|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 173 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 62 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
27.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 173/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1088
tas-6 ta' Ġunju 2019
dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (2019–2024)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fis-17 ta' Marzu 2008, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 241/2008 (1) li jikkonkludi l-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (“il-Ftehim”) (2). Il-Ftehim daħal fis-seħħ fil-15 ta' April 2008, ġie mġedded b'mod taċitu u għadu fis-seħħ. |
|
(2) |
Fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kunsill iddeċieda fit-28 ta' Frar 2017 li jawtorizza l-ftuħ ta' negozjati mar-Repubblika tal-Guinea-Bissau għall-konklużjoni ta' protokoll ġdid li jimplimenta l-Ftehim. |
|
(3) |
Il-protokoll preċedenti tal-Ftehim skada fit-23 ta' Novembru 2017. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni nnegozjat, f'isem l-Unjoni, protokoll ġdid. B'riżultat ta' dawk in-negozjati l-protokoll il-ġdid ġie inizjalat fil-15 ta' Novembru 2018. |
|
(5) |
L-għan tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (2019-2024) (“il-Protokoll”) huwa li jippermetti lill-Unjoni u lir-Repubblika tal-Guinea-Bissau jaħdmu aktar mill-qrib bejniethom biex jippromwovu politika tas-sajd sostenibbli, l-użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet tal-Guinea-Bissau u l-isforzi tal-Guinea-Bissau biex tiżviluppa ekonomija blu. |
|
(6) |
Sabiex ikun żgurat li l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni jinbdew malajr, jenħtieġ li l-Protokoll jiġi applikat fuq bażi provviżorja mill-iffirmar tiegħu. |
|
(7) |
Jenħtieġ li l-Protokoll jiġi ffirmat u applikat fuq bażi provviżorja, sakemm jitlestew il-proċeduri neċessarji għad-dħul fis-seħħ tiegħu, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar f'isem Unjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (2019-2024) huwa b'dan awtorizzat soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Protokoll.
It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jaħtar lill-persuna jew lill-persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Protokoll f'isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mid-data tal-iffirmar tiegħu (3), sakemm jitlestew il-proċeduri neċessarji għad-dħul fis-seħħ tiegħu.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-6 ta' Ġunju 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
A. BIRCHALL
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 241/2008 tas-17 ta' Marzu 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (ĠU L 75, 18.3.2008, p. 49).
(2) Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea-Bissau għall-perjodu mis-16 ta' Ġunju 2007 sal-15 ta' Ġunju 2011 (ĠU L 342, 27.12.2007, p. 5).
(3) Id-data li minnha għandu jiġi applikat provviżorjament il-Protokoll ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
|
27.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 173/3 |
PROTOKOLL
dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (2019–2024)
Artikolu 1
Perijodu ta' applikazzjoni u opportunitajiet tas-sajd
L-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea (“bastimenti tal-Unjoni”) skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (1) (“il-Ftehim”) huma stabbilit f'dan l-Artikolu:
1. Matul l-ewwel u t-tieni sena ta' applikazzjoni ta' dan il-Protokoll, l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jingħataw f'termini tal-isforz tas-sajd (f'tunnellaġġ gross reġistrat (TGR)) skont il-proċeduri li ġejjin:
|
(a) |
għall-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ (il-krustaċji, iċ-ċefalopodi u l-ħut) u għall-ħut pelaġiku ż-żgħir:
|
|
(b) |
għall-ispeċijiet ta' ħut li jpassi ħafna (l-ispeċijiet imniżżlin fl-Anness I għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1982 dwar il-Liġi tal-Baħar), ħlief għall-familja tal-Alopiidae u għall-familja tal-iSphyrnidae, kif ukoll għall-ispeċijiet li ġejjin: Cetorhinus maximus, Rhincodon typus, Carcharodon carcharias, Carcharinus falciformis u Carcharinus longimanus:
|
2. Mit-tielet sena ta' applikazzjoni ta' dan il-Protokoll, l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jingħataw f'termini tal-limiti tal-qbid għal kull speċi (f'qabdiet totali permissibbli (TACs)) skont il-proċeduri li ġejjin:
|
(a) |
għall-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ (il-krustaċji, iċ-ċefalopodi u l-ħut) u għall-ħut pelaġiku ż-żgħir:
|
|
(b) |
għall-ispeċijiet ta' ħut li jpassi ħafna (l-ispeċijiet imniżżlin fl-Anness I għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1982 dwar il-Liġi tal-Baħar), ħlief għall-familja tal-Alopiidae u għall-familja tal-iSphyrnidae, kif ukoll għall-ispeċijiet li ġejjin: Cetorhinus maximus, Rhincodon typus, Carcharodon carcharias, Carcharinus falciformis u Carcharinus longimanus:
|
3. Il-bidla minn sistema ta' ġestjoni bbażata fuq l-isforz (f'TGR) għal sistema bbażata fuq il-limiti tal-qbid (f'TACs) għandha ssir flimkien mal-implimentazzjoni tas-sistema ta' dikjarazzjoni elettronika tal-qabdiet (sistema elettronika ta' rappurtar (l-ERS)) u tal-ipproċessar tad-data dwar il-qabdiet mibgħuta b'dan il-mod. Għal dan il-għan, qabel it-tielet sena ta' applikazzjoni ta' dan il-Protokoll, il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 10 tal-Ftehim (“Kumitat Konġunt”) għandu jfassal linji gwida għall-applikazzjoni uniformi ta' din is-sistema għall-flotot industrijali kollha.
4. Il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw soġġetti għall-Artikoli 8 u 9.
Artikolu 2
Durata
Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom japplikaw għal perijodu ta' ħames snin li jibda mill-ewwel jum tal-applikazzjoni provviżorja tiegħu skont l-Artikolu 16, sakemm il-Protokoll ma jiġix itterminat kif previst fl-Artikolu 15.
Artikolu 3
Prinċipji
1. Il-Partijiet għandhom jintrabtu li jippromwovu s-sajd responsabbli fiż-żona tas-sajd tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau (“Guinea-Bissau”) abbażi tal-prinċipju tan-nuqqas ta' diskriminazzjoni. Il-Guinea-Bissau għandha tintrabat li ma tagħtix kundizzjonijiet tekniċi iktar favorevoli minn dawk previsti f'dan il-Protokoll lil flotot barranin oħrajn li jistadu fiż-żona tas-sajd tagħha li jkollhom l-istess karatteristiċi u li jistadu għall-istess speċijiet.
2. Il-Partijiet għandhom jintrabtu li jiżguraw li dan il-Protokoll jiġi implimentat skont l-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, kif emendat l-aħħar (2) (“il-Ftehim ta' Cotonou”) dwar l-elementi essenzjali marbutin mad-drittijiet tal-bniedem, mal-prinċipji demokratiċi u mal-istat tad-dritt, u dwar l-element fundamentali marbut mal-amministrazzjoni t-tajba, mal-iżvilupp sostenibbli u mal-ġestjoni ambjentali sostenibbli u b'saħħitha.
3. Il-Partijiet għandhom jintrabtu li jippubblikaw l-informazzjoni dwar kull ftehim li jippermetti lill-bastimenti barranin jidħlu fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau u dwar l-isforz tas-sajd marbut miegħu, b'mod partikolari l-għadd ta' awtorizzazzjonijiet li jkunu nħarġu u l-qabdiet li jkunu saru, u li jaqsmu din l-informazzjoni bejniethom.
4. Skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim, il-bastimenti tal-Unjoni jistgħu jwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa fil-kuntest ta' dan il-Protokoll skont il-proċeduri deskritti fl-Anness tiegħu.
Artikolu 4
Kontribuzzjoni finanzjarja
1. Għall-perijodu msemmi fl-Artikolu 1 ta' dan il-Protokoll, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim għandha tkun ta' EUR 15 600 000 fis-sena.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tinkludi:
|
(a) |
ammont annwali għall-aċċess għar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau ta' EUR 11 600 000; u |
|
(b) |
ammont speċifiku ta' EUR 4 000 000 fis-sena għall-appoġġ għall-politika settorjali tas-sajd tal-Guinea-Bissau. |
3. Huwa stmat li l-ammont li jikkorrispondi għall-imposti li s-sidien tal-bastimenti jridu jħallsu għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd maħruġin skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim u skont il-proċeduri previsti fil-Kapitolu II ta' dan il-Protokoll huwa ta' madwar EUR 4 000 000.
4. Il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu japplika soġġett għall-Artikoli 8, 9, 14, 15 u 16.
5. Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja skont il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 għandu jsir mhux aktar tard minn 90 jum mid-data tal-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Protokoll fl-ewwel sena u mhux aktar tard minn 30 jum mid-data tal-anniversarju tal-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Protokoll fis-snin ta' wara.
6. L-awtoritajiet tal-Guinea-Bissau għandhom il-kompetenza esklużiva jiddeċiedu kif se tintuża l-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2.
7. Il-ħlasijiet previsti f'dan l-Artikolu għandhom isiru f'kont wieħed tat-Teżor Pubbliku miftuħ mal-Bank Ċentrali tal-Guinea-Bissau li d-dettalji tiegħu għandhom jiġu nnotifikati kull sena mill-Ministeru għas-Sajd. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2, maħsuba għall-appoġġ settorjali, għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Guinea-Bissau f'kont tat-Teżor Pubbliku. Kull sena, l-awtoritajiet tal-Guinea-Bissau għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea bin-numri tal-kontijiet rilevanti.
Artikolu 5
Appoġġ settorjali
1. L-appoġġ settorjali mogħti fil-kuntest ta' dan il-Protokoll għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali għas-sajd u għall-ekonomija l-blu. L-għan tiegħu hu li jkun hemm ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd u li jiġi żviluppat is-settur, l-iktar permezz tal-affarijiet li ġejjin:
|
— |
it-tisħiħ tal-monitoraġġ, tal-kontroll u tas-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd (fosthom permezz tal-istallazzjoni tal-ERS u tat-tħaddim tagħha); |
|
— |
it-tisħiħ tal-ġbir u tal-ipproċessar tad-data għall-finijiet xjentifiċi u tal-kapaċità ta' analiżi u ta' evalwazzjoni tar-riżorsi tas-sajd u tal-attivitajiet tas-sajd; |
|
— |
it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-partijiet involuti fis-settur tas-sajd; |
|
— |
l-appoġġ għas-sajd fuq skala żgħira; |
|
— |
it-tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali; |
|
— |
it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-esportazzjoni tal-prodotti tas-sajd u l-promozzjoni tal-investiment fis-settur; |
|
— |
l-iżvilupp tal-infrastruttura rilevanti għas-sajd; |
|
— |
l-appoġġ għall-ekonomija l-blu u l-iżvilupp tal-akkwakultura. |
2. Sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll jew wara l-applikazzjoni provviżorja tiegħu, jekk ikun il-każ, il-Kumitat Konġunt għandu jadotta programm settorjali pluriennali u r-regoli għall-implimentazzjoni tiegħu, b'mod partikolari dan li ġej:
|
(a) |
il-linji gwida annwali u pluriennali għall-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 4(2); |
|
(b) |
il-miri annwali u pluriennali li għandhom jintlaħqu sabiex jiġi promoss is-sajd sostenibbli u responsabbli, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet li l-Guinea-Bissau esprimiet fil-politika nazzjonali tas-sajd tagħha u f'politiki rilevanti oħrajn, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-appoġġ għas-sajd fuq skala żgħira u mas-sorveljanza, mal-kontroll u mal-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (is-sajd IUU), kif ukoll il-prijoritajiet b'rabta mat-tisħiħ tal-kapaċitajiet xjentifiċi tal-Guinea-Bissau fis-settur tas-sajd; |
|
(c) |
il-kriterji u l-proċeduri li għandhom jintużaw biex jiġu evalwati r-riżultati miksubin fuq bażi annwali, fosthom, jekk ikun il-każ, l-indikaturi baġitarji u finanzjarji. |
3. Kull emenda tal-programm settorjali pluriennali li tiġi proposta trid tiġi approvata mill-Partijiet fil-Kumitat Konġunt.
4. Kull sena, il-Guinea-Bissau għandha tibgħat rapport dwar il-progress li jkun sar fuq il-proġetti implimentati permezz tal-fondi għall-appoġġ settorjali li għandu jeżaminah il-Kumitat Konġunt. Qabel ma jiskadi dan il-Protokoll, il-Guinea-Bissau għandha tibgħat ukoll rapport finali.
5. L-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) tista' tirrevedi jew tissospendi, parzjalment jew totalment, il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista fil-punt (b) tal-Artikolu 4(2) f'każ li ma tiġix eżegwita din il-kontribuzzjoni finanzjarja jew f'każ li evalwazzjoni mwettqa mill-Kumitat Konġunt turi li r-riżultati miksubin ma jkunux konformi mal-ipprogrammar.
6. Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jibda mill-ġdid wara konsultazzjoni bejn iż-żewġ Partijiet u ftehim bejniethom, malli r-riżultati tal-implimentazzjoni jkunu jiġġustifikaw dan. Madankollu, il-ħlas ta' din il-kontribuzzjoni finanzjarja ma jistax isir wara perijodu ta' sitt xhur minn meta jiskadi dan il-Protokoll.
7. Il-Partijiet għandhom jiżguraw il-viżibbiltà tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-appoġġ settorjali.
Artikolu 6
Kooperazzjoni xjentifika għal sajd responsabbli
1. Il-Partijiet għandhom jintrabtu li jippromwovu s-sajd responsabbli u li jiġġieldu kontra s-sajd IUU fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau, abbażi tal-prinċipju tan-nuqqas ta' diskriminazzjoni bejn il-flotot differenti li jistadu f'dawn l-ilmijiet u abbażi tal-prinċipji ta' ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd u tal-ekosistemi tal-baħar.
2. Fil-perijodu kopert minn dan il-Protokoll, l-Unjoni u l-Guinea-Bissau għandhom jikkooperaw bejniethom biex jimmonitorjaw l-evoluzzjoni tal-istat tar-riżorsi u tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau.
3. Il-Partijiet għandhom jintrabtu li jippromwovu l-ħarsien tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (l-ICCAT) u tal-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (is-CECAF), kif ukoll il-kooperazzjoni fil-livell sottoreġjonali b'rabta mal-ġestjoni responsabbli tas-sajd, b'mod partikolari fil-kuntest tal-Kummissjoni Sottoreġjonali tas-Sajd (is-SRFC).
4. Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fil-Kumitat Konġunt sabiex jadottaw, jekk ikun hemm bżonn u bi ftehim reċiproku bejniethom, miżuri ġodda favur il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd.
Artikolu 7
Kumitat Xjentifiku Konġunt
1. Il-Kumitat Xjentifiku Konġunt imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Ftehim (“Kumitat Xjentifiku Konġunt”) għandu jkun magħmul minn xjenzati li kull waħda mill-Partijiet taħtar f'numri ndaqs. B'deċiżjoni tal-Partijiet, fil-Kumitat Xjentifiku Konġunt jistgħu jitħallew jieħdu sehem osservaturi, b'mod partikolari rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd bħas-CECAF.
2. Il-Kumitat Xjentifiku Konġunt għandu jiltaqa' tal-inqas darba fis-sena, skont l-Artikolu 4(1) tal-Ftehim. Fil-prinċipju, il-laqgħat għandhom isiru darba fil-Guinea-Bissau u darba fl-Unjoni. Fuq talba ta' xi waħda mill-Partijiet, jistgħu jiġu organizzati wkoll laqgħat oħrajn. Il-laqgħat għandhom jippreseduhom darba waħda mill-Partijiet u darba l-Parti l-oħra.
3. Xogħol il-Kumitat Xjentifiku Konġunt għandu x'jaqsam b'mod partikolari mal-attivitajiet li ġejjin:
|
(a) |
mal-ġbir tad-data dwar l-isforzi tas-sajd u dwar il-qabdiet tal-flotot nazzjonali u ta' dawk barranin li jkunu qed jaħdmu fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau u li jkunu qed jistadu għall-ispeċijiet koperti minn dan il-Protokoll; |
|
(b) |
mat-tfassil ta' proposti, mal-monitoraġġ u mal-analiżi tal-istħarriġ annwali li jikkontribwixxi għall-proċess tal-evalwazzjoni tal-istokkijiet u li jippermetti li jiġu stabbiliti l-opportunitajiet tas-sajd u l-għażliet tal-użu li jiżguraw il-konservazzjoni tar-riżorsi u tal-ekosistema tagħhom; |
|
(c) |
mat-tfassil ta' rapport xjentifiku annwali abbażi ta' dan dwar is-sajd li għalih japplika dan il-Protokoll; |
|
(d) |
mat-tfassil ta' pariri xjentifiċi marbutin mal-miżuri ta' ġestjoni li se jitqiesu li huma meħtieġa għall-użu sostenibbli tal-istokkijiet u tas-sajd li għalihom japplika dan il-Ftehim, fuq inizjattiva tiegħu stess jew bi tweġiba għal talba tal-Kumitat Konġunt jew ta' xi waħda mill-Partijiet. |
4. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet u tar-riżoluzzjonijiet adottati mill-ICCAT u fid-dawl tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli, bħal dak tas-CECAF, u tal-konklużjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku Konġunt, jekk ikun il-każ, il-Kumitat Konġunt għandu jadotta miżuri favur il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd koperti minn dan il-Protokoll li jolqtu l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni.
Artikolu 8
Reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd u tal-miżuri tekniċi
1. F'każ li l-Guinea-Bissau tiddeċiedi, abbażi ta' parir tal-Kumitat Xjentifiku Konġunt, li tagħlaq ċertu żoni għal ċertu tip ta' sajd jew li tistabbilixxi staġuni magħluqa għalih bħala parti minn miżura ta' konservazzjoni tar-riżorsi, il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa' biex janalizza r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni, biex jevalwa l-impatt ta' dan l-għeluq fuq l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni fil-kuntest tal-Ftehim u biex jiddeċiedi dwar il-miżuri korrettivi li jistgħu jittieħdu.
2. Fil-każijiet previsti fil-paragrafu 1, il-Kumitat Konġunt għandu jaqbel fuq tnaqqis proporzjonat tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Ftehim li l-Unjoni trid tħallas u, jekk ikun hemm bżonn, fuq il-kumpens li s-sidien tal-bastimenti jridu jingħataw.
3. Kull għeluq li l-Guinea-Bissau tiddeċiedi dwaru abbażi ta' parir xjentifiku għandu japplika mingħajr diskriminazzjoni għall-bastimenti kollha involuti f'dak it-tip ta' sajd, inklużi l-bastimenti nazzjonali u dawk li jtajru l-bandiera ta' pajjiż terz.
4. Il-Kumitat Konġunt jista' jirrevedi l-opportunitajiet tas-sajd imsemmijin fl-Artikolu 1 bi ftehim reċiproku abbażi ta' rakkomandazzjoni tal-Kumitat Xjentifiku Konġunt. F'każ bħal dan, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 4(2) għandha tiġi aġġustata b'mod proporzjonat u pro rata temporis u dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom jiġu emendati kif xieraq.
5. Jekk ikun hemm bżonn, il-Kumitat Konġunt jista' jeżamina u jadatta, bi ftehim reċiproku, id-dispożizzjonijiet marbutin mal-kundizzjonijiet li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd u r-regoli għall-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll u tal-Annessi tiegħu, fosthom l-arranġamenti dwar il-monitoraġġ tal-appoġġ settorjali.
Artikolu 9
Sajd sperimentali u opportunitajiet ġodda tas-sajd
1. F'każ li l-bastimenti tal-Unjoni jkunu interessati jwettqu attivitajiet tas-sajd li mhumiex previsti fl-Artikolu 1 sabiex tiġi ttestjata l-fattibbiltà teknika u l-vijabbiltà ekonomika ta' tipi ġodda ta' sajd, jistgħu jingħataw liċenzji biex dawn l-attivitajiet jitwettqu fuq bażi esploratorja skont il-leġislazzjoni tal-Guinea-Bissau li tkun fis-seħħ. Meta jkun possibbli, it-tali sajd esploratorju għandu jsir bl-użu tal-għarfien espert xjentifiku u tekniku lokali disponibbli. Il-vjaġġi tas-sajd sperimentali jsiru bil-għan li jiġu ttestjati l-fattibbiltà teknika u l-vijabbiltà ekonomika ta' tipi ġodda ta' sajd.
2. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni Ewropea għandha tgħarraf lill-awtoritajiet tal-Guinea-Bissau bit-talbiet għal-liċenzji tas-sajd sperimentali abbażi ta' fajl tekniku li jkun fih l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
l-ispeċijiet fil-mira; |
|
(b) |
l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-bastiment; |
|
(c) |
l-esperjenza tal-uffiċjali tal-bastiment b'rabta mal-attivitajiet tas-sajd ikkonċernati; |
|
(d) |
il-parametri tekniċi proposti għall-vjaġġ (id-durata, l-irkaptu tas-sajd, ir-reġjuni li se jiġu esplorati, eċċ.); |
|
(e) |
it-tip ta' data miġbura biex ikun żgurat monitoraġġ xjentifiku tal-impatt ta' dawn l-attivitajiet tas-sajd fuq ir-riżorsi u fuq l-ekosistemi. |
3. Il-liċenzji għas-sajd sperimentali għandhom jingħataw għal perijodu massimu ta' sitt xhur. Biex jingħataw, għandha titħallas imposta stabbilita mill-awtoritajiet tal-Guinea-Bissau.
4. Matul il-vjaġġ kollu, għandu jkun hemm osservatur xjentifiku mill-Istat tal-bandiera u osservatur magħżul mill-Guinea-Bissau abbord.
5. L-awtoritajiet tal-Guinea-Bissau għandhom jistabbilixxu l-qabdiet awtorizzati fil-kuntest tal-vjaġġ tas-sajd sperimentali. Il-qabdiet li jsiru fil-kuntest tal-vjaġġ tas-sajd sperimentali u matulu jibqgħu l-proprjetà ta' sid il-bastiment. Il-ħut ta' daqs li ma jkunx skont il-liġi jew il-ħut li ma jkunx jista' jiġi mistad skont il-leġislazzjoni tal-Guinea-Bissau li tkun fis-seħħ ma jistax jinżamm abbord jew jiġi kkummerċjalizzat.
6. Ir-riżultati ddettaljati tal-vjaġġ għandhom jintbagħtu lill-Kumitat Konġunt u lill-Kumitat Xjentifiku Konġunt biex dawn janalizzawhom.
7. F'każ li l-bastimenti tal-Unjoni jkunu interessati jwettqu attivitajiet tas-sajd li mhumiex imniżżlin fl-Artikolu 1 ta' dan il-Protokoll, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lill-Kumitat Xjentifiku Konġunt. Il-Partijiet għandhom jiftiehmu bejniethom dwar il-kundizzjonijiet li japplikaw għal dawk l-opportunitajiet il-ġodda tas-sajd u għandhom jemendaw dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu kif xieraq sa ma jiskadi dan il-Protokoll. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 4(2) ta' dan il-Protokoll għandha tiżdied kif xieraq. L-imposti u l-kundizzjonijiet l-oħrajn previsti fl-Anness li japplikaw għas-sidien tal-bastimenti għandhom jiġu emendati kif xieraq.
Artikolu 10
Integrazzjoni ekonomika tal-operaturi tal-Unjoni fis-settur tas-sajd tal-Guinea-Bissau
1. Il-Partijiet għandhom jintrabtu li jippromwovu l-integrazzjoni ekonomika tal-operaturi tal-Unjoni fis-settur kollu tas-sajd tal-Guinea-Bissau, b'mod partikolari billi jistabbilixxu impriżi konġunti u billi joħolqu l-infrastruttura rilevanti.
2. Il-Partijiet għandhom jikkooperaw bejniethom sabiex joħolqu għarfien fost l-operaturi tal-Unjoni tas-settur privat dwar l-opportunitajiet kummerċjali u industrijali li jeżistu fis-settur kollu tas-sajd tal-Guinea-Bissau, b'mod partikolari b'rabta mal-investimenti diretti.
3. Għal dan il-għan, il-Guinea-Bissau tista' tagħti wkoll inċentivi lill-operaturi tal-Unjoni li jwettqu t-tali investimenti.
4. Il-Partijiet għandhom jikkooperaw bejniethom sabiex jidentifikaw l-opportunitajiet tal-investiment u l-istrumenti ta' finanzjament għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet jew tal-proġetti identifikati.
5. Kull sena, il-Kumitat Konġunt għandu jevalwa l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 11
Skambju tal-informazzjoni
1. Il-Partijiet għandhom jintrabtu li jagħtu preferenza lis-sistemi elettroniċi għall-iskambju tal-informazzjoni u tad-dokumenti marbutin mal-implimentazzjoni tal-Protokoll.
2. Il-verżjoni elettronika tad-dokumenti previsti f'dan il-Protokoll għandha titqies li hija ekwivalenti għalkollox għall-verżjoni stampata tagħhom.
3. Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw minnufih lil xulxin b'kull ħsara fis-sistema kompjuterizzata. F'dan il-każ, l-informazzjoni u d-dokumenti marbutin mal-implimentazzjoni tal-Ftehim għandhom jiġu sostitwiti b'mod awtomatiku bil-verżjoni stampata tagħhom skont il-proċeduri speċifikati fl-Anness għal dan il-Protokoll.
Artikolu 12
Kunfidenzjalità tad-data
1. Il-Partijiet għandhom jintrabtu li jittrattaw f'kull ħin id-data personali kollha marbuta mal-bastimenti tal-Unjoni u mal-attivitajiet tas-sajd tagħhom miksuba fil-kuntest tal-Ftehim strettament skont il-prinċipji tal-kunfidenzjalità u tal-protezzjoni tad-data.
2. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li d-data aggregata marbuta mal-attivitajiet tas-sajd tal-flotta tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau biss tiġi ppubblikata, skont id-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-ICCAT u ta' organizzazzjonijiet reġjonali u sottoreġjonali oħrajn tas-sajd.
3. Id-data li tista' titqies bħala kunfidenzjali għandha tintuża mill-awtoritajiet kompetenti biss għall-implimentazzjoni tal-Ftehim u għall-finijiet tal-ġestjoni, tal-monitoraġġ, tal-kontroll u tas-sorveljanza tas-sajd.
4. F'dak li għandu x'jaqsam mad-data personali li tibgħat l-Unjoni, il-Kumitat Konġunt jista' jistabbilixxi s-salvagwardji x-xierqa u r-rimedji legali skont ir-Regolament UE 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, GDPR).
Artikolu 13
Leġislazzjoni applikabbli
1. Il-liġijiet applikabbli tal-Guinea-Bissau għandhom jirregolaw l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni li jkunu qed jistadu fl-ilmijiet tal-Guinea-Bissau, dment li l-Ftehim, dan il-Protokoll, jew l-Anness u l-Appendiċijiet tiegħu ma jipprevedux mod ieħor.
2. Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bil-miktub b'kull bidla fil-politika tagħhom tas-sajd u fil-leġislazzjoni tagħhom f'dan il-qasam. Dan it-tibdil leġislattiv jew regolatorju li jkollu impatt tekniku fuq l-attivitajiet tas-sajd għandu jibda japplika għall-bastimenti tal-Unjoni fi tmiem perijodu ta' tliet xhur minn meta ssir in-notifika uffiċjali dwaru.
Artikolu 14
Sospensjoni tal-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll
1. L-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll, fosthom il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 4(2), tista' tiġi sospiża wara konsultazzjonijiet fil-Kumitat Konġunt, jekk tintlaħaq waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin jew iktar:
|
(a) |
jekk ikun hemm ċirkustanzi mhux tas-soltu, minbarra fenomeni naturali, li minħabba fihom ma jkunux jistgħu jitwettqu l-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau; |
|
(b) |
jekk ikun hemm tibdil sinifikanti fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika tas-sajd ta' waħda miż-żewġ Partijiet li jaffettwa d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll; |
|
(c) |
jekk jinbdew il-mekkaniżmi ta' konsultazzjoni previsti fl-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Cotonou b'rabta ma' ksur tal-elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem kif iddefiniti fl-Artikolu 9 ta' dak il-Ftehim; |
|
(d) |
jekk l-Unjoni tonqos milli tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 4(2) għal raġunijiet oħrajn minbarra dawk previsti fil-punt (c) ta' dan il-paragrafu; |
|
(e) |
jekk ikun hemm tilwima serja mhux solvuta bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Ftehim jew ta' dan il-Protokoll. |
2. Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jibda mill-ġdid wara konsultazzjoni bejn iż-żewġ Partijiet u ftehim bejniethom malli s-sitwazzjoni terġa' lura għal li kienet qabel ma seħħew l-avvenimenti msemmijin fil-paragrafu 1. Madankollu, il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista fil-punt (b) tal-Artikolu 4(2) ma għandux isir wara perijodu ta' sitt xhur minn meta jiskadi dan il-Protokoll.
3. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Unjoni jistgħu jiġu sospiżi meta jiġi sospiż il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja skont fil-punt (a) tal-Artikolu 4(2). F'każ li titneħħa din is-sospensjoni, il-perijodu ta' validità ta' dawk l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandu jittawwal b'perijodu li jkun daqs dak tas-sospensjoni tal-attivitajiet tas-sajd. Matul il-perijodu ta' sospensjoni għandhom jieqfu l-attivitajiet kollha tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau.
4. Biex l-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll tiġi sospiża, il-Parti kkonċernata għandha tinnotifika bil-miktub li hija jkun beħsiebha tagħmel dan mill-inqas tliet xhur qabel id-data li fiha tkun se tidħol fis-seħħ din is-sospensjoni, ħlief fil-każ previst fil-punt (c) tal-paragrafu 1, li għandu jwassal għal sospensjoni immedjata. Fil-frattemp, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fil-Kumitat Konġunt.
5. F'każ ta' sospensjoni, il-Partijiet għandhom ikomplu għaddejjin bil-konsultazzjonijiet sabiex isibu soluzzjoni amikevoli għat-tilwim ta' bejniethom. Meta tinstab it-tali soluzzjoni, dan il-Protokoll għandu jerġa' jibda jiġi implimentat u l-ammont tal-kumpens finanzjarju għandu jitnaqqas b'mod proporzjonat u pro rata temporis skont it-tul ta' żmien li matulu kienet sospiża l-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll.
Artikolu 15
Terminazzjoni
1. F'każ ta' terminazzjoni ta' dan il-Protokoll, il-Parti kkonċernata għandha tinnotifika bil-miktub lill-Parti l-oħra li hija jkun beħsiebha tittermina dan il-Protokoll mill-inqas sitt xhur qabel id-data li fiha tkun se tidħol fis-seħħ din it-terminazzjoni.
2. L-għoti tan-notifika kif imsemmi fil-paragrafu 1, għandha tagħti bidu għall-konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet.
Artikolu 16
Applikazzjoni provviżorja
Dan il-Protokoll għandu japplika b'mod provviżorju mid-data tal-iffirmar tiegħu.
Artikolu 17
Dħul fis-seħħ
Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fid-data meta l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li lestew il-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan.
Съставено в Брюксел на петнадесети юни две хиляди и деветнадесета година.
Hecho en Bruselas, el quince de junio de dos mil diecinueve.
V Bruselu dne patnáctého června dva tisíce devatenáct.
Udfærdiget i Bruxelles den femtende juni to tusind og nitten.
Geschehen zu Brüssel am fünfzehnten Juni zweitausendneunzehn.
Kahe tuhande üheksateistkümnenda aasta juunikuu viieteistkümnendal päeval Brüsselis.
Έγινε στις Βρυξέλλες, στις δέκα πέντε Ιουνίου δύο χιλιάδες δεκαεννέα.
Done at Brussels on the fifteenth day of June in the year two thousand and nineteen.
Fait à Bruxelles, le quinze juin deux mille dix-neuf.
Sastavljeno u Bruxellesu petnaestog lipnja godine dvije tisuće devetnaeste.
Fatto a Bruxelles, addì quindici giugno duemiladiciannove.
Briselē, divi tūkstoši deviņpadsmitā gada piecpadsmitajā jūnijā.
Priimta du tūkstančiai devynioliktų metų birželio penkioliktą dieną Briuselyje.
Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenkilencedik év június havának tizenötödik napján.
Magħmul fi Brussell, fil-ħmistax-il jum ta’ Ġunju fis-sena elfejn u dsatax.
Gedaan te Brussel, vijftien juni tweeduizend negentien.
Sporządzono w Brukseli dnia piętnastego czerwca roku dwa tysiące dziewiętnastego.
Feito em Bruxelas, em quinze de junho de dois mil e dezanove.
Întocmit la Bruxelles la cincisprezece iunie două mii nouăsprezece.
V Bruseli pätnásteho júna dvetisícdevätnásť.
V Bruslju, dne petnajstega junija leta dva tisoč devetnajst.
Tehty Brysselissä viidentenätoista päivänä kesäkuuta vuonna kaksituhattayhdeksäntoista.
Som skedde i Bryssel den femtonde juni år tjugohundranitton.
За Европейския съюз
Рог la Unión Europea
Za Evropskou unii
For Den Europæiske Union
Für die Europäische Union
Euroopa Liidu nimel
Για την Ευρωπαϊκή Ένωση
For the European Union
Pour l'Union européenne
Za Europsku uniju
Per l'Unione europea
Eiropas Savienības vārdā –
Europos Sąjungos vardu
Az Európai Unió részéről
Għall-Unjoni Ewropea
Voor de Europese Unie
W imieniu Unii Europejskiej
Pela União Europeia
Pentru Uniunea Europeană
Za Európsku úniu
Za Evropsko unijo
Euroopan unionin puolesta
För Europeiska unionen
За Република Гвинея Бисау
Por la República de Guinea-Bissau
Za Republiku Guinea-Bissau
For Republikken Guinea-Bissau
Für die Republik Guinea-Bissau
Guinea-Bissau Vabariigi nimel
Για την Δημοκρατία της Γουινέας-Μπισάου
For the Republic of Guinea-Bissau
Pour la République de Guinée-Bissau
Za Republiku Gvineju Bissau
Per la Repubblica di Guinea-Bissau
Gvinejas-Bisavas Republikas vārdā –
Bisau Gvinėjos Respublikos vardu
A Bissau-guineai Köztársaság részéről
Għar-Repubblika tal-Ginea Bissaw
Voor de Republiek Guinee-Bissau
W imieniu Republiki Gwinei Bissau
Pela República da Guiné-Bissau
Pentru Republica Guineea-Bissau
Za Guinejsko-bissauskú republiku
Za Republiko Gvinejo Bissau
Guinea-Bissaun tasavallan puolesta
För Republiken Guinea-Bissau
(1) ĠU L 342, 27.12.2007, p. 5.
(2) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
ANNESS
IL-KUNDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ATTIVITAJIET TAS-SAJD TAL-BASTIMENTI TAL-UNJONI FIŻ-ŻONA TAS-SAJD TAL-GUINEA-BISSAU
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. Ħatra tal-awtorità kompetenti
Għall-finijiet ta' dan l-Anness u sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, kull referenza għall-awtorità kompetenti tal-Unjoni jew tal-Guinea-Bissau għandha tfisser:
|
— |
għall-Unjoni: il-Kummissjoni Ewropea, jekk ikun hemm bżonn permezz tad-delegazzjoni tal-Unjoni fil-Guinea-Bissau; |
|
— |
għall-Guinea-Bissau: id-dipartiment tal-gvern responsabbli għas-sajd. |
2. Żona tas-sajd awtorizzata
Iż-żona tas-sajd awtorizzata li fiha l-bastimenti tal-Unjoni huma awtorizzati jistadu għandha tikkorrispondi għaż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau, fosthom dik il-parti li tikkorrispondi għaż-żona komuni ta' bejn il-Guinea-Bissau u s-Senegal, skont il-leġislazzjoni tal-Guinea-Bissau u skont il-konvenzjonijiet internazzjonali applikabbli li l-Guinea-Bissau hija Parti tagħhom.
Il-linji bażi huma ddefiniti mil-leġislazzjoni nazzjonali.
3. Ħatra ta' aġent lokali
Minbarra l-bastimenti tas-sajd għat-tonn, il-bastimenti kollha tal-Unjoni li jkunu jixtiequ jiksbu awtorizzazzjoni tas-sajd skont dan il-Protokoll iridu jkunu rrappreżentati minn aġent li jkun residenti fil-Guinea-Bissau.
4. Kont bankarju
Qabel ma jidħol fis-seħħ dan il-Protokoll, il-Guinea-Bissau għandha tinnotifika lill-Unjoni d-dettalji tal-kont jew tal-kontijiet bankarji li fihom għandhom jitħallsu l-ammonti finanzjarji li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom iħallsu skont il-Ftehim. L-ammonti li jridu jitħallsu b'rabta mat-trasferimenti bankarji għandhom iħallsuhom is-sidien tal-bastimenti.
5. Punti ta' kuntatt
Il-Partijiet għandhom jgħarrfu lil xulxin bil-punti ta' kuntatt rispettivi tagħhom li jippermettu li tiġi skambjata l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll, b'mod partikolari dwar il-kwistjonijiet marbutin mal-iskambju tad-data aggregata dwar il-qabdiet u dwar l-isforz tas-sajd, dwar il-proċeduri marbutin mal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd u dwar l-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali.
KAPITOLU II
Awtorizzazzjonijiet tas-sajd
1. Prerekwiżit biex tinkiseb awtorizzazzjoni tas-sajd — il-bastimenti eliġibbli
L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd imsemmijin fl-Artikolu 6 tal-Ftehim għandhom jinħarġu bil-kundizzjoni li l-bastiment ikun imniżżel fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u li dan ikun konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2017/2403 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Iridu jkunu ntlaħqu l-obbligi preċedenti kollha marbutin ma' sid il-bastiment, mal-kaptan jew mal-bastiment innifsu li jkunu ġejjin mill-attivitajiet tas-sajd tagħhom fil-Guinea-Bissau skont il-Ftehim.
2. Talba għal awtorizzazzjoni tas-sajd
L-Unjoni għandha tibgħat lill-Guinea-Bissau talba għal awtorizzazzjoni tas-sajd għal kull bastiment li jkun jixtieq jistad skont il-Ftehim, mill-inqas 40 jum qabel jibda l-perijodu ta' validità mitlub, billi tuża l-formola mogħtija fl-Appendiċi għall-Anness ta' dan il-Protokoll.
Għal kull talba inizjali għal awtorizzazzjoni tas-sajd skont dan il-Protokoll jew wara li l-bastiment ikkonċernat issirlu bidla teknika, flimkien mat-talba jridu jintbagħtu l-affarijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-prova li tħallset l-imposta b'rata fissa għall-perijodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd mitluba; |
|
(b) |
l-isem u l-indirizz tal-aġent lokali tal-bastiment, jekk ikun hemm wieħed; |
|
(c) |
fil-każ tal-bastimenti tat-tkarkir, il-prova tal-ħlas bil-quddiem tal-kontribuzzjoni b'rata fissa għall-ispejjeż marbutin mal-osservatur; |
|
(d) |
fil-każ tal-bastimenti tat-tkarkir, iċ-ċertifikat tat-tunnellaġġ tal-bastiment maħruġ mill-Istat tal-bandiera. |
Għat-tiġdid ta' awtorizzazzjoni tas-sajd skont dan il-Protokoll għal bastiment li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu ma jkunux inbidlu, it-talba għat-tiġdid għandu jkollha magħha biss il-prova li tħallset l-imposta u, jekk ikun il-każ, il-prova li tħallset il-kontribuzzjoni b'rata fissa għall-ispejjeż marbutin mal-osservatur.
3. Ħruġ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd
Il-Guinea-Bissau għandha toħroġ l-awtorizzazzjoni oriġinali tas-sajd f'perijodu massimu ta' 25 jum minn meta tirċievi l-fajl komplut tat-talba u mill-inqas 15-il jum qabel jibda l-perijodu tas-sajd. Din l-awtorizzazzjoni għandha tinbagħat lis-sidien tal-bastimenti:
|
— |
fil-każ tal-bastimenti tat-tkarkir, permezz tal-aġenti, u għandha tintbagħat kopja tagħha wkoll lill-Unjoni; u |
|
— |
fil-każ tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn, permezz tad-delegazzjoni tal-Unjoni fil-Guinea-Bissau. |
F'dak li għandu x'jaqsam mal-bastimenti tas-sajd għat-tonn, kopja ta' din l-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tintbagħat mill-ewwel lill-awtorità kompetenti ta' sid il-bastiment b'mod elettroniku u wkoll lir-rappreżentant lokali tiegħu, jekk ikun il-każ, u kopja tagħha għandha tintbagħat ukoll lill-Unjoni. Dik il-kopja ma għandhiex tibqa' valida malli tasal l-awtorizzazzjoni oriġinali tas-sajd. Dik il-kopja, li għandha tinżamm abbord il-bastimenti tas-sajd għat-tonn, għandha tkun valida għal perijodu ta' 40 jum li matulu titqies li hija ekwivalenti għall-awtorizzazzjoni oriġinali.
F'każ li awtorizzazzjoni tas-sajd tiġġedded matul il-perijodu ta' applikazzjoni ta' dan il-Protokoll, l-awtorizzazzjoni tas-sajd il-ġdida jrid ikun fiha referenza ċara għall-awtorizzazzjoni tas-sajd oriġinali.
L-Unjoni għandha tibgħat l-awtorizzazzjoni tas-sajd lil sid il-bastiment jew lill-aġent. Jekk l-uffiċċji tal-Unjoni jkunu magħluqin, il-Guinea-Bissau tista' tibgħat l-awtorizzazzjoni tas-sajd direttament lil sid il-bastiment jew lill-aġent tiegħu u tibgħat kopja lill-Unjoni.
4. Lista tal-bastimenti li huma awtorizzati jistadu
Malli toħroġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd, il-Guinea-Bissau għandha tistabbilixxi mingħajr dewmien, għal kull kategorija ta' bastimenti, il-lista finali tal-bastimenti li huma awtorizzati jistadu fiż-żona tas-sajd tagħha. Din il-lista għandha tintbagħat minnufih lill-awtorità nazzjonali responsabbli għall-kontroll tas-sajd u lill-Unjoni b'mod elettroniku.
5. Perijodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd
L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jinħarġu għal perijodu ta' tliet xhur, ta' sitt xhur jew ta' sena.
Sabiex jiġi stabbilit meta jibda l-perijodu ta' validità, “perijodu ta' sena” għandha tfisser:
|
(a) |
matul l-ewwel sena ta' applikazzjoni ta' dan il-Protokoll, il-perijodu bejn id-data tal-applikazzjoni provviżorja tiegħu u l-31 ta' Diċembru tal-istess sena; |
|
(b) |
fis-snin ta' wara, kull sena kalendarja sħiħa; |
|
(c) |
fl-aħħar sena ta' applikazzjoni ta' dan il-Protokoll, il-perijodu bejn l-1 ta' Jannar u d-data meta jiskadi dan il-Protokoll. |
Perijodu ta' validità ta' tliet xhur jew ta' sitt xhur għandu jibda fl-1 tax-xahar ta' kull xahar. Madankollu, l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd ma jistgħux jibqgħu validi wara l-31 ta' Diċembru tas-sena li fihom jinħarġu.
6. Żamma abbord tal-awtorizzazzjoni tas-sajd
L-awtorizzazzjoni tas-sajd trid tinżamm dejjem abbord il-bastiment.
Madankollu, il-bastimenti tas-sajd għat-tonn u l-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ jistgħu jibdew jistadu malli jiddaħħlu fil-lista provviżorja. Abbord it-tali bastimenti trid tinżamm dejjem il-lista provviżorja sa ma tinħarġilhom l-awtorizzazzjoni tas-sajd tagħhom.
7. Trasferiment tal-awtorizzazzjoni tas-sajd
L-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinħareġ għal bastiment speċifiku u ma tistax tiġi ttrasferita.
Madankollu, f'każ ta' forza maġġuri u fuq talba tal-Unjoni, l-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinbidel b'awtorizzazzjoni ġdida maħruġa f'isem bastiment ieħor li jkun simili għal dak li għandu jinbidel.
It-trasferiment għandu jsir billi sid il-bastiment jew l-aġent tiegħu jagħti lura lill-Guinea-Bissau l-awtorizzazzjoni tas-sajd li għandha tinbidel u billi l-Guinea-Bissau tistabbilixxi mingħajr dewmien l-awtorizzazzjoni ta' sostituzzjoni. L-awtorizzazzjoni ta' sostituzzjoni għandha tingħata minnufih lil sid il-bastiment jew lill-aġent tiegħu meta tingħata lura l-awtorizzazzjoni li għandha tinbidel, ladarba ssir l-ispezzjoni teknika skont il-punt 9 ta' dan il-Kapitolu. L-awtorizzazzjoni ta' sostituzzjoni tibda tgħodd dakinhar li tingħata lura l-awtorizzazzjoni li għandha tinbidel.
Fil-każ tal-bastimenti tat-tkarkir, jekk it-tunnellaġġ tal-bastiment ta' sostituzzjoni jkun ikbar minn dak tal-bastiment li għandu jinbidel, l-imposta addizzjonali għandha tiġi kkalkulata b'mod proporzjonat skont id-differenza fit-tunnellaġġ u l-perijodu ta' validità li jkun għad fadal. Sid il-bastiment għandu jħallas dik l-imposta addizzjonali meta tiġi ttrasferita l-awtorizzazzjoni tas-sajd.
Il-Guinea-Bissau għandha taġġorna mingħajr dewmien il-lista tal-bastimenti li huma awtorizzati jistadu. Il-lista l-ġdida għandha tintbagħat minnufih lill-awtorità nazzjonali responsabbli għall-kontroll tas-sajd u lill-Unjoni.
8. Bastimenti ta' appoġġ
Fuq talba tal-Unjoni, il-Guinea-Bissau għandha tawtorizza lill-bastimenti tal-Unjoni li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd jiġu megħjuna minn bastimenti ta' appoġġ. Il-bastimenti ta' appoġġ għandhom itajru l-bandiera ta' Stat Membru tal-Unjoni jew ikunu ta' kumpanija tal-Unjoni, u ma jistgħux ikunu mgħammra għas-sajd.
Il-Guinea-Bissau għandha tistabbilixxi l-lista tal-bastimenti ta' appoġġ awtorizzati u tibgħatha mingħajr dewmien lill-awtorità nazzjonali responsabbli għall-kontroll tas-sajd u lill-Unjoni.
Il-bastimenti ta' appoġġ irid ikollhom awtorizzazzjoni għal dan maħruġa skont il-liġijiet tal-Guinea-Bissau u għandhom iħallsu imposta annwali għal dan.
9. Spezzjoni teknika tal-bastimenti tat-tkarkir
Darba fis-sena jew wara li jinbidel it-tunnellaġġ tal-bastiment, jew meta l-użu ta' rkaptu ieħor tas-sajd iwassal għal bidla fil-kategorija tas-sajd, kull bastiment tat-tkarkir tal-Unjoni għandu jidħol fil-port ta' Bissau biex issirlu spezzjoni teknika skont il-leġislazzjoni tal-Guinea-Bissau li hija fis-seħħ.
L-għan tal-ispezzjoni teknika huwa li tivverifika l-konformità tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-bastiment u tal-irkaptu tas-sajd li jkun hemm abbord, kif ukoll il-ħarsien tar-regoli sanitarji u tar-regoli marbutin mal-imbark tal-baħrin nazzjonali.
Il-Guinea-Bissau hija obbligata twettaq l-ispezzjoni teknika f'perijodu massimu ta' 48 siegħa minn meta l-bastiment tat-tkarkir jasal fil-port dejjem jekk tkun ġiet avżata minn qabel dwar il-wasla tiegħu.
Wara l-ispezzjoni teknika, il-Guinea-Bissau għandha tagħti ċertifikat tal-konformità lill-kaptan tal-bastiment minnufih.
Iċ-ċertifikat tal-konformità jkun validu għal sena. Madankollu, f'każ ta' bidla fl-attivitajiet tas-sajd mill-kategorija tas-sajd tal-gambli jew lejn din il-kategorija, ikun hemm bżonn ta' ċertifikat ġdid tal-konformità. Barra minn hekk, f'każ li l-bastiment joħroġ miż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau għal perijodu ta' iktar minn 45 jum, ukoll ikun hemm bżonn ta' ċertifikat ġdid tal-konformità.
Iċ-ċertifikat tal-konformità għandu jinżamm dejjem abbord il-bastiment.
L-ispejjeż marbutin mal-ispezzjoni teknika għandu jħallashom sid il-bastiment u għandhom ikunu ta' ammont stabbilit skont l-iskala mogħtija fil-leġislazzjoni tal-Guinea-Bissau. Tali spejjeż ma jistgħux jaqbżu l-ammonti li jħallsu l-bastimenti nazzjonali jew il-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' pajjiż terz għall-istess servizzi.
L-ammont tal-imposta b'rata fissa huwa stabbilit fl-iskedi tekniċi mogħtija fl-Appendiċi ta' dan l-Anness għal kull kategorija tal-bastimenti. Dan jinkludi t-taxxi nazzjonali u lokali kollha minbarra t-taxxi tal-portijiet u l-ispejjeż għall-provvista tas-servizzi.
Meta l-awtorizzazzjoni tas-sajd tkun valida għal inqas minn sena, l-ammont tal-imposta b'rata fissa għandu jiġi adattat b'mod proporzjonat skont il-perijodu ta' validità mitlub. Jekk ikun hemm bżonn, din l-imposta adattata għandha tiżdied bl-ammont dovut għall-perijodu ta' tliet xhur jew ta' sitt xhur skont l-iskali stabbiliti fl-iskedi tekniċi korrispondenti.
KAPITOLU III
Miżuri tekniċi ta' konservazzjoni
Il-miżuri tekniċi li japplikaw għall-bastimenti tal-Unjoni li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd, marbutin maż-żona, mal-irkaptu tas-sajd u mal-livell tal-qabdiet inċidentali, huma ddefiniti fl-iskedi tekniċi mogħtija fl-Appendiċi ta' dan l-Anness għal kull kategorija tas-sajd.
Il-bastimenti tas-sajd għat-tonn u l-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ għandhom iħarsu r-rakkomandazzjonijiet kollha adottati mill-ICCAT.
KAPITOLU IV
Dikjarazzjoni tal-qabdiet
1. Ġurnal ta' abbord tas-sajd
Il-kaptan ta' bastiment tal-Unjoni li jkun qed jistad skont il-Ftehim għandu jżomm ġurnal ta' abbord tas-sajd. F'dak li għandu x'jaqsam mal-bastimenti tas-sajd għat-tonn, il-ġurnal ta' abbord tas-sajd għandu jkun konformi mar-riżoluzzjonijiet tal-ICCAT applikabbli dwar il-ġbir u t-trażmissjoni tad-data marbuta mal-attivitajiet tas-sajd.
Kuljum, il-kaptan għandu jniżżel fil-ġurnal ta' abbord tas-sajd il-kwantità ta' kull speċi maqbuda u miżmuma abbord, identifikata bil-kodiċi alfa 3 tal-FAO tagħha u mogħtija f'kilogrammi ta' piż ħaj jew, jekk ikun hemm bżonn, fl-għadd ta' ħut individwali. Għal kull speċi ewlenija, il-kaptan għandu jniżżel ukoll meta ma jinqabad xejn minnha.
Jekk ikun il-każ, kuljum, il-kaptan għandu jniżżel ukoll fil-ġurnal ta' abbord tas-sajd il-kwantitajiet ta' kull speċi mormija lura l-baħar, mogħtija f'kilogrammi ta' piż ħaj jew, jekk ikun hemm bżonn, fl-għadd ta' ħut individwali.
Il-ġurnal ta' abbord tas-sajd għandu jimtela b'ittri kbar b'mod li jkun jista' jinqara u għandu jiġi ffirmat mill-kaptan.
Il-kaptan għandu jkun responsabbli għall-preċiżjoni tad-data rreġistrata fil-ġurnal ta' abbord tas-sajd.
2. Dikjarazzjoni tal-qabdiet
2.1. L-ewwel u t-tieni sena ta' applikazzjoni ta' dan il-Protokoll bis-sistema ta' ġestjoni bbażata fuq l-isforz tas-sajd
Il-kaptan għandu jiddikjara l-qabdiet tal-bastiment billi jagħti lill-Guinea-Bissau l-ġurnali ta' abbord tas-sajd tiegħu marbutin mal-perijodu li matulu kien jinsab fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau.
Il-kaptan għandu jibgħat il-ġurnali ta' abbord tas-sajd lill-Guinea-Bissau fl-indirizz tal-posta elettronika li jkun ingħata għal dan il-għan. Il-Guinea-Bissau għandha tikkonferma li tkun irċeviethom billi tibgħat messaġġ ta' ritorn bil-posta elettronika mingħajr dewmien dwar dan.
B'mod alternattiv, il-ġurnali ta' abbord tas-sajd jistgħu jintbagħtu wkoll skont il-proċeduri li ġejjin:
|
(a) |
f'każ li l-bastiment ikun se jgħaddi minn port tal-Guinea-Bissau, kull ġurnal ta' abbord tas-sajd oriġinali għandu jingħata lir-rappreżentant tad-Direttorat Ġenerali għas-Sajd Industrijali tal-Ministeru tas-Sajd tal-Guinea-Bissau (“Direttorat Ġenerali għas-Sajd Industrijali”), li għandu jikkonferma bil-miktub li jkun irċevihom; |
|
(b) |
f'każ li l-bastiment ikun se joħroġ miż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau mingħajr ma jgħaddi minn port tal-Guinea-Bissau qabel, kull ġurnal ta' abbord tas-sajd oriġinali għandu jintbagħat bil-posta fi żmien 14-il jum mill-wasla fi kwalunkwe port ieħor u, fi kwalunkwe każ, fi żmien 30 jum minn meta joħroġ miż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau. |
Il-kaptan għandu jibgħat kopja tal-ġurnali kollha ta' abbord tas-sajd lill-Unjoni. Fil-każ tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn u tal-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ, il-kaptan għandu jibgħat ukoll kopja tal-ġurnali kollha ta' abbord tas-sajd tiegħu lil wieħed mill-istituti xjentifiċi li ġejjin:
|
(a) |
lill-IRD (Institut de recherche pour le développement — l-Istitut tar-riċerka għall-iżvilupp); |
|
(b) |
lill-IEO (Instituto Español de Oceanografía — l-Istitut Spanjol tal-Oċeanografija); jew |
|
(c) |
lill-IPMA (Instituto Português do Mar e da Atmosfera — l-Istitut Portugiż għall-kwistjonijiet tal-baħar u tal-meteoroloġija). |
Jekk bastiment jerġa' lura fiż-żona tal-Guinea-Bissau matul il-perijodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu, irid jibgħat dikjarazzjoni ġdida tal-attivitajiet u tal-qabdiet.
F'każ li ma jitħarsux id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, il-Guinea-Bissau tista' tissospendi l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment ikkonċernat sakemm issir id-dikjarazzjoni tal-qabdiet li tkun nieqsa u tista' tippenalizza lil sid il-bastiment skont id-dispożizzjonijiet previsti għal dan il-għan fil-leġislazzjoni nazzjonali li tkun fis-seħħ. Jekk ir-reat jiġi ripetut, il-Guinea-Bissau tista' tirrifjuta li ġġedded l-awtorizzazzjoni tas-sajd. Il-Guinea-Bissau għandha tgħarraf lill-Unjoni minnufih b'kull piena li tiġi applikata f'dan il-kuntest.
2.2. Mit-tielet sena ta' applikazzjoni ta' dan il-Protokoll bis-sistema ta' ġestjoni bbażata fuq il-kwoti
|
1. |
Il-kaptan ta' bastiment tal-Unjoni li jkun qed jistad skont il-Ftehim għandu jżomm ġurnal ta' abbord tas-sajd skont ir-riżoluzzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT applikabbli. Il-kaptan għandu jkun responsabbli għall-preċiżjoni tad-data rreġistrata fil-ġurnal elettroniku ta' abbord tas-sajd. |
|
2. |
Kull bastiment tal-Unjoni li jkollu liċenzja maħruġa skont dan il-Protokoll għandu jkun mgħammar b'sistema elettronika ta' rappurtar (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-ERS”) li tkun kapaċi tirreġistra u tibgħat data marbuta mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment (minn hawn 'il quddiem imsejħa “data tal-ERS”). |
|
3. |
L-informazzjoni dwar il-qabdiet għandha tiġi nnotifikata kif ġej:
|
|
4. |
Il-bastiment għandu jibgħat id-data tal-ERS lill-Istat tal-bandiera tiegħu, li għandu jiżgura li din titqiegħed b'mod awtomatiku għad-dispożizzjoni tal-Guinea-Bissau. L-Istat tal-bandiera għandu jiżgura li din id-data tasal u tiġi rreġistrata f'bażi tad-data elettronika li tippermetti li din id-data tinżamm b'mod sigur għal mill-inqas 36 xahar. |
|
5. |
L-Istat tal-bandiera u l-Guinea-Bissau għandhom jiżguraw li huma jkollhom it-tagħmir tal-informatika u s-softwer meħtieġa għat-trażmissjoni awtomatika tad-data tal-ERS fil-format speċifikat fil-punt 3 tal-Appendiċi 4 għal dan l-Anness. |
|
6. |
It-trażmissjoni tad-data tal-ERS trid issir bl-użu tal-mezzi elettroniċi ta' komunikazzjoni mmaniġġjati mill-Kummissjoni Ewropea għall-iskambji standardizzati tad-data dwar is-sajd. |
|
7. |
F'każ li ma jitħarsux id-dispożizzjonijiet dwar id-dikjarazzjoni tal-qabdiet, il-Guinea-Bissau tista' tissospendi l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment ikkonċernat sakemm tinkiseb id-dikjarazzjoni tal-qabdiet li tkun nieqsa u tista' tippenalizza lil sid il-bastiment skont id-dispożizzjonijiet previsti għal dan il-għan fil-leġislazzjoni nazzjonali li tkun fis-seħħ. Jekk ir-reat jiġi ripetut, il-Guinea-Bissau tista' tirrifjuta li ġġedded l-awtorizzazzjoni tas-sajd. Il-Guinea-Bissau għandha tgħarraf lill-Unjoni minnufih b'kull piena li tiġi applikata f'dan il-kuntest. |
|
8. |
L-Istat tal-bandiera u l-Guinea-Bissau għandhom jagħżlu korrispondent tal-ERS kull wieħed li għandu jservi bħala l-punt ta' kuntatt għall-kwistjonijiet marbutin mal-implimentazzjoni ta' dan l-Anness. L-Istat tal-bandiera u l-Guinea-Bissau għandhom jinnotifikaw lil xulxin id-dettalji ta' kuntatt tal-korrispondent tal-ERS rispettiv tagħhom u, jekk ikun hemm bżonn, għandhom jaġġornaw dik l-informazzjoni minnufih. |
3. Bidla lejn sistema elettronika
Il-Partijiet għandhom jiftiehmu fil-Kumitat Konġunt dwar il-proċeduri għall-bidla lejn l-ERS, li permezz tagħha l-bastimenti tal-Unjoni jkollhom jirreġistraw u jibagħtu d-data dwar il-ħidmiet tas-sajd li jkunu wettqu fil-kuntest ta' dan il-Ftehim b'mod elettroniku lill-Guinea-Bissau skont id-dispożizzjonijiet mogħtija fl-Appendiċi għal dan l-Anness.
Il-bidla trid titlesta sa mhux aktar tard mill-bidu tat-tielet sena tal-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll.
4. Kalkolu finali tal-imposti fil-każ tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn u tal-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ
Abbażi tad-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet tiegħu, għal kull bastiment tas-sajd għat-tonn u bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ, l-Unjoni għandha tistabbilixxi kalkolu finali tal-imposti li jridu jitħallsu mill-bastiment għall-istaġun annwali tiegħu għas-sena kalendarja ta' qabel.
L-Unjoni għandha tavża lill-Guinea-Bissau u lil sid il-bastiment b'dan il-kalkolu finali sal-31 ta' Mejju tas-sena ta' wara dik li matulha jkunu saru l-qabdiet.
Meta l-kalkolu finali jkun ikbar mill-imposta b'rata fissa li tkun tħallset biex inkisbet l-awtorizzazzjoni tas-sajd, sid il-bastiment għandu jħallas il-bilanċ pendenti lill-Guinea-Bissau minnufih. Meta l-kalkolu finali jkun inqas mill-imposta b'rata fissa, sid il-bastiment ma jkunx jista' jirkupra l-ammont li jifdal.
KAPITOLU V
Ħatt l-art u trażbord
1. Ħatt l-art jew trażbord tal-qabdiet
Il-kaptan ta' bastiment tal-Unjoni li jkun jixtieq iħott il-ħut l-art fil-port ta' Bissau jew jittrażborda ħut li jkun qabad fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau għandu jinnotifikaw lir-rappreżentant tad-Direttorat Ġenerali għas-Sajd Industrijali, mill-inqas 24 siegħa qabel il-ħatt l-art jew it-trażbord, l-affarijiet li ġejjin:
|
(a) |
isem il-bastiment tal-Unjoni li għandu jħott il-ħut l-art jew jittrażborda l-qabdiet; |
|
(b) |
il-port tal-ħatt l-art jew tat-trażbord; |
|
(c) |
id-data u l-ħin previsti għall-ħatt l-art jew għat-trażbord; |
|
(d) |
il-kwantità (mogħtija f'kilogrammi ta' piż ħaj jew, jekk ikun hemm bżonn, fl-għadd ta' ħut individwali) ta' kull speċi li għandha tinħatt l-art jew tiġi ttrażbordata (identifikata bil-kodiċi alfa 3 tal-FAO tagħha); |
|
(e) |
fil-każ tat-trażbord, isem il-bastiment li jkun qed jirċievi l-ħut. |
Fil-każ tat-trażbord, il-kaptan irid jiżgura li l-bastiment li jkun qed jirċievi l-ħut ikollu awtorizzazzjoni għat-tali ħidma maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti.
It-trażbord irid isir fil-port ta' Bissau, li l-koordinati ġeografiċi tiegħu għandhom jgħadduhom lill-kaptan u lill-aġent tal-bastiment l-awtoritajiet kompetenti. It-trażbord fuq il-baħar huwa pprojbit.
In-nuqqas ta' ħarsien ta' dawk id-dispożizzjonijiet għandu jwassal biex jiġu applikati l-pieni previsti għal dan il-għan fil-leġislazzjoni tal-Guinea-Bissau.
2. Kontribuzzjoni in natura għas-sigurtà alimentari
Il-bastimenti tat-tkarkir huma obbligati jħottu l-art parti mill-qabdiet tagħhom fil-Guinea-Bissau għall-finijiet tas-sigurtà alimentari ta' dan il-pajjiż. Il-ħatt l-art għandu jsir skont il-proċeduri li ġejjin:
|
— |
2,5 tunnellati għal kull perijodu ta' tliet xhur u għal kull bastiment fil-każ tal-bastimenti tat-tkarkir għall-ħut bil-pinen u għaċ-ċefalopodi; |
|
— |
1,25 tunnellata għal kull perijodu ta' tliet xhur u għal kull bastiment fil-każ tal-bastimenti tat-tkarkir għall-gambli. |
Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta' tali miżura, il-kontribuzzjonijiet mingħand kull bastiment jistgħu jingħataw għal diversi bastimenti f'daqqa u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni b'mod akkumulat għal diversi perjodi ta' tliet xhur. Il-ħatt l-art għandu jsir fil-port ta' Bissau u l-ħut għandu jingħata lir-rappreżentant tad-Direttorat Ġenerali għas-Sajd Industrijali.
Id-Direttorat Ġenerali għas-Sajd Industrijali għandu jfassal u jiffirma b'mod sistematiku formola li tikkonferma li waslu dawn il-kontribuzzjonijiet in natura, li mbagħad għandha tingħadda lill-kaptan.
Dan il-ħatt l-art jista' jsir skont proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti bi ftehim reċiproku bejn il-Partijiet.
KAPITOLU VI
Kontroll u spezzjoni
1. Dħul fiż-żona tas-sajd u ħruġ minnha
Il-Guinea-Bissau trid tiġi nnotifikata b'kull dħul fiż-żona tas-sajd tagħha u ħruġ minnha min-naħa ta' bastiment tal-Unjoni li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd fi żmien 24 siegħa qabel dan id-dħul jew dan il-ħruġ. Tali perijodu għandu jitnaqqas għal erba' sigħat fil-każ tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn u tal-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ.
Meta tkun qed issir in-notifika tad-dħul jew tal-ħruġ tal-bastiment, għandha tintbagħat b'mod partikolari l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
id-data, il-ħin u l-punt ta' qsim tal-fruntiera previsti; |
|
(b) |
il-kwantità ta' kull speċi miżmuma abbord, identifikata bil-kodiċi alfa 3 tal-FAO tagħha u mogħtija f'kilogrammi ta' piż ħaj jew, jekk ikun hemm bżonn, fl-għadd ta' ħut individwali; |
|
(c) |
il-preżentazzjoni tal-prodotti. |
In-notifika għandha tintbagħat bħala prijorità bil-posta elettronika, jew, jekk dan ma jkunx possibbli, bil-faks jew bir-radju, fl-indirizz tal-posta elettronika, fin-numru tat-telefown jew fil-frekwenza pprovduti mill-Guinea-Bissau. Il-Guinea-Bissau għandha tinnotifika minnufih lill-bastimenti kkonċernati u lill-Unjoni b'kull bidla fl-indirizzi tal-posta elettronika, fin-numru tat-telefown jew fil-frekwenza tat-trażmissjonijiet.
Kull bastiment li jinqabad jistad fiż-żona tal-Guinea-Bissau mingħajr ma jkun innotifika l-preżenza tiegħu minn qabel jitqies bħala bastiment li jkun qed jistad mingħajr awtorizzazzjoni.
2. Messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti — il-VMS
Meta jkunu fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau, il-bastimenti tal-Unjoni jridu jkunu mgħammra b'sistema ta' monitoraġġ bis-satellita (Sistema ta' Monitoraġġ tal-Bastimenti — VMS) li tiżgura l-komunikazzjoni awtomatika u kontinwa tal-pożizzjoni tagħhom, kull siegħa, liċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd (iċ-ĊMS) tal-Istat tal-bandiera tagħhom.
Huwa pprojbit li wieħed iċaqlaq, jitfi, jeqred, jagħmel ħsara jew jiddiżattiva s-sistema ta' monitoraġġ kontinwu tal-pożizzjoni permezz tal-komunikazzjoni bis-satellita li tkun abbord il-bastiment għat-trażmissjoni tad-data, jew li wieħed jibdel bi ħsieb, ibagħbas jew jiffalsifika d-data li din is-sistema tittrażmetti jew tirreġistra.
In-notifiki tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni u dwar il-qabdiet għandhom jintbagħtu bħala prijorità permezz tal-VMS jew tal-ERS jew, jekk din ikollha l-ħsara, bil-posta elettronika, bil-faks jew bir-radju. Il-Guinea-Bissau għandha tinnotifika minnufih lill-bastimenti kkonċernati u lill-Unjoni b'kull bidla fl-indirizz tal-posta elettronika, fin-numru tat-telefown jew fil-frekwenza tat-trażmissjonijiet.
Kull messaġġ dwar il-pożizzjoni jrid ikun fih l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
l-identifikazzjoni tal-bastiment; |
|
(b) |
il-pożizzjoni ġeografika l-iżjed riċenti tal-bastiment (il-lonġitudni u l-latitudni), b'marġni ta' żball tal-pożizzjoni ta' inqas minn 500 metru, u b'intervall ta' kunfidenza ta' 99 %; |
|
(c) |
id-data u l-ħin li fihom tkun ġiet irreġistrata l-pożizzjoni; |
|
(d) |
il-veloċità tal-bastiment u d-direzzjoni li fiha jkun qed jivvjaġġa; u |
|
(e) |
irid ikun ikkonfigurat skont il-format mogħti fl-Appendiċi 3. |
Kull bastiment li jinqabad jistad fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau mingħajr ma jkun innotifika l-preżenza tiegħu minn qabel jitqies bħala bastiment li jkun qed jikser il-liġi.
3. Spezzjoni fuq il-baħar jew fil-port
L-ispezzjoni fuq il-baħar fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau jew fil-port tal-bastimenti tal-Unjoni li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd għandha ssir minn bastimenti u spetturi tal-Guinea-Bissau li jkunu identifikati b'mod ċar bħala bastimenti u spetturi maħturin sabiex iwettqu verifiki tas-sajd.
Qabel ma jitilgħu abbord, l-ispetturi tal-Guinea-Bissau għandhom javżaw lill-bastiment tal-Unjoni bid-deċiżjoni tagħhom li jwettqu spezzjoni. L-ispezzjoni għandha ssir minn mhux iktar minn żewġ spetturi, li jridu jipprovdu prova tal-identità u tal-pożizzjoni uffiċjali tagħhom bħala spetturi qabel ma jwettqu l-ispezzjoni. Jekk ikun hemm bżonn, magħhom jista' jkun hemm rappreżentanti tal-forzi nazzjonali tas-sigurtà tal-Guinea-Bissau skont id-dritt internazzjonali tal-baħar.
L-ispetturi tal-Guinea-Bissau għandhom jibqgħu abbord il-bastiment tal-Unjoni għall-ħin meħtieġ sabiex iwettqu l-kompiti marbutin mal-ispezzjoni biss. Huma għandhom iwettqu l-ispezzjoni b'mod li jnaqqas kemm jista' jkun l-impatt tagħha fuq il-bastiment u fuq l-attività tas-sajd u l-merkanzija tiegħu.
Il-Guinea-Bissau tista' tawtorizza lil spetturi akkreditati mill-Unjoni jieħdu sehem fl-ispezzjoni bħala osservaturi.
Il-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni għandu jiffaċilita l-imbark tal-ispetturi tal-Guinea-Bissau u għandu jiffaċilitalhom xogħolhom.
Fi tmiem kull spezzjoni, l-ispetturi tal-Guinea-Bissau għandhom ifasslu rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni għandu d-dritt iżid il-kummenti tiegħu fir-rapport tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jiġi ffirmat mill-ispettur li jkun fasslu u mill-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni.
L-ispetturi tal-Guinea-Bissau għandhom jagħtu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni qabel ma jinżlu minn fuq il-bastiment. Il-Guinea-Bissau għandha tibgħat kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-Unjoni fi żmien tmint ijiem mill-ispezzjoni.
4. Kontroll tal-qabdiet
Fl-ewwel sentejn tal-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll, li matulhom tintuża s-sistema ta' ġestjoni bbażata fuq it-TGR, il-kontrolli għandhom isiru billi jittieħdu kampjuni minn terz tal-bastimenti tat-tkarkir tal-Unjoni li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd f'kull perijodu ta' tliet xhur, abbażi ta' sistema ta' rotazzjoni, bil-għan li tiġi analizzata l-konformità tal-qabdiet mal-informazzjoni ddikjarata fil-ġurnali ta' abbord tas-sajd.
Kull kontroll għandu jsir fi tmiem il-vjaġġ wara li jingħata avviż minn qabel 24 siegħa qabel u ma għandux idum aktar minn erba' sigħat.
Dawn il-kontrolli għandhom isiru f'post li l-koordinati ġeografiċi tiegħu ser jintbagħtu lill-kaptan u lill-aġent tal-bastiment l-awtoritajiet kompetenti.
Mit-tielet sena tal-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll, meta tibda tintuża s-sistema ta' ġestjoni bbażata fuq it-TAC, se tiġi riveduta l-frekwenza li biha jiġu ċċekkjati l-qabdiet biex titqies l-introduzzjoni tal-verifika tad-data dwar il-qabdiet permezz tal-ERS.
KAPITOLU VII
Ksur tar-regoli
1. Trattament tal-ksur
Kull ksur imwettaq minn bastiment tal-Unjoni li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd li jkun marbut mad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness irid jissemma f'rapport tal-ispezzjoni.
L-iffirmar tar-rapport tal-ispezzjoni min-naħa tal-kaptan għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' sid il-bastiment li jiddefendi ruħu mill-akkuża tal-ksur allegat.
2. Detenzjoni ta' bastiment — laqgħa ta' informazzjoni
Meta l-leġislazzjoni nazzjonali tkun tipprevedi dan b'rabta mal-ksur allegat, kull bastiment tal-Unjoni li jkun wettaq ksur jista' jiġi mġiegħel iwaqqaf l-attività tas-sajd tiegħu u jirritorna lejn port tal-Guinea-Bissau f'każ li jkun qed ibaħħar.
Il-Guinea-Bissau għandha tinnotifika lill-Unjoni fi żmien 48 siegħa b'kull detenzjoni ta' bastiment tal-Unjoni li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd. Ma' din in-notifika għandha tintbagħat l-evidenza tal-ksur allegat.
Qabel ma tieħu kwalunkwe miżura kontra l-bastiment, il-kaptan jew il-merkanzija kkonċernati, ħlief għal miżuri mmirati għall-ħarsien tal-evidenza, il-Guinea-Bissau għandha torganizza, fuq talba tal-Unjoni, fi żmien jum tax-xogħol min-notifika tad-detenzjoni tal-bastiment, laqgħa ta' informazzjoni sabiex jiġu ċċarati l-fatti li wasslu għad-detenzjoni tal-bastiment u sabiex jiġi spjegat x'azzjoni oħra tista' tittieħed. Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment jista' jattendi tali laqgħa ta' informazzjoni.
3. Pieni għall-ksur — proċedura ta' kompromess
Il-Guinea-Bissau għandha tistabbilixxi l-piena għall-ksur allegat skont id-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni nazzjonali tagħha li tkun fis-seħħ.
Meta s-soluzzjoni għall-ksur tkun tinvolvi proċedimenti legali, qabel jingħata bidu għalihom, għandha tinbeda proċedura ta' kompromess bejn il-Guinea-Bissau u l-Unjoni sabiex jiġu stabbiliti t-termini tal-piena u l-livell tagħha. Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment jista' jieħu sehem f'tali proċedura ta' kompromess. Il-proċedura ta' kompromess għandha tintemm sa mhux iktar tard minn erbat ijiem min-notifika tad-detenzjoni tal-bastiment.
4. Proċedimenti legali — garanzija bankarja
Jekk il-proċedura ta' kompromess tfalli u l-ksur jitressaq quddiem il-qorti kompetenti, sid il-bastiment li jkun wettaq il-ksur għandu jiddepożita garanzija bankarja f'bank magħżul mill-Guinea-Bissau, li l-ammont tagħha, kif stabbilit mill-Guinea-Bissau, għandu jkun ikopri l-ispejjeż marbutin mad-detenzjoni tal-bastiment, il-multa stmata u kwalunkwe kumpens li jista' jkun hemm 'il quddiem. Il-garanzija bankarja ma tistax tiġi rkuprata qabel ma jkunu ġew konklużi l-proċedimenti legali.
Il-garanzija bankarja għandha tiġi rrilaxxata u tingħata lura lil sid il-bastiment mingħajr dewmien wara li tinqata' s-sentenza:
|
(a) |
kollha kemm hi, jekk ma tkun ġiet imposta l-ebda piena; |
|
(b) |
skont l-ammont tal-bilanċ li jkun għad fadal, jekk il-piena tkun multa li tkun iżjed baxxa mill-ammont tal-garanzija bankarja. |
Il-Guinea-Bissau għandha tgħarraf lill-Unjoni bir-riżultat tal-proċedimenti legali fi żmien tmint ijiem mis-sentenza.
5. Rilaxx tal-bastiment
Il-bastiment u l-kaptan tiegħu għandhom jiġu awtorizzati jħallu l-port ladarba l-multa tkun tħallset fi proċedura ta' kompromess, jew ladarba l-garanzija bankarja tkun ġiet iddepożitata.
KAPITOLU VIII
Imbark tal-baħrin
1. Għadd ta' baħrin li għandhom jittellgħu abbord
Matul il-perijodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu, kull bastiment tat-tkarkir tal-Unjoni għandu jtella' abbord baħrin mill-Guinea-Bissau fil-limiti li ġejjin:
|
(a) |
ħames baħrin jekk ikollu kapaċità ta' inqas minn 250 TGR; |
|
(b) |
sitt baħrin jekk ikollu kapaċità ta' bejn 250 u 400 TGR; |
|
(c) |
seba' baħrin jekk ikollu kapaċità ta' bejn 400 u 650 TGR; |
|
(d) |
tmien baħrin jekk ikollu kapaċità ta' iktar minn 650 TGR. |
Is-sidien tal-bastimenti tal-Unjoni għandhom jagħmlu ħilithom biex itellgħu abbord iktar baħrin nazzjonali.
2. Għażla tal-baħrin
L-awtoritajiet kompetenti tal-Guinea-Bissau għandhom jistabbilixxu lista indikattiva tal-baħrin li huma kkwalifikati u li għandhom, b'mod partikolari, iċ-ċertifikazzjoni tat-taħriġ dwar is-sigurtà fuq il-baħar (skont ir-regoli tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Standards ta' Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Baħħara, STCW) li jistgħu jittellgħu abbord il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea, u għandhom iżommu din il-lista aġġornata. Din il-lista u l-aġġornamenti regolari tagħha għandhom jiġu nnotifikati lill-Unjoni.
Il-lista msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha titfassal abbażi ta' kriterji li jippermettu li jingħażlu baħrin kompetenti u kkwalifikati. Il-baħri:
|
(a) |
għandu jkollu passaport validu tal-Guinea-Bissau; |
|
(b) |
għandu jkollu ktejjeb validu tar-reġistrazzjoni tal-baħħara li jiċċertifika li huwa rċieva taħriġ bażiku dwar is-sigurtà fuq il-baħar għall-persunal tal-bastimenti tas-sajd skont l-istandards internazzjonali li jkunu fis-seħħ; |
|
(c) |
għandu jkollu esperjenza ddokumentata tax-xogħol fuq bastimenti tas-sajd industrijali; |
|
(d) |
għandu jkollu ċertifikat mediku validu li jiċċertifika li huwa kapaċi jwettaq dmirijietu abbord il-bastimenti tas-sajd. |
Sid il-bastiment, jew l-aġent tiegħu, jistgħu jagħżlu lill-baħrin li għandhom itellgħu abbord minn fost dawk imniżżlin f'dik il-lista. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Guinea-Bissau li dawn ikunu żdiedu mal-ekwipaġġ tagħhom.
3. Kuntratti tal-baħrin
Il-kuntratti tax-xogħol tal-baħrin għandhom jitfasslu minn sid il-bastiment jew l-aġent tiegħu u l-baħrin involuti, li jistgħu jkunu rrappreżentati mit-tradeunion tagħhom jekk ikun hemm bżonn, flimkien mal-Guinea-Bissau. Il-kuntratti għandhom jistipulaw, b'mod partikolari, id-data u l-port tal-imbark.
Għall-baħrin, dawn il-kuntratti għandhom jiżguraw il-kopertura fis-sistema tas-sigurtà soċjali applikabbli għalihom fil-Guinea-Bissau. Dawn il-kuntratti għandhom jinkludu assigurazzjoni fuq il-ħajja u assigurazzjoni fuq il-mard u fuq l-inċidenti.
Il-firmatarji tal-kuntratt għandhom jingħataw kopja tiegħu.
Il-baħrin mill-Guinea-Bissau għandhom jingħataw id-drittijiet fundamentali tax-xogħol stabbiliti fid-dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (l-ILO). Dawn id-drittijiet għandhom x'jaqsmu l-iktar mal-libertà tal-assoċjazzjoni, mar-rikonoxximent effettiv tad-dritt għan-negozjar kollettiv u mat-tneħħija tad-diskriminazzjoni marbuta mal-impjiegi u max-xogħol.
4. Paga tal-baħrin
Sid il-bastiment għandu jħallas il-paga tal-baħrin mill-Guinea-Bissau. Din il-paga għandha tiġi stabbilita bi ftehim reċiproku bejn sid il-bastiment jew l-aġent tiegħu u l-Guinea-Bissau qabel ma tinħareġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd.
Il-paga ma għandhiex tkun iktar baxxa minn dik tal-ekwipaġġi tal-bastimenti tal-Guinea-Bissau jew mil-livell stabbilit mill-ILO.
5. Obbligi tal-baħrin
Il-baħri jrid jirrapporta lill-kaptan tal-bastiment li għalih ikun ingħażel lejlet id-data tal-imbark imniżżla fil-kuntratt tiegħu. Il-kaptan għandu javża lill-baħri bid-data u l-ħin tal-imbark. Jekk il-baħri ma jitfaċċax fid-data u fil-ħin previsti għall-imbark, jew jekk il-kwalifiki tiegħu ma jkunux jikkorrispondu għall-aspettattivi tal-kaptan, il-kuntratt tiegħu għandu jitqies li mhuwiex validu. Postu għandu jieħdu baħri ieħor mill-Guinea-Bissau, iżda dan ma għandux iwassal għal dewmien fit-tluq tal-bastiment.
KAPITOLU IX
Osservaturi
1. Osservazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd
Il-bastimenti li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom ikunu suġġetti għal skema ta' osservazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd tagħhom imwettqin fil-kuntest ta' dan il-Ftehim.
Fil-każ tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn u tal-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin kif ukoll lill-pajjiżi kkonċernati l-oħrajn malajr kemm jista' jkun b'rabta mal-istabbiliment ta' sistema ta' osservaturi reġjonali u mal-għażla tal-organizzazzjoni kompetenti tas-sajd.
Fil-każ tal-bastimenti tas-sajd l-oħrajn, fuqhom għandu jittella' osservatur magħżul mill-Guinea-Bissau. Jekk l-osservatur ma jitfaċċax fil-ħin u fil-post maqbulin, postu jrid jieħdu xi ħadd ieħor sabiex il-bastiment ikun jista' jibda l-attivitajiet tiegħu minnufih.
2. Bastimenti u osservaturi magħżulin
Meta toħroġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd, il-Guinea-Bissau għandha tgħarraf lill-Unjoni u lil sid il-bastiment, jew lill-aġent tiegħu, bil-bastimenti u bl-osservaturi magħżulin, kif ukoll bil-ħin li matulu l-osservatur ikun se jkun abbord kull bastiment. Il-Guinea-Bissau għandha tgħarraf minnufih lill-Unjoni u lil sid il-bastiment, jew lill-aġent tiegħu, b'kull bidla fil-bastimenti u fl-osservaturi magħżulin.
L-osservatur ma għandux iqatta' iżjed ħin abbord il-bastiment milli għandu bżonn biex iwettaq dmirijietu.
3. Kontribuzzjoni finanzjarja b'rata fissa
Meta jħallas l-imposta, sid il-bastiment għandu jħallas lill-Guinea-Bissau ammont b'rata fissa ta' EUR 8 000 fis-sena għal kull bastiment tat-tkarkir, adattat pro rata temporis skont it-tul ta' żmien tal-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment ikkonċernat.
4. Paga tal-osservatur
Il-Guinea-Bissau għandha tħallas il-paga u l-kontribuzzjonijiet soċjali tal-osservatur.
5. Kundizzjonijiet tal-imbark
Meta jkun abbord, l-osservatur għandu jiġi ttrattat bħala uffiċjal. Madankollu, l-ilqugħ tal-osservatur abbord għandu jqis l-istruttura teknika tal-bastiment.
Sid il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel tal-osservatur abbord il-bastiment.
Il-kaptan għandu jieħu l-miżuri kollha li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħu sabiex jiżgura s-sigurtà fiżika u l-benesseri ġenerali tal-osservatur.
L-osservatur għandu jingħata l-faċilitajiet kollha meħtieġa biex iwettaq dmirijietu. Huwa għandu jkollu aċċess għall-mezzi ta' komunikazzjoni, għad-dokumenti marbutin mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, b'mod partikolari għall-ġurnal ta' abbord tas-sajd u għall-ġurnal tan-navigazzjoni, kif ukoll għall-partijiet tal-bastiment li huma marbutin b'mod dirett ma' dmirijietu.
6. Obbligi tal-osservatur
Waqt li jkun abbord l-osservatur għandu:
|
(a) |
jieħu l-miżuri x-xierqa kollha sabiex ma jinterrompix jew ifixkel il-ħidmiet tas-sajd; |
|
(b) |
iħares il-proprjetà u t-tagħmir li jkun hemm abbord; |
|
(c) |
iħares in-natura kunfidenzjali ta' kull dokument tal-bastiment. |
7. Imbark u żbark tal-osservatur
Sid il-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jgħarraf lill-Guinea-Bissau, tal-inqas għaxart ijiem qabel l-imbark, bid-data, bil-ħin u bil-port tal-imbark tal-osservatur. Jekk l-osservatur jittella' abbord f'pajjiż barrani, sid il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħu lejn il-port tal-imbark.
Meta l-osservatur ma jitniżżilx f'port tal-Guinea-Bissau, sid il-bastiment għandu jiżgura r-ritorn tal-osservatur lura lejn il-Guinea-Bissau mill-aktar fis possibbli, u għandu jagħmel dan bi spejjeż tiegħu.
8. Kompiti tal-osservatur
L-osservatur għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:
|
(a) |
huwa għandu josserva l-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment; |
|
(b) |
għandu jivverifika l-pożizzjoni tal-bastiment waqt il-ħidmiet tas-sajd tiegħu; |
|
(c) |
għandu jwettaq ħidmiet fil-kuntest ta' programmi xjentifiċi, fosthom it-teħid ta' kampjuni bijoloġiċi; |
|
(d) |
għandu jieħu nota tal-irkaptu tas-sajd użat; |
|
(e) |
għandu jivverifika d-data dwar il-qabdiet li jkunu saru fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau li tkun irrappurtata fil-ġurnal ta' abbord tas-sajd; |
|
(f) |
għandu jivverifika l-perċentwali tal-qabdiet inċidentali abbażi ta' dak li huwa ddefinit fl-iskedi għal kull kategorija u jagħti stima tal-qabdiet skartati; |
|
(g) |
għandu jibgħat l-osservazzjonijiet tiegħu darba kuljum fil-kuntest tat-twettiq ta' dmirijietu, fosthom il-kwantità ta' qabdiet ewlenin u inċidentali abbord. |
9. Rapport tal-osservatur
Qabel ma jinżel minn fuq il-bastiment, l-osservatur għandu jagħti rapport tal-osservazzjonijiet tiegħu lill-kaptan tal-bastiment. Il-kaptan tal-bastiment għandu d-dritt iżid il-kummenti tiegħu fir-rapport tal-osservatur. Ir-rapport għandu jiġi ffirmat mill-osservatur u mill-kaptan. Il-kaptan għandu jirċievi kopja tar-rapport tal-osservatur.
L-osservatur għandu jibgħat ir-rapport tiegħu lill-Guinea-Bissau. Id-data dwar il-qabdiet u dwar il-qabdiet skartati għandha tintbagħat lill-istitut xjentifiku tal-Guinea-Bissau (is-CIPA) li, wara li jipproċessaha u janalizzaha, għandu jibgħatha lill-Kumitat Xjentifiku Konġunt. Kopja tar-rapport tal-osservatur għandha tintbagħat b'mod elettroniku lill-Unjoni.
(1) Ir-Regolament (UE) 2017/2403 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar il-ġestjoni sostenibbli ta' flotot tas-sajd esterni, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 81).
Appendiċijiet għall-Anness
|
Appendiċi 1 |
Formola tat-talba għal awtorizzazzjoni tas-sajd |
|
Appendiċi 2 |
Skedi tekniċi għal kull kategorija |
|
Appendiċi 3 |
Sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti (VMS) |
|
Appendiċi 4 |
Implimentazzjoni tas-sistema elettronika għar-reġistrazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd (l-ERS) |
Appendiċi 1
Formola tat-talba għal awtorizzazzjoni tas-sajd
FTEHIM TA' SĦUBIJA DWAR IS-SAJD BEJN IL-GUINEA-BISSAU U L-UNJONI EWROPEA
Appendiċi 2
Skedi tekniċi għal kull kategorija
SKEDA 1
IL-KATEGORIJA TAS-SAJD NUMRU 1 — IL-BASTIMENTI TAT-TKARKIR GĦALL-ĦUT BIL-PINEN U GĦAĊ-ĊEFALOPODI MGĦAMMRA BI FRIŻA
|
|||||||||
|
Lil hinn minn 12-il mil nawtiku mil-linja bażi, fosthom iż-żona ta' ġestjoni komuni ta' bejn il-Guinea-Bissau u s-Senegal, li tasal sal-angolu ażimut ta' 268° fit-Tramuntana. |
|||||||||
|
|||||||||
|
|||||||||
|
|||||||||
|
70 mm. |
|||||||||
|
|||||||||
|
Fl-ewwel sentejn tal-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll, fi tmiem kull vjaġġ, il-bastimenti ma jistax ikollhom abbord iktar minn 5 % mill-qabdiet kollha li jkunu għamlu fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau li jkunu krustaċji. Mit-tielet sena tal-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll: Fi tmiem kull vjaġġ, il-bastimenti tat-tkarkir għall-ħut bil-pinen ma jistax ikollhom abbord iktar minn 5 % mill-qabdiet kollha li jkunu għamlu fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau li jkunu krustaċji u iktar minn 15 % minnhom li jkunu ċefalopodi. Il-qabdiet tat-totlu (Todarodes sagittatus u Todaropsis eblanae) huma awtorizzati u jingħaddu mal-ispeċijiet fil-mira; Fi tmiem kull vjaġġ, il-bastimenti tat-tkarkir għaċ-ċefalopodi ma jistax ikollhom abbord iktar minn 60 % mill-qabdiet kollha li jkunu għamlu fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau li jkunu ħut u iktar minn 5 % minnhom li jkunu krustaċji. Kull qbiż tal-perċentwali ta' dawk il-qabdiet inċidentali awtorizzati għandu jiġi ppenalizzat skont ir-regolamenti tal-Guinea-Bissau. Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fil-Kumitat Konġunt sabiex jadattaw ir-rata awtorizzata abbażi ta' rakkomandazzjoni tal-Kumitat Xjentifiku Konġunt. |
|||||||||
|
|||||||||
|
3 500 TGR fis-sena |
||||||||
|
EUR 282 għal kull TGR fis-sena Fil-każ tal-liċenzji għal perijodu ta' tliet xhur jew ta' sitt xhur, l-imposti għandhom jiġu kkalkulati pro rata temporis u jiżdiedu b'4 % jew bi 2,5 % rispettivament. |
||||||||
|
11 000 tunnellata fis-sena għall-ħut tal-qiegħ 1 500 tunnellata fis-sena għaċ-ċefalopodi |
||||||||
|
EUR 90 għal kull tunnellata għall-ħut tal-qiegħ EUR 270 għal kull tunnellata għaċ-ċefalopodi |
||||||||
SKEDA 2
IL-KATEGORIJA TAS-SAJD NUMRU 2 — IL-BASTIMENTI TAT-TKARKIR GĦALL-GAMBLI
|
|||||||||
|
Lil hinn minn 12-il mil nawtiku mil-linja bażi, fosthom iż-żona ta' ġestjoni komuni ta' bejn il-Guinea-Bissau u s-Senegal, li tasal sal-angolu ażimut ta' 268° fit-Tramuntana. |
|||||||||
|
|||||||||
|
|||||||||
|
|||||||||
|
50 mm. |
|||||||||
|
|||||||||
|
|||||||||
|
|||||||||
|
3 700 TGR fis-sena |
||||||||
|
EUR 395 għal kull TGR fis-sena Fil-każ tal-liċenzji għal perijodu ta' tliet xhur jew ta' sitt xhur, l-imposti għandhom jiġu kkalkulati pro rata temporis u jiżdiedu b'4 % jew bi 2,5 % rispettivament. |
||||||||
|
2 500 tunnellata fis-sena |
||||||||
|
EUR 280 għal kull tunnellata |
||||||||
SKEDA 3
IL-KATEGORIJA TAS-SAJD NUMRU 3 — IL-BASTIMENTI TAS-SAJD GĦAT-TONN BIL-QASBA
|
|||||
|
|||||
|
|||||
|
|||||
|
|||||
|
|||||
|
|||||
|
EUR 2 500 għal 45,5 tunnellata għal kull bastiment |
||||
|
EUR 55 għal kull tunnellata |
||||
|
13-il bastiment |
||||
SKEDA 4
IL-KATEGORIJA TAS-SAJD NUMRU 4 — IL-BASTIMENTI TAS-SAJD GĦAT-TONN BIT-TARTARUNI MGĦAMMRA BI FRIŻA U L-BASTIMENTI TAS-SAJD BIL-KONZ
|
|||
|
Lil hinn minn 12-il mil nawtiku mil-linja bażi, fosthom iż-żona ta' ġestjoni komuni ta' bejn il-Guinea-Bissau u s-Senegal, li tasal sal-angolu ażimut ta' 268° fit-Tramuntana. |
|||
|
|||
|
It-tartaruni u l-konzijiet tal-wiċċ. |
|||
|
|||
|
Is-sajd għall-gabdoll (Cetorhinus maximus), għall-kelb il-baħar l-abjad (Carcharodon carcharias), għall-pixxivolpi għajnu kbira (Alopias superciliosus), għall-kurazzi tal-familja tal-iSphyrnidae (ħlief għall-kurazza tiburo), għall-kelb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniku (Carcharhinus longimanus) u għall-kelb il-baħar ħariri (Carcharhinus falciformis) għandu jkun ipprojbit skont il-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni tal-Ispeċijiet Migratorji tal-Annimali Selvaġġi u skont ir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-ICCAT. Is-sajd għat-tawru (Carcharias taurus) u għall-kelb il-baħar (Galeorhinus galeus) għandu jkun ipprojbit. Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fil-Kumitat Konġunt sabiex jaġġornaw din il-lista abbażi tar-rakkomandazzjonijiet xjentifiċi. |
|||
|
|||
|
EUR 4 500 għal 64,3 tunnellata għal kull bastiment tas-sajd bit-tartaruni EUR 3 000 għal 54,5 tunnellata għal kull bastiment tas-sajd bil-konz |
||
|
EUR 70 għal kull tunnellata għall-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni EUR 55 għal kull tunnellata għall-bastimenti tas-sajd bil-konz |
||
|
EUR 3 000 fis-sena għal kull bastiment |
||
|
28 bastiment |
||
SKEDA 5
IL-KATEGORIJA TAS-SAJD NUMRU 5 — IL-BASTIMENTI TAS-SAJD GĦALL-ĦUT PELAĠIKU Ż-ŻGĦIR
|
|||||||
|
Lil hinn minn 12-il mil nawtiku mil-linja bażi, fosthom iż-żona ta' ġestjoni komuni ta' bejn il-Guinea-Bissau u s-Senegal, li tasal sal-angolu ażimut ta' 268° fit-Tramuntana. |
|||||||
|
|||||||
|
Il-bastimenti b'kapaċità ta' 5 000 TG jew inqas biss huma awtorizzati skont il-leġislazzjoni tal-Guinea-Bissau. L-irkaptu awtorizzat huwa x-xbieki tat-tkarkir pelaġiku u t-tartaruni tal-borża għas-sajd industrijali. |
|||||||
|
|||||||
|
70 mm għax-xbieki tat-tkarkir. |
|||||||
|
|||||||
|
|||||||
|
|||||||
|
15 000 TGR fis-sena |
||||||
|
EUR 250 għal kull TGR fis-sena Fil-każ tal-liċenzji għal perijodu ta' tliet xhur jew ta' sitt xhur, l-imposti għandhom jiġu kkalkulati pro rata temporis u jiżdiedu b'4 % jew bi 2,5 % rispettivament. |
||||||
|
18 000 tunnellata fis-sena |
||||||
|
EUR 100 għal kull tunnellata (għall-bastimenti ta' iktar minn 1 000 TG) EUR 75 għal kull tunnellata (għall-bastimenti ta' 1 000 TG jew inqas) |
||||||
Id-definizzjoni ta' vjaġġ:
Għall-finijiet ta' dan l-Appendiċi, it-tul ta' vjaġġ ta' bastiment tal-Unjoni huwa ddefinit kif ġej:
|
— |
il-perijodu ta' bejn id-dħul fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau u l-ħruġ minnha; jew |
|
— |
il-perijodu ta' bejn id-dħul fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau u t-trażbord; jew |
|
— |
il-perijodu ta' bejn id-dħul fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau u l-ħatt l-art f'dan il-pajjiż. |
Appendiċi 3
SISTEMA TA' MONITORAĠĠ TAL-BASTIMENTI (VMS)
1. Messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti — il-VMS
L-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara d-dħul fiż-żona tal-Guinea-Bissau għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “ENT”. Il-pożizzjonijiet kollha ta' wara għandhom jiġu identifikati bil-kodiċi “POS”, ħlief għall-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara l-ħruġ miż-żona tal-Guinea-Bissau, li għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “EXI”.
Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jiżgura l-ipproċessar awtomatiku u, fejn rilevanti, it-trażmissjoni elettronika tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni. Il-messaġġi dwar il-pożizzjoni għandhom jiġu rreġistrati b'mod sigur u għandhom jinżammu għal perijodu ta' tliet snin.
2. Trażmissjoni min-naħa tal-bastiment f'każ ta' ħsara fil-VMS
Il-kaptan għandu jiżgura f'kull ħin li l-VMS tal-bastiment tiegħu tkun qed taħdem bis-sħiħ u li l-messaġġi dwar il-pożizzjoni jkunu qed jiġu trażmessi b'mod korrett liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera.
F'każ ta' ħsara fil-VMS tal-bastiment, din is-sistema għandha tissewwa jew tinbidel fi żmien 30 jum. Wara dak il-perijodu, il-bastiment ma jibqax awtorizzat jistad fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau.
Il-bastimenti li jkunu qed jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau b'VMS difettuża għandhom jibagħtu l-messaġġi dwar il-pożizzjoni tagħhom permezz ta' ittra elettronika, bir-radju jew permezz ta' faks liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, mill-inqas kull erba' sigħat, u għandhom jipprovdu l-informazzjoni obbligatorja kollha.
3. Komunikazzjoni sigura tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni lill-Guinea-Bissau
Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat awtomatikament il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti kkonċernati liċ-ĊMS tal-Guinea-Bissau. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS tal-Guinea-Bissau għandhom jiskambjaw l-indirizzi elettroniċi ta' kuntatt tagħhom u għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin b'kull bidla f'dawn l-indirizzi.
It-trażmissjoni tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bejn iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS tal-Guinea-Bissau għandha ssir b'mod elettroniku bl-użu ta' sistema sigura tal-komunikazzjoni.
Iċ-ĊMS tal-Guinea-Bissau għandu jgħarraf liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni minnufih b'kull interruzzjoni fil-wasla tal-messaġġi konsekuttivi dwar il-pożizzjoni ta' bastiment li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd, meta l-bastiment ikkonċernat ma jkunx innotifika l-ħruġ tiegħu miż-żona.
4. Ħsara fis-sistema ta' komunikazzjoni
Il-Guinea-Bissau għandha tiżgura li t-tagħmir elettroniku tagħha jkun kompatibbli ma' dak taċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u għandha tgħarraf lill-Unjoni minnufih b'kull ħsara fil-komunikazzjoni u fil-wasla tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bil-għan li tinstab soluzzjoni teknika mill-aktar fis possibbli. Il-Kumitat Konġunt għandu jipprova jsolvi kwalunkwe tilwim li jista' jirriżulta minn dan.
Il-kaptan għandu jitqies bħala responsabbli għal kull manipulazzjoni ppruvata tal-VMS tal-bastiment li jkollha l-għan li tfixkel l-operat ta' din is-sistema jew li tiffalsifika l-messaġġi tagħha dwar il-pożizzjoni tal-bastiment. Kull ksur għandu jkun suġġett għall-pieni previsti mil-leġislazzjoni tal-Guinea-Bissau li tkun fis-seħħ.
5. Bidla fil-frekwenza tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni
Abbażi ta' evidenza ddokumentata li tipprova ksur, il-Guinea-Bissau tista' tistaqsi liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, filwaqt li tibgħat kopja wkoll lill-Unjoni, inaqqas l-intervall biex il-bastiment jibgħat il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tiegħu għal kull nofsiegħa għal perijodu partikolari tal-investigazzjoni. Il-Guinea-Bissau għandha tibgħat din l-evidenza ddokumentata liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibda jibgħat minnufih il-messaġġi dwar il-pożizzjoni lill-Guinea-Bissau bil-frekwenza l-ġdida.
Fi tmiem il-perijodu partikolari tal-investigazzjoni, il-Guinea-Bissau għandha tgħarraf liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni b'kull monitoraġġ li jista' jkun meħtieġ.
6. Komunikazzjoni tal-messaġġi tal-VMS lill-Guinea-Bissau
|
Element tad-data |
Kodiċi |
Obbligatorju (O) /Fakultattiv (F) |
Kontenut |
|
Bidu tar-reġistrazzjoni |
SR |
O |
Dettall dwar is-sistema li jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni |
|
Destinatarju |
AD |
O |
Dettall dwar il-messaġġ – Il-kodiċi alfa-3 tal-pajjiż destinatarju (ISO-3166) |
|
Speditur |
FR |
O |
Dettall dwar il-messaġġ – Il-kodiċi alfa-3 tal-pajjiż li jkun qed jibgħat il-messaġġ (ISO-3166) |
|
Stat tal-bandiera |
FS |
O |
Dettall dwar il-messaġġ – Il-kodiċi alfa-3 tal-Istat tal-bandiera (ISO-3166) |
|
Tip ta' messaġġ |
TM |
O |
Dettall dwar il-messaġġ – It-tip ta' messaġġ (ENT, POS, EXI, MAN) |
|
Sinjal tas-sejħa bir-radju (l-IRCS) |
RC |
O |
Dettall dwar il-bastiment – Is-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju tal-bastiment (l-IRCS) |
|
Numru ta' referenza intern tal-parti kontraenti |
IR |
F |
Dettall dwar il-bastiment – In-numru uniku tal-parti kontraenti, mogħti bħala l-kodiċi alfa-3 (ISO-3166) segwit min-numru |
|
Numru tar-reġistrazzjoni estern |
XR |
O |
Dettall dwar il-bastiment – In-numru mmarkat fuq il-ġenb tal-bastiment (ISO 8859.1) |
|
Latitudni |
LT |
O |
Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – Il-pożizzjoni fi gradi u fi gradi deċimali N/S GG.ggg (WGS84) |
|
Lonġitudni |
LG |
O |
Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – Il-pożizzjoni fi gradi u fi gradi deċimali E/W GG.ggg (WGS84) |
|
Rotta |
CO |
O |
Ir-rotta tal-bastiment fuq skala ta' 360°grad |
|
Veloċità |
SP |
O |
Il-veloċità tal-bastiment f'wieħed minn kull għaxar mili nawtiċi |
|
Data |
DA |
O |
Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – Id-data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni f'UTC (SSSSXXJJ) |
|
Ħin |
TI |
O |
Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – Il-ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni f'UTC (SSMM) |
|
Tmiem ir-reġistrazzjoni |
ER |
O |
Dettall dwar is-sistema li jindika tmiem ir-reġistrazzjoni |
Mat-trażmissjoni trid tintbagħat l-informazzjoni li ġejja sabiex iċ-ĊMS tal-Guinea-Bissau jkun jista' jidentifika ċ-ĊMS li jkun bagħat l-informazzjoni:
|
|
L-indirizz IP tas-server ĊMS jew ir-referenzi tad-DNS |
|
|
Iċ-ċertifikat tal-SSL (il-katina sħiħa tal-awtoritajiet taċ-ċertifikazzjoni) |
It-trażmissjoni tad-data hija strutturata kif ġej:
|
|
il-karattri użati jridu jkunu konformi mal-istandard tal-ISO 8859.1; |
|
|
linja mmejla doppja (//) u l-kodiċi “SR” jindikaw il-bidu tal-messaġġ; |
|
|
kull element tad-data jiġi identifikat mill-kodiċi tiegħu u jingħażel mill-elementi l-oħrajn tad-data permezz ta' linja mmejla doppja (//); |
|
|
linja mmejla waħda (/) tissepara l-kodiċi minn mad-data; |
|
|
il-kodiċi “ER” segwit minn linja mmejla doppja (//) jindika tmiem il-messaġġ. |
Appendiċi 4
Implimentazzjoni tas-sistema elettronika għar-reġistrazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd (l-ERS)
Reġistrazzjoni tad-data dwar is-sajd u trażmissjoni tad-dikjarazzjonijiet permezz tal-ERS
|
(1) |
Meta jkun fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau, il-kaptan ta' bastiment tal-Unjoni li jkollu liċenzja maħruġa skont dan il-Protokoll għandu jagħmel dan li ġej:
|
|
(2) |
Il-kaptan huwa responsabbli għall-preċiżjoni tad-data rreġistrata u mibgħuta. |
|
(3) |
Skont il-Kapitolu IV tal-Anness ta' dan il-Protokoll, l-Istat tal-bandiera għandu jqiegħed id-data tal-ERS għad-dispożizzjoni taċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd (iċ-ĊMS) tal-Guinea-Bissau.
Id-data bil-format UN/CEFACT għandha tiġi trażmessa permezz tan-netwerk FLUX li l-Kummissjoni Ewropea tqiegħed għad-dispożizzjoni. Jekk dan ma jkunx possibbli, sa tmiem il-perijodu ta' tranżizzjoni, id-data għandha tiġi trażmessa permezz tad-DEH (id-“Data Exchange Highway”) fil-format EU-ERS (fil-verżjoni 3.1 tiegħu). Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat awtomatikament u minnufih il-messaġġi istantanji li jkun qed jibgħat il-bastiment (il-messaġġi COE, COX u PNO) liċ-ĊMS tal-Guinea-Bissau. It-tipi ta' messaġġi l-oħrajn ukoll għandhom jintbagħtu awtomatikament darba kuljum mid-data meta jibda jintuża b'mod effettiv il-format UN-CEFACT jew, sa ma jseħħ dan, għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni taċ-ĊMS tal-Guinea-Bissau minnufih meta ssir talba awtomatika għalihom liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera permezz tan-nodu ċentrali tal-Kummissjoni Ewropea. Minn meta jiġi implimentat b'mod effettiv il-format il-ġdid, dan il-mod ta' trażmissjoni msemmi l-aħħar għandu jintuża biss għal talbiet speċifiċi għal data storika. |
|
(4) |
Iċ-ĊMS tal-Guinea-Bissau għandu jikkonferma li rċieva d-data istantanja tal-ERS li tkun intbagħtitlu billi jibgħat messaġġ ta' ritorn li fih jikkonferma l-wasla tad-data u l-validità tal-messaġġ li huwa rċieva. Ma għandha tintbagħat l-ebda konferma tal-wasla fil-każ tad-data li l-Guinea-Bissau tirċievi bi tweġiba għal talba li tkun għamlet hija stess. Il-Guinea-Bissau għandha tittratta d-data kollha tal-ERS b'mod kunfidenzjali. |
Falliment tas-sistema ta' trażmissjoni elettronika abbord il-bastiment jew tas-sistema ta' komunikazzjoni
|
(5) |
Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS tal-Guinea-Bissau għandhom jgħarrfu lil xulxin minnufih b'kull avveniment li jista' jaffettwa t-trażmissjoni tad-data tal-ERS ta' bastiment wieħed jew iktar. |
|
(6) |
Jekk iċ-ĊMS tal-Guinea-Bissau ma jirċevix id-data li bastiment suppost jibgħat, għandu jinnotifika liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera minnufih b'dan. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jipprova jara malajr kemm jista' jkun għalfejn dan ma rċeviex din id-data tal-ERS u għandu jgħarraf liċ-ĊMS tal-Guinea-Bissau bir-riżultat ta' dawn l-investigazzjonijiet. |
|
(7) |
Meta t-trażmissjoni bejn bastiment u ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera tfalli, dan iċ-ĊMS għandu jinnotifika lill-kaptan jew lill-operatur tal-bastiment jew lir-rappreżentant jew lir-rappreżentanti tagħhom minnufih b'dan. Malli jirċievi din in-notifika, il-kaptan tal-bastiment għandu jibgħat id-data li tkun nieqsa lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tal-bandiera b'kull mezz xieraq ta' telekomunikazzjoni kuljum sa mhux iktar tard minn nofs il-lejl. |
|
(8) |
F'każ ta' ħsara fis-sistema ta' trażmissjoni elettronika installata abbord il-bastiment, il-kaptan jew l-operatur tal-bastiment għandhom jiżguraw li l-ħsara tissewwa jew li l-ERS tinbidel fi żmien għaxart ijiem minn meta jindunaw bil-ħsara. Ladarba jgħaddi dak il-perijodu, il-bastiment ma jibqax awtorizzat jistad fiż-żona tas-sajd u jkollu joħroġ minn din iż-żona jew jidħol f'port tal-Guinea-Bissau fi żmien 24 siegħa. Il-bastiment għandu jkun jista' jitlaq minn dak il-port jew jerġa' jidħol fiż-żona tas-sajd biss meta ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera tiegħu jkun aċċerta ruħu li l-ERS qed terġa' taħdem kif suppost. |
|
(9) |
Jekk il-Guinea-Bissau ma tkunx irċeviet id-data tal-ERS minħabba ħsara fis-sistemi elettroniċi li jkunu taħt il-kontroll tal-Unjoni jew taħt il-kontroll tagħha, il-Parti kkonċernata għandha tieħu mill-ewwel il-miżuri kollha meħtieġa biex issolvi l-ħsara mill-aktar fis possibbli. Il-Parti l-oħra għandha tiġi nnotifikata mill-ewwel malli tissolva l-problema. |
|
(10) |
Kull 24 siegħa, iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat id-data kollha tal-ERS li l-Istat tal-bandiera jkun irċieva mill-aħħar trażmissjoni liċ-ĊMS tal-Guinea-Bissau b'kull mezz ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli. L-istess proċedura tista' tintuża fuq talba tal-Guinea-Bissau f'każ ta' ħidma ta' manutenzjoni ta' iktar minn 24 siegħa li taffettwa s-sistemi li jkunu taħt il-kontroll tal-Unjoni. Il-Guinea-Bissau għandha tavża lis-servizzi ta' kontroll kompetenti tagħha sabiex il-bastimenti tal-Unjoni ma jitqisux li qed jonqsu milli jħarsu l-obbligu tagħhom li jibagħtu d-data tal-ERS tagħhom. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jiżgura li jdaħħal id-data li tkun nieqsa fil-bażi tad-data elettronika tiegħu skont il-punt 3. |
|
27.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 173/35 |
Informazzjoni dwar id-data tal-iffirmar tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau
Il-Protokoll (1) dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau ġie ffirmat fil-15 ta' Ġunju 2019.
Il-Protokoll japplika proviżorjament mill-15 ta' Ġunju 2019, id-data tal-iffirmar, f'konformità mal-Artikolu 16 tiegħu.
(1) Ara paġna 3 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
REGOLAMENTI
|
27.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 173/36 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2019/1089
tas-6 ta' Ġunju 2019
dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (2019–2024)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fis-17 ta' Marzu 2008, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 241/2008 (1) li kkonkluda l-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (2) (“il-Ftehim”). Il-Ftehim daħal fis-seħħ fil-15 ta' April 2008, ġie mġedded b'mod taċitu u għadu fis-seħħ. |
|
(2) |
Il-protokoll preċedenti tal-Ftehim skada fit-23 ta' Novembru 2017. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni nnegozjat protokoll ġdid f'isem l-Unjoni. Bħala riżultat ta' dawk in-negozjati, il-Protokoll il-ġdid ġie inizjalat fil-15 ta' Novembru 2018. |
|
(4) |
Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1088 (3), il-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau) (2019-2024) (“il-Protokoll”) ġie ffirmat fil-15 ta' Ġunju 2019. |
|
(5) |
Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd previsti fil-Protokoll jiġu allokati fost l-Istati Membri għall-perijodu ta' applikazzjoni tal-Protokoll. |
|
(6) |
Il-Protokoll ser jibda japplika b'mod provviżorju mill-iffirmar tiegħu sabiex ikun żgurat li l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni jinbdew malajr. Għalhekk jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika mill-istess data, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament “speċijiet ta' ħut li jpassi ħafna” tfisser l-ispeċijiet imniżżlin fl-Anness I tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1982 dwar il-Liġi tal-Baħar, ħlief għall-familja tal-Alopiidae u għall-familja tal-iSphyrnidae, u għall-ispeċijiet li ġejjin: Cetorhinus maximus, Rhincodon typus, Carcharodon carcharias, Carcharinus falciformis u Carcharinus longimanus.
Artikolu 2
Opportunitajiet tas-sajd
L-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti skont il-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (2019-2024) għandhom jitqassmu fost l-Istati Membri skont l-Artikoli 3 u 4 ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Speċijiet ta' ħut tal-qiegħ u ħut pelaġiku żgħir
L-opportunitajiet tas-sajd għall-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ u għall-ħut pelaġiku ż-żgħir għandhom jitqassmu fost l-Istati Membri kif ġej:
|
(1) |
matul l-ewwel u t-tieni sena ta' applikazzjoni tal-Protokoll, abbażi ta' sistema tal-isforz tas-sajd (f'tunnellaġġ gross reġistrat, TGR):
|
|
(2) |
mit-tielet sena ta' applikazzjoni tal-Protokoll, abbażi ta' sistema li tistabbilixxi limiti tal-qbid għal kull speċi (qabda totali permissibbli, TAC):
|
Artikolu 4
Speċijiet ta' ħut li jpassi ħafna
L-opportunitajiet tas-sajd għall-ispeċijiet ta' ħut li jpassi ħafna għandhom jitqassmu kif ġej:
|
(a) |
il-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni mgħammra bi friża u l-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ:
|
|
(b) |
il-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasba:
|
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-15 ta' Ġunju 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-6 ta' Ġunju 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
A. BIRCHALL
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 241/2008 tas-17 ta' Marzu 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (ĠU L 75, 18.3.2008, p. 49).
(2) ĠU L 342, 27.12.2007, p. 5.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1088 tas-6 ta' Ġunju 2019 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (2019-2024) (ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
|
27.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 173/39 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1090
tas-26 ta' Ġunju 2019
li jikkonċerna n-nuqqas ta' tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva dimethoate, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/25/KE (2) daħħlet id-dimethoate bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3). |
|
(2) |
Is-sustanzi attivi elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4). |
|
(3) |
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva dimethoate, kif stabbilit fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiskadi fil-31 ta' Lulju 2020. |
|
(4) |
Ġiet ippreżentata applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tad-dimethoate skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (5) fil-perjodu taż-żmien previst f'dak l-Artikolu. |
|
(5) |
L-applikant ippreżenta l-fajls addizzjonali meħtieġa skont l-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012. L-Istat Membru relatur sab li l-applikazzjoni kienet kompluta. |
|
(6) |
L-Istat Membru relatur ħejja rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid b'konsultazzjoni mal-Istat Membru korelatur u fil-5 ta' Mejju 2017 bagħtu lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem, “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni. |
|
(7) |
L-Awtorità bagħtet ir-rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid lill-applikant u lill-Istati Membri għall-kummenti tagħhom u għaddiet il-kummenti li rċeviet lill-Kummissjoni. L-Awtorità ppubblikat ukoll is-sommarju tal-fajl addizzjonali. |
|
(8) |
Fit-2 ta' Ottubru 2018, l-Awtorità bagħtet il-konklużjoni (6) tagħha lill-Kummissjoni dwar jekk id-dimethoate jistax jiġi mistenni jissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jew le. Fit-13 ta' Diċembru 2018 il-Kummissjoni ressqet l-abbozz tar-rapport dwar it-tiġdid għad-dimethoate lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf u fil-25 ta' Jannar 2019 ressqet l-abbozz tar-regolament. |
|
(9) |
L-Awtorità identifikat tħassib speċifiku. B'mod partikolari, ma kienx possibbli li jiġi eskluż ir-riskju ta' esponiment għall-konsumaturi, għall-operaturi, għall-ħaddiema, għall-osservaturi u għar-residenti minħabba l-esponiment tagħhom għar-residwi tad-dimethoate, li għalih ma setax jiġi eskluż il-potenzjal ġenotossiku, tal-metabolit ewlieni tiegħu omethoate li ġie konkluż li huwa aġent mutaġeniku in vivo mill-maġġoranza tal-esperti fir-rieżami bejn il-pari. Barra minn hekk, l-Awtorità kkonkludiet li kien hemm riskju għall-mammiferi, u għall-antropodi mhux fil-mira għad-dimethoate, u għan-naħal tal-għasel għad-dimethoateu għall-omethoate għall-użi rappreżentattivi vvalutati kollha. Barra minn hekk, l-Awtorità kkonkludiet li l-ispeċifikazzjoni teknika, kemm dik attwali kif ukoll dik riveduta, mhijiex appoġġata mill-valutazzjoni (eko) tossikoloġika. |
|
(10) |
Il-Kummissjoni stiednet lill-applikant iressaq il-kummenti tiegħu dwar il-konklużjoni tal-Awtorità. Barra minn hekk, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, il-Kummissjoni stiednet lill-applikant iressaq kummenti dwar l-abbozz tar-rapport dwar it-tiġdid. L-applikant bagħat il-kummenti tiegħu, li ġew eżaminati bir-reqqa. |
|
(11) |
Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa mill-applikant, it-tħassib relatat mas-sustanza attiva ma setax jiġi eliminat. |
|
(12) |
Għaldaqstant, fir-rigward ta' wieħed jew aktar mill-użi rappreżentattivi ta' mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti, ma ġiex stabbilit li l-kriterji tal-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 ġew issodisfati. Għalhekk jenħtieġ li l-approvazzjoni tas-sustanza attiva dimethoate ma tiġix imġedda. |
|
(13) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan. |
|
(14) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw żmien biżżejjed biex jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom id-dimethoate. |
|
(15) |
Għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom id-dimethoate, meta l-Istati Membri jagħtu xi perjodu ta' grazzja skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, jenħtieġ li dak il-perjodu jiskadi sa mhux aktar tard mis-17 ta' Ottubru 2019 għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti użati fuq iċ-ċirasa u mis-17 ta' Lulju 2020 għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti użati fuq għelejjel oħra. |
|
(16) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/707 (7) estenda l-perjodu ta' approvazzjoni tad-dimethoate sal-31 ta' Lulju 2020 sabiex il-proċess ta' tiġdid ikun jista' jitlesta qabel ma jiskadi l-perjodu ta' approvazzjoni ta' dik is-sustanza. Billi ttieħdet deċiżjoni dwar in-nuqqas ta' tiġdid tal-approvazzjoni qabel dik id-data ta' skadenza estiża, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika malajr kemm jista' jkun. |
|
(17) |
Dan ir-Regolament ma jipprevenix il-preżentazzjoni ta' applikazzjoni oħra għall-approvazzjoni tad-dimethoate skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
|
(18) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Nuqqas ta' tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva dimethoate ma ġietx imġedda.
Artikolu 2
Emenda għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
Fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, titħassar ir-ringiela 149 dwar id-dimethoate.
Artikolu 3
Miżuri tranżizzjonali
L-Istati Membri għandhom jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom id-dimethoate bħala s-sustanza attiva sa mhux aktar tard mis-17 ta' Jannar 2020.
Artikolu 4
Perjodu ta' grazzja
Kull perjodu ta' grazzja li jagħtu l-Istati Membri skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandu jkun qasir kemm jista' jkun u jiskadi sa mhux aktar tard mis-17 ta' Ottubru 2019 għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti użati fuq iċ-ċirasa u mis-17 ta' Lulju 2020 għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti użati fuq għelejjel oħra.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Ġunju 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/25/KE tat-23 ta' April 2007 li emenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi dimethoate, dimethomorph, glufosinate, metribuzin, phosmet u propamocarb bħala sustanzi attivi (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 34).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).
(6) EFSA (European Food Safety Authority), 2018. Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance dimethoate EFSA Journal 2018;16(10):5454. https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/5454.
(7) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/707 tas-7 ta' Mejju 2019 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi alpha-cypermethrin, beflubutamid, benalaxyl, benthiavalicarb, bifenazate, boscalid, bromoxynil, captan, cyazofamid, desmedipham, dimethoate, dimethomorph, diuron, ethephon, etoxazole, famoxadone, fenamiphos, flumioxazine, fluoxastrobin, folpet, foramsulfuron, formetanate, metalaxyl-M, methiocarb, metribuzin, milbemectin, Paecilomyces lilacinus razza 251, phenmedipham, phosmet, pirimiphos-methyl, propamocarb, prothioconazole, S-metolachlor u tebuconazole (ĠU L 120, 8.5.2019, p. 16).
|
27.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 173/42 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1091
tas-26 ta' Ġunju 2019
li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti għall-esportazzjoni ta' prodotti li fihom il-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali ruminanti u minn annimali mhux ruminanti
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 23 u l-Artikolu 23a(m) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni tal-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (“TSEs”) fl-annimali. Dan japplika għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-annimali ħajjin u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali u, f'ċerti każijiet speċifiċi, għall-esportazzjonijiet tagħhom. |
|
(2) |
Il-projbizzjoni fuq l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi ta' proteina pproċessata tal-annimali derivata mir-ruminanti u ta' prodotti li fihom din il-proteina pproċessata tal-annimali, u b'hekk ġew inklużi fertilizzanti organiċi u prodotti li jtejbu l-ħamrija, inizjalment ġiet introdotta mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1234/2003 (2) biex tiġi evitata t-trażmissjoni ta' enċefalopatiji sponġiformi tal-bovini (BSE) lil pajjiżi terzi permezz ta' proteina pproċessata tal-annimali potenzjalment ikkontaminata u biex jiġi evitat ir-riskju li terġa' tidħol fl-Unjoni. |
|
(3) |
F'Ġunju 2018, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) aġġornat il-valutazzjoni kwantitattiva tar-riskju tal-BSE li ġej minn proteini pproċessati tal-annimali (3). L-EFSA kkonkludiet li l-infettività totali tal-BSE imposta mill-proteina pproċessata tal-annimali fl-2018 kienet erba' darbiet inqas minn dik stmata fl-2011. |
|
(4) |
Wara l-opinjoni mogħtija mill-EFSA relatata mal-proteina pproċessata tal-annimali, huwa xieraq li jiġu inklużi fertilizzanti organiċi jew prodotti li jtejbu l-ħamrija li fihom il-proteini tal-annimali pproċessati derivati minn ruminanti fid-deroga stabbilita fil-punt 2 tat-Taqsima E tal-Kapitolu V tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, fil-każ li ma jkunx fihom materjal tal-Kategorija 1 u prodotti dderivati minnhom jew materjal tal-Kategorija 2 u prodotti derivati minnhom li mhumiex demel ipproċessat. |
|
(5) |
Il-punt 2 tat-Taqsima E tal-Kapitolu V tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta' prodotti li fihom il-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-annimali ruminanti għalhekk jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Il-punt 3 tat-Taqsima E tal-Kapitolu V tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet applikabbli għall-esportazzjonijiet ta' proteini pproċessati tal-annimali derivati biss minn annimali mhux ruminanti jew minn għalf kompost li fih din il-proteina. Madankollu, il-kundizzjonijiet biex jiġu esportati fertilizzanti organiċi jew prodotti li jtejbu l-ħamrija li fihom il-proteini pproċessati tal-annimali derivati minn annimali mhux ruminanti ma ġewx stabbiliti. Għalhekk jenħtieġ li jiżdied Punt 5 ġdid mat-Taqsima E tal-Kapitolu V tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 li jistabbilixxi kondizzjonijiet bħal dawn. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Ġunju 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1234/2003 tal-10 ta' Lulju 2003 li jemenda l-Annessi I, IV u XI tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 u r-Regolament (KE) Nru 1326/2001 dwar it-trasmissjoni tal-enċifalopatija sponġiformi u l-għalf tal-annimali (ĠU L 173, 11.7.2003, p. 6).
(3) EFSA Journal 2018;16(7):5314
ANNESS
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fit-Taqsima E tal-Kapitolu V, il-punt 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
|
(2) |
Fit-Taqsima E tal-Kapitolu V, jiddaħħal il-punt 5 li ġej:
|
DEĊIŻJONIJIET
|
27.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 173/47 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/1092
tas-26 ta' Ġunju 2019
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2302 li tappoġġa l-attivitajiet tal-OPCW għal assistenza fl-operazzjonijiet ta' tindif ta' dak li kien is-sit ta' ħażna tal-armi kimiċi fil-Libja fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda Massiva
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 31(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit- 12 ta' Diċembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2302 (1). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2017/2302 tipprevedi perijodu ta' implimentazzjoni ta' 20 xahar għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) tagħha wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3) tagħha. |
|
(3) |
Fis-27 ta' Marzu 2019, l-entità ta' implimentazzjoni, l-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (l-OPCW), talbet lill-Unjoni testendi t-tul ta' żmien tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2302. L-estensjoni tat-tul taż-żmien ta' dik id-Deċiżjoni bi 12-il xahar tippermetti lill-OPCW tkompli bl-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) tagħha wara d-data ta' skadenza msemmija fl-Artikolu 5(2) tagħha u tilħaq l-għanijiet ppjanati tagħha. |
|
(4) |
L-emenda mitluba tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2302 tikkonċerna l-Artikolu 5(2) tagħha, u t-Taqsima 6 tal-Anness tagħha. |
|
(5) |
Kif imsemmi speċifikament fit-talba tal-OPCW tas-27 ta' Marzu 2019, it-tkomplija tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2302 tista' titwettaq mingħajr ebda implikazzjoni fuq ir-riżorsi. |
|
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li t-tul ta' żmien tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2302 jiġi estiż sabiex l-attivitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(2) tagħha jkunu jistgħu jkomplu jiġu implimentati, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2017/2302 hija b'dan emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 5(2) huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. Hija għandha tiskadi 32 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament bejn il-Kummissjoni u l-OPCW imsemmi fl-Artikolu 3(3), jew għandha tiskadi sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tagħha jekk dak il-ftehim ta' finanzjament ma jkunx ġie konkluż sa dak iż-żmien.”. |
|
(2) |
It-test tal-Taqsima 6 tal-Anness huwa sostitwit b'dan li ġej: “6. Tul ta' żmien stmat It-tul ta' żmien tal-proġett huwa previst għal 32 xahar.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta' Ġunju 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
G.L. GAVRILESCU
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2302 tat-12 ta' Diċembru 2017 li tappoġġa l-attivitajiet tal-OPCW għal assistenza fl-operazzjonijiet ta' tindif ta' dak li kien is-sit ta' ħażna tal-armi kimiċi fil-Libja, fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda Massiva (ĠU L 329, 12.12.2017, p. 49).
|
27.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 173/49 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1093
tas-26 ta' Ġunju 2019
dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż it-tieni pagament parzjali għall-2019 u limitu massimu rivedut għall-ammont annwali għall-2020
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta' Novembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 19(3) u (4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) 2018/1877 (“ir-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ”), il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta sal-15 ta' Ġunju 2019 li tispeċifika l-ammont tat-tieni pagament parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2019 ammont annwali rivedut tal-kontribuzzjoni għall-2019, f'każijiet fejn dak l-ammont annwali jvarja mill-bżonnijiet reali. |
|
(2) |
Fl-24 ta' April 2019, f'konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, il-Bank Ewropew tal-Investiment (“BEI”) bagħat lill-Kummissjoni l-estimi aġġornati tiegħu tal-impenji u tal-pagamenti taħt l-istrumenti li jiġġestixxi. |
|
(3) |
L-Artikolu 20(1) tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ jistipula li s-sejħiet għal kontribuzzjonijiet l-ewwel jużaw l-ammonti stipulati fil-FEŻ preċedenti. Għaldaqstant, jenħtieġ li ssir sejħa għall-fondi taħt l-10 FEŻ għall-BEI u taħt il-11-il FEŻ għall-Kummissjoni. |
|
(4) |
Fit-12 ta' Novembru 2018 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2018/1715 (3), li tiffissa l-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet tal-FEŻ tal-Istati Membri għall-2019 għal EUR 4 400 000 000 għall-Kummissjoni u għal EUR 300 000 000 għall-BEI. |
|
(5) |
Billi l-Kummissjoni ressqet il-proposta li l-iżvilupp u l-kooperazzjoni internazzjonali għall-perjodu 2021-2027 isiru b'modalitajiet ġodda ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni qed tnaqqas l-estimi tal-pagamenti tagħha taħt il-FEŻ u għaldaqstant tnaqqas b'EUR 200 000 000 il-limitu massimu għall-ammont annwali għall-2020, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-kontribuzzjonijiet individwali tal-FEŻ li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill- (BEI) bħala t-tieni pagament parzjali għall-2019 huma stabbiliti fit-tabella li tinsab fl-Anness.
Artikolu 2
Il-limitu massimu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet għall-FEŻ tal-Istati Membri għall-2020 huwa b'dan rivedut għal EUR 4 700 000 000. Dan għandu jinqasam f'ammont ta' EUR 4 400 000 000 għall-Kummissjoni u ta' EUR 300 000 000 għall-BEI.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta' Ġunju 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
G.L. GAVRILESCU
(2) ĠU L 307, 3.12.2018, p. 1.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1715 tat-12 ta' Novembru 2018 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jridu jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inklużi l-limitu massimu għall-2020, l-ammont annwali għall-2019, l-ewwel ħlas parzjali għall-2019 u tbassir indikattiv u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija ta' kontribuzzjonijiet għas-snin 2021 u 2022 (ĠU L 286, 14.11.2018, p. 30).
ANNESS
|
L-ISTATI MEMBRI |
Skema ta' ridistribuzzjoni tal-10 FEŻ f'% |
Skema ta' ridistribuzzjoni tal-11-il FEŻ f'% |
It-tieni ħlas parzjali 2019 (f'EUR) |
Total |
|
|
Il-Kummissjoni |
BEI |
||||
|
il-11-il FEŻ |
l-10 FEŻ |
||||
|
IL-BELĠJU |
3,53 |
3,24927 |
48 739 050,00 |
3 530 000,00 |
52 269 050,00 |
|
IL-BULGARIJA |
0,14 |
0,21853 |
3 277 950,00 |
140 000,00 |
3 417 950,00 |
|
IĊ-ĊEKJA |
0,51 |
0,79745 |
11 961 750,00 |
510 000,00 |
12 471 750,00 |
|
ID-DANIMARKA |
2,00 |
1,98045 |
29 706 750,00 |
2 000 000,00 |
31 706 750,00 |
|
IL-ĠERMANJA |
20,50 |
20,57980 |
308 697 000,00 |
20 500 000,00 |
329 197 000,00 |
|
L-ESTONJA |
0,05 |
0,08635 |
1 295 250,00 |
50 000,00 |
1 345 250,00 |
|
L-IRLANDA |
0,91 |
0,94006 |
14 100 900,00 |
910 000,00 |
15 010 900,00 |
|
IL-GREĊJA |
1,47 |
1,50735 |
22 610 250,00 |
1 470 000,00 |
24 080 250,00 |
|
SPANJA |
7,85 |
7,93248 |
118 987 200,00 |
7 850 000,00 |
126 837 200,00 |
|
FRANZA |
19,55 |
17,81269 |
267 190 350,00 |
19 550 000,00 |
286 740 350,00 |
|
IL-KROAZJA |
0,00 |
0,22518 |
3 377 700,00 |
0,00 |
3 377 700,00 |
|
L-ITALJA |
12,86 |
12,53009 |
187 951 350,00 |
12 860 000,00 |
200 811 350,00 |
|
ĊIPRU |
0,09 |
0,11162 |
1 674 300,00 |
90 000,00 |
1 764 300,00 |
|
IL-LATVJA |
0,07 |
0,11612 |
1 741 800,00 |
70 000,00 |
1 811 800,00 |
|
IL-LITWANJA |
0,12 |
0,18077 |
2 711 550,00 |
120 000,00 |
2 831 550,00 |
|
IL-LUSSEMBURGU |
0,27 |
0,25509 |
3 826 350,00 |
270 000,00 |
4 096 350,00 |
|
L-UNGERIJA |
0,55 |
0,61456 |
9 218 400,00 |
550 000,00 |
9 768 400,00 |
|
MALTA |
0,03 |
0,03801 |
570 150,00 |
30 000,00 |
600 150,00 |
|
IN-NETHERLANDS |
4,85 |
4,77678 |
71 651 700,00 |
4 850 000,00 |
76 501 700,00 |
|
L-AWSTRIJA |
2,41 |
2,39757 |
35 963 550,00 |
2 410 000,00 |
38 373 550,00 |
|
IL-POLONJA |
1,30 |
2,00734 |
30 110 100,00 |
1 300 000,00 |
31 410 100,00 |
|
IL-PORTUGALL |
1,15 |
1,19679 |
17 951 850,00 |
1 150 000,00 |
19 101 850,00 |
|
IR-RUMANIJA |
0,37 |
0,71815 |
10 772 250,00 |
370 000,00 |
11 142 250,00 |
|
IS-SLOVENJA |
0,18 |
0,22452 |
3 367 800,00 |
180 000,00 |
3 547 800,00 |
|
IS-SLOVAKKJA |
0,21 |
0,37616 |
5 642 400,00 |
210 000,00 |
5 852 400,00 |
|
IL-FINLANDJA |
1,47 |
1,50909 |
22 636 350,00 |
1 470 000,00 |
24 106 350,00 |
|
L-IŻVEZJA |
2,74 |
2,93911 |
44 086 650,00 |
2 740 000,00 |
46 826 650,00 |
|
IR-RENJU UNIT |
14,82 |
14,67862 |
220 179 300,00 |
14 820 000,00 |
234 999 300,00 |
|
TOTAL TAL-EU-28 |
100,00 |
100,00 |
1 500 000 000,00 |
100 000 000,00 |
1 600 000 000,00 |
|
27.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 173/52 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1094
tas-17 ta' Ġunju 2019
li tawtorizza lill-Istati Membri jadottaw ċerti derogi skont id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi
(notifikata bid-dokument C(2019) 4303)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 6(2) u (4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I, it-Taqsima I.3 u l-Anness II, it-Taqsima II.3 tad-Direttiva 2008/68/KE fihom listi ta' derogi nazzjonali, li jippermettu li jiġu kkunsidrati ċirkustanzi speċifiċi nazzjonali. Ċerti Stati Membri talbu diversi derogi nazzjonali ġodda u diversi emendi għal derogi awtorizzati. |
|
(2) |
Dawn id-derogi jenħtieġ li jiġu awtorizzati. |
|
(3) |
Għalhekk, billi l-Anness I, it-Taqsima I.3 u l-Anness II, it-Taqsima II.3 jenħtieġ li jiġu adattati, huwa xieraq li, għal raġunijiet ta' ċarezza, dawn jiġu ssostitwiti kollha kemm huma. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2008/68/KE tiġi emendata skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi stabbilit permezz tad-Direttiva 2008/68/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Istati Membri elenkati fl-Anness huma awtorizzati biex jimplimentaw id-derogi stipulati fiha dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom.
Dawn id-derogi għandhom jiġu applikati mingħajr diskriminazzjoni.
Artikolu 2
L-Anness I, it-Taqsima I.3 u l-Anness II, it-Taqsima II.3 tad-Direttiva 2008/68/KE huma emendati f'konformità mal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Ġunju 2019.
Għall-Kummissjoni
Violeta BULC
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
L-Annessi I u II tad-Direttiva 2008/68/KE huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness I, it-Taqsima I.3 hija sostitwita b'dan li ġej: “I.3. Derogi nazzjonali Derogi għall-Istati Membri għat-trasport ta' oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom abbażi tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/68/KE. Numerazzjoni tad-derogi: RO-a/bi/bii-MS-nn
Abbażi tal-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE AT L-Awstrija RO-a-AT-1 Suġġett: Kwantitajiet żgħar tal-klassijiet kollha ħlief 1, 6.2 u 7 Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 3.4 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Trasport ta' oġġetti perikolużi ppakkjati fi kwantitajiet limitati Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Sa 30 kg jew litru ta' oġġetti perikolużi, li ma jagħmlux parti mill-kategorija tat-trasport 0 jew 1 f'imballaġġi interni għal kwantitajiet limitati jew f'imballaġġi li huma konformi mal-ADR jew li jkunu oġġetti robusti, jistgħu jiġu ppakkjati flimkien f'kaxxi X ittestjati. L-utenti aħħarin huma awtorizzati li jmorru jġibuhom mill-ħanut u jieħduhom lura, filwaqt li l-bejjiegħa bl-imnut huma awtorizzati li jieħduhom għand l-utenti aħħarin jew minn ħanut tagħhom għal ieħor. Il-limitu għal kull unità ta' trasport huwa ta' 333 kg jew litru, u l-perimetru permess huwa ta' 100 km. Il-kaxxi għandhom jiġu mmarkati b'mod uniformi u akkumpanjati minn dokument tat-trasport simplifikat. Rigward it-tagħbija u l-immaniġġar ftit dispożizzjonijiet biss japplikaw. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: - Kummenti: Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2022 BE Il-Belġju RO–a–BE–1 Suġġett: Klassi 1 — Kwantitajiet żgħar. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: 1.1.3.6 illimita sa 20 kg il-kwantità ta' splussiv għall-minjieri li jista' jiġi trasportat f'vettura ordinarja. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-operaturi ta' mħażen'il bogħod miż-żoni ta' provvista jistgħu jkunu awtorizzati li jġorru sa massimu 25 kg ta' dinamite jew ta' splussivi qawwija u 300 detonatur f'vetturi bil-mutur ordinarji, suġġett għal kondizzjonijiet li għandhom ikunu stabbiliti mis-servizz dwar l-isplussivi. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Article 111 de l'arrêté royal 23 septembre 1958 sur les produits explosifs. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2020 RO–a–BE–2 Suġġett: It-trasport ta' kontejners vojta mhux imnaddfa li kien fihom prodotti ta' klassijiet differenti. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.6 Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Indikazzjoni dwar id-dokument tat-trasport “pakketti vojta mhux imnaddfa li fihom kien hemm prodotti ta' klassijiet differenti”. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Deroga 6-97. Data ta' skadenza: il-31 ta' Diċembru 2022 RO–a–BE–3 Suġġett: Adozzjoni ta' RO–a–UK–4. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: deroga 4-2004 Data ta' skadenza: il-31 ta' Diċembru 2022 RO–a–BE–4 Suġġett: eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-ADR kollha għat-trasport nazzjonali ta' massimu ta' 1 000 detettur joniku tad-duħħan użat, minn djar privati sal-faċilità tat-trattament fil-Belġju permezz taċ-ċentri tal-ġbir previsti fix-xenarju għall-ġbir selettiv tad-detetturi tad-duħħan. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: ir-rekwiżiti kollha Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-użu domestiku tad-detetturi joniċi tad-duħħan mhuwiex sottomess għall-kontroll regolatorju mil-lat radjoloġiku ladarba d-detettur tad-duħħan ikun ta' tip approvat. It-trasport ta' dawn id-detetturi tad-duħħan għal għand l-utent aħħari huwa wkoll eżentat mir-rekwiżiti ADR. (ara 1.7.1.4. e)). Id-Direttiva 2002/96/KE (dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku) tirrikjedi l-ġbir selettiv tad-detetturi użati tad-duħħan għat-trattament ta' bordijiet taċ-ċirkwiti u, għad-detetturi joniċi tad-duħħan, sabiex jitneħħew is-sustanzi radjuattivi. Biex dan il-ġbir selettiv ikun possibbli ġie żviluppat xenarju biex iħajjar lid-djar privati sabiex jieħdu d-detetturi tad-duħħan użati tagħhom f'ċentru tal-ġbir minn fejn dawn id-detetturi jkunu jistgħu jinġarru lejn il-faċilità tat-trattament xi drabi minn ċentru tal-ġbir ieħor jew minn post ta' ħżin intermedju. Fiċ-ċentri tal-ġbir ikun hemm disponibbli imballaġġi tal-metall li jesgħu sa massimu ta' 1 000 detettur tad-duħħan. Minn dawn iċ-ċentri, imballaġġ wieħed bħal dan li jkun fih id-detetturi tad-duħħan jista' jiġi trasportat flimkien ma' skart ieħor lejn maħżen intermedju jew lejn il-faċilità tat-trattament. Il-pakkett ikun ittikkettat bil-kliem “detettur tad-duħħan”. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: ix-xenarju għall-ġbir selettiv tad-detetturi tad-duħħan jagħmel parti mill-kundizzjonijiet għat-tneħħija tal-istrumenti approvati previsti fl-Artikolu 3.1.d.2 tad-digriet amministrattiv tal-20 ta' Lulju 2001: ir-regolament ġenerali dwar il-protezzjoni mir-radjazzjoni. Kummenti: Din id-deroga hija meħtieġa sabiex ikun possibbli l-ġbir selettiv tad-detetturi joniċi użati tad-duħħan. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2020 DE Il-Ġermanja RO–a–DE-1 Suġġett: L-ippakkjar imħallat u t-tagħbija mħallta ta' partijiet tal-karozzi bil-klassifikazzjoni 1.4G flimkien ma' ċerti oġġetti perikolużi (n4). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.10 u 7.5.2.1 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar l-ippakkjar imħallat u t-tagħbija mħallta. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: NU 0431 u NU 0503 jistgħu jitgħabbew flimkien ma' ċerti oġġetti perikolużi (prodotti relatati mal-manifattura tal-karrozzi) f'ċerti ammonti, elenkati fl-eżenzjoni. Il-valur ta' 1 000 (komparabbli ma' 1.1.3.6.4) ma għandux jinqabeż. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 28. Kummenti: L-eżenzjoni hija meħtieġa sabiex partijiet tas-sikurezza tal-karozzi jkunu jistgħu jitwasslu malajr, skont id-domanda lokali. Minħabba l-firxa wiesgħa ta' prodotti, il-ħżin ta' dawn il-prodotti f'garaxxijiet lokali mhuwiex komuni. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RO–a–DE–2 Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit li jinġarr dokument tat-trasport u dikjarazzjoni tal-ispeditur għal ċerti kwantitajiet ta' oġġetti perikolużi, kif definit f'1.1.3.6 (n1). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.1 u 5.4.1.1.6 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: kontenut tad-dokument tat-trasport. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-klassijiet kollha barra l-Klassi 7: ma hu meħtieġ l-ebda dokument tat-trasport, jekk il-kwantità tal-oġġetti trasportati ma taqbiżx il-kwantitajiet mogħtija f'1.1.3.6. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 18. Kummenti: L-informazzjoni mogħtija mill-immarkar u t-tikketti ta' pakki għandha titqies li tkun biżżejjed għal trasport nazzjonali, minħabba li dokument ta' trasport mhux dejjem ikun adatt fejn tkun involuta distribuzzjoni lokali. Id-deroga rreġistrata mill-Kummissjoni bħala Nru 22 (skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE). Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RO–a–DE–3 Suġġett: It-trasportazzjoni tal-istandards tal-kejl u tal-pompi tal-fjuwil (vojta, mhux imnaddfa). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Dispożizzjonijiet għan-numri NU 1202, 1203 u 1223. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: L-imballaġġ, l-immarkar, id-dokumenti, l-istruzzjonijiet tat-trasport u tal-immaniġġar, l-istruzzjonijiet għall-ekwipaġġi tal-vettura. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-ispeċifikazzjoni tar-regolamenti applikabbli u tad-dispożizzjonijiet anċillari għall-applikazzjoni tad-deroga; sa 1 000 l: komparabbli ma' imballaġġi vojta, mhux imnaddfa; aktar minn 1 000 l: konformità ma' ċerti regolamenti għat-tankijiet; trasportazzjoni vojta u mhux imnaddfa biss. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 24. Kummenti: Lista Nru 7, 38, 38a. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RO–a–DE-5 Suġġett: Awtorizzazzjoni għal imballaġġ ikkombinat. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.10.4 MP2 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Projbizzjoni ta' imballaġġ ikkombinat. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 1.4S, 2, 3 u 6.1; awtorizzazzjoni ta' imballaġġ ikkombinat ta' oġġetti fil-Klassi 1.4S (skrataċ għal armi żgħar), aerosols (Klassi 2) u materjali tat-tindif u tat-trattamenti fil-Klassijiet 3 u 6.1 (in-numri NU elenkanti) bħala settijiet li għandhom jinbiegħu f'imballaġġ ikkombinat fil-grupp tal-imballaġġ II u fi kwantitajiet żgħar. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 21. Kummenti: Lista Nru. 30*, 30a, 30b, 30c, 30d, 30e, 30f, 30g. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 DK Id-Danimarka RO–a–DK-2 Suġġett: It-trasport bit-triq ta' imballaġġ li jkun fih sustanzi splussivi u ta' imballaġġ li jkun fih id-detonaturi fl-istess vettura. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.2.2 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet għal ippakkjar imħallat. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-regoli tal-ADR għandhom jiġu osservati meta jkunu qed jiġu trasportati oġġetti perikolużi bit-triq. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 729 of 15. august 2001 om vejtransport of farligt gods § 4, stk. l. Kummenti: Teżisti ħtieġa prattika sabiex ikunu jistgħu jiġu ppakkjati sustanzi splussivi flimkien ma' detonaturi fl-istess vettura meta dawn l-oġġetti jiġu trasportati minn fejn ikunu maħżuna lejn il-post tax-xogħol u lura. Meta l-leġiżlazzjoni Daniża dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi tiġi emendata, l-awtoritajiet Daniżi se jippermettu dan it-trasport skont dawn il-kundizzjonijiet:
Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RO–a–DK–3 Suġġett: It-trasport bit-triq ta' imballaġġi u ta' oġġetti li jkun fihom skart jew fdalijiet ta' oġġetti perikolużi ta' ċerti klassijiet minn djar privati u impriżi għall-iskop ta' rimi. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Partijiet u l-Kapitoli 2, 3, 4.1, 5.1, 5.2, 5.4, 6, 8.1 u 8.2. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dispożizzjonijiet tal-klassifikazzjoni, id-dispożizzjonijiet speċjali, id-dispożizzjonijiet tal-ippakkjar, il-proċeduri tal-kunsinna, ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġ, ir-rekwiżiti ġenerali li jikkonċernaw l-unitajiet tat-trasport u t-tagħmir abbord u r-rekwiżiti ta' taħriġ. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-imballaġġi interni u oġġetti li fihom ikun hemm skart jew fdalijiet ta' oġġetti perikolużi ta' ċerti klassijiet miġbura minn djar privati jew impriżi biex jintremew, jistgħu jiġu ppakkjati flimkien f'ċertu imballaġġ estern u/jew overpacks u jinġarru skont proċeduri speċjali tal-kunsinna inklużi restrizzjonijiet speċjali għall-ippakkjar u l-immarkar. Il-kwantità ta' oġġetti perikolużi għal kull imballaġġ intern, għal kull imballaġġ estern u/jew għal kull unità ta' trasport hija ristretta. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 818 af 28. juni 2011 om vejtransport af farligt gods § 4, stk. 3. Kummenti: Mhuwiex possibbli li l-amministraturi tal-iskart japplikaw id-dispożizzjonijiet kollha tal-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE meta jkun inġabar skart bi fdalijiet ta' oġġetti perikolużi minn djar privati u impriżi biex jinġarr għar-rimi. L-iskart normalment jinżamm f'imballaġġi li jkunu nbiegħu bl-imnut. Data ta' skadenza: l-1 ta' Jannar 2025 ES Spanja RO-a-ES-1 Suġġett: Twaħħil tal-plakards tal-kontejners Bażi ġuridika: Id-Direttiva 2008/68/KE, l-Artikolu 6(2)(a). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.1.2. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Il-plakards għandhom jitwaħħlu fuq iż-żewġ naħat u f'kull tarf tal-kontejner, tal-MEGC, tal-kontejner tank jew tat-tank li jista' jinġarr. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-plakard m'għandhiex għalfejn titwaħħal mal-kontejners li jġorru pakketti meta jkun użat b'mod esklussiv f'operazzjonijiet ta' trasport bit-triq. Din l-eżenzjoni ma tapplikax għall-klassijiet 1 jew 7. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Real Decreto 97/2014. Anejo 1. Apartado 8. Kummenti: Meta kontejner, għajr kontejner-tank, jintuża biss għat-trasport bit-triq, u ma jkunx relatat ma' operazzjoni tat-trasport intermodali, ikun qed jissodisfa l-funzjonijiet ta' kaxxa skambjabbli. Il-kaxxi skambjabbli għall-ġarr ta' oġġetti ppakkjati ma jeħtieġu l-ebda tip ta' plakard ta' periklu, ħlief għall-klassijiet 1 u 7. Għalhekk, tqies bħala konvenjenti li l-kontejners li jintużaw biss bħala kaxxi skambjabbli f'operazzjonijiet tat-trasport bit-triq jiġu eżentati mir-rekwiżit tal-plakards, bl-esklużjoni tal-kontejners li jġorru oġġetti tal-klassijiet 1 jew 7. F'din l-eżenzjoni, il-kontejners jitqiesu bħala simili għal kaxxi skambjabbli b'rabta mal-kundizzjonijiet ta' sigurtà, ma hemm l-ebda raġuni biex wieħed jitlob aktar rekwiżiti għall-kontejners milli għall-kaxxi skambjabbli peress li dawn jikkonformaw ma' rekwiżiti ta' sigurtà aktar stretti minħabba d-disinn u l-kostruzzjoni speċifiċi tagħhom. Il-kumplament tal-plakards u l-immarkar meħtieġa għall-vetturi li jġorru oġġetti perikolużi għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 5.3 tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE. Data ta' skadenza: l-1 ta' Jannar 2025. FI Il-Finlandja RO-a-FI-1 Suġġett: It-trasport ta' oġġetti perikolużi f'ċerti ammonti fix-xarabanks Bażi ġuridika: Id-Direttiva 2008/68/KE, l-Artikolu 6(2)(a) Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Partijiet 1, 4 u 5 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Eżenzjonijiet, Dispożizzjonijiet għall-Imballaġġ, Immarkar u Dokumentazzjonijiet. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: F'xarabanks bil-passiġġieri, jistgħu jiġu trasportati ammonti żgħar ta' oġġetti perikolużi speċifikati bħala merkanzija sabiex il-kwantità totali ma taqbiżx il-200 kilo. F'xarabank, individwu privat jista' jittrasporta oġġetti perikolużi msemmija fit-Taqsima 1.1.3 jekk l-oġġetti inkwistjoni huma ppakkjati għall-bejgħ bl-imnut u huma maħsubin għall-użu personali tiegħu. Il-kwantità totali ta' likwidi li jaqbdu mimlija f'kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew ma tistax taqbeż il-5 litri. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Regolament tal-Aġenzija Finlandiża tas-Sikurezza fit-Trasport dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi bit-Triq u d-Digriet tal-Gvern dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi bit-Triq (194/2002) Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RO–a–FI-2 Suġġett: Deskrizzjoni tat-tankijiet vojta fid-dokument tat-trasport Bażi ġuridika: Id-Direttiva 2008/68/KE, l-Artikolu 6(2)(a) Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Parti 5, 5.4.1 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet speċjali għal ġarr f'vetturi b'tank jew f'unitajiet ta' trasport b'aktar minn tank wieħed Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Meta jiġu trasportati vetturi b'tank vojt u mhux imnaddaf jew unitajiet ta' trasport li għandhom tank wieħed jew aktar immarkati f'konformità ma' 5.3.2.1.3, l-aħħar sustanza ttrasportata mmarkata fid-dokument tat-trasport tista' tkun is-sustanza bil-punt ta' fjammabbiltà l-aktar baxx. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Regolament tal-Aġenzija Finlandiża tas-Sikurezza fit-Trasport dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi bit-Triq Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RO-a-FI-3 Suġġett: Plakards u mmarkar tal-unità tat-trasport għall-isplussivi. Bażi ġuridika: Id-Direttiva 2008/68/KE, l-Artikolu 6(2)(a) Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.2.1.1 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali għall-immarkar tal-pjanċi oranġjo Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Unitajiet tat-trasport (normalment vannijiet) li jittrasportaw ammonti żgħar ta' splussivi (b'massa netta massima ta' 1 000 kg) lejn il-barrieri u s-siti tax-xogħol jistgħu jitwaħħlulhom plakards tal-mudell Nru 1 fuq quddiem u fuq wara. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Regolament tal-Aġenzija Finlandiża tas-Sikurezza fit-Trasport dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi bit-Triq Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 FR Franza RO–a–FR–2 Suġġett: It-trasport ta' skart li joriġina minn attivitajiet ta' kura li jinvolvu riskju ta' infezzjoni kopert minn NU 3291 b'massa ta' 15-il kg jew inqas. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-ADR għat-trasport ta' skart li joriġina minn attivitajiet ta' kura li jinvolvu riskju ta' infezzjoni kopert minn NU 3291 b'massa ta' 15-il kg jew inqas. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route — Article 12. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RO–a–FR-5 Suġġett: It-trasport ta' oġġetti perikolużi f'vetturi pubbliċi għat-trasport tal-passiġġieri (18). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.3.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: It-trasport ta' passiġġieri u oġġetti perikolużi. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta' oġġetti perikolużi, għajr dawk tal-klassi 7, awtorizzat f'vetturi tat-trasport pubbliku bħala bagalja tal-idejn: japplikaw biss id-dispożizzjonijiet relatati mal-imballaġġ, l-immarkar u t-tikkettar ta' pakketti stabbiliti f'4.1, 5.2 u 3.4. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 29 mai 2009 relatif au transport des marchandises dangereuses par voies terrestres, annexe I paragraphe 3.1. Kummenti: Oġġetti perikolużi għall-użu personali jew għall-użu professjonali proprju biss jistgħu jinġarru f'bagalji tal-idejn. Huma permessi kontenituri portabbli tal-gass fl-ammonti meħtieġa għal vjaġġ wieħed għal pazjenti bi problemi respiratorji. Data ta' skadenza: it-28 ta' Frar 2022 RO–a–FR–6 Suġġett: It-trasport personali ta' kwantitajiet żgħar ta' oġġetti perikolużi (18). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Obbligu ta' dokument tat-trasport. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport personali ta' kwantitajiet żgħar ta' oġġetti perikolużi għajr dawk tal-klassi 7, li ma jaqbżux il-limiti stabbiliti f'1.1.3.6. mhuwiex soġġett għall-obbligu li jkollu dokument tat-trasport kif previst f'5.4.1. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 29 mai 2009 relatif au transport des marchandises dangereuses par voies terrestres annexe I, paragraphe 3.2.1. Data ta' skadenza: it-28 ta' Frar 2022 RO–a–FR–7 Suġġett: It-trasport bit-triq ta' kampjuni ta' sustanzi kimiċi, taħlitiet u oġġetti li jkun fihom oġġetti perikolużi għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Partijiet 1 sa 9 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dispożizzjonijiet ġenerali, il-klassifikazzjoni, id-dispożizzjonijiet speċjali u l-eżenzjonijiet dwar il-ġarr ta' oġġetti perikolużi ppakkjati fi kwantitajiet limitati, id-dispożizzjonijiet dwar l-użu ta' imballaġġ u tankijiet, il-proċeduri tal-kunsinna, ir-rekwiżiti tal-kostruzzjoni tal-imballaġġ, id-dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tat-trasport, l-immaniġġar, it-tagħbija u l-ħatt, ir-rekwiżiti dwar it-tagħmir u l-operat tat-trasport, ir-rekwiżiti dwar il-kostruzzjoni u l-approvazzjoni tal-vetturi. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Kampjuni ta' sustanzi kimiċi, taħlitiet u oġġetti li jkun fihom oġġetti perikolużi li jinġarru għall-analiżi bħala parti minn attività ta' sorveljanza tas-suq għandhom ikunu ppakkjati f'imballaġġ ikkombinat. Dawn għandhom jikkonformaw mar-regoli dwar il-kwantitajiet massimi għall-imballaġġ intern skont it-tip ta' oġġett perikoluż involut. L-imballaġġ estern għandu jikkonforma mar-rekwiżiti għall-kaxxi tal-plastik solidu (4H2, il-Kapitolu 6.1 tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE). L-imballaġġ estern jeħtieġ li jkollu l-immarkar tat-Taqsima 3.4.7, tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE u l-kliem “Kampjuni għall-analiżi” (bil-Franċiż: “ Echantillons destinés à l'analyse ”). Sakemm dawn id-dispożizzjonijiet jiġu mħarsa, il-ġarr mhuwiex soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 12 décembre 2012 modifiant l'arrêté du 29 mai 2009 relatif aux transports de marchandises dangereuses par voies terrestres Kummenti: L-eżenzjoni tat-Taqsima 1.1.3, l-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE ma tipprevedix it-trasport tal-kampjuni ta' oġġetti perikolużi għall-analiżi li ssir mill-awtoritajiet kompetenti jew f'isimhom. Sabiex tiġi żgurata s-sorveljanza effettiva tas-suq, Franza introduċiet proċedura msejsa fuq is-sistema applikabbli għall-kwantitajiet limitati biex tiżgura s-sikurezza tat-trasport tal-kampjuni li jkun fihom oġġetti perikolużi. Peress li mhux dejjem fattibbli li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tat-tabella A, il-limitu tal-kwantità għall-imballaġġ intern ġie ddefinit b'mod aktar operattiv. Data ta' skadenza: l-1 ta' Jannar 2025 HU L-Ungerija RO-a-HU-1 Suġġett: Adozzjoni ta' RO-a-DE-2 Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: A nemzeti fejlesztési miniszter rendelete az ADR Megállapodás A és B Mellékletének belföldi alkalmazásáról Data ta' skadenza: it-30 ta' Jannar 2025 RO–a-HU-2 Suġġett: Adozzjoni ta' RO-a-UK-4 Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: A nemzeti fejlesztési miniszter rendelete az ADR Megállapodás A és B Mellékletének belföldi alkalmazásáról Data ta' skadenza: it-30 ta' Jannar 2025 IE L-Irlanda RO–a–IE-1 Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit ta' 5.4.0 tal-ADR għal dokument tat-trasport għall-ġarr ta' pestiċidi tal-Klassi 3 tal-ADR, elenkati fil-punt 2.2.3.3 bħala pestiċidi FT2 (f.p. < 23 °C) u l-Klassi 6.1 tal-ADR, elenkati fil-punt 2.2.61.3 bħala pestiċidi likwidi T6 (b'punt ta' fjammabilità ta' mhux anqas minn 23 °C), fejn il-kwantitajiet ta' oġġetti perikolużi li qed jinġarru ma jaqbżux il-kwantitajiet stabbiliti f'1.1.3.6 tal-ADR. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżit għal dokument tat-trasport. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dokument tat-trasport mhuwiex meħtieġ għall-ġarr tal-pestiċidi tal-Klassi 3 u 6.1 tal-ADR, fejn il-kwantità tal-oġġetti perikolużi li tkun qed tinġarr ma taqbiżx il-kwantitajiet stipulati fil-punt 1.1.3.6 tal-ADR. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(9) of the “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 2004” . Kummenti: Rekwiżiti iebsa u bla ħtieġa għat-trasport lokali u t-tqassim ta' dawn il-pestiċidi. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RO–a–IE-4 Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta' 5.3, 5.4, 7 u mill-Anness B tal-ADR, fir-rigward tal-ġarr ta' ċilindri tal-gass li jintużaw f'distributuri awtomatiċi (tax-xorb) meta jinġarru fuq l-istess vettura max-xorb (li se jintużaw għalih). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3, 5.4, 7 u l-Anness B. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: L-immarkar tal-vetturi, id-dokumentazzjoni li għandha tinġarr u d-dispożizzjonijiet dwar it-tagħmir u l-operazzjonijiet tat-trasport. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta' 5.3, 5.4, 7 u mill-Anness B tal-ADR għaċ-ċilindri tal-gass li jintużaw fid-distributuri awtomatiċi tax-xorb, meta dawn iċ-ċilindri tal-gass ikunu qed jinġarru fuq l-istess vettura max-xorb (li se jintużaw għalih). Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Proposed amendment to “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004” . Kummenti: L-attività prinċipali tikkonsisti fit-tqassim ta' pakketti tax-xorb, li ma jkunux sustanzi skont l-ADR, flimkien ma' kwantitajiet żgħar ta' ċilindri żgħar ta' gassijiet assoċjati mal-użu fix-xorb. Preċedentement skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RO–a–IE–5 Suġġett: Eżenzjoni, għat-trasport nazzjonali fl-Irlanda, mir-rekwiżiti dwar il-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-kontenituri, u mid-dispożizzjonijiet dwar l-użu tagħhom, li jinsabu fi 6.2 u 4.1 tal-ADR, għaċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni tal-gassijiet tal-Klassi 2 li ġew trasporti b'mod multimodali, fosthom dak marittimu, sakemm (i) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni ġew magħmula, ittestjati u użati skont il-Kodiċi IMDG, (ii) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni ma jkunux imtlew mill-ġdid fl-Irlanda iżda ttieħdu lura nominalment vojta lejn il-pajjiż tal-oriġini tal-vjaġġ b'trasport multimodali, u (iii) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jitqassmu lokalment fi kwantitajiet żgħar. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.4.2, 4.1 u 6.2. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar it-trasport multimodali, inkluż it-trasport marittimu, dwar l-użu taċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni għall-gassijiet tal-Klassi 2 tal-ADR, u dwar il-kostruzzjoni u l-ittestjar ta' dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni għall-gassijiet tal-Klassi 2 tal-ADR. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dispożizzjonijiet ta' 4.1 u 6.2 ma japplikawx għaċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni għall-gassijiet tal-Klassi 2, diment li (i) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni ġew magħmula u ġew ittestjati f'konformità mal-kodiċi IMDG, (ii) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jintużaw skont il-Kodiċi IMDG, (iii) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jkunu ġew trasportati lejn l-ispeditur permezz ta' trasport multimodali, inkluż il-ġarr marittimu, (iv) it-trasport ta' dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni sa għand l-utent aħħari sar fi vjaġġ wieħed, tlesta fl-istess ġurnata, mid-destinatarju tal-operazzjoni tat-trasport multimodali (imsemmi fi (iii)), (v) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni ma jkunux imtlew mill-ġdid fl-Istat u jittieħdu lura nominalment vojta lejn il-pajjiż tal-oriġini tal-operazzjoni ta' trasport multimodali (imsemmi fi (iii)) u (vi) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jkunu tqassmu lokalment fl-Istat fi kwantitajiet żgħar. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Proposed amendment to “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”. Kummenti: Il-gassijiet li jinsabu f'dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni għandhom speċifikazzjonijiet, mitluba mill-utent aħħari, li jirriżultaw fil-ħtieġa li jiġu importati minn barra ż-żona tal-ADR. Ladarba użati, dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni nominalment vojta jeħtieġ li jittieħdu lura fil-pajjiż tal-oriġini, sabiex jimtlew mill-ġdid bil-gassijiet partikolarment speċifikati — ma għandhomx jimtlew mill-ġdid fl-Irlanda u fl-ebda parti oħra taż-żona tal-ADR. Minkejja li mhumiex konformi mal-ADR, huma konformi mal-Kodiċi IMDG u aċċettati għall-finijiet ta' dan il-Kodiċi. It-trasport multimodali, li jibda barra miż-żona tal-ADR, huwa maħsub sabiex jintemm fil-bini tal-importatur, fejn ikun intenzjonat li ċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jitqassmu fi kwantitajiet żgħar lill-utent aħħari lokalment fl-Irlanda. Dan il-ġarr fl-Irlanda għandu jsir fi ħdan l-Artikolu 6(9) emendat tad-Direttiva 94/55/KE. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RO–a–IE–6 Suġġett: L-eżenzjoni, minn xi dispożizzjonijiet tal-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE dwar l-imballaġġ, l-immarkar u t-tikkettar ta' kwantitajiet żgħar (inqas mil-limiti f'1.1.3.6) ta' oġġetti pirotekniċi skaduti u bil-kodiċijiet tal-klassifikazzjoni 1.3G, 1.4G u 1.4S tal-Klassi 1 tal-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE, li għandhom in-numri rispettivi tal-identifikazzjoni tas-sustanza NU 0092, NU 0093, NU 0191, NU 0195, NU 0197, NU 0240, NU 0312, NU 0403, NU 0404, NU 0453, NU 0505, NU 0506 jew NU 0507 għall-ġarr lejn l-eqreb kwartieri militari biex jiġu mormija. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Partijiet 1, 2, 4, 5 u 6 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali. Klassifikazzjoni. Dispożizzjonijiet għall-imballaġġ. Dispożizzjonijiet għall-kunsinna. Kostruzzjoni u ttestjar tal-imballaġġ. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dispożizzjonijiet tal-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE dwar l-imballaġġ, l-immarkar u t-tikkettar ta' materjal pirotekniku skadut, bin-numri NU rispettivi NU 0092, NU 0093, NU 0191, NU 0195, NU 0197, NU 0240, NU 0312, NU 0403, NU 0404 NU 0453, NU 0505, NU 0506 jew NU 0507 għall-ġarr lejn l-eqreb kwartieri jew medda militari ma japplikawx diment li jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-imballaġġ tal-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE u jiġi inkluż tagħrif addizzjonali fid-dokument tat-trasport. Din id-deroga tapplika biss għat-trasport lokali, lejn kwartieri jew żona militari, ta' kwantitajiet żgħar ta' dan il-materjal pirotekniku skadut bil-għan li jiġu eliminati b'mod sikur. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: S.I. 349 tar-Regolament tal-2011 57(f) u (g) Kummenti: Il-ġarr fi kwantitajiet żgħar ta' materjal pirotekniku marittimu “skadut”, speċjalment minn sidien ta' dgħajjes għad-delizzju u fornituri marittimi, lejn kwartieri jew medda militari biex jiġu eliminati b'mod sikur, ħoloq diffikultajiet partikolarment fir-rigward tar-rekwiżiti għall-imballaġġ. Id-deroga hija għal kwantitajiet żgħar (anqas minn dawk speċifikati f'1.1.3.6) għal trasport lokali, li jħaddan in-numri NU kollha assenjati għal materjal pirotekniku marittimu. Data ta' skadenza: it-30 ta' Jannar 2025 RO–a–IE–7 Suġġett: Adozzjoni ta' RO-a-UK-4 Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: - Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2022 PT Il-Portugall RO-a-PT-3 Suġġett: Adozzjoni ta' RO-a-UK-4 Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: - Data ta' skadenza: it-30 ta' Jannar 2022 SE L-Iżvezja RO-a-SE-1 Suġġett: Adozzjoni ta' RO-a-FR-7 Bażi ġuridika: Id-Direttiva 2008/68/KE, l-Artikolu 6(2)(a) (Kwantitajiet żgħar) Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Partijiet 1 sa 9. Kuntest tad-Direttiva: Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om visa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng. Kummenti: Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2022 UK Ir-Renju Unit RO–a–UK-1 Suġġett: It-trasport ta' ċerti oġġetti b'radjuattività baxxa bħal arloġġi, arloġġi tal-idejn, detetturi tad-duħħan, boxxli (E1). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Ħafna mir-rekwiżiti tal-ADR Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti dwar it-trasport ta' materjal tal-Klassi 7. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni totali mid-dispożizzjonijiet tar-regolamenti nazzjonali dwar ċerti prodott kummerċjali li fihom kwantitajiet limitati ta' materjal radjuattiv. (Tagħmir luminuż maħsub sabiex jintlibes min-nies; fi kwalunkwe vettura jew vettura ferrovjarja, mhux iktar minn 500 detettur tad-duħħan għall-użu domestiku b'attività individwali li ma taqbiżx l-40 kBq; jew fi kwalunkwe vettura jew vettura ferrovjarja, mhux aktar minn ħames tagħmir tad-dawl bil-gass tat-tritju b'attività individwali li ma taqbiżx l-10 GBq). Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002: Regulation 5(4)(d). The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 3(10). Kummenti: Din id-deroga hija miżura għal żmien qasir, li ma tibqax aktar meħtieġa meta emendi simili għar-regolamenti tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (“IAEA”) jiġu inkorporati fl-ADR. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RO–a–UK–2 Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit li jinġarr dokument tat-trasport għal ċerti kwantitajiet ta' oġġetti perikolużi (minbarra tal-Klassi 7) kif definit f'1.1.3.6 (E2). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6.2 u 1.1.3.6.3. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Eżenzjonijiet minn ċerti rekwiżiti għal ċerti kwantitajiet għal kull unità ta' trasport. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dokument ta' trasport mhux meħtieġ għal kwantitajiet limitati ħlief meta dawn jagħmlu parti minn tagħbija akbar. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 3(7)(a). Kummenti: Din l-eżenzjoni hija adatta għat-trasport nazzjonali, fejn id-dokument tat-trasport ma jkunx dejjem xieraq fil-każijiet li jinvolvu d-distribuzzjoni lokali. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RO–a–UK–3 Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit għall-vetturi li jġorru materjal radjuattiv ta' livell baxx biex iġorru tagħmir tat-tifi tan-nar (E4). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.1.4. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżit għall-vetturi li jġorru apparat tat-tifi tan-nar. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jitneħħa r-rekwiżit biex jinġarr apparat tat-tifi tan-nar meta jkunu qed jiġu trasportati biss pakketti ta' eċċezzjoni (NU 2908, 2909, 2910 u 2911). Jirrestrinġi r-rekwiżit meta jinġarr biss għadd żgħir ta' pakketti. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002: Regulation 5(4)(d). Kummenti: Il-ġarr ta' tagħmir tat-tifi tan-nar huwa fil-prattika irrilevanti għat-trasport ta' NU 2908, 2909, 2910, NU 2911, li ħafna drabi jkunu jistgħu jinġarru f'vetturi żgħar. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RO–a–UK–4 Suġġett: Id-distribuzzjoni ta' oġġetti fl-imballaġġi interni lill-bejjiegħa bl-imnut jew lill-utenti (bl-esklużjoni ta' dawk tal-Klassijiet 1, 4.2, 6.2 u 7) minn depożiti ta' distribuzzjoni lokali lill-bejjiegħa bl-imnut jew lill-utenti u mill-bejjiegħa bl-imnut lill-utenti aħħarija (N1). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġ. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-imballaġġ mhux meħtieġ li jkollu l-marka RID/ADR jew NU u lanqas li jkun immarkat b'xi mod ieħor jekk ikun fih oġġetti stabbiliti fl-Iskeda 3. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 7(4) and Regulation 36 Authorisation Number 13. Kummenti: Ir-rekwiżiti tal-ADR mhumiex adegwati għall-aħħar stadji ta' ġarr minn depożitu ta' distribuzzjoni għal għand bejjiegħ bl-imnut jew utent jew minn bejjiegħ bl-imnut għal għand l-utent aħħari. L-għan ta' din id-deroga huwa li tippermetti li l-kontenituri interni tal-oġġetti għad-distribuzzjoni bl-imnut jinġarru fl-aħħar parti tal-vjaġġ tad-distribuzzjoni lokali mingħajr l-imballaġġ estern. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RO–a–UK–5 Suġġett: Sabiex tkun permessa “kwantità massima totali differenti għal kull unità ta' trasport” għall-oġġetti tal-Klassi 1 fil-kategoriji 1 u 2 tat-Tabella f'1.1.3.6.3 (N10). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6.3 u 1.1.3.6.4. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Eżenzjonijiet marbuta mal-kwantitajiet li jinġarru f'kull unità ta' trasport. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jistabbilixxi r-regoli dwar l-eżenzjonijiet għal kwantitajiet limitati u għal tagħbija mħallta ta' splussivi. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Explosives by Road Regulations 1996, reg. 13 and Schedule 5; reg. 14 and Schedule 4. Kummenti: Biex jiġu permessi limiti differenti ta' kwantità għall-oġġetti tal-Klassi 1, jiġifieri “50” għall-Kategorija 1 u “500” għall-Kategorija 2. Għall-finijiet tal-kalkolu tat-tagħbijiet imħallta, il-fatturi ta' multiplikazzjoni għandhom ikunu ta' “20”, għall-Kategorija tat-Trasport 1 u “2” għall-Kategorija tat-Trasport 2. Preċedentement skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RO–a–UK–6 Suġġett: Iż-żieda tal-massa netta massima ta' oġġetti splussivi permissibbli f'vetturi EX/II (N13). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.5.2. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Limitazzjonijiet fuq il-kwantitajiet ta' sustanzi u ta' oġġetti splussivi li jinġarru. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Limitazzjonijiet fuq il-kwantitajiet ta' sustanzi u ta' oġġetti splussivi li jinġarru. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Explosives by Road Regulations 1996, reg. 13, Schedule 3. Kummenti: Ir-Regolamenti tar-Renju Unit jippermettu massa netta massima ta' 5 000 kg f'vetturi tat-Tip II għall-Gruppi ta' Kompatibbiltà 1.1C, 1.1D, 1.1E u 1.1 J. Ħafna oġġetti tal-Klassi 1.1C, 1.1D, 1.1E u 1.1 J li jittieħdu lejn l-Unjoni jkunu kbar jew goffi u jkollhom tul li jaqbeż iż-2,5 m. Primarjament ikunu oġġetti splussivi għall-użu militari. Il-limitazzjonijiet fuq il-kostruzzjoni tal-vetturi EX/III (li jeħtieġu jkunu vetturi magħluqa) jagħmluha ferm diffiċli sabiex dawn l-oġġetti jitgħabbew u jinħattu. Xi oġġetti jkunu jeħtieġu tagħmir tat-tagħbija u tal-ħatt speċjalizzat kemm fil-bidu kif ukoll fit-tmiem tal-vjaġġ. Fil-prattika dan it-tagħmir rarament jeżisti. Fir-Renju Unit hemm biss ftit vetturi EX/III użati u jkun ta' piż kbir fuq l-industrija jekk tintalab il-kostruzzjoni ta' aktar vetturi EX/III speċjalizzati biex jinġarr dan it-tip ta' splussiv. Fir-Renju Unit, l-isplussivi militari jiġu trasportati l-aktar permezz ta' vetturi kummerċjali u għalhekk ma jistgħux jittieħdu vantaġġi mill-eżenzjoni għal vetturi militari tad-Direttiva 2008/68/KE. Sabiex tingħeleb din il-problema, ir-Renju Unit minn dejjem ippermetta l-ġarr sa 5 000 kg ta' oġġetti bħal dawn f'vetturi EX/II. Il-limitu attwali mhux dejjem ikun biżżejjed peress li oġġett jista' jkun fih aktar minn 1 000 kg ta' splussiv. Mill-1950, seħħew biss żewġ inċidenti (it-tnejn li huma fis-snin ħamsin) li kienu jinvolvu l-isplużjoni ta' materjal splussiv b'toqol ta' aktar minn 5 000 kg. L-inċidenti ġraw meta ħa n-nar tajer u minn sistema taħraq tal-egżost li tat in-nar lill-għata tad-drapp. In-nirien setgħu qabdu b'tagħbija iżgħar. Ma kien hemm l-ebda vittma jew korrimenti. Hemm evidenza empirika li turi li oġġetti splussivi li jkunu ppakkjati sew huwa improbabbli li jisplodu minħabba xi impatt, eż. meta l-vettura tkun involuta f'xi ħabta. L-evidenza minn rapporti militari u minn data ta' testijiet li saru fuq l-impatt ta' missili turi li biex l-iskrataċ jieħdu n-nar irid ikun hemm veloċità tal-impatt akbar minn dik li tintlaħaq waqt prova ta' tfigħ minn għoli ta' 12-il metru. L-istandards attwali ta' sikurezza ma jiġux affettwati. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RO–a–UK–7 Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta' superviżjoni għal kwantitajiet żgħar ta' ċerti oġġetti tal-Klassi 1 (N12). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.4 u 8.5 S1 (6). Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti ta' superviżjoni għal vetturi li jġorru ċerti kwantitajiet ta' oġġetti perikolużi. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tipprevedi parkeġġ sikur u faċilitajiet ta' superviżjoni iżda ma titlobx li ċerti tagħbijiet tal-Klassi 1 issirilhom superviżjoni kostanti kif meħtieġ f'8.5 S1(6) tal-ADR. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, reg. 24. Kummenti: Ir-rekwiżiti ta' superviżjoni tal-ADR mhumiex dejjem fattibbli f'kuntest nazzjonali. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RO–a–UK-8 Suġġett: Tnaqqis tar-restrizzjonijiet fuq it-trasport ta' tagħbijiet imħallta ta' splussivi, u ta' splussivi ma' oġġetti oħra perikolużi, ġewwa vaguni, vetturi u kontejners (N4/5/6). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.2.1 u 7.5.2.2. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Restrizzjonijiet fuq ċerti tipi ta' tagħbija mħallta. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni nazzjonali hija inqas restrittiva fir-rigward ta' tagħbija mħallta ta' splussivi, sakemm dan il-ġarr ikun jista' jitwettaq mingħajr riskju. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, Regulation 18. Kummenti: Ir-Renju Unit jixtieq jippermetti xi varjazzjonijiet fir-regoli tat-taħlit tal-isplussiv ma' splussiv ieħor kif ukoll ta' splussiv ma' oġġetti perikolużi oħra. Kwalunkwe varjazzjoni għandu jkollha limitu ta' kwantità fuq wieħed jew aktar mill-partijiet kostitwenti tat-tagħbija, u tkun permessa biss jekk “ikunu ttieħdu il-miżuri raġonevolment prattikabbli kollha sabiex jipprevjenu li l-isplussivi jiġu f'kuntatt ma' kwalunkwe oġġett minn dawn, jew inkella li jpoġġu tali oġġetti fil-periklu jew li jkunu mhedda minn tali oġġetti”. Eżempji ta' varjazzjonijiet li r-Renju Unit jista' jippermetti huma:
Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RO–a–UK–9 Suġġett: Alternattiva sabiex jintwerew il-pjanċi oranġjo għal kunsinni żgħar ta' materjal radjuattiv f'vetturi żgħar. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.2. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżit biex jintwerew il-pjanċi oranġjo f'vetturi żgħar li jkunu qed iġorru materjal radjuattiv. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tippermetti kwalunkwe deroga approvata skont dan il-proċess. Id-deroga meħtieġa hija: Il-vetturi jridu jew:
Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002, Regulation 5(4)(d). Kummenti: Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RO-a-UK-10 Suġġett: It-trasport ta' skart li joriġina minn attivitajiet ta' kura li jinvolvu riskju ta' infezzjoni kopert minn NU 3291 b'massa ta' 15-il kg jew inqas. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: id-dispożizzjonijiet kollha. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-Anness I, it-Taqsima I.1 għat-trasport ta' skart li joriġina minn attivitajiet ta' kura li jinvolvu riskju ta' infezzjoni kopert min-NU 3291 b'massa ta' 15-il kg jew inqas. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Din id-deroga kienet inizjalment inħarġet skont The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2009 kif emendata. Data ta' skadenza: l-1 ta' Jannar 2023. Abbażi tal-Artikolu 6(2)(b)(i) tad-Direttiva 2008/68/KE BE Il-Belġju RO–bi–BE–4 Suġġett: Trasport ta' oġġetti perikolużi f'tankijiet biex jiġu eliminati permezz ta' inċinerazzjoni. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 3.2. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Permezz ta' deroga mit-tabella fi 3.2 huwa permess l-użu ta' kontejner tank bil-kodiċi tat-tank L4BH minflok bil-kodiċi tat-tank L4DH għall-ġarr ta' likwidu idroreattiv, tossiku, III, mhux speċifikati b'mod ieħor f'kundizzjonijiet speċifiċi. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Dérogation 01 — 2002. Kummenti: Dan ir-regolament jista' jkun applikat biss għat-trasport ta' skart perikoluż fuq distanzi qosra. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2020 RO–bi–BE–5 Suġġett: Ġarr ta' skart lejn faċilitajiet tat-trattament tal-iskart. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.2, 5.4, 6.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni, immarkar u rekwiżiti dwar l-imballaġġ. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Minflok ma jiġi kklassifikat l-iskart skont l-ADR, l-iskart jinqasam fi gruppi differenti (solventi fjammabbli, żebgħa, aċidi, batteriji, eċċ.) sabiex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi f'wieħed minn dawn il-gruppi. Ir-rekwiżiti għall-manifattura tal-imballaġġ huma inqas restrittivi. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrête royal relatif au transport de marchandises dangereuses par route Kummenti: Dan ir-regolament jista' jintuża għall-ġarr ta' kwantitajiet żgħar ta' skart lejn impjanti ta' rimi. Data ta' skadenza: il-31 ta' Diċembru 2022 RO–bi–BE–6 Suġġett: Adozzjoni tal-RO–bi–SE–5 Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: deroga 01-2004 Data ta' skadenza: il-31 ta' Diċembru 2022 RO–bi–BE–7 Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–SE–6 Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: deroga 02-2003 Data ta' skadenza: il-31 ta' Diċembru 2022 RO–bi–BE–8 Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–UK–2 Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrête royal relatif au transport de marchandises dangereuses par route Data ta' skadenza: il-31 ta' Diċembru 2022 RO–bi–BE-10 Suġġett: It-trasport fil-viċinanzi ta' żoni industrijali inkluż it-trasport f'toroq pubbliċi. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Annessi A u B. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-derogi jikkonċernaw id-dokumentazzjoni, iċ-ċertifikat tas-sewwieq, it-tikkettar u l-immarkar ta' pakketti. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: id-derogi 10-2012, 12-2012, 24-2013, 31-2013, 07-2014, 08-2014, 09-2014 u 38-2014. Data ta' skadenza: il-31 ta' Diċembru 2022 RO–bi–BE–11 Suġġett: il-ġbir ta' cilindri tal-butan-propan mingħajr tikkettar konformi Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.2.2.1.1 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: iċ-ċilindri tal-gass jenħtieġ li jkollhom tikketti ta' perikolu mwaħħla fuqhom. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: waqt il-ġbir taċ-ċilindri li jkollhom in-NU 1965, in-nuqqas tat-tikketti ta' perikolu ma jenħtieġx sostituzzjoni jekk il-vettura tkun tikkettata b'mod korrett (mudell 2.1) Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: deroga 14-2016 Data ta' skadenza: il-31 ta' Diċembru 2022 RO–bi–BE–12 Suġġett: it-trasport ta' NU 3509 f'kontejners miksija li jġorru bil-kwantità Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.3.2.1 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: il-ġarr ta' NU 3509 irid isir f'kontejners magħluqa li jġorru bil-kwantità Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: il-ġarr ta' NU 3509 jista' jsir f'kontejners miksija li jġorru bil-kwantità Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: deroga 15-2016 Data ta' skadenza: il-31 ta' Diċembru 2022 RO–bi–BE–13 Suġġett: it-trasport ta' ċilindri DOT Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.2.3.4 sa 6.2.3.9 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: iċ-ċilindri tal-gass jenħtieġ li jkunu manifatturati u ttestjati skont il-Kapitolu 6.2 tal-ADR Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Iċ-ċilindri magħmula u ttestjati skont id-dispożizzjonijiet tal-United States Department of Transportation (DOT) jistgħu jintużaw għat-trasport ta' lista limitata ta' gassijiet annessa mad-deroga Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: deroga BWV01-2017 Data ta' skadenza: il-31 ta' Diċembru 2022 DE Il-Ġermanja RO–bi–DE-1 Suġġett: Rinunzja ta' ċerti indikazzjonijiet fid-dokument ta' trasport (n2). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Kontenut tad-dokument tat-trasport. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-klassijiet kollha ħlief il-klassijiet 1 (ħlief 1.4S), 5.2 u 7: Mhix meħtieġa indikazzjoni fid-dokument tat-trasport:
Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 18. Kummenti: L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha ma tkunx prattikabbli fir-rigward tat-tip tat-traffiku kkonċernat. Id-deroga kienet irreġistrata mill-Kummissjoni bħala Nru 22 (skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE). Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RO–bi–DE-3 Suġġett: Trasport ta' skart perikoluż ippakkjat. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1 sa 5. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni, imballaġġ u mmarkar. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 2 sa 6.1, 8 u 9: Imballaġġ ikkombinat u trasport ta' skart perikoluż f'pakketti u IBCs; l-iskart irid ikun ippakkjat f'imballaġġ intern (kif jinġabar) u maqsum f'kategoriji speċifiċi ta' skart (biex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi f'xi grupp ta' skart); l-użu ta' struzzjonijiet speċjali bil-miktub relatati mal-gruppi ta' skart u bħala polza tal-vjeġġ; il-ġbir ta' skart domestiku u tal-laboratorji, eċċ. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 20. Kummenti: Lista Nru 6*. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RO–bi–DE-5 Suġġett: It-trasport lokali ta' NU 3343 (taħlita ta' nitrogliċerina, disensitizzata, likwida, fjammabbli, mhux speċifikata mod ieħor, b'mhux aktar minn 30 % ta' nitrogliċerina skont il-massa) f'kontejners tank, b'deroga mis-Subtaqsima 4.3.2.1.1. tal-Anness I, it-Taqsima I.1. tad-Direttiva 2008/68/KE. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 3.2, 4.3.2.1.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar l-użu tal-kontejners tank Kontenut tad-dispożizzjonijiet legali nazzjonali: it-trasport lokali tan-nitrogliċerina (NU 3343) f'kontejners tank, fuq distanzi qosra, soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin: 1. Rekwiżiti għall-kontejners tank
2. Tikkettar Kull kontejner tank għandu jkun ittikkettat fuq iż-żewġ naħat b'tikketta ta' periklu skont il-mudell 3 fis-Subtaqsima 5.2.2.2.2 tat-Taqsima I.1 tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE. 3. Dispożizzjonijiet operattivi
Referenza oriġinali għad-dispożizzjonijiet legali nazzjonali: deroga North Rhine-Westphalia Rimarki: Dan jikkonċerna t-trasport lokali f'kontejners tank bit-triq fuq distanzi qosra bħala parti minn proċess industrijali bejn żewġ siti ta' produzzjoni fissi. Sabiex jiġi mmanifatturat prodott farmaċewtiku, sit tal-produzzjoni A jipprovdi, bħala parti minn trasport konformi mar-regola, f'kontejners tank tas-600 l, soluzzjoni reżina, fjammabbli (NU 1866), grupp tal-imballaġġ II, lis-sit ta' produzzjoni B. Hawnhekk, soluzzjoni tan-nitrogliċerina tiġi miżjuda u jsir it-taħlit li jipproduċi taħlita ta' kolla li tinkludi n-nitrogliċerina disensitizzata, likwida, fjammabbli, mhux speċifikata mod ieħor, b'mhux aktar minn 30 % ta' nitrogliċerina skont il-massa (NU 3343) għal użu ulterjuri. It-trasport ta' ritorn ta' din is-sustanza lejn is-sit tal-produzzjoni A jseħħ ukoll fil-kontejners tank imsemmija hawn fuq, li jkunu ġew speċjalment iċċekkjati u approvati mill-awtorità rilevanti għal din l-operazzjoni speċifika tat-trasport u li turi l-kodiċi tat-tank L10DN. Tmiem il-perjodu ta' validità: it-30 ta' Ġunju 2022 RO–bi–DE-6 Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–SE–6. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: § 1 Absatz 3 Nummer 1 der Gefahrgutverordnung Straße, Eisenbahn und Binnenschifffahrt (GGVSEB) Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RO–bi–DE–7 Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–BE-10 Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Data ta' skadenza: l-20 ta' Marzu 2021 DK Id-Danimarka RO–bi–DK-1 Suġġett: NU 1202, 1203, 1223 u l-Klassi 2 – ebda dokument tat-trasport. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Meħtieġ dokument tat-trasport. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Waqt it-trasport ta' prodotti minerali taż-żejt tal-Klassi 3, NU 1202, 1203 u 1223 u ta' gassijiet tal-Klassi 2 b'rabta mad-distribuzzjoni (oġġetti biex jiġu kkonsenjati lil żewġ destinatarji jew aktar u l-ġbir ta' oġġetti ritornati f'sitwazzjonijiet bħal dawn), mhux meħtieġ dokument tat-trasport sakemm l-istruzzjonjiet bil-miktub, minbarra t-tagħrif mitlub fl-ADR, ikun fihom tagħrif dwar in-numru NU, l-isem u l-klassi. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 729 af 15.8.2001 om vejtransport af farligt gods. Kummenti: Ir-raġuni għal dik id-deroga nazzjonali hija li l-iżvilupp tat-tagħmir elettroniku jippermetti pereżempju lill-kumpaniji taż-żejt li jużaw dan it-tagħmir sabiex kontinwament jittrażmettu informazzjoni dwar il-klijenti lill-vetturi. Peress li din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli fil-bidu tal-operat tat-trasport u tintbagħat lill-vettura waqt il-vjaġġ tat-trasport, mhux possibbli — qabel ma jibda t-trasport — li jinkitbu d-dokumenti tat-trasport. Dawn it-tipi ta' trasport huma ristretti għal żoni limitati. Deroga għad-Danimarka għal dispożizzjoni simili skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RO–bi–DK–2 Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–SE–6 Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 437 af 6. juni 2005 om vejtransport af farligt gods, as amended. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RO–bi–DK-3 Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–UK–1 Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 437 af 6. juni 2005 om vejtransport af farligt gods, as amended. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RO–bi–DK–4 Suġġett: It-trasport bit-triq ta' oġġetti perikolużi ta' ċerti klassijiet minn djar privati u impriżi lejn iċ-ċentri tal-ġbir tal-iskart fil-qrib jew il-faċilitajiet intermedji ta' pproċessar għall-iskop ta' rimi. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Partijiet 1 sa 9 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali, dispożizzjonijiet ta' klassifikazzjoni, dispożizzjonijiet speċjali, dispożizzjonijiet tal-ippakkjar, proċeduri tal-kunsinna, rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġ, dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tal-ġarr, tagħbija, ħatt u mmaniġġar, rekwiżiti għall-ekwipaġġ tal-vettura, tagħmir, operazzjoni u dokumentazzjoni u rekwiżiti li jikkonċernaw il-kostruzzjoni u l-approvazzjoni tal-vetturi. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Oġġetti perikolużi minn djar privati u impriżi jistgħu taħt ċerti kundizzjonijiet jinġarru lejn iċ-ċentri tal-ġbir tal-iskart fil-qrib jew il-faċilitajiet intermedji ta' pproċessar għall-iskop ta' rimi. Dispożizzjonijiet differenti għandhom jiġu osservati skont il-karattru u r-riskji relatati mat-trasport; bħall-kwantità tal-oġġetti perikolużi għal kull imballaġġ intern, għal kull imballaġġ estern u/jew għal kull unità ta' trasport, u jekk il-ġarr ta' oġġetti perikolużi huwiex anċillari għall-attività ewlenija tal-intrapriżi jew le. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 818 af 28. juni 2011 om vejtransport af farligt gods § 4, stk. 3. Kummenti: Mhuwiex possibbli li l-amministraturi tal-iskart u l-impriżi japplikaw id-dispożizzjonijiet kollha tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE meta jkun inġabar skart bi fdalijiet ta' oġġetti perikolużi minn djar privati u/jew intrapriżi biex jinġarr lejn iċ-ċentri tal-ġbir tal-iskart fil-qrib għall-iskop ta' rimi. Ġeneralment l-iskart ikun imballaġġi li oriġinarjament ikunu nġarru skont l-eżenzjoni tas-Subtaqsima 1.1.3.1 (c) tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE u/jew mibjugħ bl-imnut. Madankollu, l-eżenzjoni 1.1.3.1(c) ma tapplikax għall-ġarr lejn ċentri tal-ġbir tal-iskart, u d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 3.4 tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE mhumiex adattati għal ġarr ta' skart ta' imballaġġi interni. Data ta' skadenza: l-1 ta' Jannar 2025 EL Il-Greċja RO–bi–EL-1 Suġġett: Deroga mir-rekwiżiti tas-sikurezza għal tankijiet fissi (vetturi b'tank) b'massa grossa ta' inqas minn 4 tunnellati użati għat-trasport lokali tad-diżil (NU 1202), li ġew irreġistrati l-ewwel darba fil-Greċja bejn l-1 ta' Jannar 1991 u l-31 ta' Diċembru 2002. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.6.3.6, 6.8.2.4.2, 6.8.2.4.3, 6.8.2.4.4, 6.8.2.4.5, 6.8.2.1.17-6.8.2.1.22, 6.8.2.1.28, 6.8.2.2, 6.8.2.2.1, 6.8.2.2.2. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni, it-tagħmir, l-approvazzjoni tat-tip, l-ispezzjonijiet u t-testijiet, u l-immarkar tat-tankijiet fissi (vetturi b'tank), tat-tankijiet li jistgħu jitneħħew u tal-kontejners tank u tal-vetturi b'tank li jinbidel, bil-qoxra magħmula minn materjal metalliku, u tal-vetturi tal-batterija u MEGCs. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Dispożizzjoni tranżitorja: Tankijiet fissi (vetturi b'tank) b'massa grossa ta' inqas minn 4 tunnellati użati għat-trasport lokali tad-diżil biss (UN 1202) li ġew irreġistrati l-ewwel darba fil-Greċja bejn l-1 ta' Jannar 1991 u l-31 ta' Diċembru 2002 li l-ħxuna minima tal-qoxra ta' barra tagħhom tkun inqas minn 3 mm jistgħu jibqgħu jintużaw. Maħsuba biex tkopri t-trasport lokali għal vetturi reġistrati matul dak il-perjodu. Din id-dispożizzjoni tranżitorja tkun fis-seħħ għal vetturi b'tank biss jekk jinbidlu skont 6.8.2.1.20 u jiġu adattati skont:
Fil-qasam “Noti” taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni tal-vettura, għandu jinkiteb dan li ġej: “VALIDU SAT-30.6.2021 ”. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Τεχνικές Προδιαγραφές κατασκευής, εξοπλισμού και ελέγχων των δεξαμενών μεταφοράς συγκεκριμένων κατηγοριών επικινδύνων εμπορευμάτων για σταθερές δεξαμενές (οχήματα-δεξαμενές), αποσυναρμολογούμενες δεξαμενές που βρίσκονται σε κυκλοφορία. (Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni, it-tagħmir, l-ispezzjonijiet u t-testijiet fuq tankijiet fissi (vetturi b'tank), tankijiet li jistgħu jitneħħew li jkunu fiċ-ċirkolazzjoni, għal xi kategoriji ta' oġġetti perikolużi). Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 ES Spanja RO–bi–ES-2 Suġġett: Tagħmir speċjali għad-distribuzzjoni ta' ammonijaka anidra. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.8.2.2.2. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Biex jiġi evitat kull telf ta' kontenut fil-każ ta' ħsara lill-attrezzaturi esterni (pajpijiet, mezzi laterali ta' għeluq), il-valv intern ta' interċetazzjoni u l-post fejn ikun imqiegħed għandhom ikunu protetti kontra l-periklu li jitqaċċtu minn pressjonijiet esterni jew ddisinjati b'mod li jirreżistu pressjonijiet bħal dawn. It-tagħmir għall-mili u għat-tbattil (inklużi l-flanġi jew tappijiet bil-kamin) u għotjien protettivi (jekk ikun hemm) iridu jkunu protetti kontra ftuħ mhux intenzjonat. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tankijiet użati għall-finijiet agrikoli għal distribuzzjoni u applikazzjoni ta' ammonijaka anidra li nġiebu fis-servizz qabel l-1 ta' Jannar 1997 jistgħu jkunu mgħammra b'attrezzaturi ta' sikurezza esterni minflok interni, bil-kundizzjoni li joffru protezzjoni li tkun tal-anqas ekwivalenti għall-protezzjoni mogħtija mill-ħajt tat-tank. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Real Decreto 97/2014. Anejo 1. Apartado 3. Kummenti: Qabel l-1 ta' Jannar 1997 fl-agrikoltura kien jintuża b'mod esklussiv tip ta' tank mgħammar b'attrezzaturi esterni ta' sikurezza biex tiġi applikata l-ammonijaka anidra direttament għal fuq l-art. Tankijiet varji ta' dan it-tip għadhom jintużaw sal-lum. Dawn it-tankijiet rarament jiċċirkolaw mgħobbijin fit-toroq iżda jintużaw biss għall-fertilizzanti f'azjendi agrikoli kbar. Data ta' skadenza: it-28 ta' Frar 2022 FI Il-Finlandja RO–bi–FI-1 Suġġett: Modifika tat-tagħrif fid-dokument tat-trasport għas-sustanzi splussivi. Bażi ġuridika: Id-Direttiva 2008/68/KE, l-Artikolu 6(2)(a) Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.2.1(a) Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet speċjali għall-Klassi 1. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Fid-dokument tat-trasport huwa permessibbli li jintuża l-għadd ta' detonaturi (1 000 detonatur jikkorrispondi għal 1 kg splussiv) minflok il-massa netta preżenti tas-sustanzi splussivi. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Regolament tal-Aġenzija Finlandiża tas-Sikurezza fit-Trasport dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi bit-Triq Kummenti: It-tagħrif jitqies suffiċjenti għat-trasport nazzjonali. Din id-deroga hija applikata prinċipalment għall-użu ta' splussiv mill-industrija tal-minjieri fir-rigward ta' kwantitajiet żgħar trasportati lokalment. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RO–bi–FI–3 Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–DE–1 Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Data ta' skadenza: it-28 ta' Frar 2022 RO–bi–FI-4 Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–SE-6 Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Digriet tal-Gvern dwar Ċertifikat tas-Sewqan għas-Sewwieqa ta' Vetturi li Jġorru Oġġetti Perikolużi (401/2011) Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 FR Franza RO–bi–FR-1 Suġġett: L-użu ta' dokumenti marittimi bħala dokumenti tat-trasport għal vjaġġi qosra wara li tinħatt it-tagħbija minn fuq il-vapur. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: L-informazzjoni li għandha tidher fid-dokument użat bħala dokument tat-trasport ta' oġġetti perikolużi. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dokument marittimu għandu jintuża bħala dokument tat-trasport f'raġġ ta' 15-il km. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route — Article 23-4. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RO–bi–FR-3 Suġġett: It-trasport ta' tankijiet fissi ta' ħażna ta' LPG (18). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta' tankijiet fissi għall-ħżin tal-LPG huwa soġġett għal regoli speċifiċi. Japplikaw biss għal distanzi qosra. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route — Article 30. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RO–bi–FR–4 Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–UK-2 Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 29 mai 2009 modifié relatif aux transports de marchandises dangereuses par voies terrestres. Data ta' skadenza: it-30 ta' Jannar 2022 RO–bi–FR–5 Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–BE-5 Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: - Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2024 RO–bi–FR–6 Suġġett: It-trasport ta' skart li jkun fih asbestos liberu Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.4 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Struzzjoni tal-ippakkjar P002 Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta' skart li jkun fih asbestos liberu (Nru tal-NU 2212 ASBESTOS, AMFIBOLI (amosit, tremolit, aktinolit, antofillit, kroċidolit) jew Nru tan-NU 2590 ASBESTOS, KRISOTIL) minn siti tal-kostruzzjoni:
Dawn il-kundizzjonijiet tat-trasport jidhru partikolarment xierqa għat-trasport ta' kwantitajiet kbar ta' skart prodott minn xogħlijiet fit-toroq jew ta' tneħħija ta' asbestos mill-bini. Dawn il-kundizzjoniet huma xierqa wkoll għall-ħżin finali tal-iskart fis-siti tal-landfills approvati u jħaffu x-xogħol tat-tagħbija, għalhekk jipproteġu aħjar lill-ħaddiema mill-perikoli tal-asbestos meta mqabbla mal-kundizzjonijiet applikabbli skont l-istruzzjoni tal-ippakkar P002 tal-Kapitolu 4.1.4 tal-ADR. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: -. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2024 HU L-Ungerija RO–bi–HU-1 Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–SE-3 Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: A nemzeti fejlesztési miniszter rendelete az ADR Megállapodás A és B Mellékletének belföldi alkalmazásáról Data ta' skadenza: it-30 ta' Jannar 2025 IE L-Irlanda RO–bi–IE–3 Suġġett: Eżenzjoni biex it-tagħbija u l-ħatt ta' oġġetti perikolużi, li għalihom tkun assenjata d-dispożizzjoni speċjali CV1 f'7.5.11 jew S1 f'8.5, jitħallew isiru f'post pubbliku mingħajr permess speċjali mill-awtoritajiet kompetenti. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5 u 8.5. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tagħbija, il-ħatt u l-immaniġġar. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-tagħbija u l-ħatt ta' oġġetti perikolużi f'post pubbliku jistgħu isiru mingħajr permess speċjali mill-awtorità kompetenti, b'deroga mir-rekwiżiti ta' 7.5.11 jew 8.5. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(5) of the “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004” . Kummenti: Għat-trasport nazzjonali fl-istat, din id-dispożizzjoni tpoġġi obbligu serju ħafna fuq l-awtoritajiet kompetenti. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RO–bi–IE-6 Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit tal-punt 4.3.4.2.2, li jeħtieġ li l-pajpijiet flessibbli tal-mili u t-tbattil, li ma jkunux mqabbda b'mod permanenti mal-qoxra ta' vettura b'tank, ikunu vojta matul it-trasport. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.3 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Użu ta' vetturi b'tank. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Rombli tal-pajp flessibbli (inklużi l-pajpijiet fissi relatati magħhom) imwaħħla ma' vetturi b'tank użati għad-distribuzzjoni bl-imnut ta' prodotti petrolifiċi bin-numru tal-identifikazzjoni tas-sustanza NU 1011, NU 1202, NU 1223 u NU 1863 u NU 1978 mhumiex meħtieġa li jkunu vojta matul il-ġarr bit-triq sakemm jiġu adottati miżuri adegwati għall-prevenzjoni ta' kwalunkwe telf ta' kontenut. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(8) of the “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004” . Kummenti: Il-pajpijiet flessibbli mwaħħla ma' vetturi b'tank li jagħmlu kunsinni fid-djar għandhom ikunu l-ħin kollu mimlijin, anki waqt it-trasport. Is-sistema tat-tbattil hija magħrufa bħala sistema bil-“wet-line” li tirrikjedi li l-arloġġ u l-pajp tal-vettura b'tank ikunu mimlijin sabiex jiġi żgurat li l-klijenti jirċievu l-kwantità korretta ta' prodott. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RO–bi–IE–7 Suġġett: Eżenzjoni minn xi rekwiżiti ta' 5.4.0, 5.4.1.1.1 u 7.5.11 tal-ADR għat-trasport fi kwantitajiet kbar ta' Fertilizzant bin-Nitrat tal-Ammonju NU 2067 mill-portijiet s'għand id-destinatarji. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.0, 5.4.1.1.1 u 7.5.11. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżit għal dokument separat tat-trasport, li jkun fih il-kwantità totali korretta tat-tagħbija partikolari inkluża, għal kull vjaġġ ta' trasport; u r-rekwiżit għall-vettura biex titnaddaf qabel u wara l-vjaġġ. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Deroga proposta li tippermetti modifiki fir-rekwiżiti tal-ADR għad-dokument tat-trasport u t-tindif tal-vettura; sabiex jitqiesu l-prattikalitajiet tat-trasport fi kwantitajiet kbar bejn il-port u d-destinatarju. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Proposed amendment to “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004” . Kummenti: Id-dispożizzjonijiet tal-ADR jeħtieġu (a) dokument separat tat-trasport, li fih il-massa totali tal-oġġetti perikolużi li qed tinġarr għat-tagħbija partikolari, u (b) id-Dispożizzjoni Speċjali “CV24” dwar it-tindif tal-vettura għal kull tagħbija trasportata bejn il-port u d-destinatarju waqt il-ħatt minn bastiment tal-merkanzija. Billi t-trasport huwa lokali u jikkonċerna l-ħatt minn bastiment tal-merkanzija, jinvolvi tagħbijiet multipli għat-trasport (fl-istess ġurnata jew fi ġranet konsekuttivi) tal-istess sustanza bejn il-bastimenti tal-merkanzija u d-destinatarji, dokument wieħed tat-trasport, b'massa totali approssimattiva ta' kull tagħbija, għandu jkun biżżejjed u ma għandhiex tkun meħtieġa d-Dispożizzjoni Speċjali “CV24”. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RO–bi–IE-8 Suġġett: It-trasport ta' oġġetti perikolużi bejn bini privat u vettura oħra fil-viċinanza immedjata tal-bini, jew bejn żewġ partijiet ta' bini privat li jkunu jinsabu fil-viċinanza immedjata ta' xulxin iżda separati minn triq pubblika. Referenza għall-Anness tad-Direttiva: L-Anness I, it-Taqsima 1.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għall-ġarr bit-triq ta' oġġetti perikolużi. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-waqfien tal-applikazzjoni tar-regolamenti meta vettura tkun qed tintuża għat-trasferiment ta' oġġetti perikolużi
sakemm it-trasport iseħħ permezz tal-aktar rotta diretta. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: European Communities (Carriage of Dangerous Goods by Road and Use of Transportable Pressure Equipment) Regulations 2011 and 2013, Regulation 56. Kummenti: Meta l-merkanzija tiġi trasferita bejn żewġ partijiet ta' bini privat jew bejn bini privat u vettura assoċjata li huma separati bi triq pubblika jistgħu jiżvolġu diversi sitwazzjonijiet. Dan it-tip ta' trasport ma jinvolvix il-ġarr ta' oġġetti perikolużi fis-sens tas-soltu, u għaldaqstant ir-regolamenti li jikkonċernaw it-trasport ta' oġġetti perikolużi m'hemmx bżonn li jiġu applikati. Ara wkoll RO-bi-SE-3 u RO-bi-UK-1. Data ta' skadenza: it-30 ta' Jannar 2025 NL In-Netherlands RO–bi–NL-13 Suġġett: L-iskema tal-2015 għat-trasport ta' skart domestiku perikoluż Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6, 3.3, 4.1.4, 4.1.6, 4.1.8, 4.1.10, 5.1.2, 5.4.0, 5.4.1, 5.4.3, 6.1, 7.5.4, 7.5.7, 7.5.9, 8 u 9. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Eżenzjonijiet għal ċerti kwantitajiet; dispożizzjonijiet speċjali; l-użu tal-imballaġġ; l-użu ta' imballaġġ żejjed; id-dokumentazzjoni; il-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġ; it-tagħbija, il-ħatt u l-immaniġġar; il-ħaddiema; it-tagħmir; it-tħaddim; il-vetturi u d-dokumentazzjoni; il-kostruzzjoni u l-approvazzjoni tal-vetturi. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: id-dispożizzjonijiet marbuta mat-trasport ta' skart żgħir domestiku perikoluż miġbur kif ukoll skart domestiku perikoluż minn negozji, li jiġi pprovdut f'imballaġġ xieraq b'kapaċità massima ta' 60 litru. Minħabba l-kwantitajiet żgħar involuti f'kull każ u minħabba n-natura differenti tas-sustanzi varji, mhux possibbli li jitwettqu operazzjonijiet ta' trasport f'konformità totali mar-regoli tal-ARD. Varjant simplifikat li jiddevja minn għadd ta' dispożizzjonijiet tal-ARD huwa għalhekk stipulat skont l-iskema msemmija hawn fuq. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Scheme for transport of domestic hazardous waste 2015. Kummenti: L-iskema ġiet stabbilita sabiex tippermetti lill-individwi u lin-negozji jarmu l-iskart zgħir kimiku f'sit wieħed. Is-sustanzi involuti għalhekk jikkonsistu minn fdalijiet bħal skart taż-żebgħa. Il-livell ta' periklu huwa mnaqqas permezz tal-għażla tal-mezzi tat-trasport, li tinvolvi, fost l-oħrajn, l-użu ta' elementi speċjali tat-trasport u avviżi li jipprojbixxu t-tipjip kif ukoll dawl isfar jixgħel u jitfi li jidher b'mod ċar mill-membri tal-pubbliku. Il-punt kruċjali fir-rigward tat-trasport huwa li tkun żgurata s-sikurezza. Din tista' tinkiseb, pereżempju, billi s-sustanzi jiġu trasportati f'imballaġġ issiġillat sabiex jiġi evitat it-tixrid, jew ir-riskju li joħroġ jew jinġema' fwar tossiku fil-vettura. Inkorporati fil-vettura hemm unitajiet adatti għall-ħżin ta' kategoriji varji ta' skart u li jipprovdu protezzjoni kontra l-iskossi u kontra l-ispostament aċċidentali kif ukoll kontra l-ftuħ involontarju. Fl-istess ħin, minkejja l-kwantitajiet żgħar ta' skart ippreżentati, l-operatur tat-trasport irid ikollu ċertifikat ta' kompetenza professjonali, minħabba n-natura diversa tas-sustanzi involuti. Minħabba n-nuqqas ta' tagħrif, min-naħa tal-individwi privati, dwar il-livelli ta' periklu assoċjati ma' dawn is-sustanzi, għandhom jiġu pprovduti struzzjonijiet bil-miktub, kif stipulat fl-Anness tal-iskema. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 PT Il-Portugall RO–bi–PT-1 Suġġett: Dokumentazzjoni tat-trasport għal NU 1965 Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għad-dokument tat-trasport. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-isem proprju tal-kumpanija tat-trasport għandu jkun indikat fid-dokument tat-trasport, kif previst fis-Taqsima 5.4.1 tal-RPE (Regulamento Nacional de Transporte de Mercadorias Perigosas por Estrada), għal gassijiet kummerċjali tal-butan u tal-propan koperti mill-intestatura kollettiva “NU No 1965 hydrocarbon gas mixture, liquefied, n.o.s.”, trasportati f'ċilindri, jista' jinbidel f'ismijiet kummerċjali oħra kif ġej: “NU 1965 Butan” fil-każ tat-taħlitiet A, A01, A02 u A0, kif deskritti fis-Subtaqsima 2.2.2.3 tal-RPE, trasportati f'ċilindri; “NU 1965 Propan” fil-każ tat-taħlita C, kif deskritt fis-Subtaqsima 2.2.2.3 tal-RPE, trasportat f'ċilindri. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Despacho DGTT 7560/2004, tas-16 ta' April 2004, skont l-Artikolu 5, Nru 1, tad-Decreto-Lei No 267-A/2003 tas-27 ta' Ottubru. Kummenti: L-importanza li l-affarijiet isiru aktar faċli biex l-operaturi ekonomiċi jimlew id-dokumenti tat-trasport ta' oġġetti perikolużi hija rikonoxxuta, sakemm ma tkunx affettwata s-sikurezza ta' dawn l-operazzjonijiet. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RO–bi–PT-2 Suġġett: Id-dokumentazzjoni tat-trasport ta' tankijiet u ta' kontejners vojta u mhux imnaddfa. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għad-dokumentazzjoni tat-trasport Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-vjaġġi ta' ritorn ta' tankijiet u ta' kontejners vojta li jkunu trasportaw oġġetti perikolużi, id-dokument tat-trasport imsemmi fit-Taqsima 5.4.1 tal-RPE jista' jitbiddel bid-dokument tat-trasport maħruġ għall-vjaġġ li jkun sar immedjatament qabel biex jitwasslu l-oġġetti. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Despacho DGTT 15162/2004, tat-28 ta' Lulju 2004, skont l-Artikolu 5, Nru 1, tad-Decreto-Lei No 267-A/2003, tas-27 ta' Ottubru. Kummenti: L-obbligu li t-trasport ta' tankijiet u ta' kontejners vojta li jkunu trasportaw oġġetti perikolużi jrid ikun akkumpanjat minn dokument tat-trasport skont l-RPE, f'ċerti każijiet, jikkawża diffikultajiet prattiċi, li jistgħu jinżammu għall-minimu mingħajr ebda preġudizzju għas-sikurezza. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 SE L-Iżvezja RO–bi–SE-1 Suġġett: Ġarr ta' skart perikoluż lejn impjanti għar-rimi ta' skart perikoluż. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Partijiet 5 u 6 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-pakketti. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-ġarr ta' imballaġġi li jkun fihom oġġetti perikolużi bħala skart għandhom jitwettqu f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ADR li minnhom huma permessi biss ftit eżenzjonijiet. L-eżenzjonijiet mhumiex permessi għat-tipi kollha ta' sustanzi u oġġetti. L-eżenzjonijiet prinċipali huma: L-imballaġġi żgħar (inqas minn 30 kg) ta' oġġetti perikolużi bħala skart jistgħu jiġu ppakkjati f'imballaġġi, inkluż IBCs u imballaġġi kbar, mingħajr ma jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tas-Subtaqsimiet 6.1.5.2.1, 6.1.5.8.2, 6.5.6.1.2, 6.5.6.14.2, 6.6.5.2.1 u 6.6.5.4.3 tat-Taqsima I.1, tal-Anness I, ta' din id-Direttiva. L-imballaġġi, inkluż l-IBCs u l-imballaġġi kbar ma għandhomx bżonn jiġu ttestjati bl-istess mod bħal meta dawn jiġu ttestjati meta jkunu ppreparati għall-ġarr b'kampjun rappreżentattiv ta' imballaġġi zgħar ġo fihom. Dan huwa permess sakemm:
Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi S — Regolamenti speċifiċi għat-trasport domestiku ta' oġġetti perikolużi bit-triq maħruġa skont l-Att dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi. Kummenti: Is-Subtaqsimiet 6.1.5.2.1, 6.1.5.8.2, 6.5.6.1.2, 6.5.6.14.2, 6.6.5.2.1 u 6.6.5.4.3, tal-Anness I, it-Taqsima I.1 ta' din id-Direttiva huma diffiċli biex jiġu applikati għaliex l-imballaġġi, l-IBCs u l-imballaġġi l-kbar għandhom jiġu ttestjati b'kampjun rappreżentattiv ta' skart, li huwa diffiċli li jitbassar minn qabel. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RO–bi–SE–2 Suġġett: L-isem u l-indirizz tal-ispeditur fid-dokument tat-trasport. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Informazzjoni ġenerali meħtieġa fid-dokument tat-trasport. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni nazzjonali tgħid li l-isem u l-indirizz tal-ispeditur mhumiex meħtieġa jekk il-pakkett vojt u mhux imnaddaf jiġi ritornat bħala parti minn sistema ta' distribuzzjoni. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng. Kummenti: L-imballaġġ vojt u mhux imnaddaf li jintbagħat lura bosta drabi jkun għad fih kwantitajiet żgħar ta' oġġetti perikolużi. Din id-deroga tintuża primarjament mill-industriji meta jirritornaw kontenituri tal-gass vojta u mhux imnaddfa bi bdil ma' oħrajn mimlija. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RO–bi–SE–3 Suġġett: It-trasport ta' oġġetti perikolużi fil-viċinanzi ta' sit(i) industrijali, inkluż it-trasport f'toroq pubbliċi bejn diversi partijiet tas-sit(i). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għat-trasport ta' oġġetti perikolużi fuq toroq pubbliċi. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport fil-viċinanzi ta' sit(i) industrijali, inkluż it-trasport f'toroq pubbliċi bejn diversi partijiet tas-sit(i). Id-derogi jikkonċernaw it-tikkettar u l-immarkar tal-pakketti, id-dokumenti tat-trasport, iċ-ċertifikat tas-sewwieq u ċ-ċertifikat ta' approvazzjoni skont 9. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng. Kummenti: Jeżistu diversi sitwazzjonijiet li fihom l-oġġetti perikolużi jinġarru bejn bini li jkun jinsab fuq naħat opposti ta' triq pubblika. Dan it-tip ta' trasport ma jinvolvi l-ebda ġarr ta' oġġetti perikolużi minn triq privata, u għalhekk dan għandu jkun marbut mar-rekwiżiti rilevanti. Qabbel ukoll mal-Artikolu 6(14) tad-Direttiva 96/49/KE. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RO–bi–SE–4 Suġġett: Trasport ta' oġġetti perikolużi li jkunu nqabdu mill-awtoritajiet. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Anness A u B. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għat-trasport bit-triq ta' oġġetti perikolużi. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jistgħu jkunu permessi devjazzjonijiet mir-regolamenti jekk dawn ikunu mmotivati minn raġunijiet ta' protezzjoni tal-ħaddiema, riskji waqt il-ħatt, is-sottomissjoni ta' provi, eċċ. Devjazzjonijiet mir-regolamenti huma permessi biss jekk jintlaħqu livelli ta' sikurezza sodisfaċenti taħt kundizzjonijiet normali tal-ġarr. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng. Kummenti: Dawn id-derogi jistgħu jiġu applikati biss mill-awtoritajiet li jikkonfiskaw l-oġġetti perikolużi. Din id-deroga hija maħsuba għat-trasport lokali, eż. ta' oġġetti konfiskati mill-pulizija bħal splussivi jew beni misruqa. Il-problema b'dawn it-tipi ta' oġġetti hija li wieħed qatt ma jista' jkun żgur mill-klassifikazzjonijiet. Barra minn hekk, dawn l-oġġetti sikwit ma jkunux ppakkjati, immarkati jew tikkettati skont l-ADR. Kull sena, il-pulizija twettaq bosta mijiet ta' operazzjonijiet ta' trasport ta' dan it-tip. Fil-każ ta' alkoħol bil-kuntrabandu, dan irid jiġi trasportat mill-post fejn ikun ġie kkonfiskat sa faċilità fejn jinżammu l-provi, u wara lejn faċilità biex jinqered; dawn it-tnejn tal-aħħar jistgħu jkunu 'l bogħod mhux ħażin minn xulxin. Id-devjazzjonijiet permessi huma: a) kull pakkett ma jeħtiġlux ikollu tikketta, u b) ma jkunx meħtieġ li jintużaw pakketti approvati. Madankollu, kull palit li jkollu imballaġġ bħal dan għandu jkollu tikketti korretti. Ir-rekwiżiti l-oħra kollha jeħtieġ li jiġu ssodisfati. Kull sena isiru madwar 20 operazzjoni ta' trasport ta' dan it-tip. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RO–bi–SE–5 Suġġett: Trasport ta' oġġetti perikolużi ġewwa u qrib ħafna ta' portijiet. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.1.2, 8.1.5, 9.1.2 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dokumenti li għandhom jinġarru fl-unità ta' trasport; kull unità ta' trasport li ġġorr oġġetti perikolużi għandha tkun mgħammra bit-tagħmir speċifikat; l-approvazzjoni tal-vettura. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Mhuwiex meħtieġ li jinġarru dokumenti (ħlief għaċ-ċertifikat tas-sewwieq) fl-unità tat-trasport. Mhuwiex meħtieġ li l-unità tat-trasport tkun mgħammra bit-tagħmir speċifikat fil-punt 8.1.5. It-tratturi ma jeħtiġux ċertifikat tal-approvazzjoni. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng. Kummenti: Qabbel id-Direttiva 96/49/KE, l-Artikolu 6(14). Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RO–bi–SE–6 Suġġett: Iċ-ċertifikat tal-ispetturi tat-taħriġ tal-ADR. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.2.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Is-sewwieqa tal-vetturi jeħtieġ li jattendu korsijiet ta' taħriġ. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-ispetturi li jwettqu l-ispezzjoni teknika annwali tal-vetturi ma jeħtiġilhomx jattendu l-korsijiet tat-taħriġ imsemmija fil-punt 8.2 jew li jkollhom iċ-ċertifikat tat-taħriġ tal-ADR. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng. Kummenti: F'xi każijiet vetturi li jkunu qed jiġu ttestjati bl-ispezzjoni teknika jistgħu jkunu qed iġorru oġġetti perikolużi bħala tagħbija, eż. tankijiet mhux imnaddfa u vojta. Ir-rekwiżiti f'1.3 u 8.2.3 għadhom japplikaw. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RO–bi–SE–7 Suġġett: Id-distribuzzjoni lokali tan-NU 1202, 1203 u 1223 f'tankers. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.6, 5.4.1.4.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Għal tankijiet vojta mhux imnaddfa u għal kontejners tank, id-deskrizzjoni għandha tkun skont 5.4.1.1.6. L-isem u l-indirizz ta' aktar minn destinatarju wieħed jistgħu jitniżżlu f'dokumenti oħra. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għal tankijiet vojta, mhux imnaddfa jew kontejners tank id-deskrizzjoni fid-dokument ta' trasport skont 5.4.1.1.6 ma tkunx meħtieġa jekk l-ammont ta' sustanza fil-pjan ta' tagħbija ikun immarkat b'0. L-isem u l-indirizz tad-destinatarji mhumiex meħtieġa fl-ebda dokument abbord il-vettura. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RO–bi–SE–9 Suġġett: It-trasport lokali b'rabta ma' siti agrikoli jew siti ta' kostruzzjoni. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4, 6.8 u 9.1.2. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dokument tat-trasport; Il-kostruzzjoni tat-tankijiet; Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport lokali b'rabta ma' siti agrikoli jew siti ta' kostruzzjoni jista' ma jikkonformax ma' xi regolamenti:
Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng. Kummenti: Vagun tal-ekwipaġġ huwa xorta ta' karavan għall-ekwipaġġ tax-xogħol, b'kamra għall-ekwipaġġ u mwaħħal b'tank/kontejner mhux approvat għad-diżil maħsub għat-tħaddim ta' tratturi tal-foresti. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RO–bi–SE–10 Suġġett: Trasport ta' splussiv f'tankijiet. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.4. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: L-isplussivi jistgħu jkunu ppakkjati skont il-punt 4.1.4 biss. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tapprova l-vetturi maħsuba għat-trasport tal-isplussivi f'tankijiet. It-trasport f'tankijiet huwa biss permess għal dawk l-isplussivi elenkati fir-regolament jew permezz ta' awtorizzazzjoni speċjali mill-awtorità kompetenti. Vettura mgħobbija bi splussivi f'tankijiet jeħtieġ li tkun immarkata skont 5.3.2.1.1, 5.3.1.1.2. u 5.3.1.4. Vettura waħda biss fl-unità ta' trasport jista' jkun fiha oġġetti perikolużi. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi S — Regolamenti speċifiċi għat-trasport domestiku ta' oġġetti perikolużi bit-triq maħruġa skont l-Att dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi u r-regolament Żvediż SÄIFS 1993:4. Kummenti: Din tapplika biss għal trasport domestiku u meta l-operazzjoni tat-trasport tkun fil-parti l-kbira ta' natura lokali. Ir-regolamenti kkonċernati kienu fis-seħħ qabel ma l-Iżvezja saret membru tal-Unjoni Ewropea. Żewġ kumpaniji biss iwettqu operazzjonijiet ta' trasport tal-isplussivi f'vetturi b'tank. Fil-futur qarib huwa mistenni li sseħħ tranżizzjoni għal emulsjonijiet. Id-deroga l-antika Nru 84. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RO–bi–SE-11 Suġġett: Il-liċenzja ta' sewwieq Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.2. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti dwar it-taħriġ tal-ekwipaġġ tal-vettura. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-taħriġ ta' sewwieqa ma jitħalliex isir għal kull vettura msemmija fi 8.2.1.1. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi S — Regolamenti speċifiċi għat-trasport domestiku ta' oġġetti perikolużi bit-triq maħruġa skont l-Att dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi. Kummenti: Trasport lokali. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RO–bi–SE–12 Suġġett: Trasport ta' logħob tan-nar NU 0335. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: l-Anness B, 7.2.4, V2 (1) Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet għall-użu ta' vetturi EX/II u EX/III. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Meta jinġarr logħob tan-nar NU 0335, id-Dispożizzjoni Speċjali V2 (1) f'7.2.4 tapplika biss għall-kontenut nett ta' splussiv ta' iktar minn 3 000 kg (4 000 kg bit-trejler), sakemm il-logħob tan-nar jiġi assenjat b'NU 0335 skont it-tabella standard tal-klassifikazzjoni tal-logħob tan-nar f'2.1.3.5.5 tal-erbatax-il edizzjoni riveduta tar-Rakkomandazzjonijiet dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi tan-NU. Assenjament bħal dan għandu jsir bi ftehim mal-awtorità kompetenti. Għandha titwettaq verifika tal-assenjament fuq l-unità tat-trasport. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi S — Regolamenti speċifiċi għat-trasport domestiku ta' oġġetti perikolużi bit-triq maħruġa skont l-Att dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi. Kummenti: It-trasport ta' logħob tan-nar huwa limitat għal żewġ perjodi qosra fis-sena, meta taqleb is-sena u meta jaqleb minn April għal Mejju. Il-ġarr mingħand l-ispedituri sat-terminals jista' jsir mill-flotta attwali tal-vetturi bl-approvazzjoni EX mingħajr problemi kbar. Madankollu, id-distribuzzjoni kemm tal-logħob tan-nar mit-terminals għaż-żoni tax-xiri kif ukoll ta' dak li jibqa' lura lejn it-terminals huwa limitat minħabba n-nuqqas ta' vetturi bl-approvazzjoni EX. It-trasportaturi mhumiex interessati li jinvestu f'approvazzjonijiet bħal dawn minħabba li ma jkunux jistgħu jirkupraw il-kostijiet tagħhom. Dan jipperikola l-eżistenza tal-ispedituri tal-logħob tan-nar minħabba li ma jistgħux iqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq. Meta tintuża din id-deroga, il-klassifikazzjoni tal-logħob tan-nar għandha ssir abbażi tal-lista standard fir-Rakkomandazzjonijiet tan-NU, sabiex tinkiseb l-aktar klassifikazzjoni aġġornata possibbli. Teżisti eċċezzjoni simili għal-logħob tan-nar NU 0336 imdaħħla fid-Dispożizzjoni Speċjali 651, 3.3.1 tal-ADR 2005. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RO–bi–SE-13 Suġġett: Adozzjoni ta' RO-bi-DK-4 Bażi ġuridika: Id-Direttiva 2008/68/KE, l-Artikolu 6(2)(b)(i) (Trasport lokali fuq distanzi qosra) Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Partijiet 1 sa 9. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om visa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng. Kummenti: Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2022 UK Ir-Renju Unit RO–bi–UK-1 Suġġett: Il-passaġġ minn toroq pubbliċi b'vetturi li jġorru oġġetti perikolużi (N8). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għall-ġarr ta' oġġetti perikolużi fuq toroq pubbliċi. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-waqfien tal-applikazzjoni tar-regolamenti dwar oġġetti perikolużi għall-ġarr ġewwa bini privat separat bi triq. Għall-Klassi 7, din id-deroga ma tapplika għal ebda dispożizzjoni tar-Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, reg. 3 Schedule 2(3)(b); Carriage of Explosives by Road Regulations 1996, reg. 3(3)(b). Kummenti: Sitwazzjoni tista' sseħħ faċilment meta oġġetti jiġu trasferiti bejn binjiet privati li jkunu jinsabu fuq iż-żewġ naħat ta' triq. Dan ma jkunx jikkostitwixxi ġarr ta' oġġetti perikolużi minn triq pubblika fis-sens normali tat-terminu, u l-ebda mid-dispożizzjonijiet tar-regolamenti dwar l-oġġetti perikolużi ma għandha tapplika f'każ bħal dan. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RO–bi–UK–2 Suġġett: Eżenzjoni mill-projbizzjoni li s-sewwieq jew l-assistent ta' sewwieq jiftaħ pakketti ta' oġġetti perikolużi f'katina ta' distribuzzjoni lokali minn depożitu ta' distribuzzjoni lokali għal għand il-bejjiegħ bl-imnut jew l-utent finali u mingħand il-bejjiegħ bl-imnut s'għand l-utent finali (għajr il-Klassi 7) (N11). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.3.3. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Projbizzjoni li s-sewwieq jew l-assistent ta' sewwieq jiftaħ pakketti ta' oġġetti perikolużi. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-projbizzjoni ta' ftuħ ta' pakketti hija kkwalifikata bil-kundizzjoni “Unless authorised to do so by the operator of the vehicle” (Għajr f'każ ta' awtorizzazzjoni mill-operatur tal-vettura). Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, reg. 12 (3). Kummenti: Jekk dan jinftiehem litteralment, il-projbizzjoni kif miktuba fl-Anness tista' toħloq problemi serji għad-distribuzzjoni bl-imnut. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RO–bi–UK–3 Suġġett: Dispożizzjonijiet alternattivi għat-trasport ta' btieti tal-injam li fihom NU 3065 tal-Grupp tal-Ippakkjar III. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.4, 4.1, 5.2 u 5.3. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti tal-imballaġġ u tat-tikkettar. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tippermetti l-ġarr ta' xorb alkoħoliku b'kontenut ta' alkoħol iktar minn 24 %, iżda inqas minn 70 % f'termini ta' volum (Grupp tal-Ippakkjar III) fi btieti tal-injam li mhumiex approvati mill-NU li ma għandhomx tikketti ta' periklu, soġġetti għal rekwiżiti aktar stretti għat-tagħbija u għall-vetturi. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 7 (13) and (14). Kummenti: Dan huwa prodott b'valur għoli soġġett għad-dazju tas-sisa tal-gvern li jrid jinġarr bejn id-distillerija u l-imħażen marbuta magħha f'vetturi ssiġillati u sikuri li juru s-siġilli tad-dazju tal-gvern. It-tnaqqis tar-rekwiżiti fuq l-imballaġġ u t-tikkettar jitqies fir-rekwiżiti addizzjonali biex tkun żgurata s-sikurezza. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RO–bi–UK-4 Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–SE–12 Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2007 Part 1. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RO–bi–UK–5 Suġġett: Il-ġbir ta' batteriji użati għar-rimi jew riċiklaġġ. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-Dispożizzjoni Speċjali 636 Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tippermetti l-kundizzjonijiet alternattivi li ġejjin għad-Dispożizzjoni Speċjali 636 tal-Kapitolu 3.3: Iċ-ċelluli u l-batteriji użati tal-litju (NU 3090 u NU 3091) miġbura u miġjuba għall-ġarr biex jintremew bejn il-punt ta' ġbir tal-konsumatur u l-faċilità intermedjarja tal-ipproċessar, flimkien ma' ċelluli jew batteriji oħra li mhumiex tal-litju (NU 2800 u NU 3028), mhumiex soġġetti għad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-ADR jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment 2007 part 1. Kummenti: Il-punti ta' ġbir tal-konsumaturi ġeneralment ikunu fil-ħwienet tal-bejgħ bl-imnut u mhuwiex prattiku li jitħarrġu għadd kbir ta' nies biex jifirdu u jippakkjaw il-batteriji użati skont l-ADR. Is-sistema tar-Renju Unit tkun topera skont linji gwida stabbiliti mill-“UK Waste and Resources Action Programme” u tkun tinvolvi l-forniment ta' imballaġġ adattat u konformi mal-ADR u struzzjonijiet xierqa. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 ”; |
|
(2) |
fl-Anness II, it-Taqsima II.3 hija sostitwita b'dan li ġej: “II.3. Derogi nazzjonali Derogi għall-Istati Membri għat-trasport ta' oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom abbażi tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/68/KE. Numerazzjoni tad-derogi: RA-a/bi/bii-MS-nn
Abbażi tal-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE DE Il-Ġermanja RA–a–DE-2 Suġġett: Awtorizzazzjoni għal imballaġġ ikkombinat. Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.10.4 MP2. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Projbizzjoni ta' imballaġġ ikkombinat. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassi 1.4S, 2, 3 u 6.1; awtorizzazzjoni ta' imballaġġ ikkombinat ta' oġġetti fil-Klassi 1.4S (skrataċ għal armi żgħar), aerosols (Klassi 2) u materjali tat-tindif u tat-trattamenti fil-Klassijiet 3 u 6.1 (numri NU elenkati) bħala settijiet li għandhom jinbiegħu f'imballaġġ ikkombinat fil-grupp tal-imballaġġ II u fi kwantitajiet żgħar. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 21. Kummenti: Lista Nru. 30*, 30a, 30b, 30c, 30d, 30e, 30f, 30g. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 FR Franza RA–a–FR-3 Suġġett: Trasport għall-ħtiġijiet tat-trasportatur ferrovjarju. Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Tagħrif dwar il-materjali perikolużi jrid ikun imniżżel fuq in-nota tal-kunsinna. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Trasport għall-ħtiġijiet tat-trasportatur ferrovjarju ta' kwantitajiet li ma jaqbżux il-limiti preskritti f'1.1.3.6 mhuwiex soġġett għad-dikjarazzjoni dwar it-tagħbija. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 5 juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par chemin de fer — Article 20.2. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RA–a–FR–4 Suġġett: Eżenzjoni mit-twaħħil ta' tikketti fuq ċerti vaguni tal-posta. Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: L-obbligu tat-twaħħil ta' tikketti mal-ħitan tal-vaguni. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Dawk il-vaguni tal-posta biss li jġorru aktar minn 3 tunnellati ta' materjal tal-istess klassi (li mhux dak tal-Klassi 1, 6.2 jew 7) jeħtieġ li jitwaħħlulhom tikketti. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 5 juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par chemin de fer — Article 21.1. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 SE L-Iżvezja RA–a–SE–1 Suġġett: Vagun tal-ferrovija li jġorr oġġetti perikolużi, bħala oġġetti express, ma għandux bżonn ikun immarkat b'tikketti. Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Vaguni tal-ferrovija li jkunu qed iġorru oġġetti perikolużi għandhom ikunu mmarkati bit-tikketti. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Vagun tal-ferrovija li jġorr oġġetti perikolużi, bħala oġġetti express, ma għandux bżonn ikun immarkat b'tikketti. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng. Kummenti: Jeżistu limiti għall-kwantitajiet fl-RID għall-oġġetti definiti bħala oġġetti express. Għalhekk hija kwistjoni ta' kwantitajiet żgħar. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 UK Ir-Renju Unit RA–a–UK-1 Suġġett: Trasport ta' oġġetti li fihom ċertu materjal b'radjuattività baxxa bħal arloġġi, detetturi tad-duħħan, boxxli. Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Ħafna mir-rekwiżiti tar-RID. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti dwar it-trasport ta' materjal tal-Klassi 7. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni totali mid-dispożizzjonijiet tar-regolamenti nazzjonali dwar ċerti prodott kummerċjali li fihom kwantitajiet limitati ta' materjal radjuattiv. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Packaging, Labelling and Carriage of Radioactive Material by Rail Regulations 1996, reg. 2(6) (as amended by Schedule 5 of the Carriage of Dangerous Goods (Amendment) Regulations 1999). Kummenti: Din id-deroga hija miżura għal perjodu qasir, li ma tibqax aktar meħtieġa meta emendi simili għar-regoli tal-IAEA jiġu inkorporati fl-RID. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RA–a–UK–2 Suġġett: Tnaqqis tar-restrizzjonijiet fuq it-trasport ta' tagħbijiet imħallta ta' splussivi, u ta' splussivi ma' oġġetti oħra perikolużi, ġewwa vaguni, vetturi u kontejners (N4/5/6). Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.2.1 u 7.5.2.2. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Restrizzjonijiet fuq ċerti tipi ta' tagħbija mħallta. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni nazzjonali hija inqas restrittiva fir-rigward ta' tagħbija mħallta ta' splussivi, sakemm dan il-ġarr ikun jista' jitwettaq mingħajr riskju. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Packaging, Labelling and Carriage of Radioactive Material by Rail Regulations 1996, reg. 2(6) (as amended by Schedule 5 of the Carriage of Dangerous Goods (Amendment) Regulations 1999). Kummenti: Ir-Renju Unit jixtieq jippermetti xi varjazzjonijiet fir-regoli tat-taħlit tal-isplussiv ma' splussiv ieħor kif ukoll ta' splussiv ma' oġġetti perikolużi oħra. Kwalunkwe varjazzjoni se jkollha limitu ta' kwantità fuq waħda jew aktar mill-partijiet kostitwenti tat-tagħbija, u tkun permessa biss jekk “il-miżuri prattiċi kollha jkunu ttieħdu b'mod raġonevoli sabiex jipprevjenu li l-isplussivi jiġu f'kuntatt ma', jew inkella jpoġġu fil-periklu jew ikunu mhedda minn dawn l-oġġetti”. Eżempji ta' varjazzjonijiet li r-Renju Unit jista' jippermetti huma:
Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RA–a–UK–3 Suġġett: Li tkun permessa kwantità totali massima għal kull unità ta' trasport għall-oġġetti tal-Klassi 1 fil-kategoriji 1 u 2 tat-tabella fil-punt 1.1.3.1. Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Eżenzjonijiet relatati man-natura tal-operazzjoni tat-trasport. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Biex jiġu stabbiliti regoli li jirrigwardaw eżenzjonijiet fuq il-kwantitajiet limitati u t-tagħbija mħallta ta' splussivi. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 3(7)(b). Kummenti: Biex jiġu permessi limiti differenti ta' kwantitajiet limitati u fatturi ta' multiplikazzjoni għat-tagħbija mħallta ta' oġġetti tal-Klassi 1, jiġifieri “50” għall-Kategorija 1 u “500” għall-Kategorija 2. Għal raġunijiet ta' kalkolu tat-tagħbija mħallta, il-fatturi ta' multiplikazzjoni għandhom jinqraw “20” għall-Kategorija tat-Trasport 1 u “2” għall-Kategorija tat-Trasport 2. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RA–a–UK–4 Suġġett: Adozzjoni ta' RA–a–FR–6. Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.1.3.2. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: It-tnaqqis tar-rekwiżit tal-plakards għall-hekk imsejjaħ “piggyback carriage”. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-rekwiżit tal-plakards ma japplikax f'każijiet meta l-plakards tal-vettura jkunu viżibbli b'mod ċar. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 7(12). Kummenti: Din minn dejjem kienet dispożizzjoni nazzjonali tar-Renju Unit. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RA–a–UK-5 Suġġett: Id-distribuzzjoni ta' oġġetti fl-imballaġġi interni lill-bejjiegħa bl-imnut jew lill-utenti (bl-esklużjoni ta' dawk tal-Klassijiet 1, 4.2, 6.2 u 7) minn depożiti ta' distribuzzjoni lokali lill-bejjiegħa bl-imnut jew lill-utenti u mill-bejjiegħa bl-imnut lill-utenti aħħarija. Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għall-kostruzzjoni u għall-ittestjar tal-imballaġġ. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-imballaġġi mhumiex meħtieġa li jkollhom il-marka RID/ADR jew NU. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2007: Regulation 26. Kummenti: Ir-rekwiżiti tal-RID mhumiex adatti għall-aħħar stadji tal-ġarr minn ċentru ta' distribuzzjoni għal għand il-bejjiegħ bl-imnut jew l-utent jew minn bejjiegħ bl-imnut għal għand utent aħħari. L-iskop ta' din id-deroga huwa li tippermetti li l-kontenituri interni tal-oġġetti għad-distribuzzjoni bl-imnut jinġarru fl-aħħar parti tal-vjaġġ tad-distribuzzjoni lokali mingħajr l-imballaġġ ta' barra. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 Abbażi tal-Artikolu 6(2)(b)(i) tad-Direttiva 2008/68/KE DE Il-Ġermanja RA–bi–DE-2 Suġġett: Trasport ta' skart perikoluż ippakkjat. Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1 sa 5. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni, imballaġġ u mmarkar. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 2 sa 6.1, 8 u 9: Imballaġġ ikkombinat u trasport ta' skart perikoluż f'pakketti u IBCs; l-iskart irid ikun ippakkjat f'imballaġġi interni (kif jinġabar) u maqsum f'kategoriji speċifiċi ta' skart (biex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi f'xi grupp ta' skart); l-użu ta' struzzjonijiet speċjali bil-miktub relatati mal-gruppi ta' skart u bħala polza tal-vjeġġ; il-ġbir ta' skart domestiku u tal-laboratorji, eċċ. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 20. Kummenti: Lista Nru 6*. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 RA-bi-DE-3 Suġġett: It-trasport lokali ta' NU 1381 (fosforu, isfar, taħt l-ilma), Klassi 4.2, grupp tal-imballaġġ I, f'vaguni b'tank tal-ferrovija. Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.8, 6.8.2.3. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar il-kostruzzjoni ta' tankijiet u ta' vaguni b'tank. Is-Subtaqsima 6.8.2.3 tal-Kapitolu 6.8, tirrikjedi l-approvazzjoni tat-tip għal tankijiet li jġorru NU 1381 (fosforu, isfar, taħt l-ilma). Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport lokali ta' NU 1381 (fosforu, isfar, taħt l-ilma), Klassi 4.2, grupp tal-imballaġġ I, fuq distanzi qosra (minn Sassnitz-Mukran sa Lutherstadt Wittenberg-Piesteritz u Bitterfeld) f'vaguni b'tank tal-ferrovija mibnija skont l-istandards Russi. It-trasport tal-oġġetti huwa soġġett għal dispożizzjonijiet operattivi addizzjonali stipulati mill-awtoritajiet kompetenti tas-sikurezza. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ausnahme Eisenbahn-Bundesamt Nr. E 1/92. Data ta' skadenza: it-30 ta' Jannar 2025 DK Id-Danimarka RA–bi–DK–1 Suġġett: Ġarr ta' oġġetti perikolużi minn mini Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Tagħbija, ħatt u distanżi protettivi Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni tipprevedi dispożizzjonijiet alternattivi għal dawk previsti fit-Taqsima II.1 tal-Anness II tad-Direttiva 2008/68/KE dwar il-ġarr mill-mina ferrovjarja li tgħaddi minn taħt il-Great Belt. Dawn id-dispożizzjonijiet alternattivi huma dwar il-volum tat-tagħbija u d-distanza bejn it-tagħbijiet ta' oġġetti perikolużi. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bestemmelser om transport af Eksplosiver i jernbanetunnellerne på Storebælt og Øresund, 11. maj 2017. Kummenti: Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2022 RA–bi–DK–2 Suġġett: Ġarr ta' oġġetti perikolużi minn mini Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Tagħbija, ħatt u distanżi protettivi Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni tipprevedi dispożizzjonijiet alternattivi għal dawk previsti fit-Taqsima II.1 tal-Anness II, tad-Direttiva 2008/68/KE dwar il-ġarr mill-mina ferrovjarja li tgħaddi minn Øresund. Dawn id-dispożizzjonijiet alternattivi huma dwar il-volum tat-tagħbija u d-distanza bejn it-tagħbijiet ta' oġġetti perikolużi. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bestemmelser om transport af Eksplosiver i jernbanetunnellerne på Storebælt og Øresund, 11. maj 2017. Kummenti: Data ta' skadenza: it-28 ta' Frar 2022 SE L-Iżvezja RA-bi-SE–1 Suġġett: Ġarr ta' skart perikoluż lejn impjanti għar-rimi ta' skart perikoluż. Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1 tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Parti 5 u 6. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-pakketti. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-ġarr ta' pakketti li jkun fihom oġġetti perikolużi bħala skart għandu jitwettaq f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li minnha huma biss permessi ftit eżenzjonijiet. L-eżenzjonijiet mhumiex permessi għat-tipi kollha ta' sustanzi u oġġetti. L-eżenzjonijiet prinċipali huma: Imballaġġi żgħar (inqas minn 30 kg) ta' oġġetti perikolużi bħala skart jistgħu jiġu ppakkjati f'imballaġġi, inklużi IBCs u imballaġġi kbar, mingħajr ma jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tas-Subtaqsimiet 6.1.5.2.1, 6.1.5.8.2, 6.5.6.1.2, 6.5.6.14.2, 6.6.5.2.1 u 6.6.5.4.3 tat-Taqsima II.1 tal-Anness II ta' din id-Direttiva. L-imballaġġi, inkluż l-IBCs u l-imballaġġi kbar ma għandhomx bżonn jiġu ttestjati bl-istess mod bħal meta dawn jiġu ttestjati meta jkunu ppreparati għall-ġarr b'kampjun rappreżentattiv ta' imballaġġi zgħar ġo fihom. Dan huwa permess sakemm:
Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi S — Regolamenti speċifiċi għat-trasport domestiku ta' oġġetti perikolużi bit-triq maħruġa skont l-Att dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi. Kummenti: Is-Subtaqsimiet 6.1.5.2.1, 6.1.5.8.2, 6.5.6.1.2, 6.5.6.14.2, 6.6.5.2.1 u 6.6.5.4.3 tat-Taqsima II.1 tal-Anness II, ta' din id-Direttiva huma diffiċli biex jiġu applikati għax l-imballaġġi, l-IBCs u l-imballaġġi l-kbar għandhom jiġu ttestjati b'kampjun rappreżentattiv ta' skart, li huwa diffiċli li jitbassar minn qabel. Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021 Abbażi tal-Artikolu 6(2)(b)(ii) tad-Direttiva 2008/68/KE DE Il-Ġermanja RA–bi–DE–1 Suġġett: It-trasport lokali ta' NU 1051 (Ċjanur tal-Idroġenu, stabbilizzat, likwidu, li fih 1 % jew inqas ta' ilma skont il-massa), f'vaguni b'tank tal-ferrovija, li jidderogaw mis-Subtaqsima 1 tal-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE. Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 3.2, 4.3.2.1.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Projbizzjoni fuq it-trasport ta' NU 1051 (ċjanur tal-idroġenu), stabbilizzat, likwidu li fih 1 % jew inqas ta' ilma skont il-massa, f'vaguni b'tank tal-ferrovija (tankijiet RID). Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport lokali bil-ferrovija fuq rotot identifikati partikolari, li jifforma parti minn proċess industrijali definit, u li jkun ikkontrollat mill-qrib f'kondizzjonijiet speċifikati b'mod ċar. It-trasport iseħħ f'vaguni b'tank li għandhom liċenzja speċifika għal dan l-iskop u li l-kostruzzjoni u l-immuntar tagħhom jiġu kontinwament adattati skont l-aħħar teknoloġija tas-sikurezza. Il-proċess tat-trasport huwa regolat fid-dettall permezz ta' dispożizzjonijiet ulterjuri tas-sikurezza operattiva bi ftehim mal-awtoritajiet rilevanti għas-sikurezza u kontra l-periklu u jiġi mmonitorjat mill-awtoritajiet ta' sorveljanza rilevanti. Referenza oriġinali għad-dispożizzjonijiet legali nazzjonali: Ausnahmezulassung Eisenbahn-Bundesamt, No E 1/97. Tmiem il-perjodu ta' validità: l-1 ta' Jannar 2023 RA–bii–DE–2 Suġġett: it-trasport lokali fuq rotot iddeżinjati ta' NU 1402 (karbur tal-kalċju), grupp tal-imballaġġ I, f'kontejners fuq vaguni. Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 3.2, 7.3.1.1 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali għat-trasport fi kwantitajiet kbar. Il-Kapitolu 3.2, it-Tabella A, ma jippermettix li l-karbur tal-kalċju jinġarr fi kwantitajiet kbar. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport lokali bil-ferrovija tan-NU 1402 (karbur tal-kalċju), grupp tal-imballaġġ I, fuq rotot speċifikament iddeżinjati, bħala parti minn proċess industrijali ddefinit u kkontrollat mill-qrib f'kundizzjonijiet speċifikati b'mod ċar. It-tagħbijiet jinġarru f'kontejners f'vaguni mibnija apposta. It-trasport tal-oġġetti huwa soġġett għal dispożizzjonijiet operattivi addizzjonali stipulati mill-awtoritajiet kompetenti tas-sikurezza. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ausnahme Eisenbahn-Bundesamt Nr. E 3/10. Data ta' skadenza: il-15 ta' Jannar 2024 ”. |
|
27.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 173/93 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1095
tal-25 ta' Ġunju 2019
li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE f'dak li għandu x'jaqsam mal-entrati għall-Bożnija-Ħerzegovina u għar-Russja fil-lista ta' pajjiżi terzi jew ta' partijiet minnhom li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' prodotti tal-laħam u tal-istonku, tal-bżieżaq tal-awrina u tal-imsaren ittrattati
(notifikata bid-dokument C(2019) 4285)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt (1) tal-Artikolu 8, il-punt (4) tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(4)(c) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (2) tistabbilixxi, fost l-oħrajn, il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' ċerti prodotti tal-laħam u tal-istonku, tal-bżieżaq tal-awrina u tal-imsaren ittrattati li għaddew minn wieħed mit-trattamenti stipulati fil-Parti 4 tal-Anness II tagħha (“il-komoditajiet”). |
|
(2) |
Il-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi jew ta' partijiet minnhom li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-komoditajiet, diment li jkun sarilhom wieħed mit-trattamenti msemmija f'dik il-Parti tal-Anness. Il-Parti 4 ta' dak l-Anness tistabbilixxi t-trattament “A” li mhuwiex speċifiku u t-trattamenti “B” sa “F” li huma speċifiċi, imniżżlin f'ordni dekrexxenti tal-gravità tar-riskju għas-saħħa tal-annimali li għandhom l-għan li jeliminaw. |
|
(3) |
Il-Bożnija-Ħerzegovina talbet li tiġi elenkata fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE bħala pajjiż terz li minnu hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' komoditajiet li jkunu nkisbu minn tjur u annimali tal-kaċċa bir-rix imrobbija (ħlief ir-ratiti). |
|
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (3) jistabbilixxi, fost affarijiet oħra, lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati fl-Unjoni u jsir tranżitu ta' tjur u ta' ċerti prodotti tat-tjur. Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008, kif reċentement emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/298 (4), jawtorizza l-importazzjoni fl-Unjoni u t-tranżitu minnha tal-laħam tat-tjur mill-Bożnija-Ħerzegovina, abbażi tar-riżultat favorevoli ta' awditu mill-Kummissjoni li jevalwa l-kontrolli tas-saħħa tal-annimali fis-seħħ għal-laħam tat-tjur maħsub għall-Unjoni. Dak l-awditu evalwa wkoll il-kontrolli tas-saħħa tal-annimali fis-seħħ għal prodotti tal-laħam minn tjur u minn annimali tal-kaċċa bir-rix imrobbija (ħlief ir-ratiti), b'riżultat favorevoli. Għalhekk, id-Deċiżjoni 2007/777/KE jenħtieġ ukoll li tawtorizza l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' komoditajiet miksuba minn tjur u annimali tal-kaċċa bir-rix imrobbija (ħlief ir-ratiti) li jkunu għaddew minn trattament “A” li mhuwiex speċifiku u l-Bożnija-Ħerzegovina jenħtieġ li tiġi elenkata fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE għal dak il-għan. Barra minn hekk, l-entrata attwali għal dak il-pajjiż terz f'dak l-Anness trid tiġi adattata biex tkopri din l-awtorizzazzjoni l-ġdida. Għaldaqstant, l-entrata għall-Bożnija-Ħerzegovina f'dak l-Anness jenħtieġ li tiġi emendata skont dan. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni 2007/777/KE bħalissa tawtorizza l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' komoditajiet miksuba minn tjur u annimali tal-kaċċa bir-rix imrobbija (ħlief ir-ratiti) mir-Russja, diment li dawk il-komoditajiet ikunu għaddew minn trattament “A” li mhuwiex speċifiku u r-Russja tkun elenkata kif xieraq fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE għal dak il-għan. |
|
(6) |
Fis-17 ta' Novembru 2016, ir-Russja kkonfermat il-preżenza tal-HPAI tas-sottotip H5N8 fit-territorju tagħha. Minn Novembru 2016 'l hawn, ir-Russja kkonfermat diversi tifqigħat tal-HPAI f'azjendi tat-tjur fit-territorju tagħha. Minħabba dawk it-tifqigħat sa minn Novembru 2016, ir-Russja ma tistax titqies bħala ħielsa minn dik il-marda. Għalhekk, sabiex jiġi evitat li jiddaħħal fl-Unjoni l-vajrus tal-HPAI, jenħtieġ li l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' komoditajiet miksuba minn tjur u annimali tal-kaċċa bir-rix imrobbija (ħlief ir-ratiti) mir-Russja tiġi awtorizzata, iżda bil-kundizzjoni li dawn il-komoditajiet ikun sarilhom it-trattament “D” li huwa speċifiku, kif stipulat fil-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE. Għaldaqstant, l-entrata għar-Russja fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE jenħtieġ li tiġi emendata skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Ġunju 2019.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta' Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/298 tal-20 ta' Frar 2019 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrati għall-Belarussja, il-Bożnija-Ħerzegovina u l-Ġappun fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha (ĠU L 50, 21.2.2019, p. 20).
ANNESS
Il-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-entrata għall-Bożnija-Ħerzegovina hija sostitwita b'dan li ġej:
|
|
(2) |
l-entrata għar-Russja hija sostitwita b'dan li ġej:
|