadal fil-VPN kien aċċettabbli għall-JLR minħabba d-dewmien mistenni fl-implimentazzjoni fil-Messiku u minħabba fatturi kwalitattivi u ta' riskju oħra. Dawk il-fatturi kienu ġew diskussi fit-tul waqt il-Laqgħa tal-forum dwar il-Globalizzazzjoni tal-10 ta' Lulju 2015 u l-konklużjonijiet tal-analiżi tar-riskju ġew ikkonfermati f'Novembru 2015 waqt il-preżentazzjoni lill-bord ta' JLR li speċifikament semmiet l-ambjent politiku/tan-negozju, fatturi ekonomiċi, id-distanza mill-kwartieri ġenerali ta' JLR, ir-riskju ta' diżastri naturali u l-probabbiltà ta' Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE/l-Istati Uniti. Abbażi ta' dik l-analiżi tar-riskju ttieħdet id-deċiżjoni biex Nitra tiġi kkonfermata bħala l-post preferut.

(163)

Peress li l-limitu mill-applikazzjoni tal-approċċ tal-kost żejjed nett ma nqabiżx, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna hija konformi mal-ewwel parti tat-test tal-proporzjonalità.

(164)

Fir-rigward tat-tieni parti tat-test tal-proporzjonalità, minbarra l-approċċ tal-kost żejjed nett, il-Kummissjoni tapplika intensitajiet massimi tal-għajnuna, mnaqqsa skont il-paragrafu 20(c) tar-RAG għal proġetti kbar ta' investiment.

(165)

Fid-Deċiżjoni tal-ftuħ il-Kummissjoni nnotat li l-ammont ta' għajnuna notifikat ta' EUR 129 812 750 f'valur nominali u ta' EUR 125 046 543 f'valur kurrenti, abbażi ta' investiment eliġibbli ta' EUR 1 369 295 298 f'valur kurrenti, jirriżulta f'intensità ta' għajnuna ta' 9,13 %, li mal-ewwel daqqa t'għajn jidher li huwa taħt il-massimu mnaqqas tal-intensità ta' għajnuna permissibbli ta' 9,24 % għal investiment fir-reġjun ta' Nitra, b'limitu massimu ta' għajnuna reġjonali applikabbli ta' 25 %. Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll li l-kost eliġibbli huwa konformi mal-kundizzjonijiet tat-taqsima 3.6.1.1 tar-RAG, li huwa rilevanti għall-valutazzjoni tal-bażi tal-kost eliġibbli.

(166)

It-Taqsimiet 3.6.1.1 u 3.6.1.2 tar-RAG jispjegaw liema kostijiet ta' investiment jistgħu jitqiesu bħala kostijiet eliġibbli. F'dan il-każ, tapplika t-taqsima 3.6.1.1 peress li l-kostijiet eliġibbli għall-għajnuna għall-investiment proposta jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-kostijiet tal-investiment. Il-Kummissjoni tinnota li l-kostijiet eliġibbli huma stabbiliti f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dawk it-taqsimiet peress li l-assi akkwistati se jkunu ġodda, l-investiment jittratta investiment inizjali fil-forma ta' stabbiliment ġdid, ma tqies l-ebda kost tal-lokazzjoni u l-assi intanġibbli jammontaw għal madwar […] % tal-kostijiet totali eliġibbli, li huwa taħt il-proporzjon massimu permess ta' 50 %. Is-Slovakkja kkonfermat li l-kundizzjonijiet l-oħra kollha li japplikaw għall-assi intanġibbli se jkunu rispettati.

(167)

Fid-Deċiżjoni tal-ftuħ il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ammont ta' għajnuna notifikat jiġi mnaqqas f'każ li n-“nefqa żejda” li tlaħħaq GBP [60–85] miljun jew EUR [72-102] miljun tirriżulta li ma tkunx eliġibbli.

(168)

Fil-premessa 119 ta' din id-Deċiżjoni l-Kummissjoni qieset li l-investiment eliġibbli jammonta għal EUR 1 460 620 591. L-ammont ta' għajnuna notifikat għalhekk għadu taħt il-massimu mnaqqas ta' intensità ta' għajnuna permissibbli ta' 9,24 %. Għalhekk, il-kundizzjoni tal-limitu massimu doppju, stabbilita fil-paragrafu 83 tar-RAG, li tirriżulta mill-kombinazzjoni tal-approċċ tal-kost żejjed nett, jiġifieri għajnuna limitata għall-minimu neċessarju bil-limiti massimi permissibbli hija rispettata. Il-Kummissjoni għalhekk tqis li l-ammont ta' għajnuna notifikat huwa proporzjonat.

6.4.4.5.   Konklużjoni dwar ir-rispett tar-rekwiżiti minimi

(169)

Skont il-valutazzjoni msemmija fil-premessa 120 sa 168 ta' din id-Deċiżjoni jista' jiġi konkluż li r-rekwiżiti minimi kollha stabbiliti fit-taqsima 3.2 sa 3.6 tar-RAG huma sodisfatti.

6.4.5.   Evitar ta' effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ

(170)

Fit-taqsima 3.3.4.2 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ il-Kummissjoni semmiet li l-għajnuna notifikata ma għandhiex effett negattiv bla bżonn fuq il-kompetizzjoni permezz taż-żieda jew iż-żamma tas-saħħa fis-suq jew il-ħolqien ta' kapaċità eċċessiva f'suq li sejjer lura. Il-Kummissjoni tikkonferma l-konklużjoni tagħha għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni.

(171)

Madankollu, l-effetti tal-lokalizzazzjoni tal-għajnuna reġjonali xorta jistgħu jfixklu l-kummerċ. It-Taqsima 3.7.2 tar-RAG telenka għadd ta' sitwazzjonijiet fejn l-effetti negattivi fuq il-kummerċ jegħlbu manifestament kull effett pożittiv, u fejn l-għajnuna reġjonali hija projbita.

6.4.5.1.   Effetti negattivi evidenti fuq il-kummerċ: il-limitu massimu aġġustat tal-intensità tal-għajnuna nqabeż

(172)

Skont il-paragrafu 119 tar-RAG effett manifestament negattiv ikun jeżisti meta l-ammont ta' għajnuna propost jaqbeż, meta mqabbel man-nefqa standardizzata eliġibbli fuq l-investiment (37), il-limitu massimu aġġustat tal-intensità tal-għajnuna li japplika għal proġett ta' daqs partikolari, b'kont meħud tat-“tnaqqis progressiv” meħtieġ (38).

(173)

Peress li fil-premessa 113 din id-Deċiżjoni tistabbilixxi li JLR mhijiex qed tibbenefika minn għajnuna addizzjonali minbarra l-għajnuna notifikata u, fil-premessa 168, li l-limitu massimu aġġustat applikabbli tal-għajnuna reġjonali ma nqabiżx, ma hemm l-ebda effett manifestament negattiv fuq il-kummerċ fis-sens tal-paragrafu 119 tar-RAG.

6.4.5.2.   Effett manifestament negattiv: Effett kontra l-koeżjoni

(174)

Il-paragrafu 121 tar-RAG jispeċifika li fejn, f'każ tax-xenarju 2, mingħajr l-għajnuna l-investiment kien isir f'reġjun b'intensità tal-għajnuna reġjonali li hija ogħla jew identika għal dik tar-reġjun fil-mira, dan ikun jikkostitwixxi effett negattiv li x'aktarx ma jiġix ikkumpensat b'xi effett pożittiv tal-għajnuna għaliex imur kontra l-loġika tal-koeżjoni tal-għajnuna reġjonali.

(175)

Il-Kummissjoni tqis li d-dispożizzjoni tapplika għal sitwazzjoni tax-xenarju 2 fejn iż-żewġ postijiet alternattivi jinsabu fiż-Żona Ekonomika Ewropea (“ŻEE”). Is-sit Pollakk f'Jawor li sal-10 ta' Lulju 2015 kien għadu jiġi meqjus fil-proċess deċiżjonali dwar il-post, jinsab f'reġjun bl-istess limitu massimu ta' intensità ta' għajnuna bħal Nitra (39).

(176)

Kif deskritt fid-Deċiżjoni tal-ftuħ, id-dokumenti interni tal-JLR indikaw li l-investiment, meta mqabbel mas-Slovakkja u fin-nuqqas tal-inċentivi offruti mis-Slovakkja, seta' kien aktar kosteffettiv f'Jawor.

(177)

Fil-Forum dwar il-Globalizzazzjoni tal-10 ta' Lulju 2015 ġiet ippreżentata analiżi f'żewġ stadji, fejn l-ewwel saret għażla tal-post bejn Jawor u Nitra u mbagħad fit-tieni pass għażla tal-post bejn Nitra u l-Messiku. Jawor kien ikun aktar kosteffettiv, iżda JLR identifikat għadd ta' żvantaġġi għal dak is-sit f'termini tal-pedamenti tas-sit, iż-żmien, il-ħlas bil-quddiem u l-kapaċità li jinkisbu r-riżultati meħtieġa. Is-sit Pollakk ġie indikat bħala problematiku fir-rigward tal-pedamenti tas-sit minħabba li jinsab fuq art agrikola li kienet teħtieġ tqassim f'żoni mill-ġdid u, kif spjegat minn JLR, minħabba triq li kienet taqsam is-sit f'Jawor, u dwar il-kapaċità li jinkisbu r-riżultati mixtieqa fejn b'mod espliċitu esprimew dubji dwar il-kapaċitajiet ta' […] li jagħti r-riżultati mixtieqa. Il-minuti tal-laqgħa ddokumentaw li l-Membri tal-Kumitat Eżekuttiv qablu mar-rakkomandazzjoni li s-sit Pollakk jiġi sospiż abbażi tar-raġunijiet preżentati. Minħabba dawk il-problemi identifikati, il-Bord ta' JLR ma qiesx li s-sit Pollakk kien alternattiva fattibbli.

(178)

Fuq bażi tar-raġunijiet identifikati minn JLR, il-Kummissjoni ma sabitx evidenza li tpoġġi f'dubju l-inadegwatezza ta' Jawor, u tinnota li l-ebda parti terza ma kkummentat dwar il-kwistjonijiet ikkonċernati. Barra minn hekk, kif spjegat fit-taqsima 6.4.4.3 ta' din id-Deċiżjoni, is-sit fil-Messiku kien ġie stabbilit bħala l-post alternattiv tal-investiment fil-każ li ma tingħatax l-għajnuna mill-Istat. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-għajnuna ma għandha l-ebda effett kontra l-koeżjoni għad-detriment ta' Jawor fis-sens tal-paragrafu 121 tar-RAG.

6.4.5.3.   Effett manifestament negattiv: l-għeluq jew ir-rilokazzjoni ta' attivitajiet

(179)

Skont il-paragrafu 122 tar-RAG, meta l-benefiċjarju jkollu pjanijiet konkreti biex jagħlaq jew fil-fatt jagħlaq l-istess attività jew attività simili f'żona oħra fiż-ŻEE u jirriloka dik l-attività fiż-żona fil-mira, jekk ikun hemm rabta kawżali bejn l-għajnuna u r-rilokazzjoni, dik tikkostitwixxi effett negattiv li mhuwiex probabbli li jkun ikkumpensat minn xi elementi pożittivi.

(180)

Fuq il-bażi ta' konferma mill-awtoritajiet Slovakki li JLR ma tterminatx l-istess attività jew attività simili fiż-ŻEE fis-sentejn qabel l-applikazzjoni għall-għajnuna u ma kellhiex pjanijiet konkreti biex tagħmel dan fi żmien sentejn wara t-tlestija tal-investiment, fid-Deċiżjoni tal-ftuħ il-Kummissjoni kienet ikkonkludiet li l-għajnuna mill-Istat ma twassalx għall-għeluq ta' attivitajiet jew għar-rilokazzjoni ta' attivitajiet.

(181)

Madankollu, diversi artikli fl-istampa li jmorru lura għal April 2018 jirrapportaw eżerċizzju ta' tnaqqis ta' madwar 1 000 impjieg fl-istess attività jew f'attività simili fir-Renju Unit.

(182)

L-awtoritajiet Slovakki spjegaw li l-eżerċizzju ta' tnaqqis fl-għadd ta' impjiegi mhuwiex relatat mad-deċiżjoni ta' investiment f'Nitra. Huma kkonfermaw mill-ġdid, b'sostenn minn evidenza awtentika, li JLR ma kellha l-ebda pjan konkret biex tnaqqis l-impjiegi fl-impjant tar-Renju Unit jew f'impjanti oħra fiż-żmien li fih saret l-applikazzjoni għall-għajnuna fis-Slovakkja. Barra minn hekk l-awtoritajiet Slovakki pprovdew kopja ta' “Ftehim ta' Sigurtà” mat-trade unions li jirrappreżentaw lill-forza tax-xogħol ta' JLR fir-Renju Unit iffirmata mill-JLR fit-30 ta' April 2016. Il-Ftehim ta' Sigurtà ddeskriva l-pjan taċ-ċiklu, jiġifieri l-vetturi li kienu se jiġu prodotti fl-impjant tar-Renju Unit. L-awtoritajiet Slovakki spjegaw li fl-2016, JLR u t-trade unions tar-Renju Unit kienu qablu bil-miktub li l-investiment fis-Slovakkja, li kien sejjer jassumi l-produzzjoni tal-vetturi […] tal-impjant ta' Solihull, ma kienx sejjer jirrikjedi r-rilokazzjoni ta' xi impjiegi tar-Renju Unit u lanqas l-għeluq ta' xi kapaċità tar-Renju Unit. Il-Ftehim ta' Sigurtà jistabbilixxi wkoll liema ċirkostanzi jkunu jirrikjedu t-tnaqqis fl-impjiegi fir-Renju Unit u l-passi li kieku jittieħdu bħala riżultat ta' dan iżda dawk iċ-ċirkostanzi kienu deskritti bħala “tibdil ekonomiku maġġuri, bħal tnaqqis ieħor fir-ritmu ekonomiku globali, li jnaqqas id-domanda jew jaffettwa b'xi mod ieħor il-pjan taċ-ċiklu preċedentement miftiehem”.

(183)

Ir-riallokazzjoni tal-vettura […] minn Solihull għal Nitra kienet magħrufa fiż-żmien li fih saret l-applikazzjoni għall-għajnuna iżda JLR kienet ippjanat li tespandi l-ouput tal-produzzjoni globali u tippermetti lil Solihull tlaħħaq mad-domanda dejjem tikber għal vetturi oħra, b'mod partikolari […] u […], b'żieda riżultanti fil-produzzjoni. Il-pjanijiet indikaw li l-kapaċità produttiva ta' […] f'Castle Bromwich kienet ser tibqa' l-istess.

(184)

Kif ġie spjegat mill-awtoritajiet Slovakki, liema spjegazzjoni kienet sostnuta minn informazzjoni pubblikament disponibbli, it-tnaqqis fl-impjiegi mħabbar fl-2018 kien ir-riżultat ta' tnaqqis fid-domanda għal vetturi li jaħdmu bid-diżil, parzjalment minħabba l-politika tat-tassazzjoni tad-diżil tar-Renju Unit, u minħabba inċertezzi dwar Brexit. JLR iddeċidiet li […], b'impatt dirett fuq il-kapaċità ta' Solihull. Dawk il-fatturi mhumiex relatati mal-investiment ta' JLR fis-Slovakkja u seħħew snin wara d-deċiżjoni ta' investiment ta' JLR li tibni impjant f'Nitra.

(185)

Għalhekk il-Kummissjoni tikkonferma mill-ġdid il-konklużjoni tagħha li ma hemm l-ebda rabta kawżali bejn il-miżura ta' għajnuna Slovakka u l-għeluq ta' attivitajiet fir-Renju Unit.

6.4.5.4.   Konklużjoni dwar l-eżistenza ta' effetti manifestament negattivi fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ

(186)

Permezz tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 170 sa 185 ta' din id-Deċiżjoni huwa possibbli li jiġi konkluż li l-għajnuna ma għandha l-ebda effett manifestament negattiv fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ fis-sens tat-taqsima 3.7.2 tar-RAG.

6.4.6.   Ibbilanċjar tal-effetti pożittivi u negattivi tal-għajnuna

(187)

Il-paragrafu 112 tar-RAG jistabbilixxi li sabiex l-għajnuna tkun kompatibbli, l-effetti negattivi tal-għajnuna f'termini ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni u tal-impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri għandhom ikunu limitati u inferjuri għall-effetti pożittivi f'termini tal-kontribut għall-objettiv ta' interess komuni. Hemm ċerti sitwazzjonijiet fejn l-effetti negattivi manifestament jegħlbu kwalunkwe effett pożittiv, li jfisser li l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

(188)

Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tar-rekwiżiti minimi wriet li l-għajnuna hija xierqa, li x-xenarju kontrofattwali ppreżentat huwa kredibbli u realistiku, li l-għajnuna għandha effett ta' inċentiv u hija limitata għall-ammont meħtieġ biex ibiddel id-deċiżjoni ta' JLR dwar il-post. Minħabba li kkontribwiet sabiex l-investiment isir fir-reġjun megħjun, l-għajnuna tikkontribwixxi għall-iżvilupp reġjonali taż-żona ta' Nitra. Il-valutazzjoni wriet ukoll li l-għajnuna ma għandha l-ebda effett manifestament negattiv fis-sens li din la twassal għall-ħolqien jew għaż-żamma ta' kapaċità żejda f'suq f'riċessjoni assoluta, u lanqas ma twassal għal effetti eċċessivi fuq il-kummerċ, tirrispetta l-limitu massimu applikabbli tal-għajnuna reġjonali, ma għandha l-ebda effett kontra l-koeżjoni, u mhijiex il-kawża tal-għeluq ta' attivitajiet f'postijiet oħra u r-rilokazzjoni tagħhom f'Nitra. Barra minn hekk, l-għajnuna ma tinvolvix ksur indissoċjabbli tad-dritt tal-Unjoni (40).

(189)

L-effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-ibbilanċjar li fadal huma identifikati fil-paragrafi 114, 115 u 132 tar-RAG u jittrattaw il-ħolqien jew it-tisħiħ ta' pożizzjoni dominanti fis-suq jew il-ħolqien jew it-tisħiħ ta' kapaċitajiet żejda f'suq bi prestazzjoni dgħajfa, anki fejn is-suq mhuwiex f'riċessjoni assoluta.

(190)

F'konformità mal-analiżi tagħha fid-Deċiżjoni tal-ftuħ li tikkonferma b'din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna la twassal u lanqas ma saħħaħ il-pożizzjoni dominanti fis-suq tal-benefiċjarju tal-għajnuna fir-rigward tal-prodott rilevanti u fis-suq ġeografiku, u lanqas ma twassal għall-ħolqien ta' kapaċità żejda f'suq f'riċessjoni. Għalhekk il-Kummissjoni tikkonkludi li l-effetti negattivi tal-għajnuna fuq il-kompetizzjoni huma limitati.

(191)

L-effett tal-għajnuna fuq il-kummerċ huwa limitat minħabba li l-limitu massimu aġġustat tal-għajnuna reġjonali huwa rispettat, u l-miżura ma għandha l-ebda effett kontra l-koeżjoni jew effett ta' rilokazzjoni.

(192)

Peress li l-għajnuna tissodisfa r-rekwiżiti minimi kollha, ma għandhiex effett manifestament negattiv, u l-analiżi msemmija fil-premessi 190 u 191 ta' din id-Deċiżjoni turi li għandha effetti negattivi limitati fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-effetti pożittivi sostanzjali tal-għajnuna fuq l-iżvilupp reġjonali tar-reġjun ta' Nitra, u b'mod partikolari l-effetti tal-ġenerazzjoni tal-impjiegi u tad-dħul tal-investiment imsemmija fid-Deċiżjoni tal-ftuħ, jegħlbu b'mod ċar l-effetti negattivi limitati.

6.5.   Trasparenza

(193)

Fid-dawl tal-paragrafu II.2 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-Trasparenza (41), l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-pubblikazzjoni fuq sit web komprensiv dwar l-għajnuna mill-Istat, fuq livell nazzjonali jew reġjonali, tat-test sħiħ tal-iskema ta' għajnuna approvata jew tad-deċiżjoni individwali dwar l-għoti ta' għajnuna u d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tagħha, jew link għalih, l-identità tal-awtorità jew tal-awtoritajiet tal-għotja, l-identità tal-benefiċjarji individwali, il-forma u l-ammont ta' għajnuna mogħtija lil kull benefiċjarju, id-data tal-għoti, it-tip ta' impriża, ir-reġjun li fih jinsab il-benefiċjarju f'termini tal-livelli NUTS u s-settur ekonomiku prinċipali tal-attivitajiet tal-benefiċjarju, fil-livell tal-grupp NACE. Din l-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni dwar l-għoti tal-għajnuna, għandha tinżamm għal mill-inqas 10 snin u għandha tkun disponibbli għall-pubbliku ġenerali mingħajr restrizzjonijiet. L-Istati Membri huma meħtieġa jippubblikaw l-informazzjoni msemmija f'din il-premessa mill-1 ta' Lulju 2016.

(194)

Fid-Deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni nnotat li s-Slovakkja kkonfermat li sejra tirrispetta r-rekwiżiti kollha li jittrattaw it-trasparenza stabbiliti fil-paragrafu II.2 tal-Komunikazzjoni dwar it-Trasparenza.

7.   KONKLUŻJONI

(195)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna għall-investiment reġjonali notifikata favur Jaguar Land Rover Slovakia s.r.o. tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fir-RAG 2014–2020 u għalhekk tista' titqies bħala kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(a) tat-TFUE.

(196)

Fid-dawl tal-fatt li l-awtoritajiet Slovakki qablu b'mod eċċezzjonali li jirrinunzjaw għad-drittijiet li joħorġu mill-Artikolu 342 tat-TFUE flimkien mal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1 (42) u li d-deċiżjoni ppjanata tiġi adottata u notifikata skont l-Artikolu 297 tat-TFUE bl-Ingliż, din id-Deċiżjoni għandha tiġi adottata bl-Ingliż,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna mill-Istat li s-Slovakkja qiegħda tippjana li timplimenta favur Jaguar Land Rover Slovakia s.r.o. li tammonta għal massimu ta' EUR 125 046 543 f'valur kurrenti u intensità massima tal-għajnuna ta' 9,13 % f'ekwivalenti tal-għotja gross hija kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

L-implimentazzjoni tal-għajnuna hija awtorizzata skont dan.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Slovakka.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Ottubru 2018.

Għall-Kummissjoni

Margrethe VESTAGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU C 422, 8.12.2017, p. 21.

(2)  Kif definit aktar fit-Taqsima 2.3 ta' din id-Deċiżjoni.

(3)  Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 1.

(4)  SA.37447 (N/2013), ĠU C 210, 4.7.2014, p. 4.

(5)  Il-valuri kurrenti f'din id-Deċiżjoni huma kkalkulati abbażi ta' rata ta' skont ta' 1.17 %, applikabbli fiż-żmien tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-għajnuna definittiva, jiġifieri fl-24 ta' Novembru 2015. Il-valuri kurrenti huma skontati skont is-sena finanzjarja tar-Renju Unit 2015/2016, li hija d-data ppjanata tal-għoti. JLR tuża s-sena finanzjarja tar-Renju Unit li tibda mill-1 ta' April sal-31 ta' Marzu.

(6)  Produzzjoni ppjanata tal-All-new Land Rover Discovery, magħrufa bħala […] (*), u […], magħrufa bħala […].

(*)

Sigriet kummerċjali

(7)   ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1.

(8)  Abbażi ta' rata ta' skont ta' 1,17 %, kif imsemmi fin-nota f'qiegħ il-paġna 5.

(9)  http://www.zakonypreludi.sk/zz/2013-58

(10)  L-Att Nru 175/1999 tad-29 ta' Ġunju 1999 dwar Ċerti Miżuri Relatati mat-Tħejjija ta' Investimenti Sinifikanti u dwar l-Emenda ta' Ċerti Liġijiet.

(11)   ĠU C 262, 19.7.2016, p. 1

(12)  Dan il-fehim huwa skont l-Artikolu 2(33) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (GBER) (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).

(13)   ĠU C 209, 23.7.2013, p. 1.

(14)  F'din id-Deċiżjoni ġiet applikata rata tal-kambju ta' GBP:EUR ta' 1:1,2 peress li din kienet ir-rata li JLR użat għall-ippjanar fit-tul tan-negozju.

(15)  Il-limitu l-ieħor huwa l-limitu massimu aġġustat tal-għajnuna reġjonali.

(16)  Fil-paragrafu 13 id-Deċiżjoni tal-ftuħ issemmi li l-NSP jinsab ħdejn park industrijali diġà eżistenti ta' 29,7 ettari. Din l-informazzjoni ma tidhirx li hija korretta peress li l-park industrijali ta' Nitra North huwa konsiderevolment akbar. Fil-mappa annotata fl-Iskeda 7 tal-Ftehim ta' Investiment, żona ta' 27 ettaru ġewwa l-NSP hija mmarkata bħala “Park Industrijali”. Din ma tikkorrispondix mal-park industrijali ta' Nitra North.

(17)  Pjan ta' Tqassim f'Żoni tar-Reġjun ta' Nitra tal-1998 Nru 188, tat-28 ta' April 1998.

(18)  Ir-Regolament 58 tal-Gvern tar-Repubblika Slovakka tat-13 ta' Marzu 2013 dwar it-tariffi għad-diżapproprjazzjoni u għall-użu mhux awtorizzat ta' art agrikola.

(19)  Ir-Riżoluzzjoni tal-Gvern 401/2015 tat-8 ta' Lulju 2015.

(20)  Úrad pre reguláciu sieťových odvetví.

(21)   ĠU C 209, 10.7.1997, p. 3.

(22)  Bl-użu taċ-ċifri użati mill-Kummissjoni fin-nota f'qiegħ il-paġna 55 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ.

(23)  Jikkorrispondu għal kost ta' investiment eliġibbli ta' GBP [1 700–2 100] miljun.

(24)  Rapport tal-IDC, datat it-30 ta' Marzu 2015.

(25)  Preżentazzjoni ta' IDC, datata l-1 ta' Ġunju 2015.

(26)  Preżentazzjoni tal-Kunsill għall-Istrateġija, datata l-15 ta' Ġunju 2015.

(27)  SA.36346 (2013/N), ĠU C 141, 9.5.2014, p. 1.

(28)  L-awtoritajiet Slovakki nnotaw li filwaqt li d-Deċiżjoni tal-ftuħ issemmi ċerti Xogħlijiet Speċifiċi għall-Investitur li jlaħħqu EUR 16,9 miljun li għandhom jitħallsu minn JLR, il-kostijiet għal dawk ix-xogħlijiet kienu diġà telgħu għal EUR 30,1 miljun.

(29)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/508 tal-1 ta' Ottubru 2014 dwar l-allegata għajnuna infrastrutturali tal-Ġermanja lil Propapier PM2 GmbH — Għajnuna mill-istat SA.36147 (C 30/10) (ex NN 45/10; ex CP 327/08) (ĠU L 89, 1.4.2015, p. 72).

(30)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1996, SFEI et, C-39-94, ECLI:EU:C:1996:285, il-paragrafi 60–61.

(31)  Ir-rapport […] beda minn plotts oħra bi prezzijiet fil-medda ta' bejn EUR 10 u 40 għal kull metru kwadru. Ir-rapport ta' […] beda minn plotts oħra bi prezzijiet fil-medda ta' bejn EUR 3 u 55 għal kull metru kwadru. Ir-rapport ta' CB Richard Ellis beda minn plotts oħra bi prezzijiet fil-medda ta' bejn EUR 14 u EUR 38 għal kull metru kwadru.

(32)  Il-metodoloġija bdiet minn prezz tal-bejgħ ta' EUR 35 għal kull metru kwadru u bejgħ proporzjonat tal-art fi żmien l-20 sena segwenti.

(33)  Il-ftehim ta' investiment jgħid li jekk il-kostijiet reali tal-investiment ikkalkulati għall-perjodu ta' investiment huma ta' inqas minn 85 % tal-Investiment għal Proġett Ippjanat, is-Slovakkja tkun intitolata ttemm il-ftehim u l-JLR ikollha l-obbligu li tħallas lura l-ammont kollu tal-għajnuna għall-investiment.

(34)  Waqt il-Business Approval gateway jiġu maqbula l-istrateġiji tan-negozju, il-proġett jiġi miżjud mal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju u mal-pjan taċ-ċiklu u jiġi approvat il-proġett ta' investiment kollu.

(35)  Li jikkorrispondi għal kost eliġibbli ta' GBP [1 700–2 100] miljun, li kien aktar baxx mill-ammont ta' GBP [2 100–2 500] miljun kif imsemmi fl-abbozz tal-applikazzjoni għall-għajnuna tal-25 ta' Ġunju 2015.

(36)  Valur nominali –- EUR [180–240] miljun.

(37)  In-nefqa eliġibbli standardizzata għal proġetti ta' investiment minn ditti kbar hija deskritta fid-dettall fit-taqsima 3.6.1.1 u 3.6.1.2 tar-RAG.

(38)  Ara l-paragrafu 86 u 20(c) tar-RAG.

(39)  SA.37485 — Mappa tal-għajnuna reġjonali għall-Polonja, ĠU C 210, 4.7.2014, p. 1.

(40)  Il-paragrafu 28 tar-RAG.

(41)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni li temenda l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Linji Gwida tal-UE għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'rabta mal-implimentazzjoni rapida tan-netwerks tal-broadband, dwar Linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014–2020, dwar għajnuna mill-Istat għal films u xogħlijiet awdjoviżivi oħra, dwar il-Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta' investimenti u finanzjament ta' riskju u dwar il-Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (ĠU C 198, 27.6.2014, p. 30).

(42)  Ir-Regolament Nru 1 tal-15 ta' April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU 17, 6.10.1958, p. 385/58).


2.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/112


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1128

tal-1 ta' Lulju 2019

dwar id-drittijiet ta' aċċess għar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza u għat-tweġibiet maħżuna fir-Repożitorju Ċentrali Ewropew u li tħassar id-Deċiżjoni 2012/780/UE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta' okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 18(5) tar-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), ir-rakkomandazzjonijiet kollha dwar is-sikurezza u t-tweġibiet kollha għalihom għandhom jiġu rreġistrati fir-repożitorju ċentrali.

(2)

Ir-repożitorju ċentrali msemmi fil-premessa 1 huwa stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 376/2014 bħala r-Repożitorju Ċentrali Ewropew.

(3)

Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 376/2014, l-aċċess għar-rapporti dwar l-okkorrenzi maħżuna fir-Repożitorju Ċentrali Ewropew huwa ristrett minħabba n-natura kunfidenzjali tagħhom. Min-naħa l-oħra, hemm interess leġittimu li jingħata aċċess pubbliku għar-rakkomandazzjonijiet kollha dwar is-sikurezza u t-tweġibiet għalihom minħabba l-fini ġenerali tar-Regolament (UE) Nru 996/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 376/2014 li jitnaqqas in-numru ta' aċċidenti u li tiġi promossa d-disseminazzjoni ta' sejbiet dwar inċidenti relatati mas-sikurezza. L-eżistenza ta' tali interess leġittimu hija kkonfermata wkoll mill-fatt li r-rapporti ta' investigazzjoni dwar is-sikurezza, li ta' spiss jinkludu rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza, iridu jsiru pubbliċi skont ir-Regolament (UE) Nru 996/2010.

(4)

Skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) Nru 376/2014, il-Kummissjoni trid tadotta arranġamenti għall-ġestjoni tar-Repożitorju Ċentrali Ewropew. Peress li, għal raġunijiet ta' sigurtà, jenħtieġ li ma jkun hemm l-ebda aċċess dirett għar-Repożitorju Ċentrali Ewropew, ir-rakkomandazzjonijiet kollha dwar is-sikurezza u t-tweġibiet kollha għalihom li jinsabu fir-Repożitorju Ċentrali Ewropew jenħtieġ li jkunu disponibbli għall-pubbliku ġenerali permezz ta' sit web pubbliku separat.

(5)

Jenħtieġ li jiġi żgurat f'kull ħin u fil-livelli kollha li, fir-rigward tal-ħżin, l-ipproċessar u l-iskambju tad-data, jiġu rispettati l-obbligi dwar il-protezzjoni tad-data personali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u fir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/780/UE (5) jenħtieġ li titħassar u tiġi sostitwita b'din id-Deċiżjoni, li meta mqabbla mad-Deċiżjoni 2012/780/UE, jenħtieġ li tistabbilixxi aċċess pubbliku mhux biss għar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza iżda wkoll għat-tweġibiet għalihom.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi miżuri dwar il-ġestjoni tar-Repożitorju Ċentrali Ewropew stabbilit skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 376/2014 fir-rigward tal-aċċess għar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza skont it-tifsira tal-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) Nru 996/2010 u għat-tweġibiet għalihom irreġistrati skont l-Artikolu 18(3) tal-istess Regolament.

Artikolu 2

Stat tar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza u t-tweġibiet għalihom

Ir-rakkomandazzjonijiet kollha dwar is-sikurezza u t-tweġibiet kollha għalihom li jinsabu fir-Repożitorju Ċentrali Ewropew għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku ġenerali permezz ta' sit web pubbliku li għandu jiġi stabbilit u ġestit mill-Kummissjoni.

Artikolu 3

Protezzjoni tad-data personali

L-ipproċessar tad-data personali fil-qafas ta' din id-Deċiżjoni għandu jitwettaq f'konformità mar-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725.

Artikolu 4

Kunfidenzjalità

It-tweġibiet għar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza ippubblikati skont din id-Deċiżjoni ma għandu jkun fihom ebda informazzjoni ta' natura kunfidenzjali. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri xierqa f'dak ir-rigward.

Artikolu 5

Tħassir

Id-Deċiżjoni 2012/780/UE titħassar.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Lulju 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta' aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE (ĠU L 295, 12.11.2010, p. 35).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/780/UE tal-5 ta' Diċembru 2012 dwar id-drittijiet ta' aċċess għar-Repożitorju Ċentrali Ewropew tar-Rakkomandazzjonijiet dwar is-Sikurezza u t-tweġibiet tagħhom stabbilit bl-Artikolu 18(5) tar-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta' aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE (ĠU L 342, 14.12.2012, p. 46).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1).