ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 176

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
1 ta' Lulju 2019


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Informazzjoni dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport

1

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2019/1112 tat-12 ta' Ġunju 2019 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2018/1219 (EUNAVFOR MED/1/2019)

2

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2019/1113 tad-19 ta' Ġunju 2019 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (EUTM RCA/1/2019)

4

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1114 tat-28 ta' Ġunju 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)

5

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1115 tat-28 ta' Ġunju 2019 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta' Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah)

6

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1116 tad-19 ta' Diċembru 2017 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.33829 (2012/C) L-iskema ta' Malta ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ u miżuri oħra tal-Istat favur kumpaniji tat-trasport marittimu u l-azzjonisti tagħhom (notifikata bid-dokument C(2017) 8734)  ( 1 )

7

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1117 tal-24 ta' Ġunju 2019 li temenda d-Deċiżjonijiet 2007/305/KE, 2007/306/KE u 2007/307/KE fir-rigward ta' bidla tad-destinatarju tad-Deċiżjonijiet (notifikata bid-dokument C(2019) 4523)

59

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1118 tas-27 ta' Ġunju 2019 dwar il-proġett transfruntier ta' bejn ix-xmara Seine u x-xmara Scheldt fil-Kurituri tan-Netwerk Ewlieni ta' bejn il-Baħar tat-Tramuntana u l-Mediterran u tal-Atlantiku (notifikata bid-dokument C(2019) 4561)

61

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1119 tat-28 ta' Ġunju 2019 dwar l-approvazzjoni ta' illuminazzjoni esterna effiċjenti tal-vetturi permezz ta' dijodi li jemettu d-dawl għall-użu f'vetturi b'magna ta' kombustjoni interna u f'vetturi elettriċi ibridi li ma jistgħux jiġu ċċarġjati esternament bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

67

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Ir-Regolament Nru 136 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' vetturi tal-kategorija L f'dak li għandu x'jaqsam ma' rekwiżiti speċifiċi għas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika [2019/1120]

80

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

1.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 176/1


Informazzjoni dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport

It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport (1), iffirmat mill-Unjoni Ewropea u sitt isħab mill-Ewropa tax-Xlokk bejn it-12 ta' Lulju (Trieste) u d-9 ta' Ottubru 2017 (Brussell), daħal fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2019 f'konformità mal-Artikolu 41(2) tiegħu. Il-partijiet kollha rratifikawh jew approvawh.


(1)  It-trattat ġie ppubblikat fil-ĠU L 278, 27.10.2017, p. 3.


DEĊIŻJONIJIET

1.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 176/2


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2019/1112

tat-12 ta' Ġunju 2019

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2018/1219 (EUNAVFOR MED/1/2019)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/778 tat-18 ta' Mejju 2015 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/778, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) sabiex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA (“Kmandant tal-Forza tal-UE”).

(2)

Fit-23 ta' Awwissu 2018, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1219 (2) li ħatar lill-Viċi Ammirall (LH) Stefano TURCHETTO bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE.

(3)

Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE tal-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA rrakkomanda l-ħatra tal-Viċi Ammirall (LH) Ettore SOCCI biex jieħu post il-Viċi Ammirall (LH) Stefano TURCHETTO bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Forza tal-UE mit-12 ta' Ġunju 2019.

(4)

Fil-5 ta' Ġunju 2019, il-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea appoġġa dik ir-rakkomandazzjoni.

(5)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/1219 jenħtieġ li titħassar.

(6)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Viċi Ammirall (LH) Ettore SOCCI huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) mit-12 ta' Ġunju 2019.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/1219 hija b'dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta' Ġunju 2019.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Ġunju 2019.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

S. FROM-EMMESBERGER


(1)  ĠU L 122, 19.5.2015, p. 31.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2018/1219 tat-23 ta' Awwissu 2018 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin- Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2017/2432 (EUNAVFOR MED/1/2018) (ĠU L 226, 7.9.2018, p. 5).


1.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 176/4


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2019/1113

tad-19 ta' Ġunju 2019

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (EUTM RCA/1/2019)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/610 tad-19 ta' April 2016 dwar Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,

Billi:

(1)

Il-Kunsill awtorizza, taħt id-Deċiżjoni (PESK) 2016/610, lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS), f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-EUTM RCA, inklużi d-deċiżjonijiet dwar il-ħatra ta' Kmandanti sussegwenti tal-Forza tal-Missjoni tal-UE.

(2)

Fid-19 ta' Diċembru 2017, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2439 (2) biex ħatar lill-Brigadier Ġeneral Hermínio TEODORO MAIO bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM RCA.

(3)

Fil-15 ta' Mejju 2019, il-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea rrakkomanda li tiġi approvata n-nomina tal-Brigadier Ġeneral Éric PELTIER biex jieħu post il-Brigadier Ġeneral Hermínio TEODORO MAIO bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM RCA mit-8 ta' Lulju 2019.

(4)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Brigadier Ġeneral Éric PELTIER huwa b'dan maħtur bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) mit-8 ta' Lulju 2019.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Ġunju 2019.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

S. FROM-EMMERSBERGER


(1)  ĠU L 104, 20.4.2016, p. 21.

(2)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2017/2439 tad-19 ta' Diċembru 2017 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (EUTM RCA/4/2017) (ĠU L 344, 23.12.2017, p. 40).


1.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 176/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/1114

tat-28 ta' Ġunju 2019

li temenda d-Deċiżjoni 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-3 ta' Lulju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/354/PESK (1), li kompliet il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) mill-1 ta' Lulju 2013.

(2)

Fid-29 ta' Ġunju 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/942 (2), li emendat id-Deċiżjoni 2013/354/PESK u li estendiet l-EUPOL COPPS mill-1 ta' Lulju 2018 sat-30 ta' Ġunju 2019.

(3)

Wara r-Reviżjoni Strateġika tal-EUPOL COPPS, jenħtieġ li l-EUPOL COPPS tiġi estiża għal perijodu ulterjuri ta' 12-il xahar, sat-30 ta' Ġunju 2020.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/354/PESK tiġi emendata skont dan.

(5)

L-EUPOL COPPS ser titwettaq fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2013/354/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 12(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2019 sat-30 ta' Ġunju 2020 għandu jkun ta' EUR 12 430 000.”;

(2)

fl-Artikolu 15, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Hija għandha tiskadi fit-30 ta' Ġunju 2020.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2019.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Ġunju 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/354/PESK tat-3 ta' Lulju 2013 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (ĠU L 185, 4.7.2013, p. 12).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/942 tad-29 ta' Ġunju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (ĠU L 166, 3.7.2018, p. 17).


1.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 176/6


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/1115

tat-28 ta' Ġunju 2019

li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta' Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-25 ta' Novembru 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK (1) dwar l-istabbiliment ta' Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah).

(2)

Fid-29 ta' Ġunju 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/943 (2) li emendat l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK u estendietha sat-30 ta' Ġunju 2019.

(3)

Wara r-Reviżjoni Strateġika tal-EU BAM Rafah, jenħtieġ li l-EU BAM Rafah tiġi estiża għal perijodu ulterjuri ta' 12-il xahar, sat-30 ta' Ġunju 2020.

(4)

L-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ.

(5)

L-EU BAM Rafah ser titwettaq fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 13(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EU BAM Rafah għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2019 sat-30 ta' Ġunju 2020 għandu jkun ta' EUR 2 150 000.”;

(2)

fl-Artikolu 16, it-tieni paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Hija għandha tiskadi fit-30 ta' Ġunju 2020.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2019.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Ġunju 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  L-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/889/PESK tal-25 ta' Novembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah) (ĠU L 327, 14.12.2005, p. 28).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/943 tad-29 ta' Ġunju 2018 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta' Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah) (ĠU L 166, 3.7.2018, p. 19).


1.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 176/7


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1116

tad-19 ta' Diċembru 2017

dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.33829 (2012/C) L-iskema ta' Malta ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ u miżuri oħra tal-Istat favur kumpaniji tat-trasport marittimu u l-azzjonisti tagħhom

(notifikata bid-dokument C(2017) 8734)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li talbet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom f'konformità mad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Fuq il-bażi ta' lment li rċiviet minn parti interessata f'Ottubru 2011, il-Kummissjoni daħlet f'diskussjoni mal-awtoritajiet Maltin dwar l-iskema ta' Malta ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ u dwar miżuri oħra ta' tassazzjoni. Wara diskussjonijiet bil-miktub u orali mal-awtoritajiet Maltin bejn Novembru 2011 u Ġunju 2012, il-Kummissjoni informat lil Malta permezz tal-ittra ddatata s-26 ta' Lulju 2012 li hi kienet iddeċidiet li tiftaħ il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) dwar il-miżuri ta' għajnuna illegali possibbli applikati minn Malta favur il-kumpaniji tat-trasport marittimu u l-azzjonisti tagħhom (“id-deċiżjoni tal-ftuħ”) (2).

(2)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar il-miżuri stabbiliti fid-deċiżjoni tal-ftuħ fil-premessi minn 3 sa 30.

(3)

Il-Kummissjoni rċiviet kummenti mingħand sitt partijiet interessati: Il-European Community Shipowners' Association; L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Liġi Marittima (Malta Maritime Law Association); L-Assoċjazzjoni Norveġiża tas-Sidien tal-Bastimenti (Norwegian Shipowners' Association) Il-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija ta' Malta; Il-Kunsill Malti għat-Trasport Marittimu Internazzjonali (Malta International Shipping Council); Is-Super Yachts Industry Network — Malta. Il-Kummissjoni rċiviet ukoll kummenti mingħand impjegat Ġermaniż mis-settur tat-trasport marittimu li xtaq jibqa' anonimu.

(4)

Il-kummenti ngħaddew lil Malta, li ngħatat l-opportunità li tirreaġixxi; il-kummenti min-naħa ta' Malta waslu permezz tal-ittra ddatata l-15 ta' Diċembru 2012.

(5)

Malta ssottomettiet osservazzjonijiet ulterjuri permezz tal-ittri ddatati l-15 ta' Ottubru 2012, il-21 ta' Diċembru 2012, is-27 ta' Frar 2013, il-31 ta' Ottubru 2013, il-25 ta' Marzu 2014 u l-24 ta' Diċembru 2015.

(6)

Permezz tal-ittra datata d-9 ta' Diċembru 2016, Malta rrinunzjat għad-dritt tagħha skont l-Artikolu 342 tat-TFUE flimkien mal-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 1 li jiddeterminaw il-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (3) biex tadotta d-Deċiżjoni bil-Malti u qablet li din id-Deċiżjoni tiġi adottata bl-Ingliż.

2.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI

(7)

Din id-Deċiżjoni hi relatata mal-miżuri li ġejjin:

(a)

l-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ u b'mod speċifiku:

(i)

il-bastimenti eliġibbli għat-taxxa fuq it-tunnellaġġ;

(ii)

tipi speċifiċi ta' introjtu u ta' attivitajiet tal-bastimenti eżentati (4) soġġetti għat-taxxa fuq it-tunnellaġġ, l-iskema tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ, inkluża l-estensjoni tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ għal attivitajiet mhux ċentrali tat-trasport marittimu;

(iii)

il-livell tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ;

(iv)

ir-rekwiżit tal-bandiera;

(v)

il-miżuri ta' delimitazzjoni;

(b)

l-eżenzjoni mit-tassazzjoni fuq il-qligħ kapitali li jirriżulta mill-bejgħ jew mit-trasferiment ta' bastimenti;

(c)

l-eżenzjoni mit-tassazzjoni fuq il-qligħ kapitali fir-rigward tal-ishma f'kumpaniji tat-trasport marittimu;

(d)

l-eżenzjoni mit-tassazzjoni fuq id-dividendi fir-rigward tal-ishma f'kumpaniji tat-trasport marittimu,

(e)

l-eżenzjoni mit-tassazzjoni fuq l-imgħax jew fuq introjtu ieħor fir-rigward tal-finanzjament ta' kumpaniji tat-trasport marittimu jew ta' bastimenti eżentati,

(f)

l-eżenzjoni minn ċerti taxxi fuq id-dokumenti u t-trasferimenti.

2.1.   L-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ

2.1.1.   Il-prinċipji ġenerali — Il-bastimenti, l-introjtu u l-attivitajiet eliġibbli

(8)

Skont l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili (5), kif issupplimentat u emendat speċifikament mir-Regolamenti dwar Bastimenti Merkantili (6) (“ir-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni”), l-introjtu miksub minn organizzazzjoni liċenzjata tat-trasport marittimu minn attivitajiet ta' trasport marittimu jista' jiġi eżentat mit-taxxa fuq l-introjtu skont l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income (7), dment li l-pagamenti għar-reġistrazzjoni u t-taxxi fuq it-tunnellaġġ rilevanti kollha (8) jitħallsu kif xieraq. L-għażla li titħallas it-taxxa fuq it-tunnellaġġ hi relatata ma' introjtu li jirriżulta mill-operazzjoni ta' bastiment eżentat (9).

(9)

Organizzazzjoni tat-trasport marittimu hi definita, fl-Att dwar il-Bastimenti Merkantili (10), bħala organizzazzjoni li għandha t-tiri ewlenin tagħha bħala waħda jew aktar mill-attivitajiet li ġejjin dment li tkun liċenzjata biex twettaqhom:

“(a)

il-proprjetà, it-tħaddim (sew b'nolleġġ sew xort'oħra), l-amministrazzjoni u l-maniġġ ta' bastiment jew bastimenti reġistrati bħala bastiment Malti skont dan l-Att u l-ġestjoni ta' kull attività anċillari ta' xorta finanzjarja, sikurattiva u kummerċjali f'dak kollu relattiv;

‘(b)

il-proprjetà, it-tħaddim (sew b'nolleġġ sew xort'oħra), l-amministrazzjoni u l-maniġġ ta' bastiment jew bastimenti reġistrati taħt il-bandiera ta' stat ieħor u l-ġestjoni ta' kull attività anċillari ta' xorta finanzjarja, sikurattiva u kummerċjali f'dak kollu relattiv;

(c)

il-pussess ta' ishma jew ta' equity interests oħra f'entijiet, sew ta' Malta sew xort'oħra, stabbiliti għal xi wieħed mill-għanijiet dikjarati f'dan l-artikolu u l-ġestjoni ta' kull attività anċillari ta' xorta finanzjarja, sikurattiva u kummerċjali f'dak kollu relattiv;

(d)

il-formazzjoni ta' kapital permezz ta' self, il-ħruġ ta' garanziji jew il-ħruġ ta' titoli mill-kumpannija meta l-għan ta' dik l-attività ikun li jikseb l-għanijiet dikjarati f'dan l-artikolu għall-organizzazzjoni ta' bastimenti nnifisha jew għal organizzazzjonijiet ta' bastimenti oħra fi ħdan l-istess grupp; […]

(e)

għall-ġestjoni ta' kull attività oħra fis-settur marittimu li l-Ministru jista', bil-parir tal-Awtorità, minn żmien għal żmien jippreskrivi b'regolamenti bħala li tikkwalifika għall-għan hawn aktar qabel imsemmi.”

(10)

L-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ tkopri l-introjtu miksub minn attivitajiet ta' trasport marittimu (11). Ir-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni jirrikjedu li tiġi żgurata separazzjoni tal-kontijiet fir-rigward tal-attivitajiet ta' trasport marittimu u dawk li mhumiex (12). “Shipping Activities” huma ddefiniti bħala “the international carriage of goods or passengers by sea or the provision of other services to or by a ship as may be ancillary thereto or associated therewith including the ownership, chartering or any other operation of a ship engaged in all or any of the above activities or as otherwise may be prescribed” (13). (Teżisti fit-test tal-Att bl-Ingiż biss.)

(11)

L-Artikolu 85(1) tal-Att dwar il-Bastimenti Merkantili jistabbilixxi r-rekwiżiti biex bastiment jikkwalifika bħala “bastiment eżentat” u b'hekk jibbenefika mill-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ: “Bastiment eżentat” tfisser “bastiment li hu dikjarat bħala bastiment eżentat mill-Ministru skont l-Artikolu 85 A jew bastiment li jkun għal kollox proprjetà jew chartered minn, ta' kumpannija jew kumpanniji reġistrati skont din it-Taqsima ta' dan l-Att, li jkun bastiment ta' mhux inqas minn 1 000 tunnellata netta mħaddem fil-ġarr ta' merkanzija jew ta' passiġġieri”. L-Artikolu 85 A(1) tal-Att dwar il-Bastimenti Merkantili jippermetti li kwalunkwe bastiment, inklużi dawk li jkunu inqas minn 1 000 tunnellata netta (14), jiġi ddikjarat bħala “bastiment eżentat”, u għalhekk ikun eliġibbli għall-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ. It-test attwali jispeċifika li dan jista' jsir “ikun x'ikun it-tħaddim tiegħu jew ix-xogħol li fih ikun użat”, u bit-tali kondizzjonijiet li l-Ministru responsabbli “jidhirlu xierqa”.

(12)

L-introjtu miksub mill-attivitajiet ta' trasport marittimu ta' organizzazzjoni liċezjata tat-trasport marittimu hu eżentat mit-taxxa fuq l-introjtu skont l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income (15).

(13)

Fil-qosor, bastimenti fl-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ (“bastimenti eżentati”) li huma eliġibbli għat-tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ filwaqt li jkunu eżentati mit-taxxa fuq l-introjtu hu bastiment “li jkun għal kollox proprjetà jew chartered minn, ta' kumpannija jew kumpanniji reġistrati skont din it-Taqsima ta' dan l-Att” (16) u li jkun attiv f'attivitajiet ta' trasport marittimu (17).

(14)

Barra minn hekk, dan li ġej hu eżentat mit-tassazzjoni skont l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income: kwalunkwe introjtu, profitt jew qligħ ta' organizzazzjoni liċenzjata tat-trasport marittimu derivat mill-bejgħ jew minn trasferiment ieħor ta' bastiment eżentat jew mid-disponiment ta' kwalunkwe dritt għax-xiri ta' bastiment li, meta jiġi eżegwit jew imwettaq, ikun jikkwalifika bħala bastiment eżentat (18).

2.1.2.   Tipi speċifiċi ta' introjtu u ta' attivitajiet eliġibbli għat-taxxa fuq it-tunnellaġġ

2.1.2.1.   L-għoti ta' bastimenti b'nolleġġ mingħajr ekwipaġġ

(15)

Skont il-leġiżlazzjoni ta' Malta, id-dħul kollu mill-għoti ta' bastimetni b'nolleġġ mingħajr ekwipaġġ hu eliġibbli għat-tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ, mingħajr ebda limitazzjoni.

2.1.2.2.   In-nolleġġ għal ċertu żmien/vjaġġ

(16)

Minħabba d-definizzjoni wiesgħa ta' “organizzazzjoni tat-trasport marittimu” (19) flimkien mad-definizzjoni wiesgħa ta' “attivitajiet ta' trasport marittimu” (20) fil-leġiżlazzjoni ta' Malta, jista' jiġi interpretat li l-profitti ta' maniġers kummerċjali puri ta' bastimenti mingħajr ebda responsabbiltà għall-ekwipaġġ jew għall-ġestjoni teknika (jiġifieri, kumpaniji li jidħlu f'kuntratti ta' trasport u jibbażaw fuq kumpaniji oħra biex ifornu s-servizz, permezz ta' nolleġġ għal ċertu żmien/vjaġġ) huma eliġibbli għat-taxxa fuq it-tunnellaġġ.

(17)

L-użu ta' bastimenti nolleġġati għal ċertu żmien hu soġġett għar-rekwiżiti tal-obbligu tal-bandiera stipulati fil-premessa 24. Madankollu, bħalissa ma hemm ebda regola espliċita rigward ir-rekwiżit minimu tal-bandiera taż-ŻEE għal min jidħol ġdid fl-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ.

(18)

Fis-6 ta' Jannar 2012, ir-Reġistratur Ġenerali ta' Bastimenti ħareġ regoli interni dwar l-eliġibbiltà għall-applikazzjoni tal-iskema ta' Malta ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ (“2012 Rules on Internal Procedure”) (21). Dawn jinkludu restrizzjonijiet dwar in-nolleġġ għal ċertu żmein u attivitajiet simili bħala perċentwal mit-tunnellaġġ totali tal-flotta. L-istess proċedura interna tippermetti għal derogi li jaslu sa tliet snin:

“Fiż-żmien tal-parteċipazzjoni volontarja fl-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ, it-tunnellaġġ totali nett tal-bastimenti nolleġġati u inklużi fl-iskema ta' tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ ma jaqbiżx it-80 % tat-tunnellaġġ totali nett tal-bastimenti kollha nolleġġati u operati min-nolleġġatur li jikkwalifika u minn kwalunkwe organizzazzjoni oħra li tagħmel parti mill-istess grupp. Bastiment nolleġġat tfisser bastiment meħud b'nolleġġ għal ċertu żmien jew b'nolleġġ għal vjaġġ jew fuq bażi ta' kuntratt ta' nolleġġ. Bastimenti operati tfisser bastimenti taħt sjieda jew nolleġġati mingħajr ekwipaġġ. Dan il-perċentwal jista' jilħaq id-90 % dment li kull bastiment nolleġġat itajjar bandiera tal-Komunità jew ikun taħt ġestjoni (tal-ekwipaġġ u teknika) sħiħa tat-territorju tal-UE/taż-ŻEE. Wara t-tidħil fis-sistema, in-nolleġġatur jista' jżid it-tunnellaġġ nett perċentwali nolleġġat mill-massimu msemmi hawn fuq, dment li dan l-eċċess ma jseħħx għal aktar minn tliet perjodi konsekuttivi tat-taxxa”. [Traduzzjoni mhux uffiċjali].

2.1.2.3.   Id-dħul anċillari

(19)

B'rabta mal-ġarr ta' merkanzija u ta' passiġġieri, it-2012 Rules on Internal Procedure jagħtu ċerti dettalji dwar liema “attivitajiet anċillari” normalment jitqiesu mill-awtoritajiet Maltin bħala attivitajiet koperti mid-definizzjoni ta' “attivitajiet ta' trasport marittimu”. Hu speċifikat li b'mod ġenerali “L-attivitajiet kollha li huma sostanzjalment konnessi ma' parti normali tal-bastiment, u li jifformaw parti mit-tali bastiment, li jopera servizz li jkun qed jiġi offrut matul l-operazzjoni ta' bastimenti li jikkwalifikaw għandhom jikkwalifikaw għar-reġim tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ”. [Traduzzjoni mhux uffiċjali]. B'mod partikolari, l-attivitajiet li ġejjin huma speċifikati f'dak ir-rigward:

(a)

B'rabta mal-ġarr ta' passiġġieri bil-baħar (bastimenti tal-kruċiera), l-attivitajiet kollha relatati ma' akkomodazzjoni, ma' forniment tal-ikel, ma' divertiment u ma' bejgħ fil-livell tal-konsumatur abbord bastiment li jikkwalifika, dment li dawn is-servizzi jitwettqu bħala attivitajiet anċillari għall-attività ta' ġarr ta' passiġġieri bil-baħar minn dak il-bastiment u lkoll ikunu kkonsmati jew użati abbord dak il-bastiment;

(b)

l-operazzjoni tal-faċilitajiet tal-uffiċċju b'rabta mal-attivitajiet ta' trasport marittimu soġġetti għat-taxxa fuq it-tunnellaġġ;

(c)

l-operazzjoni tal-faċilitajiet tal-prenotazzjoni u tat-terminals tal-passiġġieri b'rabta mal-attivitajiet ta' trasport marittimu soġġetti għat-taxxa fuq it-tunnellaġġ (22);

(d)

il-forniment ta' ġiti għall-passiġġieri ta' bastiment li jikkwalifika operat mill-kumpanija, fejn kwalunkwe kabina għall-passiġġier tibqa' disponibbli għall-użu esklużiv tiegħu;

(e)

kull mgħax jew redditu simili ggwadanjat fuq il-kapital operatorju meta t-tali mgħax/redditu jintuża għall-finijiet ta' finanzjament tal-organizzazzjoni liċenzjata tat-trasport marittimu jew tal-attivitajiet ta' trasport marittimu tagħha u/jew tal-akkwiżizzjoni u taż-żamma ta' bastiment eżentat.

(20)

Skont Malta, l-attività deskritta fil-punt (a) tal-premessa 19, u b'mod partikolari l-konsum jew l-użu abbord, hi interpretata li tkopri l-introjtu kollu minn oġġetti u servizzi mibjugħa lill-passiġġieri li jibqgħu jżommu kabina abbord dment li d-dħul tal-bastiment jirriżulta primarjament mid-dħul tradizzjonali mit-trasport marittimu.

2.1.3.   Il-livell tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ

(21)

Malta timponi taxxa annwali fuq it-tunnellaġ fl-għamla ta' somma f'daqqa (23):

Tabella 1

Bastiment ta' Tunnellaġġ Nett (Tunnellati Netti)

Taxxa fuq it-Tunnellaġġ ta' Kull Sena

0

2 500

EUR 1 000

2 500

8 000

EUR 1 000 u 40 ċenteżmu kull TN iktar minn 2 500 TN

8 000

10 000

EUR 3 200 u 19 -il ċenteżmu kull TN iktar minn 8 000 TN

10 000

15 000

EUR 3 580 u 14 -il ċenteżmu kull TN iktar minn 10 000 TN

15 000

20 000

EUR 4 280 u 12 -il ċenteżmu kull TN iktar minn 15 000 TN

20 000

30 000

EUR 4 880 u 9 ċenteżmi kull TN iktar minn 20 000 TN

30 000

50 000

EUR 5 780 u 7 ċenteżmi kull TN aktar minn 30 000 TN

Aktar minn 50 000

EUR 7 180 u 5 ċenteżmi kull TN aktar minn 50 000 TN

(22)

Ir-rata standard tiġi aġġustata skont kemm ikollu żmien il-bastiment. Ir-rata standard hi applikata biss għal bastimenti li għandhom bejn 10snin u 15-il sena. Bastimenti eqdem minn 15-il sena huma soġġetti għal ħlas addizzjonali sa massimu ta' 50 %. Għal bastimenti bejn 0 u 5 snin, japplika tnaqqis ta' 30 %, għal dawk bejn 5 u 10 snin it-tnaqqis hu ta' 15 % (24).

(23)

L-Ewwel Skeda għall-Att dwar il-Bastimenti Merkantili tiddikjara li “[l-Ministru] jista', taħt dawk il-kondizzjonijiet li jidhrulu xierqa, jeżenta lil xi bastiment jew klassi ta' bastimenti mill-ħlas kollu jew parti mid-drittijiet u t-taxxi li jitħallsu skont dawn ir-regolamenti.”

2.1.4.   Ir-rekwiżit tal-obbligu tal-bandiera

(24)

Skont l-Artikolu 85 A(2) tal-Att dwar il-Bastimenti Merkantili, bastiment b'bandiera mhux tal-Komunità jista' jiġi ddikjarat “bastiment eżentat” meta: (25)

(a)

l-organizzazzjoni tal-bastimenti liċenzjata timmaniġġja, tħaddem jew tkun sid ta' mill-inqas 60 % tat-tunnellaġġ totali tagħha b'bandiera tal-Komunità; jew

(b)

il-perċentwal tat-tunnellaġġ totali tal-organizzazzjoni tal-bastimenti liċenzjata li tingħata bandiera tal-Komunità eżatt wara li l-organizzazzjoni tal-bastimenti tibda tħaddem il-bastiment ma jkunx inqas mill-perċentwal tat-tunnellaġġ totali tal-organizzazzjoni tal-bastimenti li ngħata bandiera tal-Komunità fid-data ta' referenza (26) jew, fil-każ tal-maniġers tal-bastimenti, sena mid-data li fiha l-maniġer tal-bastimenti beda jopera (jekk din tkun aktar tard mid-data ta' referenza); jew

(c)

il-perċentwal tat-tunnellaġġ li ngħata bandiera tal-Komunità tal-kumpanija benefiċjarja ma jkunx naqas fuq perjodu ta' tliet snin jew fuq perjodu iqsar li fih kien jeżisti l-benefiċjarju tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ.

(25)

Meta ma jiġux issodisfati r-rekwiżiti tal-punti (b) jew (c), il-bastiment mhux tal-Komunità jista' xorta waħda jiddaħħal fl-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ jekk il-benefiċjarju jieħu l-impenn li jżid jew tal-inqas iżomm taħt il-bandiera ta' wieħed mill-Istati Membri s-sehem tat-tunnellaġġ li kien qed jitħaddem taħt dawn il-bnadar fid-data ta' referenza.

2.1.5.   Miżuri ta' delimitazzjoni

(26)

Id-dispożizzjonijiet ġenerali kontra l-abbuż tal-liġi tat-taxxa Maltija, li jipprovdu li skemi li għandhom l-għan li jnaqqsu b'mod artifiċjali l-ammonti tat-taxxa għandhom jiġu injorati, japplikaw ukoll fir-rigward tal-iskema tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ (27).

(27)

Il-qlib bejn l-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ u s-sistema ta' tassazzjoni fuq id-dħul tal-kumpaniji għall-finijiet li jiġi ottimizzat il-kont tat-taxxa hu limitat mill-fatt li d-deċiżjoni li wieħed iħalli l-iskema tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ ma tistax tiġi rrevokata (28).

(28)

Fir-rigward ta' kwalunkwe sena li għaliha tiġi applikata t-taxxa fuq it-tunnellaġġ, iridu jinżammu kontijiet separati li jagħmlu distinzjoni ċara bejn il-pagamenti u r-rikavati tal-organizzazzjoni tat-trasport marittimu kkonċernata fir-rigward tal-attivitajiet u tar-rikavati mit-trasport marittimu fir-rigward ta' kwalunkwe negozju ieħor (29).

2.1.6.   L-eżenzjoni mit-tassazzjoni fuq il-qligħ kapitali mill-bejgħ jew mit-trasferiment ta' bastimenti

(29)

Il-qligħ kapitali li jinkiseb mill-bejgħ jew mit-trasferiment ta' bastimenti eżentati u minn operazzjonijiet simili hu eżentat mit-tassazzjoni (30). Ma hemm ebda limitazzjoni fuq din l-eżenzjoni.

2.1.7.   L-eżenzjoni mit-tassazzjoni fuq id-dividendi relatati mal-ishma f'kumpaniji tat-trasport marittimu

(30)

L-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni jistipula li “m'għandha tintalab jew tkun dovuta ebda taxxa ulterjuri skont l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income sa fejn it-tali introjtu jkun derivat mill-attivitajiet ta' trasport marittimu ta' organizzazzjoni liċenzjata tat-trasport marittimu”, dment li l-organizzazzjoni tat-trasport marittimu tkun ħallset kif xieraq it-tariffi u t-taxxi rilevanti kollha. Din l-eżenzjoni mit-taxxa tapplika fil-katina ta' sjieda kollha (31).

(31)

Fir-rigward tas-sistema ġenerali ta' tassazzjoni fuq l-introjtu, it-trattament tad-dividendi għall-azzjonisti hu rregolat mill-Artikolu 68 tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, li jistipula:

“68.

(1)

(a)

Kull persuna li ma tkunx residenti f'Malta jew kull individwu li jkun residenti f'Malta u li jirċievi dividend li jkun imħallas minn profitti allokati lil xi wieħed mill-kontijiet intaxxati barra mill-kont tat-taxxa finali ma jkunx obbligat li jiddikjara l-eżistenza ta' dak id-dividend f'xi prospett magħmul skont id-disposizzjonijiet tal-Atti dwar it-Taxxi.

(b)

L-ebda persuna ma għandha tkun intaxxata iktar taxxa skont dan l-Att dwar l-income msemmi fil-paragrafu (a).

(c)

Kull dividend imħallas minn profitti allokati lill-kont tat-taxxa finali ma għandux jkun intaxxat iżjed u ma għandux jifforma parti mid-dħul taxxabbli ta' xi persuna u l-ebda persuna ma tista' titlob kreditu jew rifużjoni dwar xi taxxa diretta jew indiretta li tkun tħallset fuq dawn il-profitti …”

(32)

L-effett prattiku tal-Artikolu 68 tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income hu li l-profitti, meta jitqassmu bħala dividendi, ma jkunux soġġetti għal taxxa ulterjuri fil-livell tal-azzjonisti. Irid jiġi nnotat li lanqas ma hemm obbligu fuq ir-riċevituri li jiddivulgaw it-tali dividendi.

2.1.8.   L-eżenzjoni mit-tassazzjoni fuq il-qligħ kapitali relatat mal-ishma f'kumpaniji tat-trasport marittimu

(33)

L-organizzazzjonijiet li jkunu detenturi ta' interessi ta' ekwità f'organizzazzjonijiet tat-trasport marittimu u azzjonisti li ma jħallsux taxxa fuq l-introjtu fuq qligħ kapitali li jirriżulta mit-trasferiment ta' dawk l-interessi ta' ekwità, dment li l-kumpanija li fiha jkun l-interess ta' ekwità tillimita l-attivitajiet tagħha għal attivitajiet ta' trasport marittimu (32). Dik l-eżenzjoni tapplika fil-katina ta' sjieda kollha (33).

(34)

L-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income jimponi taxxa fuq ċertu qligħ kapitali. Dawn huma speċifikati b'mod eżawrijenti wkoll fl-Artikolu 5(1) tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income u, fil-prinċipju, jinkludu dawk li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet fi proprjetà immobbli, f'titoli u fi sħubijiet. Il-qligħ kapitali taxxabbli hu aggregat ma' introjtu ieħor tal-kontribwenti u jiġi ddebitat b'rata fissa ta' 35 % għall-kumpaniji.

(35)

L-Artikolu 12(1)(c)(ii) tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income jipprovdi eżenzjoni mit-taxxa għal persuni mhux residenti f'Malta. B'mod speċifiku, kull qligħ jew profitt dovut lil kwalunkwe persuna mhux residenti f'Malta, jew derivat minn tali persuna, fuq trasferiment ta' kwalunkwe sehem jew titolu f'kumpanija, li mhix kumpanija tal-proprjetà, hu eżentat mit-taxxa, dment li s-sid benefiċjarju tal-qligħ ikun persuna mhux residenti f'Malta u dik il-persuna ma tkunx proprjetà ta' individwu jew ta' individwi ordinarjament residenti f'Malta, jew ikkontrollata minnu/minnhom.

2.1.9.   L-eżenzjoni mit-tassazzjoni fuq l-imgħax jew fuq introjtu ieħor pagabbli relatat mal-finanzjament ta' kumpaniji tat-trasport marittimu jew ta' bastimenti eżentati

(36)

L-Att dwar il-Bastimenti Merkantili jistabbilixxi li minbarra s-sjieda, it-tħaddim, l-amministrazzjoni u l-ġestjoni ta' bastiment jew ta' bastimenti reġistrati Malta jew bil-bandiera ta' stat ieħor u t-twettiq tal-attivitajiet finanzjarji, tas-sigurtà u kummerċjali anċillari kollha marbuta ma' dawn (34), organizzazzjoni għandha tikkwalifika bħala organizzazzjoni tat-trasport marittimu jekk l-għan prinċipali tagħha jkun — u dment li tinkiseb liċenzja mingħand id-Direttur Ġenerali tat-Trasport Marittimu — “il-formazzjoni ta' kapital permezz ta' self, il-ħruġ ta'garanziji jew il-ħruġ ta' titoli mill-kumpannija meta l-għan ta' dik l-attività ikun li jikseb l-għanijiet dikjarati f'dan l-artikolu għall-organizzazzjoni ta' bastimenti nnifisha jew għal organizzazzjonijiet ta' bastimenti oħra fi ħdan l-istess grupp” (35), jew “għall-ġestjoni ta' kull attività oħra fis-settur marittimu li l-Ministru jista', bil-parir tal-Awtorità, minn żmien għal żmien jippreskrivi b'regolamenti bħala li tikkwalifika għall-għan hawn aktar qabel imsemmi” (36).

(37)

L-Artikolu 3(2) tar-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni jistabbilixxi li ebda taxxa skont l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income ma għandha tkun pagabbli fuq l-imgħax jew fuq introjtu ieħor relatat mal-finanzjament tal-operazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet liċenzjati tat-trasport marittimu stabbiliti fl-Artikolu 84Z(1) tal-Att dwar il-Bastimenti Merkantili jew mal-finanzjament ta' bastiment eżentat. Skont dik id-dispożizzjoni, din l-eżenzjoni hi applikabbli biss għal banek u għal istituzzjonijiet ta' kreditu jew finanzjarji liċenzjati li huma residenti f'Malta u tingħata biss fuq talba espliċita li ssir lill-awtoritajiet kompetenti.

(38)

Għaldaqstant, telf u garanziji mill-istituzzjonijiet finanzjarji lil sidien tal-bastimenti kif ukoll lil operaturi, lil maniġers jew lil amministraturi ta' bastimenti potenzjalment jistgħu jiġu eżentati mit-tassazzjoni fuq l-introjtu skont l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income fuq il-profitti li jirriżultaw mill-attivitajiet rilevanti (37).

(39)

L-awtoritajiet Maltin ikkonfermaw li mindu Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea ma ngħatat ebda liċenzja lil xi organizzazzjoni għajr lil dawk attivi fis-sjieda, fit-tħaddim (b'nolleġġ jew mingħajr), fl-amministrazzjoni u fil-ġestjoni ta' bastiment jew ta' bastimenti u li ebda bank, istituzzjoni ta' kreditu jew finanzjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 84Z(1) tal-Att dwar il-Bastimenti Merkantili ma sfrutta t-tali benefiċċju.

2.1.10.   L-eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dokumenti u t-trasferimenti

(40)

L-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti (38) japplika għal trasferimenti ta' titoli kummerċjali, għal proprjetà immobbli, għal bejgħ b'irkant u għal poloz tal-assigurazzjoni. Titoli kummerċjabbli (jew “valur negozjabbli”) huma definiti bħala “[ż-żamma] tal-kapital azzjonarju f'kumpannija u kull dokument li jirrappreżenta l-istess” (39).

(41)

Ir-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni (40) jesprimu li ebda taxxa mhi ser tkun pagabbli fuq (i) ir-reġistrazzjoni ta' bastiment eżentat skont l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili; (ii) il-ħruġ jew l-assenjazzjoni ta' kwalunkwe titolu jew interess ta' organizzazzjoni liċenzjata tat-trasport marittimu; (iii) ix-xiri, it-trasferiment, l-assenjament ta' kwalunkwe titolu jew interess ta' kwalunkwe organizzazzjoni liċenzjata tat-trasport marittimu; (iv) il-bejgħ jew it-trasferiment ta' bastiment eżentat; (v) ir-reġistrazzjoni, it-trasferiment jew ir-rilaxx ta' kwalunkwe ipoteka jew imposta oħra fuq kwalunkwe bastiment jew organizzazjoni tat-trasport marittimu jew b'rabta ma' dan/din; (vi) l-assenjazzjoni ta' kwalunkwe dritt u interess, jew it-teħid tal-obbligi fir-rigward ta' kwalunkwe bastiment.

(42)

L-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti (41) jimponi taxxa fuq tranżazzjonijiet fuq titoli ta' żewġ euro għal kull mitt euro mill-ammont jew mill-valur tal-korrispettiv jew tal-valur reali tat-titolu kummerċjabbli, skont liema jkun l-ogħla.

(43)

Madankollu, ma hi applikabbli ebda taxxa fuq tranżazzjonijiet li jinvolvu titoli ta' kumpanija li fiha aktar minn nofs il-kapital azzjonarju ordinarju, id-drittijiet tal-vot u d-drittijiet għall-profitti jkunu ta' persuni li mhumiex residenti Malta u li mhumiex il-proprjetà ta' persuni residenti Malta jew ikkontrollati minn dawn b'mod dirett jew indirett, dment li l-kumpanija jkollha l-maġġoranza tal-interessi kummerċjali tagħha barra minn Malta (42).

(44)

B'mod ġenerali jkunu eżentati mill-imposti wkoll trasferimenti li jsiru fuq bażi intragrupp fil-kuntest tal-eżerċizzji ta' ristrutturar tal-gruppi (43). Hemm għadd sinifikanti ta' eżenzjonijiet oħra, primarjament iffokati fuq diversi persuni ġuridiċi b'interessi internazzjonali sinifikanti iżda anki f'ċirkustanzi oħra bħal għal entitajiet ta' investiment kollettiv.

3.   IR-RAĠUNIJIET GĦALL-GĦOTI TA' BIDU GĦALL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI

(45)

Id-deċiżjoni tal-ftuħ qajmet dubji rigward il-kompatibbiltà tal-miżuri deskritti fit-taqsimiet 2.1 sa 2.8 mas-suq intern u b'mod partikolari mal-Linji Gwida Marittimi (44).

(46)

Dwar il-miżuri tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ, il-Kummissjoni kellha d-dubji li ġejjin:

(a)

Il-Linji Gwida Marittimi jillimitaw l-applikazzjoni tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ għal bastimenti użati għal skopijiet ta' trasport marittimu, li hu ddefinit bħala “t-trasport ta' merkanzija u ta' persuni bil-baħar” (45). Madankollu, dik id-definizzjoni ma jidhirx li hi riflessa fl-Att dwar il-Bastimenti Merkantili. Barra minn hekk, l-iskema Maltija tagħti lill-Ministru d-diskrezzjoni li jitbiegħed mir-rekwiżiti wisgħin stabbiliti fl-Att dwar il-Bastimenti Merkantili. Il-Kummissjoni qieset li l-profitti minn bastimenti mhux involuti f'attivitajiet ta' trasport marittimu ma' għandhomx ikunu eliġibbli għal taxxa fuq it-tunnellaġġ. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni qieset li l-bastimenti tas-sajd, il-pontuni, il-braken, il-jottijiet, il-bastimenti tal-kruċiera u r-riggijiet taż-żejt dehru li huma eliġibbli skont l-iskema ta' Malta ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ iżda kellha dubji fuq kemm dan hu ġustifikabbli.

(b)

In-nuqqas ta' dispożizzjonijiet ċari dwar il-bastimenti ta' servizz/appoġġ, il-laneċ tal-irmonk u d-dragi ġabet magħha dubji ulterjuri għall-Kummissjoni dwar jekk hix żgurata l-konformità mar-regoli stabbiliti fil-Linji Gwida Marittimi.

(c)

Rigward il-qligħ kapitali mill-bejgħ ta' bastimenti, il-Kummissjoni għandha dubji dwar jekk it-tranżazzjonijiet eżentati kinux limitati għal bastimenti mixtrija u mibjugħa minn kumpaniji tat-trasport marittimu filwaqt li jkunux soġġetti għat-tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ.

(d)

Il-Kummissjoni qieset li n-nuqqas ta' limitazzjonijiet ċari dwar l-eliġibbiltà tal-attivitajiet anċillari jista' jwassal għall-għoti ta' għajnuna inkompatibbli, b'mod partikolari fil-każ tal-bejgħ ta' ċerti oġġetti abbord il-bastimenti tal-kruċiera.

(e)

Rigward bastimenti li jkunu involuti biċ-ċar f'attivitajiet eliġibbli, il-Kummissjoni qieset li l-benefiċċji għat-taxxa ma' għandhomx jiġu estiżi għall-operaturi kollha tas-suq involuti b'xi mod ma' dawk il-bastimenti. Il-lokaturi ta' bastimenti mingħajr attività ta' trasport marittimu tagħhom stess ma' għandhomx jibbenefikaw mit-taxxa fuq it-tunnellaġġ. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kellha dubji dwar l-eliġibbiltà mhux ristretta tan-nolleġġaturi għal ċertu żmien u ta' kumpaniji simili biex jibbenefikaw mit-taxxa fuq it-tunnellaġġ.

(f)

Il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk, fil-każijiet kollha, il-livell ta' tassazzjoni kienx konformi ma' dak li l-Kummissjoni kienet aċċettat fl-imgħoddi għal Stati Membri oħrajn.

(g)

Il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk ir-rekwiżiti tal-obbligu tal-bandiera kif ukoll il-miżuri ta' delimitazzjoni kinux adegwati.

(h)

Il-Kummissjoni xeħtet dubju fuq it-trattament tat-taxxa ta' dividendi minn ishma f'kumpaniji tat-trasport marittimu.

(i)

Il-Kummissjoni xeħtet ukoll dubju fuq il-kompatibbiltà mas-suq intern tal-eżenzjoni mit-tassazzjoni tal-qligħ kapitali relatat ma' ishma f'kumpaniji tat-trasport marittimu.

(j)

Il-Kummissjoni xeħtet dubju fuq il-kompatibbiltà mas-suq intern tal-eżenzjonijiet mill-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti b'rabta mal-bastimenti. Dawn l-eżenzjonijiet jidhru li għandhom potenzjal li jibbenefikaw minnhom operaturi ekonomiċi li mhux neċessarjament ikunu kumpaniji ġenwini tat-trasport marittimu (b'mod partikolari azzjonisti).

(k)

Finalment, il-Kummissjoni qieset li l-eżenzjoni mit-tassazzjoni fuq l-introjtu tal-profitti mill-bejgħ ta' bastimenti u mill-finanzjament ta' kumpaniji tat-trasport marittimu ma kinitx konformi mal-Linji Gwida Marittimi.

4.   L-OSSERVAZZJONIJIET U L-IMPENJI MEĦUDA MINN MALTA

4.1.   Introduzzjoni

(47)

Malta tisħaq li hi dejjem implimentat it-taxxa fuq it-tunnellaġġ bl-għan li tirrispetta l-kompetizzjoni ġusta u l-Linji Gwida Marittimi.

(48)

Fil-prattika, l-iskema Maltija dejjem kienet limitata għal bastimenti rikonoxxuti mill-Kummissjoni bħala eliġibbli għat-tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ (essenzjalment, bastimenti attivi fil-ġarr internazzjonali ta' merkanzija u ta' passiġġieri). Servizzi anċillari bħall-finanzjament u s-senserija ma bbenefikawx mit-taxxa fuq it-tunnellaġġ.

(49)

Fi tmiem Diċembru 2015, it-tunnellaġġ gross reġistrat bil-bandiera Maltija kien ta' 66,2 miljun (aktar minn 3 000 bastiment). Il-flotta li ttajjar il-bandiera Maltija hi komponent fundamentali tal-attività marittima ta' Malta u għandha importanza vitali għall-vijabbiltà ekonomika tal-industrija marittima tagħha fis-sħuħija tagħha, b'mod partikolari meta jitqiesu l-pożizzjoni tagħha bħala gżira żgħira fil-periferija tal-Unjoni u l-effett multiplikatur li tiġġenera fl-ekonomija Maltija.

(50)

Din għandha titqabbel mal-462 bastiment taħt l-iskema ta' Malta ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ b'tunnellaġġ totali ta' 10,4 miljun tunnellata gross fi tmiem l-2015.

(51)

Dawk il-bastimenti li bbenefikaw mill-iskema ta' Malta ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ itajru l-bandiera Maltija ħlief żewġ bastimenti li jtajru l-bandiera Norveġiża. L-ebda wieħed mill-bastimenti inkwistjoni ma hu operat permezz ta' arranġamenti ta' nolleġġ ta' bastimenti mingħajr ekwipaġġ lil partijiet terzi jew ta' nolleġġ għal ċertu żmien/vjaġġ.

(52)

Bastimenti operati kummerċjalment fl-ibħra territorjali Maltin ma jibbenefikawx mill-iskema ta' Malta ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ. Dawn huma primarjament attivi f'operazzjonijiet portwarji bħal operazzjonijiet ta' bunkering, ġarr u kruċieri turistiċi u jħaddmu ħafna mill-baħħara Maltin.

(53)

Hemm bżonn li ssir distinzjoni bejn bastimenti li huma operati kummerċjalment fit-trasport ta' turisti/ta' merkanzija fl-ibħra territorjali Maltin u bastimenti attivi fil-kummerċ internazzjonali. Huma biss dawn tal-aħħar li huma eliġibbli taħt l-iskema ta' Malta ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ.

4.2.   L-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ

4.2.1.   Il-bastimenti eliġibbli għat-tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ

4.2.1.1.   Osservazzjonijiet ġenerali

(54)

Skont l-Ewwel Skeda għall-Att dwar il-Bastimenti Merkantili, it-taxxa fuq it-tunnellaġġ hi pagabbli fir-rigward tal-bastimenti kollha rreġistrati f'Malta, inklużi bastimenti tas-sajd u pleasure yachts.

(55)

Madankollu, Malta tisħaq li mhux it-tipi kollha ta' bastimenti huma eliġibbli bħala “bastimenti eżentati” li jibbenefikaw mill-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ. Dan hu l-każ, pereżempju, tal-bastimenti tas-sajd u tal-pleasure yachts. L-organizzazzjoni liċenzjata tat-trasport marittimu li tkun is-sid, topera jew timmaniġġja t-tali bastimenti lanqas ma hi intitolata biex tibbenefika mill-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ fuq profitti li t-tali organizzazzjoni liċenzjata tat-trasport marittimu tagħmel minn tali bastimenti.

(56)

Il-bastimenti li mhumiex attivi f'attivitajiet ta' trasport marittimu, bħal bastimenti tas-sajd u pleasure yachts, huma meħtieġa jħallsu taxxa fuq l-introjtu f'Malta fuq l-introjtu taxxabbli tagħhom minbarra l-ħlasijiet għar-reġistrazzjoni u t-tariffi annwali fuq il-bażi tat-tunnellaġġ pagabbli skont l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili. Dawn il-miżati u t-taxxi f'Malta jissejħu wkoll “taxxa fuq it-tunnellaġġ”, iżda huma biss dawk li Malta fl-imgħoddi kienet issejħilhom “bastimenti eżentati” huma meħtieġa jħallsu t-taxxa fuq it-tunnellaġġ skont l-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ minflok it-taxxa fuq l-introjtu skont l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income.

(57)

Ir-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni jipprovdu eżenzjoni mit-taxxa fuq l-introjtu biss fir-rigward ta' introjtu derivat mill-“attivitajiet ta' trasport marittimu”. It-2012 Rules on Internal Procedure jelenkaw għadd ta' bastimenti li mhumiex eliġibbli għat-tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ fl-eżenzjoni tat-tassazzjoni fuq l-introjtu regolari, peress li l-introjtu derivat minn dawn il-bastimenti ma jikkwalifikax bħala introjtu minn “attivitajiet ta' trasport marittimu”. B'mod partikolari, bastimenti tas-sajd, pleasure yachts, installazzjonijiet offshore fissi inklużi riggijiet taż-żejt li ma jintużawx għat-trasport marittimu, laneċ tal-irmonk li ma jidħlux fl-oċeani, krejnijiet galleġġanti mhux awtopropulsivi, u bastimenti li l-iskop prinċipali tagħhom hu li jipprovdu logħob tal-azzard u/jew każinò ma jibbenefikawx. Lanqas pjattaformi mobbli u pontuni ma jikkwalifikaw għal eżenzjonijiet mit-tassazzjoni regolari fuq l-introjtu. Dawk il-bastimenti kollha sempliċiment iħallsu tariffa għar-reġistrazzoni u tariffa annwali fuq il-bażi tat-tunnellaġġ tagħhom, imsejħa “tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ” jew “taxxa fuq it-tunnellaġġ” iżda li ma jeżentawhomx mit-tassazzjoni regolari fuq l-introjtu.

(58)

Malta tiddikjara li fil-ġejjieni, il-ħlas għar-reġistrazzoni u t-tariffa annwali pagabbli mill-bastimenti tas-sajd u minn bastimenti simili li ma jikkwalifikawx mhux se jibqgħu jissejħu “taxxa fuq it-tunnellaġġ” biex jiġi evitat nuqqas ta' fehim.

(59)

Id-diskrezzjoni tal-Ministru responsabbli li jaċċetta bastimenti ta' inqas minn 1 000 tunnellata netta ma tfissirx li bastimenti li mhumiex involuti f'attivitajiet ta' trasport marittimu ma jistgħux jiġu koperti mit-taxxa fuq it-tunnellaġġ. Id-diskrezzjoni ma teliminax il-ħtieġa li l-bastiment ikun involut fil-ġarr internazzjonali ta' merkanzija jew ta' passiġġieri.

(60)

Għall-fini ta' ċarezza, l-Artikolu 85 A(1) tal-Att dwar il-Bastimenti Merkantili se jiġi riformulat biex jgħid: “Il-Ministru għandu, bi ftehim mal-Ministru responsabbli għall-finanzi u suġġett għal tali kondizzjonijiet li jidhirlu xierqa f'konformità ma' dawn ir-Regolamenti, jiddikjara li jkun bastiment eżentat, bastiment ta' kull tunnellaġġ nett, li jkun involut f'attivitajiet ta' trasport marittimu”.

(61)

Huma biss il-kategoriji ta' bastimenti msemmija fit-Tabella 2 li qatt ġew aċċettati bħala eliġibbli għat-tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ f'Malta (b'eżenzjoni parallela mit-tassazzjoni regolari fuq l-introjtu). Il-kompożizzjoni tal-flotta fl-2015 hi murija fit-Tabella 2 ukoll.

Tabella 2

It-tip ta' bastiment

L-għadd totali ta' bastimenti ntaxxati fuq it-tunnellaġġ

(Diċembru 2015)

barkun

7

trasportatur ta' tagħbija bl-ingrossa

113

trasportatur tal-karozzi

5

trasportatur tas-siment

2

jott kummerċjali (46)

29

kontejner marittimu

12

merkanzija ġenerali

120

passiġġier

24

trasport ro-ro

5

bastiment ta' appoġġ (47)

3

tanker

155

lanċa tal-irmonk

2

TOTAL

477

(62)

Malta kkonfermat li 100 % tal-bastimenti li jibbenefikaw minn eżenzjonijiet mit-tassazzjoni regolari fuq l-introjtu (“il-flotta Maltija eżentata”) itajru l-bandiera tal-UE/taż-ŻEE jew huma rreġistrati fl-UE/fiż-ŻEE (48) u li mill-2004 ebda bastiment li jtajjar bandiera li mhix tal-UE/taż-ŻEE ma kien parti mill-flotta eżentata.

(63)

F'termini ta' tunnellaġġ, il-flotta eżentata Maltija ammontat għal madwar 10,4 miljun tunnellata gross fi tmiem l-2015, li hi inqas minn 20 % tal-bastimenti rreġistrati f'Malta.

(64)

Malta ddikjarat impenn li tkompli tillimita l-bastimenti li huma eliġibbli għall-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ għal dawk involuti fil-ġarr internazzjonali ta' merkanzija jew ta' passiġġieri bil-baħar u ċerti attivitajiet oħra ta' trasport marittimu kif kienu ġew approvati fl-imgħoddi mill-Kummissjoni bħala eliġibbli skont il-Linji Gwida Marittimi għall-finijiet tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ wara applikazzjoni minn Stati Membri oħra.

(65)

Malta se tispeċifika wkoll li organizzazzjonijiet ġenwini tat-trasport marittimu biss ser ikunu jistgħu jibbenefikaw mit-tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ skont l-iskema, b'mod speċifiku organizzazzjonijiet li assumew ir-riskji u r-responsabbiltajiet relatati (i) mat-tħaddim ta' bastiment li jwettaq trasport marittimu kif iddefinit fil-Linji Gwida Marittimi (49) (bħal responsabbiltajiet relatati mal-ġestjoni teknika u mal-ekwipaġġ) jew (ii) mat-twettiq tat-trasport marittimu kif iddefinit fil-Linji Gwida Marittimi (inkluż b'bastimenti nolleġġati bl-ekwipaġġ taħt ċerti kondizzjonijiet (50)).

4.2.1.2.   L-applikazzjoni tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ għall-braken

(66)

Il-braken li mhumiex attivi fit-“trasport internazzjonali ta' merkanzija” mhumiex eliġibbli għas-sistema Maltija ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ irrispettivament minn jekk humiex awtopropulsivi jew le. Braken li huma mfassla għan-navigazzjoni fl-ibħra internazzjonali u li normalment jintużaw għalhekk kif ukoll huma involuti fit-trasport marittimu internazzjonali wkoll jistgħu jikkwalifikaw għall-iskema ta' Malta ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ. Dan hu meqjus neċessarju għal merkanzija li ma tistax tiġi ttrasportata b'bastimenti konvenzjonali.

(67)

L-industrija tal-enerġija tuża l-braken biex tittrasporta komponenti bħal ankri, pajpiijet u ktajjen li ma jistgħux jiġu ttrasportati b'bastimenti konvenzjonali. Moduli għal pjattaformi ġodda għat-tħaffir u għall-produzzjoni u riggijiet tat-tħaffir ukoll huma ttrasportati bil-braken. Braken oħra jġorru tagħmir għat-tqegħid ta' pipelines fl-ilma fond jew krejnijiet u deriks b'kapaċità għolja ħafna. Braken mhux awtopropulsivi jintużaw ukoll biex ifornu l-faħam lill-impjanti tal-enerġija.

4.2.1.3.   L-applikazzjoni tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ għall-bastimenti tal-kruċiera

(68)

Il-bastimenti tal-kruċieri (tal-passiġġieri) jikkwalifikaw għall-iskema ta' Malta ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ. Malta saħqet li Ċipru, id-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Italja, in-Netherlands, in-Norveġja u r-Renju Unit jikkunsidraw il-bastimenti tal-kruċieri bħala bastimenti li jikkwalifikaw, dment li t-tali bastimenti ma jintużawx primarjament għal-logħob tal-azzard/bħala każinò jew għal skopijiet simili mhux relatati mat-trasport marittimu.

(69)

Is-settur iġib benefiċċji kbar miegħu għar-raggruppament marittimu tal-Unjoni u jrendi ħafna valur miżjud għal għadd konsiderevoli ta' Stati Membri. L-industrija hi soġġetta għal kompetizzjoni internazzjonali aggressiva u tħaddem għadd sostanzjali ta' persunal bi kwalifiki għoljin u espert.

4.2.1.4.   L-applikazzjoni tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ għall-jottijiet kummerċjali

(70)

Il-jottijiet kummerċjali użati fit-trasport internazzjonali tal-passiġġieri jistgħu jikkwalifikaw għall-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ, dment li jkunu rreġistrati bħala jottijiet kummerċjali f'Malta. Dawn iridu jkunu attivi fil-ġarr kummerċjali ta' massimu ta' 12-il passiġġier (51) u jridu jikkonformaw ma' sett ta' standards rigorużi dwar is-sikurezza u t-tħaddim. Jottijiet li huma ċċertifikati bħala jottijiet kummerċjali huma meqjusa ekwivalenti għal bastimenti tal-passiġġieri żgħar peress li jistgħu jbaħħru f'ibħra internazzjonali. Il-Malta Commercial Yacht Code (52) jistabbilixxi l-istandards tekniċi li dawn il-jottijiet kummerċjali jridu jissodisfaw biex jikkwalifikaw bħala bastimenti tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ. Dawn l-istandards huma ekwivalenti għal dawk li jirregolaw il-bini u t-tħaddim ta' bastimenti tal-merkanzija li jinsabu f'konvenzjonijiet internazzjonali bħal SOLAS u MARPOL (53). Il-bqija tal-kriterji ta' eliġibbiltà applikabbli għal jottijiet kummerċjali huma l-istess bħal tipi oħra ta' bastimenti.

(71)

Is-sidien ta' dawn il-jottijiet kummerċjali jidħlu fi ftehimiet ta' ġestjoni ta' partijiet terzi mal-kumpaniji li jimmaniġġjaw il-jottijiet. Ir-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni jippermettu kemm lis-sidien kif ukoll lill-maniġers biex ikunu eliġibbli skont l-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ. Sal-lum ma kien hemm ebda każ li fih kemm is-sid kif ukoll il-maniġer ta' jott kummerċjali rreġistrat skont l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili bbenefikaw mill-iskema.

(72)

L-industrija tal-jottijiet kummerċjali internazzjonali hi ferm kompetittiva u l-jottijiet irreġistrati fl-Unjoni/fiż-ŻEE qed jaffaċċjaw kompetizzjoni dejjem akbar minn operaturi ta' jottijiet kummerċjali stabbiliti barra ż-ŻEE. Il-pajjiżi terzi jipprovdu inċentivi fit-taxxa korporattiva biex il-jottijiet jiġu rreġistrati fihom.

4.2.1.5.   L-applikazzjoni tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ għall-bastimenti tal-irmonk u bil-gangmu

(73)

Meta organizzazzjoni liċenzjata tat-trasport marittimu tikseb introjtu minn bastimenti tal-irmonk li huma bastimenti eżentati, l-organizzazzjoni tkun intitolata għall-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ biss fir-rigward ta' dak l-introjtu li hi tikseb minn “attivitajiet ta' trasport marittimu”. Is-servizzi ta' rmonk fil-portijiet huma esklużi mill-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ. Il-laneċ tal-irmonk huma eliġibbli biss meta jiġi kkonfermat li l-maġġoranza tal-ħin operazzjonali tagħhom jitqatta' fil-ġarr internazzjonali tal-merkanzija, filwaqt li jirrispettaw il-livell limitu ta' 50 % stabbilit fil-Linji Gwida Marittimi (54).

(74)

It-2012 Rules on Internal Procedure jeskludu l-laneċ tal-irmonk li ma jbaħħrux fl-oċeani mill-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ u jagħmluha ċara li dawk il-bastimenti mhux stipulati mhumiex sempliċement eliġibbli għall-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ iżda jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti li jinsabu fir-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni. L-abbozz il-ġdid tar-Regolamenti dwar Bastimenti Merkantili se jiddikjara biċ-ċar li biex laneċ tal-irmonk jew dragi jkunu eliġibbli, dawn iridu jkunu rreġistrati f'reġistru tal-UE/taż-ŻEE. Filwaqt li dan ma kienx previst b'mod espliċitu, dan ir-rekwiżit tal-aħħar dejjem kien irrispettat.

(75)

Malta ħadet impenn li tittrasponi t-test eżatt tal-Linji Gwida Marittimi rigward l-attivitajiet ta' rmonk u ta' tħammil fit-testi rilevanti.

4.2.1.6.   L-applikazzjoni tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ għall-bastimenti ta' servizz

(76)

Malta spjegat li huma biss ftit il-bastimenti ta' servizz/ta' appoġġ li ġew koperti mill-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ. Dawn kienu bastimenti bi skop multiplu/li jitgħabbew individwalment (55).

(77)

Malta targumenta li l-bastimenti ta' servizz/ta' appoġġ huma soġġetti għall-istess qafas operazzjonali u regolatorju bħall-bastimenti attivi fit-trasport marittimu (skont it-tifsira tal-Linji Gwida Marittimi), f'termini ta':

(a)

rekwiżiti tekniċi, inklużi l-istrumenti u r-regolamenti internazzjonali rilevanti kollha li jirregolaw l-istruttura tal-bastimenti, is-sikurezza u l-ħarsien tal-ambjent, kif ukoll ir-regoli dwar il-klassifikazzjoni;

(b)

l-ekwipaġġ: l-ekwipaġġ ta' dawn il-bastimenti hu konformi mal-leġiżlazzjoni internazzjonali li tapplika wkoll għal bastimenti tal-merkanzija, b'mod partikolari l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Standards ta' Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Persunal tal-Bastimenti tas-Sajd (il-Konvenzjoni STCW) u l-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol; il-baħħara mpjegati abbord dawn il-bastimenti huma soġġetti għall-istess rekwiżiti ta' taħriġ u għall-istess kondizzjonijiet tax-xogħol u tal-ħajja bħal dawk impjegati abbord bastimenti tradizzjonali tal-merkanzija;

(c)

ambjent legali: is-sidien tal-bastimenti li joperaw dawn il-bastimenti huma soġġetti għall-istess restrizzjonijiet legali fir-rigward tas-sigurtà, tar-responsabbiltà fil-każ ta' aċċident jew ta' tniġġis, u tar-regoli tal-kompetizzjoni.

(78)

Il-bastimenti ta' servizz jaffaċċjaw il-kompetizzjoni minn kompetituri internazzjonali, b'kompetituri li jibbenefikaw minn pagi aktar baxxi għall-ekwipaġġi, minn inqas taxxi, minn programmi ta' manutenzjoni mnaqqsa, eċċ.

(79)

Barra minn hekk, il-bastimenti ta' servizz jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi tal-Linji Gwida Marittimi hekk kif jagħmlu bastimenti (merkantili) oħra. Dawn jikkontribwixxu għall-iżvilupp tar-raggruppament marittimu u għandhom impatt pożittiv fuq l-impjiegi u fuq l-għarfien espert marittimu fl-Unjoni.

(80)

Malta ħadet impenn li tillimita l-bastimenti eliġibbli għal dawk involuti fil-ġarr internazzjonali ta' oġġetti jew ta' passiġġieri bil-baħar f'konformità mal-Linji Gwida Marittimi.

(81)

Malta nnotat li l-Kummissjoni diġà aċċettat bastimenti li jqiegħdu l-kejbils, li jqiegħdu l-pajpijiet, tar-riċerka u bil-krejn bħala eliġibbli għat-tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ (56).

4.2.2.   L-introjtu eliġibbli għat-tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ

4.2.2.1.   L-eliġibbiltà tas-servizzi anċillari pprovduti fil-kuntest tat-trasport marittimu

(82)

It-terminu “ancillary activities” (“attivitajiet anċillari”) imsemmi fid-definizzjoni ta' “shipping activities” (“attivitajiet tat-trasport marittimu”), li tinsab fl-Artikolu 85(1) tar-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni, minn dejjem ġie interpretat bħala wieħed li jeħtieġ li tkun teżisti rabta mill-qrib bejn it-trasport internazzjonali ta' oġġetti u ta' passiġġieri u l-attività anċillari. Jekk attività partikolari titqiesx anċillari jiġi eżaminat fuq bażi ta' każ b'każ.

(83)

Fid-determinazzjoni ta' jekk attività hix anċillari, jitqies il-Kummentarju għall-Artikolu 8 tal-Mudell ta' Konvenzjoni dwar it-Taxxa tal-OECD (“il-Kummentarju”), inkluż il-paragrafu 4.2 tal-Kummentarju li jiddikjara li, fil-kuntest tat-trasport internazzjonali, l-introjtu derivat minn operazzjonijiet anċillari hu introjtu derivat minn attivitajiet li “jagħmlu kontribuzzjoni minuri meta mqabbla mal-[operat tal-bastimenti fit-traffiku internazzjonali] u li huma tant relatati mill-qrib mat-tali operazzjoni ma' għandhomx jitqiesu bħala negozju jew sors ta' introjtu separat tal-intrapriża”.

(84)

Malta tisħaq li t-trasport tal-passiġġieri normalment jinkludi firxa ta' servizzi kumplimentari li huma inklużi fil-prezz tal-biljett. Dawn is-servizzi jinkludu l-provvista ta' akkomodazzjoni għall-irqad u l-forniment tal-ikel u servizzi oħra wkoll li jagħmlu parti mill-aspettattiva tal-passiġġier matul l-istess vjaġġ bħal servizzi ta' imbarkazzjoni u ta' żbark. Il-passiġġieri ta' bastimenti kbar tal-passiġġieri jkunu jippretendu wkoll li jkollhom ċinema, spa, parrukkier u servizzi simili. Servizzi bħal dawn u servizzi ta' ġiti lokali għandhom jitqiesu li huma attivitajiet anċillari għall-attività tat-trasport marittimu dment li s-servizz rilevanti jirrappreżenta servizz mixtri esternament f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta. Malta saħqet ukoll li hu rekwiżit legali li l-ħwienet abbord il-bastimenti tal-kruċieri jkunu magħluqin waqt li l-bastimenti jkunu ankrati fil-port.

(85)

Il-bejgħ tal-biljetti huma s-sors primarju tad-dħul għall-operaturi tal-bastimenti tal-kruċieri u l-qligħ abbord hu komponent anċillari iżda importanti għas-sostenibbiltà tal-attività ta' ġarr tal-passiġġieri. Ir-rapporti tal-industrija jistmaw li l-maġġoranza tad-dħul tal-bastimenti tal-kruċieri (60 % jew aktar) jinkisbu mill-bejgħ tal-biljetti.

(86)

It-2012 Rules on Internal Procedure jeskludu b'mod speċifiku mill-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ “bastimenti li l-iskop ewlieni tagħhom hu li jipprovdu oġġetti jew servizzi li normalment jiġu pprovduti fuq l-art (eż. lukanda, supermarket jew ristorant fil-baħar)” u każinos fuq il-baħar jew tal-kruċiera. Mis-26 bastiment tal-passiġġieri li bbenefikaw mill-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ, 17 ma' għandhomx servizz ta' każinò jew bejgħ ta' oġġetti lussużi.

(87)

Malta ħadet impenn li mad-dħul fis-seħħ tar-Regoli l-ġodda dwar it-Tassazzjoni għal Bastimenti Merkantili, diversi attivitajiet li jistgħu jkunu qed jikkompetu ma' kumpaniji bbażati fuq l-art u li, għalhekk, mhumiex eliġibbli għall-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ ser ikunu esklużi b'mod espliċitu. Dawk l-attivitajiet se jinkludu l-bejgħ abbord ta' oġġetti jew ta' servizzi mhux normalment ipprovduti lill-passiġġieri, pereżempju, karozzi, apparati domestiċi jew bhejjem jew vaganzi bbażati fuq bastimenti li fihom il-bastiment jibqa' sorġut u ma jkun hemm ebda element ta' trasport bil-baħar.

(88)

Barra minn hekk, Malta ħadet impenn li tillimita d-dħul minn attivitajiet anċillari għal massimu ta' 50 % tad-dħul gross għal kull bastiment. Il-verifika tal-konformità mill-awtoritajiet tat-taxxa ser issir fil-livell ta' kull bastiment fi grupp.

(89)

L-attivitajiet anċillari limitati li jistgħu jibbenefikaw minn taxxa fuq it-tunnellaġġ se jinkludu:

“(a)

il-ġarr ta' passiġġieri jew ta' oġġetti mhux abbord bastiment eżentat operat mill-organizzazzjoni liċenzjata tat-trasport marittimu, fejn

(i)

ikun hemm kuntratt wieħed mal-klijent għal vjaġġ li jinkludi ġarr fuq il-bastiment eżentat; u

(ii)

it-trasport għall-bqija tal-vjaġġ jinxtara jew jinkiseb mill-organizzazzjoni liċenzjata tat-trasport marittimu bi provvediment li kien ikun isir bħala bejn intrapriżi indipendenit;

(b)

il-bejgħ u l-faċilitajiet li normalment jiġu pprovduti lill-klijenti minn bastimenti tal-passiġġieri li jbaħħru, inklużi:

(i)

il-bejgħ ta' xarbiet alkoħoliċi, ta' fwejjaħ u ta' tabakk

(ii)

l-iskambju ta' ammonti ta' muniti differenti għall-infieq personali;

(iii)

servizzi tas-saħħa u tas-sbuħija u ta' spa u tal-benesseri;

(c)

servizzi amministrattivi u tal-assigurazzjoni li huma relatati b'mod dirett mal-ġarr ta' passiġġieri jew ta' merkanzija, inkluż taħt kuntratt uniku ta' vjaġġ li jinkludi ġarr fuq il-bastiment eżentat;

(d)

il-forniment ta' vaganzi, mibjugħin lill-klijent permezz ta' kuntratt wieħed, fejn

(i)

parti mill-vaganza tkun ġarr fuq bastiment eżentat operat mill-organizzazzjoni liċenzjata tat-trasport marittimu, u l-bqija tkun ibbażata l-art (“il-parti bbażata l-art”);

(ii)

il-parti bbażata l-art tinxtara jew tinkiseb mill-organizzazzjoni liċenzjata tat-trasport marittimu bi provvediment f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta;

(e)

it-tagħbija jew il-ħatt ta' merkanzija li jinġarru fuq bastiment eżentat operat mill-organizzazzjoni liċenzjata tat-trasport marittimu, u l-forniment mill-organizzazzjoni liċenzjata tat-trasport marittimu ta' faċilitajiet użati b'mod esklużiv għal dawn l-iskopijiet;

(f)

il-konsolidazzjoni jew it-tkissir ta' merkanzija li tinġarr fuq bastiment eżentat operat mill-organizzazzjoni liċenzjata tat-trasport marittimu, eżatt qabel jew wara l-vjaġġ, meta l-attività ma tkunx relatata mat-trasport;

(g)

it-tqegħid temporanju ta' merkanzija li tinġarr fuq bastiment eżentat operat mill-organizzazzjoni liċenzjata tat-trasport marittimu, fuq jew fl-art tad-dokk, fejn l-attività ma tkunx parti minn operazzjoni ta' ħżin fuq terminu twil;

(h)

il-kiri jew il-forniment lill-klijenti ta' kontenituri għal oġġetti li għandhom jinġarru fuq bastiment eżentat operat mill-organizzazzjoni liċenzjata tat-trasport marittimu;

(i)

il-forniment ta' ġiti għall-passiġġieri ta' bastiment eżentat operat mill-organizzazzjoni liċenzjata tat-trasport marittimu, fejn kwalunkwe kabina għall-passiġġier tibqa' disponibbli għall-użu esklużiv;”

(90)

Barra minn hekk, id-dħul anċillari li ġej ser ikun kopert mil-limitazzjoni:

(a)

ir-reklamar u l-kummerċjalizzazzjoni, jekk dawn jikkorrispondu għall-bejgħ ta' spazju tar-reklamar abbord bastimenti tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ; u

(b)

faċilitajiet tal-imħatri jew tal-logħob tal-azzard normalment offruti lil klijenti minn bastimenti tal-passiġġieri li jbaħħru għal divertiment abbord, u l-bejgħ lil passiġġieri fuq bastimenti li jbaħħru ta' oġġetti lussużi ta' tip normalment offrut lit-tali passiġġieri, dment li l-fatturat mit-tali attivitajiet jammonta għal inqas minn 25 % tad-dħul gross tal-bastiment eżentat.

(91)

Skont it-2012 Rules on Internal Procedure, attivitajiet anċillari mhux speċifiċi għall-bastimenti, li bħalissa huma soġġetti għal taxxa fuq it-tunnellaġġ f'Malta, jinkludu (i) l-operat ta' faċilitajiet ta' bejgħ ta' biljetti u terminals tal-passiġġieri b'rabta mal-attivitajiet tat-trasport marittimu soġġetti għat-taxxa fuq it-tunnellaġġ; (ii) kwalunkwe mgħax jew redditu miksub fuq kapital operatorju, fejn l-imgħax/ir-redditu jintuża għall-finijiet ta' finanzjament tal-organizzazzjoni liċenzjata tat-trasport marittimu jew tal-attivitajiet tat-trasport marittimu tagħha; (iii) u/jew ix-xiri u l-manutenzjoni ta' bastiment eżentat. Fil-leġiżlazzjoni futura dawn l-attivitajiet jibqgħu jibbenefikaw mit-taxxa fuq it-tunnellaġġ taħt l-intestatura “Attivitajiet anċillari oħra rikonoxxuti bħala eliġibbli għal finijiet tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ mill-Kummissjoni Ewropea”, dment li dan ma jwassalx biex id-dħul gross totali minn dħul anċillari (kemm speċifiku għall-bastiment u tipi oħrajn) jaqbeż il-50 % tad-dħul soġġett għat-taxxa fuq it-tunnellaġġ ta' kumpanija benefiċjarja.

(92)

Minn rieżami li jkopri l-perjodu 2004–2016 mir-Reġistratur Ġenerali ta' Bastimenti u Baħrin, irriżulta li dawk kollha li bbenefikaw mill-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ kienu rrispettaw il-limitu massimu ta' 50 %, f'termini tad-dħul gross f'dak li għandu x'jaqsam mal-attivitajiet anċillari. Inxteħtet attenzjoni partikolari fuq il-bastimenti tal-kruċieri fid-dawl ta' xi jfisser dan id-dħul. Il-kontrolli mwettqa, għal kull bastiment, fuq il-kumpaniji li bbenefikaw mit-taxxa fuq it-tunnellaġġ, urew li d-dħul minn attivitajiet anċillari kienu ferm inqas mil-limitu ta' 50 %. Imbagħad Malta kkonfermat li minn Mejju 2004 ġie osservat limitu ta' 50 % fir-rigward tad-dħul anċillari. Malta saħqet li l-profitti ta' kull sottokuntrattur qatt ma kienu eliġibbli għat-taxxa fuq it-tunnellaġġ.

4.2.2.2.   L-applikazzjoni tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ għal entitajiet li jagħtu b'nolleġġ bastimenti eliġibbli fuq bażi mingħajr ekwipaġġ.

(93)

Malta targumenta li, għall-kuntrarju tal-lokaturi finanzjarji, is-sidien tal-bastimenti li jagħtu b'nolleġġ il-bastimenti tagħhom fuq bażi mingħajr ekwipaġġ mhumiex maqtugħin mill-industrija tat-trasport marittimu u jġorru ċertu livell ta' responsabbiltà għall-bastimenti tagħhom.

(94)

Meta l-bastiment ikun involut b'mod esklużiv f'attivitajiet eliġibbli u jkun operat minn sidu, l-introjtu sħiħ mill-bastiment ikun soġġett għat-taxxa fuq it-tunnellaġġ. F'dan il-kuntest, Malta tqis li għandu jiġi segwit l-istess prinċipju meta l-introjtu rilevanti jinqasam bejn sid il-bastiment u l-operatur, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet neċessarji (inkluż il-ħlas tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ minn kull parti). Malta targumenta li approċċ strett wisq fuq din il-kwistjoni jista' jwassal biex is-sidien tal-bastimenti jibdlu l-istat tal-bandiera tal-bastimenti tagħhom għal stati barra mill-Unjoni u jfisser rati ogħla ta' kiri tal-bastimenti għall-kumpaniji tat-trasport marittimu tal-Unjoni.

(95)

Ebda bastiment nolleġġat mingħajr ekwipaġġ li ġie aċċettat fl-imgħoddi taħt l-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ ma kien bastiment nolleġġat mingħajr ekwipaġġ lil partijiet terzi, kif muri mill-ħarsa ġenerali li tkopri l-perjodu 2004-2016 ippreżentata lis-servizzi tal-Kummissjoni.

(96)

Il-bastimenti mogħtija b'nolleġġ mingħajr ekwipaġġ jifformaw madwar 10 % tal-bastimenti li jaqgħu taħt l-iskema Maltija ta' tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ. In-nolleġġi kienu intragrupp (57).

(97)

Biex jiġi żgurat li de jure ma hemm ebda possibbiltà fil-ġejjieni li lokaturi puri ta' bastimenti (inklużi dawk li jikru jottijiet żgħar lil persuni fiżiċi (58) jibbenefikaw mill-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ, Malta ħadet impenn li tillimita l-eliġibbiltà tat-tranżazzjonijiet ta' nolleġġ ta' bastimenti mingħajr ekwipaġġ għal:

(a)

tranżazzjonijiet intragrupp (59);

(b)

tranżazzjonijiet ta' kumpaniji ġenwini tat-trasport marittimu ma' partijiet terzi minħabba kapaċità eċċessiva fuq terminu qasir meta t-terminu tan-nolleġġ ma jaqbiżx it-tliet snin u dment li t-tunnellaġġ nett mogħti fuq bażi ta' nolleġġ mingħajr ekwipaġġ lil partijiet terzi jkun inqas minn 50 % tat-tunnellaġġ totali tal-kumpanija/grupp ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ; it-terminu “kapaċità eċċessiva fuq terminu qasir” jirreferi biss għal bastimenti mixtrija mill-organizzazzjoni liċenzjata tat-trasport marittimu għall-finijiet ta' twettiq tal-attivitajiet tat-trasport marittimu tagħha stess u ma jinkludix bastimenti mixtrija b'mod speċifiku għall-finijiet ta' nolleġġ ta' bastimenti fuq bażi mingħajr ekwipaġġ.

4.2.2.3.   L-applikazzjoni tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ għal servizzi tat-trasport ipprovduti b'bastimenti mikrija minn kumpaniji oħra bl-ekwipaġġ (nolleġġ għal żmien/vjaġġ)

(98)

Malta kkonfermat li mill-2004 'l hawn ebda benefiċjarju tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ f'Malta ma wettaq attivitajiet ta' nolleġġ għal żmien jew attivitajiet simili.

(99)

Madankollu, Malta saħqet li n-natura stess tat-trasport marittimu ssejjaħ għal possibbiltà ta' teħid ta' deċiżjonijiet flessibbli u veloċi mis-sidien tal-bastimenti biex jadattaw għall-iżviluppi fis-suq. Malta saħqet li l-Linji Gwida Marittimi ma jipprovdux limitazzjoni fuq it-tunnellaġġ massimu li organizzazzoni tista' tieħu b'nolleġġ bl-ekwipaġġ biex tkun intitolata għall-għajnuna permessa mil-Linji Gwida Marittimi.

(100)

Flotta nolleġġata għal żmien hi soġġetta għar-rekwiżiti ġenerali tal-obbligu tal-bandiera tal-liġi Maltija. Ir-rekwiżit tal-obbligu bandiera japplika għall-flotta sħiħa soġġetta għat-taxxa fuq it-tunnellaġġ (60). Kull bastiment nolleġġat għal żmien/vjaġġ li ġie aċċettat mill-iskema ta' Malta ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ minn Mejju 2004 itajjar bandiera taż-ŻEE.

(101)

Malta ċċarat li se jkun rekwiżit li min jidħol ġdid tal-inqas irid ikollu 25 % tal-flotta tiegħu li hi soġġetta għat-taxxa fuq it-tunnellaġġ tkun ittajjar bnadar taż-ŻEE, f'konformità mal-approċċ approvat mill-Kummissjoni fil-kawża dwar it-taxxa fuq it-tunnellaġġ ta' Franza (61).

4.2.3.   L-applikazzjoni tar-regola dwar l-obbligu tal-bandiera

(102)

Hu biss mill-2010 'l hawn li r-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni bdew jippermettu li bastimenti mhux irreġistrati fiż-ŻEE/fl-UE jkunu koperti mit-tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ soġġetti għall-kondizzjonijiet deskritti fil-premessa 27. Għaldaqstant, il-maġġoranza vasta (90 %) tal-flotta Maltija soġġetta għat-taxxa fuq it-tunnellaġġ ittajjar bandiera taż-ŻEE/tal-UE.

(103)

Malta ħadet impenn li tirrikjedi li kull min jidħol ġdid tal-inqas irid ikollu sehem ta' 25 % mill-bastimenti li jkunu jtajru bnadar taż-ŻEE fil-flotta tat-tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ li jopera (62) li jkollu jżomm jew iżid b'konformità mat-Taqsima 3.1 tal-Linji Gwida Marittimi. Permezz ta' dan l-impenn, is-sehem tal-flotta li ttajjar bnadar taż-ŻEE tal-benefiċjarji tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ ma jistax jonqos bħala medja fuq perjodu ta' tliet snin. Deroga minn dan l-obbligu se tingħata biss meta 60 % tal-flotta soġġetta għat-taxxa fuq it-tunnellaġġ (63) li topera l-kumpanija benefiċjarja tkun ittajjar bandiera taż-ŻEE. Ser isir kontroll kull meta bastiment jiżdied jew jitneħħa minn flotta tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ.

(104)

Malta ħadet ukoll impenn li l-ġestjoni strateġika u kummerċjali kollha trid titwettaq fiż-ŻEE.

(105)

Bastimenti li mhumiex kummerċjalment u strateġikament ġestiti miż-ŻEE se jiġu aċċettati taħt l-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ biss jekk itajru bandiera taż-ŻEE, ħlief għal bastimenti mogħtija b'nolleġġ mingħajr ekwipaġġ, b'kondizzjonijiet li jirrispettaw ċerti limitazzjonijiet (64).

4.2.4.   Ir-rati tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ

(106)

Malta saħqet li l-iskema tagħha ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ hi bbażata fuq prinċipju simili bħall-iskema ta' Ċipru ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ li ġiet approvata mill-Kummissjoni fl-2010. Malta timponi rata ta' taxxa fuq it-tunnellaġ ta' kull sena fl-għamla ta' somma f'daqqa skont it-tunnellaġġ tal-bastiment.

(107)

Ir-rati ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ pagabbli f'Malta jvarjaw skont it-tunnellaġġ nett tal-bastiment kif ukoll skont l-età. It-Tabella 3 tipprovdi tqabbil tal-livell ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ pagabbli f'Malta meta mqabbla mal-iskemi ta' Ċipru u tal-Polonja ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ approvati mill-Kummissjoni.

(108)

Malta saħqet li jekk wieħed iqis it-tibdil fit-taxxa pagabbli kif iddeterminata unikament mit-tunnellaġġ tal-bastiment (65), it-taxxa fuq it-tunnellaġġ annwali stmata pagabbli f'Malta tkun simili ħafna għal dik pagabbli f'Ċipru u fil-Polonja:

Tabella 3

Tunnellaġġ Nett

Malta

Ċipru

Il-Polonja

2 500

1 000

830

711

8 000

3 200

2 537

2 046

10 000

3 580

3 158

2 531

15 000

4 280

4 161

3 225

20 000

4 880

5 165

3 918

25 000

5 330

6 169

4 473

30 000

5 780

6 808

4 820

40 000

6 480

8 086

5 513

50 000

7 180

8 816

6 207

60 000

7 680

9 546

6 900

(109)

Barra minn hekk, Malta tisħaq ukoll li l-kalkolu tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ muri għall-Polonja fit-Tabella 3 jassumi li l-bastimenti ser ikunu operazzjonali għal 365 jum f'sena. Il-bastimenti taħt l-iskema tal-Polonja ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ li jibqgħu mhux operazzjonali għal sena sħiħa huma intitolati għal tnaqqis pro rata. F'Ċipru, fejn il-bastiment ma jitbaħħarx għal perjodu ta' mill-inqas tliet xhur, l-ammont ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ pagabbli fir-rigward tat-tali bastiment jitnaqqas b'25 %.

(110)

Malta tipprovdi tnaqqis mir-rata standard tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ meta l-bastiment ikollu inqas minn 10 snin. Fl-istess ħin, Malta żżid it-taxxa fuq it-tunnellaġġ pagabbli meta l-bastiment ikollu 15-il sena jew aktar. L-iskop ta' din ir-regola hu li tħeġġeġ lis-sidien ta' bastimenti u lill-operaturi jirreġistraw bastimenti iżgħar (u għalhekk aktar effiċjenti u ekoloġiċi) u jiskoraġġuhom milli jirreġistraw bastimenti eqdem. Peress li l-bastimenti aktar ġodda b'mod ġenerali għandhom probabbiltà li jkollhom aktar sigurtà u sikurezza, ikunu aktar effiċjenti u aktar ekoloġiċi minn bastimenti eqdem, regola bħal din hi meqjusa li ssostni l-ewwel objettiv elenkat fit-taqsima 2.2 tal-Linji Gwida Marittimi, jiġifieri “it-titjib ta' trasport marittimu sikur, effiċjenti, sigur u ekoloġiku”. Din tikkontribwixxi wkoll għall-miri tal-2020 dwar il-mitigazzjoni tal-emissjonijiet ta' gass serra adottati mill-UE.

(111)

Malta argumentat li ż-żieda fir-rata tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ meta l-bastiment jeqdiem għandha titqies meta tiġi kkunsidrata r-rata totali. Madankollu, fid-dawl tat-tnaqqis applikat fil-Polonja u f'Ċipru relaltat man-nuqqas ta' tħaddim tal-bastimenti, anki bit-tnaqqis applikat f'Malta, ir-rati xorta waħda huma komparabbli. Għall-finijiet ta' tqabbil xieraq, Malta ddikjarat li meta bastiment ikun qed jopera b'75 % fil-Polonja, it-tqabbil bejn Malta u l-Polonja jkun kif muri fit-Tabella 4:

Tabella 4

Tunnellaġġ Nett

Il-Polonja

Malta (bastiment 0-5 snin)

Malta (bastiment 5-10 snin)

2 500

533,25

700

850

8 000

1 535

2 240

2 720

10 000

1 898

2 506

3 043

15 000

2 419

2 996

3 638

20 000

2 939

3 416

4 148

25 000

3 355

3 731

4 530

30 000

3 615

4 046

4 913

40 000

4 135

4 536

5 508

50 000

4 655

5 026

6 103

60 000

5 175

5 376

6 528

(112)

Fir-rigward tad-diskrezzjoni tal-Ministru li “[…] taħt dawk il-kondizzjonijiet li jidhrulu xierqa, jeżenta lil xi bastiment jew klassi ta' bastimenti mill-ħlas kollu jew parti mid-drittijiet u t-taxxi li jitħallsu skont dawn ir-regolamenti”, Malta spjegat li din ir-regola tapplika biss għal tariffi annwali u għal ħlasijiet għar-reġistrazzjoni, imsejħa wkoll taxxi fuq it-tunnellaġġ, u biss biex tiġi żgurata flessibilità f'każijiet li jinvolvu sitwazzjonijiet umanitarji u filantropiċi. Din ir-regola qatt ma ġiet applikata.

(113)

Rigward it-tnaqqis għat-taxxa fuq it-tunnellaġġ imħallsa fi Stat ieħor, Malta spjegat li l-iskop tar-regola rilevanti hu l-prevenzjoni ta' taxxa doppja. Entità li ġiet soġġetta għat-taxxa fuq it-tunnellaġġ fir-rigward ta' bastiment f'pajjiż ieħor ma' għandhiex tkun imġiegħla terġa' tħallas it-taxxa sħiħa fuq it-tunnellaġġ f'Malta. Is-sistema ta' ħelsien mit-taxxa doppja fuq it-tunnellaġġ li tingħata f'Malta hi bbażata fuq il-metodu ta' kreditu ordinarju li japplika wkoll fil-kuntest tat-taxxi fuq l-introjtu. Malta semmiet id-dikjarazzjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni dwar il-kwistjoni konsistenti ma' dan l-approċċ (66).

(114)

Il-ħelsien minn taxxa doppja hu limitat għall-inqas waħda mit-taxxi propji fuq it-tunnellaġġ imġarrba fir-rigward tal-bastiment barra minn Malta jew għal 75 % tat-taxxa ta' Malta fuq it-tunnellaġġ li tkun pagabbli qabel l-għoti ta' kwalunkwe kreditu. Il-ħelsien jingħata biss għal taxxa fuq it-tunnellaġġ imħallsa fir-rigward tal-istess bastiment mill-istess organizzazzjoni liċenzjata tat-trasport marittimu fi Stat Membru ieħor.

4.2.5.   Miżuri ta' delimitazzjoni

(115)

Malta tiddikjara li l-miżuri ta' delimitazzjoni li jinsabu fir-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni effettivament jiddiswadu abbużi u jipprevjenu riperkussjonijiet f'attivitajiet mhux eliġibbli.

(116)

Ir-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni jimponu l-obbligu fuq organizzazzjoni liċenzjata tat-trasport marittimu biex iżżomm kontijiet separati li jagħmlu distinzjoni bejn l-introjtu u l-qligħ miksuba minn attivitajiet tat-trasport marittimu u sorsi oħra ta' introjtu. Barra minn hekk, organizzazzjoni liċenzjata tat-trasport marittimu hi obbligata tħejji wkoll rapporti finanzjarji li huma konformi mal-Istandards Internazzjonali dwar ir-Rapportar Finanzjarju approvati mill-Unjoni u tissottomettihom għal awditi minn kontabilist pubbliku ċċertifikat.

(117)

Nuqqas ta' żamma ta' kontijiet separati awtomatikament se jiskwalifika lil organizzazzjoni tat-trasport marittimu milli tibbenefika minn kwalunkwe waħda mill-eżenzjonijiet mit-taxxa.

(118)

Organizzazzjoni liċenzjata tat-trasport marittimu għandha obbligu li tirreġistra mal-Ministru responsabbli għall-Finanzi, jekk tixtieq tibbenefika mis-sistema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ.

(119)

Organizzazzjoni liċenzjata tat-trasport marittimu li tikseb benefiċċji mis-sistema tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ hi meħtieġa tissottometti dikjarazzjoni annwali tat-taxxa fuq l-introjtu li turi biċ-ċar is-separazzjoni bejn l-introjtu eliġibbli u dak mhux eliġibbli. F'sitwazzjonijiet li fihom l-introjtu kollu ta' organizzazzjoni liċenzjata tat-trasport marittimu jaqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tas-sistema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ, minflok dikjarazzjoni tat-taxxa tali organizzazzjoni għandha l-possibbiltà li tissottometti dikjarazzjoni li trid tiġi ppreżentata minn persuna kwalifikata li hi indipendenti mill-organizzazzjoni liċenzjata tat-trasport marittimu billi tkun kontabilist pubbliku ċċertifikat jew persuna bil-liċenzja ta' avukat. Jeżistu diversi penali fil-każ ta' dikjarazzjonijiet foloz jew ta' negliġenza gravi f'tali dmirijiet.

(120)

Telf minn attivitajiet soġġetti għat-taxxa fuq l-introjtu ma jistax jitpaċa b'obbligazzjoni ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ.

(121)

Organizzazzjoni tat-trasport marittimu ma tistax tiddeċiedi jekk tipparteċipax fis-sistema ta' Malta ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ jew toħroġx minn din skont jekk għandhiex profitti taxxabbli jew telf. Sakemm l-organizzazzjoni liċenzjata tat-trasport marittimu ma tagħżilx mod ieħor, din taqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ. Meta l-organizzazzjoni ma tipparteċipax, din id-deċiżjoni tkun irrevokabbli (67).

(122)

Ebda organizzazzjoni Maltija tat-trasport marittimu ma jista' jkollha parti mill-bastimenti tagħha soġġetta għall-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ u parti taħt l-iskema tat-taxxa fuq l-introjtu (68).

(123)

L-Artikolu 51 tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income fih dispożizzjonijiet estensivi kontra l-abbuż maħsuba biex jeliminaw arranġamenti u skemi artifiċjali li għandhom l-għan li jiksbu xi benefiċċju mit-taxxa li ma jkunx ġustifikat. Din ir-regola ġenerali kontra l-abbuż issegwi r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Diċembru 2012 dwar l-Ippjanar Aggressiv tat-Taxxa (69). Il-miżuri kontra l-abbuż huma sostnuti minn penali ħorox li huma imposti fil-każ ta' ksur. B'hekk, f'dawn il-każijiet, minbarra l-ħlas tat-taxxa mhux imħallsa, l-imgħax hu impost bir-rata ta' 0,54 % fix-xahar (jiġifieri 6,48 % fis-sena), flimkien ma' penali addizzjonali bir-rata li tasal sa 1,5 % fix-xahar (jiġifieri 18 % fis-sena) fuq it-tali taxxa mhux imħallsa.

(124)

Ir-regoli dwar id-deduċibilità tal-ispejjeż li jinsabu fl-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income jeħtieġu l-eżistenza ta' rabta diretta bejn spiża u l-introjtu li tipproduċi. L-Artikolu 14(1) tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income jippermetti li spiża tkun tista' titnaqqas biss jekk l-ispiża tkun “użata għal kollox u esklusivament għall-produzzjoni tal-income”. Għaldaqstant, mhuwiex possibbli li jintalbu tnaqqisiet għal spejjeż imġarrba fil-ġenerazzjoni ta' profitti eżentati (inklużi profitti soġġetti għat-taxxa fuq it-tunnellaġġ) kontra tipi oħra ta' introjtu taxxabbli.

(125)

L-organizzazzjonijiet liċenzjati kollha tat-trasport marittimu huma meħtieġa jżommu rekords xierqa u suffiċjenti tal-introjtu u tan-nefqa tagħhom biex l-introjtu u t-tnaqqisiet permessibbli rispettivi jkunu jistgħu jiġu vverifikati minnufih.

(126)

Malta ħadet impenn li titlob lill-benefiċjarji tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ jissottomettu dikjarazzjonijiet obbligatorji annwali ta' konformità għall-parametri kontrollabbli kollha bħat-tip ta' bastiment, l-attivitajiet imwettqa bil-bastiment, it-tunnellaġġ nett, il-jiem fl-użu, il-bandiera, it-tipi ta' operazzjoni u l-konformità mal-limitu massimu tal-għajnuna.

4.3.   It-trattament tat-taxxa tad-dividendi relatati mal-ishma f'kumpaniji tat-trasport marittimu

(127)

Malta spjegat l-operazzjoni tas-sistema ġenerali Maltija tat-taxxa. Skont din is-sistema, id-dividendi mħallsa lill-azzjonisti minn kumpaniji Maltin ma jġorrux responsabbiltà li jiddikjaraw id-dividend (70) u jħallsu t-taxxa (71). Din is-sistema tapplika mingħajr eċċezzjoni għas-setturi kollha.

4.4.   L-eżenzjoni mit-tassazzjoni fuq il-qligħ kapitali mill-bejgħ jew mit-trasferiment ta' bastimenti

(128)

Malta tirreferi għal-leġiżlazzjoni rilevanti ta' Malta li teħtieġ li bastiment ikun bastiment eżentat biex ikun jista' jisfrutta l-eżenzjoni mit-taxxa (72).

(129)

Barra minn hekk, Malta tispjega li bejgħ u tranżazzjonijiet ta' bastimenti relatati mal-bastimenti eżentati mixtrija u mibjugħa minn kumpaniji tat-trasport marittimu filwaqt li kienu taħt tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ biss qatt ibbenefikaw mill-eżenzjoni mit-taxxa fl-imgħoddi. Minbarra dan, f'Malta d-deċiżjoni ta' tluq mir-reġim tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ hi irrevokabbli.

4.5.   L-eżenzjoni mit-tassazzjoni fuq il-qligħ kapitali relatat mal-ishma f'kumpaniji tat-trasport marittimu

(130)

Malta ddikjarat li biex jiġu żgurati l-kompetittività u l-attraenza tar-reġistri Ewropej meta mqabbla ma' dawk ta' pajjiżi terzi, is-sidien tal-bastimenti (jiġifieri l-azzjonisti) għandhom ikunu jistgħu jgawdu l-frott tal-attivitajiet tat-trasport marittimu mwettqa.

(131)

Skont l-Artikolu 12(1)(c)(ii) tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, kull qligħ jew profitt dovut lil kwalunkwe persuna mhux residenti f'Malta, jew derivat minn tali persuna, fuq trasferiment ta' kwalunkwe sehem jew titolu f'kumpanija, li mhix kumpanija tal-proprjetà, hu eżentat mit-taxxa, dment li s-sid benefiċjarju tal-qligħ ikun persuna mhux residenti Malta u t-tali persuna ma tkunx proprjetà ta' individwu u ta' individwi ordinarjament residenti Malta, jew ikkontrollata minnu/minnhom. Barra minn hekk, eżenzjoni mill-parteċipazzjoni tapplika skont l-Artikolu 12(1)(u)(1) tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income li jistipula li kwalunkwe introjtu jew qligħ miksub minn kumpanija rreġistrata f'Malta minn parteċipazzjoni jew mit-trasferiment tat-tali parteċipazzjoni hu eżentat mit-taxxa.

(132)

Il-ftehimiet dwar it-taxxa doppja li daħlet fihom Malta, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13(5) tal-Mudell ta' Konvenzjoni dwar it-Taxxa tal-OECD, jallokaw id-dritt ta' ntaxxar tat-tali qligħ kapitali lill-pajjiż ta' residenza tal-persuna. Malta għandha trattati kontra t-taxxa doppja mal-Istati Membri kollha taż-ŻEE.

(133)

L-unika tranżazzjoni ta' trasferiment tal-ishma li involviet azzjonist Malti mindu Malta daħlet fl-Unjoni kienet tranżazzjoni li saret fl-2006. Din it-tranżazzjoni kienet relatata mat-trasferiment ta' ishma fi […]. Il-benefiċċju tal-eżenzjoni mit-taxxa rilevanti kien ferm inqas mil-livell limitu de minimis (73), u involva ammont tal-għajnuna massimu — teoriku — ta' inqas minn EUR 1 400 fid-dawl tal-prezz tal-bejgħ, anki jekk jingħadd flimkien mal-benefiċċju tal-eżenzjoni relatata mit-taxxa fir-rigward tat-tranżazzjoni bil-bastimenti. L-azzjonist ma rċieva ebda għajnuna oħra fil-perjodu rilevanti u lanqas ma bbenefika mit-taxxa fuq it-tunnellaġġ (74).

(134)

It-tranżazzjonijiet kollha tal-ishma mwettqa b'mod ieħor mill-2004 kienu jibbenefikaw mill-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-qligħ kapitali għal dawk li mhumiex residenti, li hi stipulata fl-Artikolu 12(1)(c)(ii) tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income.

(135)

Malta ħadet impenn li teħħi l-eżenzjoni attwali mit-tassazzjoni fuq il-qligħ kapitali li hi speċifika għas-settur u li tirriżulta mill-bejgħ tal-ishma f'kumpaniji tat-trasport marittimu għal residenti Maltin.

4.6.   L-eżenzjoni mit-tassazzjoni fuq l-imgħax ta' introjtu ieħor fir-rigward tal-finanzjament ta' kumpaniji tat-trasport marittimu jew ta' bastimenti eżentati

(136)

L-Artikolu 3(2) tar-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni jipprovdi li, “ebda taxxa skont dak l-Att [l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income] ma għandha tkun pagabbli minn kwalunkwe persuna fuq l-imgħax jew introjtu ieħor pagabbli lilha b'rabta ma' kwalunkwe finanzjament tal-operazzjonijiet […] ta' organizzazzjonijiet liċenzjati tat-trasport marittimu, jew finanzjament ta' kwalunkwe bastiment eżentat […]. Din l-eżenzjoni ma tingħatax b'mod awtomatiku, iżda fuq talba. Malta kkonfermat li l-ebda intrapriża qatt ingħatat eżenzjoni bħal din. L-awtoritajiet Maltin ikkonfermaw li t-tali eżenzjoni qatt ma ngħatat, lanqas mindu Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea, u li “ebda kumpanija ma kisbet benefiċċju bħal dan”.

(137)

Malta ħadet impenn li tħassar l-Artikolu 3(2) tar-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni.

4.7.   In-nuqqas ta' taxxa fir-rigward ta' tranżazzjonijiet b'bastimenti

(138)

Malta ddikjarat li d-dispożizzjonijiet li jinsabu fir-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni li jistabbilixxu li ma' għandha tintalab ebda taxxa fir-rigward ta' ċerti tranżazzjonijiet b'bastimenti (75) huma ta' natura informattiva. Dawn ma jipprovdu ebda benefiċċju lill-kumpaniji tat-trasport marittimu peress li t-tali tranżazzjonijiet b'bastimenti mhumiex soġġetti għal taxxa skont l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti, peress li ġeneralment it-taxxa tintalab biss fuq trasferimenti ta' titoli kummerċjabbli, ta' proprjetà immobbli, ta' bejgħ bl-irkant u ta' poloz tal-assigurazzjoni.

4.8.   L-eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dokumenti u t-trasferimenti

(139)

B'mod simili bħal fil-każ ta' qligħ kapitali mill-bejgħ ta' ishma, Malta spjegat li l-eżenzjoni mit-taxxa (76) stabbilita fl-Artikolu 5 tar-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni ma kellha ebda impatt sinifikanti fil-perjodu mill-2004 minħabba l-istruttura tal-azzjonisti tal-kumpaniji soġġetti għat-taxxa fuq it-tunnellaġġ u l-eżenzjonijiet ġenerali eżistenti taħt l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti.

(140)

Fuq il-bażi tal-Artikolu 47(3)d u 47(4) tal-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti, ma hi applikabbli ebda taxxa fuq tranżazzjonijiet li jinvolvu titoli ta' kumpanija fejn aktar minn nofs il-kapital azzjonarju ordinarju, id-drittijiet tal-vot u d-drittijiet għall-profitti jkunu ta' persuni li mhumiex residenti Malta u li mhumiex il-proprjetà ta' persuni residenti Malta jew ikkontrollati minn dawn b'mod dirett jew indirett, dment li l-kumpanija jkollha l-maġġoranza tal-interessi kummerċjali tagħha barra minn Malta. It-trasferimenti li jsiru fuq bażi intragrupp fil-kuntest ta' eżerċizzji ta' ristrutturar ta' grupp, bejn kumpaniji li huma proprjetà ta' maġġoranza u kkontrollati mill-istess azzjonisti, jibbenefikaw minn eżenzjoni skont l-Artikolu 42(1)(b) ta' dak l-Att.

(141)

Malta kkonfermat li mill-2004 'l hawn saret biss tranżazzjoni waħda koperta mill-eżenzjoni ġenerali mit-taxxa msemmija fil-premessa 140, li involviet ishma proprjetà ta' azzjonist Malti. Din it-tranżazzjoni ma qabżitx — f'termini tal-benefiċċju għat-taxxa — il-livell limitu de minimis, lanqas wara li jiżdied il-benefiċċju tal-eżenzjoni mit-tassazzjoni fuq il-qligħ kapitali (77).

(142)

Malta ppreżentat impenn li tneħħi l-eżenzjoni stabbilita fl-Artikolu 5 tar-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni fir-rigward tar-residenti Maltin.

4.9.   Dħul fis-seħħ tal-impenji

(143)

Malta ħadet impenn li r-regoli l-ġodda li jrendu l-miżuri ta' din id-Deċiżjoni kompatibbli mas-suq intern ser jidħlu fis-seħħ fi żmien tliet xhur mid-data ta' din id-Deċiżjoni. Mill-mument tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u sad-dħul fis-seħħ tal-impenji, Malta wiegħdet li tkompli tamministra l-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ u l-miżuri l-oħra li huma l-oġġett ta' din id-Deċiżjoni b'mod li ma jwassalx għall-ħlas ta' għajnuna inkompatibbli li mbagħad ikollha tiġi rkuprata mingħand il-benefiċjarji.

4.10.   L-aspettattivi leġittimi, iċ-ċertezza tad-dritt, l-istatus tal-għajnuna eżistenti

(144)

Malta ddikjarat li l-iskema jeħtieġ li tiġi ttrattata bħala għajnuna eżistenti u li hemm aspettattiva leġittima f'dak ir-rigward min-naħa ta' Malta u tal-organizzazzjonijiet tat-trasport marittimu.

(145)

L-iskema ta' Malta ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ u l-miżuri ta' akkumpanjament ġew stabbiliti fl-1973. F'dan ir-rigward, Malta ppreżentat is-siltiet rilevanti tal-Att dwar il-Bastimenti Merkantili tal-1973 fil-verżjoni oriġinali tiegħu (78) u b'mod partikolari l-Artikoli 85 u 86, li jiddefinixxu l-bastimenti eżistenti u l-introjtu eżentat mit-taxxa fuq l-introjtu.

(146)

Malta tiddikjara li dawn il-miżuri ta' għajnuna kienu soġġetti għall-eżami analitiku ta' qabel l-adeżjoni. Il-kwistjonijiet ta' kompetizzjoni relatati mat-trasport, inkluża t-taxxa fuq it-tunnellaġġ, kienu inklużi b'mod espliċitu taħt il-kapitolu dwar it-Trasport matul in-negozjati tal-adeżjoni. Malta tenfasizza li l-iskema tagħha ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ ma ġietx immarkata bħala problematika mill-Kummissjoni dak iż-żmien. Malta tasserixxi, b'referenza għall-korrispondenza, li l-informazzjoni li hi pprovdiet dwar din l-iskema kienet sodisfaċenti għall-Kummissjoni. Malta tirreferi b'mod speċifiku għal-laqgħa tal-Konferenza tal-Adeżjoni ta' Malta fl-UE li saret fis-26 ta' Ottubru 2001, fejn in-noti tagħha jirriflettu li ġie miftiehem li jiġi rakkomandat l-għeluq provviżorju tan-negozjati dwar il-Kapitolu tat-trasport. Malta tasserixxi li, bħal dawk l-organizzazzjonijiet tat-trasport marittimu li bbenefikaw mill-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ, hi dejjem fehmet u emmnet li l-iskema kienet konformi għalkollox mal-Linji Gwida Marittimi.

(147)

Il-leġiżlazzjoni Maltija rilevanti, l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili u r-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni, ġew ikkomunikati lill-Kummissjoni qabel il-31 ta' Awwissu 2004 kif meħtieġ mill-Att tal-Adeżjoni (79). L-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ ġiet ikkomunikata lill-Kummissjoni fid-dokument CONF-M 51/00 tad-19 ta' Ottubru 2000 kif issupplimentat mid-dokument CONF-M 65/01 tat-18 ta' Settembru 2001.

(148)

Il-leġiżlazzjoni rilevanti ma nbidlitx bejn id-data tal-adeżjoni u l-1 ta' Mejju 2007. Id-dispożizzjonijiet nazzjonali ġew emendati fl-2010 biss biex jiġu trasposti l-prinċipji introdotti mill-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni li tagħti gwida dwar għajnuna mill-Istat għal kumpaniji tal-ġestjoni tal-bastimenti (“il-Linji Gwida dwar il-Ġestjoni tal-Bastimenti”) (80).

(149)

Malta fakkret lill-Kummissjoni li l-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ ma ssemmietx fost l-iskemi li kellhom bżonn jiġu aġġustati meta l-perjodu ta' tliet snin mogħti mit-Trattat tal-Adeżjoni għall-emendar tal-miżuri ta' għajnuna eżistenti kien se jiskadi u li, għalhekk, kienet tikkunsidra l-iskema bħala għajnuna eżistenti. Fl-ittra tagħha tal-24 ta' April 2007, il-Kummissjoni semmiet żewġ miżura ta' għajnuna biss: L-Obbligu ta' Servizz Pubbliku — Gozo Channel Co Ltd u l-Obbligu ta' Servizz Pubbliku Sea Malta Co Ltd.

5.   KUMMENTI MILL-PARTIJIET TERZI

(150)

Kif imsemmi fil-premessa 3, il-kummenti ġew riċevuti mingħand sitt partijiet interesati u mingħand impjegat Ġermaniż fis-settur tat-trasport marittimu li xtaq jibqa' anonimu. Dawn huma miġbura fil-qosor fil-premessi 151 sa 177.

5.1.   Il-bastimenti eliġibbli għat-tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ

(151)

Il-European Community Shipowners' Association (“ECSA”) qablet mal-valutazzjoni inizjali tal-Kummissjoni li l-bastimenti tas-sajd, ir-riggijiet taż-żejt u l-leisure yachts mhux kummerċjali ma' għandhomx ikunu eliġibbli għat-taxxa fuq it-tunnellaġġ.

5.2.   L-applikazzjoni tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ għall-braken

(152)

Il-Malta International Shipping Council saħaq li l-braken mhux motorizzati jġorru l-merkanzija filwaqt li l-bastiment tal-irmonk jiżgura li l-merkanzija tilħaq id-destinazzjoni tagħha. Għaldaqstant, din kienet operazzjoni waħda u kull bastiment kellu jkun eliġibbli għat-tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ.

5.3.   L-applikazzjoni tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ għall-bastimenti tal-kruċiera

(153)

Il-Malta International Shipping Council saħaq li l-operazzjoni tal-bastimenti tal-kruċiera hi sinonima għall-ġarr ta' passiġġieri.

(154)

L-ECSA ddikjarat li l-iskop primarju tal-bastimenti tal-kruċiera hu t-trasport marittimu anki jekk jintuża għal skopijiet rekreattivi. L-ECSA saħqet ukoll li l-bastimenti tal-kruċiera huma soġġetti għall-istess kontroll u regolamentazzjoni bħal bastimenti kbar oħra li jbaħħru fl-oċean u li l-baħħara tagħhom jeħtiġilhom jissodisfaw l-istess rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni. Dawn huma soġġetti wkoll għall-istess bandiera u kontroll mill-Istat tal-port u għall-istess konvenzjonijiet internazzjonali bħall-bastimenti l-oħra kollha li jagħmlu vjaġġi internazzjonali. L-industrija tal-kruċieri kkontribwixxiet b'mod sinifikanti biex jinkisbu l-objettivi tal-Linji Gwida Marittimi. L-industrija tal-kruċieri taffaċċja restrizzjonijiet marbuta mal-kompetittività minn barra l-Unjoni. Meta Parti Kontraenti għall-Ftehim ŻEE jew Stat Membru jimponu taxxi (jew kostijiet oħra) li mhumiex imposti minn pajjiżi oħra, l-Istat Membru jista' jantiċipa moviment ta' bastimenti biex ibiddlu l-istat tal-bandiera għal stat ieħor fejn hemm inqas kostijiet ġenerali.

5.4.   L-applikazzjoni tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ għall-jottijiet kummerċjali

(155)

Il-Malta International Shipping Council, il-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija ta' Malta kif ukoll is-Super Yachts Industry Network — Malta saħqu li l-jottijiet kummerċjali huma attivi fit-trasport ta' passiġġieri fejn teżisti kompetizzjoni internazzjonali ħarxa ma' ċentri offshore biex jiġi attirat in-negozju ta' twaqqif ta' kumpaniji ta' sjieda u ta' reġistrazzjoni tal-jottijiet kummerċjali.

5.5.   L-applikazzjoni tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ għall-bastimenti ta' servizz

(156)

L-ECSA insistiet li ma' għandux ikun hemm lista definittiva u eżawrijenti ta' tipi ta' bastimenti eliġibbli. Hi ddikjarat li ma hemm ebda differenza vera bejn l-attivitajiet ta' “servizz” u ta' “trasport”, peress li lkoll huma attivitajiet kummerċjali tat-trasport marittimu. Hi laqgħet ir-rikonoxximent mill-Kummissjoni tal-eliġibilità ta' wħud mill-bastimenti ta' servizz (pereżempju, bastimenti li jqiegħdu l-kejbils) għall-għajnuna mill-Istat.

5.6.   L-introjtu eliġibbli għat-tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ

5.6.1.   Tassazzjoni tal-qligħ kapitali mill-bejgħ ta' bastimenti eżentati

(157)

L-ECSA ddikjarat li l-profitt miksub mix-xiri u mill-bejgħ ta' assi relatati mal-operazzjonijiet normali ta' operatur ta' bastiment għandu jiġi eskluż mit-taxxa fuq it-tunnellaġġ biss meta kumpanija ma jkollha ebda attività oħra minbarra x-xiri u l-bejgħ ta' assi tat-trasport marittimu. F'dak il-każ, il-kumpanija nfisha ma tistax titqies bħala waħda li twettaq servizzi tat-trasport marittimu.

(158)

L-ECSA argumentat li l-qligħ kapitali mill-bejgħ tal-bastimenti għandu jkun kopert ukoll mit-taxxa fuq it-tunnellaġġ għal bastimenti mixtrija qabel id-dħul fl-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ, li biha l-iskemi tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ jeħtieġ li jinkludu arranġamenti tranżitorji ġusti u ekwitabbli li jqisu kull talba fiskali dovuta fil-perjodu ta' qabel l-applikazzjoni tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ.

5.6.2.   L-applikazzjoni tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ għas-servizzi anċillari pprovduti fil-kuntest tat-trasport marittimu

(159)

Skont l-ECSA, l-attivitajiet anċillari jeħtieġ li jkunu parti normali mis-servizz ta' trasport marittimu li qed jiġi offrut minn organizzazzjoni tat-trasport marittimu. Dawn jargumentaw li ma hemm ebda bżonn li jiġu ddefiniti “attivitajiet anċillari” għall-fini tal-applikazzjoni tal-Linji Gwida Marittimi iżda li jitħalla f'idejn l-Istati Membri li joħorġu bl-interpretazzjoni dettaljata tagħhom stess taħt il-monitoraġġ tal-Kummissjoni.

(160)

L-ECSA taqbel mal-Kummissjoni li s-servizzi offruti minn istituzzjonijiet finanzjarji lil kumpaniji tat-trasport marittimu soġġetti għat-taxxa fuq it-tunnellaġġ — bħal self u garanziji — ma' għandhomx jitqiesu bħala “attivitajiet anċillari” eliġibbli.

(161)

Jekk l-uniku negozju ta' kumpanija hu l-operazzjoni ta' bastimenti li jikkwalifikaw, il-profitt kollu min-negozju tal-operazzjonijiet tal-bastimenti għandu jaqa' fid-delimitazzjoni dment li l-attivitajiet kummerċjali jkunu konsistenti mal-użanzi u mal-prattika għas-settur.

(162)

L-ECSA nnotat li ħafna kumpaniji jitolbu flus għas-servizzi tagħhom fuq bażi inklużiva u l-approċċ mifrux ikun jippermettilhom jevitaw ir-rekwiżit li jagħmlu kalkoli arbitrarji għall-finijiet ta' tqassim tal-profitti. L-ECSA saħqet li l-approċċ mifrux hu sostnut mill-Mudell ta' Konvenzjoni dwar it-Taxxa tal-OECD.

(163)

L-ECSA ddikjarat li servizzi li għalihom jintalab ħlas b'mod separat huma element neċessarju u normali fl-operazzjoni ekonomika ta' ħafna mis-servizzi ta' trasport marittimu tal-passiġġieri. Mingħajrhom, l-attività tat-trasport marittimu ma tkunx attraenti għall-klijenti u mhux vijabbli għall-kumpaniji tat-trasport marittimu, u għalhekk dawn għandhom jikkwalifikaw għat-taxxa fuq it-tunnellaġġ.

(164)

Fir-rigward tal-operazzjonijiet li jirrigwardaw il-kruċieri, il-pakkett tat-trasport jikkonsisti wkoll f'firxa ta' servizzi offruti matul il-vjaġġ li jagħmlu parti mill-aspettattivi tal-passiġġieri. L-ECSA ddikjarat li dawn jinkludu servizzi tal-komunikazzjoni, barijiet, uffiċċji tal-kambju, ġiti fuq l-art, ix-xiri, is-saħħa u s-sħubija, u d-divertiment. F'ċerti każijiet, bħall-ġiti fuq l-art, dawn l-attivitajiet anċillari huma servizz mixtri esternament mil-linja tal-kruċiera — normalment dawn “jitqiegħdu f'pakkett” minn aġenti lokali li jbigħu lil-linja tal-kruċieri — u għalhekk dawn jeħtieġ li jiġu inklużi bħala attività eliġibbli.

(165)

L-ECSA tirrikonoxxi l-prinċipju ta' evitar tal-kompetizzjoni inġusta ma' negozji domestiċi fuq l-art, filwaqt li tinnota li l-użu tal-bastimenti primarjament bħala supermarkets fil-baħar, każinos, jew lukandi statiċi ma jkunx aċċettabbli.

(166)

Il-Malta International Shipping Council għamel rappreżentazzjonijiet simili dwar il-pakketti tal-kruċieri u tal-passiġġieri.

5.6.3.   L-applikazzjoni tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ għal entitajiet li jagħtu b'nolleġġ bastimenti eliġibbli fuq bażi mingħajr ekwipaġġ.

(167)

L-ECSA argumentat li l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu jekk għandhiex tiddaħħal xi restrizzjoni, filwaqt li jqisu, pereżempju, kif inhuma organizzati l-industrija nazzjonali tat-trasport marittimu u r-raggruppament marittimu nazzjonali.

(168)

L-Assoċjazzjoni Norveġiża tas-Sidien tal-Bastimenti spjegat li n-nolleġġ ta' bastimenti mingħajr ekwipaġġ hu arranġament komuni għall-kumpaniji tat-trasport marittimu. Madankollu, perċentwal żgħir biss mit-tunnellaġġ totali tal-kumpaniji tat-trasport marittimu normalment jingħata b'nolleġġ mingħajr ekwipaġġ. Hemm ftit kumpaniji li huma proprjetarji ta' bastimenti li jingħataw b'nolleġġ mingħajr ekwipaġġ. Jekk l-introjtu mill-għoti ta' bastimenti b'nolleġġ mingħajr ekwipaġġ ma jkunx eżentat għalkollox mit-taxxa, is-sidien tal-bastimenti bbażati fiż-ŻEE ma jkunux jistgħu jipprovdu rati kompetittivi tan-nolleġġ. Barra minn hekk, kumpaniji li jaqdu lill-industrija taż-żejt u tal-gass li joperaw fuq blat kontinentali barrani normalment jisseparaw is-sjieda tal-bastimenti u l-attivitajiet operazzjonali biex ikunu kompetittivi fl-istat fejn joperaw. Spiss l-għoti ta' bastimenti b'nolleġġ mingħajr ekwipaġġ ikun l-unika possibbiltà għad-dħul fi swieq barranin protetti. Barra minn hekk, meta n-nolleġġatur ikun kumpanija relatata maż-żejt, in-nolleġġatur spiss ikollu organizzazzjoni interna tiegħu stess li toffri servizzi tal-ekwipaġġ u ta' ġestjoni teknika tal-bastiment, li n-nolleġġatur ikun jixtieq juża. Hemm ukoll territorji fejn ir-riskju relatat mal-kost u mad-disponibilità tal-ekwipaġġ, il-kost u l-aċċess f'waqtu għat-tiswijiet tal-bastimenti u neċessitajiet oħra għat-tħaddim tal-bastiment jitqiesu inaċċettabbli u, għalhekk, ikunu ppreferuti l-arranġamenti ta' għoti ta' bastimenti b'nolleġġ mingħajr ekwipaġġ.

(169)

L-Assoċjazzjoni Norveġiża tas-Sidien tal-Bastimenti targumenta li l-għoti ta' permess biex kumpaniji soġġetti għat-taxxa fuq it-tunnellaġġ ikunu jistgħu jagħtu bastimenti b'nolleġġ mingħajr ekwipaġġ mhux ser iwassal għal żieda fl-għajnuna mill-Istat lill-industrija tat-trasport marittimu (81). L-introjtu tat-trasport marittimu eżentat mit-taxxa hu sempliċiment maqsum bejn il-kumpanija proprjetarja tal-bastimenti, li tagħti l-bastiment b'nolleġġ, u l-kumpanija li topera l-bastiment (għall-kumpanija li topera l-bastiment, l-introjtu eżentat mit-taxxa jitnaqqas bil-kost tan-nolleġġ mingħajr ekwipaġġ, li hu introjtu eżentat mit-taxxa għall-kumpanija proprjetarja tal-bastiment).

(170)

Il-Malta International Shipping Council qal li s-sjieda tal-bastiment u l-operazzjoni tal-bastiment iridu jitqiesu b'mod globali. L-attivitajiet ta' sjieda tal-bastiment u ta' operazzjoni tal-bastiment jistgħu jitwettqu mill-istess organizzazzjoni. F'każijiet oħra jkun hemm entitajiet differenti li jiffokaw fuq attività waħda. L-entitajiet differenti lkoll għandhom spejjeż u responsabbiltajiet li jinkludu dak li jaraw li l-operazzjoni primarja titmexxa b'mod sikur u effiċjenti. Hwa saħaq li l-liġi Maltija u l-liġi internazzjonali jqiegħdu obbligi u responsabblitajiet kbar fuq is-sid tal-bastiment anki meta jingħata b'nolleġġ mingħajr ekwipaġġ. Għaldaqstant, jekk bastiment mogħti b'nolleġġ ikun attiv fil-ġarr internazzjonali ta' oġġetti u ta' passiġġieri, kemm is-sid kif ukoll in-nolleġġatur jeħtieġ li jkunu inklużi fl-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ.

5.6.4.   L-applikazzjoni tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ għal-lokazzjoni ta' bastimenti bl-ekwipaġġ (nolleġġ għal żmien/vjaġġ)

(171)

L-ECSA saħqet li l-attività ta' nolleġġar toħloq impjiegi diretti u indiretti għal ħafna professjonisti fil-qasam tat-trasport marittimu madwar l-Ewropa u approċċ flessibbli jikkontribwixxi għaż-żamma tal-uffiċċji reġistrati tal-kumpaniji tat-trasport marittimu fl-UE.

(172)

Rigward uħud mid-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li talbu sehem minimu ta' attività proprja tat-trasport marittimu biex in-nolleġġaturi għal żmien jibbenefikaw mit-tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ, l-ECSA kkunsidrat li dan ir-rekwiżit għandu jkun inqas strett.

(173)

Skont l-Assoċjazzjoni Norveġiża tas-Sidien tal-Bastimenti, għal raġunijiet kummerċjali, ħafna mill-kumpaniji tat-trasport marittimu huma rappreżentati f'għadd ta' ċentri marittimi madwar id-dinja, u jekk organizzazzjoni internazzjonali tat-trasport marittimu jkollha strateġija ta' żieda tas-sehem tal-bastimenti nolleġġati għal żmien fil-flotta tagħha, din tkun tista' tagħmel dan irrispettivament minn xi limitazzjoni fl-iskemi Ewropej ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ. Din sempliċiment se tagħmel dan permezz ta' sussidjarja mhux residenti fiż-ŻEE.

5.7.   Regola tal-obbligu tal-bandiera

(174)

L-ECSA kkunsidrat li, essenzjalment, il-Linji Gwida Marittimi fihom grad pragmatiku ta' flessibilità rigward l-użu tal-bnadar tal-Istati Membri u dan ma' għandux jiġi ssikkat aktar.

5.8.   Regoli ta' delimitazzjoni

(175)

L-ECSA saħqet li l-iskemi ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ iridu jipprovdu definizzjoni ċara tal-attivitajiet li jikkwalifikaw.

(176)

Operatur ta' bastiment jista' jdaħħal fid-delimitazzjoni l-attività ta' “akkwist” ta' servizzi minn impriżi oħra iżda mhux il-profitti mit-twettiq ta' attivitajiet oħra ta' negozju. Dan il-prinċipju ta' distakkament jintuża b'mod normali fl-amministrazzjoni tat-taxxa u hu magħruf bħala rekwiżit għall-prezzar ta' trasferiment. Pereżempju: jekk operatur ta' bastiment jipprovdi servizzi tal-art bħat-trasport bit-triq jew akkomodazzjoni f'lukanda bħala parti minn pakkett, kwalunkwe valwazzjoni pożittiva li jitlob fuq is-servizzi lil hinn minn kost ta' distakkament għandha taqa' fit-taxxa fuq it-tunnellaġġ. B'hekk, jekk is-servizzi jiġu pprovduti b'rati tas-suq minn parti terza, ikun xi jkun il-profitt li jagħmel l-operatur se jaqa' fid-delimitazzjoni. Madankollu, jekk is-servizzi jiġu pprovduti mill-grupp tal-operatur ta' bastiment, dawn ikunu soġġetti għal prezzar ta' trasferiment u l-profitti min-negozju tat-trasport bit-triq jew tal-lukandi ser ikun eskluż mit-taxxa fuq it-tunnellaġġ — il-valwazzjoni pożittiva komputata fuq it-tali servizzi ta' grupp biss tikkwalifika għat-taxxa fuq it-tunnellaġġ.

5.9.   Eżenzjoni mit-tassazzjoni tal-profitti minn kumpaniji tat-trasport marittimu

(177)

L-ECSA qablet mal-Kummissjoni li s-servizzi offruti minn istituzzjonijiet finanzjarji lil kumpaniji tat-trasport marittimu li jaqgħu taħt l-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ — bħal self u garanziji — ma' għandhomx jitqiesu bħala attivitajiet “eliġibbli” jew “anċillari”.

6.   KUMMENTI MINN MALTA DWAR IL-KUMMENTI TAL-PARTIJIET TERZI

(178)

Malta temmen li, mill-maġġoranza tas-sottomissjonijiet li waslu, jidher ċar li hemm sodisfazzjoni ġenerali bl-applikazzjoni tal-Linji Gwida Marittimi f'Malta. Malta nnotat li l-partijiet ikkonċernati ma qajmux oġġezzjonijiet u sostnew l-arranġamenti kurrenti.

7.   VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA

7.1.   Eżistenza tal-għajnuna

(179)

Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE “kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għallkompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.”

(180)

Għalhekk, biex miżura ta' sostenn titqies għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, din trid tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin b'mod kumulattiv: (i) trid tkun iffinanzjata mill-Istat permezz ta' riżorsi tal-Istat u l-miżura trid tkun imputabbli lill-Istat; (ii) trid tagħti vantaġġ selettiv lir-riċevitur tagħha billi tiffavorixxi lil ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti oġġetti; (iii) trid tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni u (iv) irid ikollha l-potenzjal li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(181)

F'dan li jsegwi, il-Kummissjoni se tivvaluta jekk (i) l-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ, (ii) l-eżenzjoni mit-tassazzjoni tal-qligħ kapitali miksub mill-bejgħ jew mit-trasferiment ta' bastimenti, (iii) l-eżenzjoni mit-tassazzjoni tal-qligħ kapitali relatat ma' ishma f'kumpaniji tat-trasport marittimu, (iv) l-eżenzjoni mit-tassazzjoni ta' dividendi relatati mal-ishma f'kumpaniji tat-trasport marittimu, (v) l-eżenzjoni mit-tassazzjoni tal-imgħax jew ta' introjtu ieħor fir-rigward tal-finanzjament ta' kumpaniji tat-trasport marittimu jew ta' bastimenti eżentati, (vi) l-eżenzjoni minn ċerti taxxi fuq dokumenti u trasferimenti, (minn hawn 'il quddiem imsejħa b'mod kollettiv “il-miżuri nazzjonali”), jissodisfawx il-kriterji msemmija fil-premessa 180 u, konsegwentement, jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat.

Ir-riżorsi tal-Istat, l-imputabbiltà u l-vantaġġ

(182)

Il-Kummissjoni tinnota li l-miżuri nazzjonali jikkonċernaw eżenzjonijiet mit-taxxi u mill-imposti tas-soltu li normalment ikunu pagabbli lill-Istat Malti. L-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ tagħti tnaqqis tat-taxxa meta mqabbla mat-taxxa fuq l-introjtu li normalment tkun pagabbli fuq l-introjtu korporattiv skont l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income. L-eżenzjoni mit-tassazzjoni ta' dividendi u ta' qligħ kapitali relatat ma' ishma f'kumpaniji tat-trasport marittimu u ta' qligħ kapitali relatat mal-bejgħ ta' trasferiment ta' bastimenti u tal-imgħax jew ta' introjtu ieħor fir-rigward tal-finanzjament ta' kumpaniji tat-trasport marittimu jew ta' bastimenti eżentati, tikkonsisti f'eżenzjonijiet — relatati mal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income — mogħtija mill-Att dwar il-Bastimenti Merkantili u mir-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni. Bl-istess mod, l-eżenzjoni minn ċerti taxxi fuq dokumenti u trasferimenti stipulati mill-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti tingħata mill-Att dwar il-Bastimenti Merkantili u mir-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni. L-eżenzjoni mill-ħlas ta' tariffi fid-diskrezzjoni ministerjali hi wkoll eżenzjoni minn taxxi u imposti tas-soltu li normalment jitħallsu lill-Istat Malti.

(183)

Il-Kummissjoni tinnota li telf ta' dħul mit-taxxa għall-Istat hu ekwivalenti għall-konsum ta' riżorsi tal-Istat fil-forma ta' nefqa fiskali. Billi tippermetti tnaqqis jew eżenzjoni mit-taxxi skont l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili, Malta titlef dħul li jikkostitwixxi riżorsi tal-Istat. B'hekk, it-tnaqqis tat-taxxa u l-eżenzjonijiet mit-taxxa jingħataw permezz ta' riżorsi tal-Istat. Dawk il-miżuri ddaħħlu fis-seħħ fil-forma ta' regolament tal-Istat (l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili li hu att parlamentari u r-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni li Malta tqis bħala leġiżlazzjoni sussidjarja li timplimenta l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili). Peress li, għaldaqstant, dawk il-miżuri fiskali huma mogħtija mill-awtoritajiet Maltin, il-miżuri huma imputabbli lill-Istat.

(184)

Biex miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, il-miżura trid tagħti vantaġġ finanzjarju min jirċeviha. Il-Kummissjoni tinnota li l-miżuri nazzjonali jikkonsistu f'eżenzjoni mit-taxxi li tagħti vantaġġ lill-benefiċjarju skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE.

(185)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li

(i)

t-taxxa fuq it-tunnellaġġ tal-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ,

(ii)

l-eżenzjoni mill-ħlas ta' tariffi bid-diskrezzjoni ministerjali,

(iii)

l-eżenzjoni mit-tassazzjoni fuq il-qligħ kapitali mill-bejgħ jew mit-trasferiment ta' bastimenti,

(iv)

l-eżenzjoni mit-tassazzjoni fuq il-qligħ kapitali relatat mal-ishma f'kumpaniji tat-trasport marittimu,

(v)

l-eżenzjoni mit-tassazzjoni fuq id-dividendi relatati mal-ishma f'kumpaniji tat-trasport marittimu,

(vi)

l-eżenzjoni mit-tassazzjoni fuq l-imgħax jew fuq introjtu ieħor fir-rigward tal-finanzjament ta' kumpaniji tat-trasport marittimu jew ta' bastimenti eżentati,

(vii)

l-eżenzjoni minn ċerti taxxi fuq id-dokumenti u t-trasferimenti

huma mogħtija minn riżorsi tal-Istat u huma imputabbli lill-Istat u jagħtu vantaġġ lill-benefiċjarji.

(186)

F'dan li jsegwi, l-elementi ulterjuri neċessarji biex miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, jiġifieri n-natura selettiva tal-miżura, il-potenzjal ta' din li tfixkel il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ, jiġu vvalutati b'mod separat għal kull miżura.

7.1.1.   L-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ

Vantaġġ selettiv

(187)

Biex miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, din trid tkun selettiva billi tiffavorixxi lil ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti oġġetti skont l-Artikolu 107(1) TFUE. Rigward l-interpretazzjoni tal-kondizzjoni ta' selettività, hi ġurisprudenza stabbilita li miżura tista' titqies li hi selettiva jekk tkun “maħsuba parzjalment biex teżenta lil dawk l-impriżi mill-imposti finanzjarji li jirriżultaw mill-applikazzjoni normali tas-sistema ġenerali ta' kontribuzzjonijiet obbligatorji imposta bil-liġi. [traduzzjoni mhux uffiċjali].” (82) Għaldaqstant, miżura titqies li hi selettiva jekk tikkostitwixxi tbegħid mill-applikazzjoni normali tal-qafas ġenerali tat-taxxa.

(188)

Għall-finijiet tal-valutazzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja ħarġet b'analiżi mqassma fuq tliet stadji (83). L-ewwel nett, trid tiġi identifikata s-sistema ta' referenza. It-tieni, għandu jiġi ddeterminat jekk miżura partikolari tikkostitwixxix deroga minn dik is-sistema peress li tiddistingwi bejn operaturi ekonomiċi li, fid-dawl tal-objettivi intrinsiċi għas-sistema, ikunu f'sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli. Li jiġi vvalutat jekk teżistix deroga huwa l-element ewlieni ta' din il-parti tat-test u jippermetti li ssir konklużjoni dwar jekk il-miżura hijiex prima facie selettiva. Jekk il-miżura inkwistjoni ma tikkostitwixxix deroga mis-sistema ta' referenza, din ma tkunx selettiva. Madankollu, jekk tkun (u għalhekk tkun prima facie selettiva), fit-tielet stadju tat-test irid jiġi stabbilit jekk id-deroga hijiex ġustifikata min-natura jew mill-iskema ġenerali tas-sistema (ta' referenza) (84). Jekk miżura selettiva prima facie tkun iġġustifikata mill-għamla u mill-iskema ġenerali tas-sistema, mhijiex se titqies li hi selettiva u, b'hekk, se taqa' barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE (85).

(189)

L-impriżi f'Malta huma soġġetti għal tassazzjoni ta' 35 % skont l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income (86). L-organizzazzjonijiet tat-trasport marittimu li għażlu l-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ huma eżentati mit-tassazzjoni skont l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income fir-rigward tal-introjtu ġġenerat minn attivitajiet tat-trasport marittimu u jħallsu somma f'daqqa minflok. Il-Kummissjoni tinnota li l-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ deskritta fit-taqsima 2.1 jew skema komparabbli mhix disponibbli għas-setturi jew għall-impriżi kollha u, għalhekk, hi prima facie selettiva. It-taxxa fuq it-tunnellaġġ tippermetti li l-benefiċjarji jiffrankaw mill-ispejjeż tat-taxxa tagħhom. Din id-deroga mhix iġġustifikata min-natura tas-sistema ġenerali iżda hi implimentata bl-objettiv speċifiku li jiġu bbenefikati u promossi ċerti attivitajiet.

(190)

Fid-dawl ta' dan li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ tagħti vantaġġ ekonomiku selettiv.

IId-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ

(191)

Miżura mogħtija mill-Istat titqies li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni meta tkun kapaċi ttejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tar-riċevitur meta mqabbel ma' impriżi oħrajn li jikkompeti magħhom (87). Għall-finijiet prattiċi kollha, distorsjoni tal-kompetizzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 107 TFUE tiġi għalhekk preżunta hekk kif l-Istat jagħti vantaġġ finanzjarju lil impriża f'settur liberalizzat fejn hemm, jew jista' jkun hemm, il-kompetizzjoni (88). Meta l-għajnuna finanzjarja minn Stat issaħħaħ il-pożizzjoni ta' impriża meta mqabbla ma' impriżi oħra li jkunu qed jikkompetu magħha fil-kummerċ intra-Komunitarju, dawn tal-aħħar iridu jitqiesu bħala affettwati mill-għajnuna (89).

(192)

L-attivitajiet tat-trasport marittimu essenzjalment jitwettqu f'suq dinji. Barra minn hekk, is-swieq għar-rotot ta' kabotaġġ marittimu kif ukoll għas-servizzi marittimi huma liberalizzati għalkollox (90). B'hekk, is-servizzi pprovduti mill-kumpaniji tat-trasport marittimu li jibbenefikaw mill-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ huma miftuħa għall-kompetizzjoni fl-Istati Membri, bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi. Konsegwentement, l-iskema thedded li tfixkel il-kompetizzjoni u tista' taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

Konklużjoni

(193)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li t-taxxa fuq it-tunnellaġġ tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE.

7.1.2.   L-eżenzjoni mill-ħlas ta' tariffi fid-diskrezzjoni ministerjali

(194)

Il-leġiżlazzjoni kurrenti ma tirrestrinġix b'mod adegwat l-użu tad-diskrezzjoni tal-Ministru biex jeżenta l-bastimenti mill-ħlas ta' tariffi skont ir-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni diskussi fil-premessi 23 u 112. Mhix abbozzata b'mod preċiż biżżejjed biex tillimita t-tnaqqis għall-attivitajiet mhux ekonomiċi fil-mira bi skop umanitarju jew filantropiku.

(195)

L-istess kunsiderazzjonijiet bħal dawk stabbiliti fil-premessi 187ff dwar il-vantaġġ selettiv u 191ff dwar id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ japplikaw ukoll għall-miżuri li potenzjalment jistgħu jingħataw bid-diskrezzjoni tal-Ministru.

Konklużjoni

(196)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-possibbiltà ta' eżenzjoni ta' bastimenti oħra bid-diskrezzjoni tal-Ministru tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

7.1.3.   L-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-qligħ kapitali mill-bejgħ ta' bastimenti

(197)

L-Artikolu 5(1)(a) tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income jimponi piż tat-taxxa fuq il-qligħ kapitali miksub mit-trasferiment ta' assi kapitali. L-Artikolu 3(1) tar-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni jipprevedi eżenzjoni mill-qligħ kapitali mill-bejgħ u mit-trasferiment ta' bastimenti eżentati.

Vantaġġ selettiv

(198)

Kif imsemmi fil-premessa 187, miżura titqies li hi selettiva jekk tikkostitwixxi tbegħid mill-applikazzjoni normali tal-qafas ġenerali tat-taxxa. L-Artikolu 3(1) tar-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni jipprevedi eżenzjoni mit-taxxa fuq il-qligħ kapitali mill-bejgħ ta' bastimenti, filwaqt li fil-qafas tat-taxxa ġenerali, l-Artikolu 5(1) tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income jimponi piż tat-taxxa fuq il-qligħ kapitali miksub mit-trasferiment ta' assi kapitali li fil-prinċipju jammonta għal 35 %. L-organizzazzjonijiet tat-trasport marittimu li għażlu l-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ huma eżentati mit-tassazzjoni skont l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income fir-rigward tal-qligħ kapitali mill-bejgħ ta' bastimenti eżentati. Il-Kummissjoni tinnota li t-tali eżenzjoni mhix disponibbli għas-setturi jew għall-impriżi kollha u, għalhekk, hi prima facie selettiva. L-eżenzjoni mit-taxxa tippermetti li l-benefiċjarji jiffrankaw mill-ispejjeż tat-taxxa tagħhom. Din id-deroga mhix iġġustifikata min-natura tas-sistema ġenerali iżda hi implimentata bl-objettiv speċifiku li jiġu bbenefikati u promossi ċerti attivitajiet.

(199)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-qligħ kapitali mill-bejgħ ta' bastimenti tikkostitwixxi vantaġġ selettiv skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE.

Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ

(200)

Kif stipulat fil-premessa 191, meta l-għajnuna finanzjarja minn Stat issaħħaħ il-pożizzjoni ta' impriża meta mqabbla ma' impriżi oħra li jkunu qed jikkompetu magħha fil-kummerċ intra-Komunitarju, dawn tal-aħħar iridu jitqiesu bħala affettwati mill-għajnuna (91).

(201)

Kif stipulat f'aktar dettall fil-premessa 192, l-attivitajiet tat-trasport marittimu essenzjalment jitwettqu f'suq dinji. B'hekk, is-servizzi pprovduti mill-kumpaniji tat-trasport marittimu li jibbenefikaw mill-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-qligħ kapitali huma miftuħa għall-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri. Konsegwentement, il-miżura thedded li tfixkel il-kompetizzjoni u tista' taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

Konklużjoni

(202)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-qligħ kapitali mill-bejgħ ta' bastimenti tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE.

7.1.4.   L-eżenzjoni mit-tassazzjoni fuq id-dividendi relatati mal-ishma f'kumpaniji tat-trasport marittimu

Vantaġġ selettiv

(203)

Is-sistema ta' referenza għandha tiġi ddefinita bħala s-sistema ta' tassazzjoni ġenerali għad-dividendi. L-Artikolu 68 tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income jipprovdi li ebda persuna, kemm jekk residenti kif ukoll mhux residenti f'Malta, ma' għandha tintalab tħallas taxxa fuq l-introjtu mid-dividendi. Barra minn hekk, l-Artikolu 68 jistabbilixxi li ħadd ma hu obbligat jiddikjara l-introjtu mid-dividendi fid-dikjarazzjoni tat-taxxa. L-awtoritajiet Maltin ikkonfermaw li, essenzjalment, ir-rata tat-taxxa ġenerali għad-dividendi li jirċievi kwalunkwe tip ta' azzjonist f'Malta hi żero. Fir-rigward tal-azzjonisti ta' organizzazzjonijiet tat-trasport marittimu, l-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni jistipula li “m'għandha tintalab jew tkun dovuta ebda taxxa ulterjuri skont l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income fuq l-introjtu […] derivat mill-attivitajiet ta' trasport marittimu ta' organizzazzjoni liċenzjata tat-trasport marittimu”, dment li l-organizzazzjoni tat-trasport marittimu tkun ħallset kif xieraq it-tariffi u t-taxxi rilevanti kollha. Għaldaqstant, la l-azzjonisti f'kumpanija mhux tat-trasport marittimu u lanqas dawk f'organizzazzjoni tat-trasport marittimu li jkunu rċivew dividend minn kumpanija ma huma dovuti jħallsu taxxa fuq id-dividend. Għaldaqstant, l-eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dividendi relatati ma' ishma f'kumpaniji tat-trasport marittimu tikkostitwixxi miżura ġenerali li mhix ta' natura selettiva.

Konklużjoni

(204)

Fuq il-bażi tal-valutazzjoni li saret hawn fuq, l-eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dividendi mhix selettiva u, għalhekk, ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE.

7.1.5.   L-eżenzjoni mit-tassazzjoni fuq l-imgħax jew fuq introjtu ieħor pagabbli fir-rigward tal-finanzjament ta' bastimenti tat-trasport marittimu jew ta' bastimenti eżentati

Vantaġġ selettiv

(205)

Il-Kummissjoni tinnota li l-Artikolu 84Z(1) tal-Att dwar il-Bastimenti Merkantili jipprevedi firxa wiesgħa ta' attivitajiet (92) li jikkwalifikaw lil organizzazzjoni bħala organizzazzjoni tat-trasport marittimu. L-Artikolu 3(2) tal-Att dwar il-Bastimenti Merkantili jistabbilixxi li l-istituzzjonijiet finanzjarji ma huma dovuti jħallsu ebda taxxa skont l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income fuq imgħax jew introjtu ieħor fir-rigward ta' kwalunkwe finanzjament tal-attivitajiet minn organizzazzjoni liċenzjata tat-trasport marittimu elenkata fl-Artikolu 84Z(1) tal-Att dwar il-Bastimenti Merkantili jew mal-finanzjament ta' bastiment eżentat.

(206)

Kif imsemmi fil-premessa 187, miżura titqies li hi selettiva jekk tikkostitwixxi tbegħid mill-applikazzjoni normali tal-qafas ġenerali tat-taxxa. L-Artikolu 3(2) tar-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni jipprevedi eżenzjoni mit-tassazzjoni tal-imgħax jew ta' introjtu ieħor pagabbli relatat mal-finanzjament tal-operazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet liċenzjati tat-trasport marittimu stabbiliti fl-Artikolu 84Z(1) tal-Att dwar il-Bastimenti Merkantili jew mal-finanzjament ta' bastiment eżentat, filwaqt li fil-qafas tat-taxxa ġenerali, l-Artikolu 4(1) tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income jimponi piż tat-taxxa fil-forma ta' rata fissa ta' 35 % fuq id-dħul mill-imgħax miksub minn attivitajiet ta' finanzjament bħall-għoti ta' self u ta' garanziji. B'hekk, l-istituzzjonijiet finanzjarji huma eżentati mit-taxxa fuq l-introjtu fir-rigward tal-introjtu miksub mill-finanzjament ta' attivitajiet iddefiniti b'mod ġenerali tal-organizzazzjonijiet liċenzjati tat-trasport marittimu u mill-finanzjament ta' bastimenti eżentati.

(207)

Il-Kummissjoni tinnota li t-tali eżenzjoni mhix disponibbli għall-istituzzjonijiet finanzjarji fir-rigward tal-finanzjament ta' kumpaniji li mhumiex organizzazzjonijiet liċenzjati tat-trasport marittimu. Għaldaqstant, l-eżenzjoni hi prima facie selettiva peress li tiffavorixxi lil istituzzjonijiet finanzjarji li huma attivi fil-finanzjament tas-settur tat-trasport marittimu. L-eżenzjoni mit-taxxa tippermetti lill-benefiċjarji jiffrankaw mill-ispejjeż tat-taxxa tagħhom.

(208)

Il-Kummissjoni ma tqisx li hemm xi objettiv fin-natura tal-iskema ġenerali tat-tassazzjoni Maltija fuq l-introjtu li jista' jiġġustifika d-deroga inkwistjoni iżda li l-miżura hi implimentata bl-objettiv speċifiku li tibbenefika jew tippromwovi ċerti attivitajiet.

(209)

Fid-dawl ta' dan li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-eżenzjoni mit-tassazzjoni tal-imgħax jew ta' introjtu ieħor pagabbli fir-rigward tal-finanzjament tal-operazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet liċenzjati tat-trasport marittimu jew mal-finanzjament ta' bastimenti eżentati tikkostitwixxi vantaġġ selettiv skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE.

Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ

(210)

Is-servizzi finanzajrji essenzjalment jitwettqu f'suq Ewropew fejn l-istituzzjonijiet finanzjarji qed jikkompetu kontra xulxin. B'hekk, is-servizzi pprovduti mill-istituzzjonijiet finanzjarji li jibbenefikaw mill-eżenzjoni mit-taxxa huma miftuħa għall-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri.

(211)

Meta l-għajnuna finanzjarja minn Stat issaħħaħ il-pożizzjoni ta' impriża meta mqabbla ma' impriżi oħra li jkunu qed jikkompetu magħha fil-kummerċ intra-Komunitarju, dawn tal-aħħar iridu jitqiesu bħala affettwati mill-miżura (93). Konsegwentement, il-miżura thedded li toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni u tista' taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

Konklużjoni

(212)

Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-eżenzjoni mit-tassazzjoni tal-imgħax jew ta' introjtu ieħor pagabbli relatat mal-finanzjament ta' bastimenti tat-trasport marittimu jew ta' bastimenti eżentati tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE.

7.1.6.   L-eżenzjoni mit-tassazzjoni fuq il-qligħ kapitali relatat mal-ishma f'kumpaniji tat-trasport marittimu

Vantaġġ selettiv

(213)

Kif imsemmi fil-premessa 187, miżura titqies li hi selettiva jekk tikkostitwixxi tbegħid mill-applikazzjoni normali tal-qafas ġenerali tat-taxxa. Il-qligħ kapitali fuq l-ishma għar-residenti ta' Malta normalment ikun soġġett għal tassazzjoni ta' 35 % fuq l-introjtu skont l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income (94). Madankollu, ir-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni fihom eżenzjoni mit-taxxa favur il-qligħ kapitali relatat ma' ishma f'kumpaniji tat-trasport marittimu (95). Il-Kummissjoni tinnota li t-tali eżenzjoni mhix disponibbli għas-setturi jew għall-impriżi kollha u, għalhekk, hi prima facie selettiva. L-eżenzjoni tikkostitwixxi deroga mis-sistema fiskali ġenerali peress li r-residenti ta' Malta li jkollhom qligħ jew profitt derivat minn trasferiment ta' kumpaniji tat-trasport marittimu jinsabu f'sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli bħar-residenti ta' Malta li jkollhom qligħ jew profitt derivat minn trasferiment ta' kumpaniji oħra fid-dawl tal-objettiv tas-sistema fiskali, jiġifieri tassazzjoni fuq kwalunkwe qligħ jew profitt fuq it-trasferiment ta' kwalunkwe sehem jew titolu.

(214)

Malta ma ressqet ebda argument dwar jekk il-miżura tistax tiġi ġġustifikata mil-loġika tas-sistema fiskali. Il-Kummissjoni ma tqisx li hemm xi objettiv fin-natura u fl-iskema ġenerali tat-tassazzjoni ta' Malta fuq l-introjtu li jista' jiġġustifika d-deroga inkwistjoni u, għalhekk tikkonkludi li l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-qligħ kapitali mill-bejgħ tal-ishma f'kumpaniji tat-trasport marittimu għall-benefiċċju tar-residenti ta' Malta hi selettiva skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE.

Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ

(215)

Kif stipulat fil-premessa 191, meta l-għajnuna finanzjarja minn Stat issaħħaħ il-pożizzjoni ta' impriża meta mqabbla ma' impriżi oħra li jkunu qed jikkompetu magħha fil-kummerċ intra-Komunitarju, dawn tal-aħħar iridu jitqiesu bħala affettwati mill-għajnuna.

(216)

F'dan il-każ, ir-residenti ta' Malta li għandhom ishma f'kumpaniji tat-trasport marittimu huma esposti għal kompetizzjoni u għal kummerċ bejn l-Istati Membri. L-attivitajiet ta' investiment jitwettqu f'suq dinji. Barra minn hekk, kif stipulat f'aktar dettall fil-premessa 192, l-attivitajiet tat-trasport marittimu essenzjalment jitwettqu f'suq dinji. Konsegwentement, il-miżura tat-taxxa taħt rieżami taffettwa l-kummerċ fl-Unjoni u għandha l-potenzjal li tfixkel il-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri.

Konklużjoni

(217)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-qligħ kapitali mill-bejgħ ta' ishma f'kumpaniji tat-trasport marittimu tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE.

7.1.7.   L-eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dokumenti u t-trasferimenti

Is-selettività

(218)

L-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti japplika dazju għat-trasferiment ta' titoli kummerċjali inter alia (96). Kif stipulat fil-premessa 41, l-Artikolu 5 tar-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni jipprevedi eżenzjonijiet fir-rigward ta' tranżazzjonijiet relatati ma' titoli kummerċjabbli relatati mal-organizzazzjonijiet tat-trasport marittimu.

(219)

Kif imsemmi fil-premessa 187, miżura titqies li hi selettiva jekk tikkostitwixxi tbegħid mill-applikazzjoni normali tal-qafas ġenerali tat-taxxa. L-Artikolu 5 tar-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni jikkositwixxi deroga mis-sistema ġenerali peress li l-entitajiet li jwettqu tranżazzjonijiet f'titoli b'rabta mat-trasport marittimu jinsabu f'sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli bħall-entitajiet li jwettqu dawn it-tranżazzjonijiet b'rabta ma' kwalunkwe settur ieħor.

(220)

Il-Kummissjoni tinnota li t-tali eżenzjoni mhix disponibbli f'setturi oħra. Għaldaqstant, l-eżenzjoni hi prima facie selettiva peress li tiffavorixxi t-tranżazzjonijiet fis-settur tat-trasport marittimu. L-eżenzjoni tippermetti lill-benefiċjarji jiffrankaw mill-ispejjeż tagħhom.

(221)

Malta ma ressqet ebda argument dwar jekk il-miżura tistax tiġi ġġustifikata mil-loġika tas-sistema. Il-Kummissjoni ma tqisx li hemm xi objettiv fin-natura u fl-iskema ġenerali tas-sistema Maltija fuq it-taxxi li jista' jiġġustifika d-deroga inkwistjoni.

(222)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-eżenzjoni mit-taxxa fuq dokumenti u trasferimenti tagħti vantaġġ selettiv skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE.

Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ

(223)

Miżura mogħtija mill-Istat titqies li toħloq distorsjoni jew thedded li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni meta tkun kapaċi ttejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tal-benefiċjarju meta mqabbel ma' impriża oħra.

(224)

Kif imsemmi fil-premessa 192, it-trasport marittimu hu settur liberalizzat, b'kompetizzjoni kemm fl-UE kif ukoll madwar id-dinja. Għaldaqstant, din il-miżura thedded li toħloq distosjoni tal-kompetizzjoni u tista' taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

Konklużjoni

(225)

Il-miżura għalhekk tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE.

7.2.   Kompatibbiltà tal-għajnuna

Bażi ġuridika għall-valutazzjoni

(226)

Skont l-Artikolu 107(3)(c) TFUE, l-għajnuna li tingħata biex tiffaċilita l-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet tista' titqies bħala kompatibbli mas-suq intern, fejn l-għajnuna ta' dan it-tip ma taffettwax il-kondizzjonijiet tal-kummerċ tant ħażin li tmur kontra l-interess komuni, u għalhekk, tipprovdi possibbiltà ta' bażi għal eżenzjoni mill-projbizzjoni ġenerali li taffettwa l-għajnuna mill-Istat. Il-Kummissjoni tqis li l-Artikolu 107(3)(c) TFUE hu bażi ġuridika xierqa applikabbli għall-iskema ta' Malta ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ.

(227)

Skont il-ġurisprudenza stabbilita, għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107(3) TFUE, il-Kummissjoni tgawdi minn setgħa diskrezzjonali wiesgħa li l-eżerċizzju tagħha jinvolvi evalwazzjonijiet kumplessi ta' natura ekonomika u soċjali li għandhom isiru f'kuntest Komunitarju. Bl-adozzjoni tar-regoli tal-kondotta u bit-tħabbir, permezz tal-pubblikazzjoni tagħhom, li dawn se japplikaw għall-każijiet li huma relatati magħhom, il-Kummissjoni timponi limitu fuq l-eżerċizzju tad-diskrezzjoni tagħha msemmija aktar 'il fuq u ma tistax tmur kontra dawn ir-regoli mingħajr ma tinstab fi ksur, jekk ikun il-każ, tal-prinċipji ġenerali tad-dritt, bħal dawk ta' trattament ugwali jew tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. Għaldaqstant, fil-qasam speċifiku tal-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni hija marbuta bil-Linji Gwida u bl-avviżi maħruġa minnha, sa fejn dawn ma jmorrux lil hinn mir-regoli fit-Trattat (97). F'konformità mal-ġurisprudenza stabbilita, il-Kummissjoni se tapplika l-Linji Gwida Marittimi f'dan il-każ. Il-Linji Gwida Marittimi jiddeterminaw il-kondizzjonijiet li fihom skema ta' appoġġ għas-settur tat-trasport marittimu ta' Stat Membru hi meqjusa bħala kompatibbli mas-suq intern.

(228)

It-Taqsima 2.2 tal-Linji Gwida Marittimi tiddikjara l-objettivi speċifiċi fl-interess marittimu tal-Komunità li jistgħu jiġu sostnuti bi skemi bħal, b'mod partikolari:

it-titjib fis-sikurezza, l-effiċjenza, is-sigurtà u r-rispett lejn l-ambjent tat-trasport marittimu,

it-tħeġġiġ biex il-bastimenti jibdew itajru jew jibqgħu jtajru bnadar tal-Istati Membri,

il-kontribuzzjoni għall-konsolidament tal-industriji tal-baħar stabbiliti fl-Istati Membri u għaż-żamma ta' flotta globalment kompetittiva fis-swieq dinjija,

iż-żamma u t-titjib tal-għarfien marittimu kif ukoll il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-impjieg għall-baħħara Ewropej.

7.2.1.   L-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ

7.2.1.1.   Il-bastimenti eliġibbli għat-taxxa fuq it-tunnellaġġ

(229)

F'konformità mat-taqsima 2 tal-Linji Gwida Marittimi, il-kamp ta' applikazzjoni tagħhom ikopri t-“trasport marittimu”. Biex ikunu konformi mal-Linji Gwida Marittimi, il-miżuri nazzjonali ta' għajnuna jridu jkunu limitati għal bastimenti użati għall-fini tat-trasport marittimu kif iddefinit fihom b'referenza għar-Regolament (KEE) Nru 4055/86 u għar-Regolament (KEE) Nru 3577/92 (98).

(230)

Ir-Regolament (KEE) Nru 4055/86 jiddefinixxi t-“trasport marittimu” bħala l-ġarr ta' passiġġieri jew ta' oġġetti bil-baħar bejn kwalunkwe port ta' Stat Membru u kwalunkwe port jew installazzjoni offshore ta' Stat Membru ieħor jew ta' pajjiż terz.

(231)

Ir-Regolament (KEE) Nru 3577/92 jiddefinixxi t-“trasport marittimu” bħala l-ġarr ta' passiġġieri jew ta' oġġetti bil-baħar bejn portijiet li jinsabu fl-art kontinentali jew fit-territorju ewlieni ta' Stat Membru (kabotaġġ fl-art kontinentali) jew il-ġarr ta' passiġġieri jew ta' oġġetti bil-baħar bejn kwalunkwe port fi Stat Membru u installazzjonijiet jew struturi li jinsabu fil-blata kontinentali ta' dak l-Istat Membru (servizzi ta' provvista offshore) jew il-ġarr ta' passiġġieri jew ta' oġġetti bil-baħar bejn portijiet fl-art kontinentali u gżira tal-Istat Membru jew bejn portijiet li jinsabu fil-gżejjer tal-Istat Membru (kabotaġġ fi gżira).

(232)

Il-Kummissjoni ddeċidiet ukoll li ċerti attivitajiet, anki jekk ma jaqgħux, jew ikunu jaqgħu f'parti minnhom biss, fid-definizzjoni ta' trasport marittimu, jistgħu jkunu soġġetti mutatis mutandis għat-trasport marittimu għad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 3.1 tal-Linji Gwida Marittimi. Dan hu l-każ għal bastimenti ta' salvataġġ u ta' assistenza fil-baħar (99) u għal bastimenti ta' tqegħid tal-kejbils, ta' tqegħid tal-pajpijiet, bastimenti bil-krejn u dawk ta' riċerka (100), peress li dawn jeħtieġu persunal bi kwalifiki simili u huma esposti b'mod simili għal kompetizzjoni internazzjonali.

(233)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha, il-Kummissjoni assumiet li l-bastimenti tas-sajd, il-pontuni, il-braken, il-jottijiet, il-bastimenti tal-kruċiera u r-riggijiet taż-żejt kienu koperti mit-taxxa ta' Malta fuq it-tunnellaġġ iżda kellha dubji jekk dan kienx ġustifikabbli fid-dawl tad-definizzjoni ta' trasport marittimu (101).

(234)

Malta ċċarat li, filwaqt li l-bastimenti kollha rreġistrati f'Malta jħallsu tariffa msejħa “taxxa fuq it-tunnellaġġ”, huma biss dawk il-bastimenti involuti f'“attivitajiet tat-trasport marittimu” skont ir-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni li huma eżentati mit-tassazzjoni normali fuq l-introjtu u jibbenefikaw minn trattament bħala “bastimenti eżentati”.

(235)

Il-Kummissjoni kellha dubju dwar il-kompatibbiltà tad-definizzjoni tal-attivitajiet tat-trasport marittimu eliġibbli, li inkludiet ukoll attivitajiet ta' tip “as otherwise may be prescribed.” (102)

(236)

Skont Malta, ir-raġuni għall-inklużjoni tal-frażi “or as otherwise may be prescribed” kienet biex l-awtorità kompetenti tiġi pprovduta bil-flessibilità leġiżlattiva xierqa f'każ li jsir possibbli li ċerti attivitajiet ġodda u emerġenti jiġu inklużi fid-definizzjoni ta' “attivitajiet tat-trasport marittimu” (eż. minħabba żviluppi tal-industrija jew tal-leġiżlazzjoni fil-livell tal-Unjoni). Malta kkonfermat li qatt ma nħarġu xi regolamenti, regoli, ordnijiet jew struzzjonijiet li kellhom l-għan li jespandu d-definizzjoni tal-attivitajiet tat-trasport marittimu.

(237)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li fuq il-bażi tal-ispjegazzjonijiet ipprovduti minn Malta, id-dispożizzjoni stipulata fl-Artikolu 85 A(1) tal-Att dwar il-Bastimenti Merkantili li jagħti s-setgħa lill-Ministru responsabbli biex jaċċetta taħt l-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ bastimenti ta' inqas mil-livell limitu ta' 1 000 tunnellata nett minimu (103) ma eliminatx ir-rekwiżit li l-bastiment ikun involut fil-ġarr internazzjonali ta' oġġetti jew ta' passiġġieri. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota wkoll li d-diskrezzjoni tal-Ministru li jaċċetta taħt l-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ bastimenti ta' inqas mil-livell limitu ta' 1 000 tunnellata nett minimu mhix ibbażata fuq xi kriterju oġġettiv. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tilqa' l-fatt li Malta ħadet l-impenn stipulat fl-Anness fil-punt 18.

(238)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li t-test tal-leġiżlazzjoni ta' Malta jidher li ħalla lok biex, permezz ta' att ministerjali, taħt l-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ jiġu inklużi attivitajiet li jmorru lil hinn mid-definizzjoni tat-trasport marittimu. Għaldaqstant, dak l-aspett tal-iskema ta' Malta ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ hu inkompatibbli mal-Linji Gwida Marittimi.

L-eliġibbiltà ta' braken mhux motorizzati

(239)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni xeħtet dubju fuq l-eliġibbiltà ta' braken mhux motorizzati, minħabba l-fatt li dawn ma jwettqux attivitajiet ta' trasport huma nfushom iżda jiddependu minn bastimenti oħra biex jirmunkawhom (104).

(240)

Wara li semgħet l-osservazzjonijiet tal-awtoritajiet Maltin u tal-partijiet terzi, il-Kummissjoni għadha tal-fehma li braken mhux motorizzati, minħabba li ma jwettqux attivitajiet tat-trasport huma nfushom iżda jiddependu minn bastimenti oħra biex jirmunkawhom, mhumiex involuti fit-trasport marittimu. Il-bastiment li jipprovdi l-propulsjoni jista' jiġi deskritt bħala involut fit-trasport marittimu iżda l-attività tal-barkun mhix.

(241)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-aċċettar tal-braken għat-taxxa fuq it-tunnellaġġ imur lil hinn mid-definizzjoni tat-trasport marittimu. Għaldaqstant, dak l-aspett tal-iskema ta' Malta ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ hu inkompatibbli mal-Linji Gwida Marittimi.

L-eliġibbiltà tal-bastimenti tal-kruċiera u tal-jottijiet kummerċjali

(242)

Rigward il-jottijiet kummerċjali, fid-deċiżjoni tal-ftuħ (105) il-Kummissjoni kienet imħassba li dawn kienu jintużaw primarjament għal vjaġġi lokali (spiss vjaġġi rikreazzjonali) u ddubitat kemm kull bastiment seta' jiġi kopert minn skema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ.

(243)

L-eliġibbiltà tal-jottijiet kummerċjali u tal-bastimenti tal-kruċiera jeħtieġ li tiġi vvalutata fid-dawl tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92 (106). Il-Kapitlu 3.3 ta' din il-Komunikazzjoni jikkonferma li s-servizzi tal-kruċiera jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 3577/92 u tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4055/86 bħala li jikkostitwixxu trasport marittimu. Tabilħaqq, il-bastimenti tal-kruċiera jġorru passiġġieri bil-baħar bejn il-portijiet, u b'hekk iwettqu attivitajiet tat-trasport marittimu. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-bastimenti tal-kruċiera huma eliġibbli għat-tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ dment li l-maġġoranza tad-dħul tagħhom tiġi minn dħul tat-trasport marittimu ewlieni. Il-limitazzjonijiet fuq is-servizzi anċillari relatati mal-attivitajiet tat-trasport marittimu huma diskussi aktar 'il quddiem fil-premessi 266 sa 274.

(244)

Is-servizzi ta' trasport ipprovduti minn jottijiet kummerċjali jaqgħu taħt id-definizzjoni ta' trasport marittimu, dment li dawn jinvolvu t-trasport ta' oġġetti u/jew ta' persuni bil-baħar bejn il-portijiet, kif ukoll bejn port u installazzjoni/struttura offshore. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-jottijiet kummerċjali li jwettqu trasport marittimu għar-remunerazzjoni huma eliġibbli għat-tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ.

L-eliġibbiltà tal-bastimenti tal-irmonk u bil-gangmu

(245)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ il-Kummissjoni qajmet dubji dwar jekk il-bastimenti tal-irmonk u bil-gangmu kinux aċċettati mill-iskema ta' Malta ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ f'konformità mal-kondizzjonijiet stretti stabbiliti mil-Linji Gwida Marittimi (107).

(246)

Skont il-Linji Gwida Marittimi “arranġamenti fiskali għal kumpaniji (bħat-taxxa fuq it-tunnellaġġ) jisjtgħu jiġu applikati għal dawk il-bastimenti bil-gangmu li l-attività tagħhom tikkonsisti fi “trasport marittimu” għal aktarm inn 50 % tal-ħin operazzjonali annwali tagħhom u biss fir-rigward tat-tali attivitajiet ta' trasport”. Fil-każ tat-tħammil, it-trasport marittimu hu ddefinit mit-Taqsima 3.1 tal-Linji Gwida Marittimi bħala “t-trasport fil-baħar fond ta' materjali estratti” u jeskludi “l-estrazzjonijiet jew it-tħammil minnhom infushom”. F'konformità mal-prattika deċiżjonali tal-Kummissjoni (108), il-parti eliġibbli tal-attivitajiet tal-bastiment bil-gangmu tinkludi t-tbaħħir bejn il-port u s-sit tal-estrazzjoni, it-tbaħħir bejn postijiet differenti ta' estrazzjoni, it-tbaħħir bejn il-post tal-estrazzjoni u l-post fejn jitħattew il-materjali estratti, il-ħatt tal-materjal estratt, it-tbaħħir bejn il-post tal-ħatt u l-port. Għall-kuntrarju, it-tħammil u t-tbaħħir matul it-tħammil mhumiex meqjusa bħala attività tat-trasport marittimu.

(247)

Rigward il-laneċ tal-irmonk, il-Linji Gwida Marittimi jindikaw biċ-ċar li “l-attivitajiet ta' rmonk li jitwettqu fost l-oħrajn f'portijiet, jew li jassistu bastiment awtopropulsiv biex jilħaq port ma jikkostitwixxux trasport marittimu”. Barra minn hekk, il-Linji Gwida Marittimi jipprevedu li l-irmonk hu kopert mill-kamp ta' applikazzjoni tagħhom biss jekk aktar minn 50 % tal-attività ta' rmonk imwettqa b'mod effettiv minn lanċa matul sena partikolari tikkostitwixxi trasport marittimu (din tkun tinkludi fost l-oħrajn braken tal-irmonk bejn portijiet jew bejn port u installazzjoni/struttura offshore jew l-irmonk ta' bastimenti li, minħabba ħsara teknika, ma jistgħux ibaħħru waħedhom).

(248)

Malta ma kellhiex leġiżlazzjoni espliċita formali rigward ir-rekwiżit ta' 50 % tat-trasport marittimu għall-attività ta' rmonk u ta' tħammil spjegat fil-premessi 246 u 247. Il-Kummissjoni tqis li l-leġiżlazzjoni Maltija tidher li tħalli lok biex it-taxxa fuq it-tunnellaġġ tiġi applikata għal dħul iġġenerat minn bastimenti bil-gangmu u minn laneċ tal-irmonk mingħajr restrizzjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-miżuri nazzjonali li bħalissa huma fis-seħħ f'Malta għall-irmonk u għat-tħammil mhumiex f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Linji Gwida Marittimi.

L-eliġibbiltà tal-bastimenti ta' servizz u ta' appoġġ u ta' bastimenti oħra

(249)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ il-Kummissjoni fittxet x'kienu jfissru l-bastimenti ta' servizz/ta' appoġġ koperti mill-iskema ta' Malta ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ u fuq liema bażi (109).

(250)

Għall-ewwel, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li l-iskema Maltija potenzjalment kienet tippermetti l-kopertura ta' firxa wiesgħa ta' bastimenti ta' servizz/ta' appoġġ taħt l-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ.

(251)

Il-Kummissjoni staqsiet jekk bastimenti ta' tiswija tal-kejbils, bastimenti ta' appoġġ għall-għaddasa, bastimenti ta' stimolazzjoni tal-bjar taż-żejt, dgħajjes tal-bdot, bastimenti ta' stħarriġ, bastimenti ta' stħarriġ idrografiku u ta' kostruzzjoni li jipprovdu servizzi offshore u pjattaformi mobbli kinux ibbenefikaw u indikat li l-Kummissjoni ma kellhiex biżżejjed informazzjoni biex tiddetermina jekk l-ammissibilità tat-tali bastimenti/strutturi tistax tkun konformi mal-Linji Gwida Marittimi. Malta ċċarat li dawn il-bastimenti ma kinux soġġetti għat-taxxa fuq it-tunnellaġġ.

(252)

Il-Kummissjoni taċċetta li ċerti attivitajiet analogi, anki jekk ma jaqgħux taħt id-definizzjoni stretta ta' trasport marittimu, jistgħu jkunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Linji Gwida Marittimi. Dan hu l-każ għall-operazzjoni ta' bastimenti speċjalizzati fis-servizzjar ta' attivitajiet offshore jew li jwettqu attivitajiet ta' installazzjoni u ta' manutenzjoni (eż. bastimenti ta' tqegħid ta' kejbils, ta' tqegħid ta' pajpijiet, ta' riċerka u bil-krejn) (110) jew bastimenti li jipprovdu salvataġġ fil-baħar u assistenza marittima fl-ibħra internazzjonali, dment li dawn jeħtieġu persunal bi kwalifiki simili u huma esposti b'mod simili għal kompetizzjoni internazzjonali (111).

(253)

Fir-rigward tal-futur, Malta ċċarat li hi tfittex li tapplika t-taxxa fuq it-tunnellaġġ għal bastimenti ta' tqegħid tal-kejbils, ta' tqegħid tal-pajpijiet, bil-krejn u ta' riċerka f'konformità mal-prattika tal-Kummissjoni deskritta fil-premessa 252. Malta ħadet impenn li tirrifletti dan b'mod espliċitu fil-leġiżlazzjoni tagħha (112). Għaldaqstant, fuq il-bażi ta' dik il-leġiżlazzjoni futura, it-taxxa fuq it-tunnellaġġ se tiġi applikata għal bastimenti ta' tqegħid tal-kejbils, ta' tqegħid tal-pajpijiet, bil-krejn u ta' riċerka b'mod li jkun kompatibbli mal-Linji Gwida Marittimi applikati mutatis mutandis.

(254)

Fir-rigward tal-applikazzjoni kurrenti tal-iskema ta' Malta ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ għal “bastimenti ta' servizz/ta' appoġġ”, Malta wriet li l-attivitajiet koperti minn dak it-terminu jikkonċernaw il-ġarr ta' oġġetti u/jew ta' persuni bil-baħar bejn portijiet jew bejn port u installazzjoni/struttura offshore, u b'hekk jikkostitwixxu trasport marittimu (113). Għaldaqstant, dawk il-bastimenti jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Linji Gwida Marittimi.

L-eliġibbiltà tal-bastimenti tas-sajd

(255)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ (114) il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk il-bastimenti tas-sajd kinux koperti mill-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ.

(256)

Il-Kummissjoni tqis li l-iskop primarju tal-bastimenti tas-sajd mhuwiex it-trasport ta' oġġetti u ta' persuni bil-baħar bejn il-portijiet u bejn port u installazzjoni/struttura offshore, kif meħtieġ mil-Linji Gwida Marittimi. Barra minn hekk, il-bastimenti tas-sajd ma jippreżentawx il-karatteristiċi partikolari ta' ċerti bastimenti ta' servizz, li jkunu jippermettu lill-Kummissjoni taċċetta l-inklużjoni tagħhom fit-tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ b'applikazzjoni tal-Linji Gwida Marittimi mutatis mutandis (115).

(257)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-inklużjoni ta' bastimenti tas-sajd fl-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ mhix kompatibbli mas-suq intern.

L-eliġibbiltà tar-riggijiet taż-żejt

(258)

Il-Kummissjoni ttenni l-pożizzjoni espressa fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha fil-każ tat-taxxa tal-Belġju fuq it-tunnellaġġ (116), b'mod partikolari li l-Linji Gwida Marittimi ma jkoprux l-użu tar-riżorsi naturali fil-baħar.

(259)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kopertura mill-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ ta' riggijiet taż-żejt mhix konformi mal-Linji Gwida Marittimi.

7.2.1.2.   L-introjtu tal-bastimenti eżentati soġġetti għat-taxxa fuq it-tunnellaġġ

Id-dħul mill-għoti ta' bastimenti b'nolleġġ mingħajr ekwipaġġ

(260)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni (117) xeħtet dubju fuq in-nuqqas ta' restrizzjonijiet legali rigward id-dħul min-nolleġġ ta' bastimenti mingħajr ekwipaġġ.

(261)

Il-Kummissjoni tqis li, għad li l-għoti ta' bastimenti b'nolleġġ mingħajr ekwipaġġ hu attività ekonomika leġittima, bħala regola ġenerali dan ma' għandux ikun eliġibbli għal trattament preferenzjali tat-taxxa. Fid-deċiżjonijiet preċedenti (118), il-Kummissjoni qieset li l-lokaturi puri tal-bastimenti ma jistgħux jitqiesu li jipprovdu servizzi tat-trasport marittimu u, konsegwentement, ma' għandhomx jibbenefikaw minn reġim tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ.

(262)

Il-Kummissjoni tqis li l-prinċpju ta' hawn fuq ma' għandux japplika biss għal kuntratti ta' għoti ta' bastimenti b'nolleġġ mingħajr ekwipaġġ konklużi ma' kumpaniji tat-trasport marittimu, iżda anki ma' utenti finali fis-settur ta' bastimenti rikreazzjonali. It-trattament tal-għoti ta' bastimenti b'nolleġġ mingħajr ekwipaġġ ma' għandux ivarja skont it-tip ta' nolleġġatur, peress li r-rekwiżit importanti skont il-Linji Gwida Marittimi hu li l-benefiċjarju jipprovdi servizzi tat-trasport marittimu kif definiti fir-regolamenti rilevanti tal-Kunsill.

(263)

Madankollu, is-sitwazzjoni hi differenti fil-kuntest ta' kuntratti intragrupp. L-għoti ta' bastimenti b'nolleġġ mingħajr ekwipaġġ f'livell intragrupp jista' jkun kompatibbli mas-suq intern skont il-Linji Gwida Marittimi, peress li l-benefiċjarju bħala grupp iwettaq l-attività tat-trasport marittimu iżda permezz ta' struttura ta' lokazzjoni intragrupp. Jekk il-benefiċjarju tat-tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ jixtieqx ikollu: (i) entità ġuridika waħda li tagħmel kemm it-trasport marittimu kif ukoll hi s-sid tal-bastiment, jew (ii) żewġ entitajiet ġuridiċi, waħda li twettaq it-trasport marittimu u l-oħra li hi s-sid tal-bastiment u tagħti b'lokazzjoni lil tal-ewwel (eż. għal raġunijiet finanzjarji), bħala regola, ma' għandha tagħmel ebda differenza għall-fini tal-Linji Gwida Marittimi. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li t-tranżazzjonijiet ta' għoti ta' bastimenti b'nolleġġ mingħajr ekwipaġġ f'livell intragrupp ġew aċċettati mingħajr kondizzjonijiet fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar it-taxxa tal-Irlanda fuq it-tunnellaġ (119). Il-Kummissjoni tinnota li l-għoti ta' bastimenti b'nolleġġ mingħajr ekwipaġġ f'livell intragrupp hu konformi mal-Linji Gwida Marittimi, peress li l-objettiv ta' “żamma u titjib tal-għarfien espert marittimu u protezzjoni u promozzjoni tax-xogħol għall-baħħara Ewropej” u “kontribuzzjoni għall-konsolidazzjoni tar-raggruppament Marittimu stabbilit fl-Istati Membri filwaqt li tinżamm flotta kompetittiva b'mod ġenerali fis-swieq dinjin” jibqa' ssalvagwardjat.

(264)

Minbarra t-tranżazzjonijiet intragrupp, il-Kummissjoni tista' taċċetta ċerta flessibilità favur kumpaniji ġenwini tat-trasport marittimu u kumpaniji assimilati (120) dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin (121):

(a)

l-attivitajiet ta' għoti ta' bastimenti b'nolleġġ mingħajr ekwipaġġ iridu jkunu relatati ma' kapaċità eċċessiva temporanja għal perjodu li jasal sa tliet snin;

(b)

l-attivitajiet ta' għoti ta' bastimenti b'nolleġġ mingħajr ekwipaġġ iridu jkunu ristretti għal perjodu massimu ta' tliet snin;

(c)

il-kapaċità eċċessiva temporanja trid tkun relatat mas-servizzi tat-trasport marittimu tal-organizzazzjoni tat-trasport marittimu stess, jiġifieri l-kapaċità eċċessiva miksuba b'mod speċifiku (mixtrija jew meħuda b'nolleġġ) għall-finijiet ta' għoti b'nolleġġ mingħajr ekwipaġġ hi ineliġibbli għat-tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ; u

(d)

is-sehem mill-kapaċità ta' bastimenti mogħtija b'nolleġġ mingħajr ekwipaġġ ma jistax jaqbeż perċentwal massimu tal-flotta tal-organizzazzjoni tat-trasport marittimu taħt l-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ, li ma jistax jaqbeż il-50 %. Il-Kummissjoni tqis li, jekk aktar minn 50 % tal-flotta tal-benefiċjarju tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ tingħata b'nolleġġ mingħajr ekwipaġġ, it-tali attività ma tkunx ikklassifikata bħala “attività anċillari”. Min-naħa l-oħra, livell limitu massimu inferjuri ma jkunx adattat, peress li jkun jiddiskrimina kontra l-operaturi ż-żgħar.

(265)

Peress li l-leġiżlazzjoni applikabbli f'Malta ma teskludix lil lokaturi puri ta' bastimenti mill-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ, dik il-leġiżlazzjoni mhix kompatibbli mal-Linji Gwida Marittimi.

Il-bastimenti tal-kruċiera u d-dħul anċillari

(266)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ (122) il-Kummissjoni nnotat li l-operaturi tal-bastimenti tal-kruċiera kienu joffru servizzi ta' każinò, ta' spa, ta' divertiment u oħrajn. Hi kellha s-suspett li t-tali servizzi jistgħu jikkostitwixxu l-attività u s-sors ewlenin tal-profitti tal-bastimenti tal-kruċiera. Konsegwentement, il-Kummissjoni kellha dubji dwar kemm il-bastimenti tal-kruċiera setgħu jiġu koperti minn skema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ.

(267)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat fid-deċiżjoni tal-ftuħ (123) li l-atti legali Maltin ma pprovdew ebda gwida preċiża dwar x'tipi ta' attivitajiet jistgħu jkunu koperti taħt it-taxxa fuq it-tunnellaġġ bħala attivitajiet anċillari. Madankollu hemm bżonn ta' limitazzjonijiet ċari biex jiġi żgurat li l-benefiċjarji tat-tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ jibqgħu fornituri ta' servizzi ġenwini tat-trasport marittimu.

(268)

Fil-każ tat-taxxa ta' Ċipru fuq it-tunnellaġġ (124) il-Kummissjoni qieset li b'rabta mal-ġarr tal-passiġġieri bil-baħar, anki “l-attivitajiet kollha ta' lukanda, ta' forniment tal-ikel, ta' divertiment u ta' bejgħ bl-imnut abbord bastiment li jikkwalifika” huma eliġibbli, “dment li dawn is-servizzi jitwettqu bħala attivitajiet anċillari għall-attività ta' ġarr tal-passiġġieri bil-baħar minn dak il-bastiment u lkoll jiġu kkonsmati jew jintużaw abbord dak il-bastiment [traduzzjoni mhux uffiċjali]”. Fil-każ tat-taxxa tar-Renju Unit fuq it-tunnellaġġ (125) il-Kummissjoni qieset eliġibbli anki “servizzi jew faċilitajiet offruti, li huma addizzjonali għall-attivitajiet prinċipali, iżda li huma parti mill-pakkett totali offrut lill-klijenti, dment li dawn ikunu improbabbli li jrendu profitt jekk jiġu applikati r-regoli normali tat-taxxa [traduzzjoni mhux uffiċjali].” Fil-każ tat-taxxa tal-Belġju fuq it-tunnellaġġ (126) il-Kummissjoni pprojbiet id-dħul mill-bejgħ ta' prodotti mhux maħsuba għall-konsum abbord bħal oġġetti lussużi (127) u mil-logħob tal-azzard u mill-każinò, kif ukoll dħul minn ġiti bbażati fuq l-art (128) milli jibbenefika mit-tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ.

(269)

Il-Kummissjoni tirreferi wkoll għad-deċiżjoni tagħha fil-każ ta' Franza tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ (129) u fil-każ tal-Litwanja tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ (130) fejn hi aċċettat operazzjonijiet tat-terminal tal-port bħal servizzi ta' imbarkazzjoni/żbark tal-passiġġieri u servizzi ta' tagħbija/ħatt tal-merkanzija kif ukoll attivitajiet amministrattivi u tal-assigurazzjoni li huma assoċjati mill-qrib mat-trasport ta' passiġġieri jew ta' oġġetti li jista' jkun kopert mit-tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ. Barra minn hekk, fid-deċiżjoni tagħha fil-każ tal-Belġju tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ, il-Kummissjoni aċċettat li d-dħul minn investiment fuq terminu qasir ta' kapital operatorju jirriżulta mill-ġestjoni finanzjarja normali u għalhekk jista' jkun soġġett għal tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ jekk it-tali dħul ikun relatat mal-kapital operatorju normali tal-organizzazzjoni tat-trasport marittimu b'rabta mat-twettiq tal-attivitajiet eliġibbli (131).

(270)

Fid-dawl tal-prattika deċiżjonali msemmija hawn fuq u b'rikonoxximent li jkun kontroproduċenti li tiġi stabbilita lista eżawrijenti ta' servizzi li jistgħu jkunu koperti mit-tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ bħala servizzi anċillari, il-Kummissjoni tqis li ċerti limitazzjonijiet huma neċessarji biex jiġi żgurat li l-benefiċjarji tat-tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ jibqgħu fornituri ta' servizzi ġenwini tat-trasport marittimu. Il-prinċipju hu li d-dħul minn bastimenti eliġibbli primarjament għandu jkun kostitwit mid-dħul prinċipali tat-trasport marittimu.

(271)

Id-dħul prinċipali hu dħul mill-bejgħ tal-biljetti jew tariffi għat-trasport tal-merkanzija u, fil-każ tat-trasport tal-passiġġieri, il-kiri ta' kabini fil-kuntest ta' vjaġġ marittimu u l-bejgħ ta' ikel u ta' xorb għall-konsum immedjat abbord. Id-dħul anċillari hu tip ieħor ta' dħul li spiss jiġi pprovdut abbord (speċjalment fit-trasport tal-passiġġieri) u li ma jheddidx li jfixkel b'mod eċċessiv il-kompetizzjoni mal-fornituri bbażati fuq l-art, li huma ntaxxati skont ir-regoli ġenerali ta' tassazzjoni. Eżempji ta' servizzi anċillari jkunu l-kiri ta' kartelluni pubbliċitari abbord; il-bejgħ ta' oġġetti u l-forniment ta' servizzi normalment offruti fuq bastimenti tal-passiġġieri, inklużi servizzi ta' spa, ta' parrukkier, ta' logħob tal-azzard u servizzi oħra ta' divertiment; il-kiri ta' bini fil-bastiment lil operaturi ta' ħwienet u ta' servizzi; l-intermedjazzjoni fil-forniment ta' ġiti lokali eċċ. Il-Kummissjoni tqis li d-dħul prinċipali dejjem għandu jkun ikopri aktar minn 50 % tad-dħul gross (prinċipali u anċillari) totali tal-bastiment.

(272)

Fuq l-istess nota, it-tfixkil tal-kompetizzjoni mas-servizzi bbażati fuq l-art għandu jkun limitat. Fost l-oħrajn dan jeħtieġ li, pereżempju, is-servizzi bbażati fuq l-art, bħall-ġiti lokali jew it-trasport tal-parti fuq l-art, inklużi fil-pakkett globali tas-servizzi, għandhom ikunu mixtrija esternament mingħand kumpaniji mhux relatati jew bi prezz ta' distakkament mill-istess entitajiet tal-grupp, li huma soġġetti għat-tassazzjoni normali fuq l-introjtu.

(273)

B'mod simili, il-konklużjoni ta' kuntratti mhux tas-soltu għas-settur tat-trasport marittimu, bħax-xiri ta' karozzi, ta' bhejjem, ta' proprjetà, ma' għandhiex tkun koperta mit-tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ. Tali dħul xejn ma' għandu x'jaqsam mat-trasport marittimu u b'hekk qatt ma' għandu jkun eliġibbli għat-tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ, la bħala dħul prinċipali u lanqas anċillari.

(274)

Peress li l-iskema ta' Malta ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ hi nieqsa minn dispożizzjonijiet ċari dwar l-ambitu tal-attivitajiet anċillari u kemm dawn jistgħu jibbenefikaw mit-taxxa fuq it-tunnellaġġ, din ma tipprovdix garanziji li d-dħul anċillari hu aċċettat għat-tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ għal kumpaniji ġenwini tat-trasport marittimu biss. Għaldaqstant, dak l-aspett tal-iskema ta' Malta ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ hu inkompatibbli mal-Linji Gwida Marittimi.

7.2.1.3.   Il-livell tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ

(275)

Il-paragrafu ta' qabel tal-aħħar tat-Taqsima 3.1 tal-Linji Gwida Marittimi jistipula li, biex jinżamm bilanċ ekwitabbli tar-rati ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ, il-Kummissjoni se tapprova biss skemi li jinvolvu piż tat-taxxa għall-istess tunnellaġġ b'mod ġustament konformi mal-iskemi diġà approvati.

(276)

Il-Kummissjoni tinnota li l-metodu ta' kalkolu tar-rata ta' Malta tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ ivarja minn dik applikata mill-maġġoranza tal-Istati Membri. Ħafna mill-Istati Membri jistbabbilixxu l-hekk imsejjaħ “profitt nozzjonali” għall-kategoriji differenti ta' bastimenti fuq il-bażi tat-tunnellaġġ tagħhom, li fuqu mbagħad japplikaw it-taxxa nazzjonali fuq il-kumpaniji. Il-Kummissjoni taċċetta l-possibbiltà li jintużaw metodoloġiji differenti għall-kalkolu tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ dment li l-piż tat-taxxa finali għal bastiment partikolari ma jaqax taħt dak li ġie aċċettat mill-Kummissjoni sa' issa.

(277)

Ir-rati tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ applikabbli f'Malta mqabbla ma' dawk fi Stati Membri oħra (f'euro) huma stabbiliti fil-premessi 106 sa 114. Il-Kummissjoni tinnota li l-livell finali ta' tassazzjoni għall-kumpaniji ta' Malta jilħaq ir-rata medja applikata fil-bqija tal-Unjoni.

(278)

L-iskema Maltija tinkludi tnaqqis fir-rata għal bastimenti li għandhom inqas minn għaxar snin. Malta asseriet li dan isir biex jiġi inċentivat l-użu ta' bastimenti aktar effiċjenti u ekoloġiċi f'konformità mal-għanijiet tat-taqsima 2.2 tal-Linji Gwida Marittimi. L-iskema ta' Malta ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ tistitwixxi rati ogħla għal bastimenti eqdem minn 15-il sena.

(279)

Iċ-ċifri pprovduti minn Malta għat-tqabbil mar-rati ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ applikati fi Stati Membri oħra jieħdu biss ir-rata tipika kif stabbilita fl-Att dwar il-Bastimenti Merkantili mhux aġġustata għall-età tal-bastiment li mhix biżżejjed biex isir tqabbil dirett peress li ċ-ċifri pprovduti minn Malta jassumu wkoll għadd kbir ta' jiem inattività u ta' tiswija biex jiddeskrivu r-rati fl-Istati Membri l-oħra. Madankollu, jekk tiġi analizzata l-inqas rata pagabbli f'Malta, għal bastiment ġdid, ir-rati mnaqqsa pagabbli xorta waħda jibqgħu jaqbżu dawk stabbiliti mill-Polonja għal kwalunkwe bastiment użat għal 359 jum fis-sena (98 %) jew inqas.

(280)

Il-Kummissjoni tinnota li t-tnaqqis sa 75 % u l-possibbiltà għal tnaqqis/eżenzjoni b'diskrezzjoni tal-Ministru msemmija fil-premessi 71 sa 73 tad-deċiżjoni tal-ftuħ mhumiex relatati mat-taxxa fuq it-tunnellaġġ taħt l-iskema iżda mat-terminu (qarrieqi) ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ li hi dovuta meta jiġi rreġistrat bastiment. L-impenn ta' Malta li temenda l-leġiżlazzjoni dwar it-taxxa fuq it-tunnellaġġ biex jiġi evitat l-użu ambigwu tat-terminu “taxxa fuq it-tunnellaġġ” se jiċċara dan kollu fil-ġejjieni.

(281)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Maltin rigward ir-rati applikabbli tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ u fuq il-bażi tal-kalkoli mwettqa mill-Kummissjoni, jidher li r-rati ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ f'Malta mhumiex inqas minn dak li ġie aċċettat mill-Kummissjoni sa' issa. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li r-rata ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ f'Malta tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tat-taqsima 3.1 tal-Linji Gwida Marittimi.

7.2.1.4.   Ir-rekwiżit tal-obbligu tal-bandiera

(282)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni kkunsidrat li r-rekwiżiti tal-obbligu tal-bandiera kif stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Maltija kienu aktar dgħajfin minn dawk li huma meħtieġa mil-Linji Gwida Marittimi (132).

(283)

Skont it-Taqsima 3.1 tal-Linji Gwida Marittimi, is-sidien tal-bastimenti li jirreġistraw uħud mill-bastimenti tagħhom barra miż-ŻEE xorta waħda jistgħu jibbenefikaw minn reġim tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ taż-ŻEE jekk is-sehem taż-ŻEE tat-tunnellaġġ tal-flotta tagħhom ikun ogħla minn 60 %. Jekk it-tunnellaġġ tal-flotta taż-ŻEE tagħhom ikun taħt is-60 %, huma xorta waħda jistgħu jirreġistraw il-bastimenti addizzjonali tagħhom barra miż-ŻEE jekk (i) is-sehem tat-tunnellaġġ tal-flotta tagħhom taħt il-bnadar taż-ŻEE ma jkunx naqas mis-17 ta' Jannar 2004 jew (ii) is-sehem totali taħt il-bnadar taż-ŻEE tal-bastimenti kollha li jridu jħallsu t-taxxa fl-Istati Membri kkonċernati ma jkunx naqas matul l-aħħar tliet snin.

(284)

Madankollu, l-iskema ta' Malta ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ ma tiżgurax li jiġu rrispettati l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-premessa 283. B'mod partikolari, benefiċjarju xorta jista' jibbenefika mill-iskema ta' Malta ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ jekk dak il-benefiċjarju ma jkunx naqqas il-perċentwal bil-bandiera taż-ŻEE tal-flotta tiegħu soġġetta għat-taxxa fuq it-tunnellaġġ tul perjodu ta' tliet snin (133). Barra minn hekk, benefiċjarju xorta jista' jibbenefika mill-iskema ta' Malta ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ dment li t-tali benefiċjarju sempliċiment jieħu impenn li jżid jew iżomm il-perċentwal bil-bandiera taż-ŻEE tal-flotta tiegħu soġġetta għat-taxxa fuq it-tunnellaġġ (134). Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ ma tipprovdix biżżejjed salvagwardji biex tiżgura li l-kumpaniji soġġetti għat-taxxa fuq it-tunnellaġġ li għandhom ukoll bastimenti li jtajru bandiera mhux taż-ŻEE fil-flotta tagħhom iżidu jew iżommu s-sehem ta' tunnellaġġ taż-ŻEE tal-flotta u, konsegwentement, li s-sehem ta' tunnellaġġ li jtajjar il-bandiera taż-ŻEE jibqa' f'livelli sodisfaċenti. F'dan ir-rigward, l-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ mhix konformi mal-Linji Gwida Marittimi u, għalhekk, hi inkompatibbli mas-suq intern (135).

7.2.1.5.   In-nolleġġ għal żmien/vjaġġ

(285)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ (136), il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar eliġibbiltà fil-parti l-kbira mhux ristretta tan-nolleġġaturi għal ċertu żmien u ta' kumpaniji simili li jistgħu jibbenefikaw mit-taxxa fuq it-tunnellaġġ. Il-Kummissjoni qieset li din ma kinitx konformi mal-objettivi tal-Linji Gwida Marittimi.

(286)

Il-Linji Gwida Marittimi, kif interpretati mill-Kummissjoni fid-deċiżjonijiet preċedenti tagħha, jippermettu lin-nolleġġaturi għal vjaġġ/żmien u lil operaturi kummerċjali simili ta' bastimenti biex jibbenefikaw mit-tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ f'ċerti kondizzjonijiet. Il-Kummissjoni tqis li t-tali kumpaniji jistgħu jibbenefikaw mit-tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ biss jekk jikkontribwixxu għal objettiv tal-Linji Gwida Marittimi, b'mod partikolari għall-iżvilupp ta' bandiera tal-UE jew għall-preservazzjoni tal-għarfien espert tal-UE jew għal taħlita tat-tnejn. Dan hu l-każ, pereżempju, jekk minbarra bastimenti nolleġġati għal żmien/vjaġġ mgħammra u pprovduti b'ekwipaġġ minn kumpaniji oħra, il-benefiċjarju tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ ikollu fil-flotta tiegħu anki bastimenti li għalihom hu nnifsu jiżgura l-ekwipaġġ u l-ġestjoni teknika u dment li t-tali bastimenti jikkostitwixxu tal-inqas 20 % mill-flotta totali soġġetta għat-taxxa fuq it-tunnellaġġ (137). Possibbiltà oħra hi li s-sehem tal-bastimenti li kemm itajru bandiera mhux taż-ŻEE kif ukoll huma nolleġġati għal żmien/vjaġġ ma jaqbiżx il-75 % tal-flotta tal-benefiċjarju taħt it-taxxa fuq it-tunnellaġġ (138). Possibbiltà oħra hi li l-Istati Membri jitolbu li tal-inqas 25 % mill-flotta kollha tal-benefiċjarju tkun ittajjar bandiera taż-ŻEE (139). Fil-każijiet imsemmijin kollha, il-benefiċjarju tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ jibqa' obbligat iżomm/iżid is-sehem ta' tunnellaġġ taħt il-bandiera taż-ŻEE tal-flotta tiegħu (bastimenti proprjetà tiegħu jew miksuba b'nolleġġ fuq bażi mingħajr ekwipaġġ).

(287)

L-iskema ta' Malta ma timponi l-ebda wieħed mir-rekwiżiti msemmija fil-premessa 286. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-qafas legali relatat mal-operaturi kummerċjali li jipprovdu servizzi tat-trasport b'bastimenti ta' kumpaniji oħra kompletament mgħammra u pprovduti b'ekwipaġġ sħiħ mhuwiex konformi mal-Linji Gwida Marittimi.

7.2.1.6.   Miżuri ta' delimitazzjoni

(288)

Il-Kapitolu 3.1 tal-Linji Gwida Marittimi jirrikjedi li r-riperkussjonijiet bejn l-attivitajiet eliġibbli u mhux eliġibbli jeħtieġ li jkunu esklużi. Ir-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni jimponu l-obbligu fuq organizzazzjoni liċenzjata tat-trasport marittimu biex iżżomm kontijiet separati li jagħmlu distinzjoni bejn l-introjtu u l-qligħ miksuba minn attivitajiet tat-trasport marittimu u sorsi oħra ta' introjtu.

(289)

Ir-regoli dwar id-deduċibilità tal-ispejjeż li jinsabu fl-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income jirrikjedu l-eżistenza ta' rabta diretta bejn spiża u l-introjtu li tipproduċi. L-Artikolu 14(1) tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income jippermetti li spiża tkun tista' titnaqqas biss jekk l-ispiża tkun “użata għal kollox u esklusivament għall-produzzjoni tal-income”. Għaldaqstant, mhuwiex possibbli li jintalbu tnaqqisiet għal spejjeż imġarrba fil-ġenerazzjoni ta' profitti eżentati (inklużi profitti soġġetti għat-taxxa fuq it-tunnellaġġ) kontra tipi oħra ta' introjtu taxxabbli.

(290)

Organizzazzjoni liċenzjata tat-trasport marittimu li tikseb benefiċċji mis-sistema tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ hi meħtieġa tissottometti dikjarazzjoni annwali tat-taxxa fuq l-introjtu li tiddistingwi bejn l-introjtu eliġibbli u dak mhux eliġibbli. Telf minn attivitajiet soġġetti għat-taxxa fuq l-introjtu ma jistax jitpaċa b'obbligazzjoni ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ.

(291)

Kwalunkwe organizzazzjoni liċenzjata tat-trasport marittimu hi obbligata tħejji rapporti finanzjarji li huma konformi mal-Istandards Internazzjonali dwar ir-Rapportar Finanzjarju approvati mill-Unjoni u tissottomettihom għal awditi minn kontabilist pubbliku ċċertifikat.

(292)

Organizzazzjoni tat-trasport marittimu ma tistax tiddeċiedi jekk tipparteċipax fis-sistema ta' Malta ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ jew toħroġx minn din skont jekk għandhiex profitti taxxabbli jew telf. Sakemm l-organizzazzjoni liċenzjata tat-trasport marittimu ma tagħżilx mod ieħor, din taqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ. Meta l-organizzazzjoni toħroġ minnha, din id-deċiżjoni tkun irrevokabbli (140). Għaldaqstant, l-ebda organizzazzjoni/grupp Malti tat-trasport marittimu ma' għandhom parti mill-bastimenti tagħhom soġġetti għall-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ u parti taħt l-iskema tat-taxxa fuq l-introjtu.

(293)

L-Artikolu 51 tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income fih dispożizzjonijiet mifruxa kontra l-abbuż maħsuba biex itemmu arranġamenti u skemi artifiċjali li għandhom l-għan li jiksbu xi benefiċċju mhux iġġustifikat fuq it-taxxa. Din ir-regola ġenerali kontra l-abbuż issegwi r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Diċembru 2012 dwar l-Ippjanar Aggressiv tat-Taxxa.

(294)

Il-miżuri kontra l-abbuż huma appoġġati minn penali li huma imposti fil-każ ta' ksur. B'hekk, f'dawn il-każijiet, minbarra l-ħlas tat-taxxa mhux imħallsa, l-imgħax hu impost bir-rata ta' 0,54 % fix-xahar (jiġifieri 6,48 % fis-sena), flimkien ma' penali addizzjonali bir-rata li tasal sa 1,5 % fix-xahar (jiġifieri 18 % fis-sena) fuq it-tali taxxa mhux imħallsa.

(295)

Il-Kummissjoni tinnota b'mod pożittiv ukoll li t-tħassib imqajjem fid-deċiżjoni tal-ftuħ fir-rigward tal-ambitu wiesa' wisq tal-attivitajiet (141) u tal-organizzazzjonijiet eliġibbli ġie indirizzat mill-impenji li ħadet Malta.

(296)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li d-delimitazzjoni f'Malta hi robusta u konformi mar-rekwiżiti tal-Linji Gwida Marittimi u li għaldaqstant tneħħew id-dubji tagħha mqajma f'dak ir-rigward.

7.2.1.7.   L-eżenzjoni mit-tassazzjoni fuq il-qligħ kapitali mill-bejgħ jew mit-trasferiment ta' bastimenti eżentati

(297)

Kif stipulat fit-taqsima 7.1.3, l-eżenzjoni mit-tassazzjoni fuq il-qligħ kapitali mill-bejgħ jew mit-trasferiment ta' bastimenti eżentati tikkostitwixxi għajnuna.

(298)

L-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni jeżenta mit-tassazzjoni l-qligħ kapitali mill-bejgħ jew mit-trasferiment ta' bastimenti eżentati (142). Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-eżenzjoni mit-tassazzjoni fuq il-qligħ kapitali mill-bejgħ jew mit-trasferiment ta' bastimenti eliġibbli li nxtraw jew inbiegħu filwaqt li kienu legalment taħt l-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ (143). Rigward bastimenti mixtrija qabel id-dħul tal-benefiċjarju fl-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ, it-tali eżenzjoni tkun aċċettabbli biss fil-limiti tal-limitu massimu tal-għajnuna stabbilit fit-taqsima 11 tal-Linji Gwida Marittimi. Il-qligħ kapitali miksub mill-bejgħ ta' bastimenti deprezzati eċċessivament (li jseħħ qabel id-dħul fl-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ) irid jiġi kkunsidrat għall-finijiet ta' kalkolu tal-limitu massimu tal-għajnuna. Dan ifisser li fil-każ ta' bastimenti mixtrija qabel id-dħul fl-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ, l-obbligazzjonijiet tat-taxxa moħbija li jirriżultaw mid-deprezzament eċċessiv iridu jiġu saldati mad-dħul fl-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ, sakemm ma jkunux jistgħu jiġu akkomodati fil-limitu massimu tal-għajnuna tul perjodu ta' għaxar snin. It-tali obbligazzjonijiet tat-taxxa moħbija normalment iridu jiġu ddeterminati bħala d-differenza bejn il-valur tas-suq u l-valur tat-taxxa tal-bastiment fil-mument tad-dħul fis-sistema ta' tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ.

(299)

Minħabba t-test ġeneriku wisq tal-Artikolu 85 A tal-Att dwar il-Bastimenti Merkantili li jippermetti li jiġi ddikjarat bħala bastiment eżentat (li konsegwentement jista' jibbenefika mit-taxxa fuq it-tunnellaġġ) kwalunkwe bastiment irrispettivament mill-operazzjonijiet li jkun involut fihom u fin-nuqqas ta' kwalunkwe regola li tindirizza d-deprezzament eċċessiv potenzjali ta' bastiment mixtri qabel id-dħul fl-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ, il-Kummissjoni tqis li t-testi legali Maltin ma jillimitawx l-eżenzjoni mit-tassazzjoni tal-qligħ kapitali mill-bejgħ jew mit-trasferiment ta' bastimenti b'mod xieraq, la f'termini tal-ammonti u lanqas f'termini tal-benefiċjarji. It-tali eżenzjoni ġenerali kif prevista fl-iskema ta' Malta ma tissodisfax ir-rekwiżiti għall-kompatibbiltà.

(300)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-eżenzjoni mit-tassazzjoni tal-qligħ kapitali mill-bejgħ jew mit-trasferimenti ta' bastimenti fil-formulazzjoni attwali tagħha hi inkompatibbli mar-regoli tas-suq intern, peress li l-eżenzjoni testendi għal bastimenti li jkunu ġew deprezzati skont ir-regoli dwar it-taxxa fuq l-introjtu qabel ma jkunu ġew ittrasferiti taħt l-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ. Għaldaqstant, l-eżenzjoni tikkostitwixxi għajnuna illegali u inkompatibbli. Għalhekk, id-dispożizzjoni rispettiva hemm bżonn tiġi emendata.

7.2.1.8.   Konklużjoni

(301)

Fuq il-bażi ta' dan li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-aspetti li ġejjin tal-iskema ta' Malta ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ huma inkompatibbli mal-Linji Gwida Marittimi: l-eliġibbiltà tal-attivitajiet “as otherwise may be prescribed”, l-eliġibbiltà ta' braken mhux motorizzati, il-kondizzjonijiet tal-eliġibbiltà tal-bastimenti tal-irmonk u bil-gangmu, l-eliġibbiltà tal-bastimenti tas-sajd u tar-riggijiet taż-żejt, l-eżenzjoni mit-tassazzjoni tal-qligħ kapitali mill-bejgħ jew mit-trasferiment ta' bastimenti eżentati u n-nuqqas ta' salvagwardji rigward l-għoti ta' bastimenti b'nolleġġ mingħajr ekwipaġġ, id-dħul anċillari, l-obbligu tal-bandiera taż-ŻEE u n-nolleġġ għal żmien/vjaġġ. Għal dawk ir-raġunijiet, l-iskema ta' Malta ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ hi inkompatibbli mas-suq intern.

(302)

Madankollu, dawn l-aspetti inkompatibbli jistgħu jiġu indirizzati għall-ġejjieni permezz tal-implimentazzjoni tal-impenji meħuda minn Malta stabbiliti fl-Anness, b'mod partikolari l-punti 1, 2, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 14, 15, 20, 21 u 22. Għaldaqstant, soġġetta għall-implimentazzjoni fi żmien l-iskadenza ta' tliet xhur tal-impenji fl-Anness, l-iskema ta' Malta ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ issir kompatibbli sa mid-data tat-tali implimentazzjoni sħiħa.

7.2.2.   L-eżenzjoni mit-tassazzjoni fuq il-qligħ kapitali relatat mal-ishma f'kumpaniji tat-trasport marittimu

(303)

Kif stipulat fit-taqsima 7.1.3, l-eżenzjoni mit-tassazzjoni fuq il-qligħ kapitali relatat mal-ishma f'kumpaniji tat-trasport marittimu applikata għar-residenti Maltin tikkostitwixxi għajnuna.

(304)

Ix-xiri u l-bejgħ ta' ishma f'kumpaniji tat-trasport marittimu huma parti min-negozju ta' investiment (li mhix eliġibbli għal tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ skont il-Linji Gwida Marittimi (144)), u mhux min-negozju tat-trasport marittimu. Il-Linji Gwida Marittimi jiddikjaraw biċ-ċar li l-Istati Membri għandhom “jippreservaw […] il-livelli normali tat-taxxa għal […] remunerazzjoni personali tal-azzjonisti u tad-diretturi”. Tali regola hi neċessarja biex l-għajnuna kompatibbli tiffoka fuq l-attività li teħtieġ appoġġ, u tillimita kemm jista' jkun id-distorsjoni tal-kompetizzjoni f'setturi oħra. Inkella, l-azzjonisti tal-kumpaniji li jirċievu għajnuna kompatibbli jkunu intitolati għal eżenzjonijiet mit-taxxa wkoll (u hekk ukoll l-azzjonisti possibbli ta' dawk l-azzjonisti). Madankollu, dan ikun jimmoltiplika sa livelli għoljin b'mod imprevedibbli l-ammont tal-għajnuna inizjalment aċċettat għal kumpanija speċifika f'settur partikolari, b'tali mod li fl-aħħar mill-aħħar diversi setturi tal-ekonomija jkunu jistgħu jiġu “kontaminati” minn tali għajnuna (skont l-attivitajiet tal-azzjonisti benefiċjarji). Eżitu bħal dan ikun imur kontra l-effikaċja tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u anki kontra l-prinċipju ta' projbizzjoni ta' għajnuna mill-Istat, li jirrikjedi li kwalunkwe eċċezzjoni (għajnuna kompatibbli) tiġi applikata b'mod restrittiv u mmirat sew.

(305)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-eżenzjoni mit-tassazzjoni tal-qligħ kapitali relatat mal-ishma f'kumpaniji tat-trasport marittimu għall-benefiċċju tar-residenti Maltin hi inkompatibbli mar-regoli tas-suq intern. Għaldaqstant, l-eżenzjoni tikkostitwixxi għajnuna illegali u inkompatibbli li trid tiġi abolita. Il-Kummissjoni tinnota b'mod pożittiv li l-awtoritajiet Maltin ħadu impenn li jabolixxu dik l-eżenzjoni skont il-punt 16 tal-impenji fl-Anness.

7.2.3.   L-eżenzjoni mit-tassazzjoni fuq l-imgħax jew fuq introjtu ieħor relatat mal-finanzjament ta' kumpaniji tat-trasport marittimu jew ta' bastimenti eżentati

(306)

Kif stabbilit fil-premessa 212, l-Artikolu 3(2) tar-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni jikkostitwixxi għajnuna għall-istituzzjonijiet finanzjarji.

(307)

Il-kamp ta' applikazzjoni tal-Linji Gwida Marittimi u, b'hekk, il-benefiċċju tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ, huma limitati għat-“trasport ta' oġġetti u ta' persuni bil-baħar”. Dan ma jinkludix istituzzjonijiet finanzjarji li jipprovdu self, li joħorġu garanziji jew joħorġu titoli b'rabta mas-sjieda, mal-ġestjoni, mal-amministrazzjoni jew mal-operat ta' bastimenti kif awtorizzati mill-Artikolu 3(2) tar-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni.

(308)

B'hekk, l-eżenzjoni investigata ma' għandha ebda raġuni ta' kompatibbiltà skont il-Linji Gwida Marittimi. Malta ma pprovdiet ebda raġunament ieħor dwar il-komparabilità fuq il-bażi tal-Artikolu 107(2) jew (3) TFUE. Il-Kummissjoni ma tqisx li l-eżenzjoni investigata tista' tiġi kkunsidrata kompatibbli permezz ta' xi raġuni dwar il-kompatibbiltà mit-Trattat.

(309)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li t-termini kurrenti tal-iskema relatati mal-istituzzjonijiet finanzjarji huma inkompatibbli mal-Linji Gwida Marittimi u għaldaqstant jikkostitwixxu għajnuna illegali u inkompatibbli, li trid tiġi abolita. Il-Kummissjoni tinnota b'mod pożittiv li l-awtoritajiet Maltin ħadu impenn li jabolixxu dik l-eżenzjoni skont il-punt 3 tal-impenji fl-Anness.

7.2.4.   L-eżenzjoni minn ċerti taxxi fuq id-dokumenti u t-trasferimenti

(310)

Filwaqt li jista' jkun il-każ li l-eżenzjonijiet mit-taxxi fuq dokumenti u trasferimenti jistgħu potenzjalment jiġu aċċettati meta l-benefiċjarju dirett ikun kumpanija ġenwina tat-trasport marittimu, iżda biss fil-limiti tal-limitu massimu tal-għajnuna stipulati mit-Taqsima 11 tal-Linji Gwida Marittimi, l-eżenzjoni kurrenti tista' potenzjalment tibbenefika lil kumpaniji li mhumiex relatati mat-trasport marittimu. Barra minn hekk, ma hemm ebda mekkaniżmu għar-rispett tat-Taqsima 11 tal-Linji Gwida Marittimi.

(311)

Malta ma invokat ebda raġuni ta' kompatibbiltà u l-Kummissjoni lanqas ma tara xi waħda għall-miżura kif inhi bħalissa.

(312)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-eżenzjoni minn ċerti taxxi fuq dokumenti u trasferimenti fir-rigward ta' tranżazzjonijiet relatati ma' titoli kummerċjabbli marbuta ma' organizzazzjonijiet tat-trasport marittimu għall-benefiċċju tar-residenti Maltin hi inkompatibbli mar-regoli tas-suq intern. Għaldaqstant, l-eżenzjoni tikkostitwixxi għajnuna illegali u inkompatibbli li trid tiġi abolita. Il-Kummissjoni tinnota b'mod pożittiv li l-awtoritajiet Maltin ħadu impenn li jabolixxu dik l-eżenzjoni skont il-punt 17 tal-impenji fl-Anness.

7.2.5.   L-eżenzjoni mill-ħlas ta' tariffi bid-diskrezzjoni ministerjali

(313)

Il-leġiżlazzjoni kurrenti ma tirrestrinġix b'mod adegwat l-użu tad-diskrezzjoni tal-Ministru biex jeżenta l-bastimenti mill-ħlas ta' tariffi skont ir-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni għal skopijiet filantropiċi u umanitarji kif maħsuba mill-awtoritajiet Maltin.

(314)

Malta ma invokat ebda raġuni ta' kompatibbiltà u l-Kummissjoni lanqas ma tara xi waħda għall-miżura kif inhi bħalissa.

(315)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-possibbiltà li jiġu eżentati bastimenti bid-diskrezzjoni tal-Ministru hi inkompatibbli mar-regoli tas-suq intern. Għaldaqstant, din il-possibbiltà għall-eżenzjoni tikkostitwixxi għajnuna illegali u inkompatibbli li trid tiġi abolita. Il-Kummissjoni tinnota b'mod pożittiv li l-awtoritajiet Maltin ħadu impenn taħt il-punt 19 tal-impenji fl-Anness biex joħorġu gwida bl-għan li jiżguraw li d-diskrezzjoni ministerjali tiġi eżerċitata biss fil-każ ta' operazzjonijiet umanitarji u filantropiċi li ma jinvolvux l-offerta ta' oġġetti u ta' servizzi f'suq.

7.2.6.   Il-limitu massimu tal-għajnuna

(316)

Fir-rigward tal-limitu massimu tal-għajnuna, il-paragrafu 2 tat-Taqsima 11 tal-Linji Gwida Marittimi jistabbilixxi livell massimu tal-għajnuna, biex tiġi evitata l-kumulazzjoni tal-għajnuna sa livelli li jkunu sproporzjonati għall-objettivi tal-interess komuni tal-Komunità u li tista' twassal għal kompetizzjoni ta' min joffri l-aktar sussidji bejn l-Istati Membri. L-għajnuna totali (145) għall-benefiċċju tal-kumpaniji tat-trasport marittimu ma tistax tipprovdi benefiċċju akbar mill-benefiċċju rappreżentat minn tnaqqis sa żero tat-tassazzjoni u tal-imposti soċjali għall-baħħara u minn tnaqqis sal-livell speċifikat fil-paragrafu ta' qabel tal-aħħar tat-Taqsima 3.1 tal-Linji Gwida Marittimi ta' tassazzjoni korporattiva tal-attivitajiet tat-trasport marittimu.

(317)

Malta pprovdiet informazzjoni kredibbli li l-livell massimu dejjem ġie rrispettat fl-imgħoddi u ħadet impenn li tiżgura l-osservar tal-livell massimu fil-ġejjieni. Dan hu kkomplimentat mill-impenn li titlob lill-benefiċjarji tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ jissottomettu dikjarazzjonijiet obbligatorji annwali dwar il-konformità mal-limitu massimu tal-għajnuna. Barra minn hekk, Malta ħadet impenn li tintroduċi dispożizzjoni formali dwar il-kontroll tal-limitu massimu tal-għajnuna taħt il-punt 12 tal-impenji fl-Anness.

7.3.   Irkupru

7.3.1.   Il-klassifikazzjoni ġdida/eżistenti tal-għajnuna, l-aspettattivi leġittimi u ċ-ċertezza tad-dritt

(318)

L-Artikolu 22 u l-Anness IV (Taqsima 3) tal-Att tal-Adeżjoni (146) jipprovdu li l-għajnuna għas-settur tat-trasport għandha titqies bħala għajnuna eżistenti skont it-tifsira tal-Artikolu 88(1) tat-Trattat sa tmiem it-tielet sena wara d-data tal-adeżjoni, dment li tkun ġiet ikkomunikata lill-Kummissjoni fi żmien erba' xhur mid-data tal-adeżjoni.

(319)

Sad-data tal-adeżjoni tagħha, Malta kienet iddikjarat lill-Kummissjoni li r-reġim ta' Malta tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ kien konformi mar-regoli li kienu fis-seħħ dak iż-żmien u tat rassigurazzjonijiet dwar ir-rispett tal-obbligu tal-bandiera iżda ma ssottomettietx dettalji dwar l-iskema lill-Kummissjoni f'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat tal-Adeżjoni biex tistabbilixxiha bħala għajnuna eżistenti. Id-diskussjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Maltin rigward kwistjonijiet marbutin mat-trasport saru fid-19 ta' Ottubru 2000 u fit-18 ta' Settembru 2001 u d-diskussjoni qasira dwar it-taxxa fuq it-tunnellaġġ hi rreġistrata fil-minuti u fil-pożizzjoni ta' negozjar tal-awtoritajiet Maltin (147). Fil-laqgħa tal-Konferenza tal-Adeżjoni ta' Malta fl-UE li saret fis-26 ta' Ottubru 2001 ġie miftiehem li jiġi rrakkomandat l-għeluq provviżorju tan-negozjati dwar il-kapitolu tal-adeżjoni dwar it-trasport, li inkluda b'mod espliċitu l-għajnuna mill-Istat fis-settur tat-trasport.

(320)

Il-Kummissjoni tqis li Malta u l-benefiċjarji ma jibbenefikaw la minn aspettattivi leġittimi u lanqas minn ċertezza tad-dritt fir-rigward tal-miżuri ta' għajnuna soġġetti għal din id-Deċiżjoni. Hi ġurisprudenza stabbilita li ma jista' jkun hemm ebda aspettattiva leġittima li għajnuna hi legali sakemm l-għajnuna ma tkunx ingħatat f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108 TFUE, peress li negozjant diliġenti normalment jeħtieġ li jkun jista' jiddetermina jekk ġietx segwita dik il-proċedura (148). F'dan il-każ, jidher ċar li l-proċedura ta' notifika tal-Artikolu 108 TFUE, u l-proċedura prevista fl-Att tal-Adeżjoni ma ġewx segwiti u b'hekk ma hemm ebda aspettattiva leġittima. Barra minn hekk, id-diskussjonijiet iċċitati minn Malta (149) ma jwasslux għall-konklużjoni li kienu ngħataw assigurazzjonijiet preċiżi, mingħajr kondizzjonijiet u konsistenti mill-Kummissjoni li l-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ kienet se tiġi ttrattata bħala għajnuna eżistenti.

(321)

Fid-dawl ta' dan li ntqal hawn fuq, il-miżuri ta' dan il-każ ma jikkostitwixxux għajnuna eżistenti li taqa' fi kwalunkwe waħda mill-kategoriji stabbiliti fl-Artikolu 1(b) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (150). Barra minn hekk, Malta u l-benefiċjarji ma jibbenefikaw la minn aspettattivi leġittimi u lanqas minn ċertezza tad-dritt fir-rigward tal-miżuri ta' għajnuna ta' din id-Deċiżjoni.

7.3.2.   L-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ

7.3.2.1.   It-tipi eliġibbli ta' bastimenti

(322)

It-2012 Rules on Internal Procedure jelenkaw il-bastimenti tas-sajd, il-pleasure yachts, l-installazzjonijiet offshore fissi inklużi riggijiet taż-żejt, il-pjattaformi mobbli, laneċ tal-irmonk li ma jidħlux fl-oċean, il-krejnijiet galleġġanti mhux awtopropulsivi, il-pontuni, il-bastimenti li l-iskop prinċipali tagħhom hu li jipprovdu logħob tal-azzard u/jew każinò u bastimenti simili bħala mhux eliġibbli għall-eżenzjoni mit-taxxa fuq l-introjtu u għat-trattament bħala “bastimenti eżentati” peress li mhumiex involuti f'“attivitajiet tat-trasport marittimu” (151).

(323)

Il-lista tal-bastimenti eżentati pprovduta minn Malta u l-ispjegazzjonijiet li jakkumpanjawha juru li dan hu wkoll il-mod li bih ġew implimentati fil-prattika r-regoli u Malta tikkonferma li ebda bastiment bħal dan ma bbenefika mit-taxxa fuq it-tunnellaġġ matul il-perjodu rilevanti. It-2012 Rules on Internal Procedure ċċaraw liema tipi ta' bastimenti mhumiex meqjusa li jwettqu attivitajiet tat-trasport marittimu skont it-tifsira tal-Att dwar il-Bastimenti Merkantili. Il-prattika tal-passat mill-2004 ma ddevjatx minn dawn ir-regoli. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-bastimenti tas-sajd, il-pleasure yachts, l-installazzjonijiet offshore fissi inklużi r-riggijiet taż-żejt, il-pjattaformi mobbli, il-laneċ tal-irmonk li ma jidħlux fl-oċean, il-krejnijiet galleġġanti mhux awtopropulsivi, il-pontuni, il-bastimenti li l-iskop prinċipali tagħhom hu li jipprovdu logħob tal-azzard u/jew każinò u bastimenti simili fil-prattika ma bbnefikawx mill-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ, għad li fit-teorija din kienet disponibbli għalihom.

(324)

Fir-rigward tal-possibbiltà skont l-Artikolu 85 tal-Att dwar il-Bastimenti Merkantili li l-attivitajiet tat-trasport marittimu ta' tip “as otherwise may be prescribed”, Malta kkonfermat li qatt ma nħarġu xi regolamenti, regoli, ordnijiet jew struzzjonijiet li kellhom l-għan li jespandu d-definizzjoni ta' attivitajiet tat-trasport marittimu. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-definizzjoni ta' attivitajiet tat-trasport marittimu ma ġietx estiża lil hinn mill-ġarr internazzjonali ta' oġġetti jew ta' passiġġieri bil-baħar.

(325)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li filwaqt li l-kamp ta' applikazzjoni tal-iskema kien wiesa' b'mod inaċċettabbli ma tħallset ebda għajnuna għall-benefiċċju ta' bastiment ineliġibbli u għaldaqstant ma hemm bżonn ta' ebda rkupru.

Il-bastimenti tal-irmonk u bil-gangmu

(326)

Filwaqt li Malta ma kellha ebda rekwiżit speċifiku fis-seħħ għat-tħammil u għall-irmonk, l-awtoritajiet Maltin ikkonfermaw li matul il-perjodu ta' bejn l-2004 u l-2016 dawn taw l-istatus tal-iskemi tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ biss lit-tali bastimenti meta ġie kkonfermat li l-bastimenti jkunu qattgħu l-maġġoranza tal-ħin operazzjonali tagħhom fil-ġarr internazzjonali ta' oġġetti f'konformità mal-parametri tal-Linji Gwida Marittimi. B'mod partikolari l-laneċ tal-irmonk li joperaw f'portijiet ġew esklużi mill-applikazzjoni tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ u t-taxxa fuq it-tunnellaġġ hi limitata għal bastimenti involuti fit-trasport marittimu internazzjonali.

(327)

Wara l-eżaminazzjoni tal-informazzjoni pprovduta minn Malta, il-Kummissjoni tinnota li bastimenti bil-bandiera taż-ŻEE biss ġew aċċettati għat-taxxa fuq it-tunnellaġġ għall-irmonk u li, de facto, ir-rekwiżiti tal-Linji Gwida ġew irrispettati fl-applikazzjoni tat-tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ għal dawk il-bastimenti tul il-perjodu kkonċernat.

(328)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li ma hemm bżonn ta' ebda rkupru.

7.3.2.2.   L-introjtu soġġett għat-taxxa fuq it-tunnellaġġ

L-attivitajiet anċillari

(329)

Fir-rigward tal-attivitajiet anċillari tal-bastimenti tal-kruċiera, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta minn Malta, il-Kummissjoni tinnota, l-ewwel nett, li l-profitti ta' kwalunkwe sottokuntrattur ma kinux eliġibbli taħt l-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ u, it-tieni, li s-servizzi li tipikament jiġu pprovduti abbord il-bastimenti lil klijenti kif ukoll b'rabta mal-ġiti fuq l-art ibbenefikaw mit-taxxa fuq it-tunnellaġġ biss jekk ikunu nxtraw mill-organizzazzjoni tat-trasport marittimu f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta. Għaldaqstant, il-Kummissjoni hi ssodisfata li l-interpretazzjoni tal-attivitajiet tat-trasport marittimu kif applikata minn Malta żgurat li l-ambitu tal-attivitajiet li l-Kummissjoni kienet qed taċċetta fl-imgħoddi bħala introjtu anċillari eliġibbli għat-taxxa fuq it-tunnellaġġ fil-fatt ġie rrispettat.

(330)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li fil-prattika Malta daħlet f'taħditiet individwali ma' kull sid/operatur tal-bastimenti tal-kruċiera li jfittex li jidħol fir-reġim ta' Malta ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ biex tifhem l-ambitu tal-operat tiegħu qabel id-dħul fl-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ. Dan ipprovda mekkaniżmu li bih l-awtoritajiet Maltin setgħu jiżguraw li s-sidien u l-operaturi tat-tali bastimenti jiksbu l-benefiċċji tar-reġim ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ biss fejn dan ikun xieraq. Filwaqt li ma hemm ebda rekwiżit formali fis-seħħ li jiżgura li inqas minn 50 % tad-dħul soġġett għat-taxxa fuq it-tunnellaġġ ta' bastiment hu anċillari, l-awtoritajiet Maltin urew li d-dħul prinċipali mit-trasport marittimu kien jikkostitwixxi l-maġġoranza tad-dħul mit-trasport marittimu għal kull bastiment. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li ma hemm bżonn ta' ebda rkupru.

In-nolleġġ għal żmien/vjaġġ u l-għoti ta' bastimenti b'nolleġġ mingħajr ekwipaġġ

(331)

Wara l-ispjegazzjonijiet li rċiviet mingħand Malta, il-Kummissjoni tinnota li l-organizzazzjonijiet Maltin tat-trasport marittimu li bbenefikaw mit-taxxa fuq it-tunnellaġġ ma kinux involuti f'attivitajiet ta' nolleġġ għal żmien u li l-flotta Maltija ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ fil-parti l-kbira (jiġifieri 90 %) tagħha ttajjar bnadar taż-ŻEE.

(332)

Ebda bastiment nolleġġat mingħajr ekwipaġġ li ġie aċċettat fl-imgħoddi taħt l-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ ma kien bastiment nolleġġat mingħajr ekwipaġġ lil partijiet terzi, kif muri mill-ħarsa ġenerali li tkopri l-perjodu 2004-2016 ippreżentata minn Malta lis-servizzi tal-Kummissjoni.

(333)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li ma hu meħtieġ isir ebda rkupru rigward in-nolleġġ għal żmien/vjaġġ u l-għoti ta' bastimenti b'nolleġġ mingħajr ekwipaġġ.

7.3.2.3.   L-obbligu tal-bandiera

(334)

Fir-rigward tal-imgħoddi, Malta pprovdiet dejta dwar is-sehem ta' bastimenti bi bnadar ta' Malta u taż-ŻEE għall-benefiċjarji. Il-proporzjon ta' bastimenti bil-bnadar taż-ŻEE għal kull benefiċjarju jaqbeż sew s-sehem ta' 60 % mitlub mil-Linji Gwida Marittimi.

7.3.2.4.   L-eżenzjoni mit-tassazzjoni fuq il-qligħ kapitali mill-bejgħ jew mit-trasferiment ta' bastimenti eżentati

(335)

Id-dispożizzjonijiet rispettivi jeħtieġ li jiġu emendati peress li l-eżenzjoni mit-taxxa mhix ristretta għar-rikavati mill-bejgħ jew mit-trasferiment ta' bastimenti li nxtraw u li nbiegħu filwaqt li kienu taħt l-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ. Minkejja l-kamp ta' applikazzjoni wiesa' tal-eżenzjoni mit-taxxa, Malta wriet b'mod kredibbli li bejgħ u tranżazzjonijiet ta' bastimenti relatati mal-bastimenti eżentati mixtrija u mibjugħa minn kumpaniji tat-trasport marittimu filwaqt li kienu taħt tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ biss qatt ibbenefikaw mill-eżenzjoni mit-taxxa fl-imgħoddi. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li ma hemm bżonn ta' ebda rkupru.

7.3.2.5.   Konklużjoni

(336)

Peress li fil-prattika ma tħallas ebda ammont lil benefiċjarji ineliġibbli skont l-iskema ta' Malta ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ, il-Kummissjoni tikkonkludi li mhu meħtieġ ebda rkupru f'dak ir-rigward.

7.3.3.   Imgħax jew introjtu ieħor pagabbli relatat mal-finanzjament ta' kumpaniji tat-trasport marittimu u ta' bastimenti eżentati

(337)

Fid-dawl tal-ispjegazzjonijiet ipprovduti minn Malta (152), il-Kummissjoni tqis li ebda istituzzjoni finanzjarja ma bbenefikat fil-prattika mill-eżenzjoni mit-tassazzjoni tal-imgħax u ta' introjtu ieħor relatat mal-finanzjament ta' kumpaniji tat-trasport marittimu jew ta' bastimenti eżentati. Peress li ma tħallset ebda għajnuna lil xi benefiċjarju taħt dik il-miżura, mhu meħtieġ ebda rkupru.

7.3.4.   L-eżenzjoni mit-taxxa fuq dokumenti u trasferimenti u mit-tassazzjoni tal-qligħ kapitali relatat ma' ishma f'kumpaniji tat-trasport marittimu

(338)

Skont ir-regoli tas-sistema fiskali ġenerali, dawk kollha li mhumiex residenti ta' Malta jkunu eżentati mill-qligħ kapitali fuq trasferiment ta' ishma. L-Artikolu 12(1)(u)(1) tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income jeżenta kull introjtu miksub minn kumpanija rreġistrata f'Malta minn parteċipazzjoni jew mit-trasferiment tat-tali parteċipazzjoni mit-taxxa.

(339)

B'rabta mat-taxxa fuq dokumenti u trasferimenti, fejn nofs il-kapital azzjonarju ordinarju hu kkontrollat minn nonresidenti, it-tranżazzjoni hi eżentata mit-taxxa skont is-sistema ġenerali. Barra minn hekk, hemm ukoll eżenzjonijiet mit-taxxa fil-każ ta' trasferimenti intragrupp.

(340)

Malta ħadet passi biex tibni kampjun rappreżentattiv tal-azzjonisti tal-kumpaniji tat-trasport marittimu biex tiddetermina l-istruttura tipika tas-sjieda. Malta bniet dan il-kampjun biex ikun jirrifletti l-kompożizzjoni tal-flotta Maltija tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ. Wara li identifikat sett xieraq ta' kumpaniji li jirriflettu bi preċiżjoni l-flotta, imbagħad Malta analizzat is-sjieda tal-ishma f'dawn il-kumpaniji tul dan il-perjodu waħda, waħda. Malta stabbilixxiet li dawn il-kumpaniji kollha kienu proprjetà esklużiva ta' nonresidenti tul il-perjodu ta' bejn l-2004 u l-2016. Barra minn hekk, Malta għamlet stħarriġ speċifiku tat-tranżazzjonijiet tal-azzjonisti tul il-perjodu biex tipprova tidentifika xi tranżazzjoni li tinvolvi resident Malti. Ir-riżultat tal-istħarriġ kien li nstabet tranżazzjoni waħda biss li involviet resident Malti. Din it-tranżazzjoni involviet grupp filwaqt li l-azzjonisti l-oħra kollha ma kinux residenti. Id-daqs tat-tranżazzjoni identifikata kien ifisser li anki li kieku ma ġewx applikati l-eżenzjonijiet ġenerali li rriżultaw mis-sjieda barranija, il-valur li jgħaqqad il-qligħ kapitali u t-taxxi fuq dokumenti u trasferimenti kien ikun ferm inqas mil-livell limitu de minimis.

(341)

Il-kampjunar rappreżentattiv strutturat li għamlet Malta, flimkien mat-tiftix tat-tranżazzjonijiet, mal-eżenzjonijiet disponibbli taħt is-sistema fiskali ġenerali u mal-livell limitu de minimis, jindikaw li aktarx l-irkupru mhuwiex mifrux. Madankollu, il-ħlas tal-għajnuna taħt dawk iż-żewġ miżuri ma jistax jiġi eskluż meta ma tkun tapplika l-ebda waħda mill-eżenzjonijiet imsemmija hawn fuq u l-ammont imħallas jaqbeż il-livell limitu de minimis. F'dawk il-każijiet, għandha tiġi rkuprata l-għajnuna mħallsa.

(342)

Fir-rigward tal-metodoloġija għall-irkupru, l-ammont li għandu jiġi rkuprat jeħtieġ jikkonsisti fit-taxxa li suppost tħallset li kieku ġiet applikata r-regola ġeneralment applikabbli. Biex jiġu identifikati l-benefiċjarji potenzjali, bħala l-ewwel pass, l-awtoritajiet Maltin se jiddeterminaw l-istruttura tas-sjieda tal-kumpaniji tat-trasport marittimu. Bħala t-tieni pass, l-awtoritajiet Maltin iridu jivverifikaw jekk it-tranżazzjonijiet li jwasslu għal taxxa fuq dokumenti u trasferimenti u għal tassazzjoni tal-qligħ kapitali relatat mal-ishma f'kumpaniji tat-trasport marittimu involvewx resident Malti.

7.3.5.   L-eżenzjoni mill-ħlas ta' tariffi bid-diskrezzjoni ministerjali

(343)

Id-diskrezzjoni ministerjali deskritta fil-premessa 23 u 313 ta' din id-Deċiżjoni qatt ma ntużat u, għalhekk, mhu meħtieġ ebda rkupru.

7.4.   Impenji

(344)

Il-Kummissjoni tilqa' l-impenji li ħadet Malta kif stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

7.5.   Il-lingwa

(345)

Malta rrinunzjat għad-dritt tagħha li d-deċiżjoni tiġi adottata bil-Malti. Għalhekk, il-lingwa awtentika hi l-Ingliż.

8.   KONKLUŻJONI

(346)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Minbarra l-applikazzjoni tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ relatata mal-introjtu mill-operazzjoni ta' bastimetn, l-għajnuna hi preżenti fl-eżenzjoni mit-tassazzjoni tal-qligħ kapitali marbut mal-ishma f'kumpaniji tat-trasport marittimu applikabbli għar-residenti Maltin; fl-eżenzjoni mit-tassazzjoni fuq il-qligħ kapitali mill-bejgħ jew mit-trasferiment ta' bastimenti applikabbli għar-residenti Maltin; fl-eżenzjoni mit-taxxa fuq dokumenti u trasferimenti relatati ma' ishma applikabbli għar-residenti Maltin; fl-eżenzjoni mill-ħlas ta' tariffi bid-diskrezzjoni ministerjali; u fl-eżenzjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji mit-tassazzjoni fuq l-imgħax jew fuq introjtu pagabbli ieħor relatat mal-finanzjament ta' kumpaniji tat-trasport marittimu u ta' bastimenti eżentati.

(347)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-eżenzjoni mit-tassazzjoni ta' dividendi minn ishma f'kumpaniji tat-trasport marittimu ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat peress li din ma tipprovdix vantaġġ selettiv.

(348)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri ta' għajnuna mill-Istat li ġejjin mhumiex kompatibbli mas-suq intern.

(a)

L-iskema ta' tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ fir-rigward tal-aspetti li ġejjin: l-eliġibbiltà tal-attivitajiet “as otherwise may be prescribed”, l-eliġibbiltà ta' braken mhux motorizzati, il-kondizzjonijiet tal-eliġibbiltà tal-bastimenti tal-irmonk u bil-gangmu, l-eliġibbiltà tal-bastimenti tas-sajd u tar-riggijiet taż-żejt, l-eżenzjoni mit-tassazzjoni tal-qligħ kapitali mill-bejgħ jew mit-trasferiment ta' bastimenti eżentati u n-nuqqas ta' salvagwardji rigward l-għoti ta' bastimenti b'nolleġġ mingħajr ekwipaġġ, id-dħul anċillari, l-obbligu tal-bandiera taż-ŻEE u n-nolleġġ għal żmien/vjaġġ;

(b)

L-eżenzjoni mit-tassazzjoni fuq il-qligħ kapitali mill-bejgħ ta' ishma f'kumpaniji tat-trasport marittimu applikata għal residenti Maltin;

(c)

L-eżenzjoni mit-taxxa fuq l-introjtu fuq id-dħul mill-imgħax jew fuq introjtu ieħor ta' istituzzjonijiet finanzjarji relatat mal-finanzjament ta' kumpaniji tat-trasport marittimu jew ta' bastimenti eżentati;

(d)

L-eżenzjoni mit-taxxa fuq dokumenti u trasferimenti għat-trasferiment ta' ishma f'organizzazzjonijiet tat-trasport marittimu għar-residenti Maltin;

(e)

L-eżenzjoni mill-ħlas ta' tariffi bid-diskrezzjoni ministerjali.

(349)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri ta' għajnuna mill-Istat li mhumiex kompatibbli u elenkati fil-premessa 348 iridu jiġu aboliti. Madankollu, l-implimentazzjoni minn Malta tal-impenji stipulati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni trendi l-iskema ta' Malta ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ kompatibbli mid-data tat-tali implimentazzjoni sħiħa.

(350)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ kif amministrata fil-prattika mill-awtoritajiet Maltin ma rriżultatx fl-iżborż ta' xi ammont tal-għajnuna lil benefiċjarji ineliġibbli. Barra minn hekk, ma seħħ ebda żborż ta' għajnuna rigward l-eżenzjoni mill-ħlas ta' tariffi b'diskrezzjoni ministerjali u l-eżenzjoni mit-taxxa fuq l-introjtu fuq id-dħul mill-imgħax jew fuq introjtu ieħor ta' istituzzjonijiet finanzjarji b'rabta mal-finanzjament ta' kumpaniji tat-trasport marittimu jew ta' bastimenti eżentati.

(351)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna mill-Istat inkompatibbli u mogħtija bl-eżenzjoni mit-tassazzjoni tal-qligħ kapitali mill-bejgħ ta' ishma f'kumpaniji tat-trasport marittimu applikata għal residenti Maltin u bl-eżenzjoni mit-taxxa fuq dokumenti u trasferimenti għat-trasferiment ta' ishma f'organizzazzjonijiet tat-trasport marittimu għal residenti Maltin trid tiġi rkuprata fejn din taqbeż il-livell limitu de minimis.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna mogħtija permezz tal-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ tikkostitwixxi għajnuna ġdida skont it-tifsira tat-Trattat tal-Adeżjoni mill-1 ta' Mejju 2004.

Artikolu 2

L-għajnuna mogħtija permezz tal-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ hi kompatibbli mas-suq intern, soġġetta għall-konformità mal-impenji stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 3

1.   L-elementi li ġejjin tal-iskema ta' Malta ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ huma inkompatibbli mas-suq intern:

(a)

L-eliġibbiltà għat-tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ tal-introjtu ġġenerat mill-operazzjoni ta' braken mhux motorizzati, ta' riggijiet taż-żejt u ta' bastimetni tas-sajd;

(b)

L-eliġibbiltà għat-tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ tal-introjtu ġġenerat minn bastimenti tal-irmonk u bil-gangmu u mill-għoti ta' bastimenti b'nolleġġ mingħajr ekwipaġġ bla restrizzjoni;

(c)

L-eliġibbiltà għat-tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ ta' bastimenti nolleġġati għal żmien/vjaġġ bla restrizzjoni;

(d)

L-eliġibbiltà għat-tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ ta' dħul minn attivitajiet anċillari mingħajr ir-restrizzjoni li l-maġġoranza tad-dħul soġġett għat-taxxa fuq it-tunnellaġġ tal-benefiċjarju tat-taxxa tkun ġejja mill-attivitajiet prinċipali tat-trasport marittimu u n-nuqqas ta' mekkaniżmi fis-seħħ biex jiġi żgurat li s-servizzi bbażati fuq l-art jiġu pprovduti f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta;

(e)

L-eliġibbiltà għat-tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ għal kumpaniji attivi fit-trasport marittimu mingħajr ir-rekwiżit li l-organizzazzjonijiet tat-trasport marittimu soġġeti għat-taxxa fuq it-tunnellaġġ u li jkollhom bastimenti bi bnadar mhux taż-ŻEE wkoll fil-flotta tagħhom iridu jżidu jew iżommu s-sehem ta' tunnellaġġ tal-flotta bil-bnadar taż-ŻEE jekk dan is-sehem ikun inqas minn 60 %;

(f)

l-eliġibbiltà għat-tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ ta' attivitajiet “as otherwise may be prescribed”;

(g)

L-eżenzjoni mit-tassazzjoni fuq il-qligħ kapitali mill-bejgħ jew mit-trasferiment ta' bastimenti applikata għal residenti Maltin.

2.   Il-miżuri li ġejjin ukoll mhumiex kompatibbli mas-suq intern:

(a)

L-eżenzjoni mit-tassazzjoni fuq il-qligħ kapitali mill-bejgħ ta' ishma f'kumpaniji tat-trasport marittimu applikata għal residenti Maltin;

(b)

L-eżenzjoni mit-taxxa fuq l-introjtu fuq id-dħul mill-imgħax jew fuq introjtu ieħor ta' istituzzjonijiet finanzjarji fir-rigward tal-finanzjament ta' kumpaniji tat-trasport marittimu jew ta' bastimenti eżentati;

(c)

L-eżenzjoni mit-taxxa fuq dokumenti u trasferimenti għat-trasferiment ta' ishma f'organizzazzjonijiet tat-trasport marittimu għal residenti Maltin;

(d)

L-eżenzjoni mill-ħlas ta' tariffi fid-diskrezzjoni ministerjali.

Malta għandha tneħħi dawk l-eżenzjonijiet mit-taxxa mil-leġiżlazzjoni tagħha u tadatta l-kamp ta' applikazzjoni tal-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ kif speċifikat fl-impenji stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 4

L-għajnuna individwali ma ngħatatx b'rabta mal-miżura stabbilita fl-Artikolu 3(1), kif ukoll b'rabta mal-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 3(2)(b) u (d). Ma hu meħtieġ ebda rkupru b'rabta ma' dawn il-miżuri.

Artikolu 5

L-għajnuna individwali mogħtija permezz ta' dawn il-miżuri msemmija fl-Artikolu 3(2)(a) u (c) hi inkompatibbli u trid tiġi rkuprata, ħlief meta din tkun tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1407/2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis.

Artikolu 6

1.   Malta għandha tirkupra l-għajnuna inkompatibbli mogħtija permezz tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 5 mingħand kull benefiċjarju.

2.   L-ammonti li jridu jiġu rkuprati għandu jkollhom l-imgħax mid-data li fiha jkunu tpoġġew għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji sal-irkupru reali tagħhom.

3.   L-imgħax għandu jiġi kkalkolat fuq bażi komposta skont il-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (153) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 (154) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004.

Artikolu 7

1.   L-irkupru ta' kwalunkwe għajnuna mhux kompatibbli li ngħatat permezz tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 5 irid isir minnufih u b'mod effettiv.

2.   Malta għandha tiżgura li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba' xhur mid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 8

Fi żmien xahrejn mid-data ta' notifika ta' din id-Deċiżjoni, Malta għandha tgħarraf lill-Kummissjoni bil-miżuri li ħadet sabiex tikkonforma magħha u għandha tissottometti l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-ammont totali tal-għajnuna inkompatibbli li rċieva kull benefiċjarju identifikat;

(b)

l-ammont totali (il-kapital u l-imgħax fuq l-irkupru) li jrid jiġi rkuprat mingħand kull benefiċjarju;

(c)

deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri li diġà ħadet u ppjanat biex tikkonforma ma' din id-Deċiżjoni;

(d)

dokumenti li juru li kull benefiċjarju ġie ordnat iħallas lura l-għajnuna mhux kompatibbli.

Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lir-Repubblika ta' Malta.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Margrethe VESTAGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 216, 21.7.2012, p. 45.

(2)  ĠU C 289, 25.9.2012, p. 49.

(3)  ĠU 17, 6.10.1958, p. 358.

(4)  Skont il-leġiżlazzjoni Maltija, “bastimenti eżentati” huma bastimenti li l-attivitajiet tagħhom jagħmluhom eliġibbli għall-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ, ara t-taqsima 4.2.1.1 ta' din id-Deċiżjoni.

(5)  Il-Kapitolu 234, Att dwar il-Bastimenti Merkantili, il-Gazzetta tal-Gvern, Suppliment tas-6 ta' April 1973, (“Att dwar il-Bastimenti Merkantili”).

(6)  Il-Kapitolu 234.43, ir-Regolamenti dwar Bastimenti Merkantili (Tassazzjoni u Ħwejjeġ Oħra li għandhom x'jaqsmu ma' Organizzazzjonijiet ta' Bastimenti), il-Gazzetta tal-Gvern nru 17,574 tat-30 ta' April 2004.

(7)  Il-Kapitolu 123, Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, il-Gazzetta tal-Gvern, l-1 ta' Jannar 1949 (“Att dwar it-Taxxa fuq l-Income”).

(8)  “Taxxi fuq it-tunnellaġġ” fis-sens usa' tirreferi għal taxxi li kull bastiment hu obbligat iħallas, b'mod partikolari l-ħlas għar-reġistrazzoni. Importanti li jiġi osservat li, filwaqt li l-bastimenti kollha li jbaħħru u li huma rreġistrati Malta jħallsu taxxa fuq it-tunnellaġġ bħala ħlas għar-reġistrazzoni, mhux dawn il-bastimenti kollha mbagħad ikunu eliġibbli għal eżenzjoni mit-taxxa fuq l-introjtu. Il-bastimenti fl-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ li huma eliġibbli għat-tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ filwaqt li jkunu eżentati mit-taxxa fuq l-introjtu jissejħu minn Malta bħala “bastimenti eżentati”.

(9)  Għad-definizzjoni ta' “bastiment eżentat”, ara n-nota 4 f'qiegħ il-paġna.

(10)  L-Artikolu 84(Z)(1) tal-Att dwar il-Bastimenti Merkantili.

(11)  L-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni.

(12)  L-Artikolu 3(4) tar-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni.

(13)  L-Artikolu 85 tal-Att dwar il-Bastimenti Merkantili.

(14)  Ara l-premessa 7 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.

(15)  L-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni.

(16)  L-Artikolu 85(1) tal-Att dwar il-Bastimenti Merkantili.

(17)  Ara l-premessa 10.

(18)  L-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni.

(19)  Ara l-premessa 9.

(20)  Ara l-premessa 10.

(21)  Merchant Shipping Notice, Internal procedure, Transport Malta, Merchant Shipping Directorate, maħruġ mir-Reġistratur Ġenerali ta' Bastimenti u Baħrin fis-6 ta' Jannar 2012.

(22)  Id-dħul kopert hu l-bejgħ tal-biljetti relatat mat-trasport marittimu jew mat-trasport ikkombinat b'parti marittima. Il-kostijiet rilevanti koperti mit-taxxa fuq it-tunnellaġġ huma l-kostijiet operatorji tal-uffiċċji tal-prenotazzjoni u tal-ħruġ tal-biljetti fit-terminal.

(23)  Ara l-Ewwel skeda, il-Parti B, tal-Att dwar il-Bastimenti Merkantili.

(24)  It-tnaqqis u ż-żidiet preċiżi huma stabbiliti fl-Ewwel Skeda Parti Ċ tal-Att dwar il-Bastimenti Merkantili.

(25)  Kif iċċarat minn Malta, it-terminu “bandiera tal-Komunità” fil-leġiżlazzjoni Maltija jkopri kemm bastimenti b'bandiera tal-UE kif ukoll taż-ŻEE.

(26)  Kif stipulat fl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni, id-dati ta' referenza huma, rispettivament, is-17 ta' Jannar 2004 għal organizzazzjonijiet tat-trasport marittimu u l-11 ta' Ġunju 2009 għal maniġers tal-bastimenti (f'konformità mal-kapitoli 3 u 12 tal-Linji Gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għat-Trasport Marittimu (ĠU C 13, 17.1.2004, p. 3), “il-Linji Gwida Marittimi” u mal-kapitolu 5 tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni li tipprovdi gwida dwar l-għajnuna mill-Istat lil kumpaniji ta' ġestjoni tal-bastimenti (ĠU C 132, 11.6.2009, p. 6)).

(27)  L-Artikolu 51 tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income.

(28)  Ir-Regolament 6 tar-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni.

(29)  L-Artikolu 3(4) tar-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni.

(30)  L-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni.

(31)  L-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni.

(32)  L-Artikolu 3(1)(c) tar-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni.

(33)  L-Artikolu 3(3) tar-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni.

(34)  L-Artikolu 84Z(1)(a) sa (c) tal-Att dwar il-Bastimenti Merkantili.

(35)  L-Artikolu 84Z(1)(d) tal-Att dwar il-Bastimenti Merkantili.

(36)  L-Artikolu 84Z(1)(e) tal-Att dwar il-Bastimenti Merkantili.

(37)  L-Artikolu 84Z(1)(d) tal-Att dwar il-Bastimenti Merkantili u l-Artikolu 3(2) tar-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni.

(38)  L-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti, il-Kapitolu 364, il-Gazzetta tal-Gvern, il-25 ta' Novembru 1992.

(39)  L-Artikolu 2 tal-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti.

(40)  L-Artikolu 5 tar-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni.

(41)  L-Artikolu 42(1) tal-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti

(42)  L-Artikolu 47(3) u 47(4) tal-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti.

(43)  L-Artikolu 42(1)(b) tal-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti.

(44)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni C(2004) 43 — Community Guidelines on State aid to maritime transport (ĠU C 13, 17.1.2004, p. 3).

(45)  Il-Linji Gwida Marittimi jirreferu b'mod espliċitu għad-definizzjoni tat-trasport marittimu fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4055/86 tat-22 ta' Diċembru 1986 li japplika l-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport marittimu bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi (ĠU L 378, 31.12.1986, p. 1 — Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 06 Volum 01 p. 174); u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92 tas-7 ta' Diċembru 1992 li japplika l-prinċipju ta' libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu) (ĠU L 364, 12.12.1992, p. 7 — Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 06 Volum 02 p. 10).

(46)  Jottijiet b'tul totali ta' 15-il metru u li ma jġorrux merkanzija u li ma jġorrux aktar minn 12-il passiġġier, mhux użati għal skopijiet ta' divertiment. Dawn huma rregolati mill-Commercial Yacht Code maħruġ mill-Merchant Shipping Directorate taċ-Ċentru tat-Trasport ta' Malta. http://www.transport.gov.mt/superyacht-registration/commercial-yacht-code.

(47)  Il-bastimenti ta' appoġġ jistgħu jitqassmu f'żewġ tipi skont l-operazzjonijiet li jwettqu: i) bastimenti ta' riforniment użati għat-trasport ta' provvisti u ta' tagħmir biex jassistu fl-installazzjonijiet offshore u ii) bastimenti ta' ġarr użati għat-trasport tal-ekwipaġġ lejn u mill-installazzjonijiet offshore jew taħlitiet taż-żewġ kategoriji.

(48)  Bastimenti nolleġġati mingħajr ekwipaġġ huma rreġistrati f'Malta iżda jistgħu jtajru bandiera oħra. L-uniċi bastimenti li ma jtajrux il-bandiera Maltija li jibbenefikaw mit-taxxa fuq it-tunnellaġġ itajru bandiera tal-UE/taż-ŻEE.

(49)  Taqsima 2 tal-Linji Gwida Marittimi.

(50)  Ara l-premessi 100 sa 101.

(51)  Kwalunkwe bastiment li jġorr aktar minn 12-il passiġġier hu ddefinit bħala bastiment tal-passiġġieri f'konformità mal-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar (il-Konvenzjoni SOLAS) u b'hekk hu meħtieġ jikkonforma mar-rekwiżiti u mal-istandards stabbiliti fil-konvenzjonijiet internazzjonali applikabbli.

(52)  Il-Commercial Yacht Code maħruġ mill-Merchant Shipping Directorate taċ-Ċentru tat-Trasport ta' Malta. http://www.transport.gov.mt/superyacht-registration/commercial-yacht-code.

(53)  Il-Commercial Yacht Code ġie nnotifikat lill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali bħala arranġament ekwivalenti għall-konvenzjonijiet internazzjonali.

(54)  It-Taqsima 3.1 tal-Linji Gwida Marittimi.

(55)  Bastimenti bi skop multiplu/li jitgħabbew individwalment huma attivi fit-trasport marittimu kif iddefinit fil-Linji Gwida Marittimi. Il-bastimenti li jitgħabbew individwalment jittrasportaw merkanzija li trid titgħabba individwalment u mhux f'kontejners marittimi.

(56)  Ara eż. il-premessa 47 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' April 2010 fil-Kawża N 714/09, in-Netherlands — Estensjoni tal-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ għal bastimenti li jwittu l-kejbils, li jqiegħdu l-pajpijiet, tar-riċerka u bil-krejn [traduzzjoni mhux uffiċjali], (ĠU C 158, 18.6.2010, p. 2).

(57)  Grupp hu ddefinit bħala żewġ kumpaniji tat-trasport marittimu jew aktar li huma proprjetà u taħt il-kontroll, dirett jew indriett, sa aktar minn ħamsin fil-mija tal-istess persuni kif ukoll fis-sitwazzjonijiet kollha ta' kontroll (indipendentement mill-perċentwal tas-sjieda) kif iddefiniti fl-Artikolu 1 tas-Seba' Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta' Ġunju 1983 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet konsolidati (ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1), u l-IFRS 10 “Rapporti Konsolidati”.

(58)  Jottijiet żgħar li ma jikkorrispondux għad-definizzjoni msemmija fin-nota 49 f'qiegħ il-paġna.

(59)  Ara n-nota 55 f'qiegħ il-paġna.

(60)  Ħlief għal bastimenti nolleġġati mingħajr ekwipaġġ.

(61)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/667 tal-4 ta' Frar 2015 dwar Għajnuna mill-Istat SA.14551 (2013/C) implimentata minn Franza li tirriżulta mill-bidla fil-kundizzjonijiet għal għajnuna mogħtija lill-nolleġġaturi għal żmien skont l-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ (ĠU L 110, 29.4.2015, p. 15), il-premessa 46.

(62)  Inklużi bastimenti meħuda b'nolleġġ (bl-ekwipaġġ jew fuq bażi mingħajr ekwipaġġ) iżda esklużi bastimenti mogħtija b'nolleġġ mingħajr ekwipaġġ.

(63)  Inklużi bastimenti meħuda b'nolleġġ (bl-ekwipaġġ jew fuq bażi mingħajr ekwipaġġ) iżda esklużi bastimenti mogħtija b'nolleġġ mingħajr ekwipaġġ.

(64)  Ara l-impenn 4 fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

(65)  Ir-rata tat-taxxa standard li tapplika għal bastimenti fl-aktar kategorija ta' età komuni (10–15-il sena).

(66)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni, “Lejn Suq Intern mingħajr Ostakoli tat-Taxxa”, COM (2001)582 final, 23 ta' Ottubru 2001 u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Il-koordinazzjoni tas-sistemi fiskali diretti tal-Istati Membri fis-Suq Intern”, COM (2006)823 final, 19 ta' Diċembru 2006.

(67)  L-Artikolu 6 tar-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni.

(68)  L-Artikolu 6 tar-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni.

(69)  ĠU L 338, 12.12.2012, p. 41.

(70)  L-Artikolu 68(1)a tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income.

(71)  L-Artikolu 68(1)b tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income.

(72)  L-Artikolu 3(1)b) u (4) tar-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni.

(73)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1).

(74)  Il-kumpaniji tat-trasport marittimu attivi fl-ibħra territorjali Maltin biss ma jistgħux jibbenefikaw mit-taxxa fuq it-tunnellaġġ, ara l-premessa 52.

(75)  L-Artikolu 5 tar-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni jistabbilixxi li ma hi pagabbli ebda taxxa fuq ir-reġistrazzjoni jew fuq it-trasferiment ta' bastimenti tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ; l-assenjazzjoni tad-drittijiet fuq il-bastimenti; u r-reġistrazzjoni ta' ipoteki jew tariffi oħra, ara wkoll il-premessi 40ff.

(76)  L-eżenzjoni tkopri b'mod partikolari t-taxxa fuq ir-reġistrazzjoni ta' bastimenti tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ u ta' ipoteki u t-trasferiment ta' ishma, ara l-premessa 41.

(77)  Ara l-premessa 133.

(78)  Kif emendat mill-Att XXIV tal-1986 u biż-żieda tal-Artikolu 85 A li jawtorizza lill-Ministru responsabbli biex jaċċetta bħala bastimenti “eżentati” anki bastimenti ta' inqas minn 1 000 tunnellata netta.

(79)  L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija mwaqqfa l-Unjoni Ewropea (“l-Att tal-Adeżjoni”) (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).

(80)  ĠU C 132, 11.6.2009, p. 6.

(81)  Meta mqabbel max-xenarju li fih il-funzjoni ta' sjieda tal-bastiment u ta' operazzjoni tal-bastiment jitwettqu mill-istess organizzazzjoni.

(82)  Il-Kawża 173/73 Ir-Repubblika Taljana vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [1974] Ġabra 709, il-punt 3.

(83)  Ara pereżempju s-Sentenza tat-18 ta' Diċembru 2008, il-Gvern ta' Ġibiltà/Il-Kummissjoni (T-211/04 u T-215/04, Ġabra 2008 p. II-3745, T-211/04 u T-215/04, il-punti 143–144.

(84)  Ara, pereżempju, is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-8 ta' Settembru 2011, Il-Kummissjoni vs Ir-Renju tal-Olanda, C-279/08 P, ECLI:EU:C:2011:551, il-punt 62; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Novembru 2001, Adria-Wien Pipeline, C-143/99, ECLI:EU:C:2001:598, il-punt 42.

(85)  Ara, pereżempju, is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Settembru 2011, Paint Graphos et al, Il-Kawżi Magħquda C-78/08 sa C-80/08, ECLI:EU:C:2011:550, il-punt 49 et seq.; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta' April 2004, GIL Insurance, C-308/01, ECLI:EU:C:2004:252, il-punt 60 u dawk segwenti.

(86)  L-Artikolu 56(6) tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income.

(87)  Il-Kawża 730/79, Philip Morris [1980] Ġabra 267, il-punt 11; Il-Kawżi konġunti T-298/07, T-312/97 eċċ. Alzetta [2000] Ġabra II-2325, il-punt 80.

(88)  Il-Kawżi Magħquda T-298/07, T-312/97 eċċ. Alzetta [2000] Ġabra II-2325, il-punti 141-147.

(89)  Il-Kawża T-288/97 Friuli Venezia Giulia [2001] Ġabra II-1619, il-punt 41.

(90)  Mill-1 ta' Jannar 1993: Ir-Regolament (KEE) Nru 3577/92; Ir-Regolament (KEE) Nru 4055/86.

(91)  Il-Kawża T-288/97 Friuli Venezia Giulia [2001] Ġabra II-1619, il-punt 41.

(92)  Ara l-premessa 9 ta' din id-Deċiżjoni.

(93)  Il-Kawża T-288/97 Friuli Venezia Giulia [2001] Ġabra II-1619, il-punt 41.

(94)  L-Artikolu 5(1)(a)(ii) tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income. Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 12(1)(c)(ii) tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, li jeżenta mit-taxxa fuq l-introjtu kull qligħ jew profitt li jakkumula jew li hu derivat minn kwalunkwe persuna mhux residenti f'Malta fuq trasferiment ta' kwalunkwe sehem jew titolu f'kumpanija, mhuwiex rilevanti fil-valutazzjoni preżenti tas-selettività, peress li ma jagħmilx parti mir-regola ġenerali għar-residenti ta' Malta.

(95)  L-Artikolu 3(1)(c) tar-Regolamenti dwar Bastimenti Merkantili.

(96)  Ara l-premessa 40. Min-naħa l-oħra, mhuwiex rilevanti għall-valutazzjoni preżenti tas-selettività li ma' hemm ebda taxxa applikabbli fuq tranżazzjonijiet b'titoli ta' kumpanija b'aktar minn nofs il-kapital azzjonarju ordinarju, id-drittijiet tal-vot u d-drittijiet għall-profitti miżmuma minn persuni li mhumiex residenti f'Malta, peress li din ma tagħmilx parti minn din ir-regola ġenerali.

(97)  Ara fost l-oħrajn il-Kawża C-464/09 P Holland Malt vs Il-Kummissjoni EU:C:2010:733, il-punti 46-47.

(98)  Ara n-nota 45 f'qiegħ il-paġna.

(99)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' April 2015 fil-każ SA.38085 (2013/N) rigward l-estensjoni tad-data ta' skadenza tal-iskema tal-Italja ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ (inkluża l-applikazzjoni ta' din għal bastimenti li jipprovdu salvataġġ fil-baħar u assistenza marittima fl-ibħra internazzjonali), il-premessa 54 (ĠU C 406, 4.11.2016, p. 1).

(100)  Ara b'mod partikolari d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/380/KE tat-13 ta' Jannar 2009 dwar Għajnuna mill-Istat C 22/07 rigward l-estensjoni għal ċerti attivitajiet ta' tħammil u tqegħid ta' kejbils tar-reġim li jeżonera l-kumpaniji tat-trasport marittimu mill-ħlas tat-taxxa fuq id-dħul u l-kontribuzzjonijiet soċjali tal-baħrin fid-Danimarka, il-premessi 65–72 (ĠU L 119, 15.5.2009, p. 23); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' April 2010 fil-każ N 714/2009, Intégration des transports de la pose de câbles, pose de canalisations, navires de grues et navires de recherche sous le régime de la “tonnage tax”, il-premessa 44 (ĠU C 158, 18.6.2010, p. 1); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' April 2010 fil-każ SA. N 714/2009, L-Olanda — Estensjoni tal-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ għal bastimenti li jqiegħdu l-kejbils, li jqiegħdu l-pajpijiet, bastimenti tar-riċerka u bil-krejn, il-premessi 37 sa 46 (ĠU C 158, 18.6.2010, p. 2).

(101)  Ara l-premessa 50 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.

(102)  Ara l-premessa 6 tad-deċiżjoni tal-ftuħ u l-premessa 10 ta' din id-Deċiżjoni.

(103)  Ara l-premessa 7 tad-deċiżjoni tal-ftuħ u l-premessa 11 ta' din id-Deċiżjoni.

(104)  Ara l-premessa 50 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.

(105)  Il-premessa 50 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.

(106)  Il-Komunikazzjoni tat-22 ta' April 2014, COM(2014) 232 final.

(107)  Ara l-premessa 46 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.

(108)  Ara b'mod partikolari d-Deċiżjoni 2009/380/KE, il-premessi 79–80.

(109)  Ara l-premessa 51 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.

(110)  Ara l-premessa 231 ta' din id-Deċiżjoni.

(111)  Meta tivvaluta jekk tipi ta' bastimenti ġodda jistgħux jibbenefikaw mit-taxxa fuq it-tunnellaġġ, il-Kummissjoni tikkunsidra jekk hemmx riskju li l-kumpaniji li joperaw il-bastimenti ta' servizz rilevanti jistgħux jirrilokaw l-attivitajiet fuq l-art tagħhom barra mill-UE bl-għan li jisbu klimi fiskali aktar favorevoli u sussegwentment ibiddlu l-istat tal-bandiera ta' dawk il-bastimenti għal pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni tista' tikkunsidra l-applikazzjoni mutatis mutandis tal-Linji Gwida Marittimi għal kumpaniji li joperaw bastimenti ta' servizz jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin. Dawk il-kumpaniji jridu joperaw f'suq globali u jaffaċċjaw sfidi simili, f'termini tal-kompetizzjoni globali u tar-rilokazzjoni tal-attivitajiet fuq l-art, għal dawk tas-settur tat-trasport marittimu tal-UE. L-attivitajiet tal-bastimenti ta' servizz rilevanti jridu jkunu soġġetti għall-istess ambjent legali bħat-trasport marittimu tal-UE fl-oqsma tal-protezzjoni tax-xogħol, tar-rekwiżiti tekniċi u tas-sikurezza. L-attivitajiet iridu jirrikjedu lill-baħħara kwalifikati u mħarrġa, bi kwalifiki simili bħal dawk li jaħdmu abbord bastimenti tradizzjonali tat-trasport marittimu. Il-baħħara abbord bastimenti ta' servizz għandhom ikunu rregolati mill-istess liġi tax-xogħol u qafas soċjali bħal baħħara oħra. Il-bastimenti ta' servizz jridu jkunu bastimenti tal-baħar u jridu jkunu obbligati jgħaddu mill-istess kontrolli tekniċi u tas-sikurezza bħal bastimenti ddedikati għat-trasport marittimu.

(112)  Ara l-punt 2 tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

(113)  Ara b'mod partikolari t-taqsima 4.2.1.6 u n-nota 2 f'qiegħ it-tabella 2 ta' din id-Deċiżjoni.

(114)  Ara l-premessa 50 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.

(115)  Ara l-premessa 252 ta' din id-Deċiżjoni.

(116)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Marzu 2003, il-premessi 65–72 (ĠU C 145, 21.6.2003, p. 4).

(117)  Ara l-premessa 58 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.

(118)  Ara b'mod partikolari d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/200/UE tas-17 ta' Lulju 2013 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.21233 C/11 (ex NN/11, ex CP 137/06) mogħtija minn Spanja Reġim tat-taxxa applikabbli għal ċerti ftehimiet ta' lokazzjoni finanzjarja magħruf ukoll bħala s-Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni (ĠU L 114, 16..4.2014, p. 1); Id-Deċiżjoni tal-20 ta' Diċembru 2011 fil-każ tat-taxxa tal-Finlandja fuq it-tunnellaġġ N448/2010, il-premessa 32 (ĠU C 220, 25.7.2012, p. 1); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' April 2015 fil-każ tat-taxxa tal-Kroazja fuq it-tunnellaġġ SA. 37912, il-premessi 86f (ĠU C 142, 22.4.2016, p. 6).

(119)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2002 fil-każ N 504/02 (ĠU C 15, 22.1.2003, p. 5), il-premessi 17 sa 24.

(120)  Eż. kumpaniji li joperaw bastimenti ta' tqegħid tal-kejbils, ta' tqegħid tal-pajpijiet, bil-krejn u ta' riċerka, kif ukoll bastimenti li jipprovdu salvataġġ fil-baħar u assistenza marittima fl-ibħra internazzjonali.

(121)  Ara fost l-oħrajn id-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ tat-taxxa tal-Finlandja fuq it-tunnellaġġ, il-premessa 32; il-każ tat-taxxa tal-Irlanda fuq it-tunnellaġġ, il-premessa 28, u l-każ tat-taxxa tal-Kroazja fuq it-tunnellaġġ, il-premessa 86 u n-nota 23 f'qiegħ il-paġna.

(122)  Ara l-premessa 50 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.

(123)  Ara l-premessa 63 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.

(124)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Marzu 2010 fil-każ SA. 30338, il-premessa 26 (ĠU C 144, 3.6.2010, p. 28).

(125)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Lulju 2000 fil-każ SA. 15810 (ĠU C 258, 9.9.2000, p. 3).

(126)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/417/KE tat-30 ta' Ġunju 2004 (ĠU L 150, 10.6.2005, p. 1), il-premessa 47.

(127)  Ħlief għall-alkoħol, għat-tabakk u għall-fwejjaħ.

(128)  Servizzi mixtrija esternament.

(129)  Ara aktar 'il fuq in-nota 116 f'qiegħ il-paġna, il-premessi 9 u 31.

(130)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' April 2017 fil-każ SA. 45764, il-premessa 9 (ĠU C 219, 7.7.2017, p. 4).

(131)  Ara aktar 'il fuq in-nota 114 f'qiegħ il-paġna, il-premessi 139 sa 141.

(132)  Ara l-premessi 76 sa 79 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.

(133)  Ara lit. (c) tal-premessa 24 ta' din id-Deċiżjoni.

(134)  Ara l-premessa 25 ta' din id-Deċiżjoni.

(135)  Il-fatt li fil-prattika r-rekwiżiti jaf ġew issodisfati hu kwistjoni rilevanti għall-obbligu ta' rkupru (ara t-taqsima 7.3 ta' din id-Deċiżjoni).

(136)  Ara l-premessa 58 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.

(137)  Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ tat-taxxa tal-Litwanja fuq it-tunnellaġġ, il-premessa 36.

(138)  Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Mejju 2003 fil-każ tat-taxxa ta' Franza fuq it-tunnellaġġ N737/2002, il-premessa 35 (ĠU C 38, 12.2.2004, p. 4); id-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ tat-taxxa tal-Litwanja fuq it-tunnellaġġ, il-premessa 37.

(139)  Id-Deċiżjoni (UE) 2015/667, il-premessa 42.

(140)  L-Artikolu 6 tar-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni.

(141)  Ara l-premessa 85 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.

(142)  Ara l-premessa 14.

(143)  Ara pereżempju d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-każ tat-taxxa tal-Finlandja fuq it-tunnellaġġ, il-premessa 38; il-każ tat-taxxa tal-Kroazja fuq it-tunnellaġġ, il-premessi 50 sa 53, 113; u l-każ tat-taxxa tal-Italja fuq it-tunnellaġġ, il-premessi 28 sa 33, 64 sa 66.

(144)  Ara t-taqsima 3.1 tal-Linji Gwida Marittimi.

(145)  Ħlief għall-għajnuna għat-taħriġ, għall-għajnuna għar-ristrutturar, għall-għajnuna relatata mal-obbligi ta' servizz pubbliku u għall-għajnuna tal-bidu għal servizzi qosra ġodda ta' trasport marittimu.

(146)  Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija mwaqqfa l-Unjoni Ewropea (“l-Att tal-Adeżjoni”) (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33). Fir-rigward tal-argument ta' Malta li l-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ u l-miżuri ta' akkumpanjament ġew stabbiliti fl-1973, hu biżżejjed li jiġi nnotat li l-punt 1(a) tat-Taqsima 3 tal-Anness IV tal-Att tal-Adeżjoni ma japplikax għal għajnuna fis-settur tat-trasport.

(147)  Id-dokumenti ta' rekord dwar l-Adeżjoni ta' Malta CONF-M 51/00 u CONF-M 65/01.

(148)  Ara l-Kawża C-24/95 Alcan Deutschland ECLI:EU:C:1997:163, il-punt 25 u l-ġurisprudenza ċċitata fiha.

(149)  Ara l-premessa 319 ta' din id-Deċiżjoni.

(150)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta' Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9); li jissostitwixxi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1).

(151)  Ara l-premessa 10 ta' din id-Deċiżjoni.

(152)  Ara l-premessa 136.

(153)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).

(154)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tat-30 ta' Jannar 2008 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 794/2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 82, 25.3.2008, p. 1).


ANNESS

IMPENJI PPROVDUTI MINN MALTA

1.

Malta timpenja ruħha li speċifikament teskludi mit-tħaddim tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ il-bastimenti li ġejjin:

(a)

Bastimenti tas-sajd u bastiment fabbriki tal-ħut;

(b)

Jottijiet privati u vapuri użati primarjament għall-isport u r-rikreazzjoni;

(c)

Stallazzjonijiet fissi offshore u unitajiet ta' ħażna galleġġanti;

(d)

Laneċ tal-irmonk u bastimenti bil-gangmu li ma jbaħħrux fl-oċeani;

(e)

Vapuri li l-għan ewlieni tagħhom huwa li jipprovdu oġġetti jew servizzi normalment ipprovduti fuq l-art;

(f)

Vapuri stazzjonarji użati biex joperaw bħala lukandi u/jew għall-kejtering (lukandi jew restoranti galleġġanti);

(g)

Vapuri użati prinċipalment għal logħob tal-azzard/bħala każinos (każinos galleġġanti jew tal-kruċiera);

2.

Malta tieħu l-impenn li tirrifletti b'mod espliċitu fil-leġiżlazzjoni, billi ssegwi direttament it-termini tal-Linji Gwida Marittimi, restrizzjoni ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ għal bastimenti involuti fit-trasport internazzjonali ta' merkanzija jew passiġġieri fuq il-baħar u għall-bastimenti li ġejjin (approvati minn qabel wara sottomissjoni minn Stati Membri oħra):

(a)

Bastimenti li jqiegħdu l-kejbils;

(b)

Bastimenti li jqiegħdu l-pajpijiet;

(c)

Bastimenti bil-krejn; u

(d)

Bastiment ta' riċerka.

3.

Malta timpenja ruħha li tħassar il-Punt 3(2) tar-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni u tneħħi l-possibbiltà li istituzzjonijiet finanzjarji jibbenefikaw minn taxxa fuq it-tunnellaġġ u li tirrestrinġi l-benefiċċji ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ għal organizzazzjonijiet li għandhom riskji u responsabbiltajiet implikati għat-tħaddim ta' bastiment eżentat (jiġifieri il-ġestjoni teknika u l-ekwipaġġ) jew għat-twettiq ta' attivitajiet ta' trasport marittimu.

4.

Malta timpenja ruħha li tillimita b'mod espliċitu l-applikazzjoni ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ għan-noleġġ ta' bastimenti mingħajr ekwipaġġ u tranżazzjonijiet simili bejn partijiet terzi (1). In-noleġġ ta' bastimenti mingħajr ekwipaġġ lil partijiet terzi u tranżazzjonijiet simili jistgħu jkunu eliġibbli biss bħala attivitajiet anċillari ta' kumpaniji ġenwini tat-trasport bil-baħar fil-kuntest ta' kapaċità żejda temporanja soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Biex jittrattaw sitwazzjoni ta' eċċess temporanju tal-kapaċità biss;

(b)

Għal perjodu massimu ta' tliet snin;

(c)

Il-kapaċità tan-noleġġ ta' bastimenti mingħajr ekwipaġġ ma tkunx taqbeż 50 % tal-flotta tal-kumpanija tat-tbaħħir, ikkalkolat abbażi ta' grupp;

(d)

Il-kapaċità żejda miksuba speċifikament għan-noleġġ ma tistax tkun eliġibbli.

5.

Malta timpenja ruħha li parteċipanti eżistenti u ġodda għall-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ irid ikollhom mill-inqas 25 % tal-flotta eżentata tagħhom bi bnadar taż-ŻEE minkejja r-rekwiżit li jżommu jew iżidu s-sehem kif stabbilit fi 3.1 (paragrafu 8) tal-Linji Gwida Marittimi.

6.

Malta timpenja ruħha li tillimita b'mod espliċitu l-eliġibbiltà ta' tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ ta' bastimenti bil-gangmu li l-attività tagħhom tikkonsisti fi “trasport marittimu” - jiġifieri, it-trasport ta' materjal estratt f'ibħra fondi - għal aktar minn 50 % tal-ħin tal-operat annwali tagħhom u biss fir-rigward ta' tali attivitajiet ta' trasport. Il-bastimenti bil-gangmu eliġibbli se jkunu biss dawk irreġistrati fi Stat Membru jew fiż-ŻEE.

7.

Malta timpenja ruħha li tillimita b'mod espliċitu l-eliġibbiltà ta' tassazzjoni fuq it-tunnellaġġ għall-irmonkar lil dawk il-bastimenti tal-irmonk li l-attività tagħhom tikkonsisti fi trasport marittimu għal aktar minn 50 % ta' operat annwali tagħhom. Iż-żmien ta' stennija jista' jiġi assimilat b'mod proporzjonali għal dik il-parti tal-attività totali li titwettaq effettivament mill-bastiment tal-irmonk li tikkostitwixxi trasport marittimu. L-attivitajiet tal-irmonk li jitwettqu, inter alia, fil-portijiet, jew li jikkonsistu mill-għoti ta' għajnuna lil bastimenti awtopropulsivi biex jaslu fil-port ma jikkostitwixxux attivitajiet ta' trasport marittimu u bastimenti rreġistrati fi Stat Membru jew fiż-ŻEE biss ser ikunu eliġibbli.

8.

Malta timpenja ruħha li tirregola l-eliġibbiltà ta' dħul anċillari kif stabbilit fil-premessi (88) sa (91) tad-Deċiżjoni finali tal-Kummissjoni, f'dan il-każ, permezz ta' regolament dettaljat li l-abbozz tiegħu jkun ġie kondiviż mal-Kummissjoni u li attivitajiet anċillari speċifiċi għall-bastimenti u dawk li mhumiex speċifiċi għall-bastimenti ma jaqbżux il-50 % tad-dħul gross globali (kemm speċifiku għall-bastiment u oħrajn) ta' kumpanija benefiċjarja. Malta timpenja ruħha wkoll li teskludi kompletament mit-taxxa fuq it-tunnellaġġ id-dħul mill-attivitajiet stabbiliti fil-premessa (87)tad-Deċiżjoni finali tal-Kummissjoni f'dan il-każ.

9.

Malta timpenja ruħha li tiżgura li l-eżenzjoni tal-qligħ kapitali fuq il-bejgħ ta' vapuri tkun tkopri biss vapuri operati fir-reġim tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ minn kumpaniji involuti f'attivitajiet ġenwini tat-trasport marittimu u li tintroduċi rekwiżit ta' vapuri akkwistati u mibjugħa filwaqt li jkunu fir-reġim tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ jistgħu jibbenefikaw minn tali eżenzjoni.

10.

Malta timpenja ruħha li kumpaniji tat-trasport marittimu (ħlief kumpaniji ta' ġestjoni tal-bastimenti) mhux se jibbenefikaw minn taxxa fuq it-tunnellaġġ (ħlief għal kumpaniji ta' ġestjoni tal-bastimenti (2)) sakemm:

(a)

ma jkollhomx mill-inqas 60 % tat-tunnellaġġ tal-flotta tagħhom (3) taħt bandiera ta' Stat Membru tal-Unjoni jew ta' Stat parti għall-Ftehim taż-ŻEE meta jidħlu fl-iskema; jew

(b)

ma jżommux jew iżidu s-sehem tat-tunnellaġġ tal-flotta tagħhom li huma kienu joperaw taħt il-bandiera ta' Stat Membru tal-Unjoni jew ta' Stat parti għall-Ftehim ŻEE fil-mument li fih jidħlu fl-iskema.

F'kull każ, sat-tielet sena tal-operat l-organizzazzjoni għandu jkollha mill-inqas 60 % tal-flotta intaxxata fuq it-tunnellaġġ iġġorr bandiera taż-ŻEE.

Madankollu, b'rabta mal-ewwel dħul ta' organizzazzjoni tat-trasport marittimu f'sistema Maltija ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ, dan il-limitu applikabbli jista' jitnaqqas għal ħamsa u għoxrin fil-mija (25 %). Malta se tkompli tivverifika li s-sehem mill-flotta li jġorr bandiera taż-ŻEE ma jkunx naqas bħala medja fuq perjodu ta' tliet snin (kemm għal sistemi eżistenti kif ukoll għal benefiċjarji ġodda).

11.

Malta timpenja ruħha li d-dħul minn bastimenti li ma jġorrux bandiera taż-ŻEE se jkun eliġibbli biss meta l-kriterji msemmija hawn fuq rigward il-ġarr tal-bandiera (ara l-impenn 10) ikunu ssodisfati u se japplikaw biss għal dawk il-flotot li huma kompletament ġestiti miż-ŻEE għal ġestjoni kummerċjali u strateġika. Bastimenti li mhumiex kummerċjalment u strateġikament ġestiti miż-ŻEE se jiġu aċċettati taħt l-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ biss jekk itajru bandiera taż-ŻEE (ħlief għal bastimenti nolleġġati mingħajr ekwipaġġ b'kondizzjonijiet li jirrispettaw il-limitazzjonijiet imsemmijin fl-impenn 4).

12.

Malta timpenja ruħha li tintroduċi dispożizzjoni formali dwar kontroll tal-limitu massimu tal-għajnuna stabbilit fit-Taqsima 11 tal-Linji Gwida Marittimi.

13.

Malta timpenja ruħha li l-leġiżlazzjoni tiġi emendata biex ikun hemm distinzjoni ċara bejn:

(a)

tariffi li jitħallsu minn bastimenti meta jiġu rreġistrati u taxxi annwali fuq bastimenti mhux eliġibbli li jġorru l-bandiera Maltija; u

(b)

taxxa fuq it-tunnellaġġ, li hi pagabbli biss fir-rigward tal-bastimenti eliġibbli.

14.

Malta timpenja ruħha li tippubblika linji gwida interni li se jagħmlu ċara l-ineliġibbiltà ta' għadd ta' attivitajiet li jistgħu jkunu f'kompetizzjoni ma' kumpaniji bbażati fuq l-art, b'mod partikolari:

(a)

il-bini ta' vapuri;

(b)

il-bejgħ abbord ta' merkanzija jew servizzi li mhumiex normalment forniti lill-passiġġieri, bħal karozzi, apparat domestiku jew bhejjem; u

(c)

l-operazzjoni ta' portijiet, vaganzi bbażati fuq vapuri fejn il-vapur jinżamm ankrat u ma' hemm l-ebda element ta' trasport bil-baħar.

15.

Malta timpenja ruħha li titlob lill-benefiċjarji tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ biex jissottomettu dikjarazzjonijiet obbligatorji annwali ta' konformità għall-parametri kontrollabbli kollha bħat-tip ta' bastiment, l-attivitajiet imwettqa bil-bastiment, it-tunnellaġġ nett, il-jiem fl-użu, il-bandiera, it-tipi ta' operazzjoni u l-konformità mal-limitu massimu tal-għajnuna.

16.

Malta timpenja ruħha li tneħħi l-eżenzjoni attwali tas-settur mit-tassazzjoni tal-qligħ kapitali fuq ishma f'kumpaniji tat-trasport marittimu għal residenti Maltin, kif stabbilit f'Artikolu 84Z(1)C tal-Att dwar il-Bastimenti Merkantili.

17.

Malta timpenja ruħha li tneħħi l-eżenzjoni stabbilita fl-Artikolu 5 tar-Regolamenti dwar Bastimenti Merkantili, minn tariffi u ħlasijiet pagabbli taħt l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti.

18.

Malta timpenja ruħha li temenda l-leġiżlazzjoni biex tiċċara li vapuri ta' inqas minn 1 000 tunnellata netta jistgħu jiġu ddikjarati bħala eliġibbli għall-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ biss meta vapur ikun involut f'attivitajiet ta' trasport marittimu u, jekk mhux għat-tunnellaġġ tiegħu, ikun eliġibbli għal tali trattament skont l-Artikolu 85(1) tal-Att dwar il-Bastimenti Merkantili u li tħaddem din is-setgħa f'tali każijiet fejn l-applikanti jissodisfaw il-kriterji. Malta se tifformula mill-ġdid l-Artikolu 85A(1) tal-Att dwar il-Bastimenti Merkantili bil-mod li ġej: “Il-Ministru għandu, bi ftehim mal-Ministru responsabbli għall-finanzi u suġġett għal tali kondizzjonijiet li jidhirlu xierqa f'konformità ma' dawn ir-Regolamenti, jiddikjara li jkun bastiment eżentat, bastiment ta' kull tunnellaġġ nett, li jkun involut f'attivitajiet ta' trasport marittimu)”.

19.

Malta timpenja ruħha li toħroġ gwida li tiċċara li d-diskrezzjoni ministerjali li tinsab fl-Ewwel Skeda tal-Att dwar il-Bastimenti Merkantili li teżenta kwalunkwe bastiment jew klassi ta' bastimenti mill-ħlas tat-tariffi għandha titħaddem biss fil-każ ta' operazzjonijiet filantropiċi u umanitarji li ma jinvolvux l-offerta ta' merkanzija jew servizzi fis-suq.

20.

Malta timpenja ruħha għal kontabbiltà separata kull fejn kumpanija ma tkunx involuta unikament f'attivitajiet ta' trasport marittimu.

21.

Malta timpenja ruħha li tillimita l-benefiċċju ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ lil organizzazzjonijiet li jkollhom riskji u responsabbiltajiet implikati għat-tħaddim ta' skema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ jew għat-twettiq ta' attivitajiet ta' trasport marittimu u se tinkludi definizzjoni speċifika fil-leġiżlazzjoni li ssegwi lil dik fil-Linji Gwida Marittimi.

22.

Malta timpenja ruħha li tħassar mill-Artikolu 85 tal-Att dwar il-Bastimenti Merkantili il-kliem “or as otherwise may be prescribed”.

23.

Malta timpenja ruħha li r-regoli l-ġodda li se jrendu l-miżuri ta' din id-Deċiżjoni kompatibbli mas-suq intern se jidħlu fis-seħħ fi żmien tliet xhur mid-data ta' din id-Deċiżjoni.

24.

Malta timpenja ruħha li tkompli tamministra taxxa fuq it-tunnellaġġ u l-miżuri l-oħra li huma l-oġġett ta' din id-Deċiżjoni b'mod li ma jwassalx għall-ħlas ta' għajnuna inkompatibbli li mbagħad ikollha tiġi rkuprata mingħand il-benefiċjarji.

25.

Malta tintrabat li terġa' tinnotifika l-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ fi żmien għaxar snin mid-data ta' deċiżjoni finali tal-Kummissjoni f'din il-kawża.

(1)  Dan jinkludi wkoll il-kiri ta' vapuri (speċjalment jottijiet) fuq il-bażi ta' noleġġ mingħajr ekwipaġġ lil persuni fiżiċi.

(2)  Ir-Regolamenti dwar it-Tassazzjoni attwali diġà jipprevedu regoli preċiżi dwar kumpaniji ġodda (f'konformità mar-regoli stabbiliti fil-Linji Gwida dwar il-Ġestjoni tal-Bastimenti).

(3)  Inkluża l-flotta noleġġata (bl-ekwipaġġ jew mingħajr l-ekwipaġġ) filwaqt li jiġi eskluż in-noleġġ ta' bastimenti mingħajr ekwipaġġ.


1.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 176/59


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1117

tal-24 ta' Ġunju 2019

li temenda d-Deċiżjonijiet 2007/305/KE, 2007/306/KE u 2007/307/KE fir-rigward ta' bidla tad-destinatarju tad-Deċiżjonijiet

(notifikata bid-dokument C(2019) 4523)

(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 8(6) u l-Artikolu 20(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2007/305/KE (2), 2007/306/KE (3) u 2007/307/KE (4) li jistabbilixxu r-regoli dwar l-irtirar mis-suq tal-ibridu Ms1xRf1 (ACS-BNØØ4-7xACS-BNØØ1-4) taż-żrieragħ tal-lift, ta' ibridi taż-żrieragħ tal-kolza Ms1xRf2 (ACS-BNØØ4-7xACS-BNØØ2-5) u tal-kolza Topas 19/2 (ACS-BNØØ7-1) rispettivament, kif ukoll il-prodotti derivati minnhom huma destinati għal Bayer CropScience AG, ibbażata l-Ġermanja.

(2)

Permezz ta' ittra bid-data tal-1 ta' Awwissu 2018, Bayer CropScience AG, ibbażata l-Ġermanja, talbet li l-Kummissjoni tittrasferixxi d-drittijiet u l-obbligi tagħha li jappartjenu għall-awtorizzazzjonijiet kollha tagħha u għal applikazzjonijiet pendenti għal prodotti modifikati ġenetikament, lil BASF Agricultural Solutions Seed US LLC, ibbażata fl-Istati Uniti. Permezz ta' ittra datata d-19 ta' Ottubru 2018, BASF Agricultural Solutions Seed US LLC ikkonfermat il-qbil tagħha ma' dan it-trasferiment u awtorizzat lil BASF SE, ibbażata l-Ġermanja, biex taġixxi bħala r-rappreżentant tagħha fl-Unjoni.

(3)

L-implimentazzjoni tal-bidla mitluba teħtieġ emenda fid-Deċiżjonijiet 2007/305/KE, 2007/306/KE u 2007/307/KE fir-rigward tad-destinatarju ta' dawk id-Deċiżjonijiet.

(4)

L-emendi proposti għad-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni huma ta' natura purament amministrattiva u ma jinvolvux valutazzjoni ġdida tal-prodotti kkonċernati.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fid-Deċiżjoni 2007/305/KE, l-Artikolu 4 jrid jiġi emendat kif ġej:

 

“Bayer CropScience AG, Alfred-Nobel-Str. 50, D-40789 Monheim am Rhein” tiġi sostitwita b'“BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, 67063 Ludwigshafen, il-Ġermanja”.

Artikolu 2

Fid-Deċiżjoni 2007/306/KE, l-Artikolu 4 jrid jiġi emendat kif ġej:

 

“Bayer CropScience AG, Alfred-Nobel-Str. 50, D-40789 Monheim am Rhein” tiġi sostitwita b'“BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, 67063 Ludwigshafen, il-Ġermanja”.

Artikolu 3

Fid-Deċiżjoni 2007/307/KE, l-Artikolu 3 jrid jiġi emendat kif ġej:

 

“Bayer CropScience AG, Alfred-Nobel-Str. 50, D-40789 Monheim am Rhein” tiġi sostitwita b'“BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, 67063 Ludwigshafen, il-Ġermanja”.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, 67063 Ludwigshafen, il-Ġermanja.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Ġunju 2019.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/305/KE tal-25 ta' April 2007 dwar l-irtirar mis-suq tal-ibridu Ms1xRf1 (ACS-BNØØ4-7xACS-BNØØ1-4) taż-żrieragħ tal-lift u prodotti dderivati minnu (ĠU L 117, 5.5.2007, p. 17).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/306/KE tal-25 ta' April 2007 dwar l-irtirar mis-suq tal-ibridu Ms1xRf2 (ACS-BNØØ4-7xACS-BNØØ2-5) taż-żrieragħ tal-lift u prodotti dderivati minnu (ĠU L 117, 5.5.2007, p. 20).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/307/KE tal-25 ta' April 2007 dwar it-tneħħija mis-suq tal-kolza Topas 19/2 (ACS-BNØØ7-1) u l-prodotti derivati tagħha (ĠU L 117, 5.5.2007, p. 23).


1.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 176/61


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1118

tas-27 ta' Ġunju 2019

dwar il-proġett transfruntier ta' bejn ix-xmara Seine u x-xmara Scheldt fil-Kurituri tan-Netwerk Ewlieni ta' bejn il-Baħar tat-Tramuntana u l-Mediterran u tal-Atlantiku

(notifikata bid-dokument C(2019) 4561)

(It-testi bl-Olandiż u bil-Franċiż biss huma awtentiċi)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 47(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-dekarbonizzazzjoni tat-trasport, b'mod partikulari bil-ħolqien tal-kundizzjonijiet għal bidla modali ambizzjuża fit-traffiku tal-ġarr tal-merkanzija fuq distanzi twal lejn modi tat-trasport effiċjenti fl-enerġija, hija objettiv ewlieni tal-politika tal-Unjoni Ewropea. Il-Ftehim ta' Pariġi kkonferma u saħħaħ l-ambizzjonijiet tal-UE b'rabta mal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

(2)

F'dan il-kuntest, il-promozzjoni tat-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni għall-ġarr tal-merkanzija hija prijorità ċara tal-politika tal-UE dwar it-trasport u prijorità fit-tul tal-politika tat-TEN-T.

(3)

Bit-tlestija tan-netwerk ta' bejn ix-xmara Seine u x-xmara Scheldt, il-baċir tax-xmara Seine se jkun konness b'mod dirett mal-baċir tax-xmara Scheldt fit-Tramuntana ta' Franza, fil-Belġju u fin-Netherlands permezz ta' passaġġ kontinwu fuq l-ilma intern b'gejġ għoli, u se jkun konness ukoll ma' baċiri Ewropej importanti oħrajn b'passaġġi fuq l-ilma interni bħal dawk tax-xmara Renu u tax-xmara Maas. Dan se joħloq netwerk kontinwu, effettiv u konsistenti ta' passaġġi fuq l-ilma interni b'kapaċità għolja li jgħaqqad flimkien id-diversi portijiet marittimi u interni ta' dan ir-reġjun usa' transfruntier Ewropew.

(4)

Billi jgħaqqad flimkien lil Franza, lill-Belġju, lin-Netherlands u, lil hinn minnhom, lill-Ġermanja, in-netwerk ta' bejn ix-xmara Seine u x-xmara Scheldt għandu lat transfruntier ċar.

(5)

Il-proġett ta' bejn ix-xmara Seine u x-xmara Scheldt ġie identifikat minn qabel bħala parti mill-Kuritur tan-Netwerk Ewlieni ta' bejn il-Baħar tat-Tramuntana u l-Mediterran u l-parti ta' bejn Le Havre u Pariġi ġiet identifikata minn qabel bħala parti mill-Kuritur tan-Netwerk Ewlieni tal-Atlantiku. Id-Dikjarazzjoni tas-17 ta' Ottubru 2013 dwar l-implimentazzjoni tal-Kuritur tan-Netwerk Ewlieni tat-TEN-T ta' bejn il-Baħar tat-Tramuntana u l-Mediterran (id-Dikjarazzjoni ta' Tallinn), li ffirmawha l-Ministri tat-Trasport tal-Belġju, tan-Netherlands u ta' Franza u l-Kummissarju għat-Trasport, kompliet tenfasizza l-impenn tal-partijiet ikkonċernati biex jimplimentaw dan il-kuritur. Barra minn hekk, il-Pjan ta' Ħidma għall-Kuritur tan-Netwerk Ewlieni ta' bejn il-Baħar tat-Tramuntana u l-Mediterran enfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata t-tlestija tal-proġett ta' bejn ix-xmara Seine u x-xmara Scheldt bħala l-pedament biex jiġi stabbilit kuritur tat-trasport multimodali li jaħdem għalkollox.

(6)

Wieħed mill-objettivi ewlieni tal-proġett huwa li jiżgura li l-itinerarji ewlenin ta' bejn ix-xmara Seine u x-xmara Scheldt ikunu mill-inqas tal-klassi Va tal-ECMT u li jiżgura kundizzjonijiet tajbin tan-navigazzjoni.

(7)

Il-komponenti kollha tal-proġett ta' bejn ix-xmara Seine u x-xmara Scheldt huma essenzjali għat-tlestija tiegħu. Fosthom, il-kanal ta' bejn ix-xmara Seine u t-Tramuntana tal-Ewropa huwa l-konnessjoni ewlenija nieqsa, u mingħajru n-netwerk ta' bejn ix-xmara Seine u x-xmara Scheldt ma jistax jitwettaq.

(8)

Il-proġett ta' bejn ix-xmara Seine u x-xmara Scheldt huwa proġett transfruntier kumpless, li fih huma involuti l-Belġju (b'mod partikulari r-reġjun Fjamming u r-reġjun ta' Walloon) u Franza, u jinvolvi xogħlijiet li għandhom l-għan li joħolqu infrastruttura ġdida kif ukoll li jtejbu l-infrastruttura eżistenti b'impatt minimu fuq in-navigazzjoni. Għalhekk, sfida ewlenija hija li jkun hemm biżżejjed koordinazzjoni. Sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni kkoordinata u f'waqtha tal-proġett, jeħtieġ li jiġu adottati dispożizzjonijiet li jiddeskrivu l-azzjonijiet meħtieġa u li jistabbilixxu l-iskeda taż-żmien għall-implimentazzjoni tagħhom. Dan jgħin biex jintlaħqu l-objettivi transfruntiera tal-Pjan ta' Ħidma għall-Kuritur tan-Netwerk Ewlieni ta' bejn il-Baħar tat-Tramuntana u l-Mediterran, kif ukoll biex jitlesta proġett ta' bejn ix-xmara Seine u x-xmara Scheldt malajr kemm jista' jkun, u fi kwalunkwe każ, sa mhux aktar tard mill-2030.

(9)

L-identifikazzjoni ċara tal-azzjonijiet meħtieġa biex jitlesta l-proġett ta' bejn ix-xmara Seine u x-xmara Scheldt u l-iskeda taż-żmien għall-implimentazzjoni tagħhom hija importanti wkoll sabiex tiġi maħsuba u mtejba bis-sħiħ id-disponibbiltà tal-finanzjament Ewropew, nazzjonali u reġjonali kif ukoll tal-finanzjament privat. Il-kofinanzjament tal-UE jagħti spinta lit-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livell nazzjonali u reġjonali biex jiġu implimentati l-azzjonijiet.

(10)

Il-Belġju (b'mod partikulari r-reġjun Fjamming u r-reġjun ta' Walloon) u Franza diġà wettqu xogħlijiet sinifikanti (studji u xogħlijiet ta' infrastruttura) li jikkontribwixxu għat-twettiq tal-proġett ta' bejn ix-xmara Seine u x-xmara Scheldt. Fil-biċċa l-kbira tagħhom, dawn ix-xogħlijiet ikkofinanzjathom l-Unjoni Ewropea fil-kuntest ta' programmi differenti. Bħalissa l-attivitajiet qed jitwettqu fil-kuntest ta' Ftehim tal-Għotja tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (bin-numru ta' referenza 2014-EU-TM-0373-M, imsejjaħ “Seine-Escaut 2020”), li permezz tiegħu l-Unjoni qed tiffinanzja sa 50 % tal-kostijiet eliġibbli.

(11)

Il-lat transfruntier tal-proġett jitlob li jitwaqqfu strutturi ta' governanza apposta. Il-Belġju (b'mod partikulari r-reġjun Fjamming u r-reġjun ta' Walloon) u Franza ilhom snin twal jikkooperaw mill-qrib bejniethom, b'mod partikulari fil-qafas tal-Kummissjoni Intergovernattiva għat-tħejjija tat-tlestija tal-proġett ta' bejn ix-xmara Seine u x-xmara Scheldt, li ġiet stabbilita f'Settembru tal-2009. Din il-Kummissjoni Intergovernattiva għandha l-appoġġ operazzjonali tal-Grupp Ewropew b'Interess Ekonomiku fix-xmajjar Seine u Scheldt (il-GEIE tax-xmajjar Seine u Scheldt), li jiġbor flimkien l-awtorità Franċiża msejħa “Voies Navigables de France” (VNF), il-kumpanija pubblika msejħa “Société du Canal Seine-Nord Europe” (SCSNE), is-Servizz Pubbliku tar-reġjun ta' Walloon (SPW) u l-entita pubblika tar-reġjun Fjamming imsejħa “De Vlaamse Waterweg NV”. Il-kumpanija pubblika msejħa “Société du Canal Seine-Nord Europe”, li hija responsabbli għall-kostruzzjoni tal-kanal ta' bejn ix-xmara Seine u t-Tramuntana tal-Ewropa, ġiet stabbilita f'Mejju tal-2017. Dawn l-entitajiet li twaqqfu apposta jikkostitwixxu struttura ta' ġestjoni integrata li tissorvelja u tikkoordina t-tlestija tal-proġett ta' bejn ix-xmara Seine u x-xmara Scheldt. Jenħtieġ li l-Koordinatur Ewropew għall-Kuritur tan-Netwerk Ewlieni ta' bejn il-Baħar tat-Tramuntana u l-Mediterran u rappreżentant tal-Kummissjoni jieħdu sehem b'mod regolari fil-laqgħat tal-Kummissjoni Intergovernattiva u tal-GEIE tax-xmajjar Seine u Scheldt bħala osservaturi. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Koordinatur Ewropew u rappreżentant tal-Kummissjoni jieħdu sehem fil-laqgħat tal-bord superviżorju (imsejjaħ il-“conseil de surveillance”) tal-SCSNE bħala osservaturi. Franza tista' tipprevedi aktar arranġamenti xierqa sabiex iżżomm lill-Kummissjoni involuta kif xieraq f'dan il-bord superviżorju.

(12)

Sabiex jiġi mmonitorjat il-progress li jkun qed isir fl-implimentazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu lill-Kummissjoni rapporti regolari dwar il-kwistjoni li jkollhom x'jaqsmu mal-partijiet li jkunu jinsabu fit-territorji rispettivi tagħhom, u li dawn javżawha b'kull dewmien li kien hemm.

(13)

Jenħtieġ li l-iskeda taż-żmien li din id-Deċiżjoni tistabbilixxi għall-implimentazzjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-ilħiq tar-rekwiżiti ddefiniti mil-liġi internazzjonali u mid-dritt tal-Unjoni, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar il-ħarsien ambjentali u l-ħarsien ta' saħħet il-bniedem. Jenħtieġ li din l-iskeda taż-żmien tippermetti li tiġi maħsuba u mtejba bis-sħiħ id-disponibbiltà tal-finanzjament mingħajr ma tippreġudika l-impenn finanzjarju ta' Stat Membru jew tal-Unjoni. Jenħtieġ li din fl-ebda ċirkustanza ma tikkomprometti l-istandards għoljin tal-Unjoni marbutin mal-ħarsien ambjentali u mal-parteċipazzjoni tal-pubbliku.

(14)

Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, huwa xieraq li f'din id-Deċiżjoni tiġi prevista klawżola ta' rieżami.

(15)

Il-Belġju u Franza approvaw il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni.

(16)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tiddeskrivi l-azzjonijiet tal-proġett transfruntier ta' bejn ix-xmara Seine u x-xmara Scheldt u tistabbilixxi l-iskeda taż-żmien għall-implimentazzjoni tagħhom, kif ukoll id-dispożizzjonijiet ta' governanza marbutin ma' dan il-proġett.

Artikolu 2

Azzjonijiet u skeda taż-żmien

Il-Belġju u Franza għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni f'waqtha tal-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

f'Seine-Amont, minn Nogent-sur-Seine sa Pariġi: it-titjib tal-kundizzjonijiet tan-navigazzjoni sa Diċembru tal-2030:

it-titjib tal-kundizzjonijiet tan-navigazzjoni, inklużi r-rikostruzzjoni tad-digi sommerġibbli (f'Beaulieu, Livon u Vives-Eaux), sa Diċembru tal-2027, u r-riabilitazzjoni tax-xtabi sekondarji (f'Coudray, Vives-Eaux, La Cave u Champagne), sa Diċembru tal-2023;

l-istabbiliment tal-kontroll mill-bogħod tax-xtabi u tad-digi sommerġibbli sa Diċembru tal-2024;

it-titjib tal-faċilitajiet għan-navigazzjoni u tas-servizzi mogħtija lill-utenti, sa Diċembru tal-2027;

(b)

f'Seine-Aval, minn Suresnes sa Le Havre: l-aġġornamenti u t-titjib tal-kundizzjonijiet tan-navigazzjoni sa Diċembru tal-2027:

it-titwil u r-riabilitazzjoni tax-xtabi (bħal f'Méricourt u Bougival), sa Diċembru tal-2026;

l-immodernizzar tad-digi sommerġibbli (f'Port-Mort, Poses, Méricourt, Bougival, Suresnes u Andrésy) sa Diċembru tal-2027, inkluż it-tisħiħ tal-imbankment ta' Croissy-sur-Seine sa Diċembru tal-2022;

l-istabbiliment tal-kontroll mill-bogħod tax-xtabi u tad-digi sommerġibbli sa Diċembru tal-2024;

it-titjib tal-faċilitajiet għan-navigazzjoni u tas-servizzi mogħtija lill-utenti, sa Diċembru tal-2027;

il-kostruzzjoni tal-pont pedonali ta' Poses-Amfreville sa Diċembru tal-2022 u l-kostruzzjoni ta' passaġġi għall-ħut sa Diċembru tal-2030;

(c)

f'Oise, minn Conflans-Sainte-Honorine sa Compiègne: l-aġġornament għall-klassi Vb tal-ECMT u t-titjib tal-kundizzjonijiet tan-navigazzjoni sa Diċembru tal-2028:

l-aġġornament tax-xmara Oise għall-klassi Vb tal-ECMT (il-proġett imsejjaħ “MAGEO”: is-salvataġġ tax-xtut u l-mollijiet li jservu ta' pont bejn Creil u Compiègne, it-tħammil u l-ħolqien tal-post għall-iżbark f'Venette), sa Ġunju tal-2027;

ir-rikostruzzjoni tal-pont ta' Mours sa Diċembru tal-2025;

l-istabbiliment tal-kontroll mill-bogħod tax-xtabi u tad-digi sommerġibbli sa Diċembru tal-2028;

(d)

fil-kanal ta' bejn ix-xmara Seine u t-Tramuntana tal-Ewropa, minn Compiègne sa Aubencheul-au-Bac: sa Diċembru tal-2028, il-kostruzzjoni u d-dħul fit-tħaddim, bil-klassi Vb tal-ECMT, tas-setturi li ġejjin, li jippermettu l-użu ta' tliet saffi ta' kontejners:

(1)

tas-settur 1 minn Compiègne sa Passel, inkluża l-kostruzzjoni tax-xatba ta' Montmacq:

l-ippjanar territorjali spazjali sa Settembru tal-2020;

awtorizzazzjoni ambjentali unika sa Settembru tal-2020;

il-bidu tax-xogħlijiet ewlenin sa Ottubru tal-2020;

it-tlestija tax-xogħlijiet sa Diċembru tal-2026;

id-dħul fit-tħaddim sa Ġunju tal-2027;

(2)

tas-settur 2 minn Passel sa Allaines (49 km), li jaqsam 33 muniċipalità, tas-settur 3 minn Allaines sa Etricourt-Manancourt (11-il km), li jaqsam tliet muniċipalitajiet, u tas-settur 4 minn Etricourt-Manancourt sa Aubencheul-au-Bac (30 km), li jaqsam 11-il muniċpalità, inkluża l-kostruzzjoni tax-xtabi ta' Noyon, Campagne, Allaines, Marquion-Bourlon, Oisy-Le-Verger u Moislains (ix-xatba ta' kollegament mal-Kanal tat-Tramuntana), tal-baċir tal-ħżin tax-xmara Louette u tal-pont fil-kanal ta' 1,33 km li jaqsam il-Wied tax-xmara Somme:

l-ippjanar territorjali spazjali sa Diċembru tal-2022;

awtorizzazzjoni ambjentali unika sa Ottubru tal-2022;

il-bidu tax-xogħlijiet ewlenin sa Diċembru tal-2023;

it-tlestija tax-xogħlijiet sa Ġunju tal-2028;

id-dħul fit-tħaddim sa Diċembru tal-2028;

(e)

fl-assi ta' bejn Dunkerque u x-xmara Scheldt, inkluż il-kanal ta' Dunkerque minn Valenciennes sax-xmara Scheldt u saċ-ċentru tar-reġjun ta' Walloon, kif ukoll sax-xmara Deûle fid-direzzjoni ta' Gent: l-aġġornament għall-klassi Va (bidirezzjonali) u għall-klassi Vb (unidirezzjonali) tal-ECMT, u t-titjib tal-kundizzjonijiet tan-navigazzjoni sa Diċembru tal-2027:

(1)

b'rabta mal-partijiet kollha:

studji biex tiżdied il-kapaċità tax-xtabi (permezz tal-irduppjar u/jew tat-titwil tagħhom), sa Diċembru tal-2023;

l-istabbiliment tal-kontroll mill-bogħod tax-xtabi sa Diċembru tal-2025;

l-iżgurar tal-kundizzjonijiet tan-navigazzjoni għall-bastimenti tal-klassi V tal-ECMT sa Diċembru tal-2027;

(2)

fil-parti minn Arleux sa Anzin: l-immodernizzar u r-riabilitazzjoni tax-xatba ta' Denain sa Diċembru tal-2022;

(3)

fil-parti minn Arleux sa Halluin:

l-aġġornament tax-xmara Deûle għall-klassi Va (bidirezzjonali) u għall-klassi Vb (unidirezzjonali) tal-ECMT sa Diċembru tal-2022;

l-immodernizzar u r-riabilitazzjoni tax-xtabi (inklużi x-xatba ta' Don u dik ta' Grand-Carré) sa Diċembru tal-2020, u t-titwil tax-xatba ta' Quesnoy-sur-Deûle sa Diċembru tal-2026;

(4)

fil-parti minn Bauvin sa Dunkerque:

id-difiżi tax-xtut tax-xmajjar tal-kanal ta' Aire Neufossé (il-fażijiet 1 u 2) sa Diċembru tal-2026, u d-difiżi tax-xtut tax-xmajjar u r-riabilitazzjoni tal-linja tal-ilma fis-sezzjonijiet tal-kanal ta' Fontinettes sa Diċembru tal-2023;

l-immodernizzar u r-riabilitazzjoni tax-xatba ta' Fontinettes sa Diċembru tal-2019;

(f)

fil-kanal ta' Condé-Pommerœul: il-ftuħ mill-ġdid, bil-klassi Va tal-ECMT, sa Diċembru tal-2022;

(g)

fiċ-ċentru tar-reġjun ta' Walloon, minn Pommerœul sa Namur: l-aġġornament għall-klassi Va tal-ECMT sa Diċembru tal-2028:

(1)

minn Pommerœul sa Seneffe: l-aġġornament għall-klassi Va tal-ECMT, inkluż l-adattament tal-kanal ta' Nimy-Blaton-Péronnes u l-irduppjar tax-xatba ta' Obourg, bit-tlestija tal-istudji sa Diċembru tal-2022 u t-tlestija tax-xogħlijiet sa Diċembru tal-2027;

(2)

minn Seneffe sa Charleroi: l-aġġornament għall-klassi Va tal-ECMT u l-irduppjar tax-xtabi (ta' Marchienne, Gosselies u Viesville), bix-xogħlijiet ta' tħejjija sa Diċembru tal-2022 u t-tlestija sa Diċembru tal-2027;

(3)

minn Charleroi sa Namur:

l-adattament tax-xatba ta' Auvelais sa Diċembru tal-2022;

it-titjib tal-possibbiltajiet tal-qsim, bit-tlestija tal-istudji sa Diċembru tal-2022 u t-tlestija tax-xogħlijiet sal-2028;

(h)

fil-parti ta' fuq tax-xmara Scheldt:

(1)

fir-reġjun ta' Walloon (fil-Belġju):

l-aġġornament għall-klassi Va tal-ECMT, inkluż l-adattament tal-punt tal-qsim ta' Tournai għall-klassi Va unidirezzjonali u l-aġġustament tal-pontijiet imsejħin “Pont des Trous” u “Pont-à-Pont” sa Diċembru tal-2022;

iż-żieda fil-kapaċità u l-iżgurar tas-siti tax-xtabi permezz tal-adattament tax-xtabi ta' Hérinnes u Kain, bit-tlestija tal-istudji sa Diċembru tal-2023 u t-tlestija tax-xogħlijiet sa Diċembru tal-2030;

(2)

fir-reġjun Fjamming (fil-Belġju): it-tlestija tal-istudji biex ix-xtabi jiġu aġġornati għall-klassi Vb tal-ECMT sa Diċembru tal-2022, u t-tfassil ta' pjan ta' implimentazzjoni teknika u finanzjarja sa Diċembru tal-2023;

(i)

f'Lys: l-aġġornament għall-klassi Vb (unidirezzjonali) u għall-klassi Va (bidirezzjonali) tal-ECMT, li jippermetti l-użu ta' tliet saffi ta' kontejners, sa Diċembru tal-2027, inkluż:

(1)

fir-reġjun Fjamming (fil-Belġju), bejn Ghent u Wervik:

l-adattament tax-xtabi kollha għall-klassi Vb tal-ECMT, inklużi x-xtabi f'St-Baafs-Vijve u f'Harelbeke, sa Diċembru tal-2021;

il-kalibrazzjoni tal-klassi Vb tal-ECMT, inkluż l-irfigħ tal-pontijiet li jippermetti l-użu ta' tliet saffi ta' kontejners, sa Diċembru tal-2022 fil-kanal ta' devjazzjoni ta' Lys u sa Diċembru tal-2027 fil-partijiet li jkun għad fadal;

(2)

fir-reġjun ta' Walloon (fil-Belġju), fil-muniċipalità ta' Comines: l-aġġornament għall-klassi Vb tal-ECMT, inkluż il-punt tal-qsim ta' Comines, sa Diċembru tal-2027, u l-iżgurar tan-navigazzjoni, b'mod speċjali bis-sostituzzjoni tad-diga sommerġibbli f'Comines, sa Diċembru tal-2030;

(3)

fi Franza, bejn Deûlémont u Comines: l-aġġornament għall-klassi Vb tal-ECMT sa Diċembru tal-2024;

(j)

fin-netwerk ta' kollegament fir-reġjun Fjamming:

(1)

studji għall-aġġornament tal-partijiet Fjammingi tal-passaġġi fuq l-ilma interni li jagħtu b'mod dirett għall-kollegament ewlieni ta' bejn ix-xmara Seine u x-xmara Scheldt, sa Diċembru tal-2022:

l-aġġornament tal-kollegamenti mal-portijiet marittimi ta' Zeebrugge u ta' Antwerp (il-kanal ta' bejn Ghent u Bruges u l-parti marittima ta' fuq tax-xmara Scheldt rispettivament) għall-klassi Va tal-ECMT, li jippermetti l-użu ta' tliet saffi ta' kontejners;

l-aġġornament tal-kanali ta' Roeselare-Lys u Bossuit-Kortrijk għall-klassi Va tal-ECMT;

(2)

it-tfassil ta' pjan ta' implimentazzjoni teknika u finanzjarja, inkluża valutazzjoni tal-prijorità ddettaljata, għall-aġġornamenti meħtieġa fil-partijiet imsemmijin hawn fuq, sa Diċembru tal-2023;

(k)

bejn Seneffe u Antwerp, fil-parti Fjamminga u tar-reġjun ta' Walloon: it-twettiq ta' studji, b'mod partikulari biex ikun hemm aġġornament komplut għall-klassi IV tal-ECMT, sa Diċembru tal-2022, u t-tfassil ta' pjan ta' implimentazzjoni teknika u finanzjarja tal-aġġornamenti meħtieġa, sa Diċembru tal-2023;

(l)

azzjonijiet ġenerali:

(1)

it-tfassil, sa Diċembru tal-2022, ta' qafas tal-politika kkoordinat bejn il-partijiet differenti sabiex jiġi promoss l-użu sħiħ tal-infrastruttura tal-karburanti alternattivi tul in-netwerk kollu ta' bejn ix-xmara Seine u x-xmara Scheldt, f'konformità mal-oqfsa ta' politika nazzjonali li l-Belġju u Franza bagħtu fil-kuntest tad-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), bil-ħsieb li dan jiġi implimentat b'mod gradwali sa Diċembru tal-2030;

(2)

l-implimentazzjoni, sa Diċembru tal-2028, ta' servizzi integrati u effiċjenti transfruntiera għall-ġestjoni tat-traffiku u tat-trasport tul in-netwerk kollu ta' bejn ix-xmara Seine u x-xmara Scheldt, inkluża l-implimentazzjoni tal-RIS fuq skala sħiħa skont id-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3);

(3)

l-iżvilupp ta' pjattaformi multimodali tal-loġistika għan-netwerk ta' bejn ix-xmara Seine u x-xmara Scheldt sa Diċembru tal-2028.

Artikolu 3

Governanza

1.   Il-Koordinatur Ewropew għall-Kuritur tan-Netwerk Ewlieni ta' bejn il-Baħar tat-Tramuntana u l-Mediterran u rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea għandhom jiġu mistiedna jieħdu sehem bħala osservaturi fil-laqgħat tal-bord superviżorju (imsejjaħ il-“conseil de surveillance”) tal-kumpanija pubblika msejħa “Société du Canal Seine-Nord Europe”.

2.   Il-progress li jkun qed isir b'rabta mal-azzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 2 għandu jiġi diskuss b'mod regolari fil-qafas tal-Kummissjoni Intergovernattiva għat-tħejjija tat-tlestija tal-proġett ta' bejn ix-xmara Seine u x-xmara Scheldt, kif ukoll fil-qafas tal-GEIE tax-xmajjar Seine u Scheldt. Il-Koordinatur Ewropew għall-Kuritur tan-Netwerk Ewlieni ta' bejn il-Baħar tat-Tramuntana u l-Mediterran u rappreżentant tal-Kummissjoni għandhom jiġu mistiedna jieħdu sehem bħala osservaturi mill-inqas darbtejn fis-sena fil-laqgħat tal-Kummissjoni Intergovernattiva u mill-inqas tliet darbiet fis-sena fil-laqgħat tal-GEIE tax-xmajjar Seine u Scheldt.

Artikolu 4

Rappurtar

Mill-inqas darba fis-sena, il-Belġju u Franza għandhom jibagħtu rapport lill-Kummissjoni u lill-Koordinatur Ewropew għall-Kuritur tan-Netwerk Ewlieni ta' bejn il-Baħar tat-Tramuntana u l-Mediterran dwar il-progress li jkun qed isir fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 2, u għandhom javżawhom b'kull dewmien li kien hemm, filwaqt li jispeċifikaw ir-raġunijiet għal dan id-dewmien u l-miżuri korrettivi li jkunu ħadu b'rabta ma' dan. Għal dan il-għan, meta jkun xieraq dawk l-Istati Membri jistgħu jużaw il-kontenut tar-rapporti annwali dwar l-istatus li għandhom jintbagħtu fil-kuntest tal-Ftehimiet tal-Għotja tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa.

Artikolu 5

Rieżami

Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2023, fuq talba tal-Belġju u ta' Franza jew fuq inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami tal-azzjonijiet u tal-iskeda taż-żmien imsemmijin fl-Artikolu 2 bl-għajnuna tal-Koordinatur Ewropew għall-Kuritur tan-Netwerk Ewlieni ta' bejn il-Baħar tat-Tramuntana u l-Mediterran.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju u lir-Repubblika Franċiża.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2019.

Għall-Kummissjoni

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1.

(2)  Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar is-Servizzi Armonizzati ta' Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS) f'passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità (ĠU L 255, 30.9.2005, p.152).


1.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 176/67


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1119

tat-28 ta' Ġunju 2019

dwar l-approvazzjoni ta' illuminazzjoni esterna effiċjenti tal-vetturi permezz ta' dijodi li jemettu d-dawl għall-użu f'vetturi b'magna ta' kombustjoni interna u f'vetturi elettriċi ibridi li ma jistgħux jiġu ċċarġjati esternament bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-6 ta' Settembru 2018, il-manifatturi Toyota Motor Europe NV/SA, Opel Automobile GmbH — PSA, FCA Italy S.p.A., Automobiles Citroën, Automobiles Peugeot, PSA Automobiles SA, Audi AG, Ford Werke GmbH, Jaguar Land Rover, Hyundai Motor Europe Technical Center GmbH, Škoda Auto a.s., BMW AG, Renault SA, Honda Motor Europe Ltd, Volkswagen AG u Volkswagen AG Nutzfahrzeuge (l-“applikanti”), issottomettew applikazzjoni konġunta għall-approvazzjoni ta' illuminazzjoni esterna effiċjenti tal-vetturi permezz ta' dijodi li jemettu d-dawl (illuminazzjoni LED effiċjenti) għall-użu f'vetturi b'magna ta' kombustjoni interna u f'vetturi elettriċi ibridi li ma jistgħux jiġu ċċarġjati esternament bħala teknoloġija innovattiva. L-applikazzjoni ġiet ivvalutata f'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 (2).

(2)

Illuminazzjoni LED effiċjenti hija modulu tal-illuminazzjoni mgħammar b'sorsi ta' dijodi li jemettu d-dawl li għandu konsum tal-enerġija aktar baxx minn illuminazzjoni bl-aloġenu konvenzjonali.

(3)

L-applikazzjoni ġiet ivvalutata f'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 u l-Linji Gwida Tekniċi għat-tħejjija tal-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 (Linji Gwida Tekniċi, verżjoni Lulju 2018).

(4)

L-applikazzjoni tikkonċerna ffrankar ta' CO2 mill-użu ta' illuminazzjoni LED effiċjenti kif ivvalutat skont ir-referenza għall-Proċedura ta' Ttestjar Armonizzata fuq Livell Dinji għall-Vetturi Ħfief (WLTP) stabbilita fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 (3).

(5)

Illuminazzjoni LED effiċjenti diġà ġiet approvata mid-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/128/UE (4), (UE) 2015/206 (5), (UE) 2016/160 (6), (UE) 2016/587 (7) u (UE) 2016/1721 (8) bħala teknoloġija innovattiva li kapaċi tnaqqas l-emissjonijiet ta' CO2 skont ir-referenza għaċ-Ċiklu ta' Sewqan Ewropew Ġdid (NEDC) stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (9). Fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba minn dawn id-Deċiżjonijiet, kif ukoll filwaqt li titqies l-applikazzjoni attwali, intwera b'mod sodisfaċenti u konklużiv li illuminazzjoni LED effiċjenti li tinkludi kombinazzjoni xierqa waħda jew aktar ta' dwal LED effiċjenti, bħall-fanal b'raġġ baxx, il-fanal b'raġġ qawwi, il-fanali ta' pożizzjoni ta' quddiem, il-fanal ta' quddiem kontra ċ-ċpar, il-fanal ta' wara kontra ċ-ċpar, lampa indikatur ta' quddiem, lampa indikatur ta' wara, id-dwal tal-pjanċi u d-dwal tar-rivers, jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011.

(6)

L-iffrankar tas-CO2 mill-użu ta' illuminazzjoni LED effiċjenti jista' jintwera parzjalment fit-test WLTP. Madankollu, l-applikanti pprovdew metodoloġija ta' ttestjar li permezz tagħha jista' jintwera, b'mod li jagħti l-possibbiltà li jiġu prodotti riżultati li jistgħu jiġu ripetuti, ivverifikati u komparabbli, li l-iffrankar miksub, filwaqt li tiġi kkunsidrata l-kopertura parzjali, huwa tal-inqas 0,5 g CO2/km.

(7)

Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità, b'mod partikolari fir-rigward tat-tranżizzjoni mill-applikazzjoni tan-NEDC għat-test tal-emissjonijiet tas-CO2 WLTP, huwa xieraq li l-illuminazzjoni bl-aloġenu tinżamm bħala t-teknoloġija fil-linja bażi kif previst fid-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2014/128/UE, (UE) 2015/206, (UE) 2016/160, (UE) 2016/587, u (UE) 2016/1721.

(8)

Il-manifatturi jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jressqu applikazzjoni lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2 mill-użu ta' illuminazzjoni LED effiċjenti f'vetturi b'magna ta' kombustjoni interna u f'vetturi elettriċi ibridi li ma jistgħux jiġu ċċarġjati esternament. Għal dan il-għan, il-manifattur jenħtieġ li jiżgura li l-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tiġi akkumpanjata minn rapport ta' verifika minn korp ta' verifika indipendenti li jikkonferma l-livell ta' ffrankar tas-CO2 li għandu jiġi ċċertifikat u li l-kundizzjonijiet rilevanti kollha huma ssodisfati.

(9)

Jekk l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip issib li l-illuminazzjoni LED ma tissodisfax il-kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni, l-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar jenħtieġ li tiġi miċħuda.

(10)

Sabiex jiġi ffaċilitat użu usa' ta' illuminazzjoni LED effiċjenti f'vetturi ġodda, manifattur jenħtieġ li jkollu wkoll il-possibbiltà li japplika għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2 minn diversi sistemi ta' illuminazzjoni LED effiċjenti b'applikazzjoni waħda ta' ċertifikazzjoni. Madankollu, huwa xieraq li jiġi żgurat li, fejn tintuża din il-possibbiltà, jiġi applikat mekkaniżmu li jinċentiva l-użu esklussiv ta' dawk is-sistemi ta' illuminazzjoni LED biss li joffru l-akbar effiċjenza.

(11)

L-iffrankar tas-CO2 iċċertifikat skont din id-Deċiżjoni għandu jitqies għall-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji tal-manifatturi li jibdew mis-sena kalendarja 2021.

(12)

Bil-għan li jiġi ddeterminat il-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni ġenerali li għandu jintuża fid-dokumenti rilevanti tal-approvazzjoni tat-tip skont l-Annessi I, VIII u IX tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), jenħtieġ li jiġi speċifikat il-kodiċi individwali li għandu jintuża għat-teknoloġija innovattiva għal sistemi ta' Illuminazzjoni LED effiċjenti għal vetturi b'magna ta' kombustjoni interna u għal vetturi elettriċi ibridi li ma jistgħux jiġu ċċarġjati esternament,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Approvazzjoni

It-teknoloġija użata f'illuminazzjoni b'dijodi li jemettu d-dawl (LED) effiċjenti hija approvata bħala teknoloġija innovattiva fis-sens tat-tifsira tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, fejn din it-teknoloġija innovattiva tintuża għall-finijiet ta' illuminazzjoni esterna f'karozzi tal-passiġġieri b'magna tal-kombustjoni interna u f'karozzi tal-passiġġieri elettriċi ċċertifikati ibridi li ma jistgħux jiġu ċċarġjati esternament.

Artikolu 2

Definizzjoni

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, illuminazzjoni LED effiċjenti tfisser teknoloġija li tikkonsisti minn modulu ta' illuminazzjoni li huwa mgħammar b'sorsi ta' dijodi li jemettu d-dawl (LED) li jintużaw għall-illuminazzjoni esterna ta' vettura u li għandha konsum tal-enerġija aktar baxx minn illuminazzjoni bl-aloġenu konvenzjonali.

Artikolu 3

Applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2

1.   Kull manifattur jista' japplika għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2 minn sistema ta' illuminazzjoni LED effiċjenti esterna waħda jew aktar fejn dawn jintużaw għall-illuminazzjoni esterna ta' vetturi M1 b'magna tal-kombustjoni interna u ta' vetturi M1 elettriċi ibridi li ma jistgħux jiġu ċċarġjati esternament. L-illuminazzjoni LED effiċjenti għandha tinkludi waħda jew kombinazzjoni tad-dwal LED li ġejjin:

(a)

fanal b'raġġ baxx (inkluża sistema ta' dawl ta' quddiem adattiva);

(b)

fanal b'raġġ qawwi;

(c)

fanal ta' pożizzjoni ta' quddiem;

(d)

fanal ta' quddiem kontra ċ-ċpar;

(e)

fanal ta' wara kontra ċ-ċpar;

(f)

lampa indikatur ta' quddiem;

(g)

lampa indikatur ta' wara;

(h)

id-dwal tal-pjanċi;

(i)

id-dwal tar-rivers;

(j)

fanal tad-dwal għall-kantunieri;

(k)

fanal ta' liwi statiku.

Id-dawl LED jew il-kombinazzjoni ta' dwal LED li jiffurmaw l-illuminazzjoni LED effiċjenti għandu, bħala minimu, jipprovdi t-tnaqqis ta' CO2 speċifikat fl-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 kif muri permezz tal-metodoloġija ta' ttestjar stabbilita fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

2.   Applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar minn sistema waħda jew kombinazzjoni ta' illuminazzjoni LED effiċjenti għandha tiġi akkumpanjata minn rapport ta' verifika indipendenti li jikkonferma li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 huma ssodisfati.

3.   L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiċħad l-applikazzjoni għal ċertifikazzjoni jekk issib li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 mhumiex issodisfati.

Artikolu 4

Ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2

1.   It-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-użu ta' illuminazzjoni LED effiċjenti msemmija fl-Artikolu 3(1) għandu jiġi ddeterminat permezz tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness.

2.   Meta manifattur japplika għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2 minn aktar minn sistema waħda ta' illuminazzjoni LED effiċjenti msemmija fl-Artikolu 3(1) fir-rigward ta' verżjoni waħda ta' vettura, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiddetermina liema mis-sistemi ta' illuminazzjoni LED effiċjenti li ġiet ittestjata trendi l-inqas iffrankar tas-CO2, u għandha tirreġistra l-aktar valur baxx fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip rilevanti. Dan il-valur għandu jiġi indikat fiċ-ċertifikat ta' konformità skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011.

3.   L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tirreġistra r-rapport ta' verifika u r-riżultati tal-ittestjar li fuq il-bażi tagħhom ikun ġie ddeterminat l-iffrankar, u fuq talba tal-Kummissjoni għandha tqiegħed dik l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha.

Artikolu 5

Kodiċi tal-ekoinnovazzjoni

Il-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni Nru 28 għandu jiddaħħal fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip meta ssir referenza għal din id-Deċiżjoni skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011.

L-iffrankar tas-CO2 irreġistrat skont ir-referenza għal dan il-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni jista' jitqies għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur mis-sena kalendarja 2021.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Ġunju 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 tal-25 ta' Lulju 2011 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta' Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/128/UE tal-10 ta' Marzu 2014 dwar l-approvazzjoni tal-modulu LED bir-raġġ baxx “E-Light” bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 70, 11.3.2014, p. 30).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/206 tad-9 ta' Frar 2015 dwar l-approvazzjoni tad-dawl effiċjenti fuq barra tad-Daimler AG bl-użu ta' dijodi li jemettu d-dawl bħala teknoloġija innovattiva biex jonqsu l-emissjonijiet tad-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 33, 10.2.2015, p. 52).

(6)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/160 tal-5 ta' Frar 2016 dwar l-approvazzjoni tas-sistema ta' illuminazzjoni esterna effiċjenti tat-Toyota Motor Europe li tuża dijodi li jemettu d-dawl bħala teknoloġija innovattiva biex jonqsu l-emissjonijiet ta' CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 31, 6.2.2016, p. 70).

(7)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/587 tal-14 ta' April 2016 dwar l-approvazzjoni tat-teknoloġija użata fis-sistema ta' illuminazzjoni esterna ta' effiċjenza għolja tal-vetturi li tuża dijodi li jemettu d-dawl bħala teknoloġija innovattiva biex jonqsu l-emissjonijiet ta' CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 101, 16.4.2016, p. 17).

(8)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1721 tas-26 ta' Settembru 2016 dwar l-approvazzjoni tas-sistema ta' illuminazzjoni esterna ta' effiċjenza għolja tat-Toyota li tuża dijodi li jemettu d-dawl għall-użu f'vetturi elettriċi ibridi li ma jistgħux jiġu ċċarġjati esternament bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 259, 27.9.2016, p. 71)

(9)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta' Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).

(10)  Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).


ANNESS

Metodoloġija għad-determinazzjoni tal-iffrankar tas-CO2 ta' illuminazzjoni LED effiċjenti skont referenza għall-Proċedura ta' Ttestjar armonizzata fuq Livell Dinji għall-vetturi ħfief

1.   INTRODUZZJONI

Sabiex jiġi ddeterminat it-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 li jista' jiġi attribwit lil illuminazzjoni LED effiċjenti li tikkonsisti minn kombinazzjoni xierqa ta' dwal LED esterni ta' vettura għall-użu f'vetturi M1 b'magna tal-kombustjoni interna u f'vetturi M1 elettriċi ibridi li ma jistgħux jiġu ċċarġjati esternament, jeħtieġ li jiġu stabbiliti dawn li ġejjin:

(1)

il-kundizzjonijiet tat-test;

(2)

it-tagħmir tat-test;

(3)

il-proċedura biex jiġi ddeterminat l-iffrankar tal-enerġija;

(4)

il-proċedura biex jiġi ddeterminat l-iffrankar tas-CO2;

(5)

il-proċedura biex tiġi ddeterminata l-inċertezza tal-iffrankar tas-CO2.

2.   SIMBOLI, PARAMETRI U UNITAJIET

Simboli bil-Latin

AFS

Sistema Adattiva tad-Dawl ta' Quddiem

B

Linja bażi

CO2

Diossidu tal-karbonju

Formula

Iffrankar tas-CO2 [g CO2/km]

C

Numru ta' klassijiet tas-sistema ta' illuminazzjoni ta' quddiem adattiva

CF

Fattur ta' konverżjoni (l/100 km) - (g CO2/km) [gCO2/l]

EI

Ekoinnovattiv

HEV

Vettura Elettrika Ibrida

Formula

Fattur ta' korrezzjoni tas-CO2, Formula kif definit fir-Regolament (UE) 2017/1151 is-Subanness 8, l-Appendiċi 2

Formula

Medja tal-valuri T ta' Formula Formula

m

Numru ta' dwal LED esterni effiċjenti li jiffurmaw il-pakkett

MT

limitu minimu [g CO2/km]

n

Numru ta' kejlijiet tal-kampjun

NOVC

Iċċarġjar Fuq il-Vettura

P

Konsum tal-enerġija mid-dwal tal-vettura [W]

Formula

Konsum tal-enerġija tad-dawl i korrispondenti f'vettura tal-linja bażi [W]

Formula

Konsum tal-enerġija tal-kampjun n korrispondenti għal kull vettura tal-klassi [W]

Formula

Konsum tal-enerġija għal kull klassi ta' vetturi (medja tal-kejlijiet n) [W]

Formula

Konsum tal-enerġija tal-AFS b'Raġġ baxx [W]

Formula

Medja tal-konsum tal-enerġija tad-dawl tal-vettura ekoinnovattiv korrispondenti [W]

ΔPi

Iffrankar tal-enerġija ta' kull dawl LED estern effiċjenti [W]

Formula

Devjazzjoni standard tal-iffrankar totali tas-CO2 [g CO2/km]

Formula

Devjazzjoni standard tal-Formula Formula

Formula

Devjazzjoni standard tal-medja tal-valuri T ta'Formula Formula

Formula

Devjazzjoni standard tal-medja tal-konsum tal-enerġija għal kull klassi ta' vetturi [W]

Formula

Devjazzjoni standard tal-konsum tal-enerġija mid-dwal LED fil-vettura ekoinnovattiva [W]

Formula

Devjazzjoni standard tal-medja tal-konsum tal-enerġija mid-dwal LED fil-vettura ekoinnovattiva [W]

Formula

Inċertezza jew Devjazzjoni standard tal-medja tal-enerġija tal-AFS b'Raġġ baxx [W]

T

Numru ta' kejlijiet mwettqa mill-manifattur għall-estrapolazzjoni tat-Formula

t

Tul ta' sewqan tal-vetturi taċ-Ċiklu ta' Ttestjar għall-vetturi Ħfief fuq Livell Dinji (WLTC) [s], li huwa 1 800 s

UF

Fattur tal-użu għad-dawl tal-vettura [-] kif definit fit-Tabella 6

v

Veloċità medja tas-sewqan taċ-Ċiklu ta' Ttestjar għall-vetturi Ħfief fuq Livell Dinji (WLTC) [km/h]

VPe

Konsum tal-enerġija effettiva [l/kWh]

share c

Perċentwal ta' żmien għal kull medda ta' veloċità f'kull klassi ta' vetturi

Image 1

Sensittività tal-iffrankar tas-CO2 ikkalkulat b'rabta mal-konsum tal-enerġija mid-dwal LED

Image 2

Sensittività tal-iffrankar tas-CO2 ikkalkulat b'rabta mal-fattur tal-korrezzjoni tas-CO2

ηA

Effiċjenza tal-alternatur [-]

ηDCDC

Effiċjenza tal-konvertitur DC-DC [-]

Simboli miktubin taħt il-vers

L-indiċi (c) jirreferi għan-numru tal-klassi tal-kejl tas-sistema adattiva tad-dawl ta' quddiem tal-kampjun

L-indiċi (i) jirreferi għal kull dawl tal-vettura

L-indiċi (j) jirreferi għall-kejl tal-kampjun

L-indiċi (t) jirreferi għal kull numru ta' kejlijiet ta' T

3.   KUNDIZZJONIJIET TAL-ITTESTJAR

Il-kundizzjonijiet tal-ittestjar għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolamenti UN/ECE Nru 4 (1), 6 (2), 7 (3), 19 (4), 23 (5), 38 (6), 48 (7), 100 (8), 112 (9), 119 (10) u 123 (11). Il-konsum tal-enerġija għandu jiġi ddeterminat skont il-punt 6.1.4 tar-Regolament UN/ECE Nru 112 u l-punti 3.2.1 u 3.2.2 tal-Anness 10 tal-istess Regolament.

Għas-sistema adattiva tad-dawl ta' quddiem (AFS) b'raġġ baxx li taqa' tal-inqas taħt tnejn mill-Klassijiet C, E, V jew W kif definit fir-Regolament UN/ECE Nru 123, sakemm ma jintlaħaqx ftehim mas-servizz tekniku li l-Klassi C hija l-intensità ta' LED rappreżentattiva/medja għall-applikazzjoni tal-vettura, il-kejlijiet tal-enerġija għandhom isiru fl-intensità ta' LED ta' kull klassi (Pc) kif definit fir-Regolament UN/ECE Nru 123. Jekk il-Klassi C hija l-intensità ta' LED rappreżentattiva/medja għall-applikazzjoni tal-vettura, il-kejlijiet tal-enerġija għandhom isiru bl-istess mod bħal għal kwalunkwe dawl LED estern ieħor inkluż fil-kombinazzjoni.

Tagħmir tat-test

Għandu jintuża t-tagħmir li ġej, kif muri fil-Figura hawn taħt:

unità tal-provvista tal-enerġija (jiġifieri provvista ta' vultaġġ varjabbli);

żewġ multimiters diġitali, wieħed għall-kejl tal-kurrent dirett, u l-ieħor għall-kejl tal-vultaġġ tal-kurrent dirett. Fil-Figura 1, tintwera konfigurazzjoni possibbli ta' test, fejn il-miter tal-vultaġġ tal-kurrent dirett huwa integrat fl-unità għall-provvista tal-enerġija.

Konfigurazzjoni tat-test

Image 3 Test ta 'immaġni

Kejlijiet u determinazzjoni tal-iffrankar tal-enerġija

Għal kull dawl LED estern effiċjenti inkluż fil-kombinazzjoni, il-kejl tal-kurrent għandu jsir kif muri fil-Figura b'vultaġġ ta' 13,2 V. Il-modulu(i) LED imħaddem(imħaddma) b'ger tal-kontroll ta' sors tad-dawl elettroniku għandu(għandhom) jitkejjel(jitkejlu) kif speċifikat mill-applikant.

Il-manifattur jista' jitlob li jsiru kejlijiet oħra tal-kurrent f'vultaġġi addizzjonali oħra. F'dak il-każ, il-manifattur għandu jgħaddi lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip dokumentazzjoni verifikata dwar il-ħtieġa li jitwettaq dawn il-kejlijiet addizzjonali. Il-kejlijiet tal-kurrenti f'kull wieħed minn dawn il-vultaġġi addizzjonali għandhom isiru b'mod konsekuttiv għal mill-inqas ħames darbiet. Il-vultaġġi installati eżatti u l-kurrent imkejjel iridu jitniżżlu f'erba' ċifri deċimali.

Il-konsum tal-enerġija għandu jiġi ddeterminat billi l-vultaġġ installat jiġi mmultiplikat bil-kurrent imkejjel. Il-medja tal-konsum tal-enerġija għal kull dawl LED estern effiċjenti (Formula) għandha tiġi kkalkulata. Kull valur għandu jitniżżel f'erba ċifri deċimali. Meta mutur ta' veloċità gradwali jew kontrollur elettroniku jintuża għall-provvista tal-elettriku fid-dwal LED, it-tagħbija elettrika ta' dik il-parti tal-komponent għandha tiġi eskluża mill-kejl.

Kejlijiet addizzjonali għal Sistema Adattiva tad-Dawl ta' Quddiem (AFS) b'Raġġ Baxx

Tabella 1

Klassijiet ta' AFS b'Raġġ baxx

Klassi

Ara l-punt 1.3 u n-nota f'qiegħ il-paġna 2 tar-Regolament UN/ECE Nru 123

% Intensità tal-LED

Modalità ta' Attivazzjoni (*1)

C

Mogħdija tar-Raġġi Bażi (Pajjiż)

100 %

50 km/h < veloċità < 100 km/h

Jew meta ma tiġi attivata l-ebda klassi ta' mogħdija tar-raġġi oħra (V, W, E)

V

Belt

85 %

Veloċità < 50 km/h

E

Awtostrada

110 %

Veloċità > 100 km/h

W

Kundizzjonijiet Avversi

90 %

Wajper tal-windscreen attiv > 2 min

Meta jkunu meħtieġa l-kejlijiet tal-enerġija fl-intensità tal-LED ta' kull klassi, wara li jsiru l-kejlijiet ta' kull Pc, l-enerġija tal-AFS b'Raġġ baxx (Formula) għandha tiġi kkalkulata bħala medja ponderata tal-Enerġija tal-LED waqt il-meded tal-veloċità tad-WLTC, bil-Formula 1 li ġejja.

Formula 1

Formula

Fejn:

 

Formula hija l-konsum tal-enerġija (medja tal-kejlijiet n) għal kull klassi;

 

Formula hija l-perċentwal ta' żmien tad-WLTC għal kull medda ta' veloċità f'kull klassi (WLTC idum 1 800 s b'kollox):

Tabella 2

Medda tal-veloċità

Żmien

WLTC_sharec (%)

< 50 km/h:

1 058 s

0,588 (58,8 %)

50–100 km/h

560 s

0,311 (31,1 %)

> 100 km/h

182 s

0,101 (10,1 %)

Meta l-AFS b'Raġġ baxx ikollha biss 2 klassijiet li ma jkoprux il-veloċitajiet kollha tad-WLTC (eż. C u V), il-ponderazzjoni tal-enerġija tal-Klassi C għandha tinkludi wkoll iż-żmien tad-WLTC mhux kopert mit-tieni klassi (eż. ħin tal-Klassi C “t” = 0,588 + 0,101)

L-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta ta' kull dawl LED estern effiċjenti (ΔPi) għandu jiġi kkalkulat billi tintuża l-Formula 2 li ġejja:

Formula 2

Formula

fejn il-konsum tal-enerġija tad-dawl tal-vettura tal-linja bażi korrispondenti huwa definit fit-Tabella 3:

Tabella 3

Konsum tal-enerġija għad-dwal differenti tal-vetturi fil-linja bażi

Dawl tal-vettura

Enerġija elettrika totali (PB)

[W]

Fanal b'raġġ baxx

137

Fanal b'raġġ qawwi

150

Fanal ta' pożizzjoni ta' quddiem

12

Pjanċa ta' reġistrazzjoni

12

Fanal ta' quddiem kontra ċ-ċpar

124

Fanal ta' wara kontra ċ-ċpar

26

Lampa indikatur ta' quddiem

13

Lampa indikatur ta' wara

13

Fanal tad-dwal tar-rivers

52

Fanal tad-dwal għall-kantunieri

44

Fanal ta' Liwi Statiku

44

4.   KALKOLU TAL-IFFRANKAR TAS-CO2 U L-MARĠNI TAL-ISTATISTIKA

4.1.   Kalkolu tal-iffrankar tas-CO2

L-iffrankar totali tas-CO2 tal-pakkett tal-illuminazzjoni għandu jiġi kkalkulat skont is-sistema tal-motopropulsjoni speċifika tal-vettura (eż. Konvenzjonali, NOVC-HEV).

4.1.1.   Vetturi Konvenzjonali (Magna b'Kombustjoni Interna biss)

L-iffrankar tas-CO2 għandu jiġi kkalkulat skont il-Formula 3 li ġejja:

Formula 3

Formula

Fejn:

v: Veloċità medja tas-sewqan tad-WLTC [km/h], li hija 46,60 km/h

ηA : Effiċjenza tal-alternatur, li hija 0,67

VPe : Konsum tal-enerġija effettiva kif speċifikat fit-Tabella 4

Tabella 4

Konsum tal-enerġija effettiva

Tip ta' magna

Konsum tal-enerġija effettiva (VPe)

[l/kWh]

Petrol

0,264

Magna petrol bit-turbo

0,280

Diżil

0,220

CF: Fattur ta' konverżjoni (l/100 km) - (g CO2/km) [gCO2/l] kif speċifikat fit-Tabella 5:

Tabella 5

Fattur ta' konverżjoni tal-fjuwil

Tip ta' fjuwil

Fattur ta' konverżjoni (l/100 km) - (g CO2/km) (CF)

[gCO2/l]

Petrol

2 330

Diżil

2 640

UFi : Fattur tal-użu tad-dawl tal-vettura [-] kif definit fit-Tabella 6.

Tabella 6

Fattur tal-użu għal tipi differenti ta' dwal tal-vetturi

Dawl tal-vettura

Fattur tal-użu (UF)

[-]

Fanal b'raġġ baxx

0,33

Fanal b'raġġ qawwi

0,03

Fanal ta' pożizzjoni ta' quddiem

0,36

Pjanċa ta' reġistrazzjoni

0,36

Fanal ta' quddiem kontra ċ-ċpar

0,01

Fanal ta' wara kontra ċ-ċpar

0,01

Lampa indikatur ta' quddiem

0,15

Lampa indikatur ta' wara

0,15

Fanal tad-dwal tar-rivers

0,01

Fanal tad-dwal għall-kantunieri

0,076

Fanal ta' Liwi Statiku

0,15

4.1.2.   Vetturi Ibridi (NOVC-HEV biss)

L-iffrankar tas-CO2 għandu jiġi kkalkulat skont il-Formula 4 li ġejja:

Formula 4

Formula

Fejn:

ηDCDC : Effiċjenza tal-konvertitur DC-DC

Formula : fattur ta' korrezzjoni tas-CO2 Formula, kif definit fil-paragrafu 2.2 tal-Appendiċi 2 tas-Subanness 8 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151.

L-effiċjenza tal-konvertitur DC-DC (ηDCDC ) għandha tiġi evalwata skont l-arkitettura xierqa tal-vettura, kif speċifikat fit-Tabella 7:

Tabella 7

Fattur tal-użu għal tipi differenti ta' dwal tal-vetturi

#

Arkitettura

ηDCDC

1

Dwal imqabbda b'mod parallel mad-dwal tal-batterija ta' vultaġġ baxx (alimentati direttament mill-batterija ta' vultaġġ għoli permezz tal-konvertitur DCDC)

0,xx

2

Dwal imqabbda f'serje wara l-batterija ta' vultaġġ baxx, u l-batterija ta' vultaġġ baxx imqabbda f'serje mal-Batterija ta' vultaġġ għoli

1

3

Batteriji ta' Vultaġġ Għoli u vultaġġ baxx għandhom eżattament l-istess vultaġġ (12 V, 48 V,…) bħad-dwal

1

Għall-arkitettura #1, l-effiċjenza tal-konvertitur DC-DC (ηDCDC ) għandha tkun l-ogħla valur li jirriżulta mit-testijiet ta' effiċjenza mwettqa fil-medda ta' kurrent elettriku operattiva. L-intervall tal-kejl għandu jkun daqs jew anqas minn 10 % tal-medda ta' kurrent elettriku operattiva.

4.2.   Kalkolu tal-marġni tal-istatistika

Il-marġni tal-istatistika tal-pakkett tal-illuminazzjoni għandu jiġi kkalkulat skont is-sistema tal-motopropulsjoni speċifika tal-vettura (eż. Konvenzjonali, NOVC-HEV).

4.2.1.   Vetturi Konvenzjonali (Magna b'Kombustjoni Interna biss)

Il-marġni tal-istatistika tar-riżultati tal-metodoloġija tal-ittestjar li jirriżulta mill-kejlijiet għandu jiġi kkwantifikat. Għal kull dawl LED estern effiċjenti inkluż fil-pakkett, għandha tiġi kkalkulata d-devjazzjoni standard skont il-Formula 5:

Formula 5

Formula

Fejn:

n: Numru ta' kejlijiet tal-kampjun, li huwa mill-inqas 5

Meta d-devjazzjoni standard tal-konsum tal-enerġija ta' kull dawl LED estern effiċjenti (Formula) twassal għal żball fl-iffrankar tas-CO2 (Formula), dan l-iżball għandu jiġi kkalkulat permezz tal-Formula 6:

Formula 6

Image 4

4.2.2.   Vetturi Ibridi (NOVC-HEV biss)

Il-marġni tal-istatistika tar-riżultati tal-metodoloġija tal-ittestjar li jirriżulta mill-kejlijiet għandu jiġi kkwantifikat. Għal kull dawl LED estern effiċjenti inkluż fil-pakkett, għandha tiġi kkalkulata d-devjazzjoni standard skont il-Formula 7:

Formula 7

Formula

Fejn:

n: Numru ta' kejlijiet tal-kampjun, li huwa mill-inqas 5

Il-fattur ta' korrezzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 Formula għandu jiġi ddeterminat minn sett ta' kejlijiet T li jsir mill-manifattur, skont il-paragrafu 2.2 tal-Appendiċi 2 tas-Subanness 8 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151. Għal kull kejl, il-bilanċ elettriku matul it-test u l-emissjonijiet imkejla tas-CO2 għandhom jiġu rreġistrati.

Sabiex issir l-evalwazzjoni tal-iżball statistiku ta' Formula, il-kombinazzjonijiet T kollha mingħajr ripetizzjonijiet tal-kejlijiet T-1 għandhom jintużaw biex jiġu estrapolati l-valuri differenti T ta' Formula (jiġifieri Formula). L-estrapolazzjoni għandha ssir skont il-metodu definit fil-paragrafu 2.2 tal-Appendiċi 2 tas-Subanness 8 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151.

Id-devjazzjoni standard ta' Formula Formula għandha tiġi kkalkulata skont il-Formula 8.

Formula 8

Formula

Fejn:

T: Numru ta' kejlijiet li jsir mill-manifattur għall-estrapolazzjoni tal-Formula kif definit fil-paragrafu 2.2 tal-Appendiċi 2 tas-Subanness 8 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151.

Formula : medja tal-valuri T ta' Formula

Meta d-devjazzjoni standard tal-konsum tal-enerġija ta' kull dawl LED estern effiċjenti (Formula) u d-devjazzjoni standard tal-Formula Formula twassal għal żball fl-iffrankar tas-CO2 (Formula), dan l-iżball għandu jiġi kkalkulat permezz tal-Formula 9.

Formula 9

Image 5

4.3.   Marġni tal-istatistika għal AFS b'Raġġ baxx

Meta tkun preżenti AFS b'Raġġ baxx, il-formuli 9 għandhom jiġu adattati biex iqisu l-kejlijiet addizzjonali meħtieġa.

Il-valur tal-inċertezza (Formula) li għandu jintuża għall-AFS b'Raġġ baxx għandu jiġi kkalkulat bil-formuli 10 u 11 li ġejjin:

Formula 10

Formula

Formula 11

Formula

Fejn:

n: Numru ta' kejlijiet tal-kampjun, li huwa mill-inqas 5

Formula : medja tal-valuri n ta' Pc

5.   AĠĠUSTAMENT

Il-valur ikkalkulat tal-iffrankar tas-CO2 (Formula) u l-marġni tal-istatistika tal-iffrankar tas-CO2 (Formula) għandu jiġi aġġustat għal massimu ta' żewġ punti deċimali.

Kull valur użat fil-kalkolu tal-iffrankar tas-CO2 jista' jiġi applikat mingħajr aġġustament jew għandu jiġi aġġustat sal-għadd minimu ta' punti deċimali li jippermetti li l-impatt ikkombinat tal-valuri aġġustati kollha fuq l-iffrankar ikun inqas minn 0,25 gCO2/km.

6.   SINIFIKAT STATISTIKU

Għal kull tip, varjant u verżjoni ta' vettura mgħammra bid-dwal LED effiċjenti għandu jintwera li l-inċertezza tal-iffrankar tas-CO2 ikkalkulata skont il-Formula 6 jew il-Formula 9 ma tkunx ikbar mid-differenza bejn l-iffrankar totali tas-CO2 u l-limitu minimu tal-iffrankar speċifikat fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 (ara l-Formula 12).

Formula 12

Formula

Fejn:

MT

:

limitu minimu [g CO2/km]

Formula

:

iffrankar totali tas-CO2 [g CO2/km]

Formula

:

devjazzjoni standard tal-iffrankar totali tas-CO2 [gCO2/km]

Meta t-total tal-iffrankar ta' emissjonijiet tas-CO2 tal-illuminazzjoni LED effiċjenti kif iddeterminat skont il-metodoloġija ta' ttestjar stabbilita f'dan l-Anness ikun taħt il-limitu speċifikat fl-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011, japplika t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2) ta' dan ir-Regolament.


(1)  ĠU L 4, 7.1.2012, p. 17.

(2)  ĠU L 213, 18.7.2014, p. 1.

(3)  ĠU L 285, 30.9.2014, p. 1.

(4)  ĠU L 250, 22.8.2014, p. 1.

(5)  ĠU L 237, 8.8.2014, p. 1.

(6)  ĠU L 148, 12.6.2010, p. 55.

(7)  ĠU L 323, 6.12.2011, p. 46.

(8)  ĠU L 302, 28.11.2018, p. 114.

(9)  ĠU L 250, 22.8.2014, p. 67.

(10)  ĠU L 89, 25.3.2014, p. 101.

(11)  ĠU L 222, 24.8.2010, p. 1.

(*1)  Veloċitajiet tal-attivazzjoni li għandhom jiġu ċċekkjati għal kull applikazzjoni ta' vettura skont ir-Regolament UN/ECE Nru 48 it-Taqsima 6, il-Kapitolu 6.22, il-paragrafi 6.22.7.4.1 (klassi C), 6.22.7.4.2 (klassi V), 6.22.7.4.3 (klassi E), 6.22.7.4.4 (klassi W).


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

1.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 176/80


It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett ġuridiku skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Ir-Regolament Nru 136 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' vetturi tal-kategorija L f'dak li għandu x'jaqsam ma' rekwiżiti speċifiċi għas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika [2019/1120]

Jinkorpora t-test validu kollu sa:

Il-verżjoni oriġinali tar-Regolament - Data tad-dħul fis-seħħ: 20 ta' Jannar 2016

WERREJ

REGOLAMENT

1.

Kamp ta' applikazzjoni

2.

Definizzjonijiet

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Approvazzjoni

5.

Parti I: Rekwiżiti ta' vettura fir-rigward tas-sikurezza elettrika tagħha

6.

Parti II: Rekwiżiti tas-Sistema Rikarikabbli tal-Ħżin tal-Enerġija (REESS) fir-rigward tas-sikurezza tagħha

7.

Modifiki u estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip

8.

Konformità tal-produzzjoni

9.

Penali għan-nuqqas ta' konformità tal-produzzjoni

10.

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

11.

Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

ANNESSI

1

Parti 1 – Komunikazzjoni li tikkonċerna l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew iċ-ċaħda jew l-irtirar tal-approvazzjoni jew il-produzzjoni mwaqqfa għal kollox ta' tip ta' vettura fir-rigward tas-sikurezza elettrika skont ir-Regolament Nru 136

Parti 2 - Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew iċ-ċaħda jew l-irtirar tal-approvazzjoni jew il-produzzjoni mwaqqfa għal kollox ta' tip ta' REESS bħala komponent/unità teknika separata skont ir-Regolament Nru 136

2

L-arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni

3

Protezzjoni minn kuntatti diretti ma' partijiet b'vultaġġ

4A

Metodu tal-kejl tar-reżistenza tal-iżolament għal testijiet ibbażati fuq il-vettura

4B

Metodu tal-kejl tar-reżistenza tal-iżolament għal testijiet tar-REESS abbażi tal-komponenti

5

Metodu ta' konferma tat-tħaddim tas-sistema ta' monitoraġġ tar-reżistenza tal-iżolament abbord il-vettura

6

Parti 1 - Karatteristiċi essenzjali tal-vetturi tat-triq jew tas-sistemi

Parti 2 - Karatteristiċi essenzjali tar-REESS

Parti 3 - Karatteristiċi essenzjali tal-vetturi tat-triq jew tas-sistemi b'xażi mqabbad ma' ċirkwiti elettriċi

7

Determinazzjoni tal-emissjonijiet tal-idroġenu matul il-proċeduri għall-iċċarġjar tar-REESS

8

Proċeduri tal-ittestjar tar-REESS

8A

Test tal-vibrazzjoni

8B

Test tax-xokk termali u taċ-ċiklar

8C

Test tat-Twaqqigħ Mekkaniku għar-REESS li tista' tinqala' minn postha

8D

Skoss mekkaniku

8E

Reżistenza għan-nar

8F

Protezzjoni esterna minn xort fiċ-ċirkwit

8G

Protezzjoni minn iċċarġjar żejjed

8H

Protezzjoni minn disċarġjar żejjed

8I

Protezzjoni minn temperaturi eċċessivi

9 A

Test tal-vultaġġ ittollerat

9B

Test tar-reżistenza għall-ilma

1.   KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Dan ir-Regolament ma jkoprix rekwiżiti ta' sikurezza ta' wara l-ħbit tal-vetturi tat-triq.

1.1.   Parti I: Rekwiżiti tas-sikurezza fir-rigward tas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika tal-vetturi tal-kategorija L (1) b'veloċità massima skont id-disinn li taqbeż is-6 km/h, mgħammra b'mutur tat-trazzjoni wieħed jew aktar, imħaddma bl-enerġija elettrika u mhux konnessa b'mod permanenti mal-grilja, kif ukoll il-komponenti u s-sistemi tagħhom ta' vultaġġ għoli li huma galvanikament konnessi mal-bus ta' vultaġġ għoli tas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika.

1.2.   Parti II: Rekwiżiti tas-sikurezza fir-rigward tas-Sistema Rikarikabbli tal-Ħżin tal-Enerġija (REESS) ta' vetturi tal-kategorija L b'veloċità massima skont id-disinn li taqbeż is-6 km/h, mgħammra b'mutur tat-trazzjoni wieħed jew aktar, imħaddma bl-enerġija elettrika u mhux konnessa b'mod permanenti mal-grilja.

Il-Parti II ta' dan ir-Regolament ma tapplikax għal REESS li l-użu primarju tagħhom huwa li jipprovdu l-enerġija għall-istartjar tal-magna u/jew id-dawl u/jew sistemi awżiljarji oħra tal-vettura.

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

2.1.

“Modalità li tippermetti sewqan attiv” tfisser il-modalità ta' vettura meta l-applikazzjoni tal-pressjoni fuq il-pedala tal-aċċelleratur (jew l-attivazzjoni ta' kontroll ekwivalenti) jew ir-rilaxx tas-sistema tal-brejk twassal biex is-sistema tal-motopropulsjoni elettrika ċċaqlaq il-vettura.

2.2.

“Lqugħ” tfisser il-parti li tipprovdi protezzjoni minn kuntatt dirett mal-partijiet li fihom il-kurrent minn kull direzzjoni ta' aċċess.

2.3.

“Iżolament bażiku” tfisser iżolament applikat għall-partijiet li fihom il-kurrent għall-protezzjoni kontra kuntatt dirett f'kondizzjonijiet bla ħsara.

2.4.

“Ċellola” tfisser unità elettrokimika waħda magħluqa li fiha elettrodu pożittiv wieħed u elettrodu negattiv wieħed li turi differenzjali tal-vultaġġ fiż-żewġ terminali tagħha.

2.5.

“Xażi mqabbad maċ-ċirkwit elettriku” tfisser ċirkwiti elettriċi AC u DC imqabbda galvanikament max-xażi elettriku.

2.6.

“Konnessjoni konduttiva” tfisser il-konnessjoni bl-użu ta' konnetturi ma' provvista tal-elettriku esterna meta r-REESS tiġi ċċarġjata.

2.7.

“Sistema ta' konnessjoni għall-iċċarġjar tar-REESS” tfisser iċ-ċirkwit elettriku użat għall-iċċarġjar tar-REESS minn provvista tal-elettriku esterna inkluż il-punt tad-dħul tal-vettura jew kejbil tal-iċċarġjar imwaħħal b'mod permanenti.

2.8.

“Rata C” tal-“n C” hija definita bħala l-kurrent kostanti tal-apparat ittestjat, li jieħu 1/n sigħat biex jiċċarġja jew jiddisċarġja l-apparat ittestjat bejn 0 fil-mija tal-istat ta' ċarġ u 100 fil-mija tal-istat taċ-ċarġ.

2.9.

“Kuntatt dirett” tfisser il-kuntatt ta' persuni mal-partijiet li fihom il-kurrent.

2.10.

“Iżolament doppju” tfisser iżolament li jinkorpora kemm iżolament bażiku kif ukoll iżolament supplementari.

2.11.

“Xażi elettriku” tfisser sett magħmul minn partijiet konduttivi, konnessi elettrikament ma' xulxin, li l-potenzjal tagħhom jitqies bħala referenza.

2.12.

“Ċirkwit elettriku” tfisser assemblaġġ ta' partijiet li fihom il-kurrent, konnessi ma' xulxin, maħsub biex ikun elettrikament enerġizzat waqt it-tħaddim normali.

2.13.

“Sistema ta' konverżjoni tal-enerġija elettrika” tfisser sistema li tiġġenera u tipprovdi l-enerġija elettrika għall-propulsjoni elettrika.

2.14.

“sistema tal-motopropulsjoni elettrika” tfisser iċ-ċirkwit elettriku li jinkludi l-mutur(i) tat-trazzjoni u li jista' jinkludi r-REESS, is-sistema ta' konversjoni ta' enerġija elettrika, il-konvertituri elettroniċi, il-faxx tal-wajers u l-konnetturi assoċjati, u s-sistema ta' konnessjoni għall-iċċarġjar tar-REESS.

2.15.

“Konvertitur elettroniku” tfisser apparat li jista' jikkontrolla u/jew jikkonverti l-enerġija elettrika għall-propulsjoni elettrika.

2.16.

“Kompartiment” tfisser il-parti li tagħlaq l-unitajiet interni u li tipprovdi protezzjoni mill-kuntatt dirett minn kull direzzjoni ta' aċċess.

2.17.

“Parti konduttiva esposta” tfisser il-parti konduttiva li tista' tintmess skont id-dispożizzjonijiet tal-protezzjoni IPXXB, u li ssir elettrikament enerġizzata f'kundizzjonijiet ta' falliment tal-iżolament. Dan jinkludi parts taħt cover li jista' jinqala' mingħajr il-bżonn tal-għodda.

2.18.

“Splużjoni” tfisser ir-rilaxx f'daqqa ta' enerġija li jkun biżżejjed biex jinħolqu mewġiet ta' pressjoni u/jew projettili li jistgħu jikkawżaw ħsara strutturali u/jew fiżika lill-madwar tal-apparat ittestjat.

2.19.

“Provvista tal-elettriku esterna” tfisser provvista tal-elettriku b'kurrent alternat (AC) jew kurrent dirett (DC) barra mill-vettura.

2.20.

“Vultaġġ għoli” tfisser il-klassifikazzjoni ta' komponent jew ċirkwit elettriku, jekk il-vultaġġ operattiv tiegħu ikun > 60 V u ≤ 1 500 V DC jew > 30 V u ≤ 1 000 V AC għerq tal-medja tal-kwadrati (rms).

2.21.

“Nar” tfisser l-emissjoni ta' fjammi minn apparat ittestjat. Ix-xrar u l-arcs m'għandhomx jitqiesu bħala fjammi.

2.22.

“Elettrolit li jaqbad” tfisser elettrolit li fih sustanzi kklassifikati bħala Klassi 3 “likwidu li jaqbad” skont ir-“Rakkomandazzjonijiet tan-NU dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi – Regolamenti Mudell (Reviżjoni 17 minn Ġunju 2011), Volum I, Kapitolu 2.3”. (2)

2.23.

“Bus ta' vultaġġ għoli” tfisser iċ-ċirkwit elettriku, inkluża s-sistema ta' konnessjoni, għall-iċċarġjar tar-REESS li jopera fuq vultaġġ għoli.

Fejn ċirkwiti elettriċi konnessi galvanikament ma' xulxin, ikunu konnessi galvanikament max-xażi elettriku u l-vultaġġ massimu bejn kwalunkwe parti li fiha l-kurrent u x-xażi elettriku jew kwalunkwe parti konduttiva esposta jkun ta' ≤ 30 V AC u ≤ 60 V DC, il-komponenti jew il-partijiet taċ-ċirkwit elettriku li joperaw b'vultaġġ għoli biss huma kklassifikati bħala bus ta' vultaġġ għoli.

2.24.

“Kuntatt indirett” tfisser il-kuntatt ta' persuni ma' partijiet konduttivi esposti.

2.25.

“Partijiet li fihom il-kurrent” tfisser il-parti(jiet) maħsuba biex tkun/ikunu enerġizzata/i elettrikament waqt l-użu normali.

2.26.

“Kompartiment tal-bagalji” tfisser l-ispazju magħluq fil-vettura, maħsub biex jiġu stivati l-bagalji fih.

2.27.

“Manifattur” tfisser il-persuna jew il-korp responsabbli quddiem l-awtorità tal-approvazzjoni, għall-aspetti kollha tal-proċess tal-approvazzjoni tat-tip u sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni. Mhuwiex essenzjali li l-persuna jew il-korp ikunu direttament involuti fl-istadji kollha tal-kostruzzjoni tal-vettura, tas-sistema jew tal-komponent li jkunu s-suġġett tal-proċess tal-approvazzjoni.

2.28.

“Sistema ta' monitoraġġ abbord tar-reżistenza tal-iżolament” tfisser l-apparat li jissorvelja r-reżistenza tal-iżolament bejn il-buses ta' vultaġġ għoli u x-xażi elettriku.

2.29.

“Batterija tat-trazzjoni tat-tip miftuħ” tfisser tip ta' batterija bil-likwidu li teħtieġ mili bl-ilma minn żmien għal żmien u li tiġġenera l-gass tal-idroġenu li jiġi rilaxxat fl-atmosfera.

2.30.

“Kompartiment tal-passiġġieri” tfisser l-ispazju maħsub għall-okkupanti, limitat b'tal-anqas 4 minn dawn: is-saqaf, l-art, il-ħitan tal-ġnub, il-bibien, il-ħġieġ tat-twieqi, il-paratija ta' quddiem u l-paratija ta' wara, jew il-bieba ta' wara, kif ukoll mill-ilqugħ u l-kompartimenti għall-protezzjoni tal-okkupanti minn kuntatt dirett mal-partijiet li fihom il-kurrent.

2.31.

“Grad ta' protezzjoni” tfisser il-protezzjoni pprovduta minn ilqugħ/kompartiment fir-rigward tal-kuntatt mal-partijiet li fihom il-kurrent permezz ta' sonda tal-ittestjar, bħal saba' tal-ittestjar (IPXXB) jew wajer tal-ittestjar (IPXXD), kif iddefinit fl-Anness 3.

2.32.

“Sistema rikarikabbli tal-ħżin tal-enerġija elettrika (REESS)” tfisser is-sistema rikarikabbli tal-ħżin tal-enerġija li tipprovdi l-enerġija elettrika għall-propulsjoni elettrika.

Ir-REESS tista' tinkludi subsistema(i) flimkien mas-sistemi anċillari neċessarji għall-appoġġ fiżiku, il-ġestjoni termali, il-kontroll elettroniku u l-kompartimenti.

2.33.

“Iżolament imsaħħaħ” tfisser iżolament tal-partijiet li fihom il-kurrent għall-protezzjoni mix-xokkijiet elettriċi, li jkun ekwivalenti għal iżolament doppju. L-iżolament jista' jinkludi diversi saffi li ma jistgħux jiġu ttestjati b'mod individwali bħala iżolament supplimentari jew bażiku.

2.34.

“REESS li tista' tinqala' minn postha” tfisser REESS li ġiet iddisinjata biex tinqala' minn mal-vettura mill-utent tal-vettura biex tiġi ċċarġjata separatament.

2.35.

“Tiċrita” tfisser ftuħ fil-qoxra ta' kwalunkwe assemblaġġ ta' ċelloli funzjonali maħluq jew imkabbar minn avveniment, kbir biżżejjed biex saba' tal-ittestjar (IPXXB) b'dijametru ta' 12-il mm jippenetra u jagħmel kuntatt mal-partijiet li fihom il-kurrent (ara l-Anness 3).

2.36.

“Skonnettur għall-manutenzjoni” tfisser l-apparat għad-diżattivazzjoni taċ-ċirkwit elettriku matul l-iċċekkjar u l-manutenzjoni tar-REESS, l-assemblaġġ taċ-ċelloli tal-fjuwil eċċ.

2.37.

“Stat ta' Ċarġ (SOC)” tfisser iċ-ċarġ elettriku disponibbli f'apparat ittestjat, espress bħala perċentwal tal-kapaċità nominali tiegħu.

2.38.

“Iżolatur solidu” tfisser il-kisja ta' iżolament tal-faxxi tal-wajers li biha jitgħattew u jiġu protetti l-partijiet li fihom il-kurrent mill-kuntatt dirett minn kull direzzjoni ta' aċċess; għata għall-iżolament tal-partijiet li fihom il-kurrent tal-konnetturi, u verniċ jew żebgħa għall-fini ta' iżolament.

2.39.

“Subsistema” tfisser kwalunkwe assemblaġġ funzjonali ta' komponenti tar-REESS.

2.40.

“Iżolament supplimentari” tfisser iżolament indipendenti applikat flimkien ma' iżolament bażiku għall-protezzjoni minn xokkijiet elettriċi f'każ ta' falliment tal-iżolament bażiku.

2.41.

“Apparat ittestjat” tfisser jew ir-REESS sħiħa jew is-subsistema ta' REESS li tkun soġġetta għat-testijiet previsti f'dan ir-Regolament.

2.42.

“Tip ta' REESS” tfisser sistemi li ma jvarjawx b'mod sinifikanti f'aspetti essenzjali bħal:

(a)

L-isem kummerċjali jew il-marka tal-manifattur;

(b)

Il-kimika, il-kapaċità u d-dimensjonijiet fiżiċi taċ-ċelloli tagħha;

(c)

In-numru ta' ċelloli, il-mod ta' konnessjoni taċ-ċelloli u l-appoġġ fiżiku taċ-ċelloli;

(d)

Il-kostruzzjoni, il-materjali u d-dimensjonijiet fiżiċi tal-qoxra ta' barra; kif ukoll

(e)

L-apparati anċillari neċessarji għall-appoġġ fiżiku, il-ġestjoni termali u l-kontroll elettroniku.

2.43.

“Tip ta' vettura” tfisser vetturi li mhumiex differenti f'aspetti essenzjali bħal:

(a)

L-installazzjoni tas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika u tal-bus ta' vultaġġ għoli konness galvanikament;

(b)

In-natura u t-tip tas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika u l-komponenti ta' vultaġġ għoli konnessi galvanikament.

2.44.

“Vultaġġ ittollerat” tfisser vultaġġ fornut lil kampjun, f'kundizzjonijiet tat-test prestabbiliti, li ma jirriżultax fid-dekompożizzjoni u/jew flashover ta' kampjun sodisfaċenti.

2.45.

“Vultaġġ operattiv” tfisser l-ogħla valur tal-vultaġġ rms ta' ċirkwit elettriku speċifikat mill-manifattur, li jista' jkun hemm bejn il-partijiet konduttivi f'kundizzjonijiet ta' ċirkwit miftuħ jew f'kundizzjonijiet ta' tħaddim normali. Jekk iċ-ċirkwit elettriku jkun maqsum b'iżolazzjoni galvanika, il-vultaġġ operattiv jiġi definit għal kull ċirkwit maqsum, rispettivament.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.   Parti I: Approvazzjoni ta' tip ta' vettura fir-rigward tas-sikurezza elettrika tagħha, inkluża s-Sistema ta' Vultaġġ Għoli

3.1.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' tip ta' vettura, f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti speċifiċi għas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika, għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tal-vettura jew mir-Rappreżentant akkreditat minnu kif xieraq.

3.1.2.   Għandu jkun hemm magħha tliet kopji tad-dokumenti msemmija hawn taħt u d-dettalji li ġejjin:

3.1.2.1.

Deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta' vettura f'dak li għandu x'jaqsam mas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika u l-bus ta' vultaġġ għoli konness galvanikament.

3.1.2.2.

Għall-vetturi b'REESS, evidenza addizzjonali li turi li r-REESS hija konformi mar-rekwiżiti fil-paragrafu 6 ta' dan ir-Regolament.

3.1.3.   Għandha tiġi sottomessa lis-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet għall-approvazzjoni vettura li tirrappreżenta t-tip ta' vettura li għandu jiġi approvat u, jekk applikabbli, fid-diskrezzjoni tal-manifattur bil-qbil tas-Servizz Tekniku, vettura(i) addizzjonali jew dawk il-partijiet tal-vettura meqjusa mis-Servizz Tekniku bħala essenzjali għat-test(ijiet) imsemmija fil-paragrafu 6 ta' dan ir-Regolament.

3.2.   Parti II: Approvazzjoni ta' Sistema Rikarikabbli tal-Ħżin tal-Enerġija (REESS)

3.2.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' tip ta' REESS jew unità teknika separata fir-rigward tar-rekwiżiti tas-sikurezza tar-REESS għandha tiġi ppreżentata mill-manifattur tar-REESS jew mir-rappreżentant debitament akkreditat tiegħu.

3.2.2.   Din għandha tkun akkumpanjata minn tliet kopji tad-dokumenti msemmija hawn taħt u tikkonforma mal-partikolaritajiet li ġejjin:

3.2.2.1.

Deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta' REESS jew unità teknika separata fir-rigward tas-sikurezza tar-REESS.

3.2.3.   Komponent(i) rappreżentattiv(i) tat-tip ta' REESS li trid tiġi approvata flimkien ma', fid-diskrezzjoni tal-manifattur, u bil-qbil tas-Servizz Tekniku, dawk il-partijiet tal-vettura meqjusa mis-Servizz Tekniku bħala essenzjali għat-test, għandhom jiġu ppreżentati lis-Servizz Tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni.

3.3.   L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha tivverifika l-eżistenza ta' arranġamenti sodisfaċenti biex jiġi żgurat il-kontroll effettiv tal-konformità tal-produzzjoni qabel ma tingħata l-approvazzjoni tat-tip.

4.   APPROVAZZJONI

4.1.   Jekk it-tip imressaq għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tal-partijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament, l-approvazzjoni ta' dak it-tip għandha tingħata.

4.2.   Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (bħalissa 00 għar-Regolament fil-forma attwali tiegħu) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi maġġuri l-aktar reċenti li saru lir-Regolament meta ngħatat l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tassenja l-istess numru lil tip ta' vettura ieħor.

4.3.   Notifika tal-approvazzjoni jew taċ-ċaħda jew tal-estensjoni jew tal-irtirar tal-approvazzjoni jew tal-produzzjoni mwaqqfa għalkollox tat-tip ta' vettura skont dan ir-Regolament għandha tiġi komunikata lill-Partijiet tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' formola konformi mal-mudell fl-Anness 1, Parti 1 jew 2 kif xieraq, ta' dan ir-Regolament.

4.4.   Fuq kull vettura jew REESS jew unità teknika separata konformi ma' tip approvat skont dan ir-Regolament, għandha tiġi mwaħħla, b'tali mod li tkun viżibbli ferm u f'post li jkun faċilment aċċessibbli, kif speċifikat fuq il-formola tal-approvazzjoni, marka tal-approvazzjoni internazzjonali magħmula minn:

4.4.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” li jiġi segwit bin-numru distintiv tal-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni (3).

4.4.2.

In-numru ta' dan ir-Regolament, warajh l-Ittra“R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq in-naħa tal-lemin taċ-ċirku deskritt fil-paragrafu 4.4.1.

4.4.3.

Fil-każ ta' approvazzjoni ta' REESS jew unità teknika separata tar-REESS, l-ittra “R” għandha tkun segwita mis-simbolu “ES”.

4.5.   Jekk il-vettura jew REESS tkun konformi mat-tip ta' vettura approvata skont wieħed jew aktar mir-Regolamenti annessi mal-Ftehim fil-pajjiż fejn tkun ingħatat l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu stabbilit fil-paragrafu 4.4.1 ma għandux għalfejn jiġi ripetut; f'dan il-każ, ir-Regolament u numri tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skonthom tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, għandhom jitqiegħdu f'kolonni vertikali fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

4.6.   Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tinqara b'mod ċar u ma tkunx tista' titħassar.

4.6.1.   Fil-każ ta' vettura, il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed fuq jew qrib tal-pjanċa tad-data dwar il-vettura mwaħħla mill-manifattur.

4.6.2.   Fil-każ ta' REESS jew unità teknika separata approvata bħala REESS, il-marka tal-approvazzjoni għandha titwaħħal fuq l-element prinċipali tar-REESS mill-manifattur.

4.7.   L-Anness 2 ta' dan ir-Regolament jagħti eżempji tal-arranġament tal-marki tal-approvazzjoni.

5.   PARTI I: REKWIŻITI TA' VETTURA FIR-RIGWARD TAS-SIKUREZZA ELETTRIKA TAGĦHA

5.1.   Protezzjoni minn xokkijiet elettriċi

Dawn ir-rekwiżiti tas-sikurezza elettrika japplikaw għall-buses ta' vultaġġ għoli f'kundizzjonijiet fejn ma jkunux imqabbda ma' provvisti tal-elettriku esterni ta' vultaġġ għoli.

5.1.1.   Protezzjoni minn kuntatt dirett

Il-protezzjoni minn kuntatt dirett ma' partijiet li fihom il-kurrent u vultaġġ għoli hija meħtieġa wkoll għal vetturi mgħammra bi kwalunkwe tip ta' REESS approvata skont il-Parti II ta' dan ir-Regolament.

Il-protezzjoni minn kuntatt dirett mal-partijiet li fihom il-kurrent għandha tkun konformi mal-paragrafi 5.1.1.1 u 5.1.1.2.

Dawn il-protezzjonijiet (iżolatur solidu, ilqugħ, kompartiment, eċċ.) ma għandhomx ikunu jistgħu jinfetħu, jiżżarmaw jew jitneħħew mingħajr l-użu ta' għodda.

5.1.1.1.   Għall-protezzjoni tal-partijiet li fihom il-kurrent ġewwa l-kompartiment tal-passiġġieri jew il-kompartiment tal-bagalji, għandu jiġi pprovdut il-grad ta' protezzjoni IPXXD.

5.1.1.2.   Protezzjoni tal-partijiet li fihom il-kurrent f'żoni li mhumiex il-kompartiment tal-passiġġieri jew il-kompartiment tal-bagalji

5.1.1.2.1.   Għal vetturi b'kompartiment tal-passiġġieri, għandu jiġi ssodisfat il-grad ta' protezzjoni IPXXB.

5.1.1.2.2.   Għal vetturi mingħajr kompartiment tal-passiġġieri, għandu jiġi ssodisfat il-grad ta' protezzjoni IPXXD.

5.1.1.3.   Konnetturi

Il-konnetturi (inkluż id-dħul tal-vettura) jitqiesu li jissodisfaw dan ir-rekwiżit jekk:

(a)

Ikunu konformi ma' 5.1.1.1 u 5.1.1.2 meta jiġu separati mingħajr l-użu ta' għodda; jew

(b)

Jinsabu mal-qiegħ tal-karozza u jiġu pprovduti b'mekkaniżmu ta' llokkjar; jew

(c)

Jiġu pprovduti b'mekkaniżmu ta' llokkjar u komponenti oħra jitneħħew bl-użu tal-għodda biex jiġi sseparat il-konnettur; jew

(d)

Il-vultaġġ tal-partijiet li fihom il-kurrent jiġi daqs jew inqas minn 60 V DC jew daqs jew inqas minn 30 V AC (rms) fi żmien sekonda wara li jiġi sseparat il-konnettur.

5.1.1.4.   Skonnettur għall-manutenzjoni

Għal skonnettur għall-manutenzjoni li jista' jinfetaħ, jiżżarma jew jitneħħa mingħajr għodda, ikun aċċettabbli jekk il-grad ta' protezzjoni IPXXB jiġi sodisfatt f'kundizzjoni fejn dan jinfetaħ, jiżżarma jew jitneħħa mingħajr għodda.

5.1.1.5.   Immarkar

5.1.1.5.1.   Fil-każ ta' REESS li jkollha kapaċità ta' vultaġġ għoli, is-simbolu li jidher fil-Figura għandu jidher fuq jew ma' ġenb ir-REESS. L-isfond tas-simbolu għandu jkun isfar, u l-bordura u l-vleġġa għandhom ikunu suwed.

Immarkar ta' tagħmir ta' vultaġġ għoli

Image 6

5.1.1.5.2.   Is-simbolu għandu jkun ukoll viżibbli fuq il-kompartimenti u l-ilqugħ, li, mat-tneħħija tagħhom jinkixfu partijiet li fihom il-kurrent ta' ċirkwiti ta' vultaġġ għoli. Din id-dispożizzjoni hija fakultattiva għal kwalunkwe konnettur tal-buses ta' vultaġġ għoli. Din id-dispożizzjoni ma għandha tapplika fl-ebda wieħed minn dawn il-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn l-ilqugħ jew il-kompartimenti ma jistgħux jintlaħqu fiżikament, jinfetħu, jew jitneħħew; kemm-il darba l-komponenti l-oħra tal-vettura ma jitneħħewx bl-użu tal-għodda;

(b)

fejn l-ilqugħ jew il-kompartimenti jinsabu taħt il-qiegħ tal-vettura.

5.1.1.5.3.   Il-kejbils għall-buses ta' vultaġġ għoli li ma jinsabux ġewwa l-kompartimenti għandhom ikunu identifikati minn qoxra ta' barra bil-kulur oranġjo.

5.1.2.   Protezzjoni minn kuntatt indirett

Il-protezzjoni minn kuntatt indirett hija meħtieġa wkoll għal vetturi b'partijiet li fihom il-kurrenti u b'vultaġġ għoli mgħammra b'tip ta' REESS approvat skont il-Parti II ta' dan ir-Regolament.

5.1.2.1.   Għall-protezzjoni mix-xokkijiet elettriċi li jistgħu jseħħu b'kuntatt indirett, il-partijiet konduttivi mikxufa, bħall-ilqugħ konduttiv u l-kompartiment, għandhom ikunu mqabbda galvanikament b'mod sikur max-xażi elettriku permezz ta' konnessjoni b'wajer tal-elettriku jew kejbil li jertja, jew bil-welding, jew b'konnessjoni bl-użu ta' boltijiet, eċċ. biex ma jiġux prodotti potenzjali perikolużi.

5.1.2.2.   Ir-reżistenza bejn il-partijiet konduttivi esposti u x-xażi elettriku għandha tkun inqas minn 0,1 Ω meta jkun hemm fluss ta' kurrent ta' mill-inqas 0,2 A.

Dan ir-rekwiżit jintlaħaq jekk il-konnessjoni galvanika tkun ġiet stabbilita bil-welding.

5.1.2.3.   Fil-każ ta' vetturi bil-mutur li huma maħsuba biex jiġu mqabbda mal-provvista tal-elettriku esterna ertjata permezz tal-konnessjoni konduttiva, għandu jiġi pprovdut apparat li jippermetti konnessjoni galvanika tax-xażi elettriku mal-ert.

L-apparat għandu jippermetti li ssir konnessjoni mal-ert qabel ma jiġi applikat vultaġġ estern lill-vettura u li l-konnessjoni tibqa' sakemm jitneħħa l-vultaġġ estern mill-vettura.

Il-konformità ma' dan ir-rekwiżit għandha tintwera jew billi jintuża l-konnettur speċifikat mill-manifattur tal-vettura, jew permezz ta' analiżi.

5.1.2.4.   Ir-rekwiżit tal-paragrafu 5.1.2.3 ta' hawn fuq ma għandux japplika għall-vetturi li jissodisfaw (a) jew (b) hawn taħt:

(a)

Ir-REESS tal-vettura tista' tiġi ċċarġjata permezz tal-provvista tal-elettriku esterna biss permezz ta' ċarġer estern b'insulazzjoni doppja jew struttura ta' iżolament imsaħħa bejn l-input u l-output.

Ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni fir-rigward tal-istruttura tal-iżolament imsemmija qabel għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin tal-paragrafu 5.1.2.4.1 u tal-paragrafu 5.1.2.4.3 u għandhom jiġu ddikjarati fid-dokumentazzjoni tagħha.

(b)

Iċ-ċarġer abbord għandu struttura ta' iżolament doppja jew rinfurzata bejn l-input u l-partijiet konduttivi/ix-xażi elettriku espost tal-vettura.

Ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni fir-rigward tal-istruttura tal-iżolament imsemmija qabel għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin tal-paragrafi 5.1.2.4.1., 5.1.2.4.2 u 5.1.2.4.3..

Jekk iż-żewġ sistemi jiġu installati, (a) u (b) iridu jiġu ssodisfati.

5.1.2.4.1.   Vultaġġ ittollerat

5.1.2.4.1.1.   Għal vettura b'ċarġer abbord, it-test għandu jsir skont l-Anness 9A ta' dan ir-regolament.

5.1.2.4.1.2.   Kriterji ta' aċċettazzjoni

Ir-reżistenza tal-iżolament għandha tkun 7 MΩ jew ogħla meta jiġi applikat vultaġġ ta' 500 V DC bejn l-inputs kollha konnessi flimkien u l-partijiet konduttivi esposti/ix-xażi elettriku tal-vettura.

5.1.2.4.2.   Protezzjoni kontra d-dħul tal-ilma

5.1.2.4.2.1.   It-test għandu jsir skont l-Anness 9B ta' dan ir-regolament.

5.1.2.4.2.2.   Kriterji ta' Aċċettazzjoni

Ir-reżistenza tal-iżolament għandha tkun 7 MΩ jew ogħla meta jiġi applikat vultaġġ ta' 500 V DC.

5.1.2.4.3.   Struzzjonijiet għall-manipulazzjoni

Għandhom jiġu pprovduti struzzjonijiet xierqa għall-iċċarġjar u dawn għandhom jiġu inklużi fil-manwal. (4)

5.1.3.   Reżistenza tal-iżolament

Dan il-paragrafu m'għandux japplika għal xażi mqabbad ma' ċirkwiti elettriċi fejn il-vultaġġ massimu bejn kwalunkwe parti li fiha l-kurrent u x-xażi elettriku jew kwalunkwe parti konduttiva esposta ma jaqbiżx 30 V AC (rms) jew 60 V DC.

5.1.3.1.   Sistema ta' propulsjoni elettrika li tikkonsisti f'buses ta' Kurrent Dirett jew buses ta' Kurrent li Jalterna

Jekk il-buses tal-AC u l-buses tad-DC ikunu galvanikament iżolati minn xulxin, ir-reżistenza tal-iżolament bejn il-bus ta' vultaġġ għoli u x-xażi elettriku għandu jkollha valur minimu ta' 100 Ω/V tal-vultaġġ operattiv għall-buses DC, u valur minimu ta' 500 Ω/V tal-vultaġġ operattiv għall-buses AC.

Il-kejl għandu jsir skont l-Anness 4 “Metodu tal-kejl tar-Reżistenza tal-Iżolament għal testijiet ibbażati fuq il-vettura”.

5.1.3.2.   Sistema ta' propulsjoni elettrika li tikkonsisti f'buses DC u AC ikkombinati

Jekk il-buses tal-AC u l-buses tad-DC jkunu konnessi galvanikament, ir-reżistenza tal-iżolament bejn l-bus ta' vultaġġ għoli u x-xażi elettriku għandu jkollha valur minimu ta' 500 Ω/volt tal-vultaġġ operattiv.

Madankollu, jekk il-buses kollha ta' vultaġġ għoli AC jkunu protetti b'waħda miż-żewġ miżuri li ġejjin, ir-reżistenza tal-iżolament bejn il-bus ta' vultaġġ għoli u x-xażi elettriku għandu jkollha valur minimu ta' 100 Ω/V tal-vultaġġ operattiv:

(a)

Saffi doppji jew iktar ta' iżolaturi solidi, ilqugħ jew kompartimenti li jissodisfaw ir-rekwiżit fil-paragrafu 5.1.1 b'mod indipendenti, pereżempju faxx ta' wajers;

(b)

Mezzi ta' protezzjoni mekkanikament b'saħħithom li għandhom biżżejjed durabilità tul il-perjodu ta' servizz tal-vettura bħal housings tal-muturi, kaxxi jew konnetturi tal-konvertitur elettroniku;

Ir-reżistenza tal-iżolament bejn l-bus ta' vultaġġ għoli u x-xażi elettriku tista' tintwera permezz ta' kalkolu, kejl jew kombinazzjoni tat-tnejn.

Il-kejl għandu jsir skont l-Anness 4 “Metodu tal-kejl tar-Reżistenza tal-Iżolament għal testijiet ibbażati fuq il-vettura”.

5.1.3.3.   Vetturi b'ċelluli ta' fjuwil

Jekk ir-rekwiżit minimu ta' reżistenza tal-iżolament ma jistax jintlaħaq tul iż-żmien, il-protezzjoni tinkiseb b'xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

Saffi doppji jew iktar ta' iżolaturi solidi, ilqugħ jew kompartimenti li jissodisfaw ir-rekwiżit fil-paragrafu 5.1.1 b'mod indipendenti;

(b)

Sistema ta' monitoraġġ tar-reżistenza tal-iżolament abbord il-vettura flimkien ma' twissija lis-sewwieq jekk ir-reżistenza tal-iżolament tinżel taħt il-valur minimu meħtieġ. Ir-reżistenza tal-iżolament bejn il-bus ta' vultaġġ għoli tas-sistema ta' konnessjoni għall-iċċarġjar tar-REESS u x-xażi elettriku ma hemmx għalfejn tiġi mmonitorjata, minħabba li s-sistema ta' konnessjoni għall-iċċarġjar tiġi enerġizzata biss waqt l-iċċarġjar tar-REESS. Il-funzjoni tas-sistema ta' monitoraġġ tar-reżistenza tal-iżolament abbord il-vettura għandha tiġi kkonfermata kif deskritt fl-Anness 5.

5.1.3.4.   Rekwiżit tar-reżistenza tal-iżolament għas-sistema tal-konnessjoni għall-iċċarġjar tar-REESS

Għas-sistema ta' konnessjoni (użata biex tiġi ċċarġjata r-REESS u maħsuba biex tkun konnessa b'mod konduttiv mal-provvista esterna ertjata ta' kurrent AC) ir-reżistenza tal-iżolament għandha tkun mill-anqas 1 MΩ meta l-konnettur taċ-ċarġer ikun skonnettjat. Matul il-kejl, ir-REESS tista' tkun skonnettjata.

5.2.   REESS

5.2.1.   Għal vettura b'REESS, għandu jiġi ssodisfat ir-rekwiżit tal-paragrafu 5.2.1.1 jew tal-paragrafu 5.2.1.2.

5.2.1.1.   Għal REESS li t-tip tagħha jkun ġie approvat skont il-Parti II ta' dan ir-Regolament, din għandha tkun installata skont l-istruzzjonijiet ipprovduti mill-manifattur tar-REESS, u f'konformità mad-deskrizzjoni pprovduta fil-Parti 2 tal-Anness 6 ta' dan ir-Regolament.

5.2.1.2.   Ir-REESS għandha tikkonforma mar-rekwiżiti rispettivi tal-paragrafu 6 ta' dan ir-Regolament.

5.2.2.   Akkumulazzjoni ta' gass

L-ispazji għal batteriji tat-trazzjoni tat-tip miftuħ li jistgħu jipproduċu gass tal-idroġenu għandu jkollhom ventilatur jew kanal ta' ventilazzjoni biex ma jkunx hemm akkumulazzjoni ta' gass tal-idroġenu.

5.2.3.   Protezzjoni mit-tixrid tal-elettrolit

Il-vetturi għandhom jipprevedu li l-ebda kwantità ta' elettrolit li joħroġ mir-REESS u l-komponenti tagħha ma għandha tilħaq lis-sewwieq, lir-rikkieb jew lill-passiġġier jew kwalunkwe persuna madwar il-vettura matul il-kundizzjoni normali tal-użu u/jew tal-operazzjoni funzjonali.

Meta r-REESS tkun fil-pożizzjoni ta' taħt fuq, ma għandu jinxtered l-ebda elettrolit.

5.2.4.   Qlugħ aċċidentali jew mhux intenzjonat

Ir-REESS u l-komponenti tagħha għandhom jiġu installati fil-vettura b'tali mod li jipprekludi l-possibbiltà li din tinqala' aċċidentalment jew b'mod mhux intenzjonat.

Ir-REESS fil-vettura ma għandhiex toħroġ minn postha meta l-vettura tiġi inklinata.

Il-komponenti tar-REESS ma għandhomx joħorġu minn posthom meta l-REESS tinqaleb ta' taħt fuq.

5.3.   Sikurezza funzjonali

Bħala minimu, għandu jingħata sinjal momentanju lis-sewwieq meta l-vettura tkun fil-“modalità li tippermetti sewqan attiv”.

Madankollu, din id-dispożizzjoni ma tapplikax f'kundizzjonijiet fejn magna tal-kombustjoni interna tipprovdi l-potenza ta' propulsjoni tal-vettura, direttament jew indirettament.

Meta jkun ħiereġ mill-vettura, is-sewwieq għandu jiġi infurmat permezz ta' sinjal (pereżempju sinjal ottiku jew akustiku), jekk il-vettura tkun għadha fil-modalità li tippermetti sewqan attiv.

Jekk ir-REESS abbord il-vettura jista' jiġi ċċarġjat esternament mill-utent, il-moviment tal-vettura permezz tas-sistema ta' propulsjoni tagħha m'għandux ikun possibbli jekk il-konnettur tal-provvista tal-elettriku esterna jkun fiżikament imwaħħal mal-plakka tal-vettura.

Għal vetturi b'kejbil tal-iċċarġjar mqabbad b'mod permanenti, ir-rekwiżit ta' hawn fuq mhuwiex applikabbli jekk l-użu tal-kejbil biex tiġi ċċarġjata l-vettura jipprevjeni l-użu tal-vettura (eż. is-sit ma jistax jingħalaq, il-pożizzjoni tal-kejbil ma tippermettix lis-sewwieq joqgħod bilqiegħda jew jidħol fil-vettura). Dan ir-rekwiżit għandu jintwera bl-użu tal-konnettur speċifikat mill-manifattur tal-vettura. L-istat tal-unità ta' kontroll tad-direzzjoni tas-sewqan għandu jiġi identifikat lis-sewwieq.

5.3.1.   Rekwiżiti addizzjonali ta' sikurezza funzjonali

5.3.1.1.   Għandhom jitwettqu mill-inqas żewġ azzjonijiet apposta u distintivi mis-sewwieq fil-fażi tal-bidu biex tintgħażel il-modalità li tippermetti s-sewqan attiv.

5.3.1.2.   Għandha tkun meħtieġa biss azzjoni waħda biex tiġi ddiżattivata l-modalità li tippermetti s-sewqan attiv.

5.3.1.3.   Indikazzjoni ta' potenza mnaqqsa temporanjament (jiġifieri li ma tirriżultax minn falliment) u/jew tal-istat ta' ċarġ (SOC) tar-REESS.

5.3.1.3.1.   Il-vettura għandu jkollha funzjoni/apparat li jindika lis-sewwieq/lis-sewwieq jekk il-potenza titnaqqas awtomatikament taħt ċertu livell, (eż minħabba l-attivazzjoni tal-kontrollur tal-output biex tiġi protetta r-REESS jew is-sistema ta' propulsjoni) jew minħabba livell baxx ta' SOC.

5.3.1.3.2.   Il-kundizzjonijiet li fihom jingħataw dawn l-indikazzjonijiet għandhom jiġu ddeterminati mill-manifattur.

Deskrizzjoni qasira tal-istrateġija tat-tnaqqis tal-potenza u ta' indikazzjoni se tiġi stabbilita fl-Anness 6.

5.3.1.4.   Sewqan jew irkib b'lura

Ma għandux ikun possibbli li tiġi attivata l-funzjoni ta' kontroll tar-reverse meta l-vettura tkun miexja 'l quddiem.

5.4.   Determinazzjoni tal-emissjonijiet tal-idroġenu

5.4.1.   Dan it-test għandu jsir fuq vetturi mgħammra b'batteriji tat-trazzjoni tat-tip miftuħ. Jekk ir-REESS tkun ġiet approvata skont il-Parti II ta' dan ir-Regolament u installata skont il-paragrafu 5.2.1.1., dan it-test jista' jinqabeż għall-approvazzjoni tal-vettura.

5.4.2.   It-test għandu jsir skont il-metodu fl-Anness 7 tar-Regolament preżenti. It-teħid tal-kampjuni tal-idroġenu u l-analiżi tagħhom għandhom jiġu stabbiliti. Metodi oħra ta' analiżi jistgħu jiġu approvati jekk jintwera li dawn jagħtu riżultati ekwivalenti.

5.4.3.   Matul il-proċedura tal-iċċarġjar normali fil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Anness 7, l-emissjonijiet tal-idroġenu għandhom ikunu inqas minn 125 g tul 5 sigħat, jew inqas minn 25 × t2 g matul t2 (f'sigħat).

5.4.4.   Waqt l-iċċarġjar permezz ta' ċarġer li jippreżenta falliment (kundizzjonijiet mogħtija fl-Anness 7), l-emissjonijiet tal-idroġenu għandhom ikunu inqas minn 42 g. Iċ-ċarġer għandu jillimita dan il-falliment għal mhux aktar minn 30 minuta.

5.4.5.   L-operazzjonijiet kollha marbuta mal-iċċarġjar tar-REESS għandhom ikunu kkontrollati b'mod awtomatiku, inkluża l-waqfa għall-iċċarġjar.

5.4.6.   Il-kontroll manwali tal-fażijiet tal-iċċarġjar ma għandux ikun possibbli.

5.4.7.   Operazzjonijiet normali ta' konnessjoni u skonnessjoni minn mal-mejns, inkella qtugħ fil-provvista tal-elettriku ma għandhomx jaffettwaw is-sistema tal-kontroll tal-fażijiet tal-iċċarġjar.

5.4.8.   Fallimenti importanti waqt l-iċċarġjar għandhom ikunu indikati b'mod permanenti. Falliment importanti huwa falliment li jista' jwassal għal malfunzjonament taċ-ċarġer waqt l-iċċarġjar aktar 'il quddiem.

5.4.9.   Il-manifattur għandu jindika l-konformità tal-vettura ma' dawn ir-rekwiżiti fil-manwal tal-użu.

5.4.10.   L-approvazzjoni mogħtija għal tip ta' vettura f'dak li għandu x'jaqsam mal-emissjonijiet tal-idroġenu tista' tiġi estiża għal tipi differenti ta' vetturi tal-istess familja, skont id-definizzjoni tal-familja mogħtija fl-Anness 7, Appendiċi 2.

6.   PARTI II: REKWIŻITI TAS-SISTEMA RIKARIKABBLI TAL-ĦŻIN TAL-ENERĠIJA (REESS) FIR-RIGWARD TAS-SIKUREZZA TAGĦHA

6.1.   Ġenerali

Għandhom jiġu applikati l-proċeduri preskritti fl-Anness 8 ta' dan ir-Regolament.

6.2.   Vibrazzjoni

6.2.1.   It-test għandu jsir skont l-Anness 8A ta' dan ir-Regolament.

6.2.2.   Kriterji ta' aċċettazzjoni

6.2.2.1.   Waqt it-test, ma għandu jkun hemm l-ebda evidenza ta':

(a)

Tnixxija ta' elettroliti;

(b)

Tiċrit (applikabbli għal REESS ta' vultaġġ għoli biss);

(c)

Nar;

(d)

Splużjoni.

L-evidenza ta' tnixxija tal-elettroliti għandha tiġi vverifikata permezz ta' spezzjoni viżwali mingħajr ma tiġi żarmata l-ebda parti tal-apparat ittestjat.

6.2.2.2.   Għal REESS ta' vultaġġ għoli, ir-reżistenza tal-iżolament imkejla wara t-test skont l-Anness 4B ta' dan ir-Regolament ma għandhiex tkun anqas minn 100 Ω/Volt.

6.3.   Xokk termali u ċiklar

6.3.1.   It-test għandu jsir skont l-Anness 8B ta' dan ir-Regolament.

6.3.2.   Kriterji ta' aċċettazzjoni

6.3.2.1.   Waqt it-test, ma għandu jkun hemm l-ebda evidenza ta':

(a)

Tnixxija ta' elettroliti;

(b)

Tiċrit (applikabbli għal REESS ta' vultaġġ għoli biss);

(c)

Nar;

(d)

Splużjoni.

L-evidenza ta' tnixxija tal-elettroliti għandha tiġi vverifikata permezz ta' spezzjoni viżwali mingħajr ma tiġi żarmata l-ebda parti tal-apparat ittestjat.

6.3.2.2.   Għal REESS ta' vultaġġ għoli, ir-reżistenza tal-iżolament imkejla wara t-test skont l-Anness 4B ta' dan ir-Regolament m'għandhiex tkun anqas minn 100 Ω/Volt.

6.4.   Testijiet mekkaniċi

6.4.1.   Test tat-twaqqigħ għar-REESS li tista' tinqala' minn postha

6.4.1.1.   It-test għandu jsir skont l-Anness 8C ta' dan ir-Regolament.

6.4.1.2.   Kriterji ta' aċċettazzjoni

6.4.1.2.1.   Waqt it-test, ma għandu jkun hemm l-ebda evidenza ta'

(a)

Tnixxija ta' elettroliti;

(b)

Tiċrit (applikabbli għal REESS ta' vultaġġ għoli biss);

(c)

Nar;

(d)

Splużjoni.

L-evidenza ta' tnixxija tal-elettroliti għandha tiġi vverifikata permezz ta' spezzjoni viżwali mingħajr ma tiġi żarmata l-ebda parti tal-apparat ittestjat.

6.4.1.2.2.   Għal REESS ta' vultaġġ għoli, ir-reżistenza tal-iżolament imkejla wara t-test skont l-Anness 4B ta' dan ir-Regolament m'għandhiex tkun anqas minn 100 Ω/Volt.

6.4.2.   Skoss mekkaniku

6.4.2.1.   Dan it-test għandu japplika għal vetturi bi stand ċentrali u/jew mal-ġenb.

It-test għandu jsir skont l-Anness 8D ta' dan ir-Regolament.

6.4.2.2.   Kriterji ta' aċċettazzjoni

6.4.2.2.1.   Waqt it-test, ma għandu jkun hemm l-ebda evidenza ta'

(a)

Tnixxija ta' elettroliti;

(b)

Tiċrit (applikabbli għal REESS ta' vultaġġ għoli biss);

(c)

Nar;

(d)

Splużjoni.

L-evidenza ta' tnixxija tal-elettroliti għandha tiġi vverifikata permezz ta' spezzjoni viżwali mingħajr ma tiġi żarmata l-ebda parti tal-apparat ittestjat.

6.4.2.2.2.   Għal REESS ta' vultaġġ għoli, ir-reżistenza tal-iżolament tal-apparat ittestjat għandha tassigura mill-anqas 100 Ω/Volt għar-REESS sħiħa mkejla wara t-test skont l-Anness 4B ta' dan ir-Regolament.

6.5.   Reżistenza għan-nar

Dan it-test japplika biss għal vetturi b'kompartiment tal-passiġġieri.

Dan it-test huwa meħtieġ għal REESS li fiha elettrolit li jaqbad.

It-test għandu jsir fuq kampjun wieħed tat-test.

Fuq għażla tal-manifattur, it-test jista' jitwettaq jew bħala:

(a)

Test ibbażat fuq il-vettura skont il-paragrafu 6.5.1 ta' dan ir-Regolament, jew

(b)

Test ibbażat fuq il-komponenti skont il-paragrafu 6.5.2 ta' dan ir-Regolament.

6.5.1.   Test ibbażat fuq il-vettura

It-test għandu jsir skont l-Anness 8E, b' konsiderazzjoni xierqa tal-paragrafu 3.2.1 tal-Anness 8E.

L-approvazzjoni ta' REESS ittestjata skont dan il-paragrafu għandha tkun limitata għall-approvazzjonijiet għal tip speċifiku ta' vettura.

6.5.2.   Test ibbażat fuq il-komponenti

It-test għandu jsir skont l-Anness 8E, b' konsiderazzjoni xierqa tal-paragrafu 3.2.2 tal-Anness 8E.

6.5.3.   Kriterji ta' aċċettazzjoni

6.5.3.1.   Waqt it-test, l-apparat ittestjat ma għandu juri l-ebda evidenza ta' splużjoni.

6.6.   Protezzjoni esterna minn xort fiċ-ċirkwit

6.6.1.   It-test għandu jsir skont l-Anness 8F ta' dan ir-Regolament.

6.6.2.   Kriterji ta' aċċettazzjoni;

6.6.2.1.   Waqt it-test, ma għandu jkun hemm l-ebda evidenza ta':

(a)

Tnixxija ta' elettroliti;

(b)

Tiċrit (applikabbli għal REESS ta' vultaġġ għoli biss);

(c)

Nar;

(d)

Splużjoni.

L-evidenza ta' tnixxija tal-elettroliti għandha tiġi vverifikata permezz ta' spezzjoni viżwali mingħajr ma tiġi żarmata l-ebda parti tal-apparat ittestjat.

6.6.2.2.   Għal REESS ta' vultaġġ għoli, ir-reżistenza tal-iżolament imkejla wara t-test skont l-Anness 4B ta' dan ir-Regolament ma għandhiex tkun anqas minn 100 Ω/V.

6.7.   Protezzjoni minn iċċarġjar żejjed

6.7.1.   It-test għandu jsir skont l-Anness 8G ta' dan ir-Regolament.

6.7.2.   Kriterji ta' aċċettazzjoni

6.7.2.1.   Waqt it-test, ma għandu jkun hemm l-ebda evidenza ta':

(a)

Tnixxija ta' elettroliti;

(b)

Tiċrit (applikabbli għal REESS ta' vultaġġ għoli biss);

(c)

Nar;

(d)

Splużjoni.

L-evidenza ta' tnixxija tal-elettroliti għandha tiġi vverifikata permezz ta' spezzjoni viżwali mingħajr ma tiġi żarmata l-ebda parti tal-apparat ittestjat.

6.7.2.2.   Għal REESS ta' vultaġġ għoli, ir-reżistenza tal-iżolament imkejla wara t-test skont l-Anness 4B ta' dan ir-Regolament ma għandhiex tkun anqas minn 100 Ω/V.

6.8.   Protezzjoni minn disċarġjar żejjed

6.8.1.   It-test għandu jsir skont l-Anness 8H ta' dan ir-Regolament.

6.8.2.   Kriterji ta' aċċettazzjoni

6.8.2.1.   Waqt it-test, ma għandu jkun hemm l-ebda evidenza ta':

(a)

Tnixxija ta' elettroliti;

(b)

Tiċrit (applikabbli għal REESS ta' vultaġġ għoli biss);

(c)

Nar;

(d)

Splużjoni.

L-evidenza ta' tnixxija tal-elettroliti għandha tiġi vverifikata permezz ta' spezzjoni viżwali mingħajr ma tiġi żarmata l-ebda parti tal-apparat ittestjat.

6.8.2.2.   Għal REESS ta' vultaġġ għoli, ir-reżistenza tal-iżolament imkejla wara t-test skont l-Anness 4B ta' dan ir-Regolament ma għandhiex tkun anqas minn 100 Ω/V.

6.9.   Protezzjoni minn temperaturi eċċessivi

6.9.1.   It-test għandu jsir skont l-Anness 8I ta' dan ir-Regolament.

6.9.2.   Kriterji ta' aċċettazzjoni

6.9.2.1.   Waqt it-test, ma għandu jkun hemm l-ebda evidenza ta':

(a)

Tnixxija ta' elettroliti;

(b)

Tiċrit (applikabbli għal REESS ta' vultaġġ għoli biss);

(c)

Nar;

(d)

Splużjoni.

L-evidenza ta' tnixxija tal-elettroliti għandha tiġi vverifikata permezz ta' spezzjoni viżwali mingħajr ma tiġi żarmata l-ebda parti tal-apparat ittestjat.

6.9.2.2.   Għal REESS ta' vultaġġ għoli, ir-reżistenza tal-iżolament imkejla wara t-test skont l-Anness 4B ta' dan ir-Regolament ma għandhiex tkun anqas minn 100 Ω/V.

6.10.   Emissjoni

Għandha tiġi kkunsidrata l-emissjoni possibbli ta' gassijiet ikkawżati mill-proċess ta' konverżjoni tal-enerġija waqt l-użu normali.

6.10.1.   Il-batteriji tat-trazzjoni tat-tip miftuħ għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.4 ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-emissjonijiet tal-idroġenu.

Is-sistemi bi proċess kimiku magħluq għandhom jitqiesu bħala ħielsa mill-emissjonijiet f'operazzjoni normali (eż. batterija lithium-ion).

Il-proċess kimiku magħluq għandu jiġi deskritt u dokumentat mill-manifattur tal-batterija fl-Anness 6 - Parti 2.

Teknoloġiji oħra għandhom jiġu evalwati mill-manifattur u s-Servizz Tekniku fir-rigward ta' kwalunkwe emissjoni possibbli f'operazzjoni normali.

6.10.2.   Kriterji ta' aċċettazzjoni

Għall-emissjonijiet tal-idroġenu ara l-paragrafu 5.4 ta' dan ir-Regolament.

Għas-sistemi mingħajr emissjonijiet bi proċess kimiku magħluq, ma hija meħtieġa l-ebda verifika.

7.   MODIFIKI U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

7.1.   Kull modifika fuq it-tip ta' vettura jew ta' REESS fir-rigward ta' dan ir-Regolament għandha tiġi notifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li approvat it-tip ta' vettura jew REESS. L-Awtorità mbagħad tista':

7.1.1.

Tikkunsidra li l-modifiki magħmula ma jidhrux li se jkollhom effett negattiv apprezzabbli u li l-vettura jew ir-REESS xorta waħda huma konformi mar-rekwiżiti, jew

7.1.2.

Tesiġi rapport ieħor tat-test mis-Servizz Tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet.

7.2.   Konferma jew ċaħda tal-approvazzjoni, li tispeċifika l-alterazzjoni, għandha tiġi komunikata permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3 ta' hawn fuq lill-Partijiet tal-Ftehim li qed japplikaw dan ir-Regolament.

7.3.   L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tagħti numru tas-serje lil kull formola ta' komunikazzjoni mfassla għal din it-tip ta' estensjoni u tinforma dwar dan permezz ta' formola tal-komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 (Parti 1 jew Parti 2) ta' dan ir-Regolament lill-Partijiet l-oħra tal-Ftehim tal-1958 li qed japplikaw ir-Regolament.

8.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

8.1.   Il-vetturi jew REESS approvati skont dan ir-Regolament għandhom jiġu manifatturati b'tali mod li jkunu konformi mat-tip approvat billi jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-parti(jiet) rilevanti ta' dan ir-Regolament.

8.2.   Sabiex jiġi verifikat li r-rekwiżiti tal-paragrafu 8.1 ġew sodisfatti, għandhom isiru kontrolli xierqa tal-produzzjoni.

8.3.   Il-detentur tal-approvazzjoni għandu, b'mod partikolari:

8.3.1.

Jiggarantixxi l-eżistenza ta' proċeduri għall-kontroll effettiv tal-kwalità tal-vetturi jew tar-REESS;

8.3.2.

Jkollu aċċess għat-tagħmir tal-ittestjar meħtieġ biex tiġi ċċekkjata l-konformità ta' kull tip approvat;

8.3.3.

Jiggarantixxi li d-data tar-riżultati tat-testijiet tiġi rreġistrata u li d-dokumenti annessi jibqgħu disponibbli għal perjodu determinat bi ftehim mal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip;

8.3.4.

Janalizza r-riżultati ta' kull tip ta' test, sabiex tiġi verifikata u garantita l-konsistenza tal-karatteristiċi tal-vettura jew tar-REESS, waqt li jżomm f'moħħu varjazzjonijiet permessi fil-produzzjoni industrijali;

8.3.5.

Jiggarantixxi li tal-anqas ikunu saru t-testijiet preskritti fil-parti(jiet) rilevanti ta' dan ir-Regolament għal kull tip ta' vettura jew tip ta' komponent;

8.3.6.

Jiggarantixxi li kull sett ta' kampjuni jew biċċiet għall-ittestjar li jiġi ppruvat li mhumiex konformi mat-tip ta' test in kwistjoni ikunu soġġetti għal aktar teħid ta' kampjuni u testijiet. Għandhom jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex tiġi stabbilita mill-ġdid l-konformità tal-produzzjoni korrispondenti.

8.4.   L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tat l-approvazzjoni tat-tip tista' f'kull ħin tivverifika l-metodi għall-kontroll tal-konformità applikati f'kull unità tal-produzzjoni.

8.4.1.   Waqt kull spezzjoni, ir-reġistri tat-testijiet u r-reġistri tal-produzzjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-ispettur li jżur.

8.4.2.   L-ispettur jista' jieħu kampjuni b'mod aleatorju biex jiġu ttestjati fil-laboratorju tal-manifattur. In-numru minimu ta' kampjuni jista' jiġi determinat skont ir-riżultati tal-kontrolli tal-manifattur stess.

8.4.3.   Jekk il-livell tal-kwalità jidher li mhux sodisfaċenti jew meta jidher li huwa meħtieġ li ssir verifika tal-validità tat-testijiet li saru meta ġie applikat il-paragrafu 8.4.2, l-ispettur jista' jagħżel kampjuni biex jintbagħtu lis-servizz tekniku li jkun mexxa t-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip.

8.4.4.   L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip tista' twettaq kwalunkwe test preskritt f'dan ir-Regolament.

8.4.5.   Il-frekwenza normali ta' spezzjonijiet mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha tkun ta' waħda fis-sena. Jekk jiġu rreġistrati riżultati mhux sodisfaċenti matul kwalunkwe waħda minn dawn iż-żjarat, l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha tiżgura li jittieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid il-konformità tal-produzzjoni kemm jista' jkun malajr.

9.   PENALI GĦAN-NUQQAS TA' KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

9.1.   L-approvazzjoni mogħtija għal tip ta' vettura/REESS skont dan ir-Regolament tista' tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 8. hawn fuq ma jiġux issodisfati, jew jekk il-vettura/REESS jew il-komponenti tagħha ma jgħaddux mit-testijiet previsti fil-paragrafu 8.3.5 ta' hawn fuq.

9.2.   Jekk Parti Kontraenti tal-Ftehim li qed tapplika dan ir-Regolament tirtira l-approvazzjoni li hija tkun tat qabel, għandha tinnotifika minnufih lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li qed japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola tal-komunikazzjoni konformi mal-Mudell fl-Anness 1 (Parti 1 jew Parti 2) ta' dan ir-Regolament.

10.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf kompletament mill-produzzjoni tat-tip ta' vettura approvat skont dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni. Kif tirċievi l-komunikazzjoni relevanti, l-Awtorità għandha tinforma b'dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra tal-Ftehim tal-1958 li qed japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola tal-komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 (Parti 1 jew Parti 2) ta' dan ir-Regolament.

11.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

Il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli li jmexxu testijiet għall-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu approvazzjonijiet, li għalihom għandhom jintbagħtu formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew iċ-ċaħda jew l-irtirar ta' approvazzjonijiet jew il-produzzjoni mwaqqfa għalkollox, maħruġa minn pajjiżi oħra.


(1)  Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3.), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, para. 2. - http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

(2)  www.unece.org/trans/danger/publi/unrec/rev17/17files_e.html

(3)  In-numri differenti tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6.

(4)  Eżempju tal-kontenut fil-manwal: “Jekk matul l-iċċarġjar, il-vettura jew iċ-ċarġer jitgħaddsu fl-ilma m'għandek tmiss la l-vettura u lanqas iċ-ċarġer minħabba l-periklu ta' xokk elettriku. Ukoll, tużax il-batterija u lanqas il-vettura u staqsi lid-dealer tal-karozza tiegħek biex jieħu miżuri (xierqa).”


ANNESS 1

PARTI 1

Image 7 Test ta 'immaġni

PARTI 2

Image 8 Test ta 'immaġni

ANNESS 2

L-ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI

MUDELL A

(Ara l-paragrafu 4.2 ta' dan ir-Regolament)

Figura 1

Image 9

Il-marka tal-approvazzjoni fil-Figura 1 imwaħħla ma' vettura turi li t-tip ikkonċernat ta' vettura elettrika tat-triq ġie approvat fin-Netherlands (E 4), skont ir-Regolament Nru 136, u bin-numru tal-approvazzjoni 002492. L-ewwel żewġ ċifri tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat f'konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament Nru 136 fil-forma oriġinali tiegħu.

Figura 2

Image 10

Il-marka tal-approvazzjoni fil-Figura 2 imwaħħla ma' REESS turi li t-tip ta' REESS (“ES”) ikkonċernat ġie approvat fin-Netherlands (E 4), skont ir-Regolament Nru 136, u bin-numru tal-approvazzjoni 002492. L-ewwel żewġ ċifri tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat f'konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament Nru 136 fil-forma oriġinali tiegħu.

MUDELL B

(Ara l-paragrafu 4.5 ta' dan ir-Regolament)

Image 11

Il-marka tal-approvazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla ma' vettura turi li t-tip ikkonċernat ta' vettura elettrika tat-triq ġie approvat fin-Netherlands (E4), skont ir-Regolamenti Nri 136 u 78 (1). In-numru tal-approvazzjoni jindika li, fid-dati ta' meta ngħataw l-approvazzjonijiet rispettivi, ir-Regolament Nru 136 kien għadu fil-forma oriġinali tiegħu u r-Regolament Nru 78 kien ġie emendat bis-serje 03 ta' emendi.


(1)  Dan in-numru tal-aħħar ingħata biss bħala eżempju.


ANNESS 3

PROTEZZJONI MINN KUNTATTI DIRETTI MA' PARTIJIET B'VULTAĠĠ

1.   SONDI TA' AĊĊESS

Is-sondi ta' aċċess għall-verifika tal-protezzjoni tal-persuni minn aċċess għal partijiet li fihom il-kurrent jidhru fit-Tabella.

2.   KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST

Is-sonda ta' aċċess tiġi mbuttata f'kull fetħa tal-kompartiment b'forza speċifikata fit-Tabella. Jekk hi tidħol parzjalment jew kollha kemm hi, hija titqiegħed f'kull pożizzjoni possibli, iżda fl-ebda każ il-wiċċ li jimblokka ma għandu jidħol kollu kemm hu mill-fetħa.

L-ilqugħ intern jitqies bħala parti mill-kompartiment.

Jekk ikun meħtieġ, għandha tiġi konnessa provvista ta' vultaġġ baxx (ta'mhux inqas minn 40 V u mhux aktar minn 50 V) konnessa f'serje ma' lampa adegwata bejn is-sonda u l-partijiet li fihom il-kurrent ġewwa l-ilqugħ jew il-kompartiment.

Il-metodu ta' ċirkwit li jagħti s-sinjali għandu jiġi applikat għal partijiet li fihom il-kurrent u li jiċċaqilqu ta' tagħmir b'vultaġġ għoli.

Partijiet interni li jiċċaqalqu jistgħu jitħaddmu bil-mod, meta dan ikun possibbli.

3.   KUNDIZZJONIJIET GĦALL-AĊĊETTAZZJONI

Is-sonda ta' aċċess ma għandhiex tmiss partijiet li fihom il-kurrent.

Jekk dan ir-rekwiżit jiġi verifikat permezz ta' ċirkwit tas-sinjali bejn is-sonda u l-partijiet li fihom il-kurrent, il-bozza ma għandhiex tixgħel.

Fil-każ tat-test għall-IPXXB, is-saba' tal-ittestjar bil-ġogi jista' jidħol tulu kollu sa 80 mm, iżda l-wiċċ li jimblokka (dijametru 50 mm × 20 mm) ma għandux jgħaddi mill-fetħa. Iż-żewġ ġogi tas-saba' tal-ittestjar, minn pożizzjoni dritta għandhom l-ewwel jiġu mgħawġa wieħed wara l-ieħor sa angolu ta' 90 grad fir-rigward tal-assi tat-taqsima li tmiss tas-saba' u għandhom jitqiegħdu f'kull pożizzjoni possibbli.

Fil-każ ta' testijiet għall-IPXXD, is-sonda ta' aċċess tista' tidħol sa tulha kollu, iżda l-wiċċ li jimblokka ma għandux jidħol kollu minn ġol-fetħa.

Sondi ta' aċċess għat-testijiet għall-protezzjoni ta' persuni kontra l-aċċess għal partijiet perikolużi

Image 12

Saba' tat-testjar bil-ġogi

Image 13

Materjal: metall, għajr meta speċifikat mod ieħor

Dimensjonijiet lineari f'millimetri

Tolleranzi fuq id-dimensjonijiet mingħajr tolleranza speċifika:

(a)

Fuq l-angoli: 0/– 10°;

(b)

Fuq id-dimensjonijiet lineari: sa 25 mm: 0/– 0,05 mm; 'il fuq minn 25 mm: ± 0.2 mm

Iż-żewġ ġogi għandhom jippermettu moviment fl-istess pjan u l-istess direzzjoni f'angolu ta' 90° b'tolleranza ta' bejn 0 u + 10°.


ANNESS 4A

METODU TAL-KEJL TAR-REŻISTENZA TAL-IŻOLAMENT GĦAL TESTIJIET IBBAŻATI FUQ IL-VETTURA

1.   ĠENERALI

Ir-reżistenza tal-iżolament għal kull bus ta' vultaġġ għoli tal-vettura għandha titkejjel jew għandha tinstab permezz ta' kalkolu bl-użu tal-valuri tal-kejl minn kull parti jew unità komponenti tal-bus ta' vultaġġ għoli (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “kejl diviż”).

2.   METODU TAL-KEJL

Il-kejl tar-reżistenza tal-iżolament għandu jsir billi jintgħażel Metodu tal-kejl xieraq minn dawk elenkati fil-paragrafi 2.1 u 2.2 ta' dan l-anness, skont iċ-ċarġ elettriku tal-partijiet li fihom il-kurrent jew ir-reżistenza tal-iżolament, eċċ.

Il-medda taċ-ċirkwiti elettriċi li trid titkejjel għandha tiġi ċċarata minn qabel, bl-użu ta' dijagrammi ta' ċirkwiti elettriċi, eċċ.

Barra minn hekk, tista' ssir il-modifika meħtieġa għall-kejl tar-reżistenza tal-iżolament, bħal pereżempju billi jitneħħa l-għata biex jintlaħqu l-partijiet li fihom il-kurrent, il-ħażż ta' linji ta' kejl, it-tibdil fis-softwer, eċċ.

F'każijiet fejn il-valuri mkejla mhumiex stabbli minħabba t-tħaddim tas-sistema ta' monitoraġġ tar-reżistenza tal-iżolament abbord il-vettura, eċċ., tista' ssir il-modifika meħtieġa għat-twettiq tal-kejl, bħal pereżempju li jitwaqqaf it-tħaddim tal-apparat ikkonċernat jew it-tneħħija tiegħu. Barra minn hekk, meta jitneħħa l-apparat, għandu jiġi ppruvat, bl-użu ta' disinji, eċċ., li ma tinbidilx ir-reżistenza tal-iżolament bejn il-partijiet li fihom il-kurrent u x-xażi elettriku.

Għandha tingħata attenzjoni kbira fir-rigward ta' xi xort fiċ-ċirkwit, xokk elettriku, eċċ., billi din il-konferma tista' teħtieġ it-tħaddim dirett taċ-ċirkwit ta' vultaġġ għoli.

2.1.   Metodu tal-kejl bl-użu tal-vultaġġ DC minn sorsi 'l barra mill-vettura

2.1.1.   Strument tal-kejl

Għandu jintuża strument tal-ittestjar tar-reżistenza tal-iżolament li jista' japplika vultaġġ DC ogħla mill-vultaġġ operattiv tal-bus ta' vultaġġ għoli.

2.1.2.   Metodu tal-kejl

Strument tal-ittestjar tar-reżistenza tal-iżolament għandu jitwaħħal bejn il-partijiet li fihom il-kurrent u x-xażi elettriku. Wara dan, ir-reżistenza tal-iżolament għandha titkejjel bl-applikazzjoni ta' vultaġġ DC li huwa tal-inqas nofs il-vultaġġ operattiv tal-bus ta' vultaġġ għoli.

Jekk is-sistema għandha aktar minn medda waħda ta' vultaġġi (p.eż minħabba l-konvertitur) f'ċirkwiti galvanikament konnessi u xi wħud mill-komponenti ma jifilħux il-vultaġġ operattiv taċ-ċirkwit kollu, ir-reżistenza tal-iżolament bejn dawn il-komponenti u x-xażi elettriku tista' titkejjel għaliha bl-applikazzjoni ta' mill-inqas nofs il-vultaġġ operattiv tagħhom b'dawk il-komponenti mhux konnessi.

2.2.   Metodu tal-kejl bl-użu tar-REESS tal-vettura stess bħala sors ta' vultaġġ DC

2.2.1.   Kundizzjonijiet tal-ittestjar tal-vettura

L-bus ta' vultaġġ għoli għandu jiġi enerġizzat mir-REESS tal-vettura stess u/jew is-sistema ta' konverżjoni tal-enerġija u l-vultaġġ tar-REESS u/jew tas-sistema ta' konversjoni tal-enerġija matul it-test kollu għandu tal-inqas ikun il-vultaġġ operattiv nominali kif speċifikat mill-manifattur tal-vettura.

2.2.2.   Strument tal-kejl

Il-voltmeter użat f'dan it-test għandu jkejjel il-valuri DC u għandu jkollu reżistenza interna ta' mill-anqas 10 MΩ.

2.2.3.   Metodu tal-kejl

2.2.3.1.   L-ewwel pass

Jitkejjel il-vultaġġ kif jidher fil-Figura 1 u jiġi rreġistrat il-vultaġġ tal-bus ta' vultaġġ għoli (Vb). Vb għandu jkun daqs jew ogħla mill-vultaġġ operattiv nominali tar-REESS u/jew is-sistema ta' konverżjoni tal-enerġija kif speċifikata mill-manifattur tal-vettura.

Figura 1

Il-kejl ta' Vb, V1, V2

Image 14 Test ta 'immaġni

2.2.3.2.   It-tieni pass

Jitkejjel u jiġi rreġistrat il-vultaġġ (V1) bejn il-pol negattiv tal-bus ta' vultaġġ għoli u x-xażi elettriku (ara l-Figura 1).

2.2.3.3.   It-tielet pass

Kejjel u rreġistra l-vultaġġ (V2) bejn il-pol pożittiv tal-bus ta' vultaġġ għoli u x-xażi elettriku (ara l-Figura 1).

2.2.3.4.   Ir-raba' pass

Jekk V1 ikun ikbar minn jew daqs V2, tiddaħħal reżistenza magħrufa standard (Ro) bejn il-pol negattiv tal-bus ta'vultaġġ għoli u x-xażi elettriku. Bl-Ro installat, jitkejjel il-vultaġġ (V1′) bejn in-naħa negattiva tal-bus ta' vultaġġ għoli u x-xażi elettriku (ara l-Figura 2).

L-iżolament elettriku (Ri) jiġi kkalkolat skont il-formula li ġejja:

Ri = Ro × (Vb/V1′ – Vb/V1) jew Ri = Ro × Vb × (1/V1′ – 1/V1)

Figura 2

Il-kejl ta' V1′

Image 15 Test ta 'immaġni

Jekk V2 ikun ikbar minn V1, tidaħħal reżistenza magħrufa standard (Ro) bejn il-pol pożittiv tal-bus ta' vultaġġ għoli u x-xażi elettriku. Bir-reżistenza installata (Ro), jitkejjel il-vultaġġ (V2′) bejn il-pol pożittiv tal-bus ta' vultaġġ għoli u x-xażi elettriku (ara l-Figura 3). Jiġi kkalkulat l-iżolament elettriku (Ri) skont il-formula mogħtija. Dan il-valur ta' iżolament elettriku (f'Ω) jiġi diviż bil-vultaġġ operattiv nominali tal-bus ta' vultaġġ għoli (f'Volts).

L-iżolament elettriku (Ri) jiġi kkalkolat skont il-formula li ġejja:

Ri = Ro × (Vb/V2′ – Vb/V2) jew Ri = Ro × Vb × (1/V2′ – 1/V2)

Figura 3

Kejl tal-V2′

Image 16 Test ta 'immaġni

2.2.3.5.   Il-ħames pass

Il-valur ta' iżolament elettriku Ri (f'Ω) diviż bil-vultaġġ operattiv tal-bus ta' vultaġġ għoli (f'Volts) jagħti r-reżistenza tal-iżolament (f'Ω/V).

Nota: Ir-reżistenza standard ta' valur magħruf Ro (f'Ω) għandha tkun il-valur tal-minimu meħtieġ ta' reżistenza tal-iżolament (f'Ω/V) multiplikat bil-vultaġġ operattiv tal-vettura plus/minus 20 fil-mija (f'volts). Mhux meħtieġ li l-valur ta' Ro ikun eżatt daqs dan il-valur peress li l-ekwazzjonijiet huma validi għal kwalunkwe Ro; madankollu, valur Ro f'din il-medda għandu jipprovdi riżoluzzjoni tajba għall-kejl tal-vultaġġ.


ANNESS 4B

METODU TAL-KEJL TAR-REŻISTENZA TAL-IŻOLAMENT GĦAL TESTIJIET TAR-REESS ABBAŻI TAL-KOMPONENTI

1.   METODU TAL-KEJL

Il-kejl tar-reżistenza tal-iżolament għandu jitwettaq billi jintgħażel Metodu tal-kejl xieraq minn fost dawk elenkati fil-paragrafi 1.1 sa 1.2 ta' dan l-Anness, skont iċ-ċarġ elettriku tal-partijiet li fihom il-kurrent jew ir-reżistenza tal-iżolament, eċċ.

Jekk il-vultaġġ operattiv tal-apparat ittestjat (Vb, Figura 1) ma jkunx jista' jitkejjel (eż minħabba skonnettjar taċ-ċirkwit elettriku kkawżat mill-contactors prinċipali jew l-operazzjoni ta' fjus), it-test jista' jitwettaq b'apparat tal-ittestjar immodifikat biex jippermetti l-kejl tal-vultaġġi interni ('il fuq mill-contactors prinċipali).

Dawn il-modifiki m'għandhomx jinfluwenzaw ir-riżultati tat-test.

Il-medda taċ-ċirkwit elettriku li trid titkejjel għandha tiġi ċċarata minn qabel, bl-użu ta' dijagrammi ta' ċirkwiti elettriċi, eċċ. Jekk l-buses ta' vultaġġ għoli jkunu galvanikament iżolati minn xulxin, għandha titkejjel ir-reżistenza tal-iżolament għal kull ċirkwit elettriku.

Barra minn hekk, tista' ssir il-modifika meħtieġa għall-kejl tar-reżistenza tal-iżolament, bħal pereżempju billi jitneħħa l-għata biex jintlaħqu l-partijiet li fihom il-kurrent, il-ħażż ta' linji ta' kejl, it-tibdil fis-softwer, eċċ.

F'każijiet fejn il-valuri mkejla ma jkunux stabbli minħabba t-tħaddim tas-sistema ta' monitoraġġ tar-reżistenza tal-iżolament, eċċ., tista' ssir il-modifika meħtieġa għat-twettiq tal-kejl, bħal pereżempju li jitwaqqaf it-tħaddim tal-apparat ikkonċernat jew li jitneħħa. Barra minn hekk, meta jitneħħa l-apparat, għandu jiġi ppruvat, bl-użu ta' disinji eċċ., li ma tinbidilx ir-reżistenza tal-iżolament bejn il-partijiet li fihom il-kurrent u l-konnessjoni tal-ert indikata mill-manifattur bħala punt sabiex jitqabbad max-xażi elettriku meta jkun installat fuq il-vettura.

Għandha tingħata attenzjoni kbira fir-rigward ta' xi xort fiċ-ċirkwit, xokk elettriku, eċċ., billi din il-konferma tista' teħtieġ it-tħaddim dirett taċ-ċirkwit ta' vultaġġ għoli.

1.1.   Metodu tal-kejl bl-użu ta' vultaġġ minn sorsi esterni

1.1.1.   Strument tal-kejl

Għandu jintuża apparat tal-ittestjar tar-reżistenza tal-iżolament li kapaċi japplika vultaġġ DC ogħla mill-vultaġġ nominali tal-apparat ittestjat.

1.1.2.   Metodu tal-kejl

Strument tal-ittestjar tar-reżistenza tal-iżolament għandu jitwaħħal bejn il-partijiet li fihom il-kurrent u l-konnessjoni tal-ert. Imbagħad, għandha titkejjel ir-reżistenza tal-iżolament.

Jekk is-sistema jkollha diversi meded ta' vultaġġ (eż minħabba l-konvertitur ta' tqawwija) f'ċirkwit imqabbad galvanikament u xi wħud mill-komponenti ma jkunux jistgħu jifilħu l-vultaġġ operattiv taċ-ċirkwit sħiħ, ir-reżistenza tal-iżolament bejn dawk il-komponenti u l-konnessjoni tal-ert tista' titkejjel separatament bl-applikazzjoni ta' mill-anqas nofs il-vultaġġ operattiv tagħhom b'dawk il-komponenti skonnettjati.

1.2.   Metodu tal-kejl bl-użu tal-apparat ittestjat bħala sors ta' vultaġġ DC

1.2.1.   Kundizzjonijiet tat-test

Il-livell ta' vultaġġ tal-apparat ittestjat matul it-test għandu jkun tal-anqas il-vultaġġ operattiv nominali tal-apparat ittestjat.

1.2.2.   Strument tal-kejl

Il-voltmeter użat f'dan it-test għandu jkejjel il-valuri DC u għandu jkollu reżistenza interna ta' mill-anqas 10 MΩ.

1.2.3.   Metodu tal-kejl

1.2.3.1.   L-ewwel pass

Jitkejjel il-vultaġġ kif jidher fil-Figura 1 u jiġi rreġistrat il-vultaġġ operattiv tal-apparat ittestjat (Vb, Figura 1). Vb għandu jkun daqs jew ogħla mill-vultaġġ operattiv nominali tal-apparat ittestjat.

Figura 1

Image 17 Test ta 'immaġni

1.2.3.2.   It-tieni pass

Jitkejjel u jiġi rreġistrat il-vultaġġ (V1) bejn in-naħa negattiva tal-apparat ittestjat u l-konnessjoni tal-ert (Figura 1).

1.2.3.3.   It-tielet pass

Jitkejjel u jiġi rreġistrat il-vultaġġ (V2) bejn in-naħa pożittiva tal-apparat ittestjat u l-konnessjoni tal-ert (Figura 1).

1.2.3.4.   Ir-raba' pass

Jekk V1 ikun akbar minn jew daqs V2, tidaħħal reżistenza standard ta' valur magħruf (Ro) bejn in-naħa negattiva tal-apparat ittestjat u l-konnessjoni tal-ert. Bl-Ro installata, jitkejjel il-vultaġġ (V1′) bejn in-naħa negattiva tal-apparat ittestjat u l-konnessjoni tal-ert (ara l-Figura 2).

L-iżolament elettriku (Ri) jiġi kkalkolat skont il-formula li ġejja:

Ri = Ro × (Vb/V1′ – Vb/V1) jew Ri = Ro × Vb × (1/V1′ – 1/V1)

Figura 2

Image 18 Test ta 'immaġni

Jekk V2 ikun akbar minn V1, tiddaħħal reżistenza standard ta' valur magħruf (Ro) bejn in-naħa pożittiva tal-apparat ittestjat u l-konnessjoni tal-ert. Bl-Ro installata, jitkejjel il-vultaġġ (V2′) bejn in-naħa pożittiva tal-apparat ittestjat u l-konnessjoni tal-ert (ara l-Figura 3).

L-iżolament elettriku (Ri) jiġi kkalkolat skont il-formula li ġejja:

Ri = Ro × (Vb/V2′ – Vb/V2) jew Ri = Ro × Vb × (1/V2′ – 1/V2)

Figura 3

Image 19 Test ta 'immaġni

1.2.3.5.   Il-ħames pass

Il-valur tal-iżolament elettriku Ri (f'Ω) diviż bil-vultaġġ nominali tal-apparat ittestjat (f'Volts) jagħti r-reżistenza tal-iżolament (f'Ω/V).

Nota: Ir-reżistenza standard ta' valur magħruf Ro (f'Ω) għandha tkun il-valur tal-minimu meħtieġ tar-reżistenza tal-iżolament (f'Ω/V) immultiplikat bil-vultaġġ nominali tal-apparat ittestjat plus/minus 20 fil-mija (f'volts). Mhux meħtieġ li l-valur ta' Ro ikun eżatt daqs dan il-valur peress li l-ekwazzjonijiet huma validi għal kwalunkwe Ro; madankollu, valur Ro f'din il-medda għandu jipprovdi riżoluzzjoni tajba għall-kejl tal-vultaġġ.


ANNESS 5

METODU TA' KONFERMA TAT-TĦADDIM TAS-SISTEMA TA' MONITORAĠĠ TAR-REŻISTENZA TAL-IŻOLAMENT ABBORD IL-VETTURA

It-tħaddim tas-sistema ta' monitoraġġ tar-reżistenza tal-iżolament abbord il-vettura għandu jiġi kkonfermat bil-metodu li ġej:

Jiddaħħal resistor li ma jġiegħelx ir-reżistenza tal-iżolament bejn it-terminal li jkun qed jiġi monitorizzat u x-xażi elettriku tinżel taħt il-valur minimu meħtieġ ta' reżistenza tal-iżolament. It-twissija għandha tkun attivata.


ANNESS 6

PARTI 1

Karatteristiċi essenzjali ta' vetturi jew sistemi tat-triq

1.   ĠENERALI

1.1.   Il-marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …

1.2.   It-tip: …

1.3.   Il-kategorija tal-vettura: …

1.4.   Isem/ismijiet kummerċjali jekk disponibbli: …

1.5.   L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …

1.6.   Jekk applikabbli, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur: …

1.7.   Tpinġija u/jew ritratt tal-vettura: …

1.8.   Numru tal-approvazzjoni tar-REESS: …

1.9.   Il-kompartiment tal-passiġġieri: Iva/Le: (1)

1.10.   Stand ċentrali u/jew mal-ġenb: Iva/Le: (1)

2.   MUTUR ELETTRIKU (MUTUR TAT-TRAZZJONI)

2.1.   Tip (koljatura, eċitazzjoni): …

2.2.   Qawwa massima netta u/jew qawwa massima fi 30 minuta (kW): …

3.   REESS

3.1.   Isem kummerċjali u marka tar-REESS: …

3.2.   Indikazzjoni tat-tipi kollha ta' ċelluli: …

3.2.1.   Il-kimika taċ-ċelloli: …

3.2.2.   Qisien fiżiċi: …

3.2.3.   Kapaċità taċ-ċellola (Ah): …

3.3.   Deskrizzjoni jew tpinġija/tpinġijiet jew stampa/stampi tar-REESS li jispjegaw:

3.3.1.   Struttura: …

3.3.2.   Il-konfigurazzjoni (in-numru ta' ċelloli, il-mod ta' konnessjoni, eċċ.): …

3.3.3.   Dimensjonijiet: …

3.3.4.   Il-qoxra ta' barra (kostruzzjoni, materjali u qisien fiżiċi): …

3.4.   Speċifikazzjoni elettrika: …

3.4.1.   Vultaġġ nominali (V): …

3.4.2.   Vultaġġ operattiv (V): …

3.4.3.   Kapaċità nominali (Ah): …

3.4.4.   Kurrent massimu (A): …

3.5.   Rata tat-taħlit tal-gassijiet (f'perċentwal): …

3.6.   Deskrizzjoni jew tpinġija/tpinġijiet jew stampa/stampi tal-installazzjoni tar-REESS fil-vettura: …

3.6.1.   Appoġġ fiżiku: …

3.7.   Tip ta' ġestjoni termali …

3.8.   Kontroll elettroniku: …

4.   ĊELLULA TAL-FJUWIL (JEKK IKUN HEMM)

4.1.   Isem u marka kummerċjali taċ-ċellula tal-fjuwil: …

4.2.   Tipi ta' ċelluli tal-fjuwil: …

4.3.   Vultaġġ nominali (V): …

4.4.   Għadd ta' ċelloli: …

4.5.   Tip ta' sistema ta' tkessiħ (jekk ikun hemm): …

4.6.   Potenza massima (kW): …

5.   FUSE U/JEW CIRCUIT BREAKER

5.1.   It-tip: …

5.2.   Dijagramma li turi l-medda funzjonali: …

6.   FAXX TA' WAJERS GĦALL-ALIMENTAZZJONI

6.1.   It-tip: …

7.   PROTEZZJONI MINN XOKK ELETTRIKU

7.1.   Deskrizzjoni tal-kunċett ta' protezzjoni: …

8.   DATA ADDIZZJONALI

8.1.   Deskrizzjoni fil-qosor tal-installazzjoni tal-komponenti taċ-ċirkwit elettriku jew disinji/stampi li juru fejn tinsab l-installazzjoni tal-komponenti taċ-ċirkwit elettriku: …

8.2.   Dijagramma skematika tal-funzjonijiet elettriċi kollha inklużi fiċ-ċirkwit tal-elettriku: …

8.3.   Vultaġġ operattiv (V): …

8.4.   Deskrizzjonijiet tas-sistema għall-modalità/modalitajiet tas-sewqan bi prestazzjoni baxxa …

8.4.1.   Livell(i) tas-SOC tas-sistemi li għalihom huwa attivat it-tnaqqis tal-potenza, deskrizzjonijiet, raġunijiet …

8.4.2.   Deskrizzjonijiet tal-modalità.modalitajiet ta' potenza mnaqqsa u ta' modalità/modalitajiet simili tas-sistemi, raġunijiet …

PARTI 2

Karatteristiċi essenzjali tar-REESS

1.   REESS

1.1.   Isem kummerċjali u marka tar-REESS: …

1.2.   Indikazzjoni tat-tipi kollha ta' ċelluli: …

1.2.1.   Il-kimika taċ-ċelloli: …

1.2.2.   Qisien fiżiċi: …

1.2.3.   Kapaċità taċ-ċellola (Ah): …

1.3.   Deskrizzjoni jew tpinġija/tpinġijiet jew stampa/stampi tar-REESS li jispjegaw

1.3.1.   Struttura: …

1.3.2.   Il-konfigurazzjoni (in-numru ta' ċelloli, il-mod ta' konnessjoni, eċċ.): …

1.3.3.   Dimensjonijiet: …

1.3.4.   Il-qoxra ta' barra (kostruzzjoni, materjali u qisien fiżiċi): …

1.3.5.   Massa tar-REESS (kg): …

1.4.   Speċifikazzjoni elettrika

1.4.1.   Vultaġġ nominali (V): …

1.4.2.   Vultaġġ operattiv (V): …

1.4.3.   Kapaċità nominali (Ah): …

1.4.4.   Kurrent massimu (A): …

1.5.   Rata tat-taħlit tal-gassijiet (f'perċentwal): …

1.6.   Deskrizzjoni jew tpinġija/tpinġijiet jew stampa/stampi tal-installazzjoni tar-REESS fil-vettura: …

1.6.1.   Appoġġ fiżiku: …

1.7.   Tip ta' ġestjoni termali: …

1.8.   Kontroll elettroniku: …

1.9.   Kategorija ta' vetturi li fuqhom tista' tiġi installata r-REESS: …

PARTI 3

Karatteristiċi essenzjali ta' vetturi jew sistemi tat-triq b'xażi mqabbad ma' ċirkwiti elettriċi

1.   ĠENERALI

1.1.   Il-marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …

1.2.   It-tip: …

1.3.   Il-kategorija tal-vettura: …

1.4.   Isem/ismijiet kummerċjali jekk disponibbli: …

1.5.   L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …

1.6.   Jekk applikabbli, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur:

1.7.   Tpinġija u/jew ritratt tal-vettura: …

1.8.   Numru tal-approvazzjoni tar-REESS: …

1.9.   Il-kompartiment tal-passiġġieri: Iva / Le: (1)

1.10.   Stand ċentrali u/jew mal-ġenb: Iva / Le: (1)

2.   REESS

2.1.   Isem kummerċjali u marka tar-REESS: …

2.2.   Il-kimika taċ-ċelloli: …

2.3.   Speċifikazzjoni elettrika:

2.3.1.   Vultaġġ nominali (V): …

2.3.2.   Kapaċità nominali (Ah): …

2.3.3.   Kurrent massimu (A): …

2.4.   Rata tat-taħlit tal-gassijiet (f'perċentwal): …

2.5.   Deskrizzjoni jew tpinġija/tpinġijiet jew stampa/stampi tal-installazzjoni tar-REESS fil-vettura: …

3.   DATA ADDIZZJONALI

3.1.   Vultaġġ operattiv (V) taċ-ċirkwit AC: …

3.2.   Vultaġġ operattiv (V) taċ-ċirkwit DC: …


(1)  Ħassar dak li ma japplikax.


ANNESS 7

DETERMINAZZJONI TAL-EMISSJONIJIET TAL-IDROĠENU MATUL IL-PROĊEDURI GĦALL-IĊĊARĠJAR TAR-REESS

1.   INTRODUZZJONI

Dan l-anness jiddeskrivi l-proċedura għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tal-idroġenu matul il-proċeduri għall-iċċarġjar tar-REESS tal-vetturi kollha tat-triq, skont il-paragrafu 5.4 ta' dan ir-Regolament.

2.   DESKRIZZJONI TAT-TEST

It-test għall-emissjoni ta' idroġenu (il-Figura 7.1 tal-anness preżenti) isir sabiex jiġu determinati l-emissjonijiet tal-idroġenu waqt proċeduri għall-iċċarġjar tar-REESS biċ-ċarġer. It-test jikkonsisti fl-istadji li ġejjin:

(a)

Preparazzjoni tal-vettura/REESS,

(b)

Iddisċarġjar tar-REESS,

(c)

Determinazzjoni tal-emissjonijiet tal-idroġenu matul l-iċċarġjar normali,

(d)

Determinazzjoni tal-emissjonijiet tal-idroġenu matul l-iċċarġjar b'falliment taċ-ċarġer.

3.   TESTIJIET

3.1.   Test ibbażat fuq il-vettura

3.1.1.   Il-vettura għandha tkun f'kundizzjoni mekkanika tajba u tkun ġiet misjuqa għal mill-anqas 300 km matul is-sebat ijiem qabel it-test. Matul dan il-perjodu, il-vettura għandha tkum mgħammra bir-REESS soġġetta għat-test tal-emissjonijiet tal-idroġenu.

3.1.2.   Jekk ir-REESS tintuża b'temperatura ogħla mit-temperatura tal-arja, l-operatur għandu jsegwi l-proċeduri tal-manifattur sabiex it-temperatura tar-REESS tinżamm fil-medda ta' temperaturi għat-tħaddim normali.

Ir-rappreżentant tal-manifattur għandu jkollu l-kapaċità li jiċċertifika li s-sistema għall-ikkundizzjonar tat-temperatura tar-REESS la għandha l-ħsara u lanqas mhi turi xi difett fil-kapaċità.

3.2.   Test ibbażat fuq il-komponenti

3.2.1.   Ir-REESS għandha tkun f'kundizzjoni mekkanika tajba u tkun ġiet soġġetta għal minimu ta' 5 ċikli standard (kif speċifikat fl-Anness 8, Appendiċi 1).

3.2.2.   Jekk ir-REESS tintuża f'temperatura ogħla mit-temperatura ambjentali, l-operatur għandu jsegwi l-proċedura tal-manifattur sabiex it-temperatura tar-REESS tinżamm fil-medda tal-funzjonament normali tagħha.

Ir-rappreżentant tal-manifattur għandu jkun kapaċi jiċċertifika li s-sistema tal-kundizzjonament tat-temperatura tar-REESS la jkollha ħsara u lanqas tippreżenta xi difett fil-kapaċità

Figura 7.1

Determinazzjoni tal-emissjonijiet tal-idroġenu matul il-proċeduri għall-iċċarġjar tar-REESS

Image 20

Test tal- emissjoni tal-idroġenu matul il-falliment taċ-ċarġer Temperatura ambjentali ta'293 K ± 2 K

12 sa 36 h

12 sa 36 h

Massimu 2 minuti wara l-konnessjoni mal-menjs

Massimu 2 minuti wara l-konnessjoni mal-mejns

Preparazzjoni tal-Vettura/REESS (Jekk meħtieġ)

Test ta' emissjoni tal-idroġenu matul l-iċċarġjar normali

Massimu 15-il minuta

Massimu 7 ijiem

Massimu 7 ijiem

Massimu 15-il minuta

Immersjoni

Disċarġjar tar-REESS Temperatura ambjent ta' 293 sa 303

Immersjoni

Disċarġjar tar-REESS Temperatura ambjentali ta' 293 sa 303

BIDU

TMIEM

4.   TAGĦMIR TAL-ITTESTJAR GĦAT-TEST TAL-EMISSJONIJIET TAL-IDROĠENU

4.1.   Kompartiment għall-kejl tal-emissjoni tal-idroġenu

Il-kompartiment għall-kejl tal-emissjoni tal-idroġenu għandu jkun kamra ssiġillata biex ma jgħaddix gass, li fiha toqgħod il-vettura/REESS li qed tiġi ttestjata. Il-vettura/REESS għandha tkun aċċessibbli min-naħat kollha u l-kompartiment, meta jiġi ssiġillat għandu jkun b'tali mod li ma jgħaddux gassijiet skont l-Appendiċi 1 ta' dan l-anness. Il-wiċċ ta' ġewwa tal-kompartiment għandu jkun impermeabbli u ma juri l-ebda reazzjoni mal-idroġenu. Is-sistema għall-ikkundizzjonar tat-temperatura għandha tkun kapaċi tikkontrolla t-temperatura tal-arja interna ġewwa l-kompartiment b'tali mod li matul it-test tinżamm it-temperatura preskritta, b'toleranza medja ta' ± 2 K matul it-test kollu.

Biex jiġi akkomodat it-tibdil fil-volum minħabba l-emissjonijiet tal-idroġenu fil-kompartiment, jista' jintuża apparat tal-ittestjar b'volum varjabbli inkella kwalunkwe tagħmir tal-ittestjar ieħor. Il-kompartiment b'volum varjabbli jespandi u jiċkien skont l-emissjonijiet tal-idroġenu fil-kompartiment. Żewġ mezzi possibbli biex ikunu jistgħu jiġu akkomodati t-tibdiliet fil-volum intern huma pannelli li jiċċaqalqu, jew struttura fil-forma ta' minfaħ, fejn boroż impermeabbli ġewwa l-kompartiment jespandu u jiċkienu skont it-tibdil tal-pressjoni interna billi jseħħ skambju tal-arja minn barra l-kompartiment. Kwalunkwe disinn maħsub biex jiġi akkomodat it-tibdil tal-volum għandu jżomm l-integrità tal-kompartiment kif speċifikat fl-Appendiċi 1 ta' dan l-anness.

Kull metodu għall-addattament tal-volum għandu jillimita d-differenzjal bejn il-pressjoni interna tal-kompartiment u l-pressjoni barometrika għall-valur massimu ta' ±5hPa.

Il-kompartiment għandu jkun jista' jintrabat ma' volum fiss. kompartiment b'volum varjabbli għandu jkun kapaċi jakkomoda bidla mill-“volum nominali” tiegħu (ara l-Anness 7, l-Appendiċi 1, il-paragrafu 2.1.1), biex jiġu kkunsidrati l-emissjonijiet tal-idroġenu matul l-ittestjar.

4.2.   Sistemi analitiċi

4.2.1.   Analizzatur tal-idroġenu

4.2.1.1.   L-atmosfera fil-kamra tiġi ssorveljata permezz ta' analizzatur tal-idroġenu (tat-tip ta' diteketer elettrokimiku) jew kromatografu li jidditektja l-konduttività termali. Għandu jinġibed kampjun tal-gass mill-punt tan-nofs ta' ħajt tal-ġenb jew tas-saqaf tal-kompartiment u kull parti tal-fluss li ma tintużax għandha tiġi rritornata lejn il-kompartiment, preferibbilment lejn punt eżatt 'l isfel mill-fann tat-taħlit.

4.2.1.2.   L-analizzatur tal-idroġenu għandu jkollu ħin tar-reazzjoni ta' inqas minn 10 sekondi għal 90 fil-mija tal-aħħar qari. L-istabbilità tiegħu għandha tkun ogħla minn 2 fil-mija tal-iskala kollha fil-punt żero u ta' 80 fil-mija ± 20 fil-mija tal-iskala kollha, fuq perjodu ta' 15-il minuta għal-limiti operazzjonali kollha.

4.2.1.3.   Ir-ripetibbiltà tal-analizzatur espressa bħala devjazzjoni standard waħda għandha tkun ta' aktar minn 1 fil-mija tal-iskala kollha fil-punt żero u ta' 80 fil-mija ± 20 fil-mija tal-iskala kollha għal-limiti kollha użati.

4.2.1.4.   Il-meded operazzjonali tal-analizzatur għandhom jintgħażlu biex jagħtu l-aqwa riżoluzzjoni fil-proċeduri tal-kejl, tal-kalibrazzjoni u tal-iċċekkjar għat-tnixxijiet.

4.2.2.   Sistema għar-reġistrazzjoni tad-data mill-analizzatur tal-idroġenu

L-analizzatur tal-idroġenu għandu jkun mgħammar b'tagħmir li jirreġistra l-output tas-sinjali elettriċi, bi frekwenza ta' mill-inqas darba kull minuta. Is-sistema tar-reġistrazzjoni għandu jkollha karatteristiċi operattivi tal-anqas ekwivalenti għas-sinjal li jkun qed jiġi rreġistrat u għandha tipprovdi rekord permanenti tar-riżultati. Ir-reġistrazzjoni għandha tindika b'mod ċar il-bidu u t-tmiem tat-test tal-iċċarġjar normali u ta' operazzjoni tal-iċċarġjar falluta.

4.3.   Reġistrar tat-temperatura

4.3.1.   It-temperatura fil-kompartiment tiġi reġistrata f'żewġ punti permezz ta' sensers tat-temperatura li jkunu konnessi sabiex juru valur medju. Il-punti tal-kejl fil-kompartiment huma estiżi bejn wieħed u ieħor 0,1 m mil-linja ċentrali vertikali ta' kull ħajt tal-ġenb f'għoli ta' 0,9 ± 0,2 m.

4.3.2.   It-temperaturi viċin iċ-ċelloli jiġu rreġistrati permezz tas-sensers.

4.3.3.   Waqt il-kejlijiet tal-emissjoni ta' idroġenu, it-temperaturi għandhom jiġu reġistrati bi frekwenza ta' mill-inqas darba kull minuta.

4.3.4.   L-akkuratezza tas-sistema għar-reġistrazzjoni tat-temperaturi għandha tkun fil-limitu ta' ± 1,0 K u t-temperatura għandu jkollha riżoluzzjoni sa ± 0,1 K.

4.3.5.   Is-sistema tar-reġistrazzjoni jew tal-ipproċessar tad-data għandu jkollha riżoluzzjoni tal-ħin bi preċiżjoni ta' ± 15-il sekonda.

4.4.   Reġistrar tal-pressjoni

4.4.1.   Matul il-kejl tal-emissjoni tal-idroġenu, id-differenza Dp bejn il-pressjoni barometrika fiż-żona tal-ittestjar u l-pressjoni interna fil-kompartiment għandha tiġi rreġistrata bi frekwenza ta' mill-inqas darba kull minuta.

4.4.2.   L-akkuratezza tas-sistema tar-reġistrazzjoni tal-pressjoni għandha tkun fil-limitu ta' ± 2 hPa u l-pressjoni għandu jkun jista' jkollha riżoluzzjoni ta' ± 0,2 hPa.

4.4.3.   Is-sistema tar-reġistrazzjoni jew tal-ipproċessar tad-data għandu jkollha riżoluzzjoni tal-ħin bi preċiżjoni ta' ± 15-il sekonda.

4.5.   Reġistrazzjoni tal-vultaġġ u tal-intensità tal-kurrent

4.5.1.   Matul il-kejl tal-emissjoni tal-idroġenu, il-vultaġġ tal-iċċarġjar u l-intensità tal-kurrent (tal-batterija) għandha tiġi rreġistrata bi frekwenza ta' mill-inqas darba kull minuta.

4.5.2.   L-akkuratezza tas-sistema tar-reġistrazzjoni għandha tkun fil-limitu ta' ±1 V u l-vultaġġ għandu jkun jista' jkollu riżoluzzjoni sa ± 0.1 V.

4.5.3.   L-akkuratezza tas-sistema tar-reġistrazzjoni tal-intensità tal-kurrent għandha tkun fil-limitu ta' ± 0,5 A u l-intensità tal-kurrent tkun tista' tiġi riżoluta għal ± 0,05 A.

4.5.4.   Is-sistema li tirrekordja jew li tipproċessa d-data għandu jkollha kapaċità tar-riżoluzzjoni tal-ħin sa ±15-il sekonda.

4.6.   Fannijiet

Il-kamra għandha tkun mgħammra b'fann jew blower wieħed jew aktar b'ċirkolazzjoni possibbli ta' 0,1 sa 0,5 m3/sekonda biex l-atmosfera fil-kompartiment tiġi imħallta kompletament. Matul il-kejl għandu jkun possibbli li fil-kamra jintlaħqu temperatura u konċentrazzjoni ta' idroġenu omoġenji. Il-vettura fil-kompartiment ma għandhiex tiġi sottoposta għal kurrent dirett tal-arja mill-fannijiet jew mill-blowers.

4.7.   Gassijiet

4.7.1.   Il-gassijiet puri li ġejjin għandhom ikunu disponibbli għall-kalibrazzjoni u t-tħaddim:

(a)

Arja sintetika purifikata (purità < 1 ppm C1 ekwivalenti; < 1 ppm CO; < 400 ppm CO2; < 0,1 ppm NO ); kontenut tal-ossiġnu bejn 18 u 21 fil-mija tal-volum,

(b)

Idroġenu (H2 ), 99,5 fil-mija purità minima.

4.7.2.   Il-gassijiet tal-kalibrazzjoni u l-gassijiet tar-regolar għandu jkun fihom taħlitiet ta' idroġenu (H2) u arja sintetika purifikata. Il-konċentrazzjonijiet proprji ta' gass tal-kalibrazzjoni għandhom jkunu fil-limitu ta' ± 2 fil-mija tal-valuri nominali. L-akkuratezza tal-gassijiet dilwiti miksuba meta jintuża separatur tal-gassijiet għandha tkun fil-limitu ta' ± 2 fil-mija tal-valur nominali. Il-konċentrazzjonijiet speċifikati fl-Appendiċi 1 jistgħu jiġu jinkisbu permezz ta' separatur tal-gassijiet li juża arja sintetika bħala gass ta' dilwizzjoni.

5.   PROĊEDURA TAT-TEST

It-test jikkonsisti fil-ħames stadji li ġejjin:

(a)

Preparazzjoni tal-vettura/ tar-REESS;

(b)

Iddisċarġjar tar-REESS;

(c)

Determinazzjoni ta' emissjonijiet tal-idroġenu waqt iċċarġjar normali;

(d)

Iddisċarġjar tal-batterija tat-trazzjoni;

(e)

Determinazzjoni tal-emissjonijiet tal-idroġenu matul l-iċċarġjar b'falliment taċ-ċarġer.

Jekk ikun meħtieġ li l-vettura/REESS tiġi mċaqalqa bejn żewġ stadji, għandha tiġi mmbuttata lejn iż-żona tal-ittestjar li jmiss.

5.1.   Test ibbażat fuq il-vettura

5.1.1.   Preparazzjoni tal-vettura

It-tiqdim tar-REESS għandu jiġi ċċekkjat, sabiex jiġi ppruvat li l-vettura għamlet mill-inqas 300 km matul is-sebat ijiem ta' qabel it-test. Waqt dan il-perjodu, il-vettura għandha tiġi mgħammra b'batterija tat-trazzjoni sottomessa għal test għall-emissjoni ta' idroġenu. Jekk dan ma jistax jintwera, għandha tiġi applikata l-proċedura li ġejja.

5.1.1.1.   Iddisċarġjar u ċċarġjar inizjali tar-REESS

Il-proċedura tibda bl-iddisċarġjar tar-REESS tal-vettura filwaqt li tinstaq għal 30 minuta fuq korsa tal-ittestjar b'veloċità stabbli ta' 70 fil-mija ± 5 fil-mija tal-veloċità massima tal-vettura.

L-iddisċarġjar jitwaqqaf:

(a)

Meta l-vettura ma tkun tista' tiġri b'veloċita ta' 65 fil-mija tal-veloċità massima waqt it-30 minuta, jew

(b)

Meta tingħata indikazzjoni lis-sewwieq permezz tal-istrumenti standard abbord il-vettura biex iwaqqaf il-vettura, jew

(c)

Wara li tkun kopriet distanza ta' 100 km.

5.1.1.2.   Iċċarġjar inizjali tar-REESS

L-iċċarġjar isir:

(a)

Biċ-ċarġer;

(b)

f'temperatura tal-arja bejn 293 K u 303 K.

Il-proċedura teskludi kull tip ta' ċarġer estern.

It-tmiem tal-kriterji għall-iċċarġjar tar-REESS jikkorrispondi għall-waqfien awtomatiku taċ-ċarġer.

Din il-proċedura tinkludi kull tip ta' ċċarġjar speċjali li jista' jinbeda b'mod awtomatiku jew manwali, pereżempju ċarġjar ta' ekwalizzazzjoni jew ċarġjar ta' manutenzjoni.

5.1.1.3.   Il-proċedura minn paragrafu 5.1.1.1 u l-paragrafu 5.1.1.2 għandha tiġi ripetuta darbtejn.

5.1.2.   Iddisċarġjar tar-REESS

Ir-REESS tiġi ddisċarġjata waqt is-sewqan fuq il-korsa għall-ittestjar b'veloċita standard ta' 70 fil-mija ± 5 fil-mija tal-veloċità massima tal-vettura waqt it-30 minuta.

Id-disċarġjar jitwaqqaf:

(a)

Meta tingħata indikazzjoni lis-sewwieq permezz tal-istrumenti standard abbord il-vettura biex iwaqqaf il-vettura, jew

(b)

Meta l-veloċità massima tal-vettura tkun inqas minn 20 km/h.

5.1.3.   Immersjoni

Fi żmien 15-il minuta mit-tlestija tal-operazzjoni għall-iddisċarġjar tal-batterija fil-paragrafu 5.2., il-vettura tiġi pparkjata fiż-żona tal-immersjoni. Il-vettura tiġi pparkjata għal minimu ta' 12-il siegħa u għal massimu ta' 36 siegħa, bejn it-tmiem tal-iddisċarġjar tal-batterija tat-trazzjoni u l-bidu tat-test għall-emissjoni ta' idroġenu waqt iċċarġjar normali. Għal dan il-perjodu l-vettura għandha tiġi immersa b'temperatura ta' 293 K ± 2 K.

5.1.4.   Test tal-emissjoni ta' idroġenu matul l-iċċarġjar normali

5.1.4.1.   Qabel tmiem il-perjodu tal-immersjoni, il-kompartiment tal-kejl għandu jissaffa għal diversi minuti sakemm jinkiseb sfond ta' idroġenu stabbli. Il-fann(ijiet) tat-taħlit tal-kompartiment ukoll għandhom jinxtegħlu f'dan il-ħin.

5.1.4.2.   L-analizzattur tal-idroġenu għandu jiġi ssettjat għaż-żero u soġġett għal kalibrazzjoni tal-ispan immedjatament qabel it-test.

5.1.4.3.   Fl-aħħar tal-immersjoni, il-vettura tat-test bil-magna mitfija u bit-twieqi u l-kompartiment tal-bagalji tal-vettura għall-ittestjar miftuħa għandha tiġi mċaqilqa lejn il-kamra tal-kejl.

5.1.4.4.   Il-vettura għandha titqabbad mal-mejns. Ir-REESS tiġi ċċarġjata skont il-proċedura normali tal-iċċarġjar kif speċifikat fil-paragrafu 5.1.4.7 aktar 'l isfel.

5.1.4.5.   Il-bibien tal-kompartiment jiġu magħluqa u ssiġillati biex ma jgħaddix gass fi żmien żewġ minuti mill-konnessjoni elettrika fl-istadju tal-iċċarġjar normali.

5.1.4.6.   Il-bidu ta' iċċarġjar normali għall-perjodu tal-ittestjar għall-emissjoni tal-idroġenu jibda meta l-kamra tiġi ssiġillata. Il-konċentrazzjoni tal-idroġenu, it-temperatura u l-pressjoni barometrika jiġu mkejla biex jingħata l-qari inizjali CH2i, Ti u Pi għat-test tal-iċċarġjar normali.

Dawn iċ-ċifri jintużaw fil-kalkolu tal-emissjoni tal-idroġenu (paragrafu 6 ta' dan l-anness). It-temperatura ambjentali T fil-kompartiment ma għandhiex tkun anqas minn 291 K u mhux aktar minn 295 K matul il-perjodu tal-iċċarġjar normali.

5.1.4.7.   Proċedura tal-ċċarġjar normali

L-iċċarġjar normali jsir permezz ta' ċarġer u jikkonsisti mill-istadji li ġejjin:

(a)

Iċċarġjar b'alimentazzjoni kostanti tal-enerġija matul t1;

(b)

Iċċarġjar żejjed b'kurrent kostanti matul t2. L-intensità tal-iċċarġjar żejjed tiġi speċifikata mill-manifattur u tikkorrispondi għal dik użata matul l-iċċarġjar ta' ekwalizzazzjoni.

It-tmiem tal-kriterji tal-iċċarġjar tar-REESS jikkorrispondi għat-twaqqif awtomatiku miċ-ċarġer għall-ħin tal-iċċarġjar ta' t1 + t2. Dan il-ħin tal-iċċarġjar huwa limitat għal t1 + 5 s, anki jekk tingħata indikazzjoni ċara lis-sewwieq permezz ta' strumenti standard li l-batterija għad mhix totalment iċċarġjata.

5.1.4.8.   L-analizzattur tal-idroġenu għandu jiġi ssettjat għaż-żero u soġġett għal kalibrazzjoni tal-ispan immedjatament qabel tmiem it-test.

5.1.4.9.   It-tmiem tal-perjodu tal-kampjunar tal-emissjonijiet iseħħ f' t1 + t2 jew t1 + 5 sigħat wara l-bidu tal-kampjunar inizjali, kif speċifikat fil-paragrafu 5.1.4.6 ta' dan l-anness. Il-ħinijiet differenti li jgħaddu jiġu rreġistrati. Il-konċentrazzjoni tal-idroġenu, it-temperatura u l-pressjoni barometrika jiġu mkejla biex jagħtu l-qari finali CH2f, Tf u Pf għat-test tal-iċċarġjar normali, użati għall-kalkolu msemmi fil-paragrafu 6 ta' dan l-anness.

5.1.5.   Test tal-emissjonijiet tal-idroġenu b'falliment taċ-ċarġer

5.1.5.1.   Fi żmien massimu ta' sebat ijiem minn wara t-tlestija tat-test preċedenti, il-proċedura tibda bl-iddisċarġjar tar-REESS tal-vettura skont il-paragrafu 5.1.2 ta' dan l-anness.

5.1.5.2.   Il-passi tal-proċedura msemmija fil-paragrafu 5.1.3 ta' dan l-anness għandhom jiġu ripetuti.

5.1.5.3.   Qabel tmiem il-perjodu tal-immersjoni, il-kompartiment tal-kejl għandu jissaffa għal diversi minuti sakemm jinkiseb sfond ta' idroġenu stabbli. Il-fann(ijiet) tat-taħlit tal-kompartiment ukoll għandhom jinxtegħlu f'dan il-ħin.

5.1.5.4.   L-analizzattur tal-idroġenu għandu jiġi ssettjat għaż-żero u soġġett għal kalibrazzjoni tal-ispan immedjatament qabel it-test.

5.1.5.5.   Fl-aħħar tal-immersjoni, il-vettura tat-test bil-magna mitfija u bit-twieqi u l-kompartiment tal-bagalji tal-vettura għall-ittestjar miftuħa għandha tiġi mċaqilqa lejn il-kamra tal-kejl.

5.1.5.6.   Il-vettura għandha titqabbad mal-mejns. Ir-REESS tiġi ċċarġjata skont il-proċedura tal-falliment tal-iċċarġjar kif speċifikata fil-paragrafu 5.1.5.9 aktar 'l isfel.

5.1.5.7.   Fi żmien żewġ minuti mill-konnessjoni elettrika fl-istadju tal-iċċarġjar fallut, il-bibien tal-kompartiment jingħalqu u jiġu ssiġillati biex ma jgħaddux gassijiet minnhom.

5.1.5.8.   L-istadju tal-iċċarġjar fallut għall-perjodu tal-ittestjar tal-emissjonijiet tal-idroġenu jibda meta l-kompartiment jiġi ssiġillat. Il-konċentrazzjoni tal-idroġenu, it-temperatura u l-pressjoni barometrika jiġu mkejla biex jingħata l-qari inizjali CH2i, Ti u Pi għat-test tal-iċċarġjar fallut.

Dawn iċ-ċifri jintużaw fil-kalkolu tal-emissjoni tal-idroġenu (paragrafu 6 ta' dan l-anness). It-temperatura ambjentali fil-kompartiment T, ma għandhiex tkun anqas minn 291 K u mhux aktar minn 295 K waqt il-perjodu tal-falliment tal-iċċarġjar.

5.1.5.9.   Proċedura tal-falliment tal-iċċarġjar

Il-falliment tal-iċċarġjar isir b'ċarġer xieraq u jikkonsisti mill-istadji li ġejjin:

(a)

Iċċarġjar b'alimentazzjoni kostanti tal-enerġija matul t′1;

(b)

Iċċarġjar b'kurrent massimu kif irrakkomandat mill-manifattur, għal 30 minuta. Matul din il-fażi, iċ-ċarġer għandu jforni kurrent massimu kif rakkomandat mill-manifattur.

5.1.5.10.   L-analizzattur tal-idroġenu għandu jiġi ssettjat għaż-żero u soġġett għal kalibrazzjoni tal-ispan immedjatament qabel tmiem it-test.

5.1.5.11.   It-tmiem tal-perjodu tal-ittestjar iseħħ t′1 + 30 minuta wara l-bidu tal-kampjunar inizjali, kif speċifikat fil-paragrafu 5.1.5.8 aktar 'il fuq. Il-ħinijiet li jgħaddu jiġu rreġistrati. Il-konċentrazzjoni tal-idroġenu, it-temperatura u l-pressjoni barometrika jiġu mkejla biex jagħtu l-qari finali CH2f, Tf u Pf għat-test tal-falliment tal-iċċarġjar, użati għall-kalkolu msemmi fil-paragrafu 6 ta' dan l-anness.

5.2.   Test ibbażat fuq il-komponenti

5.2.1.   Preparazzjoni tar-REESS

It-tiqdim tar-REESS għandu jiġi ċċekkjat, biex jiġi kkonfermat li r-REESS tkun għamlet mill-anqas 5 ċikli standard (kif speċifikat fl-Anness 8, Appendiċi 1).

5.2.2.   Iddisċarġjar tar-REESS

Ir-REESS tiġi ddisċarġjata għal 70 fil-mija ± 5 fil-mija tal-potenza nominali tas-sistema.

It-twaqqif tal-iddisċarġjar iseħħ meta jintlaħaq l-istat ta' ċarġ minimu kif speċifikat mill-manifattur.

5.2.3.   Immersjoni

Fi żmien 15-il minuta mit-tmiem tal-operazzjoni ta' ddisċarġjar tar-REESS speċifikata fil-paragrafu 5.2.2 aktar 'il fuq, u qabel il-bidu tat-test tal-emissjonijiet tal-idroġenu, ir-REESS għandha tiġi immersa f'temperatura ta' 293 K ± 2 K għal perjodu minimu ta' 12-il siegħa u għal perjodu ta' mhux aktar minn 36 siegħa.

5.2.4.   Test tal-emissjoni ta' idroġenu matul l-iċċarġjar normali

5.2.4.1.   Qabel ma jitlesta l-perjodu ta' immersjoni tar-REESS, il-kompartiment tal-kejl għandu jissaffa għal diversi minuti sakemm jinkiseb sfond ta' idroġenu stabbli. Il-fann(ijiet) tat-taħlit tal-kompartiment ukoll għandhom jinxtegħlu f'dan il-ħin.

5.2.4.2.   L-analizzattur tal-idroġenu għandu jiġi ssettjat għaż-żero u soġġett għal kalibrazzjoni tal-ispan immedjatament qabel it-test.

5.2.4.3.   Fl-aħħar tal-immersjoni, ir-REESS għandha tiddaħħal fil-kompartiment tal-kejl.

5.2.4.4.   Ir-REESS għandha tiġi ċċarġjata skont il-proċedura tal-iċċarġjar normali kif speċifikat fil-paragrafu 5.2.4.7 aktar 'l isfel.

5.2.4.5.   Il-kompartiment għandu jiġi magħluq u ssiġillat biex ma jgħaddix gass minnu fi żmien żewġ minuti mill-konnessjoni elettrika fl-istadju tal-iċċarġjar normali.

5.2.4.6.   L-istadju tal-iċċarġjar normali għall-perjodu tat-test tal-emissjoni tal-idroġenu għandu jibda meta l-kompartiment jiġi ssiġillat. Il-konċentrazzjoni tal-idroġenu, it-temperatura u l-pressjoni barometrika jiġu mkejla biex jingħata l-qari inizjali CH2i, Ti u Pi għat-test tal-iċċarġjar normali.

Dawn iċ-ċifri jintużaw fil-kalkolu tal-emissjoni tal-idroġenu (paragrafu 6 ta' dan l-anness). It-temperatura ambjentali T fil-kompartiment ma għandhiex tkun anqas minn 291 K u mhux aktar minn 295 K matul il-perjodu tal-iċċarġjar normali.

5.2.4.7.   Proċedura tal-iċċarġjar normali

L-iċċarġjar normali jitwettaq b'ċarġer xieraq u jikkonsisti fl-istadji li ġejjin:

(a)

Iċċarġjar b'alimentazzjoni kostanti tal-enerġija matul t1;

(b)

Iċċarġjar żejjed b'kurrent kostanti matul t2. L-intensità tal-iċċarġjar żejjed tiġi speċifikata mill-manifattur u tikkorrispondi għal dik użata matul l-iċċarġjar ta' ekwalizzazzjoni.

It-tmiem tal-kriterji tal-iċċarġjar tar-REESS jikkorrispondi għat-twaqqif awtomatiku miċ-ċarġer għall-ħin tal-iċċarġjar ta' t1 + t2. Dan il-ħin tal-iċċarġjar huwa limitat għal t1 + 5 s, anki jekk tingħata indikazzjoni ċara permezz ta' strumenti standard li l-batterija għad mhix totalment iċċarġjata.

5.2.4.8.   L-analizzattur tal-idroġenu għandu jiġi ssettjat għaż-żero u soġġett għal kalibrazzjoni tal-ispan immedjatament qabel tmiem it-test.

5.2.4.9.   It-tmiem tal-perjodu tal-kampjunar tal-emissjonijiet iseħħ f' t1 + t2 jew t1 + 5 sigħat wara l-bidu tal-kampjunar inizjali, kif speċifikat fil-paragrafu 5.2.4.6. hawn fuq. Il-ħinijiet differenti li jgħaddu jiġu rreġistrati. Il-konċentrazzjoni tal-idroġenu, it-temperatura u l-pressjoni barometrika jiġu mkejla biex jagħtu l-qari finali CH2f, Tf u Pf għat-test tal-iċċarġjar normali, użati għall-kalkolu msemmi fil-paragrafu 6 ta' dan l-anness

5.2.5.   Test tal-emissjonijiet tal-idroġenu b'falliment taċ-ċarġer

5.2.5.1.   Il-proċedura tat-test għandha tibda fi żmien massimu ta' sebat ijiem wara li jkun tlesta t-test imsemmi fil-paragrafu 5.2.4 aktar 'il fuq, il-proċedura għandha tibda bid-disċarġjar tar-REESS tal-vettura skont il-paragrafu 5.2.2 aktar 'il fuq.

5.2.5.2.   Il-passi tal-proċedura msemmija fil-paragrafu 5.2.3 aktar 'il fuq għandhom jiġu ripetuti.

5.2.5.3.   Qabel tmiem il-perjodu tal-immersjoni, il-kompartiment tal-kejl għandu jissaffa għal diversi minuti sakemm jinkiseb sfond ta' idroġenu stabbli. Il-fann(ijiet) tat-taħlit tal-kompartiment ukoll għandhom jinxtegħlu f'dan il-ħin.

5.2.5.4.   L-analizzattur tal-idroġenu għandu jiġi ssettjat għaż-żero u soġġett għal kalibrazzjoni tal-ispan immedjatament qabel it-test.

5.2.5.5.   Fl-aħħar tal-immersjoni, ir-REESS għandha tiddaħħal fil-kompartiment tal-kejl.

5.2.5.6.   Ir-REESS għandha tiġi ċċarġjata skont il-proċedura tal-iċċarġjar fallut kif speċifikata fil-paragrafu 5.2.5.9 aktar 'l isfel.

5.2.5.7.   Il-kompartiment għandu jiġi magħluq u ssiġillat biex ma jgħaddix gass fi żmien żewġ minuti mill-konnessjoni elettrika fl-istadju tal-iċċarġjar fallut.

5.2.5.8.   L-istadju tal-iċċarġjar fallut għall-perjodu tal-ittestjar tal-emissjonijiet tal-idroġenu jibda meta l-kompartiment jiġi ssiġillat. Il-konċentrazzjoni tal-idroġenu, it-temperatura u l-pressjoni barometrika jiġu mkejla biex jingħata l-qari inizjali CH2i, Ti u Pi għat-test tal-iċċarġjar fallut.

Dawn iċ-ċifri jintużaw fil-kalkolu tal-emissjoni tal-idroġenu (paragrafu 6 ta' dan l-anness). It-temperatura ambjentali fil-kompartiment T, ma għandhiex tkun anqas minn 291 K u mhux aktar minn 295 K waqt il-perjodu tal-falliment tal-iċċarġjar.

5.2.5.9.   Proċedura tal-falliment tal-iċċarġjar

Il-falliment tal-iċċarġjar jsir b'ċarġer xieraq u jikkonsisti fiż-żewġ passi li ġejjin:

(a)

Iċċarġjar b'alimentazzjoni kostanti tal-enerġija matul t′1,

(b)

Iċċarġjar b'kurrent massimu kif irrakkomandat mill-manifattur, għal 30 minuta. Matul din il-fażi, iċ-ċarġer għandu jforni kurrent massimu kif rakkomandat mill-manifattur.

5.2.5.10.   L-analizzattur tal-idroġenu għandu jiġi ssettjat għaż-żero u soġġett għal kalibrazzjoni tal-ispan immedjatament qabel tmiem it-test.

5.2.5.11.   It-tmiem tal-perjodu tal-ittestjar iseħħ t′1 + 30 minuta wara l-bidu tal-kampjunar inizjali, kif speċifikat fil-paragrafu 5.2.5.8 aktar 'il fuq. Il-ħinijiet li jgħaddu jiġu rreġistrati. Il-konċentrazzjoni tal-idroġenu, it-temperatura u l-pressjoni barometrika jiġu mkejla biex jagħtu l-qari finali CH2f, Tf u Pf għat-test tal-falliment tal-iċċarġjar, użat għall-kalkolu fil-paragrafu 6 hawn isfel.

6.   KALKOLU

It-testijiet għall-emissjoni ta' idroġenu deskritti fil-paragrafu 5. hawn fuq jippermettu l-kalkolu tal-emissjoni tal-idroġenu mill-iċċarġjar normali u mill-fażijiet tal-falliment tal-iċċarġjar. L-emissjonijiet tal-idroġenu minn kull wieħed minn dawn il-fażijiet jiġu kkalkulati bl-użu tal-konċentrazzjonijiet inizjali u finali tal-idroġenu, mit-temperaturi u mill-pressjoni fil-kompartiment flimkien mal-volum nett fil-kompartiment.

Tintuża l-formula ta' hawn taħt:

Formula

Fejn:

MH2

=

massa tal-idroġenu, fi grammi

CH2

=

il-konċentrazzjoni tal-idroġenu mkejla fil-kompartiment f'ppm tal-volum

V

=

il-volum nett tal-kompartiment f'metri kubu (m3), ikkoreġut skont il-volum tal-vettura, bit-twieqi u l-kompartiment tal-bagalji miftuħa. Jekk il-volum tal-vettura mhuwiex determinat jiġi mnaqqas volum ta' 1,42 m3.

Vout

=

volum għall-kumpens f'm3, għat-temperatura tal-ittestjar u l-pressjoni

T

=

it-temperatura tal-arja fil-kamra, f'K

P

=

il-pressjoni assoluta fil-kompartiment, f'kPa

k

=

2,42

Fejn:

 

i huwa l-qari inizjali

 

f huwa l-qari finali

6.1.   Riżultati tat-test

L-emissjonijiet tal-massa tal-idroġenu għar-REESS huma:

 

MN = l-emissjonijiet tal-massa tal-idroġenu għat-test b'iċċarġjar normali, fi grammi

 

MD = l-emissjonijiet tal-massa tal-idroġenu għat-test tal-falliment tal-iċċarġjar, fi grammi

APPENDIĊI 1

KALIBRAZZJONI TAT-TAGĦMIR GĦALL-ITTESTJAR TAL-EMISSJONIJIET TAL-IDROĠENU

1.   FREKWENZA U METODI TA' KALIBRAZZJONI

It-tagħmir kollu għandu jiġi kkalibrat qabel jintuża għall-ewwel darba u mbagħad ikkalibrat spiss kemm ikun hemm bżonn, u fi kwalunkwe każ, fix-xahar qabel it-testjar tal-approvazzjoni tat-tip. Il-metodi tal-kalibrazzjoni li jridu jintużaw huma deskritti f'dan l-Appendiċi.

2.   KALIBRAZZJONI TAL-KOMPARTIMENT

2.1.   Determinazzjoni inizjali tal-volum intern tal-kompartiment

2.1.1.   Qabel ma jintuża għall-ewwel darba, il-volum intern tal-kompartiment għandu jiġi determinat kif ġej:

 

Id-dimensjonijiet interni tal-kompartiment għandhom jiġu mkejla b'attenzjoni, filwaqt li jitqiesu l-irregolaritajiet kollha bħal bracing struts.

 

Il-volum intern tal-kompartiment jiġi ddeterminat minn dawn il-kejlijiet.

Il-kompartiment jinżamm b'volum fiss, b'temperatura tal-arja ta' 293 K. Il-volum nominali għandu jkun jista' jiġi ripetut fil-limitu ta' ± 0,5 fil-mija tal-valur irrapportat.

2.1.2.   Il-volum intern nett jiġi determinat billi jiġu mnaqqsa 1,42 m3 mill-volum intern tal-kompartiment. Alternattivament, il-volum tal-vettura tat-test, bil-kompartiment tal-bagalji u bit-twieqi miftuħa jew ir-REESS jista' jintuża minflok il-1,42 m3.

2.1.3.   Il-kompartiment għandu jiġi ċċekkjat kif indikat fil-paragrafu 2.3 ta' dan l-appendiċi. Jekk il-massa tal-idroġenu ma taqbilx mal-kwantità injettata fil-limitu ta' ± 2 fil-mija, tkun meħtieġa azzjoni korrettiva.

2.2.   Determinazzjoni tal-emissjonijiet tal-isfond tal-kompartiment

Din l-operazzjoni tiddermina li l-kompartiment ma jkunx fih materjali li jemettu ammonti sinifikanti ta' idroġenu. Il-kontroll għandu jsir meta l-kompartiment jibda jitħaddem, jew li jkunu seħħu kwalunkwe operazzjonijiet fil-kompartiment li jistgħu jaffettwaw l-emissjonijiet tal-isfond u bi frekwenza ta' mhux inqas minn darba fis-sena.

2.2.1.   Il-kompartimenti b'volum varjabbli jistgħu jiġu mħaddma jew fil-konfigurazzjoni bil-volum miżmum jew fil-konfigurazzjoni bil-volum mhux miżmum, kif deskritt fil-paragrafu 2.1.1 aktar 'il fuq. Matul il-perjodu ta' erba' sigħat imsemmi aktar l-isfel, it-temperatura tal-arja għandha tinżamm għal 293 K ± 2 K.

2.2.2.   Il-kompartiment jista' jiġi ssiġillat u l-fann tat-taħlit jiġi mħaddem għal perjodu sa 12-il siegħa qabel ma jibda' l-perjodu ta' erba' sigħat tat-teħid tal-kampjuni tal-isfond.

2.2.3.   L-analizzatur (jekk ikun meħtieġ) għandu jiġi kkalibrat, imbagħad jiġi ssettjat għaż-żero u soġġett għal kalibrazzjoni tal-ispan.

2.2.4.   Il-kompartiment għandu jissaffa sa ma jinkiseb qari stabbli tal-idroġenu, u l-fann għat-taħlit jiġi mqabbad, jekk ma jkunx diġà mqabbad.

2.2.5.   Il-kompartiment imbagħad jiġi ssiġillat u jiġu mkejla l-konċentrazzjoni tal-idroġenu tal-isfond, it-temperatura u l-pressjoni barometrika. Dawn huma l-qari inizjali ta' CH2i, Ti u Pi użati fil-kalkolu tal-isfond tal-kompartiment.

2.2.6.   Il-kompartiment jitħalla joqgħod mingħajr ma jiġi disturbat bil-fann tat-taħlit mixgħul għal perjodu ta' erba' sigħat.

2.2.7.   Fl-aħħar ta' dan il-perjodu, l-istess analizzatur jintuża biex titkejjel il-konċentrazzjoni tal-idroġenu fil-kompartiment. Jitkejlu wkoll it-temperatura u l-pressjoni barometrika. Dan huwa l-qari finali CH2f, Tf u Pf.

2.2.8.   Waqt il-ħin tat-test il-bidla tal-massa tal-idroġenu fil-kompartiment għandha tiġi kkalkulata skont il-paragrafu 2.4 ta' dan l-anness u ma għandhiex taqbeż il-0,5 g.

2.3.   It-test tal-kalibrazzjoni u ż-żamma tal-idroġenu fil-kompartiment

It-test tal-kalibrazzjoni u ż-żamma tal-idroġenu fil-kamra huwa mod ta' ċċekkjar tal-volum ikkalkulat (il-paragrafu 2.1 aktar 'il fuq) u jkejjel ukoll ir-rata ta' kull telf minħabba tnixxijiet. Ir-rata tat-tnixxija mill-kompartiment għandha tiġi determinata meta jibda jitħaddem il-kompartiment, wara kwalunkwe operazzjonijiet li jistgħu jaffettwaw l-integrità tal-kompartiment, u talanqas darba f'xahar minn hemm 'il quddiem. Jekk jitlestew b'suċċess sitt verifiki taż-żamma ta' kull xahar mingħajr azzjoni korrettiva, ir-rata tat-tnixxija tal-kompartiment tista' tiġi determinata kull tliet xhur minn hemm 'il quddiem, dejjem jekk ma tkun meħtieġa l-ebda azzjoni korrettiva.

2.3.1.   Il-kompartiment għandu jissaffa sakemm tinkiseb konċentrazzjoni stabbli tal-idroġenu. Il-fann tat-taħlit jinxtegħel, jekk ma jkunx diġa' mixgħul. L-analizzatur tal-idrokarburi jiġi ażżerat, ikkalibrat u soġġett għal kalibrazzjoni tal-ispan.

2.3.2.   Il-kompartiment għandu jinżamm fil-pożizzjoni tal-volum nominali.

2.3.3.   Imbagħad is-sistema għall-kontroll tat-temperatura tal-arja tiġi mqabbda (jekk ma tkunx diġà mqabbda) u aġġustata għal temperatura inizjali ta' 293 K.

2.3.4.   Meta t-temperatura tal-kompartiment tistabbilizza għal 293 K ± 2 K, il-kompartiment jiġi ssiġillat u l-konċentrazzjoni, it-temperatura u l-pressjoni barometrika jiġu mkejla. Dan huwa l-qari inizjali CH2i, Ti u Pi użat għall-kalibrazzjoni tal-kompartiment.

2.3.5.   Il-kompartiment għandu jsir indipendenti mill-volum nominali.

2.3.6.   Kwantità ta' bejn wieħed u ieħor 100 g ta' idroġenu tiġi injettata fil-kompartiment. L-akkuratezza tal-kejl tal-massa tal-idroġenu għandha tkun fil-limitu ta' ± 2 fil-mija tal-valur imkejjel.

2.3.7.   Is-sustanzi li jinsabu fil-kamra għandhom jitħallew jitħalltu għal ħames minuti u wara l-konċentrazzjoni tal-idroġenu, it-temperatura u l-pressjoni barometrika jiġu mkejla. Dan huwa l-qari finali CH2f, Tf u Pf għall-kalibrazzjoni tal-kompartiment kif ukoll il-qari inizjali CH2i, Ti u Pi tal-kontroll taż-żamma.

2.3.8.   Il-massa tal-idroġenu fil-kompartiment tiġi kkalkulata fuq il-bażi tal-qari meħud skont il-paragrafi 2.3.4 u 2.3.7. hawn fuq u l-formula fil-paragrafu 2.4 aktar 'l isfel. Dan għandu jkun fil-limitu ta' ± 2 fil-mija tal-massa tal-idroġenu mkejjel fil-paragrafu 2.3.6 aktar 'il fuq.

2.3.9.   Is-sustanzi li jinsabu fil-kompartiment għandhom jitħallew jitħalltu għal minimu ta' 10 sigħat. Kif jiġi kompletat dan il-perjodu l-konċentrazzjoni tal-idroġenu, it-temperatura u l-pressjoni barometrika finali jiġu mkejla u reġistrati. Dan huwa l-qari finali CH2f, Tf u Pf tal-kontroll taż-żamma tal-idroġenu.

2.3.10.   Wara li jsir dan, il-massa tal-idroġenu tiġi kkalkulata mill-qari meħud skont il-paragrafi 2.3.7 u 2.3.9 ta' hawn fuq bl-użu tal-formula fil-paragrafu 2.4. hawn taħt. Il-massa ma tistax tvarja b'aktar minn 5 fil-mija mill-massa tal-idroġenu kkalkulata fil-paragrafu 2.3.8 ta' hawn fuq.

2.4.   Kalkolu

Il-kalkulazzjoni tal-bidla netta fil-massa tal-idroġenu fil-kompartiment tintuża biex jiġi determinat l-isfond ta' idrokarburi tal-kompartiment u r-rata ta' telf minn tnixxijiet. Il-qari inizjali u finali tal-konċentrazzjoni tal-idroġenu, tat-temperatura u tal-pressjoni barometrika jintużaw fil-formula li ġejja biex tiġi kkalkulata l-bidla fil-massa.

Formula

Fejn:

MH2

=

massa tal-idroġenu, fi grammi

CH2

=

il-konċentrazzjoni tal-idroġenu mkejla fil-kompartiment, fi ppm fil-volum

V

=

il-volum tal-kompartiment f'metri kubu (m3) kif imkejla fil-paragrafu 2.1.1 aktar 'il fuq.

Vout

=

volum għall-kumpens f'm3, għat-temperatura tal-ittestjar u l-pressjoni

T

=

it-temperatura tal-arja fil-kamra, f'K

P

=

il-pressjoni assoluta fil-kompartiment, f'kPa

k

=

2,42

Fejn:

 

i huwa l-qari inizjali

 

f huwa l-qari finali

3.   KALIBRAZZJONI TAL-ANALIZZATUR TAL-IDROĠENU

L-analizzatur għandu jiġi kalibrat bl-użu ta' idroġenu fl-arja u ta' arja sintetika purifikata. Ara l-paragrafu 4.8.2 tal-Anness 7.

Kull waħda mill-meded tat-tħaddim użati normalment tiġi kkalibrata permezz tal-proċedura li ġejja:

3.1.

Tiġi stabbilita l-kurva tal-kalibrazzjoni b'talanqas ħames punti tal-kalibrazzjoni spazjati kemm jista' jkun indaqs tul il-medda tat-tħaddim. Il-konċentrazzjoni nominali tal-gass tal-kalibrazzjoni bl-ogħla konċentrazzjonijiet għandha tkun talanqas 80 fil-mija ta' l-iskala sħiħa.

3.2.

Tiġi kkalkulata l-kurva tal-kalibrazzjoni permezz tal-metodu tal-inqas kwadri. Jekk il-grad polinominali li jirriżulta huwa akbar minn tlieta, in-numru ta' punti tal-kalibrazzjoni għandu mill-inqas ikun in-numru tal-grad polinomju miżjud bi tnejn.

3.3.

Il-kurva tal-kalibrazzjoni ma għandhiex tvarja b'aktar minn tnejn fil-mija mill-valur nominali ta' kull gass tal-kalibrazjjoni.

3.4.

Tabella li turi l-qari mill-analizzatur kontra l-konċentrazzjonijiet proprji għandha tiġi fformolata bl-użu tal-koeffiċjenti tal-polinomji maħruġa mill-proċedura tal-paragrafu 3.2 ta' hawn fuq, bi skali ta' mhux aktar minn 1 fil-mija tal-iskala sħiħa. Dan għandu jsir għal kull medda ta' kalibrazzjoni tal-analizzatur.

Din it-tabella għandha tinkludi wkoll data oħra relevanti bħal:

(a)

data tal-kalibrazzjoni;

(b)

valuri tal-kalibrazzjoni tal-ispan u taż-żero mill-potenzjometru (jekk applikabbli);

(c)

skala nominali;

(d)

DATA ta' referenza ta' kull gass ta' kalibrazzjoni użat;

(e)

valur proprju u dak indikat ta' kull gass tal-kalibrazzjoni użat flimkien mad-differenzi, f'punti perċentwali;

(f)

pressjoni tal-kalibrazzjoni tal-analizzatur.

3.5.

Jekk jiġi ppruvat lis-servizzi tekniċi li dawn jagħtu akkuratezza ekwivalenti, jistgħu jintużaw metodi alternattivi (pereżempju kompjuter, range switch ikkontrollat b'mod elettroniku).

APPENDIĊI 2

IL-KARATTERISTIĊI ESSENZJALI TAL-FAMILJA TAL-VETTURI

1.   Parametri li jiddefinixxu l-familja f'dak li għandu x'jaqsam mal-emissjonijiet tal-idroġenu

Il-familja tista' tiġi definita permezz ta' parametri bażiċi fid-disinn li għandhom ikunu komuni għal vetturi fl-istess familja. F'ċerti każijiet jista' jkun hemm interazzjoni ta' parametri. Dawn l-effetti għandhom jiġu kkunsidrati biex jiġi żgurat li vetturi b'karatteristiċi simili għall-emissjoni ta' idroġenu biss jiġu inklużi fl-istess familja.

2.   Għal dan il-għan, dawk ti-tipi ta' vetturi biss li l-parametri tagħhom deskritti hawn taħt huma identiċi jitqiesu li jaqgħu fl-istess kategorija ta' emissjonijiet tal-idroġenu.

REESS:

(a)

isem kummerċjali jew il-marka tar-REESS;

(b)

indikazzjoni tat-tipi kollha ta' koppji elettrokimiċi użati;

(c)

numru ta' ċelluli tar-REESS;

(d)

numru ta' subsistemi tar-REESS;

(e)

vultaġġ nominali tar-REESS (V);

(f)

enerġija tar-REESS (kWh);

(g)

rata tat-taħlit tal-gassijiet (f'perċentwali);

(h)

tip(i) ta' ventilazzjoni għas-subsistema(i) tar-REESS;

(i)

tip ta' sistema ta' tkessiħ (jekk ikun hemm).

Ċarġer abbord il-vettura:

(a)

għamla u tip ta' partijiet differenti taċ-ċarġer;

(b)

potenza nominali tal-output (kW);

(c)

vultaġġ massimu tal-iċċarġjar (V);

(d)

intensità massima tal-iċċarġjar (A);

(e)

għamla u tip tal-unità tal-kontroll (jekk ikun hemm);

(f)

dijagramma li turi l-operat, il-kontrolli u s-sigurtà;

(g)

karatteristiċi tal-perjodi tal-iċċarġjar.


ANNESS 8

PROĊEDURI TAL-ITTESTJAR TAR-REESS

Riżervat

APPENDIĊI

PROĊEDURA GĦAT-TWETTIQ TA' ĊIKLU STANDARD

Ċiklu standard jibda b'disċarġjar standard segwit minn iċċarġjar standard.

Disċarġjar standard:

Rata ta' disċarġjar

:

Il-proċedura tad-disċarġjar li tinkludi l-kriterji tat-terminazzjoni għandha tiġi definita mill-manifattur. Jekk ma jkunx speċifikat, dan għandu jkun disċarġjar b'kurrent ta' 1C.

Limitu tad-disċarġjar (vultaġġ tat-tmiem)

:

Speċifikat mill-manifattur

Perjodu ta' mistrieħ wara d-disċarġjar

:

Minimu ta' 30 min

Iċċarġjar standard

:

Il-proċedura tal-iċċarġjar li tinkludi l-kriterji tat-terminazzjoni għandha tiġi definita mill-manifattur. Jekk ma jkunx speċifikat, dan għandu jkun iċċarġjar b'kurrent ta' C/3.


ANNESS 8A

TEST TAL-VIBRAZZJONI

1.   SKOP

L-iskop ta' dan it-test huwa li tiġi vverifikata l-prestazzjoni tas-sikurezza tar-REESS f'ambjent ta' vibrazzjoni li r-REESS x'aktarx li tesperjenza waqt it-tħaddim normali tal-vettura.

2.   INSTALLAZZJONIJIET

2.1.   Dan it-test għandu jsir jew bir-REESS sħiħa jew b'subsistema(i) relatata(i) tar-REESS li tinkludi ċ-ċelloli u l-konnessjonijiet elettriċi tagħhom. Jekk il-manifattur jagħżel li jagħmel it-test b'subsistema(i) relatata(i), il-manifattur għandu juri li r-riżultat tat-test jista' raġonevolment jirrappreżenta l-prestazzjoni tar-REESS sħiħa fir-rigward tal-prestazzjoni tas-sikurezza tagħha fl-istess kundizzjonijiet. Jekk l-unità ta' ġestjoni elettronika għar-REESS ma tkunx integrata fil-qoxra li fiha jingħalqu ċ-ċelloli, f'dak il-każ l-unità ta' ġestjoni elettronika tista' titħalla barra mill-installazzjoni fuq l-apparat ittestjat jekk ikun mitlub hekk mill-manifattur.

2.2.   L-apparat ittestjat għandu jintrabat b'mod sod mal-pjattaforma tal-magna tal-vibrazzjoni b'mod li jassigura li l-vibrazzjonijiet jiġu trażmessi direttament lill-apparat ittestjat.

3.   PROĊEDURI

3.1.   Kundizzjonijiet ġenerali tat-test

Il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-apparat ittestjat:

(a)

It-test għandu jsir f'temperatura ambjentali ta' 20 ± 10 °C;

(b)

Fil-bidu tat-test, l-SOC għandu jiġi aġġustat għal valur fil-50 fil-mija ta' fuq tal-medda operattiva normali tal-SOC tal-apparat ittestjat;

(c)

Fil-bidu tat-test, l-apparati ta' protezzjoni kollha li jaffettwaw il-funzjoni(jiet) tal-apparat ittestjat u li jkunu rilevanti għar-riżultat tat-test, għandhom ikunu operazzjonali.

3.2.   Proċeduri tat-test

L-apparati ttestjati għandhom jiġu soġġetti għal vibrazzjoni li jkollha forma tal-mewġ sinusojdali bi sweep logaritmika ta' bejn 7 Hz u 200 Hz u lura għal 7 Hz traversata fi 15-il minuta.

Dan iċ-ċiklu għandu jiġi ripetut 12-il darba għal total ta' 3 sigħat fid-direzzjoni vertikali tal-orjentazzjoni tal-immuntar tar-REESS kif speċifikat mill-manifattur.

Il-korrelazzjoni bejn il-frekwenza u l-aċċellerazzjoni għandha tkun kif murija fit-Tabella 1 u fit-Tabella 2.

Tabella 1

Il-frekwenza u l-aċċellerazzjoni (massa grossa tal-apparat ittestjat inqas minn 12-il kg jew aktar)

Frekwenza [Hz]

Aċċellerazzjoni [m/s2]

7 - 18

10

18 - bejn wieħed u ieħor 50 (1)

miżjuda gradwalment minn 10 għal 80

50 - 200

80


Tabella 2

Il-frekwenza u l-aċċellerazzjoni (massa grossa tal-apparat ittestjat ta' 12-il kg jew aktar)

Frekwenza [Hz]

Aċċellerazzjoni [m/s2]

7 - 18

10

18 - bejn wieħed u ieħor 25 (1)

miżjuda gradwalment minn 10 għal 20

25 - 200

20

Fuq talba tal-manifattur, jistgħu jintużaw livell ta' aċċellerazzjoni ogħla kif ukoll frekwenza massima ogħla.

Fuq talba tal-manifattur, profil tat-test tal-vibrazzjoni determinat mill-manifattur tal-vettura, verifikat għall-applikazzjoni tal-vettura u maqbul mas-Servizz Tekniku, jista' jintuża bħala sostitut għall-korrelazzjoni tal-frekwenza - aċċellerazzjoni tat-Tabella 1 jew it-Tabella 2. L-approvazzjoni ta' REESS ittestjata skont din il-kundizzjoni għandha tkun limitata għall-approvazzjonijiet għal tip speċifiku ta' vettura.

Wara l-vibrazzjoni, għandu jitwettaq ċiklu standard kif deskritt fl-Anness 8, Appendiċi 1, jekk dan ma jkunx imxekkel mill-apparat ittestjat.

It-test għandu jintemm b'perjodu ta' osservazzjoni ta' siegħa fil-kundizzjonijiet tat-temperatura ambjentali tal-ambjent tat-test.


(1)  L-amplitudni tinżamm f'0.8 mm (eskursjoni totali ta' 1.6 mm) u l-frekwenza tiżdied sakemm tintlaħaq l-aċċellerazzjoni massima kif deskritta fit-tabella 1 jew fit-tabella 2.


ANNESS 8B

TEST TAX-XOKK TERMALI U TAĊ-ĊIKLAR

1.   SKOP

L-iskop ta' dan it-test huwa li tiġi vverifikata r-reżistenza tar-REESS għal bidliet f'daqqa fit-temperatura. Ir-REESS għandha tgħaddi minn numru speċifikat ta' ċikli tat-temperatura, li jibdew b'temperatura ambjentali segwita minn ċiklar ta' temperaturi għoljin u baxxi. Huwa jissimula tibdil rapidu fit-temperatura ambjentali li REESS x'aktarx tesperjenza matul ħajjitha.

2.   INSTALLAZZJONIJIET

Dan it-test għandu jsir jew b'REESS sħiħa jew b'subsistema(i) relatata(i) tar-REESS li tinkludi ċ-ċelloli u l-konnessjonijiet elettriċi tagħhom. Jekk il-manifattur jagħżel li jagħmel it-test b'subsistema(i) relatata(i), il-manifattur għandu juri li r-riżultat tat-test jista' raġonevolment jirrappreżenta l-prestazzjoni tar-REESS sħiħa fir-rigward tal-prestazzjoni tas-sikurezza tagħha fl-istess kundizzjonijiet. Jekk l-unità ta' ġestjoni elettronika għar-REESS ma tkunx integrata fil-qoxra li fiha jingħalqu ċ-ċelloli, f'dak il-każ l-unità ta' ġestjoni elettronika tista' titħalla barra mill-installazzjoni fuq l-apparat ittestjat jekk ikun mitlub hekk mill-manifattur.

3.   PROĊEDURI

3.1.   Kundizzjonijiet ġenerali tat-test

Il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-apparat ittestjat fil-bidu tat-test:

(a)

L-SOC għandu jiġi aġġustat għal valur fil-50 fil-mija ta' fuq tal-medda operattiva normali tal-SOC;

(b)

L-apparati ta' protezzjoni kollha, li jaffettwaw il-funzjoni tal-apparat ittestjat u li jkunu rilevanti għar-riżultat tat-test, għandhom ikunu operazzjonali.

3.2.   Proċedura tat-test

L-apparat ittestjat għandu jinħażen għal mill-anqas sitt sigħat f'temperatura tat-test ta' 60 ± 2 °C jew ogħla jekk mitlub mill-manifattur, segwit minn stivar għal mill-anqas sitt sigħat f'temperatura tat-test ta' – 40 ± 2 °C jew aktar baxxa jekk mitlub mill-manifattur. L-intervall ta' ħin massimu bejn l-estremi tat-temperatura tal-ittestjar għandu jkun ta' 30 minuta. Din il-proċedura għandha tiġi ripetuta sakemm jitlestew mill-anqas 5 ċikli totali, li warajhom l-apparat ittestjat għandu jiġi stivat għal 24 siegħa f'temperatura ambjentali ta' 20 ± 10 °C.

Wara l-ħażna għal 24 siegħa, għandu jitwettaq ċiklu standard kif deskritt fl-Anness 8, Appendiċi 1, jekk ma jkunx imxekkel mill-apparat ittestjat.

It-test għandu jintemm b'perjodu ta' osservazzjoni ta' siegħa fil-kundizzjonijiet tat-temperatura ambjentali tal-ambjent tat-test.


ANNESS 8C

TEST TAT-TWAQQIGĦ MEKKANIKU GĦAR-REESS LI TISTA' TINQALA' MINN POSTHA

1.   SKOP

Simulazzjoni ta' tagħbija b'impatt mekkaniku li tista' sseħħ meta REESS li tkun inqalgħet minn postha titwaqqa' aċċidentalment.

2.   PROĊEDURI

2.1.   Kundizzjonijiet ġenerali tat-test

Il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għar-REESS maqlugħa minn postha fil-bidu tat-test:

(a)

L-SOC tiġi aġġustata għal mill-inqas 90 fil-mija tal-kapaċità nominali kif speċifikat fl-Anness 6, il-Parti 1, il-paragrafu 3.4.3 jew l-Anness 6, il-Parti 2, il-paragrafu 1.4.3 jew l-Anness 6, il-Parti 3, il-paragrafu 2.3.2.

(b)

It-test għandu jsir f'temperatura ta' 20 °C ± 10 °C

2.2.   Proċedura tat-test

Waqa' ħielsa tar-REESS minn għoli ta' 1.0 m (mill-qiegħ tal-REESS) fuq wiċċ tal-konkos lixx u orizzontali jew ta' tip ieħor ta' art b'ebusija ekwivalenti.

Ir-REESS maqlugħa għandha titwaqqa' sitt darbiet minn orjentazzjonijiet differenti kif deċiż mis-Servizz Tekniku. Il-manifattur jista' jiddeċiedi li juża REESS maqlugħa differenti għal kull waqgħa.

Direttament wara t-terminazzjoni tat-test tat-twaqqigħ, għandu jseħħ ċiklu standard kif deskritt fl-Anness 8, Appendiċi 1, jekk dan ikun possibbli.

It-test għandu jintemm b'perjodu ta' osservazzjoni ta' siegħa fil-kundizzjonijiet tat-temperatura ambjentali tal-ambjent tat-test.


ANNESS 8D

SKOSS MEKKANIKU

1.   SKOP

L-iskop ta' dan it-test huwa li tiġi vverifikata l-prestazzjoni tas-sikurezza tar-REESS f'kundizzjonijiet ta' skoss mekkaniku li jistgħu jseħħu f'sitwazzjonijiet ta' twaqqigħ fuq ġenbha minn pożizzjoni wieqfa jew ipparkjata.

2.   INSTALLAZZJONIJIET

2.1.   Dan it-test għandu jsir jew b'REESS sħiħa jew b'sottosistemi relatati tar-REESS li tinkludi ċ-ċelloli u l-konnessjonijiet elettriċi tagħhom.

Jekk il-manifattur jagħżel li jagħmel it-test b'subsistema(i) relatata(i), il-manifattur għandu juri li r-riżultat tat-test jista' raġonevolment jirrappreżenta l-prestazzjoni tar-REESS sħiħa fir-rigward tal-prestazzjoni tas-sikurezza tagħha fl-istess kundizzjonijiet.

Jekk l-unità ta' ġestjoni elettronika għar-REESS ma tkunx integrata, tali unità tal-kontroll tista' titħalla barra mill-installazzjoni fuq l-apparat ittestjat jekk ikun mitlub hekk mill-manifattur.

2.2.   L-apparat ittestjat għandu jitqabbad mal-istallazzjoni tat-test biss bl-immuntar apposta pprovdut sabiex ir-REESS jew is-subsistema tar-REESS titqabbad mal-vettura.

3.   PROĊEDURI

3.1.   Kundizzjonijiet u rekwiżiti ġenerali tat-test.

Il-kundizzjoni li ġejja għandha tapplika għat-test:

(a)

It-test għandu jsir f'temperatura ambjentali ta' 20 °C ± 10 °C.

(b)

Fil-bidu tat-test, l-SOC għandu jiġi aġġustat għal valur fil-50 fil-mija ta' fuq tal-medda operattiva normali tal-SOC.

(c)

Fil-bidu tat-test, l-apparati ta' protezzjoni kollha li jaffettwaw il-funzjoni tal-apparat ittestjat u li jkunu rilevanti għar-riżultat tat-test, għandhom ikunu operazzjonali.

3.2.   Proċedura tat-test

L-apparat ittestjat għandu jitwaħħal mal-magna tal-ittestjar permezz ta' muntatura riġida li ssostni s-superfiċji kollha tal-immuntar tal-apparat ittestjat.

L-apparat ittestjat bi

(a)

Massa grossa ta' inqas minn 12 kg għandha tkun soġġetta għal skoss ta' nofs sine b'aċċellerazzjoni massima ta' 1 500 m/s2 u durata tal-impuls ta' 6 millisekondi.

(b)

Massa grossa ta' 12 kg għandha tkun soġġetta għal skoss ta' nofs sine b'aċċellerazzjoni massima ta' 500 m/s2 u durata tal-impuls ta' 11-il millisekonda.

Iż-żewġ apparati ttestjati għandhom jiġu soġġetti għal tliet skossi fid-direzzjoni pożittiva segwiti minn tliet skossi fid-direzzjoni negattiva f'kull waħda mit-tliet pożizzjonijiet tal-immuntar reċiprokament perpendikolari tal-apparat ittestjat, għal total ta' 18-il skoss.

Direttament wara t-terminazzjoni tat-test tal-iskoss mekkaniku, għandu jseħħ ċiklu standard kif deskritt fl-Anness 8, Appendiċi 1, jekk dan ikun possibbli.

It-test għandu jintemm b'perjodu ta' osservazzjoni ta' siegħa fil-kundizzjonijiet tat-temperatura ambjentali tal-ambjent tat-test.


ANNESS 8E

REŻISTENZA GĦAN-NAR

1.   SKOP

L-iskop ta' dan it-test huwa li tiġi vverifikata r-reżistenza tar-REESS, kontra l-esponiment għal nar minn barra l-vettura pereżempju minħabba tixrid ta' fjuwil minn vettura (jew il-vettura nnifisha jew vettura fil-qrib). Din is-sitwazzjoni għandha tħalli lis-sewwieq u lill-passiġġieri ħin biżżejjed biex jevakwaw.

2.   INSTALLAZZJONIJIET

2.1.   Dan it-test għandu jsir jew bir-REESS sħiħa jew b'subsistema(i) relatata(i) tar-REESS li tinkludi ċ-ċelloli u l-konnessjonijiet elettriċi tagħhom. Jekk il-manifattur jagħżel li jagħmel it-test b'subsistema(i) relatata(i), il-manifattur għandu juri li r-riżultat tat-test jista' raġonevolment jirrappreżenta l-prestazzjoni tar-REESS sħiħa fir-rigward tal-prestazzjoni tas-sikurezza tagħha fl-istess kundizzjonijiet. Jekk l-unità ta' ġestjoni elettronika għar-REESS ma tkunx integrata fil-qoxra li fiha jingħalqu ċ-ċelloli, f'dak il-każ l-unità ta' ġestjoni elettronika tista' titħalla barra mill-installazzjoni fuq l-apparat ittestjat jekk ikun mitlub hekk mill-manifattur. Fejn is-sottosistemi rilevanti tar-REESS ikunu distribwiti madwar il-vettura sħiħa, it-test jista' jsir fuq kull subsistema rilevanti tar-REESS.

3.   PROĊEDURI

3.1.   Kundizzjonijiet ġenerali tat-test

Ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għat-test:

(a)

It-test għandu jsir f'temperatura ta' mill-anqas 0 °C;

(b)

Fil-bidu tat-test, l-SOC għandu jiġi aġġustat għal valur fil-50 fil-mija ta' fuq tal-medda operattiva normali tal-SOC;

(c)

Fil-bidu tat-test, l-apparati ta' protezzjoni kollha li jaffettwaw il-funzjoni tal-apparat ittestjat u li jkunu rilevanti għar-riżultat tat-test, għandhom ikunu operazzjonali.

3.2.   Proċedura tat-test

Test ibbażat fuq il-vettura jew test ibbażat fuq il-komponenti għandu jitwettaq fid-diskrezzjoni tal-manifattur:

3.2.1.   Test ibbażat fuq il-vettura

L-apparat ittestjat għandu jiġi mmuntat f'istallazzjoni tal-ittestjar li tissimula kemm jista' jkun il-kundizzjonijiet reali tal-immuntar; m'għandu jintuża l-ebda materjal kombustibbli għal dan ħlief għal materjal li jkun parti mir-REESS. Il-metodu li bih l-apparat ittestjat jitwaħħal fl-istallazzjoni għandu jikkorrispondi mal-ispeċifikazzjonijiet rilevanti għall-installazzjoni tiegħu ġewwa vettura. Fil-każ ta' REESS maħsuba għal użu speċifiku ġo vettura, għandhom jiġu kkunsidrati l-partijiet tal-vettura li jaffettwaw b'xi mod il-korsa tan-nar.

3.2.2.   Test ibbażat fuq il-komponenti

L-apparat ittestjat għandu jitpoġġa fuq mejda bi gradilja pożizzjonata fuq ir-reċipjent, f'orjentazzjoni skont id-disinn maħsub tal-manifattur.

Il-medja bi gradilja għandha tkun mibnija minn vireg tal-azzar, b'dijametru ta' 6-10 mm, u 4-6 cm bejniethom. Jekk ikun meħtieġ, il-vireg tal-azzar jistgħu jkunu mirfudin b'partijiet ċatti tal-azzar.

3.3.   Il-fjamma li huwa espost għaliha l-apparat ittestjat għandha tinkiseb billi jinħaraq fjuwil kummerċjali għal magni b'injezzjoni pożittiva (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “fjuwil”) f'reċipjent. Il-kwantità ta' fjuwil għandha tkun biżżejjed sabiex il-fjamma, taħt kundizzjonijiet ta' ħruq liberu, tkompli taqbad matul il-proċedura kollha tat-test.

In-nar għandu jgħatti l-wiċċ kollu tar-reċipjent matul l-esponiment sħiħ għan-nar. Il-qisien tar-reċipjent għandhom jintgħażlu sabiex ikun assigurat li n-naħat kollha tal-apparat ittestjat ikunu esposti għall-fjamma. Għalhekk ir-reċipjent għandu jeċċedi l-projezzjoni orizzontali tal-apparat ittestjat b'mill-anqas 20 cm, imma b'mhux aktar minn 50 cm. Il-ġnub tar-reċipjent ma għandhomx jipproġettaw iktar minn 8 cm 'l fuq mil-livell tal-fjuwil fil-bidu tat-test.

3.4.   Ir-reċipjent mimli bil-fjuwil għandu jitpoġġa taħt l-apparat ittestjat b'mod li d-distanza bejn il-livell tal-fjuwil fir-reċipjent u l-qiegħ tal-apparat ittestjat jikkorrispondi mal-għoli ddisinjat mal-apparat ittestjat fuq il-wiċċ tat-triq bil-massa mhux mgħobbija jekk jiġi applikat il-paragrafu 3.2.1 ta' hawn fuq jew madwar 50 cm jekk jiġi applikat il-paragrafu 3.2.2 ta' hawn fuq. Ir-reċipjent, jew l-armatura tal-ittestjar, jew it-tnejn, għandhom ikunu jistgħu jiċċaqilqu b'mod liberu.

3.5.   Matul il-fażi C tat-test, ir-reċipjent għandu jkun mgħotti bi skrin. L-iskrin għandu jitpoġġa 3 cm ± 1 cm 'il fuq mil-livell tal-fjuwil imkejjel qabel it-tqabbid tal-fjuwil. L-iskrin għandu jkun magħmul minn materjal refrattorju, kif preskritt fl-Anness 8E - Appendiċi 1. M'għandux ikun hemm spazju bejn il-brikks u dawn għandhom ikunu appoġġati fuq ir-reċipjent tal-fjuwil f'mod li t-toqob fil-brikks ma jkunux ostakolati. It-tul u l-wisa' tal-qafas għandhom ikunu 2 cm sa 4 cm iżgħar mid-dimensjonijiet interni tar-reċipjent sabiex ikun hemm spazju ta' 1 cm sa 2 cm bejn il-qafas u l-ħajt tar-reċipjent biex jippermetti l-ventilazzjoni. Qabel it-test, l-iskrin għandu jkun mill-anqas fit-temperatura ambjentali. Il-brikks jistgħu jiġu mxarrba sabiex ikunu ggarantiti kundizzjonijiet tal-ittestjar ripetibbli.

3.6.   Jekk it-testijiet jitwettqu fil-miftuħ, għandha tiġi pprovduta protezzjoni suffiċjenti mir-riħ u l-veloċità tar-riħ fil-livell tar-reċipjent m'għandhiex taqbeż 2,5 km/h.

3.7.   It-test għandu jinkludi t-tliet fażijiet B-D, jekk il-fjuwil ikun mill-anqas f'temperatura ta' 20 °C. Inkella t-test għandu jinkludi erba' fażijiet A-D.

3.7.1.   Fażi A: Tisħin minn qabel (Figura 1)

Il-fjuwil fir-reċipjent għandu jitqabbad f'distanza ta' mill-anqas 3 m mill-apparat ittestjat. Wara 60 sekonda ta' tisħin minn qabel, ir-reċipjent għandu jitpoġġa taħt l-apparat ittestjat. Jekk id-daqs tar-reċipjent ikun kbir wisq biex jiġi mċaqlaq mingħajr ir-riskju ta' tixrid tal-likwidu, eċċ., f'dak il-każ l-apparat ittestjat u r-rigg tat-test jistgħu, minflok, jiġu mċaqilqa fuq ir-reċipjent.

Figura 1

Fażi A: Tisħin minn qabel

Image 21

Reċipjent bil-fjuwil jaqbad

Stallazzjoni tal-ittestjar

3 m

Skrin

Apparat ittestjat

3.7.2.   Fażi B: Esponiment dirett għall-fjamma (Figura 2)

L-apparat ittestjat għandu jiġi espost għall-fjamma mill-fjuwil jaqbad b'mod liberu għal 70 sekonda.

Figura 2

Fażi B: Esponiment dirett għall-fjamma

Image 22

Reċipjent minn pjanċa tal-metall

Skrin

3.7.3.   Fażi C: Esponiment indirett għall-fjamma (Figura 3)

Malli titlesta l-fażi B, l-iskrin għandu jitpoġġa bejn ir-reċipjent tal-ħruq u l-apparat ittestjat. L-apparat ittestjat għandu jiġi espost għal din il-fjamma mnaqqsa għal 60 sekonda oħra.

Minflok ma ssir il-fażi C tat-test, il-fażi B tista' fid-diskrezzjoni tal-manifattur titkompla għal 60 sekonda addizzjonali.

Madankollu, dan għandu jkun permess biss meta jkun jista' jintwera għas-sodisfazzjon tas-Servizz Tekniku li dan ma jwassalx għal tnaqqis fis-severità tat-test.

Figura 3

Fażi C: Esponiment indirett għall-fjamma

Image 23

Reċipjent minn pjanċa tal-metall

Skrin

3.7.4.   Fażi D: Tmiem tat-test (Figura 4)

Ir-reċipjent tal-ħruq mgħotti bl-iskrin għandu jitmexxa lura fil-pożizzjoni deskritta fil-fażi A. Ma għandu jsir l-ebda tifi tal-apparat ittestjat. Wara li jitneħħa r-reċipjent, l-apparat ittestjat għandu jiġi osservat sakemm it-temperatura tal-wiċċ tal-apparat ittestjat tkun niżlet għat-temperatura ambjentali jew tkun ilha tonqos għal minimu ta' 3 sigħat.

Figura 4

Fażi D: Tmiem tat-test

Image 24

Reċipjent minn pjanċa tal-metall

Skrin

APPENDIĊI

QISIEN U DATA TEKNIKA TAL-BRIKKS TAN-NAR

Image 25 Test ta 'immaġni

Reżistenza għan-nar

:

(Seger-Kegel) SK 30

Kontenut ta' Al2O3

:

30 - 33 fil-mija

Porożità miftuħa (Po)

:

20 - 22 fil-mija f'volum

Densità

:

1 900 – 2 000 kg/m3

Erja mtaqqba effettiva

:

44,18 fil-mija


ANNESS 8F

PROTEZZJONI ESTERNA MINN XORT FIĊ-ĊIRKWIT

1.   SKOP

L-iskop ta' dan it-test huwa li tiġi vverifikata l-prestazzjoni tal-protezzjoni minn xort fiċ-ċirkwit. Din il-funzjonalità, jekk tkun implimentata, għandha tinterrompi jew tillimita l-kurrent tax-xort fiċ-ċirkwit biex tipprevjeni r-REESS minn kwalunkwe avveniment relatat sever ieħor ikkawżat mill-kurrent tax-xort fiċ-ċirkwit.

2.   INSTALLAZZJONIJIET

Dan it-test għandu jsir jew bir-REESS sħiħa jew b'subsistema(i) relatata(i) tar-REESS li tinkludi ċ-ċelloli u l-konnessjonijiet elettriċi tagħhom. Jekk il-manifattur jagħżel li jagħmel it-test b'subsistema(i) relatata(i), il-manifattur għandu juri li r-riżultat tat-test jista' raġonevolment jirrappreżenta l-prestazzjoni tar-REESS sħiħa fir-rigward tal-prestazzjoni tas-sikurezza tagħha fl-istess kundizzjonijiet. Jekk l-unità ta' ġestjoni elettronika għar-REESS ma tkunx integrata fil-qoxra li fiha jingħalqu ċ-ċelloli, f'dak il-każ l-unità ta' ġestjoni elettronika tista' titħalla barra mill-installazzjoni fuq l-apparat ittestjat jekk ikun mitlub hekk mill-manifattur.

3.   PROĊEDURI

3.1.   Kundizzjonijiet ġenerali tat-test

Il-kundizzjoni li ġejja għandha tapplika għat-test:

(a)

It-test għandu jsir f'temperatura ambjentali ta' 20 °C ± 10 °C jew f'temperatura ogħla jekk mitlub mill-manifattur;

(b)

Fil-bidu tat-test, l-SOC għandu jiġi aġġustat għal valur fil-50 fil-mija ta' fuq tal-medda operattiva normali tal-SOC;

(c)

Fil-bidu tat-test, l-apparati ta' protezzjoni kollha li jaffettwaw il-funzjoni tal-apparat ittestjat u li jkunu rilevanti għar-riżultat tat-test, għandhom ikunu operazzjonali.

3.2.   Xort fiċ-ċirkwit

Fil-bidu tat-test, il-contactors prinċipali rilevanti kollha għall-iċċarġjar u d-disċarġjar għandhom ikunu magħluqa sabiex jirrappreżentaw il-modalità li tippermetti sewqan attiv kif ukoll il-modalità li tippermetti ċċarġjar estern. Jekk dan ma jkunx jista' jitlesta f'test uniku, f'dak il-każ għandhom jitwettqu żewġ testijiet jew aktar.

It-terminali pożittivi u negattivi tal-apparat ittestjat għandhom ikunu mqabbdin ma' xulxin biex jipproduċu xort fiċ-ċirkwit. Il-konnessjoni użata għal dan il-għan għandu jkollha reżistenza li ma taqbiżx 5 mΩ.

Il-kundizzjoni ta' xort fiċ-ċirkwit għandha titkompla sakemm tiġi kkonfermata l-operazzjoni tal-funzjoni ta' protezzjoni tar-REESS biex tinterrompi jew tillimita l-kurrent tax-xort fiċ-ċirkwit, jew tal-anqas għal siegħa wara li t-temperatura mkejla fuq il-qoxra ta' barra tal-apparat ittestjat tkun stabbilizzat ruħha, b'mod li l-gradjent tat-temperatura jvarja b'anqas minn 4 oC fi żmien siegħa.

3.3.   Ċiklu standard u perjodu ta' osservazzjoni

Direttament wara t-terminazzjoni tax-xort fiċ-ċirkwit għandu jitwettaq ċiklu standard kif deskritt fl-Anness 8, Appendiċi 1, jekk ma jkunx imxekkel mill-apparat ittestjat.

It-test għandu jintemm b'perjodu ta' osservazzjoni ta' siegħa fil-kundizzjonijiet tat-temperatura ambjentali tal-ambjent tat-test.


ANNESS 8G

PROTEZZJONI MINN IĊĊARĠJAR ŻEJJED

1.   SKOP

L-iskop ta' dan it-test huwa li tiġi vverifikata l-prestazzjoni tal-protezzjoni minn iċċarġjar żejjed.

2.   INSTALLAZZJONIJIET

Dan it-test għandu jsir, f'kundizzjonijiet operattivi normali, jew bir-REESS sħiħa (din tista' tkun il-vettura sħiħa) jew b'subsistema(i) relatata(i) tar-REESS, li tinkludi ċ-ċelloli u l-konnessjonijiet elettriċi tagħhom. Jekk il-manifattur jagħżel li jagħmel it-test b'subsistema(i) relatata(i), il-manifattur għandu juri li r-riżultat tat-test jista' raġonevolment jirrappreżenta l-prestazzjoni tar-REESS sħiħa fir-rigward tal-prestazzjoni tas-sikurezza tagħha fl-istess kundizzjonijiet.

It-test jista' jsir b'apparat ittestjat modifikat kif maqbul mill-manifattur u s-Servizz Tekniku. Dawn il-modifiki m'għandhomx jinfluwenzaw ir-riżultati tat-test.

3.   PROĊEDURI

3.1.   Kundizzjonijiet ġenerali tat-test

Ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għat-test:

(a)

It-test għandu jsir f'temperatura ambjentali ta' 20 °C ± 10 °C jew f'temperatura ogħla jekk mitlub mill-manifattur;

(b)

Fil-bidu tat-test, l-apparati ta' protezzjoni kollha li jaffettwaw il-funzjoni tal-apparat ittestjat u li jkunu rilevanti għar-riżultat tat-test, għandhom ikunu operazzjonali.

3.2.   Iċċarġjar

Fil-bidu, il-contactors prinċipali rilevanti kollha għall-iċċarġjar għandhom ikunu magħluqa.

Il-limiti ta' kontroll tal-iċċarġjar tat-tagħmir tat-test għandhom jiġu diżattivati.

L-apparat ittestjat għandu jiġi ċċarġjat b'kurrent ta' ċarġ ta' mill-anqas 1/3C tar-rata iżda li ma jaqbiżx il-kurrent massimu fi ħdan il-medda operattiva normali kif speċifikata mill-manifattur.

L-iċċarġjar għandu jitkompla sakemm l-apparat ittestjat jinterrompi jew jillimita (b'mod awtomatiku) l-iċċarġjar. Meta funzjoni ta' interruzzjoni awtomatika ma taħdimx, jew ma jkunx hemm tali funzjoni, l-iċċarġjar għandu jkompli sakemm l-apparat ittestjat ikun iċċarġjat sad-doppju tal-kapaċità ta' ċċarġjar nominali tiegħu.

3.3.   Ċiklu standard u perjodu ta' osservazzjoni

Direttament wara t-terminazzjoni tal-iċċarġjar, għandu jitwettaq ċiklu standard kif deskritt fl-Anness 8, Appendiċi 1, jekk ma jkunx impedit mill-apparat ittestjat.

It-test għandu jintemm b'perjodu ta' osservazzjoni ta' siegħa fil-kundizzjonijiet tat-temperatura ambjentali tal-ambjent tat-test.


ANNESS 8H

PROTEZZJONI MINN DISĊARĠJAR ŻEJJED

1.   SKOP

L-iskop ta' dan it-test huwa li tiġi vverifikata l-prestazzjoni tal-protezzjoni kontra disċarġjar żejjed. Din il-funzjonalità, jekk tkun implimentata, għandha tinterrompi jew tillimita l-kurrent tad-disċarġjar biex tipprevjeni r-REESS minn kwalunkwe avveniment sever ikkawżat minn stat ta' ċarġ baxx ħafna kif speċifikat mill-manifattur.

2.   INSTALLAZZJONIJIET

Dan it-test għandu jsir, f'kundizzjonijiet operattivi normali, jew bir-REESS sħiħa (din tista' tkun il-vettura sħiħa) jew b'subsistema(i) relatata(i) tar-REESS, li tinkludi ċ-ċelloli u l-konnessjonijiet elettriċi tagħhom. Jekk il-manifattur jagħżel li jagħmel it-test b'subsistema(i) relatata(i), il-manifattur għandu juri li r-riżultat tat-test jista' raġonevolment jirrappreżenta l-prestazzjoni tar-REESS sħiħa fir-rigward tal-prestazzjoni tas-sikurezza tagħha fl-istess kundizzjonijiet.

It-test jista' jsir b'apparat ittestjat modifikat kif maqbul mill-manifattur u s-Servizz Tekniku. Dawn il-modifiki m'għandhomx jinfluwenzaw ir-riżultati tat-test.

3.   PROĊEDURI

3.1.   Kundizzjonijiet ġenerali tat-test

Ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għat-test:

(a)

It-test għandu jsir f'temperatura ambjentali ta' 20 °C ± 10 °C jew f'temperatura ogħla jekk mitlub mill-manifattur;

(b)

Fil-bidu tat-test, l-apparati ta' protezzjoni kollha li jaffettwaw il-funzjoni tal-apparat ittestjat u li jkunu rilevanti għar-riżultat tat-test, għandhom ikunu operazzjonali.

3.2.   Disċarġjar

Fil-bidu tat-test, il-contactors prinċipali rilevanti kollha għandhom ikunu magħluqa.

Għandu jitwettaq disċarġjar b'rata ta' mill-anqas 1/3 C iżda ma għandux jaqbeż il-kurrent massimu fi ħdan il-medda operattiva normali kif speċifikat mill-manifattur.

Id-disċarġjar għandu jkompli sakemm l-apparat ittestjat jinterrompi jew jillimita (b'mod awtomatiku) d-disċarġjar. Meta l-funzjoni ta' interruzzjoni awtomatika ma taħdimx, jew jekk ma jkunx hemm tali funzjoni, f'dak il-każ id-disċarġjar għandu jkompli sakemm l-apparat ittestjat jiġi disċarġjat għal 25 fil-mija tal-livell tal-vultaġġ nominali tiegħu.

3.3.   Iċċarġjar standard u perjodu ta' osservazzjoni

Direttament wara t-terminazzjoni tad-disċarġjar, l-apparat ittestjat għandu jiġi ċċarġjat b'ċarġ standard kif speċifikat fl-Anness 8, Appendiċi 1, jekk ma jkunx imxekkel mill-apparat ittestjat.

It-test għandu jintemm b'perjodu ta' osservazzjoni ta' siegħa fil-kundizzjonijiet tat-temperatura ambjentali tal-ambjent tat-test.


ANNESS 8I

PROTEZZJONI MINN TEMPERATURI EĊĊESSIVI

1.   SKOP

L-iskop ta' dan it-test huwa li tiġi vverifikata l-prestazzjoni tal-miżuri ta' protezzjoni tar-REESS kontra t-tisħin eċċessiv intern waqt it-tħaddim, anki fil-każ ta' falliment tal-funzjoni tat-tkessiħ jekk applikabbli. F'każ li ma tkun meħtieġa l-ebda miżura speċifika ta' protezzjoni biex tipprevjeni lir-REESS milli tilħaq stat mhux sigur minħabba temperatura eċċessiva interna, trid tiġi murija din l-operazzjoni sigura.

2.   INSTALLAZZJONIJIET

2.1.   It-test li ġej jista' jsir bir-REESS sħiħa (jista' jkun bħala vettura sħiħa) jew b'subsistema(i) relatata(i) tar-REESS, li tinkludi ċ-ċelloli u l-konnessjonijiet elettriċi tagħhom. Jekk il-manifattur jagħżel li jagħmel it-test b'subsistema(i) relatata(i), il-manifattur għandu juri li r-riżultat tat-test jista' raġonevolment jirrappreżenta l-prestazzjoni tar-REESS sħiħa fir-rigward tal-prestazzjoni tas-sikurezza tagħha fl-istess kundizzjonijiet. It-test jista' jsir b'apparat ittestjat modifikat kif maqbul mill-manifattur u s-Servizz Tekniku. Dawn il-modifiki m'għandhomx jinfluwenzaw ir-riżultati tat-test.

2.2.   Meta REESS tkun mgħammra b'funzjoni ta' tkessiħ u meta r-REESS tibqa' funzjonali mingħajr ma tkun operattiva sistema b'funzjoni ta' tkessiħ, is-sistema tat-tkessiħ għandha tkun diżattivata għat-test.

2.3.   It-temperatura tal-apparat ittestjat għandha titkejjel kontinwament fil-qoxra ta' barra fil-prossimità taċ-ċelloli waqt it-test sabiex jiġu mmonitorjati l-bidliet fit-temperatura. Jekk ikun hemm, jista' jintuża s-sensor abbord il-vettura. Il-manifattur u s-Servizz Tekniku għandhom jaqblu fuq il-pożizzjoni tas-sensor(s) tat-temperatura li jintuża(w).

3.   Proċeduri

3.1.   Fil-bidu tat-test, l-apparati ta' protezzjoni kollha li jaffettwaw il-funzjoni tal-apparat ittestjat u li jkunu rilevanti għar-riżultat tat-test, għandhom ikunu operazzjonali ħlief għal kwalunkwe diżattivazzjoni ta' sistema implimentata skont il-paragrafu 2.2 aktar 'il fuq.

3.2.   Waqt it-test, l-apparat ittestjat għandu jiġi ċċarġjat u disċarġjat kontinwament b'kurrent stabbli li jżid it-temperatura taċ-ċelloli kemm jista' jkun malajr fi ħdan il-medda tal-operazzjoni normali kif definita mill-manifattur.

3.3.   L-apparat ittestjat għandu jitqiegħed f'forn konvettiv jew f'kompartiment klimatiku. It-temperatura tal-kompartiment jew tal-forn għandha tiżdied gradwalment sakemm tilħaq it-temperatura determinata skont il-paragrafu 3.3.1. jew 3.3.2. hawn taħt kif applikabbli, u mbagħad tinżamm f'temperatura li tkun daqs jew ogħla minn din, sal-aħħar tat-test.

3.3.1.   Fejn ir-REESS tkun mgħammra b'miżuri protettivi kontra t-tisħin eċċessiv intern, it-temperatura għandha tiżdied sat-temperatura definita mill-manifattur bħala l-limitu tat-temperatura operattiva għal dawn il-miżuri ta' protezzjoni, sabiex ikun assigurat li t-temperatura tal-apparat ittestjat tiżdied kif speċifikat fil-paragrafu 3.2 aktar 'il fuq.

3.3.2.   Fejn ir-REESS ma tkun mgħammra bl-ebda miżura speċifika kontra t-tisħin eċċessiv intern, it-temperatura għandha tiżdied sat-temperatura operattiva massima speċifikata mill-manifattur.

3.4.   It-tmiem tat-test: It-test jintemm meta tiġi osservata xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

L-apparat ittestjat jimpedixxi u/jew jillimita l-iċċarġjar u/jew id-disċarġjar biex jimpedixxi ż-żieda fit-temperatura;

(b)

It-temperatura tal-apparat ittestjat tkun stabbilizzata, li jfisser li t-temperatura tvarja bi gradjent ta' inqas minn 4 °C fi żmien sagħtejn;

(c)

Kwalunkwe falliment tal-kriterji ta' aċċettazzjoni preskritti fil-paragrafu 6.9.2.1 tar-Regolament.


ANNESS 9A

TEST TAL-VULTAĠĠ ITTOLLERAT

1.   ĠENERALI

Ir-reżistenza tal-iżolament għandha titkejjel wara l-applikazzjoni tal-vultaġġ tat-test fuq il-vettura b'ċarġer abbord (built-in).

2.   PROĊEDURA

Il-proċedura tal-ittestjar li ġejja għandha tkun applikabbli għal vetturi b'ċarġers abbord (built-in):

 

Bejn l-inputs kollha taċ-ċarġer (plug) u l-partijiet konduttivi esposti tal-vettura inklużi x-xażi elettriku, jekk preżenti, applika vultaġġ tat-test AC ta' 2 × (Un + 1 200) V rms fi frekwenza ta' 50 Hz jew 60 Hz għal perjodu ta' minuta, fejn Un huwa l-vultaġġ tal-input AC (rms);

 

It-test għandu jsir fuq il-vettura sħiħa;

 

L-apparati elettriċi kollha għandhom ikunu konnessi.

Minflok il-vultaġġ speċifikat AC, il-vultaġġ DC, li l-valur tiegħu huwa ekwivalenti għall-ogħla valur ta' vultaġġ AC speċifikat, jista' jiġi applikat għal minuta.

Wara t-test, titkejjel ir-reżistenza tal-iżolament filwaqt li jiġi applikat vultaġġ ta' 500 V D.C. bejn l-inputs kollha u l-partijiet konduttivi esposti tal-vettura, inkluż ix-xażi elettriku, jekk preżenti.


ANNESS 9B

TEST TAR-REŻISTENZA GĦALL-ILMA

1.   ĠENERALI

Ir-reżistenza tal-iżolament għandha titkejjel wara li jkun sar it-test tal-prestazzjoni tar-reżistenza għall-ilma.

2.   PROĊEDURA

Il-proċedura tat-testjar li ġejja għandha tkun applikabbli għal vetturi b'ċarġer abbord (built-in).

Skont il-proċedura tat-test biex tiġi evalwata l-protezzjoni IPX5 kontra d-dħul tal-ilma, ir-reżistenza għall-ilma għandha sseħħ permezz ta':

(a)

Sprejjar tal-kompartiment bi fluss ta' ilma ħelu mid-direzzjonijiet kolha possibbli permezz ta' żennuna standard tat-test kif jintwera fil-Figura.

L-apparat tat-test biex tiġi vverifikata l-protezzjoni kontra l-ġettijiet tal-ilma (żennuna tal-pajp)

Image 26 Test ta 'immaġni

φD′ = 6,3 mm

unità: mm

Il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu osservati huma kif ġej:

(i)

Dijametru intern taż-żennuna: 6,3 mm;

(ii)

Rata tat-twassil: 12.5 l/min ± 5 fil-mija;

(iii)

Pressa tal-ilma: tiġi aġġustata biex tinkiseb rata ta' twassil speċifikata;

(iv)

Qalba tal-fluss sostanzjali: ċirku ta' madwar 40 mm dijametru f'distanza ta' 2.5 m miż-żennuna;

(v)

Id-durata tat-test għal kull metru kwadru tal-erja tas-superfiċje tal-kompartiment li x'aktarx tiġi sprejjata: 1 min;

(vi)

Durata minima tat-test: 3 min;

(vii)

Distanza miż-żennuna sas-superfiċje tal-kompartiment: bejn 2,5 m u 3 m.

(b)

Sussegwentement, jiġi applikat vultaġġ ta' 500 V DC bejn l-inputs kollha ta' vultaġġ għoli u l-partijiet konduttivi/ix-xażi elettriku esposti tal-vettura, jekk ikunu preżenti, biex titkejjel ir-reżistenza tal-iżolament.