|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 62 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/939 tas-6 ta' Ġunju 2019 li taħtar l-entitajiet emittenti maħtura biex joperaw sistema għall-assenjar ta' Identifikaturi Uniċi tal-Apparat (UDIs) fil-qasam tal-apparati mediċi ( 1 ) |
|
|
|
|
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
|
* |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
7.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/934
tat-12 ta' Marzu 2019
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jirrigwarda ż-żoni ta' vitikultura li fihom tista' tiżdied il-qawwa alkoħolika, il-prattiki enoloġiċi awtorizzati u r-restrizzjonijiet applikabbli għall-produzzjoni u l-konservazzjoni tal-prodotti tad-dielja, il-persentaġġ minimu tal-alkoħol għall-prodotti sekondarji u r-rimi tagħhom, u l-pubblikazzjoni tal-fajls tal-OIV
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 75(2) u l-Artikolu 80(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ħassar u sostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (2). It-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tistabbilixxi r-regoli dwar il-kategoriji ta' prodotti tad-dielja, il-prattiki enoloġiċi u r-restrizzjonijiet applikabbli u tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati u ta' implimentazzjoni f'dak ir-rigward. Biex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-suq tal-inbid fil-qafas legali l-ġdid, jeħtieġ li jiġu adottati ċerti regoli permezz ta' tali atti. Jeħtieġ li dawk l-atti jissostitwixxu d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 (3), li għaldaqstant jenħtieġ li jitħassar. |
|
(2) |
Il-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li telenka l-kategoriji ta' prodotti tad-dielja tipprevedi li l-inbid irid ikollu qawwa alkoħolika totali ta' mhux aktar minn 15 % volum. Madankollu, permezz ta' deroga, dak il-limitu jista' jiżdied għal 20 % volum għall-inbejjed prodotti mingħajr arrikkiment f'ċerti żoni ta' vitikultura. Jenħtieġ li dawn iż-żoni jiġu ddefiniti. |
|
(3) |
L-Artikoli 80 u 83 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, kif ukoll l-Anness VIII tiegħu, jistabbilixxu regoli ġenerali dwar il-proċessi u l-prattiki enoloġiċi, u jirreferu għar-regoli dettaljati li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-prattiki enoloġiċi permessi jiġu ddefiniti b'mod ċar u preċiż, inklużi l-metodi għaż-żieda ta' ħlewwa, u jenħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti l-limiti fuq l-użu ta' ċerti sustanzi li jistgħu jintużaw għall-produzzjoni tal-inbid kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-użu ta' wħud minn dawk is-sustanzi għall-produzzjoni tal-inbid. |
|
(4) |
L-Anness I A tar-Regolament (KE) Nru 606/2009 jelenka l-prattiki u l-proċessi enoloġiċi awtorizzati. Jenħtieġ li l-lista ta' prattiki enoloġiċi awtorizzati tiġi ċċarata u li l-koerenza tagħha tittejjeb. Jenħtieġ ukoll li l-lista tiġi ssupplimentata sabiex jitqies il-progress tekniku. Biex titjieb iċ-ċarezza, il-lista trid tinqasam f'żewġ tabelli li jisseparaw il-proċessi enoloġiċi mill-komposti enoloġiċi. |
|
(5) |
Jenħtieġ li t-Tabella 1 tal-Parti A tal-Anness I ta' dan ir-Regolament telenka l-proċessi enoloġiċi awtorizzati kif ukoll il-kundizzjonijiet u l-limiti tal-użu tagħhom. Il-proċessi awtorizzati jridu jkunu bbażati fuq il-metodi rilevanti rakkomandati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV), kif jinsabu fil-fajls tal-OIV imsemmija fit-tabella, u fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni msemmija fit-tabella. |
|
(6) |
Biex ikun żgurat li l-produtturi tal-prodotti tad-dielja li jużaw komposti enoloġiċi awtorizzati jiġu infurmati aħjar u jiksbu fehim aħjar tar-regoli rilevanti, jenħtieġ li t-Tabella 2 tal-Parti A tal-Anness I ta' dan ir-Regolament telenka l-komposti enoloġiċi awtorizzati kif ukoll il-kundizzjonijiet u l-limiti tal-użu tagħhom. Il-komposti enoloġiċi awtorizzati jridu jkunu bbażati fuq il-komposti rilevanti rakkomandati mill-OIV, kif jinsabu fil-fajls tal-OIV imsemmija fit-tabella, u fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni msemmija fit-tabella. Barra minn hekk it-tabella trid tidentifika b'mod ċar id-denominazzjoni internazzjonali, in-numru E jekk ikun disponibbli u/jew in-numru tal-Chemical Abstracts Service (CAS) tal-kompost. Trid tinkludi wkoll klassifikazzjoni tal-komposti f'żewġ kategoriji, skont l-użu tagħhom bħala addittiv jew bħala għajnuna għall-ipproċessar, li hija meħtieġa b'mod partikolari għal skopijiet ta' tikkettar. |
|
(7) |
Biex jiġu ssimplifikati r-regoli applikabbli u biex tkun żgurata l-koerenza bejn ir-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament u l-istandards internazzjonali, jenħtieġ li tintemm il-prassi preċedenti tad-duplikazzjoni ta' ċertu informazzjoni inkluża fil-fajls tal-Kodiċi tal-Prattiki Enoloġiċi tal-OIV billi l-kontenuti jiġu riprodotti fl-Appendiċijiet tal-Anness I. Il-kundizzjonijiet u l-limiti tal-użu fil-prinċipju jridu jsegwu r-rakkomandazzjonijiet tal-OIV, sakemm ma jkunux adegwati kundizzjonijiet, limiti u derogi addizzjonali għall-fajls tal-OIV. |
|
(8) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea l-fajls tal-Kodiċi tal-Prattiki Enoloġiċi tal-OIV imsemmija fl-Anness I ta' dan ir-Regolament u li tiżgura li l-fajls tal-OIV konċernati jkunu disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni. |
|
(9) |
L-Anness I B tar-Regolament (KE) Nru 606/2009 jistabbilixxi l-limiti massimi tad-diossidu tal-kubrit fl-inbejjed prodotti fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-limiti jiġu allinjati ma' dawk tal-OIV li huma rikonoxxuti internazzjonalment, u li jinżammu derogi għal ċerti nbejjed ħelwin prodotti fi kwantitajiet żgħar, minħabba l-livell taz-zokkor ogħla tagħhom u sabiex tiġi ggarantita l-konservazzjoni tajba tagħhom. Fid-dawl tar-riżultati tal-istudji xjentifiċi għaddejjin bħalissa dwar it-tnaqqis u s-sostituzzjoni tas-sulfiti fl-inbid u dwar il-konsum fid-dieta tal-bniedem tas-sulfiti mill-inbid, jista' jkun li l-limiti massimi jiġu riveduti f'data aktar tard bil-għan li jitnaqqsu. |
|
(10) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-proċeduri li permezz tagħhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-użu ta' ċerti prattiki jew proċessi enoloġiċi għal perjodu determinat u għal finijiet sperimentali, li mhumiex stipulati bir-regoli tal-Unjoni. |
|
(11) |
Il-produzzjoni tal-inbejjed frizzanti, tal-inbejjed frizzanti ta' kwalità u tal-inbejjed frizzanti aromatiċi, teħtieġ għadd ta' prattiki speċifiċi, minbarra dawk enoloġiċi diġà awtorizzati għal prodotti tad-dielja oħra. Għal raġunijiet ta' ċarezza, jenħtieġ li dawn il-prattiki jiġu elenkati f'Anness separat ma' dan ir-Regolament. |
|
(12) |
Minbarra l-prattiki enoloġiċi diġà awtorizzati għal prodotti tad-dielja oħra, il-produzzjoni tal-inbejjed likuri teħtieġ għadd ta' prattiki speċifiċi, u l-produzzjoni tal-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta għandha ċerti partikolaritajiet. Għal raġunijiet ta' ċarezza, jenħtieġ li dawk il-prattiki u r-restrizzjonijiet jiġu elenkati f'Anness separat ma' dan ir-Regolament. |
|
(13) |
Il-“coupage” huwa prattika enoloġika mifruxa li jista' jkollha impatt konsiderevoli fuq il-kwalità tal-prodotti tad-dielja. Għalhekk, sabiex jiġi evitat l-abbuż u biex jiġi żgurat li jkun hemm prodotti tad-dielja ta' kwalità għolja filwaqt li jitħeġġeġ settur aktar kompetittiv, il-prattika trid tiġi ddefinita u rregolata b'mod strett. Għal dawn l-istess raġunijiet, u f'dak li jirrigwarda l-produzzjoni tal-inbid rosé, jenħtieġ li din il-prattika tiġi rregolata b'mod partikolari għal ċerti nbejjed li mhumiex soġġetti għall-ispeċifikazzjonijiet. |
|
(14) |
Ir-regoli tal-Unjoni dwar l-oġġetti tal-ikel u l-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali tal-OIV diġà jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet li jikkonċernaw il-purità u l-identifikazzjoni relatati ma' għadd kbir ta' sustanzi użati fil-prattiki enoloġiċi. Għall-finijiet ta' armonizzazzjoni u ta' ċarezza, jenħtieġ li l-ewwel u qabel kollox dawk l-ispeċifikazzjonijiet jiġu osservati, u li jiġu previsti regoli addizzjonali li huma speċifiċi għas-sitwazzjoni tal-Unjoni. |
|
(15) |
Il-prodotti tal-inbid li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jew mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, ma jistgħux jitqiegħdu fis-suq u jridu jiġu distrutti. Madankollu, l-użu ta' wħud minn dawn il-prodotti jista' jkun permess għal skopijiet industrijali biss, u għalhekk il-kundizzjonijiet tal-użu jridu jiġu ppreċiżati sabiex ikun żgurat il-monitoraġġ xieraq tal-użu aħħari tagħhom. Barra minn hekk, biex jiġi evitat telf ekonomiku għall-operaturi li għandhom ħażniet ta' ċerti prodotti magħmulin qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jkun previst li l-prodotti miksuba b'konformità mar-regoli fis-seħħ qabel dik id-data jkunu jistgħu jinħarġu għall-konsum. |
|
(16) |
B'deroga mir-regola ġenerali stabbilita fil-punt D tal-Parti II tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, it-tferrigħ ta' nbid jew ta' most fuq il-karfa, jew fuq ir-residwu mill-għasra jew fuq il-polpa magħsura tal-“aszú” jew tal-“výber”, huwa karatteristika essenzjali tal-produzzjoni ta' ċerti nbejjed Ungeriżi u Slovakki. Il-kundizzjonijiet partikolari ta' tali prattika jridu jiġu stabbiliti b'konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ fl-Istati Membri konċernati fl-1 ta' Mejju 2004. |
|
(17) |
Biex tkun żgurata l-kwalità tal-prodotti tad-dielja, jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-projbizzjoni tal-għasir żejjed tal-għeneb. Il-verifika tal-applikazzjoni korretta ta' dik il-projbizzjoni teħtieġ monitoraġġ adegwat tal-prodotti sekondarji li jirriżultaw mill-produzzjoni tal-inbid u mill-użu aħħari tagħhom. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar il-persentaġġ minimu tal-alkoħol fil-prodotti sekondarji wara l-għasir tal-għeneb, kif ukoll dwar il-kundizzjonijiet għar-rimi obbligatorju tal-prodotti sekondarji miżmuma minn xi persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew minn gruppi ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, bis-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Billi dawk il-kundizzjonijiet huma marbuta direttament mal-proċess tal-produzzjoni tal-inbid, jenħtieġ li jiġu elenkati flimkien mal-prattiki enoloġiċi u r-restrizzjonijiet applikabbli għall-produzzjoni tal-inbid stabbiliti f'dan ir-Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jirrigwarda ż-żoni ta' vitikultura li fihom tista' tiżdied il-qawwa alkoħolika, il-prattiki enoloġiċi awtorizzati u r-restrizzjonijiet applikabbli għall-produzzjoni u l-konservazzjoni tal-prodotti tad-dielja, il-persentaġġ minimu tal-alkoħol għall-prodotti sekondarji u r-rimi tagħhom, u l-pubblikazzjoni tal-fajls tal-OIV.
Artikolu 2
Żoni ta' vitikultura li fihom l-inbejjed jista' jkollhom qawwa alkoħolika totali massima ta' 20 % vol.
Iż-żoni ta' vitikultura msemmija fl-ewwel inċiż tal-punt (c) tat-tieni paragrafu tal-punt (1) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, għandhom ikunu ż-żoni C I, C II u C III, imsemmija fl-Appendiċi 1 ta' dak l-Anness u ż-żoni taż-żona ta' vitikultura B fejn jistgħu jiġu prodotti l-inbejjed bojod bl-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti li ġejjin: “Vin de pays de Franche-Comté” u “Vin de pays du Val de Loire”.
Artikolu 3
Prattiki enolġiċi awtorizzati
1. Il-prattiki enoloġiċi awtorizzati u r-restrizzjonijiet applikabbli għall-produzzjoni u l-konservazzjoni tal-prodotti tad-dielja li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, imsemmija fl-Artikolu 80(1) ta' dak ir-Regolament, huma stabbiliti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.
It-Tabella 1 tal-Parti A tal-Anness I tistabbilixxi l-proċessi enoloġiċi awtorizzati u l-kundizzjonijiet u l-limiti tal-użu tagħhom.
It-Tabella 2 tal-Parti A tal-Anness I tistabbilixxi l-komposti enoloġiċi awtorizzati u l-kundizzjonijiet u l-limiti tal-użu tagħhom.
2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-fajls tal-Kodiċi tal-Prattiki Enoloġiċi tal-OIV imsemmija fil-kolonna 2 tat-Tabella 1 u fil-kolonna 3 tat-Tabella 2 tal-Parti A tal-Anness I ta' dan ir-Regolament f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, serje C.
3. Il-parti B tal-Anness I tistabbilixxi l-kontenuti massimi tad-diossidu tal-kubrit fl-inbejjed.
4. Il-parti C tal-Anness I tistabbilixxi l-kontenuti massimi tal-aċidu volatili tal-inbejjed.
5. Il-parti D tal-Anness I tistabbilixxi r-regoli dwar iż-żieda ta' ħlewwa.
Artikolu 4
Użu sperimentali ta' prattiki enoloġiċi ġodda
1. Għall-finijiet sperimentali msemmija fl-Artikolu 83(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, kull Stat Membru jista' jawtorizza l-użu ta' ċerti prattiki u proċessi enoloġiċi li mhumiex stipulati f'dak ir-Regolament jew f'dan ir-Regolament, għal perjodu massimu ta' ħames snin, bil-kundizzjoni li:
|
(a) |
il-prattiki u l-proċessi konċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 80(1) u tal-Artikolu 80(3)(b) sa (e), tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; |
|
(b) |
it-tali prattiki u proċessi jiġu applikati għal kwantitajiet li ma jaqbżux il-50 000 ettolitru fis-sena għal kwalunkwe esperiment wieħed; |
|
(c) |
fil-bidu tal-esperiment l-Istat Membru konċernat jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bit-termini ta' kull awtorizzazzjoni; |
|
(d) |
il-proċessi jiddaħħlu fid-dokument ta' akkumpanjament imsemmi fl-Artikolu 147(1) kif ukoll fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 147(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
“Esperiment” tfisser operazzjoni jew operazzjonijiet imwettqa fil-kuntest ta' proġett ta' riċerka definit b'mod tajjeb bi protokoll sperimentali uniku.
2. Il-prodotti miksubin mill-użu sperimentali ta' tali prattiki u proċessi enoloġiċi jistgħu jitqiegħdu fis-suq ta' Stat Membru differenti mill-Istat Membru konċernat, dejjem jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru destinatarju jkunu ngħataw notifika minn qabel tat-termini tal-awtorizzazzjoni u tal-kwantitajiet konċernati mill-Istat Membru li qed jawtorizza l-esperiment.
3. Fi żmien perjodu ta' tliet xhur wara t-tmiem tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, l-Istat Membru konċernat għandu jibgħat lill-Kummissjoni rapport dwar l-esperiment awtorizzat u r-riżultati tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri l-oħra dwar dawk ir-riżultati.
4. Skont dawn ir-riżultati, l-Istat Membru konċernat jista' japplika għall-awtorizzazzjoni mingħand il-Kummissjoni biex ikompli bl-esperiment, possibbilment bi kwantità ta' prodotti li tkun akbar minn dik tal-esperiment oriġinali, għal perjodu massimu ieħor ta' tliet snin. L-Istat Membru konċernat għandu jibgħat fajl xieraq b'appoġġ għall-applikazzjoni tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni dwar l-applikazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
5. In-notifikazzjoni ta' informazzjoni jew ta' dokumenti lill-Kummissjoni stipulata fil-punt (c) tal-paragrafu 1 u fil-paragrafi 3 u 4, għandha ssir skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1183 (4).
Artikolu 5
Prattiki enoloġiċi applikabbli għall-kategoriji tal-inbejjed frizzanti
Minbarra l-prattiki enoloġiċi u r-restrizzjonijiet ta' applikazzjoni ġenerali stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, il-prattiki enoloġiċi awtorizzati speċifiċi u r-restrizzjonijiet, inkluż l-arrikkiment, l-aċidifikazzjoni u d-deaċidifikazzjoni, li jikkonċernaw l-inbejjed frizzanti, l-inbejjed frizzanti ta' kwalità u l-inbejjed frizzanti aromatiċi ta' kwalità għolja, imsemmija fil-punti (4), (5) u (6) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 huma elenkati fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 6
Prattiki enoloġiċi applikabbli għall-inbejjed likuri
Minbarra l-prattiki enoloġiċi u r-restrizzjonijiet ta' applikazzjoni ġenerali stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, il-prattiki enoloġiċi awtorizzati speċifiċi u r-restrizzjonijiet li jikkonċernaw l-inbejjed likuri msemmija fil-punt (3) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 huma elenkati fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 7
Definizzjoni tal-coupage
1. It-taħlit ta' most u ta' nbid, “coupage”, kif imsemmi fil-punt (h) tal-Artikolu 75(3) u fit-Taqsima C tal-Parti II tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tfisser it-taħlit ta' nbejjed jew ta' mosti ta' oriġini differenti, ta' varjetajiet tad-dielja differenti, ta' snin ta' ħsad differenti jew ta' kategoriji differenti ta' nbid jew ta' most.
2. Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala kategoriji differenti ta' nbid jew ta' most:
|
(a) |
l-inbid aħmar, l-inbid abjad, kif ukoll il-mosti jew l-inbejjed xierqa biex jipproduċu waħda minn dawn il-kategoriji ta' nbid; |
|
(b) |
l-inbejjed mingħajr denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, l-inbejjed b'denominazzjoni ta' oriġini protetta (DOP) u l-inbejjed b'indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP), kif ukoll il-mosti jew l-inbejjed xierqa biex jipproduċu waħda minn dawn il-kategoriji ta' nbid. |
Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu, l-inbid rożè għandu jitqies bħala nbid aħmar.
3. Il-proċessi li ġejjin m'għandhomx jitqiesu bħala coupage:
|
(a) |
l-arrikkiment permezz taż-żieda ta' most tal-għeneb konċentrat jew ta' most tal-għeneb konċentrat rettifikat; |
|
(b) |
iż-żieda ta' ħlewwa. |
Artikolu 8
Regoli ġenerali għat-taħlit u l-coupage
1. Inbid jista' jinkiseb permezz tat-taħlit jew il-coupage biss jekk il-kostitwenti ta' dak it-taħlit jew il-coupage jkollhom il-karatteristiċi meħtieġa għall-ksib ta' nbid u jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u ta' dan ir-Regolament.
Il-coupage ta' nbid abjad bla DOP/IĠP ma' nbid aħmar bla DOP/IĠP ma tistax tipproduċi nbid rosé.
Madankollu, it-tieni subparagrafu ma jeskludix il-coupage tat-tip imsemmi f'dak is-subparagrafu meta l-prodott finali huwa maħsub għall-preparazzjoni ta' cuvée kif definit fil-punt 12 tal-Parti IV tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew għall-produzzjoni ta' nbejjed semifrizzanti.
2. Il-coupage ta' most tal-għeneb jew ta' nbid li jkun ġie soġġettat għall-prattika enoloġika msemmija fil-punt 11.1 tat-Tabella 2 tal-Parti A tal-Anness I ta' dan ir-Regolament, flimkien ma' most jew ma' nbid li ma ġiex soġġettat għall-istess prattika enoloġika, għandha tkun ipprojbita.
Artikolu 9
Speċifikazzjonijiet dwar il-purezza u l-identifikazzjoni ta' sustanzi użati fil-prattiki enoloġiċi
1. Meta ma jkunux stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (5), l-ispeċifikazzjonijiet tal-purità u tal-identifikazzjoni ta' sustanzi użati fil-prattiki enoloġiċi msemmija fl-Artikolu 75(3)(f) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom ikunu dawk imsemmija fil-kolonna 4 tat-Tabella 2 tal-Parti A tal-Anness I ta' dan ir-Regolament.
2. L-enzimi u l-preparazzjonijiet enzimatiċi li jintużaw fil-prattiki u l-proċessi enoloġiċi awtorizzati elenkati fil-Parti A tal-Anness I għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).
Artikolu 10
Kundizzjonijiet li jirregolaw iż-żamma, iċ-ċirkolazzjoni u l-użu ta' prodotti li ma jikkonformawx mal-Artikolu 80 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew ma' dan ir-Regolament
1. Il-prodotti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 80(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq u għandhom jinqerdu. Madankollu, f'ċerti kundizzjonijiet li għandhom jiġu ddeterminati minnhom, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-użu ta' wħud mit-tali prodotti minn distilleriji jew minn fabbriki tal-ħall jew għal skopijiet industrijali.
2. It-tali prodotti ma jistgħux jinżammu mingħajr motivazzjoni leġittima minn produttur jew negozjant, u jistgħu jinġarru biss lejn distilleriji, fabbriki tal-ħall, jew stabbilimenti li jużawhom għal skopijiet jew prodotti industrijali, jew lejn impjanti tar-rimi.
3. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw iż-żieda ta' aġenti denaturanti jew ta' indikaturi fl-inbejjed imsemmija fil-paragrafu 1 sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu identifikati b'mod aktar faċli. Meta jkun iġġustifikat, huma jistgħu wkoll jipprojbixxu l-użu stipulat fil-paragrafu 1 u jesiġu li l-prodotti jinqerdu.
4. L-inbid prodott sal-1 ta' Awwissu 2009 jista' jingħata jew jiġi fornut għall-konsum dirett mill-bniedem, dejjem jekk jissodisfa r-regoli tal-Unjoni jew nazzjonali fis-seħħ qabel dik id-data.
Artikolu 11
Kundizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-arrikkiment, għall-aċidifikazzjoni u għad-deaċidifkazzjoni ta' prodotti oħra minbarra l-inbid
Il-proċessi awtorizzati msemmija fil-punt 1 tat-Taqsima D tal-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 iridu jitwettqu f'operazzjoni waħda. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li wħud minn dawn il-proċessi jitwettqu f'aktar minn operazzjoni waħda, meta din il-prattika tiżgura vinifikazzjoni aħjar tal-prodotti konċernati. Fit-tali każijiet, il-limiti stabbiliti fl-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom japplikaw għall-operazzjoni kollha kemm hi.
Artikolu 12
Tferrigħ ta' nbid jew ta' most fuq il-karfa, jew fuq ir-residwu mill-għasra jew fuq il-polpa magħsura tal-“aszú” jew tal-“výber”
It-tferrigħ ta' nbid jew ta' most fuq il-karfa, jew fuq ir-residwu mill-għasra jew fuq il-polpa magħsura tal-“aszú” jew tal-“výber”, kif previst fil-punt 2 tat-Taqsima D tal-Parti II tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, għandu jitwettaq kif ġej, skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2004:
|
(a) |
it-“Tokaji fordítás” jew it-“Tokajský forditáš” għandu jiġi ppreparat billi jitferra' most jew inbid fil-polpa magħsura tal-“aszú” jew tal-“výber”; |
|
(b) |
it-“Tokaji máslás” jew it-“Tokajský mášláš” għandu jiġi ppreparat billi jitferra' most jew inbid fuq il-karfa tal-“szamorodni”/“samorodné” jew tal-“aszú”/“výber”. |
Il-prodotti konċernati jridu jkunu tal-istess sena tal-ħsad.
Artikolu 13
Iffissar ta' persentaġġ minimu tal-alkoħol fil-prodotti sekondarji
1. Soġġett għall-punt 1 tat-Taqsima D tal-Parti II tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom jiffissaw persentaġġ minimu għall-volum tal-alkoħol li għandu jkun hemm fil-prodott sekondarju, wara s-separazzjoni tiegħu mill-inbejjed, fi proporzjon mal-volum li jkun hemm fl-inbid prodott. L-Istati Membri jistgħu jimmodulaw dak il-persentaġġ minimu tal-alkoħol skont kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji.
2. Meta ma jintlaħaqx il-persentaġġ rilevanti ffissat mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1, l-operatur konċernat għandu jikkonsenja kwantità ta' nbid mill-produzzjoni tiegħu li tkun tikkorrispondi mal-kwantità meħtieġa biex jintlaħaq il-persentaġġ minimu.
3. Għall-fini li jiġi ddeterminat il-volum tal-alkoħol fil-prodotti sekondarji fi proprozjon ma' dak li jkun hemm fl-inbid prodott, il-gradi standard tal-qawwa alkoħolika naturali tal-inbid skont il-volum, li jridu jiġu applikati fiż-żoni differenti tal-produzzjoni tal-inbid, għandhom ikunu:
|
(a) |
8,0 % għaż-żona A; |
|
(b) |
8,5 % għaż-żona B; |
|
(c) |
9,0 % għaż-żona C I; |
|
(d) |
9,5 % għaż-żona C II; |
|
(e) |
10,0 % għaż-żona C III. |
Artikolu 14
Rimi tal-prodotti sekondarji
1. Il-produtturi għandhom jirtiraw il-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid jew ta' xi pproċessar ieħor tal-għeneb bis-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, soġġett għar-rekwiżiti tal-konsenja u r-reġistrazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 (7) u l-Artikolu 14(1)(b) (vii) u l-Artikolu 18 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/274 (8), rispettivament.
2. L-irtirar għandu jsir mingħajr dewmien, u sa mhux aktar tard minn tmiem is-sena tal-inbid li matulha nkisbu l-prodotti sekondarji, b'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli, b'mod partikolari rigward il-ħarsien ambjentali.
3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-produtturi li matul is-sena tal-inbid konċernata, ma jipproduċux aktar minn 50 ettolitru ta' nbid jew ta' most fl-istabbiliment tagħhom stess, mhumiex obbligati jirtiraw il-prodotti sekondarji tagħhom.
4. Il-produtturi jistgħu jissodisfaw l-obbligu li jarmu parti mill-prodotti sekondarji jew il-prodotti sekondarji kollha tal-produzzjoni tal-inbid jew ta' xi proċessar ieħor tal-għeneb, billi jwasslu l-prodotti sekondarji sad-distillazzjoni. Dan ir-rimi tal-prodotti sekondarji għandu jiġi ċċertifikat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru konċernat.
5. L-Istati Membri jistgħu jeżiġu li t-twassil lejn id-distillazzjoni ta' parti mill-prodotti sekondarji jew tal-prodotti sekondarji kollha tal-produzzjoni tal-inbid jew ta' xi pproċessar ieħor tal-għeneb isir obbligatorju għal uħud mill-produtturi jew għall-produtturi kollha fit-territorju tagħhom, skont kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji.
Artikolu 15
Arranġamenti tranżizzjonali
L-istokkijiet tal-prodotti tad-dielja prodotti qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament skont ir-regoli fis-seħħ qabel dik id-data jistgħu jiġu rilaxxati għall-konsum mill-bniedem.
Artikolu 16
Tħassir
Ir-Regolament (KE) Nru 606/2009 huwa mħassar.
Artikolu 17
Dħul fis-seħħ
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Għandu japplika minn mis-7 ta' Diċembru 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Marzu 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Regolament dwar OKS Unika) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 tal-10 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tal-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli, il-prattiċi enoloġiċi u r-restrizzjonijiet applikabbli (ĠU L 193, 24.7.2009, p. 1).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1183 tal-20 ta' April 2017 li jissupplimenta r-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifiki lill-Kummissjoni ta' informazzjoni u dokumenti (ĠU L 171, 4.7.2017, p. 100).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-enżimi tal-ikel u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, id-Direttiva 2000/13/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE u r-Regolament (KE) Nru 258/97 (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 7).
(7) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 tal-11 ta' Diċembru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħlu l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil tad-dwieli, ir-reġistru tal-vinji, id-dokumenti ta' akkumpanjament u ċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, id-dikjarazzjonijiet obbligatorji, in-notifiki u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni notifikata, u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli u penali rilevanti, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008, (KE) Nru 606/2009 u (KE) Nru 607/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 kif ukoll ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/560 (ĠU L 58, 28.2.2018, p. 1).
(8) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/274 tal-11 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli, ir-reġistru tal-vinji, id-dokumenti ta' akkumpanjament u ċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, u d-dikjarazzjonijiet obbligatorji, u tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontrolli rilevanti, u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/561 (ĠU L 58, 28.2.2018, p. 60).
ANNESS I
PARTI A
PRATTIKI ENOLĠIĊI AWTORIZZATI
TABELLA 1: PROĊESSI ENOLOĠIĊI AWTORIZZATI KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3 (1).
|
|
1 |
2 |
|
|
Proċessi enoloġiċi |
Kundizzjonijiet u limiti tal-użu (1) |
|
1 |
Arjazzjoni jew ossiġenazzjoni |
Unikament għal meta jintuża l-ossiġenu gassuż. |
|
2 |
Trattamenti bis-sħana |
Soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-fajls 1.8 (1970), 2.4.4 (1988), 3.4.3 (1988) u 3.4.3.1 (1990) tal-Kodiċi tal-Prattiki Enoloġiċi tal-OIV. |
|
3 |
Ċentrifugazzjoni u filtrazzjoni b'aġent filtranti inert jew mingħajru |
L-użu ta' aġent filtranti inert ma jridx iħalli residwi mhux mixtieqa fil-prodott trattat. |
|
4 |
Ħolqien ta' atmosfera inerta |
Unikament għall-iskop li l-prodott jiġi mmanipulat filwaqt li jibqa' protett mill-arja. |
|
5 |
Eliminazzjoni tad-diossidu tal-kubrit permezz ta' proċessi fiżiċi |
Unikament bl-għeneb frisk, bil-most tal-għeneb, bil-most tal-għeneb parzjalment iffermentat, bil-most tal-għeneb parzjalment iffermentat miksub mill-għeneb imqadded, bil-most tal-għeneb konċentrat, bil-most tal-għeneb konċentrat rettifikat, jew bl-inbid ġdid li jkun għadu qed jiffermenta. |
|
6 |
Reżini ta' skambju joniku |
Unikament bil-most tal-għeneb maħsub għall-manifattura tal-most tal-għeneb konċentrat u rettifikat. Soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi 3. |
|
7 |
Gassifikazzjoni |
Unikament għal meta jintuża l-argon jew in-nitroġenu. |
|
8 |
Flotazzjoni |
Meta jintuża n-nitroġenu jew id-diossidu tal-karbonju jew billi tingħata l-arjazzjoni. Soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-fajl 2.1.14 (1999). |
|
9 |
Diski tal-paraffina pura impregnati bl-isotijoċjanat tal-allil |
Unikament għall-iskop li tinħoloq atmosfera sterilizzata. Fl-Italja huwa permess biss sakemm ikun konformi mal-leġiżlazzjoni ta' dak il-pajjiż u f'kontenituri li jesgħu aktar minn 20 litru biss. L-użu tal-isotijoċjanat tal-allil huwa soġġett għall-kundizzjonijiet u l-limiti mogħtija fit-Tabella 2 dwar il-komposti enoloġiċi awtorizzati. |
|
10 |
Trattament bl-elettrodijaliżi |
Unikament għall-iskop li tiġi żgurata l-istabbilizzazzjoni tartarika tal-inbid. Unikament għall-most parzjalment iffermentat għall-konsum dirett mill-bniedem tale quale u għall-prodotti definiti fil-punti (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi 5 ta' dan l-Anness. |
|
11 |
Biċċiet tal-injam tal-ballut |
Fil-produzzjoni u l-maturazzjoni tal-inbid, inkluż fil-fermentazzjoni tal-għeneb frisk u tal-most tal-għeneb. Soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi 7. |
|
12 |
Korrezzjoni tal-kontenut tal-alkoħol fl-inbid |
Korrezzjoni mwettqa biss għall-inbid. Soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi 8. |
|
13 |
Skambjaturi ta' katjoni għall-istabilizzazzjoni tartarika |
Unikament għall-istabbilizzazzjoni tartarika tal-most parzjalment iffermentat għall-konsum dirett mill-bniedem tale quale u għall-prodotti definiti fil-punti (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-fajl 3.3.3 (2011) tal-Kodiċi tal-Prattiki Enoloġiċi tal-OIV. Dan għandu jikkonforma wkoll mar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati għall-implimentazzjoni tiegħu. It-trattament għandu jiddaħħal fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 147(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
14 |
Trattament elettromembranarju |
Unikament għall-aċidifikazzjoni jew id-deaċidifikazzjoni. Soġġett għall-kundizzjonijiet u l-limiti stabbiliti fit-Taqsimiet C u D tal-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u fl-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament. Dan għandu jikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 u mar-Regolament (UE) Nru 10/2011 (3) u mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati għall-implimentazzjoni tiegħu. Soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-fajls 2.1.3.1.3 (2010), 2.1.3.2.4 (2012), 3.1.1.4 (2010), 3.1.2.3 (2012) tal-Kodiċi tal-Prattiki Enoloġiċi tal-OIV. It-trattament għandu jiddaħħal fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 147(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
15 |
Skambjaturi ta' katjoni għall-aċidifikazzjoni |
Soġġett għall-kundizzjonijiet u l-limiti stabbiliti fit-Taqsimiet C u D tal-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u fl-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament. Dan għandu jikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 u mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati għall-implimentazzjoni tiegħu. Soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-fajls 2.1.3.1.4 (2012) u 3.1.1.5 (2012) tal-Kodiċi tal-Prattiki Enoloġiċi tal-OIV. It-trattament għandu jiddaħħal fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 147(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
16 |
Abbinament tal-membrani |
Unikament għat-tnaqqis fil-kontenut taz-zokkor tal-most kif definit fil-punt 10 tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi 9. |
|
17 |
Kuntatturi tal-membrana |
Unikament għall-iskop li jiġi mmaniġġjat il-gass maħlul fl-inbid. Unikament għall-prodotti definiti fil-punti (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Iż-żieda tad-diossidu tal-karbonju għall-prodotti definiti fil-punti (4), (5), (6) u (8) tal-Parti II ta' dak l-Anness hija pprojbita. Dan għandu jikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 u mar-Regolament (KE) Nru 10/2011 u mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati għall-implimentazzjoni tiegħu. Soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-fajl 3.5.17 (2013) tal-Kodiċi tal-Prattiki Enoloġiċi tal-OIV. |
|
18 |
Teknoloġija tal-membrana abbinata mal-karbonju attivat |
Unikament għall-iskop li jitnaqqas l-eċċess tal-4-etilfenol u tal-4-etilgwajakolu fl-inbejjed. Soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi 10. |
|
19 |
Folji filtranti li fihom iż-żeolit y-faujasit |
Unikament għall-iskop tal-assorbiment tal-aloanisoli. Soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-fajl 3.2.15 (2016) tal-Kodiċi tal-Prattiki Enoloġiċi tal-OIV. |
TABELLA 2: KOMPOSTI ENOLOĠIĊI AWTORIZZATI KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3 (1).
|
|
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
8 |
|
|
Sustanzi/Attivitajiet |
Numru E u/jew Numru CAS |
Il-Kodiċi tal-Prattiki Enoloġiċi tal-OIV (4) |
Ir-referenza għall-fajl Codex tal-OIV kif imsemmi fl-Artikolu 9(1) |
Addittiv |
Għajnuna għall-ipproċessar/sustanza użata bħala għajnuna għall-ipproċessar (5) |
Kundizzjonijiet u limiti tal-użu (6) |
Kategoriji ta' prodotti tal-inbid (7) |
|
1 |
Regolaturi tal-aċidità |
|||||||
|
1.1 |
Aċidu tartariku (L(+)-) |
E 334/CAS 87-69-4 |
Fajl 2.1.3.1.1 (2001); 3.1.1.1 (2001) |
COEI-1-LTARAC |
x |
|
Kundizzjonijiet u limiti stabbiliti fit-Taqsimiet C u D tal-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u fl-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament. Speċifikazzjonijiet għall-aċidu tartariku (L(+)-) stabbiliti fil-punt 2 tal-Appendiċi 1 ta' dan l-Anness. |
(1), (2), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16) |
|
1.2 |
Aċidu maliku (D,L-; L-) |
E 296/- |
Fajl 2.1.3.1.1 (2001); 3.1.1.1 (2001) |
COEI-1-ACIMAL |
x |
|
(1), (2), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16) |
|
|
1.3 |
Aċidu lattiku |
E 270/- |
Fajl 2.1.3.1.1 (2001); 3.1.1.1 (2001) |
COEI-1-ACILAC |
x |
|
(1), (2), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16) |
|
|
1.4 |
L(+)-tartrat tal-potassju |
E 336(ii)/CAS 921-53-9 |
Fajl 2.1.3.2.2 (1979); 3.1.2.2 (1979) |
COEI-1-POTTAR |
|
x |
(1), (2), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16) |
|
|
1.5 |
Bikarbonat tal-potassju |
E 501(ii)/CAS 298-14-6 |
Fajl 2.1.3.2.2 (1979); 3.1.2.2 (1979) |
COEI-1-POTBIC |
|
x |
(1), (2), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16) |
|
|
1.6 |
Karbonat tal-kalċju |
E 170/CAS 471-34-1 |
Fajl 2.1.3.2.2 (1979); 3.1.2.2 (1979) |
COEI-1-CALCAR |
|
x |
(1), (2), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16) |
|
|
1.7 |
Tartrat tal-kalċju |
E 354/- |
Fajl 3.3.12 (1997) |
COEI-1-CALTAR |
|
x |
(1), (2), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16) |
|
|
1.8 |
Sulfat tal-kalċju |
E 516/- |
Fajl 2.1.3.1.1.1 (2017) |
|
x |
|
Kundizzjonijiet u limiti stabbiliti fil-punt 2(b) tat-Taqsima A tal-Anness III. Livell ta' użu massimu: 2 g/l. |
(3) |
|
1.9 |
Karbonat tal-potassju |
E 501(i) |
Fajl 2.1.3.2.5 (2017); 3.1.2.2 (1979) |
|
|
x |
|
(1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16) |
|
2 |
Preservattivi u antiossidanti |
|||||||
|
2.1 |
Diossidu tal-kubrit |
E 220/CAS 7446-09-5 |
Fajl 1.12 (2004); 2.1.2 (1987); 3.4.4 (2003) |
COEI-1-SOUDIO |
x |
|
Limiti (jiġifieri l-kwantità massima fil-prodott imqiegħed fis-suq) kif stabbiliti fit-Taqsima B tal-Anness I. |
(1), (2), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16) |
|
2.2 |
Bisulfit tal-potassju |
E 228/CAS 7773-03-7 |
Fajl 2.1.2 (1987) |
COEI-1-POTBIS |
x |
|
(1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16) |
|
|
2.3 |
Metabisulfit tal-potassju |
E 224/CAS 16731-55-8 |
Fajl 1.12 (2004), 3.4.4 (2003) |
COEI-1-POTANH |
x |
|
(1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16) |
|
|
2.4 |
Sorbat tal-potassju |
E 202 |
Fajl 3.4.5 (1988) |
COEI-1-POTSOR |
x |
|
|
(1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16) |
|
2.5 |
Liżożima |
E 1105 |
Fajl 2.2.6 (1997); 3.4.12 (1997) |
COEI-1-LYSOZY |
x |
x |
|
(1), (2), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16) |
|
2.6 |
Aċidu L-askorbiku |
E 300 |
Fajl 1.11 (2001); 2.2.7 (2001); 3.4.7 (2001) |
COEI-1-ASCACI |
x |
|
Kontenut massimu fl-inbid trattat b'dan il-mod u mqiegħed fis-suq: 250 mg/l. Massimu ta' 250 mg/l kull trattament. |
Għeneb frisk, (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16) |
|
2.7 |
Dimetilkarbonat (DMDC) |
E242/CAS 4525-33-1 |
Fajl 3.4.13 (2001) |
COEI-1-DICDIM |
x |
|
It-trattament għandu jiddaħħal fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 147(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
most parzjalment iffermentat għall-konsum dirett mill-bniedem tale quale, (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16) |
|
3 |
Sekwestranti |
|||||||
|
3.1 |
Karbonju għall-użu enoloġiku |
|
Fajl 2.1.9 (2002); 3.5.9 (1970) |
COEI-1-CHARBO |
|
x |
|
Inbejjed bojod, (2), (10), u (14) |
|
3.2 |
Fibri veġetali selettivi |
|
Fajl 3.4.20 (2017) |
COEI-1-FIBVEG |
|
x |
|
(1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16) |
|
4 |
Attivaturi għall-fermentazzjoni alkoħolika u malolattika |
|||||||
|
4.1 |
Ċelluloża mikrokristallina |
E 460(i)/CAS 9004-34-6 |
Fajl 2.3.2 (2005), 3.4.21 (2015) |
COEI-1-CELMIC |
|
x |
Dan għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012. |
Għeneb frisk, (2), (4), (5), (6), (7), (10), (11) u (12) |
|
4.2 |
Fosfat tal-idroġenu tad-diammonju |
E 342/CAS 7783-28-0 |
Fajl 4.1.7 (1995) |
COEI-1-PHODIA |
|
x |
Unikament għall-fermentazzjoni alkoħolika. Limitu massimu ta' 1 g/l (espress f'melħ) (8) jew ta' 0,3 g/l għat-tieni fermentazzjoni tal-inbejjed frizzanti. |
Għeneb frisk, (2), (10), (11), (12), (13), it-tieni fermentazzjoni alkoħolika ta' (4), (5), (6) u (7). |
|
4.3 |
Sulfat tal-ammonju |
E 517/CAS 7783-20-2 |
Fajl 4.1.7 (1995) |
COEI-1AMMSUL |
|
x |
||
|
4.4 |
Bisulfit tal-ammonju |
-/CAS 10192-30-0 |
|
COEI_1-AMMHYD |
|
x |
Unikament għall-fermentazzjoni alkoħolika. Limitu massimu ta' 0,2 g/l (espress fi mluħa) u sal-limiti stabbiliti fil-punti 2.1 sa 2.3. |
Għeneb frisk, (2), (10), (11), (12) u (13) |
|
4.5 |
Kloridrat tat-tijamina |
-/CAS 67-03-8 |
Fajl 2.3.3 (1976); 4.1.7 (1995) |
COEI-1-THIAMIN |
|
x |
Unikament għall-fermentazzjoni alkoħolika. |
Għeneb frisk, (2), (10), (11), (12), (13), it-tieni fermentazzjoni alkoħolika ta' (4), (5), (6) u (7) |
|
4.6 |
Awtolisati tal-ħmira |
-/- |
Fajl 2.3.2 (2005); 3.4.21 (2015) |
COEI-1-AUTLYS |
|
x (5) |
|
Għeneb frisk, (2), (10), (11), (12) u (13) |
|
4.7 |
Qxur tal-ħmira |
-/- |
Fajl 2.3.4 (1988); 3.4.21 (2015) |
COEI-1-YEHULL |
|
x (5) |
|
Għeneb frisk, (1), (2), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16) |
|
4.8 |
Ħmira inattivata |
-/- |
Fajl 2.3.2 (2005); 3.4.21 (2015) |
COEI-1-INAYEA |
|
x (5) |
|
Għeneb frisk, (1), (2), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16) |
|
4.9 |
Ħmira inattivata b'livelli garantiti ta' glutatijon |
-/- |
Fajl 2.2.9 (2017) |
COEI-1-LEVGLU |
|
x (5) |
Unikament għall-fermentazzjoni alkoħolika. |
Għeneb frisk, (1), (2), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16) |
|
5 |
Aġenti kjarifikanti |
|||||||
|
5.1 |
Ġelatina alimentari |
-/CAS 9000-70-8 |
Fajl 2.1.6 (1997); 3.2.1 (2011) |
COEI-1-GELATI |
|
x (5) |
|
(1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16) |
|
5.2 |
Proteina tal-qamħ |
|
Fajl 2.1.17 (2004); 3.2.7 (2004) |
COEI-1-PROVEG |
|
x (5) |
|
(1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16) |
|
5.3 |
Proteina tal-piżelli |
|
Fajl 2.1.17 (2004); 3.2.7 (2004) |
COEI-1-PROVEG |
|
x (5) |
|
(1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16) |
|
5.4 |
Proteina tal-patata |
|
Fajl 2.1.17 (2004); 3.2.7 (2004) |
COEI-1-PROVEG |
|
x (5) |
|
(1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16) |
|
5.5 |
Isinglass |
|
Fajl 3.2.1 (2011) |
COEI-1-COLPOI |
|
x |
|
(1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16) |
|
5.6 |
Kaseina |
-/CAS 9005-43-0 |
Fajl 2.1.16 (2004) |
COEI-1-CASEIN |
|
x (5) |
|
(1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16) |
|
5.7 |
Kaseinati tal-potassju |
-/CAS 68131-54-4 |
Fajl 2.1.15 (2004); 3.2.1 (2011) |
COEI-1-POTCAS |
|
x (5) |
|
(1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16) |
|
5.8 |
Albumina tal-bajd |
-/CAS 9006-59-1 |
Fajl 3.2.1 (2011) |
COEI-1-OEUALB |
|
x (5) |
|
(1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16) |
|
5.9 |
Bentonit |
E 558/- |
Fajl 2.1.8 (1970); 3.3.5 (1970) |
COEI-1-BENTON |
|
x |
|
(1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16) |
|
5.10 |
Diossidu tas-silikon (ġell jew soluzzjoni kollojdali) |
E 551/- |
Fajl 2.1.10 (1991); 3.2.1 (2011); 3.2.4 (1991) |
COEI-1-DIOSIL |
|
x |
|
(1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16) |
|
5.11 |
Kawlina |
-/CAS 1332-58-7 |
Fajl 3.2.1 (2011) |
COEI-1-KAOLIN |
|
x |
|
(1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16) |
|
5.12 |
Tannini |
|
Fajl 2.1.7 (1970); 2.1.17 (2004); 3.2.6 (1970); 3.2.7 (2004); 4.1.8 (1981); 4.3.2 (1981) |
COEI-1-TANINS |
|
x |
|
(1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (15) u (16) |
|
5.13 |
Kitosan derivat mill-Aspergillus niger |
-/CAS 9012-76-4 |
Fajl 2.1.22 (2009); 3.2.1 (2011); 3.2.12 (2009); 3.2.1 (2009) |
COEI-1-CHITOS |
|
x |
|
(1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16) |
|
5.14 |
Kitina-glukanu derivat mill-Aspergillus niger |
Kitina: CAS 1398-61-4; Glukan: CAS 9041-22-9. |
Fajl 2.1.23 (2009); 3.2.1 (2011); 3.2.13 (2009); 3.2.1 (2009) |
COEI-1-CHITGL |
|
x |
|
(1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16) |
|
5.15 |
Estratti tal-proteina tal-ħmira |
-/- |
Fajl 2.1.24 (2011); 3.2.14 (2011); 3.2.1 (2011) |
COEI-1-EPLEV |
|
x |
|
(1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16) |
|
5.16 |
Polivinilpolipirrolidon |
E 1202/CAS 25249-54-1 |
Fajl 3.4.9 (1987) |
COEI-1-PVPP |
|
x |
|
(1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (15) u (16) |
|
5.17 |
Alġinat tal-kalċju |
E 404/CAS 9005-35-0 |
Fajl 4.1.8 (1981) |
COEI-1-ALGIAC |
|
x |
Fil-produzzjoni tal-kategoriji kollha tal-inbejjed frizzanti u semi-frizzanti miksuba mill-fermentazzjoni fil-fliexken u bil-karfa sseparata permezz tat-tiswib. |
(4), (5), (6), (7), (8) u (9) |
|
5.18 |
Alġinat tal-potassju |
E 402/CAS 9005-36-1 |
Fajl 4.1.8 (1981) |
COEI-1-POTALG |
|
x |
Fil-produzzjoni tal-kategoriji kollha tal-inbejjed frizzanti u semi-frizzanti miksuba mill-fermentazzjoni fil-fliexken u bil-karfa sseparata permezz tat-tiswib. |
(4), (5), (6), (7), (8) u (9) |
|
6 |
Aġenti stabbilizzaturi |
|||||||
|
6.1 |
Tartrat idroġenat tal-potassju |
E336(i)/CAS 868-14-4 |
Fajl 3.3.4 (2004) |
COEI-1-POTBIT |
|
x |
Biex jgħin biss fil-preċipitazzjoni tal-imluħa tartariċi. |
most parzjalment iffermentat għall-konsum dirett mill-bniedem tale quale, (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16) |
|
6.2 |
Tartrat tal-kalċju |
E354/- |
Fajl 3.3.12 (1997) |
COEI-1-CALTAR |
|
x |
|
most parzjalment iffermentat għall-konsum dirett mill-bniedem tale quale, (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16) |
|
6.3 |
Aċidu ċitriku |
E 330 |
Fajl 3.3.8 (1970); 3.3.1 (1970) |
COEI-1-CITACI |
x |
|
Kontenut massimu fl-inbid trattat b'dan il-mod u mqiegħed fis-suq: 1 g/l |
most parzjalment iffermentat għall-konsum dirett mill-bniedem tale quale, (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16) |
|
6.4 |
Tannini |
-/- |
3.3.1 (1970); |
COEI-1-TANINS |
|
|
|
most parzjalment iffermentat għall-konsum dirett mill-bniedem tale quale, (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16) |
|
6.5 |
Ferroċjanur tal-potassju |
E 536/- |
Fajl 3.3.1 (1970) |
COEI-1-POTFER |
|
x |
Soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi 4 ta' dan l-Anness. |
most parzjalment iffermentat għall-konsum dirett mill-bniedem tale quale, (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16) |
|
6.6 |
Fitat tal-kalċju |
-/CAS 3615-82-5 |
Fajl 3.3.1 (1970) |
COEI-1-CALPHY |
|
x |
Għall-inbejjed ħomor, limitu massimu ta' 8 g/hl Soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi 4 ta' dan l-Anness. |
most parzjalment iffermentat għall-konsum dirett mill-bniedem tale quale, (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16) |
|
6.7 |
Aċidu metatartariku |
E 353/- |
Fajl 3.3.7 (1970) |
COEI-1-METACI |
x |
|
|
most parzjalment iffermentat għall-konsum dirett mill-bniedem tale quale, (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16) |
|
6.8 |
Gomma Arabika |
E 414/CAS 9000-01-5 |
Fajl 3.3.6 (1972) |
COEI-1-GOMARA |
x |
|
Quantum satis |
most parzjalment iffermentat għall-konsum dirett mill-bniedem tale quale, (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16) |
|
6.9 |
Aċidu tartariku D, L- jew il-melħ newtrali tiegħu tal-potassju |
-/CAS 133-37-9 |
Fajl 2.1.21 (2008); 3.4.15 (2008) |
COEI-1-DLTART |
|
x |
Unikament għall-ippreċipitar tal-eċċess ta' kalċju. Soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi 4 ta' dan l-Anness. |
most parzjalment iffermentat għall-konsum dirett mill-bniedem tale quale, (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16) |
|
6.10 |
Mannoproteini tal-ħmira |
-/- |
Fajl 3.3.13 (2005) |
COEI-1-MANPRO |
x |
|
|
most parzjalment iffermentat għall-konsum dirett mill-bniedem tale quale, (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16) |
|
6.11 |
Karbossimetilċelluloża |
E466/- |
Fajl 3.3.14 (2008) |
COEI-1-CMC |
x |
|
Unikament biex tiġi żgurata l-istabbilizzazzjoni tartarika. |
Inbejjed bojod, (4), (5), (6), (7), (8), (9) |
|
6.12 |
Kopolimeri polivinilimidażol-polivinilpirrolidon (PVI/PVP) |
-/CAS 87865-40-5 |
Fajl 2.1.20 (2014); 3.4.14 (2014) |
COEI-1-PVIPVP |
|
x |
It-trattament għandu jiddaħħal fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 147(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
(1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16) |
|
6.13 |
Poliaspartat tal-potassju |
E 456/CAS 64723-18-8 |
Fajl 3.3.15 (2016) |
COEI-1-POTASP |
x |
|
Unikament għall-iskop li jikkontribwixxi għall-istabbilizzazzjoni tartarika. |
(1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16) |
|
7 |
Enżimi (9) |
|||||||
|
7.1 |
Ureażi |
EC 3.5.1.5 |
Fajl 3.4.11 (1995) |
COEI-1-UREASE |
|
x |
Unikament għall-iskop li jitnaqqas il-livell tal-urea fl-inbid. Soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi 6 ta' dan l-Anness. |
most parzjalment iffermentat għall-konsum dirett mill-bniedem tale quale, (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16) |
|
7.2 |
Pektina-liażi |
EC 4.2.2.10 |
Fajl 2.1.4 (2013); 2.1.18 (2013); 3.2.8 (2013); 3.2.11 (2013) |
COEI-1-ACTPLY |
|
x |
Unikament għal skopijiet enoloġiċi fil-maċerazzjoni, fil-kjarifikazzjoni, fl-istabbilizzazzjoni, fil-filtrazzjoni u għall-iżvelar tal-prekursuri aromatiċi tal-għeneb. |
(1), (2), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16) |
|
7.3 |
Pektinametilesterażi |
EC 3.1.1.11 |
Fajl 2.1.4 (2013); 2.1.18 (2013); 3.2.8 (2013); 3.2.11 (2013) |
COEI-1-ACTPME |
|
x |
Unikament għal skopijiet enoloġiċi fil-maċerazzjoni, fil-kjarifikazzjoni, fl-istabbilizzazzjoni, fil-filtrazzjoni u għall-iżvelar tal-prekursuri aromatiċi tal-għeneb. |
(1), (2), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16) |
|
7.4 |
Poligalatturonażi |
EC 3.2.1.15 |
Fajl 2.1.4 (2013); 2.1.18 (2013); 3.2.8 (2013); 3.2.11 (2013) |
COEI-1-ACTPGA |
|
x |
Unikament għal skopijiet enoloġiċi fil-maċerazzjoni, fil-kjarifikazzjoni, fl-istabbilizzazzjoni, fil-filtrazzjoni u għall-iżvelar tal-prekursuri aromatiċi tal-għeneb. |
(1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16) |
|
7.5 |
Emiċellulażi |
EC 3.2.1.78 |
Fajl 2.1.4 (2013); 2.1.18 (2013); 3.2.8 (2013); 3.2.11 (2013) |
COEI-1-ACTGHE |
|
x |
Unikament għal skopijiet enoloġiċi fil-maċerazzjoni, fil-kjarifikazzjoni, fl-istabbilizzazzjoni, fil-filtrazzjoni u għall-iżvelar tal-prekursuri aromatiċi tal-għeneb. |
(1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16) |
|
7.6 |
Ċellulażi |
EC 3.2.1.4 |
Fajl 2.1.4 (2013); 2.1.18 (2013); 3.2.8 (2013); 3.2.11 (2013) |
COEI-1-ACTCEL |
|
x |
Unikament għal skopijiet enoloġiċi fil-maċerazzjoni, fil-kjarifikazzjoni, fl-istabbilizzazzjoni, fil-filtrazzjoni u għall-iżvelar tal-prekursuri aromatiċi tal-għeneb. |
(1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16) |
|
7.7 |
Beta-glukanażi |
EC 3.2.1.58 |
Fajl 3.2.10 (2004) |
COEI-1-BGLUCA |
|
x |
Unikament għal skopijiet enoloġiċi fil-maċerazzjoni, fil-kjarifikazzjoni, fl-istabbilizzazzjoni, fil-filtrazzjoni u għall-iżvelar tal-prekursuri aromatiċi tal-għeneb. |
(1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16) |
|
7.8 |
Glikosidażi |
EC 3.2.1.20 |
Fajl 2.1.19 (2013); 3.2.9 (2013) |
COEI-1-GLYCOS |
|
x |
Unikament għal skopijiet enoloġiċi fil-maċerazzjoni, fil-kjarifikazzjoni, fl-istabbilizzazzjoni, fil-filtrazzjoni u għall-iżvelar tal-prekursuri aromatiċi tal-għeneb. |
(1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16) |
|
8 |
Gassijiet u gassijiet tal-ippakkjar (10) |
|||||||
|
8.1 |
Argon |
E 938/CAS 7440-37-1 |
Fajl 2.2.5 (1970); 3.2.3 (2002) |
COEI-1-ARGON |
x (10) |
x |
|
(1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16) |
|
8.2 |
Nitroġenu |
E 941/CAS 7727-37-9 |
Fajl 2.1.14 (1999);2.2.5 (1970); 3.2.3 (2002) |
COEI-1-AZOTE |
x (10) |
x |
|
(1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16) |
|
8.3 |
Diossidu tal-karbonju |
E 290/CAS 124-38-9 |
Fajl 1.7 (1970); 2.1.14 (1999); 2.2.3 (1970); 2.2.5 (1970); 2.3.9 (2005); 4.1.10 (2002) |
COEI-1-DIOCAR |
x (10) |
x |
Għall-inbejjed mhux frizzanti, il-kontenut massimu tad-diossidu tal-karbonju fl-inbid trattat b'dan il-mod u mqiegħed fis-suq huwa 3 g/l, u l-pressjoni żejda minħabba d-diossidu tal-karbonju għandha tkun anqas minn 1 bar f'temperatura ta' 20 °C. |
most parzjalment iffermentat għall-konsum dirett mill-bniedem tale quale, (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16) |
|
8.4 |
Ossiġenu gassuż |
E 948/CAS 17778-80-2 |
Fajl 2.1.1 (2016); 3.5.5 (2016) |
COEI-1-OXYGEN |
|
x |
|
(1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16) |
|
9 |
Aġenti tal-fermentazzjoni |
|||||||
|
9.1 |
Ħmira għall-produzzjoni tal-inbid |
-/- |
Fajl 2.3.1 (2016); 4.1.8 (1981) |
COEI-1-LESEAC |
|
x (5) |
|
Għeneb frisk, (2), (10), (11), (12), (13), it-tieni fermentazzjoni alkoħolika ta' (4), (5), (6) u (7) |
|
9.2 |
Batterji tal-aċidu lattiku |
-/- |
Fajl 3.1.2 (1979); 3.1.2.3 (1980) |
COEI-1-BALACT |
|
x (5) |
|
(1), (2), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (15) u (16) |
|
10 |
Korrezzjoni tad-difetti |
|||||||
|
10.1 |
Sulfat tar-ram, pentaidrat |
-/CAS 7758-99-8 |
Fajl 3.5.8 (1989) |
COEI-1-CUISUL |
|
x |
Limitu massimu ta' 1 g/hl, dejjem jekk il-prodott trattat ma jkollux kontenut ta' ram ta' aktar minn 1 mg/l, bl-eċċezzjoni tal-inbejjed likuri preparati mill-most tal-għeneb frisk mhux iffermentat jew ftit iffermentat, li l-kontenut ta' ram tagħhom ma jistax ikun ta' aktar minn 2 mg/l. |
most parzjalment iffermentat għall-konsum dirett mill-bniedem tale quale, (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16) |
|
10.2 |
Ċitrat tar-ram |
-/CAS 866-82-0 |
Fajl 3.5.14 (2008) |
COEI-1-CUICIT |
|
x |
Limitu massimu ta' 1 g/hl, dejjem jekk il-prodott trattat ma jkollux kontenut ta' ram ta' aktar minn 1 mg/l, bl-eċċezzjoni tal-inbejjed likuri prodotti minn most tal-għeneb frisk mhux iffermentat jew ftit iffermentat, li l-kontenut ta' ram tagħhom ma jistax ikun ta' aktar minn 2 mg/l. |
most parzjalment iffermentat għall-konsum dirett mill-bniedem tale quale, (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16) |
|
10.3 |
Kitosan derivat mill-Aspergillus niger |
-/CAS 9012-76-4 |
Fajl 3.4.16 (2009) |
COEI-1-CHITOS |
|
x |
|
(1), (2), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16) |
|
10.4 |
Kitina-glukanu derivat mill-Aspergillus niger |
Kitina: CAS 1398-61-4; Glukan: CAS 9041-22-9. |
Fajl 3.4.17 (2009) |
COEI-1-CHITGL |
|
x |
|
(1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16) |
|
10.5 |
Ħmira inattivata |
-/- |
|
COEI-1-INAYEA |
|
x (5) |
|
(1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16) |
|
11 |
Prattiki oħra |
|||||||
|
11.1 |
Reżina tal-arżnu ta' Aleppo |
-/- |
|
|
x |
|
Soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi 2 ta' dan l-Anness. |
(2), (10), (11) |
|
11.2 |
Karfa friska |
-/- |
|
|
|
x (5) |
Unikament fl-inbejjed mhux ħelwin. Il-karfa friska hija sana u mhux dilwita u fiha ħmira li tirriżulta mill-vinifikazzjoni riċenti ta' nbid mhux ħelu. Kwantitajiet mhux akbar minn 5 % fil-volum tal-prodott trattat. |
(1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16) |
|
11.3 |
Karamella |
E 150 a-d/- |
Fajl 4.3 (2007) |
COEI-1-CARAMEL |
x |
|
Li jsaħħaħ il-kulur kif definit fil-punt 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. |
(3) |
|
11.4 |
Isotijoċjanat tal-allil |
-/57-06-7 |
|
|
|
x |
Unikament għall-iskop li jiġu impregnati d-diski tal-paraffina pura. Ara t-Tabella 1. Ma għandu jkun hemm l-ebda traċċa tal-isotijoċjanat tal-allil fl-inbid. |
Unikament għall-most parzjalment iffermentat għall-konsum dirett mill-bniedem tale quale, u għall-inbid. |
|
11.5 |
Ħmira inattivata |
-/- |
|
COEI-1-INAYEA |
|
x (5) |
|
(1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16) |
Appendiċi 1
Aċidu tartariku (L (+)-) u prodotti derivati
|
1. |
L-aċidu tartariku, li l-użu tiegħu għall-iskopijiet ta' deaċidifikazzjoni huwa previst fl-entrata tal-linja 1.1 tat-Tabella 2 ta' dan l-Anness, jista' jintuża biss għal prodotti li:
|
|
2. |
L-aċidu tartariku, li l-użu tiegħu huwa previst fl-entrata tal-linja 1.1 tat-Tabella 2 ta' dan l-Anness, imsejjaħ ukoll aċidu tartariku (L(+)-), irid ikun ta' oriġini agrikola u estratt speċifikament mill-prodotti tal-inbid. Dan irid jikkonforma wkoll mal-kriterji ta' purità stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 231/2012. |
|
3. |
Il-prodotti derivati li ġejjin tal-aċidu tartariku (L (+) -), li l-użu tagħhom huwa previst fl-entrati tal-linja li ġejjin tat-Tabella 2 ta' dan l-Anness, iridu jkunu ta' oriġini agrikola:
|
Appendiċi 2
Reżina tal-arżnu ta' Aleppo
|
1. |
Ir-reżina tal-arżnu ta' Aleppo, li l-użu tagħha huwa previst fil-punt 11.1 tat-Tabella 2 ta' dan l-Anness, tista' tintuża biss għall-produzzjoni ta' nbid “retsina”. Din il-prattika enoloġika tista' titwettaq biss:
|
|
2. |
Il-Greċja għandha tinnotifika lill-Kummissjoni minn qabel jekk ikollha l-intenzjoni li temenda d-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt 1(b). Dik in-notifika għandha ssir skont ir-Regolament Delegat (UE) 2017/1183. Jekk il-Kummissjoni ma tweġibx fi żmien xahrejn minn meta tirċievi din in-notifika, il-Greċja tista' timplimenta l-emendi pjanati. |
Appendiċi 3
Reżini ta' skambju joniku
Ir-reżini ta' skambju joniku li jistgħu jintużaw skont l-entrata tal-linja 6 tat-Tabella 1 ta' dan l-Anness huma l-kopolimeri tal-istirene u tad-divinilbenżen li fihom gruppi ta' aċidu sulfoniku jew ta' ammonju. Dawn iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 u mad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni u dawk nazzjonali adottati għall-implimentazzjoni tagħhom. Barra minn hekk, meta jiġu ttestjati bil-metodu ta' analiżi stabbilit fit-tielet paragrafu ta' dan l-Appendiċi, dawn ma jridux jitilfu aktar minn 1 mg/l ta' materja organika fi kwalunkwe mis-solventi elenkati. Dawn iridu jiġu rriġenerati b'sustanzi permissibbli għall-użu fil-preparazzjoni tal-oġġetti tal-ikel.
Dawn ir-reżini jistgħu jintużaw biss bis-superviżjoni ta' enologu jew ta' tekniku, u f'installazzjonijiet approvati mill-awtoritajiet tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jintużaw dawn ir-reżini. L-awtoritajiet għandhom jistabbilixxu d-dmirijiet u r-responsabbiltà li minnhom huma inkarigati l-enologi u t-tekniċi approvati.
Metodu ta' analiżi għad-determinazzjoni tat-telf ta' materja organika mir-reżini ta' skambju joniku:
1. KAMP U QASAM TA' APPLIKAZZJONI
Il-metodu jistabbilixxi t-telf ta' materja organika mir-reżini ta' skambju joniku.
2. DEFINIZZJONI
It-telf ta' materja organika mir-reżini ta' skambju joniku. It-telf ta' materja organika huwa ddeterminat bil-metodu speċifikat.
3. PRINĊIPJU
Is-solventi tal-estrazzjoni jiġu mgħoddija minn reżini ppreparati u l-piż tal-materja organika estratta tiġi ddeterminata b'mod gravimetriku.
4. REAĠENTI
Ir-reaġenti kollha għandhom ikunu ta' kwalità analitika.
Solventi tal-estrazzjoni.
|
4.1. |
Ilma distillat jew ilma deonizzat ta' purità ekwivalenti. |
|
4.2. |
Etanol, 15 % v/v. Ipprepara billi tħallat 15-il parti ta' etanol assolut ma' 85 parti ilma (il-punt 4.1). |
|
4.3. |
Aċidu aċetiku, 5 % m/m. Ipprepara billi tħallat 5 partijiet ta' aċidu aċetikut ma' 95 parti ilma (il-punt 4.1). |
5. APPARAT
|
5.1. |
Kolonni tal-kromatografija ta' skambju joniku. |
|
5.2. |
Ċilindri tal-kejl, kapaċità 2 l. |
|
5.3. |
Dixxijiet ta' evaporazzjoni li kapaċi jifilħu sħana ta' 850 oC f'muffle furnace. |
|
5.4. |
Forn tat-tnixxif, ikkontrollat termostatikament f'temperatura ta' 105 ± 2 oC. |
|
5.5. |
Muffle furnace, ikkontrollat termostatikament f'temperatura ta' 850 ± 25 oC. |
|
5.6. |
Miżien analitiku, preċiż sa 0,1 mg. |
|
5.7. |
Evaporatur, hot plate jew evaporatur infra-red. |
6. PROĊEDURA
|
6.1. |
Żid ma' kull wieħed mit-tliet kolonni separati tal-kromatografija ta' skambju joniku (il-punt 5.1) 50 ml tar-reżina ta' skambju joniku li trid tiġi ttestjata, maħsula u ttrattata skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur għall-preparazzjoni tar-reżini għall-użu mal-ikel. |
|
6.2. |
Għar-reżini anjoniċi, għaddi t-tliet solventi ta' estrazzjoni (il-punti 4.1, 4.2 u 4.3) separatament mill-kolonni ppreparati (il-punt 6.1) b'rata ta' fluss ta' minn 350 sa 450 ml/h. F'kull każ neħħi l-ewwel litru tal-elwat u iġbor iż-żewġ litri segwenti f'ċilindri tal-kejl (il-punt 5.2). Għar-reżini katjoniċi, għaddi biss is-solventi indikati fil-punti 4.1 u 4.2 tul il-kolonni ppreparati għal dan l-iskop. |
|
6.3. |
Evapora t-tliet elwati fuq hot plate jew bl-evaporatur infra-red (il-punt 5.7) f'dixxijiet tal-evaporazzjoni separati (il-punt 5.3) li jkunu tnaddfu u ntiżnu minn qabel (m0). Qiegħed id-dixxijiet f'forn (il-punt 5.4) u nixxef għall-piż kostanti (m1). |
|
6.4. |
Wara li tkun irreġistrajt il-piż kostanti (il-punt 6.3), qiegħed id-dixx tal-evaporazzjoni fil-muffle furnace (il-punt 5.5) u inċinera sakemm tikseb il-piż kostanti (m2). |
|
6.5. |
Ikkalkula l-materja organika estratta (il-punt 7.1). Jekk ir-riżultat huwa akbar minn 1 mg/l, wettaq test blank tar-reaġenti u erġa' kkalkola l-piż tal-materja organika estratta. |
It-test blank għandu jitwettaq billi jiġu rripetuti l-operazzjonijiet fil-punti 6.3 u 6.4 imma bl-użu ta' żewġ litri tas-solvent tal-estrazzjoni, biex jagħti l-piżijiet m3 u m4 fil-punti 6.3 u 6.4 rispettivament.
7. ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI
|
7.1. |
Formula u kalkolu tar-riżultati Il-materja organika estratta mir-reżini ta' skambju joniku, espressa f'mg/litru, tinkiseb bil-formula: 500 (m1 – m2) meta m1 u m2 huma espressi fi grammi. Il-piż ikkoreġut (mg/l) tal-materja organika estratta mir-reżina ta' skambju joniku, jinkiseb bil-formula: 500 (m1 – m2 – m3 + m4) meta m1, m2, m3 u m4 huma espressi fi grammi. |
|
7.2. |
Id-differenza fir-riżultati bejn żewġ determinazzjonijiet paralleli mwettqa fuq l-istess kampjun ma tridx taqbeż 0,2 mg/l. |
Appendiċi 4
Ferroċjanur tal-potassju
Fitat tal-kalċju
Aċidu tartariku DL
Il-ferroċjanur tal-potassju jew il-fitat tal-kalċju, li l-użu tiegħu huwa previst fl-entrati tal-linja 6.5 u 6.6 tat-Tabella 2 ta' dan l-Anness, jew l-aċidu tartariku DL, li l-użu tiegħu huwa previst fl-entrata tal-linja 6.9 tat-Tabella 2 ta' dan l-Anness, jista' jintuża biss bis-superviżjoni ta' enologu jew ta' tekniku uffiċjalment approvat mill-awtoritajiet tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jitwettaq il-proċess, u li l-limiti tar-responsabbiltà tiegħu jiġu ddeterminati, jekk meħtieġ, mill-Istat Membru konċernat.
Wara t-trattament bil-ferroċjanur tal-potassju jew bil-fitat tal-kalċju, l-inbid għandu jkollu fih traċċi tal-ħadid.
Is-superviżjoni tal-użu tal-prodott li għalih jirreferi l-ewwel paragrafu għandha tkun irregolata bid-dispożizzjonijiet adottati mill-Istati Membri.
Appendiċi 5
Rekwiżiti dwar it-trattament bl-elettrodijaliżi
L-iskop ta' dan it-trattament huwa li tinkiseb l-istabbiltà tartarika tal-inbid fir-rigward tat-tartrat idroġenat tal-potassju u tat-tartrat tal-kalċju (u mluħa tal-kalċju oħra), bl-estrazzjoni ta' joni fis-supersaturazzjoni fl-inbid bl-azzjoni ta' kamp elettriku u bl-użu ta' membrani li jkunu permeabbli għall-anjoni jew għall-katjoni.
1. REKWIŻITI DWAR IL-MEMBRANI
|
1.1. |
Il-membrani jiġu rranġati b'mod alternanti f'sistema tat-tip “filtru-pressa” jew xi sistema oħra xierqa li tissepara l-kompartiment tat-trattament (l-inbid) u dak tal-konċentrazzjoni (l-ilma mormi). |
|
1.2. |
Il-membrani permeabbli għall-katjoni jridu jkunu ddisinjati biex jiġbdu biss il-katjoni, b'mod partikolari K+, Ca++. |
|
1.3. |
Il-membrani permeabbli għall-anjoni jridu jkunu ddisinjati biex jiġbdu biss l-anjoni, b'mod partikolari l-anjoni tat-tartrat. |
|
1.4. |
Il-membrani ma jridux jimmodifikaw eċċessivament il-kompożizzjoni fiżikokimika u l-karatteristiċi sensorjali tal-inbid. Dawn iridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
L-istabbilità tal-membrani friski tal-elettrodijaliżi għandha tiġi ddeterminata bl-użu ta' simulant li jirriproduċi l-kompożizzjoni fiżikokimika tal-inbid għall-investigazzjoni tal-migrazzjoni possibbli minnhom ta' ċerti sustanzi.
Il-metodu sperimentali rakkomandat huwa kif ġej:
Is-simulant huwa soluzzjoni idroalkoħolika mnaqqsa għall-pH u l-konduttività tal-inbid. Il-kompożizzjoni tagħha hija kif ġej:
|
— |
etanol assolut: 11 l, |
|
— |
tartrat idroġenat tal-potassju: 380 g, |
|
— |
klorur tal-potassju: 60 g, |
|
— |
aċidu sulfuriku konċentrat: 5 ml, |
|
— |
ilma distillat: għall-kwantità ta' 100 litru, |
Din is-soluzzjoni tintuża għat-testijiet ta' migrazzjoni f'ċirkwit magħluq fuq kolonna tal-elettrodijaliżi taħt tensjoni (1 volt/ċellula), u fuq il-bażi ta' 50 l/m2 ta' membrani anjoniċi u katjoniċi, sakemm tintlaħaq demineralizzazzjoni tas-soluzzjoni ta' 50 %. Iċ-ċirkwit effluwenti jinbeda b'soluzzjoni ta' klorur tal-potassju ta' 5 g/l. Isiru testijiet għas-sustanzi migranti kemm fis-simulant kif ukoll fl-effluwent.
Jiġu ddeterminati l-molekuli organiċi li jiffurmaw parti mill-kompożizzjoni tal-membrana li huma suxxettibbli li jemigraw għal ġos-soluzzjoni trattata. Titwettaq determinazzjoni speċifika għal kull wieħed minn dawn il-kostitwenti minn laboratorju approvat. Il-kontenut fis-simulant tal-komponenti determinati kollha jrid ikun anqas minn 50 μg/l.
B'mod ġenerali, ir-regoli ġenerali għall-kontrolli tal-materjali li jiġu f'kuntatt mal-oġġetti tal-ikel iridu jiġu applikati għal dawn il-membrani.
2. REKWIŻITI DWAR L-UTILIZZAZZJONI TAL-MEMBRANI
Il-par ta' membrani huwa fformulat sabiex jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
— |
it-tnaqqis tal-pH tal-inbid ma jridx ikun aktar minn 0,3 unitajiet tal-pH, |
|
— |
it-tnaqqis tal-aċidità volatili irid ikun anqas minn 0,12 g/l (2 meq espress bħala aċidu aċetiku), |
|
— |
it-trattament ma jridx jaffettwa l-kostitwenti mhux joniċi tal-inbid, b'mod partikolari l-polifenoli u l-polisakkaridi, |
|
— |
id-diffużjoni ta' molekuli żgħar bħall-etanol trid titnaqqas u m'għandhiex tikkawża tnaqqis fil-qawwa alkoħolika ta' aktar minn 0,1 % vol., |
|
— |
il-membrani jridu jiġu kkonservati u mnaddfa b'metodi approvati b'sustanzi awtorizzati għall-użu fil-preparazzjoni tal-oġġetti tal-ikel, |
|
— |
il-membrani jiġu mmarkati sabiex tkun tista' tiġi ċċekkjata l-alternazzjoni fil-munzell, |
|
— |
it-tagħmir għandu jitħaddem permezz ta' mekkaniżmu ta' kmand u kontroll li jqis l-instabbiltà partikolari ta' kull inbid sabiex jelimina biss is-supersaturazzjoni tat-tartrat idroġenat tal-potassju u tal-imluħa tal-kalċju, |
|
— |
it-trattament jeħtieġ isir bir-responsabbiltà ta' enologu jew ta' tekniku kwalifikat. |
It-trattament għandu jiddaħħal fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 147(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
Appendiċi 6
Rekwiżiti dwar l-ureażi
|
1. |
Kodiċi internazzjonali għall-ureażi: EC 3-5-1-5, Nru CAS: 9002-13-5. |
|
2. |
Attività: attività ureażi (attiva f'pH aċiduż), biex l-urea tissepara f'ammonijaka u f'diossidu tal-karbonju. L-attività msemmija ma tkunx anqas minn 5 unitajiet/mg, meta unità waħda tkun definita bħala l-ammont li jipproduċi μmol wieħed ta' ammonijaka kull minuta f'37 oC minn 5 g/l urea f'pH 4. |
|
3. |
Oriġini: Lactobacillus fermentum. |
|
4. |
Qasam ta' applikazzjoni: is-separazzjoni tal-urea preżenti fl-inbid maħsub għall-maturazzjoni prolongata, meta l-konċentrazzjoni inizjali tal-urea tkun ogħla minn 1 mg/l. |
|
5. |
Doża massima: 75 mg ta' preparazzjoni enżimatika għal kull litru ta' nbid trattat, li ma taqbiżx 375 unità ta' ureażi għal kull litru ta' nbid. Wara t-trattament, l-attività enżimatika residwa kollha trid tiġi eliminata bil-filtrazzjoni tal-inbid (daqs tal-pori < 1 μm). |
|
6. |
Speċifikazzjonijiet tal-purità kimika u mikrobijoloġika:
L-ureażi li tintuża fit-trattament tal-inbid trid tiġi ppreparata f'kundizzjonijiet simili għal dawk tal-ureażi kif kopert fid-dokument “Opinion on the use of urease prepared from Lactobacillus fermentum in wine production” tal-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel tal-10 ta' Diċembru 1998. |
Appendiċi 7
Rekwiżiti dwar il-biċċiet tal-injam tal-ballut
SKOP, ORIĠINI, U QASAM TA' APPLIKAZZJONI
Il-biċċiet tal-injam tal-ballut jintużaw għall-produzzjoni u għall-maturazzjoni tal-inbejjed, inkluż għall-fermentazzjoni tal-għeneb frisk u tal-most, kif ukoll sabiex jagħtu lill-inbid ċerti karatteristiċi mill-injam tal-ballut.
Il-biċċiet tal-injam tal-ballut iridu jkunu esklussivament tal-genus Quercus.
Jistgħu jitħallew fl-istat naturali tagħhom, jew jiġu msaħħna f'temperatura baxxa, medja jew għolja, iżda ma jistgħux ikunu għaddew minn kombustjoni, lanqas mill-kombustjoni tas-superfiċje, ma jistax ikun fihom il-karbonju u ma jistgħux jitrammlu malli jintmessu. Ma jistgħux ikunu għaddew minn xi proċess kimiku, enżimatiku jew fiżiku għajr it-tisħin. L-ebda prodott ma jista' jiżdied bl-iskop li tiżdied it-togħma naturali jew jiżdied l-ammont tal-komposti fenoliċi tagħhom.
TIKKETTAR
It-tikketta trid issemmi l-oriġini tal-ispeċi botanika tal-ballut kif ukoll l-intensità tat-tisħin, il-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-prekawzjonijiet tas-sikurezza.
DIMENSJONIJIET
Id-dimensjonijiet tal-biċċiet tal-injam tal-ballut iridu jkunu tali li mill-anqas 95 % bil-piż jinżamm b'filtru malja ta' 2 mm (jiġifieri 9 mesh).
PURITÀ
Il-biċċiet tal-injam tal-ballut ma jistgħux jirrilaxxaw xi sustanza f'konċentrazzjonijiet li jistgħu jkunu ta' ħsara għas-saħħa.
It-trattament għandu jiddaħħal fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 147(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
Appendiċi 8
Rekwiżiti dwar it-trattament tal-korrezzjoni tal-kontenut tal-alkoħol tal-inbejjed
It-trattament tal-korrezzjoni tal-kontenut tal-alkoħol (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “it-trattament”) għandu l-għan li jnaqqas l-ammont żejjed tal-etanol fl-inbid, sabiex jittejjeb il-bilanċ fit-togħma tiegħu.
Rekwiżiti:
|
(1) |
L-objettivi jistgħu jintlaħqu permezz ta' tekniki ta' separazzjoni applikati waħedhom jew flimkien. |
|
(2) |
L-inbejjed trattati ma jrid ikollhom l-ebda difett organolettiku, u jridu jkunu xierqa għall-konsum dirett mill-bniedem. |
|
(3) |
It-tneħħija tal-alkoħol mill-inbid ma tistax issir jekk waħda mill-operazzjonijiet ta' arrikkiment stabbiliti fil-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tkun ġiet applikata għal wieħed mill-prodotti tal-inbid użati fil-preparazzjoni tal-inbid konċernat. |
|
(4) |
Il-kontenut tal-alkoħol jista' jitnaqqas b'massimu ta' 20 % u l-qawwa alkoħolika totali skont il-volum tal-prodott finali trid tkun konformi ma' dik definita fil-punt (a) tat-tieni paragrafu tal-punt (1) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(5) |
It-trattament jeħtieġ isir bir-responsabbiltà ta' enologu jew ta' tekniku kwalifikat. |
|
(6) |
It-trattament irid jiddaħħal fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 147(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(7) |
L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li t-trattament jiġi nnotifikat minn qabel lill-awtoritajiet kompetenti. |
Appendiċi 9
Rekwiżiti dwar it-trattament tat-tnaqqis tal-kontenut taz-zokkor fil-most permezz tal-abbinament tal-membrani
It-trattament tat-tnaqqis tal-kontenut taz-zokkor (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “it-trattament”) għandu l-għan li jneħħi z-zokkor mill-most, permezz tal-abbinament tal-membrani li jassoċja l-mikrofiltrazzjoni u l-ultrafiltrazzjoni man-nanofiltrazzjoni jew mal-ożmożi inversa.
Rekwiżiti:
|
(1) |
It-trattament iwassal għal tnaqqis fil-volum skont il-kwantità u l-kontenut taz-zokkor tas-soluzzjoni taz-zokkor li tkun tneħħiet mill-most inizjali. |
|
(2) |
Il-proċeduri jridu jippermettu li jinżamm il-kontenut tal-kostitwenti tal-most l-oħra, minbarra z-zokkor. |
|
(3) |
It-tnaqqis tal-kontenut taz-zokkor fil-most jeskludi l-korrezzjoni tal-kontenut tal-akoħol tal-inbejjed li jinkisbu minn dan il-most. |
|
(4) |
It-trattament ma jridx jintuża flimkien ma' waħda mill-operazzjonijiet ta' arrikkiment previsti fil-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(5) |
It-trattament isir fuq volum ta' most determinat skont l-ammont tat-tnaqqis tal-kontenut taz-zokkor li jrid jinkiseb. |
|
(6) |
L-ewwel stadju għandu l-għan li jadatta l-most għat-tieni stadju tal-konċentrazzjoni, min-naħa waħda, u li jikkonserva l-makromolekuli li jkunu ta' daqs ikbar mil-limitu ta' qtugħ tal-membrana, min-naħa l-oħra. Dan l-istadju jista' jitwettaq permezz tal-ultrafiltrazzjoni. |
|
(7) |
Il-permeat miksub waqt l-ewwel stadju tat-trattament imbagħad jiġi kkonċentrat permezz tan-nanofiltrazzjoni jew tal-ożmożi inversa. L-ilma oriġinali u l-aċidi organiċi li ma jinżammux min-nanofiltrazzjoni jistgħu, b'mod partikolari, jiġu introdotti mill-ġdid fil-most li jkun sarlu t-trattament. |
|
(8) |
It-trattament jeħtieġ isir bir-responsabbiltà ta' enologu jew ta' tekniku kwalifikat. |
|
(9) |
Il-membrani li jintużaw iridu jkunu konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 u tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 u mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati għall-implimentazzjoni tagħhom. Dawn iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali ppubblikat mill-OIV. |
Appendiċi 10
Rekwiżiti dwar it-trattament tal-inbejjed bl-użu tat-teknoloġija tal-membrana abbinata mal-karbonju attivat biex jitnaqqas l-eċċess tal-4-etilfenol u tal-4-etilgwajakolu
L-għan ta' dan it-trattament huwa li jitnaqqas il-kontenut tal-4-etilfenol u l-4-etilgwajakolu ta' oriġini mikrobjali li jikkostitwixxi difetti organolettiċi u jostor l-aromi tal-inbid.
Rekwiżiti:
|
(1) |
It-trattament jeħtieġ isir bir-responsabbiltà ta' enologu jew ta' tekniku kwalifikat. |
|
(2) |
It-trattament irid jiddaħħal fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 147(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(3) |
Il-membrani li jintużaw iridu jkunu konformi mar-rekwiżiti tar-Regolamenti (KE) Nru 1935/2004 u (UE) Nru 10/2011 u mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati għall-implimentazzjoni tagħhom. Dawn iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali ppubblikat mill-OIV. |
PARTI B
KONTENUT MASSIMU TAD-DIOSSIDU TAL-KUBRIT TAL-INBEJJED
A. IL-KONTENUT TAD-DIOSSIDU TAL-KUBRIT TAL-INBEJJED
|
1. |
Il-kontenut totali tad-diossidu tal-kubrit tal-inbejjed, minbarra l-inbejjed frizzanti u l-inbejjed likuri, mar-rilaxx tagħhom fis-suq għall-konsum dirett mill-bniedem, ma jistax jaqbeż:
|
|
2. |
Minkejja l-punti 1(a) u (b), il-kontenut massimu tad-diossidu tal-kubrit għandu jiżdied, fir-rigward tal-inbejjed b'kontenut taz-zokkor, espress bħala s-somma ta' glukożju u fruttożju, ta' mhux anqas minn ħames grammi kull litru, għal:
|
|
3. |
Il-listi tal-inbejjed b'denominazzjoni ta' oriġini protetta jew b'indikazzjoni ġeografika protetta stabbiliti fil-punti 2(c), (d) u (e) jistgħu jiġu emendati biex jinkludu nbejjed ġodda jew meta jiġu emendati l-kundizzjonijiet tal-produzzjoni tal-inbejjed jew meta tinbidel id-denominazzjoni ta' oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika. L-Istati Membri għandhom jibagħtu talba għal deroga lill-Kummissjoni b'konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1183 u għandhom jipprovdu l-informazzjoni teknika kollha meħtieġa għall-inbejjed konċernati, inklużi l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott tagħhom u l-kwantitajiet annwali prodotti. |
|
4. |
Fis-snin meta l-kundizzjonijiet klimatiċi jeħtieġuha b'mod eċċezzjonali, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw żieda ta' massimu ta' 50 milligramma kull litru fit-total massimu tal-livelli tad-diossidu tal-kubrit ta' anqas minn 300 milligramma kull litru għall-inbejjed prodotti f'ċerti żoni ta' vitikultura fit-territorju tagħhom. Fi żmien xahar wara l-għoti tad-deroga l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-derogi lill-Kummissjoni, b'konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2017/1183 billi jispeċifikaw is-sena, iż-żoni ta' vitikulutra u l-inbejjed konċernati u billi jipprovdu evidenza li tindika li l-kundizzjonijiet klimatiċi jagħmlu ż-żieda meħtieġa. Imbagħad il-Kummissjoni għandha tippubblika d-deroga fis-sit web tagħha. |
|
5. |
L-Istati Membri jistgħu japplikaw dispożizzjonijiet aktar restrittivi għall-inbejjed prodotti fit-territorju tagħhom. |
B. IL-KONTENUT TAD-DIOSSIDU TAL-KUBRIT TAL-INBEJJED LIKURI
Il-kontenut massimu tad-diossidu tal-kubrit tal-inbejjed likuri, mar-rilaxx tagħhom fis-suq għall-konsum dirett mill-bniedem, ma jistax jaqbeż:
|
(a) |
150 mg/l meta l-kontenut taz-zokkor ikun ta' anqas minn 5 g/l; |
|
(b) |
200 mg/l meta l-kontenut taz-zokkor ma jkunx anqas minn 5 g/l. |
C. IL-KONTENUT TAD-DIOSSIDU TAL-KUBRIT TAL-INBEJJED FRIZZANTI
|
1. |
Il-kontenut massimu tad-diossidu tal-kubrit tal-inbejjed frizzanti, mar-rilaxx tagħhom fis-suq għall-konsum dirett mill-bniedem, ma jistax jaqbeż:
|
|
2. |
Meta l-kundizzjonijiet klimatiċi jeħtieġuha f'ċerti żoni ta' vitikultura tal-Unjoni, l-Istati Membri konċernati jistgħu jawtorizzaw żieda sa 40 mg/l fil-kontenut massimu totali tad-diossidu tal-kubrit għall-inbejjed frizzanti msemmija fil-punt 1(a) u (b) prodotti fit-territorju tagħhom, dejjem jekk l-inbejjed koperti minn din l-awtorizzazzjoni ma jintbagħtux barra mill-Istat Membru konċernat. |
PARTI C
IL-KONTENUT MASSIMU TAL-AĊIDU VOLATILI TAL-INBEJJED
|
1. |
Il-kontenut tal-aċidu volatili ma għandux jaqbeż:
|
|
2. |
Il-livelli msemmija fil-punt 1 għandhom japplikaw:
|
|
3. |
L-Istati Membri jistgħu jagħtu derogi mil-limiti stabbiliti fil-punt 1:
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-derogi lill-Kummissjoni skont ir-Regolament Delegat (UE) 2017/1183 u fi żmien xahar wara d-data tal-għoti tad-deroga. Imbagħad il-Kummissjoni għandha tippubblika d-deroga fis-sit web tagħha. |
PARTI D
LIMITI U KUNDIZZJONIJIET GĦAŻ-ŻIEDA FIL-ĦLEWWA TAL-INBEJJED
|
1. |
Iż-żieda fil-ħlewwa tal-inbid tista' tiġi awtorizzata biss jekk titwettaq bl-użu ta' wieħed jew aktar minn dawn il-prodotti li ġejjin:
Il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum tal-inbid konċernat ma għandhiex tiżdied b'aktar minn 4 % vol. |
|
2. |
Iż-żieda fil-ħlewwa tal-inbejjed importati maħsubin għall-konsum dirett mill-bniedem u li jkollhom indikazzjoni ġeografika hija pprojbita fit-territorju tal-Unjoni. Iż-żieda fil-ħlewwa ta' nbejjed oħra importati għandha tkun soġġetta għall-istess kundizzjonijiet bħall-inbejjed prodotti fl-Unjoni. |
|
3. |
Iż-żieda fil-ħlewwa ta' nbid b'denominazzjoni ta' oriġini protetta tista' tiġi awtorizzata minn Stat Membru biss jekk issir:
Il-most tal-għeneb u l-most tal-għeneb konċentrat imsemmija fil-punt 1 għandhom joriġinaw mill-istess reġjun bħall-inbid li tinżiedlu l-ħlewwa. |
|
4. |
Iż-żieda fil-ħlewwa tal-inbejjed għandha tkun awtorizzata biss fl-istadji tal-produzzjoni u tal-bejgħ bl-ingrossa. |
(1) Is-sena fil-parentesi li ssegwi r-referenzi għall-fajl tal-Kodiċi tal-Prattiki Enoloġiċi tal-OIV, tindika l-verżjoni tal-fajl awtorizzat mill-Unjoni bħala prattiki enoloġiċi awtorizzati, soġġett għall-kundizzjonijiet u l-limiti tal-użu stabbiliti f'din it-tabella.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 tal-14 ta' Jannar 2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f'kuntatt mal-ikel (ĠU L 12, 15.1.2011, p. 1).
(4) Is-sena fil-parentesi li ssegwi r-referenzi għall-fajl tal-Kodiċi tal-Prattiki Enoloġiċi tal-OIV, tindika l-verżjoni tal-fajl awtorizzat mill-Unjoni bħala prattiki enoloġiċi awtorizzati, soġġett għall-kundizzjonijiet u l-limiti tal-użu stabbiliti f'din it-tabella.
(5) Is-sustanzi użati bħala għajnuniet għall-ipproċessar kif imsemmija fl-Artikolu 20(d) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).
(6) Il-komposti enoloġiċi awtorizzati għandhom jintużaw b'konformità mad-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-fajls tal-Kodiċi tal-Prattiki Enoloġiċi tal-OIV imsemmija fil-kolonna 3 sakemm ma jkunux japplikaw aktar kundizzjonijiet u limiti tal-użu kif stabbiliti f'din il-kolonna.
(7) Jekk mhux applikabbli għall-kategoriji kollha ta' prodotti tal-inbid stabbiliti fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
(8) L-imluħa tal-ammonju msemmija fil-linja 4.2, 4.3 u 4.4 jistgħu jintużaw ukoll flimkien, sal-limitu globali ta' 1 g/l jew 0,3 g/l għat-tieni fermentazzjoni tal-inbid frizzanti. Madankollu, il-melħ tal-ammonju msemmi fil-linja 4.4 ma jistax jaqbeż il-limitu msemmi fil-linja 4.4.
(9) Ara wkoll l-Artikolu 9(2) ta' dan ir-Regolament.
(10) Meta jintużaw bħala addittivi, fil-punt 20 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16).
ANNESS II
PRATTIKI ENOLOĠIĊI AWTORIZZATI U RESTRIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦALL-INBEJJED FRIZZANTI, GĦALL-INBEJJED FRIZZANTI TA' KWALITÀ U GĦALL-INBEJJED FRIZZANTI AROMATIĊI TA' KWALITÀ
A. Inbid frizzanti
|
1. |
Għall-finijiet ta' dan il-punt u tat-Taqsimiet B u C ta' dan l-Anness:
|
|
2. |
Il-likur ta' spedizzjoni jista' jkun fih biss:
biż-żieda possibbli ta' distillat tal-inbid. |
|
3. |
Mingħajr preġudizzju għall-arrikkiment awtorizzat bir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għall-kostitwenti tal-cuvée, kull arrikkiment tal-cuvée għandu jkun ipprojbit. |
|
4. |
Madankollu, fir-rigward tar-reġjuni u l-varjetajiet li għalihom huwa ġustifikat mil-lat tekniku, kull Stat Membru jista' jawtorizza l-arrikkiment tal-cuvée fil-post ta' produzzjoni tal-inbejjed frizzanti, dejjem jekk:
|
|
5. |
Iż-żieda tal-likur tirage u ż-żieda tal-likur ta' spedizzjoni m'għandhom jitqiesu la bħala arrikkiment u lanqas bħala żieda ta' ħlewwa. Iż-żieda tal-likur tirage ma għandhiex iġġib magħha żieda fil-qawwa alkoħolika totali skont il-volum tal-cuvée ta' aktar minn 1,5 % vol. Din iż-żieda għandha titkejjel billi tiġi kkalkolata l-qabża bejn il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum tal-cuvée u bejn il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum tal-inbid frizzanti qabel iż-żieda tal-likur ta' spedizzjoni. |
|
6. |
Iż-żieda tal-likur ta' spedizzjoni għandha ssir b'mod li ma żżidx il-qawwa alkoħolika proprja b'aktar minn 0,5 % vol.skont il-volum tal-inbid frizzanti. |
|
7. |
Iż-żieda fil-ħlewwa tal-cuvée u tal-kostitwenti tiegħu għandu jkun projbit. |
|
8. |
Minbarra xi aċidifikazzjoni jew deaċidifikazzjoni tal-kostitwenti skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-cuvée tista' tkun soġġetta għall-aċidifikazzjoni jew għad-deaċidifikazzjoni. L-aċidifikazzjoni u d-deaċidifikazzjoni tal-cuvée għandhom ikunu reċiprokament esklussivi. L-aċidifikazzjoni tal-inbejjed tista' sseħħ biss sa limitu massimu ta' 1,5 g/l, espress bħala aċidu tartariku, jew 20 milliekwivalenti kull litru. |
|
9. |
Fis-snin meta jkun hemm kundizzjonijiet klimatiċi eċċezzjonali, il-limitu massimu ta' 1,5 grammi kull litru, jew ta' 20 milliekwivalenti kull litru, jista' jiżdied għal 2,5 grammi kull litru, jew 34 milli-ekwivalenti kull litru, sakemm l-aċidità naturali tal-prodotti ma tkunx anqas minn 3 g/l, espressa bħala aċidu tartariku, jew 40 milliekwivalenti kull litru. |
|
10. |
Id-diossidu tal-karbonju li jinsab fl-inbejjed frizzanti jista' jiġi prodott unikament mill-fermentazzjoni alkoħolika tal-cuvée li minnha jkun sar l-inbid konċernat.
Din il-fermentazzjoni, sakemm ma tkunx maħsuba għall-ipproċessar tal-għeneb, tal-most tal-għeneb jew tal-most tal-għeneb parzjalment iffermentat direttament f'nbid frizzanti, tista' tirriżulta biss miż-żieda tal-likur tirage. Tista' ssir biss fi fliexken jew f'tankijiet magħluqin. L-użu tad-diossidu tal-karbonju fil-każ tal-proċess tat-trasferiment permezz ta' kontropressjoni huwa awtorizzat bis-superviżjoni u bil-kundizzjoni li l-iskambji inevitabbli ta' gass mad-diossidu tal-karbonju mill-fermentazzjoni alkoħolika tal-cuvée ma jżidux il-pressjoni tad-diossidu tal-karbonju li jkun hemm fl-inbejjed frizzanti. |
|
11. |
Fil-każ ta' nbejjed oħra minbarra dawk frizzanti b'denominazzjoni ta' oriġini protetta:
|
B. Inbid frizzanti ta' kwalità
|
1. |
Il-likur tirage maħsub għall-produzzjoni ta' nbid frizzanti ta' kwalità jista' jkun fih biss:
|
|
2. |
L-Istati Membri produtturi jistgħu jiddefinixxu kwalunkwe karatteristika supplimentari jew aktar stretta jew kundizzjonijiet ta' produzzjoni u ta' ċirkolazzjoni għall-inbejjed frizzanti ta' kwalità prodotti fit-territorju tagħhom. |
|
3. |
Il-manifattura tal-inbejjed frizzanti ta' kwalità hija koperta wkoll mir-regoli msemmija:
|
|
4. |
Fir-rigward tal-inbejjed frizzanti aromatiċi ta' kwalità:
|
C. Inbejjed frizzanti u nbejjed frizzanti ta' kwalità b'denominazzjoni ta' oriġini protetta
|
1. |
Il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum tal-cuvées maħsubin għall-preparazzjoni tal-inbejjed frizzanti ta' kwalità b'denominazzjoni ta' oriġini protetta ma għandhiex tkun anqas minn:
|
|
2. |
Madankollu, il-cuvées maħsubin għall-produzzjoni tal-inbejjed frizzanti ta' kwalità bid-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti “Prosecco”, “Conegliano Valdobbiadene — Prosecco” u “Colli Asolani — Prosecco” jew “Asolo — Prosecco”, u li jkunu magħmula minn varjetà tad-dielja unika, jista' jkollhom qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta' mhux anqas minn 8,5 % vol. |
|
3. |
Il-qawwa alkoħolika proprja skont il-volum tal-inbejjed frizzanti ta' kwalità b'denominazzjoni ta' oriġini protetta, inkluż l-alkoħol li jinsab fil-likur ta' spedizzjoni jekk dan ikun żdied miegħu, għandha tkun ta' mhux anqas minn 10 % vol. |
|
4. |
Il-likur tirage għall-inbejjed frizzanti u għall-inbejjed frizzanti ta' kwalità b'denominazzjoni ta' oriġini protetta jista' jkun fih biss:
kif ukoll:
adattati biex jipproduċu l-istess inbid frizzanti jew inbid frizzanti ta' kwalità b'denominazzjoni ta' oriġini protetta bħal dak li miegħu jiżdied il-likur tirage. |
|
5. |
Minkejja l-punt 5(c) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, meta jinżammu f'temperatura ta' 20 °C f'kontenituri magħluqa li jifilħu anqas minn 25 cl, l-inbejjed frizzanti ta' kwalità b'denominazzjoni ta' oriġini protetta għandu jkollhom pressjoni żejda ta' mhux anqas minn 3 bar. |
|
6. |
It-tul ta' żmien li l-proċess jieħu sakemm isiru nbejjed frizzanti ta' kwalità b'denominazzjoni ta' oriġini protetta, inkluż il-maturazzjoni fl-impriża fejn isiru u kkalkulat mill-bidu tal-proċess ta' fermentazzjoni maħsub biex l-inbejjed isiru frizzanti, ma jistax ikun anqas minn:
|
|
7. |
It-tul ta' żmien tal-proċess ta' fermentazzjoni maħsub biex l-inbejjed isiru frizzanti, u t-tul ta' żmien tal-preżenza tal-cuvée fuq il-karfa, m'għandhomx ikunu iqsar minn:
|
|
8. |
Ir-regoli stabbiliti fil-punti 1 sa 10 tat-Taqsima A u fil-punt 2 tat-Taqsima B għandhom japplikaw ukoll għall-inbejjed frizzanti u għall-inbejjed frizzanti ta' kwalità b'denominazzjoni ta' oriġini protetta. |
|
9. |
Fir-rigward tal-inbejjed frizzanti aromatiċi ta' kwalità b'denominazzjoni ta' oriġini protetta:
|
Appendiċi
Lista ta' varjetajiet tal-għeneb tal-inbid li jistgħu jintużaw biex jikkostitwixxu l-cuvée għall-preparazzjoni tal-inbejjed frizzanti aromatiċi u tal-inbejjed frizzanti ta' kwalità b'denominazzjoni ta' oriġini protetta
|
|
Airén |
|
|
Albariño |
|
|
Aleatico N |
|
|
Alvarinho |
|
|
Ασύρτικο (Assyrtiko) |
|
|
Bourboulenc B |
|
|
Brachetto N. |
|
|
Busuioacă de Bohotin |
|
|
Clairette B |
|
|
Colombard B |
|
|
Csaba gyöngye B |
|
|
Cserszegi fűszeres B |
|
|
Devín |
|
|
Fernão Pires |
|
|
Freisa N |
|
|
Gamay N |
|
|
Gewürztraminer Rs |
|
|
Girò N |
|
|
Glera |
|
|
Γλυκερύθρα (Glykerythra) |
|
|
Huxelrebe |
|
|
Irsai Olivér B |
|
|
Macabeo B |
|
|
Macabeu B |
|
|
Toutes les Malvasías |
|
|
Il-Malvoisies kollha |
|
|
Mauzac blanc u rosé |
|
|
Monica N |
|
|
Tous les Moscateles |
|
|
Μοσχοφίλερο (Moschofilero) |
|
|
Müller-Thurgau B |
|
|
Il-Muscatels kollha |
|
|
Manzoni moscato |
|
|
Nektár |
|
|
Pálava B |
|
|
Parellada B |
|
|
Perle B |
|
|
Piquepoul B |
|
|
Poulsard |
|
|
Ροδίτης (Roditis) |
|
|
Scheurebe |
|
|
Tămâioasă românească |
|
|
Torbato |
|
|
Touriga Nacional |
|
|
Verdejo |
|
|
Zefír B |
ANNESS III
PRATTIKI ENOLOĠIĊI AWTORIZZATI U RESTRIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦALL-INBEJJED LIKURI U GĦALL-INBEJJED LIKURI B'DENOMINAZZJONI TA' ORIĠINI PROTETTA JEW B'INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA
A. Inbejjed likuri
|
1. |
Il-prodotti msemmija fil-punt (3)(c) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u li jintużaw għall-preparazzjoni tal-inbejjed likuri u tal-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta jew b'indikazzjoni ġeografika protetta jistgħu jkunu għaddew biss, skont il-każ, mill-prattiki u l-proċessi enoloġiċi msemmija fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew f'dan ir-Regolament. |
|
2. |
Madankollu,
|
|
3. |
Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet ta' natura aktar restrittiva li l-Istati Membri jistgħu jadottaw għall-inbejjed likuri u għall-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta jew b'indikazzjoni ġeografika protetta mħejjija fit-territorju tagħhom, il-prattiki enoloġiċi msemmija fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u f'dan ir-Regolament għandhom ikunu awtorizzati għal dawk il-prodotti. |
|
4. |
Dawn li ġejjin huma awtorizzati wkoll:
|
|
5. |
Il-varjetajiet tad-dielja li minnhom jiġu prodotti l-prodotti msemmija fil-punt (3)(c) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li jintużaw għall-preparazzjoni tal-inbejjed likuri u tal-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta jew b'indikazzjoni ġeografika protetta, jintgħażlu minn dawk imsemmija fl-Artikolu 81(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
6. |
Il-qawwa alkoħolika naturali skont il-volum tal-prodotti msemmija fil-punt (3)(c) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li tintuża għall-preparazzjoni ta' nbid likur minbarra nbid likur b'denominazzjoni ta' oriġini protetta jew b'indikazzjoni ġeografika protetta ma tistax tkun anqas minn 12 % vol. |
B. Inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta (dispożizzjonijiet differenti minn dawk stabbiliti fit-Taqsima A ta' dan l-Anness u li jikkonċernaw speċifikament l-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta)
|
1. |
Il-lista tal-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta li l-produzzjoni tagħhom tinvolvi l-użu ta' most tal-għeneb jew ta' taħlita ta' most tal-għeneb u nbid, imsemmija fir-raba' inċiż tal-punt (3)(c) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, hija stabbilita fit-Taqsima A tal-Appendiċi 1 ta' dan l-Anness. |
|
2. |
Il-lista tal-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta li magħhom jistgħu jiżdiedu l-prodotti msemmija fil-punt (3)(f) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 hija mogħtija fit-Taqsima B tal-Appendiċi 1 ta' dan l-Anness. |
|
3. |
Il-prodotti msemmija fil-punt (3)(c) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u tal-most tal-għeneb konċentrat u tal-most tal-għeneb parzjalment iffermentat miksub minn għeneb imqadded, imsemmija fil-punt (3)(f)(iii) ta' dik il-Parti II tal-Anness VII użati għall-preparazzjoni ta' nbid likur b'denominazzjoni ta' oriġini protetta jridu jkunu ġejjin mir-reġjun, li l-isem tiegħu jkun jidher fuq dan l-inbid likur b'denominazzjoni ta' oriġini protetta.
Madankollu, fir-rigward tal-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta “Málaga” u “Jerez-Xérès-Sherry”, tal-most tal-għeneb imqadded li miegħu jiżdied l-alkoħol newtrali ta' oriġini vitikulturali sabiex ma jkunx hemm fermentazzjoni, miksub mill-varjetà tad-dielja Pedro Ximénez, mir-reġjun “Montilla-Moriles”. |
|
4. |
L-operazzjonijiet imsemmija fil-punti 1 sa 4 tat-Taqsima A ta' dan l-Anness għall-preparazzjoni ta' nbid likur b'denominazzjoni ta' oriġini protetta jistgħu jitwettqu biss fir-reġjun imsemmi fil-punt 3.
Madankollu, fir-rigward tal-inbid likur b'denominazzjoni ta' oriġini protetta, li għalih hija riżervata d-denominazzjoni “Porto” għall-prodott ippreparat mill-għeneb miksub mir-reġjun imsejjaħ “Douro”, il-proċessi addizzjonali tal-manifattura u tal-maturazzjoni jistgħu jsiru fir-reġjun imsemmi jew f'Vila Nova de Gaia — Porto. |
|
5. |
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni ta' natura aktar restrittiva li l-Istati Membri jistgħu jadottaw għall-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta ppreparati fit-territorju tagħhom:
|
|
6. |
It-termini speċifiċi tradizzjonali “οίνος γλυκύς φυσικός”, “vino dulce natural”, “vino dolce naturale” u “vinho doce natural” għandhom ikunu riżervati għall-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta:
|
|
7. |
Sa fejn ikun meħtieġ għall-konformità mal-prattiki ta' produzzjoni tradizzjonali, l-Istati Membri jistgħu, għall-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta prodotti fit-territorju tagħhom, jistipulaw li l-isem tradizzjonali speċifiku “vin doux naturel” jintuża biss għall-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta li jkunu:
|
|
8. |
L-isem speċifiku tradizzjonali “vino generoso” fil-każ tal-inbejjed likuri għandu jintuża biss għall-inbejjed likuri mhux ħelwin b'denominazzjoni ta' oriġini protetta, prodotti totalment jew parzjalment taħt flor, kif ukoll għal dawk:
Il-produzzjoni taħt flor imsemmija fl-ewwel inċiż tfisser il-proċess bijoloġiku li, meta jseħħ l-iżvilupp spontanju ta' tertuqa ta' ħmejjer tipiċi fuq is-superfiċje liberu tal-inbid wara l-fermentazzjoni alkoħolika totali tal-most, jagħti lill-prodott il-karatteristiċi analitiċi u organolettiċi speċifiċi. |
|
9. |
L-isem speċifiku tradizzjonali “vinho generoso” għandu jintuża biss għall-inbejjed likuri b'denominazzjonijiet ta' oriġini protetti “Porto”, “Madeira”, “Moscatel de Setúbal” u “Carcavelos”, flimkien mad-denominazzjoni ta' oriġini rispettiva. |
|
10. |
L-isem speċifiku tradizzjonali “vino generoso de licor” għandu jintuża biss għall-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta:
|
Appendiċi 1
Lista tal-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta li l-produzzjoni tagħhom tinvolvi regoli speċjali
A. LISTA TAL-INBEJJED LIKURI B'DENOMINAZZJONI TAL-ORIĠINI PROTETTA LI L-PRODUZZJONI TAGĦHOM TINVOLVI L-UŻU TA' MOST TAL-GĦENEB JEW TA' TAĦLITA TAGĦHOM MAL-INBID
(Il-punt 1 tat-Taqsima B ta' dan l-Anness)
IL-GREĊJA
Σάμος (Samos), Μοσχάτος Πατρών (Muscat of Patra), Μοσχάτος Ρίου Πατρών (Muscat of Rio Patra), Μοσχάτος Κεφαλληνίας (Muscat of Kefalonia/Muscat de Kephalonia), Μοσχάτος Ρόδου (Muscat of Rodos), Μοσχάτος Λήμνου (Muscat of Limnos), Σητεία (Sitia), Νεμέα (Nemea), Σαντορίνη (Santorini), Δαφνές (Dafnes), Μαυροδάφνη Κεφαλληνίας (Mavrodaphne of Kefalonia), Μαυροδάφνη Πατρών (Mavrodaphni of Patra)
SPANJA
|
L-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta |
Deskrizzjoni tal-prodott kif stabbilita mir-regoli tal-Unjoni jew mil-leġiżlazzjoni nazzjonali |
|
Alicante |
Moscatel de Alicante Vino dulce |
|
Cariñena |
Vino dulce |
|
Condado de Huelva |
Pedro Ximénez Moscatel Mistela |
|
Empordà |
Mistela Moscatel |
|
Jerez-Xérès-Sherry |
Pedro Ximénez Moscatel |
|
Malaga |
Vino dulce |
|
Montilla-Moriles |
Pedro Ximénez Moscatel |
|
Priorato |
Vino dulce |
|
Tarragona |
Vino dulce |
|
Valencia |
Moscatel de Valencia Vino dulce |
L-ITALJA
Cannonau di Sardegna, Giró di Cagliari, Malvasia di Bosa, Marsala, Moscato di Sorso-Sennori, Moscato di Trani, Nascodi Cagliari, Oltrepó Pavese Moscato, San Martino della Battaglia, Trentino, Vesuvio Lacrima Christi.
B. LISTA TAL-INBEJJED LIKURI B'DENOMINAZZJONI TA' ORIĠINI PROTETTA LI L-PRODUZZJONI TAGĦHOM TINVOLVI Ż-ŻIEDA TAL-PRODOTTI LI HEMM REFERENZA GĦALIHOM FIL-PUNT (3)(f) TAL-PARTI II TAL-ANNESS VII TAR-REGOLAMENT (UE) NRU 1308/2013
(Il-punt 2 tat-Taqsima B ta' dan l-Anness)
1. Lista tal-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta li l-produzzjoni tagħhom tinvolvi żieda ta' alkoħol mill-inbid jew ta' alkoħol mill-għeneb imnixxef, b'qawwa alkoħolika proprja ta' mhux anqas minn 95 % vol. u ta' mhux aktar minn 96 % vol.
(L-ewwel inċiż tal-punt (3)(f)(ii) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)
IL-GREĊJA
Σάμος (Samos), Μοσχάτος Πατρών (Muscat of Patra), Μοσχάτος Ρίου Πατρών (Muscat of Rio Patra), Μοσχάτος Κεφαλληνίας (Muscat of Kefalonia/Muscat de Kephalonia), Μοσχάτος Ρόδου (Muscat of Rodos), Μοσχάτος Λήμνου (Muscat of Limnos), Σητεία (Sitia), Σαντορίνη (Santorini), Δαφνές (Dafnes), Μαυροδάφνη Πατρών (Mavrodaphni of Patra), Μαυροδάφνη Κεφαλληνίας (Mavrodaphne of Kefalonia).
SPANJA
Condado de Huelva, Jerez-Xérès-Sherry, Manzanilla-Sanlúcar de Barrameda, Málaga, Montilla-Moriles, Rueda, Terra Alta.
ĊIPRU
Κουμανδαρία (Commandaria).
2. Lista tal-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta li l-produzzjoni tagħhom tinvolvi ż-żieda ta' spirti distillati mill-inbid jew mill-karfa tal-għeneb b'qawwa alkoħolika proprja skont il-volum ta' mhux anqas minn 52 % vol. u ta' mhux aktar minn 86 % vol.
(It-tieni inċiż tal-punt (3)(f)(ii) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)
IL-GREĊJA
Μαυροδάφνη Πατρών (Mavrodaphni of Patra), Μαυροδάφνη Κεφαλληνίας (Mavrodaphne of Kefalonia), Σητεία (Sitia), Σαντορίνη (Santorini), Δαφνές (Dafnes), Νεμέα (Nemea).
FRANZA
Pineau des Charentes jew Pineau charentais, Floc de Gascogne, Macvin du Jura.
ĊIPRU
Κουμανδαρία (Commandaria).
3. Lista tal-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta li l-produzzjoni tagħhom tinvolvi ż-żieda ta' spirti distillati minn għeneb imqadded b'qawwa alkoħolika ta' mhux anqas minn 52 % vol. iżda anqas minn 94,5 % vol.
(It-tielet inċiż tal-punt (3)(f)(ii) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)
IL-GREĊJA
Μαυροδάφνη Πατρών (Mavrodaphni of Patra), Μαυροδάφνη Κεφαλληνίας (Mavrodaphne of Kefalonia).
4. Lista tal-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta li l-produzzjoni tagħhom tinvolvi ż-żieda ta' most parzjalment iffermentat minn għeneb imqadded
(L-ewwel inċiż tal-punt (3)(f)(iii) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)
SPANJA
|
L-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta |
Deskrizzjoni tal-prodott kif stabbilita mir-regoli tal-Unjoni jew mil-leġiżlazzjoni nazzjonali |
|
Jerez-Xérès-Sherry Málaga Montilla-Moriles |
Vino generoso de licor Vino dulce Vino generoso de licor |
L-ITALJA
Aleatico di Gradoli, Giró di Cagliari, Malvasia delle Lipari, Pantelleria passito
ĊIPRU
Κουμανδαρία (Commandaria).
5. Lista tal-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta li l-produzzjoni tagħhom tinvolvi ż-żieda ta' most tal-għeneb konċentrat miksub permezz ta' sħana diretta, li tikkonforma, bl-eċċezzjoni ta' din l-operazzjoni, mad-definizzjoni ta' most tal-għeneb konċentrat.
(It-tieni inċiż tal-punt (3)(f)(iii) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)
SPANJA
|
L-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta |
Deskrizzjoni tal-prodott kif stabbilita mir-regoli tal-Unjoni jew mil-leġiżlazzjoni nazzjonali |
|
Alicante |
|
|
Condado de Huelva Empordà Jerez-Xérès-Sherry Málaga Montilla-Moriles Navarra |
Vino generoso de licor Garnacha/Garnatxa Vino generoso de licor Vino dulce Vino generoso de licor Moscatel |
L-ITALJA
Marsala
6. Lista tal-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta li l-produzzjoni tagħhom tinvolvi ż-żieda ta' most tal-għeneb konċentrat
(It-tielet inċiż tal-punt (3)(f)(iii) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)
SPANJA
|
L-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta |
Deskrizzjoni tal-prodott kif stabbilita mir-regoli tal-Unjoni jew mil-leġiżlazzjoni nazzjonali |
|
Málaga |
Vino dulce |
|
Montilla-Moriles |
Vino dulce Vino generoso de licor |
|
Tarragona |
Vino dulce |
|
Jerez-Xerès-Sherry |
Vino generoso de licor |
|
Condado de Huelva |
Vino generoso de licor |
L-ITALJA
Oltrepó Pavese Moscato, Marsala, Moscato di Trani.
Appendiċi 2
A. Il-listi msemmija fil-punt 5(a) tat-Taqsima B tal-Anness III
1. Lista tal-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta prodotti mill-most tal-għeneb b'qawwa alkoħolika naturali skont il-volum ta' mhux anqas minn 10 % vol., miksubin biż-żieda tal-ispirtu tal-inbid jew tar-residwu mill-għasra b'denominazzjoni ta' oriġini protetta, li jista' jkun ġej mill-istess azjenda.
FRANZA
Pineau des Charentes jew Pineau charentais, Floc de Gascogne, Macvin du Jura.
2. Lista tal-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta prodotti minn most li għadu qed jiffermenta, b'qawwa alkoħolika naturali inizjali skont il-volum ta' mhux anqas minn 11 % vol., miksubin biż-żieda ta' alkoħol newtrali jew ta' distillat tal-inbid b'qawwa alkoħolika proprja skont il-volum ta' mhux anqas minn 70 % vol., jew ta' spirtu ta' oriġini vitikola.
IL-PORTUGALL
Porto — Port
Moscatel de Setúbal, Setúbal
Carcavelos
Moscatel do Douro.
L-ITALJA
Moscato di Noto
3. Lista tal-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta prodotti mill-inbid b'qawwa alkoħolika naturali inizjali skont il-volum ta' mhux anqas minn 10,5 % vol.
SPANJA
Jerez-Xérès-Sherry
Manzanilla-Sanlúcar de Barrameda
Condado de Huelva
Rueda
L-ITALJA
Trentino
4. Lista tal-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta miksubin mill-fermentazzjoni tal-most tal-għeneb b'qawwa alkoħolika naturali inizjali skont il-volum ta' mhux anqas minn 9 % vol.
IL-PORTUGALL
Madeira
B. Il-listi msemmija fil-punt 5(b) tat-Taqsima B tal-Anness III
Lista tal-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta b'qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta' anqas minn 17,5 % vol. iżda ta' mhux anqas minn 15 % vol., meta l-liġijiet nazzjonali applikabbli għalihom qabel l-1 ta' Jannar 1985 jipprevedu dan b'mod espliċitu
(Il-punt (3)(b) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)
SPANJA
|
L-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta |
Deskrizzjoni tal-prodott kif stabbilita mir-regoli tal-Unjoni jew mil-leġiżlazzjoni nazzjonali |
|
Condado de Huelva Jerez-Xérès-Sherry Manzanilla-Sanlúcar de Barrameda Málaga Montilla-Moriles Priorato Rueda Tarragona |
Vino generoso Vino generoso Vino generoso Seco Vino generoso Rancio seco Vino generoso Rancio seco |
L-ITALJA
Trentino
IL-PORTUGALL
|
L-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta |
Deskrizzjoni tal-prodott kif stabbilita mir-regoli tal-Unjoni jew mil-leġiżlazzjoni nazzjonali |
|
Porto — Port |
Branco leve seco |
Appendiċi 3
Lista tal-varjetajiet li jistgħu jintużaw għall-produzzjoni tal-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta li jkun fiha t-termini tradizzjonali speċifiċi “vino dulce natural”, “vino dolce naturale”,“vinho doce natural” u “οινος γλυκυς φυσικος”
Muscats — Grenache — Garnacha Blanca — Garnacha Peluda — Listán Blanco — Listán Negro-Negramoll — Maccabéo — Malvoisies — Mavrodaphne — Assirtiko — Liatiko — Garnacha tintorera — Monastrell — Palomino — Pedro Ximénez — Albarola — Aleatico — Bosco — Cannonau — Corinto nero — Giró — Monica — Nasco — Primitivo — Vermentino — Zibibbo — Moscateles — Garnacha.
|
7.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/53 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/935
tas-16 ta' April 2019
li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-metodi ta' analiżi għad-determinazzjoni tal-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi tal-prodotti tad-dwieli u n-notifiki tad-deċiżjonijiet tal-Istati Membri rigward iż-żidiet fis-saħħa alkoħolika naturali
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1) u b'mod partikolari l-Artikoli 80(5), 91(c) u (d) u 223(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1308/2013 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (2). It-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tistabbilixxi r-regoli dwar il-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli, il-prattiki enoloġiċi u r-restrizzjonijiet applikabbli u tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati u ta' implimentazzjoni f'dak ir-rigward. Biex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-suq tal-inbid fil-qafas legali l-ġdid, għandhom jiġu adottati ċerti regoli permezz ta' tali atti. Dawk l-atti għandhom jissostitwixxu d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 (3) li huwa mħassar mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/934 (4). |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 80(5) u l-Artikolu 91(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni għandha, fejn meħtieġ, tistabbilixxi regoli dwar il-metodi ta' analiżi għad-determinazzjoni tal-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi tal-prodotti tad-dwieli. Il-metodi għandhom ikunu bbażati fuq kwalunkwe metodu rilevanti rakkomandat u ppubblikat mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV), sakemm ma jkunux ineffikaċi jew mhux xierqa. Barra minn hekk, l-Artikolu 91(c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi regoli għall-kontroll ta' jekk dawk il-prodotti jkunux ġew soġġetti għal proċessi li jmorru kontra l-prattiki enoloġiċi awtorizzati fl-Unjoni. |
|
(3) |
Il-metodu ta' analiżi biex jiġi ddeterminat jekk l-allil isotijoċjanat huwiex preżenti fil-prodott tal-inbid, huwa stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Fir-rigward ta' metodi oħra biex jiġi ddeterminat jekk il-prodotti jkunux għaddew minn proċessi li jmorru kontra l-prattiki enoloġiċi awtorizzati, ir-regoli applikabbli għandhom ikunu dawk permessi mill-Istati Membri kkonċernati. |
|
(4) |
Il-Punt 3 tat-Taqsima A ta' Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistabbilixxi obbligu għall-Istati Membri li jgħarrfu lill-Kummissjoni bi kwalunkwe żieda fil-limiti stabbiliti fil-punt 2 ta' dik it-Taqsima. Għandhom jiġu stabbiliti d-dettalji dwar is-sottomissjoni ta' din l-informazzjoni mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tat-Titolu II, il-Kapitolu I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, li jikkonċernaw il-metodi ta' analiżi għad-determinazzjoni tal-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi tal-prodotti tad-dwieli, u n-notifiki ta' deċiżjonijiet mill-Istati Membri li jippermettu żidiet fis-saħħa alkoħolika naturali.
Artikolu 2
Metodi ta' analiżi applikabbli tal-Unjoni
Il-metodi ta' analiżi msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 75(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li għandhom jintużaw għall-verifika tal-limiti stabbiliti mir-regoli tal-Unjoni għall-użu tal-allil isotijoċjanat għall-produzzjoni ta' ċerti prodotti tad-dwieli, huma stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Notifika tad-deċiżjonijiet tal-Istati Membri li jippermettu żieda fil-qawwa alkoħolika naturali
1. L-Istati Membri li jippermettu żieda tal-qawwa alkoħolika naturali skont il-volum skont il-punt 3 tat-Taqsima A tal-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dan fi żmien xahar wara l-għoti tad-deroga. Fin-notifika, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw ir-reġjuni u l-varjetajiet ikkonċernati bid-deċiżjoni u għandhom iressqu data u evidenza li tindika li l-kundizzjonijiet klimatiċi kienu eċċezzjonalment ħżiena fir-reġjuni kkonċernati.
2. Din in-notifika għandha ssir skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1183 (5) u skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1185 (6).
3. Il-Kummissjoni għandha wara tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika minn mis-7 ta' Diċembru 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' April 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 tal-10 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tal-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli, il-prattiċi enoloġiċi u r-restrizzjonijiet applikabbli (ĠU L 193, 24.7.2009, p. 1).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/934 tat-12 ta' Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jirrigwarda ż-żoni ta' vitikultura li fihom tista' tiżdied il-qawwa alkoħolika, il-prattiki enoloġiċi awtorizzati u r-restrizzjonijiet applikabbli għall-produzzjoni u l-konservazzjoni tal-prodotti tad-dielja, il-persentaġġ minimu tal-alkoħol għall-prodotti sekondarji u r-rimi tagħhom, u l-pubblikazzjoni tal-fajls tal-OIV (Ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1183 tal-20 ta' April 2017 li jissupplimenta r-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifiki lill-Kummissjoni ta' informazzjoni u dokumenti (ĠU L 171, 4.7.2017, p. 100).
(6) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1185 tal-20 ta' April 2017 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifiki lill-Kummissjoni tal-informazzjoni u d-dokumenti u li jemendaw u jħassru diversi Regolamenti tal-Kummissjoni (ĠU L 171, 4.7.2017, p. 113).
ANNESS
METODI TA' ANALIŻI SPEĊJALI TAL-UNJONI
ALLIL ISOTJOĊJANAT
1. Prinċipju tal-metodu
Kwalunkwe allil isotjoċjanat li jista' jkun hemm fl-inbid jinġabar permezz tad-distillazzjoni, u jiġi identifikat permezz tal-kromatografija bil-gass.
2. Reaġenti
2.1. Etanol, assolut.
2.2. Soluzzjoni standard: soluzzjoni tal-allil isotjoċjanat f'alkoħol assolut, bi 15 mg allil isotjoċjanat kull litru.
2.3. Taħlita għall-inġazzar magħmula mill-etanol u mis-silġ xott (temperatura – 60 °C).
3. Apparat
3.1. L-apparat tad-distillazzjoni kif jidher fil-figura. Nixxiegħa ta' nitroġenu tiġi mgħoddija kontinwament mill-apparat.
3.2. Mantell tat-tisħin, kontrollat permezz ta' termostat.
3.3. Miter għall-kejl tal-fluss (flowmeter).
3.4. Kromatografu tal-gass, b'detettur spettrofotometru ta' fjammi, mgħammar b'filtru selettiv għall-komposti tal-kubrit (tul tal-mewġa = 394 nm) jew b'detettur ieħor xieraq għall-istess għan.
3.5. Kolonna tal-kromatografija tal-azzar li ma jissaddadx, b'dijametru ta' ġewwa ta' 3 mm u twila 3 m mimlija Carbowax 20 M f'10 % fuq Chromosorb WHP, 80-100 mesh.
3.6. Mikrosiringa, 10 μl.
4. Proċedura
Poġġi żewġ litri inbid fil-flask tad-distillazzjoni, żid ftit millilitri etanol (punt 2.1) fiż-żewġ tubi tal-ġbir sabiex il-partijiet porużi tal-vireg tad-dispersjoni tal-gass ikunu mgħaddsa kompletament. Berred iż-żewġ tubi minn barra bit-taħlita għall-inġazzar. Orbot il-flask mat-tubi tal-ġbir u ibda għaddi mat-tagħmir kurrent tan-nitroġenu ta' madwar tliet litri fis-siegħa. Saħħan l-inbid sa 80 oC permezz tal-mantell tat-tisħin, u iddistillah biex tiġbor bejn 45 u 50 ml.
Stabbilizza l-kromatografu. Huma rakkomandati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
— |
temperatura tal-injettur: 200 °C, |
|
— |
temperatura tal-kolonna: 130 °C, |
|
— |
rata tal-fluss tal-gass tat-trasportatur tal-elju: 20 ml kull minuta. |
Injetta bil-mikrosiringa volum tas-soluzzjoni standard sakemm il-quċċata tal-allil isotjoċjanat tkun tista' tiġi identifikata faċilment fuq il-kromatografu tal-gass.
Bl-istess mod, introduċi alikwott tad-distillat fil-kromatografu. Ivverifika li l-ħin ta' retenzjoni tal-quċċata miksub jikkorrispondi ma' dak tal-quċċata tal-aallil isotjoċjanat.
Fil-kundizzjonijiet indikati hawn fuq, il-komposti naturali tal-inbid ma jagħtux qċaċet ta' interferenza fuq il-kromatografu tas-soluzzjoni analizzata.
Tagħmir għad-distillazzjoni b'nixxiegħa tan-nitroġenu
|
7.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/58 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/936
tas-6 ta' Ġunju 2019
li jemenda r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 808/2014, (UE) Nru 809/2014 u (UE) Nru 908/2014 fir-rigward ta' strumenti finanzjarji stabbiliti fil-kuntest tal-programmi għall-iżvilupp rurali
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(6) u l-Artikolu 62(2)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-possibbiltà li jiġu stabbiliti strumenti finanzjarji li jikkombinaw il-kontribuzzjonijiet tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej mal-prodotti finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment fil-kuntest tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi ġiet introdotta fl-Artikolu 38(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) permezz tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
|
(2) |
Din id-dispożizzjoni l-ġdida tapplika wkoll għall-istrumenti finanzjarji stabbiliti fil-kuntest tal-programmi tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR). Uħud mir-regoli ta' implimentazzjoni stabbiliti fir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 808/2014 (5), (UE) Nru 809/2014 (6) u (UE) Nru 908/2014 (7) fihom referenzi għal strumenti finanzjarji kif imsemmija fl-Artikolu 38(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 qabel ma ġie emendat bir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi introdotta referenza għall-punt (c) il-ġdid tal-Artikolu 38(1) għad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dawk l-atti. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 808/2014, (UE) Nru 809/2014 u (UE) Nru 908/2014 jiġu emendati skont dan. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali u l-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fil-punt 10(c) tal-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 808/2014 it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Meta miżura jew tip ta' operazzjoni b'rata speċifika ta' kontribuzzjoni tal-FAEŻR tikkontribwixxi għall-istrumenti finanzjarji msemmijin fl-Artikolu 38(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, it-tabella għandha tindika b'mod separat ir-rati ta' kontribuzzjoni għall-istrumenti finanzjarji u għal operazzjonijiet oħrajn u ammont indikattiv tal-FAEŻR li jikkorrispondi għall-kontribuzzjoni ppjanata għall-istrument finanzjarju.”
Artikolu 2
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 huwa emendat kif ġej:
|
(a) |
fl-Artikolu 48, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej: “6. Fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 38(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, il-paragrafi minn 1 sa 5 ta' dan l-Artikolu la għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni għall-istrument finanzjarju u lanqas għall-appoġġ lill-benefiċjarju finali. Madankollu, għandhom japplikaw l-Artikoli 58 u 59 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u l-Artikolu 9 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 (*1). (*1) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 tat-3 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (ĠU L 138, 13.5.2014, p. 5).” " |
|
(b) |
fl-Artikolu 51, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej: “5. Fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 38(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, il-paragrafi minn 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu la għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni għall-istrument finanzjarju u lanqas għall-appoġġ lill-benefiċjarju finali. Madankollu, għandhom japplikaw l-Artikoli 58 u 59 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u l-Artikolu 9 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014.” |
Artikolu 3
Fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji stabbiliti skont l-Artikolu 38(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, in-nefqa għandha tiġi ddikjarata għall-perjodi ta' referenza msemmija fl-ewwel subparagrafu, ladarba jintlaħqu l-kundizzjonijiet għal kull applikazzjoni sussegwenti għal pagament interim kif stipulat fl-Artikolu 41(1) tal-istess Regolament.”
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Ġunju 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).
(4) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE, u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 808/2014 tas-17 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 18).
(6) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas-17 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 69).
(7) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 tas-6 ta' Awwissu 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta' kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 59).
DEĊIŻJONIJIET
|
7.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/61 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/937
tas-27 ta' Mejju 2019
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-qafas tal-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni tas-Salamun fl-Oċean Atlantiku tat-Tramuntana fir-rigward tal-applikazzjoni ppreżentata mir-Renju Unit biex jissieħeb f'dik il-Konvenzjoni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 43 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni tas-Salamun fl-Oċean Atlantiku tat-Tramuntana (1) (il-“Konvenzjoni NASCO”) ġiet approvata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 82/886/KEE (2) u daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 1983. |
|
(2) |
Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit ippreżenta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. It-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' Ftehim dwar il-Ħruġ jew, fin-nuqqas ta' dan, u soġġett għad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/584 (3), fl-1 ta' Novembru 2019, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi ftehim mar-Renju Unit, ma jiddeċidix b'mod unanimu li jestendi dak il-perjodu. |
|
(3) |
Sal-ħruġ tiegħu mill-Unjoni, ir-Renju Unit jibqa' Stat Membru li jgawdi d-drittijiet kollha u li huwa marbut bl-obbligi kollha derivanti mit-Trattati, inkluż il-konformità mal-prinċipju tal-kooperazzjoni leali. |
|
(4) |
Fil-linji gwida tiegħu adottati fid-29 ta' April 2017, il-Kunsill Ewropew irrikonoxxa l-ħtieġa, fil-kuntest internazzjonali, li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tar-Renju Unit bħala Stat Membru li ħiereġ, dment li ir-Renju Unit jirrispetta l-obbligi tiegħu u jibqa' leali lejn l-interessi tal-Unjoni waqt li jkun għadu Stat Membru. |
|
(5) |
Il-Ftehim dwar il-Ħruġ ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-25 ta' April 2019 (4) (“Ftehim dwar il-Ħruġ”) fih arranġamenti għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni għar-Renju Unit u fir-Renju Unit wara d-data li fiha t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit (“Perjodu ta' Tranżizzjoni”). Jekk il-Ftehim dwar il-Ħruġ jidħol fis-seħħ, il-liġij tal-Unjoni, inkluż il-ftehimiet internazzjonali li l-Unjoni hija Parti tagħhom, tkompli tapplika għar-Renju Unit u fir-Renju Unit matul il-Perjodu ta' Tranżizzjoni skont il-Ftehim dwar il-Ħruġ u ma tibqax tapplika fi tmiem il-Perjodu ta' Tranżizzjoni. |
|
(6) |
Bħalissa l-Konvenzjoni NASCO tapplika għar-Renju Unit bħala riżultat tal-fatt li l-Unjoni hija Parti Kontraenti ta' dik il-Konvenzjoni. |
|
(7) |
Skont l-Artikolu 17(3) tal-Konvenzjoni NASCO, il-Konvenzjoni hija miftuħa għall-adeżjoni, soġġett għall-approvazzjoni tal-Kunsill tal-Organizzazzjoni għall-Konservazzjoni tas-Salamun tal-Atlantiku tat-Tramuntana stabbilit bil-Konvenzjoni NASCO, minn kull Stat li jeżerċita ġuriżdizzjoni fuq is-sajd fl-Oċean Atlantiku tat-Tramuntana jew li huwa Stat tal-oriġi għall-istokkijiet tas-salamun. |
|
(8) |
Fit-28 ta' Frar 2019, ir-Renju Unit ippreżenta applikazzjoni biex jissieħeb fil-Konvenzjoni NASCO bħala Parti Kontraenti fid-dawl tal-possibbiltà li ma jkunx hemm Ftehim dwar il-Ħruġ sad-data meta t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit. |
|
(9) |
Skont l-Artikolu 66 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (“UNCLOS”) (5), l-Istati li fix-xmajjar tagħhom joriġinaw l-istokkijiet anadromi għandu jkollhom l-interess primarju fit-tali stokkijiet u r-responsabbiltà primarja għalihom. L-Istat tal-oriġini tal-istokkijiet anadromi għandu jiżgura l-konservazzjoni tagħhom billi jistabbilixxi miżuri regolatorji xierqa għas-sajd fl-ilmijiet kollha li jkunu jinsabu 'l ġewwa mil-limiti esterni taż-żona ekonomika esklussiva tiegħu. F'każijiet fejn l-istokkijiet anadromi jpassu lejn ilmijiet li jkunu jinsabu 'l ġewwa mil-limiti esterni taż-żona ekonomika esklussiva ta' Stat li ma jkunx l-Istat tal-oriġini tagħhom, jew fejn dawn ipassu minn dawk l-ilmijiet, dak l-Istat għandu jikkoopera mal-Istat tal-oriġini fir-rgward tal-konservazzjoni u tal-ġestjoni ta' tali stokkijiet. |
|
(10) |
Sabiex jiġi evitat is-sajd mhux sostenibbli, huwa fl-interess tal-Unjoni li r-Renju Unit jikkoopera fil-ġestjoni tal-istokkijiet tas-salamun b'konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tal-UNCLOS u tal-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta' Diċembru 1982 li tirrigwarda l-konservazzjoni u l-amministrazzjoni ta' ħażniet ta' ħut li jpassi f'żona limitata (straddling) u ħażniet ta' ħut li jpassi ħafna (6) (“UNFSA”) tal-4 ta' Awwissu 1995, jew ta' kull ftehim internazzjonali ieħor jew kull standard ieħor tad-dritt internazzjonali. |
|
(11) |
Kif previst fl-Artikolu 66 tal-UNCLOS, l-Istat tal-oriġini tal-istokkijiet anadromi u l-Istati l-oħrajn li jistadu għal dawk l-istokkijiet iridu jagħmlu arranġamenti għall-implimentazzjoni ta' dak l-Artikolu. Tali kooperazzjoni tista' tiġi stabbilita fil-qafas tal-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd. |
|
(12) |
Is-sħubija tar-Renju Unit fil-Konvenzjoni NASCO tippermetti lir-Renju Unit jikkoopera b'rabta mal-miżuri meħtieġa ta' ġestjoni u ta' konservazzjoni, filwaqt li jitqiesu kif dovut id-drittijiet, l-interessi u d-dmirijiet ta' pajjiżi oħrajn u tal-Unjoni, u tiżgura li l-attivitajiet tas-sajd jitwettqu b'mod li jwassal biex l-istokkijiet tas-salamun ikkonċernati jiġu sfruttati b'mod sostenibbli. |
|
(13) |
Għalhekk, huwa fl-interess tal-Unjoni li tapprova l-applikazzjoni ppreżentata mir-Renju Unit biex jissieħeb fil-Konvenzjoni NASCO mill-mument meta l-liġi tal-Unjoni ma tibqax japplikaw għar-Renju Unit, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kunsill tal-Organizzazzjoni għall-Konservazzjoni tas-Salamun tal-Atlantiku tat-Tramuntana stabbilit bil-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni tas-Salamun fl-Oċean Atlantiku tat-Tramuntana għandha tkun ta' approvazzjoni tal-applikazzjoni ppreżentata mir-Renju Unit biex jissieħeb f'dik il-Konvenzjoni dment li din l-approvazzjoni tingħat mill-mument meta l-liġi tal-Unjoni ma tibqax tapplika għar-Renju Unit.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Mejju 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
N. HURDUC
(1) ĠU L 378, 31.12.1982, p. 25.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 82/886/KEE tat-13 ta' Diċembru 1982 li tirrigwarda l-konklużjoni tal-Konvenzjoni għall-Konservazzjoni tas-Salamun fl-Oċean Atlantiku tat-Tramuntana (ĠU L 378, 31.12.1982, p. 24).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/584 meħuda bi qbil mar-Renju Unit tal-11 ta' April 2019 li testendi l-perijodu taħt l-Artikolu 50(3) TUE (ĠU L 101, 11.4.2019, p. 1).
(4) ĠU C 144I, 25.4.2019, p. 1.
|
7.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/63 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/938
tas-6 ta' Ġunju 2019
b'appoġġ għal proċess ta' tisħiħ tal-fiduċja li jwassal għall-istabbiliment ta' żona ħielsa mill armi nukleari u mill-armi l-oħra kollha ta' qerda massiva fil-Lvant Nofsani
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
L-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea tal-2016 kif ukoll l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea tal-2003 kontra l-proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva (AQM) huma bbażati fuq il-konvinzjoni li approċċ multilaterali għas-sigurtà, inklużi d-diżarm u n-nonproliferazzjoni, jipprovdi l-aħjar mod biex tinżamm l-ordni internazzjonali. |
|
(2) |
Il-politika tal-Unjoni għalhekk hi li tappoġġa, timplimenta u ssaħħaħ l-implimentazzjoni u l-universalizzazzjoni tat-trattati, ftehimiet u normi eżistenti dwar id-diżarm u n-nonproliferazzjoni u li tikkoopera ma' pajjiżi terzi u tassistihom fit-twettiq tal-obbligi tagħhom taħt konvenzjonijiet u reġimi multilaterali. |
|
(3) |
Id-Dikjarazzjoni Konġunta tas-Summit ta' Pariġi għall-Mediterran tat-13 ta' Lulju 2008, li stabbilixxiet l-Unjoni għall-Mediterran, affermat mill-ġdid l-aspirazzjoni komuni biex jinkisbu l-paċi kif ukoll is-sigurtà reġjonali kif stipulat fid-Dikjarazzjoni ta' Barċellona adottata fil-Konferenza Ewro-Mediterranja tas-27-28 ta' Novembru 1995, li, fost l-oħrajn, tippromwovi s-sigurtà reġjonali permezz ta', fost l-oħrajn, in-nonproliferazzjoni nukleari, kimika u bijoloġika, l-aderenza u l-konformità ma' reġimi internazzjonali u reġjonali ta' nonproliferazzjoni u ftehimiet dwar il-kontroll tal-armi u d-diżarm bħat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari (TNP), il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi, il-Konvenzjoni dwar l-Armi Bijoloġiċi u Tossiċi, il-Konvenzjoni Komprensiva ta' Projbizzjoni ta' Testijiet Nukleari u/jew arranġamenti reġjonali bħal żoni ħielsa mill-armi nukleari, inklużi r-reġimi tagħhom ta' verifika, kif ukoll billi jitwettqu bona fide l-impenji tal-firmatarji tad-Dikjarazzjoni ta' Barċellona taħt konvenzjonijiet għall-kontroll tal-armi, id-diżarm u n-nonproliferazzjoni. |
|
(4) |
Il-Partijiet fl-Unjoni għall-Mediterran ser jaħdmu għal Żona tal-Lvant Nofsani reċiprokament u effettivament verifikabbli ħielsa mill-AQM - nukleari, kimiċi u bijoloġiċi - u s-sistemi tat-twassil tagħhom. Barra minn hekk, il-Partijiet ser jikkunsidraw passi prattiċi, fost l-oħrajn, għall-prevenzjoni tal-proliferazzjoni ta' armi nukleari, kimiċi u bijoloġiċi kif ukoll l-akkumulazzjoni eċċessiva ta' armi konvenzjonali. |
|
(5) |
Fl-2008, l-Unjoni organizzat seminar f'Pariġi dwar “Is-sigurtà fil-Lvant Nofsani, in-Nonproliferazzjoni tal-AQM u d-Diżarm”, li laqqgħet flimkien rappreżentanti tal-Istati tar-reġjun u tal-Istati Membri tal-Unjoni kif ukoll akkademiċi u aġenziji nazzjonali għall-enerġija nukleari. |
|
(6) |
Il-Konferenza ta' Reviżjoni tat-TNP tal-2010 enfasizzat l-importanza ta' proċess li jwassal għall-implimentazzjoni sħiħa tar-Riżoluzzjoni tagħha tal-1995 dwar il-Lvant Nofsani (ir-“Riżoluzzjoni tal-1995”). Għal dak il-għan, il-Konferenza approvat passi prattiċi, fost l-oħrajn, il-konsiderazzjoni tal-offerti kollha immirati lejn l-appoġġ għall-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-1995, inkluża l-offerta tal-Unjoni biex tospita seminar ta' segwitu relatat ma' dak organizzat f'Ġunju 2008. |
|
(7) |
Il-Konferenza ta' Reviżjoni tat-TNP tal-2010 għarfet ukoll ir-rwol importanti li għandha s-soċjetà ċivili fil-kontribut għall-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-1995 u ħeġġet l-isforzi kollha f'dak ir-rigward. |
|
(8) |
Fl-2011, l-Unjoni organizzat seminar fi Brussell għall-promozzjoni tat-tisħiħ tal-fiduċja u b'appoġġ għal proċess immirat biex jistabbilixxi żona ħielsa mill-AQM u l-mezzi tat-twassil tagħhom fil-Lvant Nofsani, li laqqa' flimkien rappreżentanti għolja tal-Istati tar-reġjun, it-tliet Stati depożitarji tat-TNP, l-Istati Membri tal-Unjoni, Stati oħra interessati, kif ukoll akkademiċi u rappreżentanti uffiċjali tal-organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali ewlenin. |
|
(9) |
Fl-2012, l-Unjoni ddeċidiet li tkompli tappoġġa proċess ta' tisħiħ tal-fiduċja li jwassal għall-istabbiliment ta' żona ħielsa mill-armi nukleari u l-AQM l-oħra kollha fil-Lvant Nofsani, fost l-oħrajn billi tappoġġa l-ħidma tal-Faċilitatur maħtur min-NU għall-Konferenza tal-2012 dwar l-istabbiliment ta' tali żona u billi torganizza sessjoni ta' ħidma ta' tisħiħ ta' kapaċitajiet u avveniment ta' segwitu għas-seminars tal-Unjoni tal-2008 u tal-2011. |
|
(10) |
L-Unjoni esprimiet kontinwament ir-rieda tagħha li tkompli tassisti fil-proċess li jwassal għall-istabbiliment ta' żona ħielsa mill-AQM (ŻĦAQM) fil-Lvant Nofsani u tixtieq tkompli tappoġġa proċessi ta' tisħiħ tal-fiduċja simili għal dawk ipprovduti mis-seminars u s-sessjonijiet ta' ħidma tal-Unjoni li saru fl-2008, fl-2011 u fl-2012. |
|
(11) |
Fl-Aġenda tiegħu għad-Diżarm intitolata “Niggarantixxu l-Futur Komuni tagħna”, ippreżentata fl-24 ta' Mejju 2018, is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti wiegħed li jaħdem mal-Istati Membri tan-NU biex iż-żoni ħielsa mill-armi nukleari jissaħħu u jiġu kkonsolidati, inkluż bl-appoġġ ta' aktar stabbiliment ta' tali żoni, inkluż fil-Lvant Nofsani, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Sabiex isir avvanz fl-impenn tal-Unjoni li tiġi stabbilita ŻĦAQM fil-Lvant Nofsani, u sabiex isir segwitu għall-attivitajiet preċedenti tal-Unjoni fl-2008, l-2011 u l-2012, u jiġi promoss it-tisħiħ tal-fiduċja b'appoġġ għal proċess immirat lejn l-istabbiliment ta' tali żona, l-Unjoni għandha tappoġġa attivitajiet biex jiġi żviluppat djalogu inklużiv fost esperti u dawk li jfasslu l-politika dwar ŻĦAQM fil-Lvant Nofsani permezz ta', fost l-oħrajn:
|
(a) |
l-identifikazzjoni ta' tagħlimiet meħuda minn sforzi għall-avvanz taż-ŻĦAQM matul il-perijodu 1996-2015; |
|
(b) |
it-tisħiħ ta' kapaċità analitika biex tappoġġa riflessjoni ġdida dwar kwistjonijiet ta' sigurtà reġjonali u ż-ŻĦAQM, inklużi indikazzjonijiet minn tagħlimiet meħuda mill-istabbiliment ta' żoni reġjonali oħra, ħielsa mill-armi nukleari; |
|
(c) |
il-ġabra ta' ideat u l-iżvilupp ta' proposti ġodda dwar il-passi li jmiss rigward il-kwistjoni. |
2. F'dak il-kuntest, il-proġett li għandu jiġi appoġġat mill-Unjoni għandu jkopri l-attivitajiet speċifiċi segwenti:
|
(a) |
Fażi I L-ewwel fażi tal-proġett ser tiffoka fuq l-istabbiliment ta' netwerks ta' esperti, ħidma ta' sensibilizzazzjoni u komunikazzjoni, u d-definizzjoni tal-kwistjonijiet u t-temi li għandhom jiġu esplorati. L-attivitajiet ewlenin jinkludu:
|
|
(b) |
Fażi II It-tieni fażi tal-proġett ser tiffoka fuq l-involviment ma' individwi, esperti, akkademiċi, riċerkaturi fil-qasam tal-politika u istituzzjonijiet rilevanti fir-reġjun bil-fini li jinkisbu perċezzjonijiet u perspettivi dwar il-kwistjonijiet u t-temi identifikati fil-Fażi I kif ukoll validazzjoni tan-narrattiva dwar sforzi għal ŻĦAQM bejn l-1995 u l-2015. L-attivitajiet ewlenin jinkludu:
|
|
(c) |
Fażi III
|
Deskrizzjoni dettaljata tal-proġetti tinsab fl-Anness.
Artikolu 2
1. Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ) għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.
2 L-implimentazzjoni teknika tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1(2) għandha ssir mill-UNIDIR, li għandu jwettaq dan il-kompitu taħt ir-responsabbiltà tar-RGħ. Għal dan il-għan, ir-RGħ għandu jidħol fl-arranġamenti neċessarji mal-UNIDIR.
Artikolu 3
1. L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-proġetti msemmijin fl-Artikolu 1(2) għandu jkun ta' EUR 2 856 278.
2. In-nefqa ffinanzjata mill-ammont stipulat fil-paragrafu 1 għandha tkun amministrata skont il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit tal-Unjoni.
3. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-amministrazzjoni tajba tan-nefqa msemmija fil-paragrafu 1. Għal dak il-għan, hi għandha tikkonkludi ftehim finanzjarju mal-UNIDIR. Il-ftehim għandu jistipula li s-sieħeb fl-implimentazzjoni għandu jiżgura l-viżibbiltà tal-kontribut tal-Unjoni, kif xieraq għad-daqs tiegħu.
4. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehim ta' finanzjament imsemmi fil-paragrafu 3 malajr kemm jista' jkun wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. Hija għandha tinforma lill-Kunsill bi kwalunkwe diffikultà f'dak il-proċess u bid-data tal-konklużjoni tal-ftehim.
Artikolu 4
1. Ir-RGħ għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni abbażi ta' rapporti narrattivi kull sitt xhur imħejjijin mill-UNIDIR. Dawk ir-rapporti għandhom jiffurmaw il-bażi għall-evalwazzjoni li ssir mill-Kunsill sa tmiem il-proġett.
2. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-aspetti finanzjarji tal-proġetti msemmijin fl-Artikolu 1(2).
Artikolu 5
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
2. Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi 36 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehimiet ta' finanzjament imsemmija fl-Artikolu 3(3). Madankollu, hija għandha tiskadi sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tagħha jekk ebda ftehim ta' finanzjament ma jkun ġie konkluż sa dakinhar.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-6 ta' Ġunju 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
A. BIRCHALL
ANNESS
Proġett li jappoġġa proċess ta' tisħiħ tal-fiduċja li jwassal għall-istabbiliment ta' żona ħielsa mill-armi nukleari u mill-armi l-oħra kollha ta' qerda massiva fil-Lvant Nofsani (ŻĦAQM LN)
I. Objettivi tal-proġett
Il-proġett propost ser ikollu erba' objettivi ġenerali:
|
(1) |
li jimla lakuna importanti ta' riċerka relatata ma' kif il-kwistjoni ta' ŻĦAQM LN evolviet mill-1995 sal-2015, inklużi tagħlimiet għal prospetti kurrenti u futuri; |
|
(2) |
li jibni kapaċità analitika biex tappoġġa riflessjoni ġdida dwar kwistjonijiet ta' sigurtà reġjonali u ż-żona, inklużi indikazzjonijiet minn tagħlimiet meħuda mill-istabbiliment ta' żoni reġjonali oħra, ħielsa mill-armi nukleari; |
|
(3) |
li jiġbor ideat u jiżviluppa proposti ġodda dwar il-passi li jmiss rigward dik il-kwistjoni; u |
|
(4) |
li jiżviluppa djalogu inklużiv fost esperti u dawk li jfasslu l-politika dwar kwistjonijiet ta' sigurtà reġjonali, fost oħrajn permezz taż-ŻĦAQM LN, li min-naħa tagħha tista' tikkontribwixxi għal proċessi multilaterali kurrenti, inkluż it-TNP kif ukoll l-isforzi tal-konferenza annwali tan-NU dwar l-istabbiliment ta' ŻĦAQM LN. |
Fir-rigward tal-ewwel objettiv, il-kumplessità tal-kwistjoni ta' ŻĦAQM LN, in-nuqqas ta' progress s'issa, u l-ħeġġa politika limitata kemm fir-reġjun kif ukoll barra minnu, irriżultaw f'nuqqas ta' interess dwar il-kwistjoni kemm fl-ambitu politiku kif ukoll f'dak tar-riċerka fis-snin reċenti. Teżisti riċerka estensiva dwar l-oriġini tal-inizjattiva u l-isforzi biex isir progress qabel u waqt il-Konferenza ta' Rieżami tal-1995. L-estensjoni indefinita tat-TNP dik is-sena u r-riżoluzzjoni dwar il-Lvant Nofsani li ffaċilitat konsensus dwar l-estensjoni ġew indirizzati b'mod estensiv, inkluż permezz ta' programm storiku orali kurrenti tal-Konferenza TNP tal-1995.
Madankollu, hemm ħafna inqas dokumentazzjoni u riċerka dwar il-perijodu 2010-2015. F'dak il-perijodu, iżda, kien hemm għadd ta' inizjattivi diplomatiċi importanti dwar iż-żona. Filwaqt li xi studjużi u esperti ffokaw fuq l-esplorazzjoni ta' elementi partikolari tal-kwistjoni u xi sostenituri ppruvaw jabbozzaw testi bil-ħsieb ta' ftehim possibbli, m'hemm l-ebda rendikont empiriku awtoritattiv tal-isforzi biex jitmexxa 'l quddiem il-kunċett ta' ŻĦAQM LN matul il-perijodu mill-1996 sal-2015. Fin-nuqqas ta' tali dokumentazzjoni, hemm ir-riskju li dettalji u fatti importanti, kif ukoll perspettivi tal-atturi involuti u tagħlimiet għal sforzi futuri, jintilfu. Dan ser jimpedixxi sforzi futuri ta' riċerka jew ta' politika dwar din il-kwistjoni. Il-proġett propost tal-UNIDIR ser jimla din il-lakuna.
Fir-rigward tat-tieni objettiv, dan il-proġett ser jappoġġa riċerka u attenzjoni esperta kontinwi dwar it-theddid tal-AQM fil-Lvant Nofsani, il-kooperazzjoni fis-sigurtà reġjonali u speċifikament dwar ŻĦAQM. Dan ser jagħmlu fi żmien fejn qed hemm bżonn kbir għal riflessjoni u ideat ġodda u sostnuti dwar dawn il-kwistjonijiet. Billi jesplora temi u ideat konsistenti, emerġenti jew minsijin relatati maż-ŻĦAQM matul għoxrin sena, il-proġett ser jikkontribwixxi għat-tagħrif u l-fehim ta' din il-kwistjoni. Abbażi ta' litteratura aktar reċenti dwar żoni oħra ħielsa mill-armi nukleari jew mill-AQM, il-proġett jista' jevalwa elementi komuni u/jew partikolaritajiet fil-kuntest tar-reġjun tal-Lvant Nofsani. Ir-riżultat ser ikun repożitorju komprensiv ta' temi u ideat biex jikkontribwixxi għal azzjoni mġedda u netwerk estiż ta' analisti u esperti b'aċċess għal din il-ġabra ta' ħidma.
Fir-rigward tat-tielet objettiv, dan il-proġett ser jikkontribwixxi għal konsiderazzjoni futura taż-ŻĦAQM LN fil-kuntest usa' tal-AQM u tas-sigurtà fil-livell reġjonali permezz ta' dokumentazzjoni tal-kwistjonijiet u l-approċċi li ġew indirizzati fil-kuntest ta' diversi inizjattivi matul il-perijodu ta' għoxrin sena. Permezz tal-involviment inklużiv ta' esperti fir-reġjun, il-proġett ser jidentifika dawk il-kwistjonijiet u l-ideat li r-riċerkaturi, il-parteċipanti u l-osservaturi esperti jqisu li għandhom potenzjal biex jiġu esplorati aktar u, bl-istess mod, ser jidentifika dawk il-kwistjonijiet li kienu l-aktar diffiċli biex jiġu indirizzati. Tali eżerċizzju jista' jipprovdi bażi komprensiva għal dawk li jfasslu l-politika biex jikkunsidraw u jivvalutaw il-prospetti għal progress fil-kooperazzjoni fis-sigurtà reġjonali fir-rigward tat-theddid tal-AQM fl-ambjent strateġiku dinamiku attwali. Jista' wkoll jappoġġa l-iżvilupp ta' kapaċità għal negozjati futuri dwar kwistjonijiet ta' sigurtà reġjonali, inkluża ż-ŻĦAQM LN.
Fl-aħħar nett, u l-aktar importanti, fir-rigward tar-raba' objettiv, dan il-proġett ser jiffaċilita djalogu espert informali u inklużiv dwar ideat u inizjattivi speċifiċi biex jittejbu s-sigurtà reġjonali u l-ġestjoni tat-theddid tal-AQM fil-Lvant Nofsani fost pajjiżi fir-reġjun u s-sħab esterni tagħhom. B'hekk, dan il-proġett ser imexxi 'l quddiem il-bażijiet sostantivi għal djalogu semi uffiċjali u uffiċjali fil-futur dwar aspetti tal-AQM u s-sistemi tat-twassil tagħhom. B'mod partikolari, huwa ser joffri qafas diskret biex tiġi eżaminata firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet rilevanti, jiġu esplorati u żviluppati perspettivi ġodda li jistgħu joffru mogħdijiet għal progress futur, u ser jappoġġa u jikkontribwixxi għal ambjent li jwassal għal djalogu futur potenzjali. B'dan il-mod, il-proġett ser jipprovdi wkoll kontribut u ideat sostantivi importanti għall-Konferenza tan-NU dwar iż-ŻĦAQM LN u ser jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-fiduċja u l-kunfidenza fost firxa wiesgħa ta' esperti li jistgħu jiġu involuti fih kif ukoll f'fora adatti oħra.
II. Deskrizzjoni tal-proġett
(1) Objettivi u udjenza
Kif ġie nnotat hawn fuq, dan il-proġett għandu erba' objettivi:
|
— |
Li jipproduċi narrattiva fattwali tal-isforzi biex tiġi stabbilita ŻĦAQM LN bejn l-1995 u l-2015 li timla lakuna importanti fil-litteratura tar-riċerka u tidentifika tagħlimiet għal sforzi futuri. |
|
— |
Li jidentifika kwistjonijiet, opportunitajiet, ostakoli u ideat ewlenin ta' rilevanza kontemporanja biex tiġi kkunsidrata ŻĦAQM u l-isforzi biex tittejjeb il-kooperazzjoni fis-sigurtà reġjonali, u b'hekk jikkontribwixxi ideat dwar aspetti sostantivi u aspetti tal-proċess taż-żona u modi potenzjali 'l quddiem fil-kuntest ta' ambjent strateġiku li qed jinbidel. |
|
— |
Li jinvolvi u jikseb perspettivi u ideat minn komunità wiesgħa ta' riċerkaturi, dawk li jfasslu l-politika u akkademiċi fir-reġjun dwar dawn il-kwistjonijiet u, b'hekk, jespandi l-għadd u d-diversità ta' parteċipanti li jesploraw il-prospetti għal djalogu u progress fil-kwistjoni ta' ŻĦAQM LN li ilha għaddejja fil-kuntest ta' kwistjonijiet usa' tal-AQM u ta' sigurtà fil-livell reġjonali kif ukoll esperjenzi oħra ta' żoni reġjonali ħielsa mill-armi nukleari. |
|
— |
Li jiffaċilita d-djalogu fost dawn l-esperti bil-ħsieb li jiġu żviluppati netwerks, komunikazzjoni u involviment li jistgħu, min-naħa l-oħra, jikkontribwixxu għal sforzi futuri biex jitmexxew 'il quddiem is-sigurtà reġjonali, il-kontroll tal-armi, in-nonproliferazzjoni u d-diżarm fir-reġjun. |
Huma previsti tliet tipi ta' udjenza simultanjament:
|
— |
Riċerkaturi fil-qasam tas-sigurtà internazzjonali u l-kontroll tal-armi u s-sistemi tat-twassil tagħhom, b'mod partikolari dawk li jiffokaw fuq in-nonproliferazzjoni u d-diżarm nukleari, kimiċi u bijoloġiċi, fuq is-sigurtà reġjonali jew fuq kwistjonijiet ta' sigurtà fil-Lvant Nofsani. Ser tingħata attenzjoni partikolari lill-ġenerazzjoni ġdida ta' akkademiċi li qed jiddedikaw aktar attenzjoni għall-kwistjonijiet tal-AQM fil-livell internazzjonali u reġjonali fid-dawl tal-konflitt tas-Sirja, id-diviżjonijiet dwar il-programm nukleari tal-Iran u kapaċitajiet nukleari oħra fir-reġjun, l-iżviluppi teknoloġiċi u l-kapaċitajiet ta' armi ġodda, ir-relazzjonijiet politiċi tensi bejn Stati nukleari ewlenin u l-kontroversja bejn xi Stati nukleari u Stati mhux nukleari dwar it-triq 'il quddiem għad-diżarm nukleari. Rendikont awtoritattiv bl-Ingliż tat-trajettorja taż-ŻĦAQM LN fil-perijodu 1996-2015 jipprovdi riżorsa u ripożitorju importanti biex tiġi kkunsidrata firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet tal-AQM, fost oħrajn, dwar iż-żoni ħielsa mill-armi nukleari kif ukoll kwistjonijiet speċifiċi għal-Lvant Nofsani. |
|
— |
Dawk li jfasslu l-politika dwar kwistjonijiet tal-kontroll tal-armi, in-nonproliferazzjoni u d-diżarm. Dan jinkludi persuni b'perspettivi kemm reġjonali kif ukoll internazzjonali u f'diversi fora, inkluża l-Konferenza ta' Rieżami tat-TNP tal-2020. Ħafna Stati, irrispettivament mill-pożizzjonijiet tagħhom dwar id-diżarm nukleari, iqisu li huwa essenzjali li din il-laqgħa tirriżulta fi ftehim, wara li l-Konferenza tat-TNP tal-2015 ma rnexxielhiex taqbel dwar dokument finali u wkoll minħabba ħafna tensjonijiet dwar it-TNP. Il-kwistjoni ta' progress lejn ŻĦAQM LN hija meqjusa bħala element varjabbli kritiku fil-prospetti għall-eżitu tal-Konferenza ta' Rieżami. |
|
— |
Akkademiċi u prattikanti tal-Lvant Nofsani li jippruvaw jittraċċaw u jifhmu d-dinamiki li qed jinbidlu b'mod rapidu fir-reġjun, l-Istati Membri tar-reġjun u l-popolazzjonijiet tiegħu, l-implikazzjonijiet tat-tibdil fl-alleanzi u fil-kapaċitajiet fuq is-sigurtà reġjonali u l-prospetti tal-prevenzjoni u l-mitigazzjoni ta' tensjonijiet u konflitti attwali u futuri. |
(2) Perijodu ta' żmien
Dan il-proġett huwa mistenni li jibda fit-tieni nofs tal-2019 u jkompli għal 36 xahar. Huwa mistenni li jiġi konkluż fir-rebbiegħa tal-2022 bil-pubblikazzjonijiet kollha maħruġa sa dak iż-żmien. Sal-aħħar xhur tal-2022 ser ikunu ġew prodotti rapporti narrattivi finali tal-proġett u rapporti finanzjarji.
(3) Attivitajiet, riżultati u metodoloġiji
Dan il-proġett huwa maqsum fit-tliet fażijiet. L-avvenimenti u l-iskedi ta' żmien speċifiċi ser jiġu adattati kif ikun rilevanti u skont żviluppi ewlenin. Id-dokumenti, il-konklużjonijiet u l-ideat tal-proġett ser jiġu kondiviżi mas-Segretarjat tan-NU u mal-parteċipanti bil-ħsieb li jiġu appoġġati t-tħejjijiet ta' dawn il-konferenzi annwali organizzati mis-Segretarju Ġenerali tan-NU. It-tliet fażijiet huma dawn li ġejjin:
|
Fażi I: |
L-ewwel fażi tal-proġett ser tiffoka fuq l-istabbiliment tal-proġett u tan-netwerks ta' esperti, il-ħidma ta' sensibilizzazzjoni u komunikazzjoni, u d-definizzjoni tal-kwistjonijiet u t-temi li għandhom jiġu esplorati. L-attivitajiet ewlenin jinkludu:
Ir-riżultati ewlenin jinkludu:
|
|
Fażi II: |
It-tieni fażi tal-proġett ser tiffoka fuq involviment ma' individwi, esperti, akkademiċi, riċerkaturi fil-qasam tal-politika u istituzzjonijiet rilevanti fir-reġjun bil-fini li jinkisbu ideat u perspettivi dwar il-kwistjonijiet u t-temi identifikati fil-Fażi I kif ukoll validazzjoni tan-narrattiva dwar l-isforzi taż-ŻĦAQM bejn l-1995 u l-2015. L-attivitajiet ewlenin jinkludu:
Ir-riżultati ewlenin jinkludu:
|
|
Fażi III: |
Il-fażi konklużiva tal-proġett ser tinvolvi l-finalizzazzjoni tar-rendikont narrattiv biex jiġi ppubblikat mill-UNIDIR. Matul dan il-perijodu u abbażi tal-evalwazzjoni u l-analiżijiet komprensivi mwettqa fil-Fażi II, il-proġett ser isejjaħ żewġ sessjonijiet ta' ħidma finali bejn diversi partijiet ikkonċernati biex jiġi kkunsidrat is-sommarju ta' opzjonijiet u rakkomandazzjonijiet dwar it-triq 'il quddiem. L-attivitajiet ewlenin jinkludu:
Ir-riżultati ewlenin jinkludu:
|
Ser tintuża taħlita ta' metodoloġiji matul dan il-proġett, inklużi rieżami u analiżi komparattivi tal-litteratura, ġbir u analiżi ta' dokumenti minn sorsi miftuħa, u intervisti orali. Dawn tal-aħħar ser isegwu proċeduri ta' riċerka standard, li jinkludu l-kunsens iffirmat tal-persuna intervistata biex l-intervista tiġi rrekordjata, rieżami mal-persuna intervistata ta' kwalunkwe rendikont jew sommarju miktub għal preċiżjoni fattwali u n-nondistribuzzjoni tar-rekordjar u tar-rendikonti tal-intervisti orali mingħajr il-kunsens espliċitu tal-persuna intervistata skont protokoll standard tal-intervisti. Ir-rendikonti u d-dettalji ta' storja orali u minn sorsi miftuħa ser jiġu trijangolati għal preċiżjoni fattwali.
Il-laqgħat kollha li jsiru matul dan il-proġett ser isiru skont ir-regoli ta' Chatham House.
Il-materjal kollu tal-proġett, inklużi materjal minn sorsi miftuħa u materjal orali, ser jiġi arkivjat b'mod diġitali u miżmum mill-UNIDIR għal perijodu stipulat. Il-gwidi tal-istil u l-proċessi ta' assigurazzjoni tal-kwalità tal-UNIDIR ser jiġu applikati għall-pubblikazzjonijiet kollha, inkluż għar-rieżamijiet esterni bejn il-pari tal-abbozzi ta' manuskritti.
(4) Kompożizzjoni tal-proġett
Dan il-proġett ser jitmexxa minn Kap tal-Proġett bl-għarfien u l-esperjenza neċessarji dwar ir-reġjun u l-kwistjonijiet tal-AQM fih. Il-Kap tal-Proġett ser ikollu netwerk wiesa' u ser igawdi pożizzjoni għolja fir-reġjun. Il-Kap tal-Proġett ser jirrapporta lid-Direttur tal-UNIDIR, jikkoordina t-tim tal-proġett, imexxi t-tħejjija tar-rendikont narrattiv tal-proċessi taż-ŻĦAQM mill-1995 u ser jidderieġi u jmexxi l-proċess tal-involviment ta' esperti u eks uffiċjali u l-ġbir ta' perspettivi dwar sforzi fil-passat u prospetti attwali għaż-żona.
Ser jiġi rreklutat Manager u Riċerkatur għall-Proġett, full-time, biex imexxi u jwettaq rieżamijiet tal-litteratura, ġbir tad-dokumentazzjoni, u proċessi tal-intervisti orali rilevanti. Il-Manager u Riċerkatur għall-Proġett ser: (a) ikun gradwat f'suġġett rilevanti (il-Lvant Nofsani, kwistjonijiet tas-sigurtà internazzjonali u/jew tal-AQM), ikollu għarfien eċċellenti dwar il-Lvant Nofsani, ikun jaf lingwi rilevanti u jkollu rekord tajjeb ta' pubblikazzjonijiet; (b) ikollu rekord evidenzjat ta' riċerka ta' kwalità għolja, imparzjali u responsabbli kif ukoll ta' ħiliet interpersonali eċċellenti; u (c) ikollu rwol ewlieni fit-tħejjija ta' rapporti sommarji dwar perspettivi ta' kwistjonijiet u direzzjonijiet 'il quddiem prodotti mir-rapport.
Riċerkatur Anzjan, li jaħdem fuq bażi part-time (50 %), ser jipprovdi gwida, għarfien u pariri lill-Kap tal-Proġett u lill-Manager u Riċerkatur għall-Proġett, u ser jikkontribwixxi għall-ġbir u l-abbozzar tan-narrattiva. Ir-Riċerkatur Anzjan ser ikollu għarfien u esperjenza globali tar-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-isforzi biex tiġi stabbilita ż-ŻĦAQM LN.
Għal dan il-proġett ser jiġi stabbilit grupp ta' referenza ta' erba' jew ħames individwi biex jipprovdi pariri u gwida għall-proġett, jirrieżamina abbozzi ta' pubblikazzjonijiet, jgħin biex jiġu stabbiliti kuntatti ma' esperti u istituzzjonijiet rilevanti u jipparteċipa f'laqgħat u djalogi bejn esperti fir-reġjun. Dawk l-individwi ser jintgħażlu abbażi tal-għarfien espert tagħhom rigward inizjattivi relatati maż-ŻĦAQM LN u ser jipparteċipaw fil-kapaċità personali tagħhom. Huma ser jirċievu indennizz għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u għas-susstinenza ta' kuljum meta jieħdu sehem f'attivitajiet relatati mal-proġett u onorarju żgħir.
Minħabba l-ammont sinifikanti ta' vjaġġar u involviment f'netwerk wiesa' u diversifikat ta' esperti previsti f'dan il-proġett, għal dan il-proġett ser jiġi rreklutat assistent għat-tim biex jappoġġa l-amministrazzjoni u l-loġistika, inklużi l-ivvjaġġar lejn ir-reġjun u ġo fih, l-organizzazzjoni tal-laqgħat u l-proċessi finanzjarji u amministrattivi fil-kuntest tal-programm ta' riżorsi għal intrapriżi tan-NU (Umoja). Idealment, l-assistent tat-tim ikun jaf jitkellem bl-Għarbi.
Trainee tal-proġett wieħed ser jassisti l-proġett fuq bażi part-time (50 %) għall-ġbir u r-rieżami ta' dokumentazzjoni, il-verifika ta' fatti, l-iżvilupp ta' tabelli/listi ta' data rilevanti u l-arkivjar.
III. Governanza u superviżjoni tal-proġett
Dan il-proġett ser jitwettaq taħt l-awspiċi tal-UNIDIR. L-UNIDIR huwa istituzzjoni awtonoma fil-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti, li ġie stabbilit fl-1980 bil-fini li jwettaq riċerka indipendenti dwar id-diżarm u dwar problemi relatati, b'mod partikolari kwistjonijiet tas-sigurtà internazzjonali. L-UNIDIR jinsab f'Ġinevra u għandu reputazzjoni globali u għarfien espert storiku dwar kwistjonijiet tal-AQM, inklużi memorja istituzzjonali sinifikanti u arkivju tal-proċessi tad-diżarm, inklużi TNP u żoni ħielsa mill-armi nukleari fid-dinja kollha, u rekord sostanzjali ta' pubblikazzjonijiet, li huma lkoll aċċessibbli u disponibbli pubblikament online mingħajr ħlas.
Komponent importanti tal-funzjonijiet tal-UNIDIR huwa li jsejjaħ u jiffaċilita djalogu informali fost diversi esperti dwar kwistjonijiet tad-diżarm li jvarjaw minn kwistjonijiet tal-AQM għal teknoloġiji ta' armi ġodda u emerġenti. Għalhekk l-UNIDIR għandu netwerk wiesa' li jista' joqgħod fuqu u esperjenza fl-organizzazzjoni ta' laqgħat f'Ġinevra u f'postijiet oħra, u fit-tħejjija ta' rapporti sommarji u ta' segwitu.
L-UNIDIR huwa mmexxi minn Bord ta' Fiduċjarji li jservi wkoll bħala Bord Konsultattiv għal Kwistjonijiet ta' Diżarm, li jirċievi r-rapporti tad-Direttur tal-UNIDIR. Il-Bord ta' Fiduċjarji jlaqqa' flimkien grupp diversifikat ta' esperti mid-dinja kollha, li lkoll iservu fil-kapaċità personali tagħhom u li jiltaqa' darbtejn f'sena biex jirrieżamina l-attivitajiet sostantivi u finanzjarji tal-UNIDIR. Il-Bord ta' Fiduċjarji jirrapporta annwalment dwar il-ħidma tiegħu lis-Segretarju Ġenerali tan-NU. Id-Direttur tal-UNIDIR huwa responsabbli għall-organizzazzjoni, id-direzzjoni u l-amministrazzjoni tal-UNIDIR, inklużi r-riżultati tiegħu ta' riċerka sostantiva kif ukoll il-proċessi finanzjarji u amministrattivi tiegħu.
Filwaqt li l-UNIDIR huwa organizzazzjoni awtonoma, huwa jsegwi r-Regoli u r-Regolamenti Finanzjarji tan-NU u l-finanzi tiegħu huma soġġetti għal awditu mill-Bord ta' Awdituri tan-NU. Il-finanzi kollha tal-proġett huma amministrati u ġestiti permezz tal-Umoja u soġġetti għal rieżami kull tliet xhur. L-UNIDIR jirrapporta dwar il-progress u l-finanzi ta' proġetti individwali lid-donaturi rilevanti tal-inqas kull sena u sa kull tliet xhur, skont ir-rekwiżiti tad-donatur individwali.
|
7.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/73 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/939
tas-6 ta' Ġunju 2019
li taħtar l-entitajiet emittenti maħtura biex joperaw sistema għall-assenjar ta' Identifikaturi Uniċi tal-Apparat (UDIs) fil-qasam tal-apparati mediċi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 27(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2017 dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro u li jħassar id-Direttiva 98/79/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE (2), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 24(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) 2017/745 u l-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) 2017/746 jistabbilixxu t-tnejn li huma sistema ta' Identifikazzjoni Unika tal-Apparat (sistema UDI) għal ċerti apparati mediċi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dawk ir-Regolamenti. |
|
(2) |
Qabel ma jitqiegħdu fis-suq apparati li għalihom tapplika s-sistema UDI, il-manifattur huwa meħtieġ jassenja Identifikatur Uniku tal-Apparat (UDI) lill-apparat u, jekk applikabbli, lil-livelli suċċessivi kollha tal-imballaġġ. Il-UDI irid ikun wieħed li nħoloq f'konformità mar-regoli ta' entità emittenti maħtura mill-Kummissjoni biex topera sistema għall-assenjar tal-UDIs. Il-manifatturi jistgħu biss jużaw standards ta' kodifikazzjoni pprovduti minn entitajiet emittenti maħtura mill-Kummissjoni. |
|
(3) |
L-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) 2017/745 u l-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) 2017/746 jistabbilixxu l-kriterji li jridu jiġu ssodisfati mill-entitajiet emittenti qabel ma jkunu jistgħu jinħatru biex joperaw sistema għall-assenjar tal-UDIs skont dak ir-Regolament. |
|
(4) |
Tnediet sejħa għall-applikazzjonijiet mill-entitajiet emittenti interessati li jinħatru biex joperaw sistema għall-assenjar tal-UDIs skont ir-Regolament (UE) 2017/745 u sistema għall-assenjar tal-UDIs skont ir-Regolament (UE) 2017/746 fuq is-sit web tal-Kummissjoni fil-21 ta' Diċembru 2018 (3), bi skadenza fil-25 ta' Jannar 2019. Ġew riċevuti erba' applikazzjonijiet. Il-Kummissjoni evalwat kull waħda minn dawk l-applikazzjonijiet u kkonkludiet li l-entitajiet ikkonċernati jissodisfaw il-kriterji tal-ħatra rilevanti skont iż-żewġ Regolamenti. Ġie kkonsultat ukoll il-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar l-Apparat Mediku (MDCG) u dan ma qajjem l-ebda oġġezzjoni. |
|
(5) |
Għalhekk, l-entitajiet elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni jenħtieġ li jinħatru biex joperaw sistema għall-assenjar tal-UDIs skont ir-Regolament (UE) 2017/745 u sistema għall-assenjar tal-UDIs skont ir-Regolament (UE) 2017/746. |
|
(6) |
Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni huma marbuta mill-qrib peress li r-Regolament (UE) 2017/745 u r-Regolament (UE) 2017/746 it-tnejn huma dwar l-apparti mediċi, u s-sistemi UDI fiż-żewġ Regolamenti huma relatati ma' xulxin u t-tnejn huma soġġetti għal rekwiżiti identiċi. Peress li l-istess entitajiet emittenti se jinħatru biex joperaw sistema għall-assenjar tal-UDIs skont ir-Regolament (UE) 2017/745 u sistema għall-assenjar tal-UDIs skont ir-Regolament (UE) 2017/746, ikun tajjeb li l-ħatriet għal dawk iż-żewġ Regolamenti jiġu inklużi f'Deċiżjoni waħda. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ħatra tal-entitajiet emittenti
L-entitajiet emittenti elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni jinħatru biex joperaw sistema għall-assenjar tal-UDIs skont ir-Regolament (UE) 2017/745 u biex joperaw sistema għall-assenjar tal-UDIs skont ir-Regolament (UE) 2017/746.
Artikolu 2
Termini tal-ħatra
1. Il-ħatriet kollha li saru skont l-Artikolu 1 għandhom jibqgħu validi għal perjodu ta' ħames snin mis-27 ta' Ġunju 2019. Malli jintemm dak il-perjodu, kull waħda minn dawk il-ħatriet tista' tiġġedded għal perjodu ieħor ta' ħames snin jekk l-entità emittenti tibqa' tikkonforma mal-kriterji tal-ħatra u mat-termini tal-ħatra.
2. Il-Kummissjoni tista' tissospendi jew tirrevoka l-ħatra ta' entità emittenti skont l-Artikolu 1 fi kwalunkwe ħin jekk issib li l-entità ma għadhiex tissodisfa l-kriterji tal-ħatra stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) 2017/745 jew fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) 2017/746.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Ġunju 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) ĠU L 117, 5.5.2017, p. 176.
(3) Is-sejħa ġiet ippubblikata fuq https://ec.europa.eu/growth/content/call-applications-view-designation-udi-issuing-entities-accordance-article-272-regulation-eu_mt
ANNESS
Lista ta' entitajiet emittenti maħtura biex joperaw sistema għall-assenjar tal-UDIs skont ir-Regolament (UE) 2017/745 u sistema għall-assenjar tal-UDIs skont ir-Regolament (UE) 2017/746
|
(a) |
GS1 AISBL |
|
(b) |
Kunsill tal-Komunikazzjonijiet tan-Negozju tal-Industrija tas-Saħħa (HIBCC) |
|
(c) |
ICCBBA |
|
(d) |
Informationsstelle für Arzneispezialitäten – IFA GmbH |
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
7.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/76 |
DEĊIŻJONI Nru 2/2017 TAL-KUMITAT KONĠUNT TAL-KONVENZJONI REĠJONALI DWAR IR-REGOLI PREFERENZJALI TAL-ORIĠINI PAN-EWRO-MEDITERRANJI
tas-16 ta' Mejju 2017
li temenda d-dispożizzjonijiet tal-Appendiċi II tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji bl-introduzzjoni ta' possibbiltà ta' rifużjoni tad-dazju u ta' akkumulazzjoni sħiħa fil-kummerċ koperti mill-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles tal-Ewropa Ċentrali (CEFTA) li jinvolvi r-Repubblika tal-Moldova u l-parteċipanti fil-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea [2019/940]
IL-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini Pan-Ewro-Mediterranji (1),
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 1(2) tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (“il-Konvenzjoni”) jistipula li l-Appendiċi II jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċjali li huma applikabbli bejn ċerti Partijiet Kontraenti u li jidderogaw mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi I. |
|
(2) |
L-Artikolu 1 tal-Appendiċi II tal-Konvenzjoni jistipula li fil-kummerċ bilaterali ta' bejniethom, il-Partijiet Kontraenti jistgħu japplikaw dispożizzjonijiet speċjali li jidderogaw mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi I u li dawk id-dispożizzjonijiet ikunu stipulati fl-Annessi tal-Appendiċi II. |
|
(3) |
Ir-Repubblika tas-Serbja li qed tippresiedi s-sottokumitat tas-CEFTA dwar id-dwana u r-regoli tal-oriġini fil-qafas tal-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles tal-Ewropa Ċentrali (CEFTA) li jinvolvi r-Repubblika tal-Moldova u l-parteċipanti fil-Proċess ta' Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem “l-Istati Parti tas-CEFTA”), għarrfet lis-segretarjat tal-Kumitat Konġunt tal-Konvenzjoni dwar id-Deċiżjoni Nru 3/2015 tal-Kumitat Konġunt tal-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles tal-Ewropa Ċentrali tas-26 ta' Novembru 2015 li tintroduċi l-possibilità ta' rifużjoni tad-dazju u ta' akkumulazzjoni sħiħa fil-kummerċ bejn ir-Repubblika ta' Moldova u l-parteċipanti fil-Proċess ta' Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-qafas tas-CEFTA. |
|
(4) |
L-Artikolu 4(3)(a) tal-Konvenzjoni jipprevedi li l-Kumitat Konġunt jeħtieġ jadotta l-emendi tal-Konvenzjoni, inklużi l-emendi tal-Appendiċi. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Appendiċi II tal-Konvenzjoni, li jistipula d-derogi mid-dispożizzjonijiet tal-Appendiċi I tal-Konvenzjoni, huwa emendat u kkumplimentat bl-Annessi XIII, G u H fl-Appendiċi II tal-Konvenzjoni, stabbiliti fl-Annessi ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
L-Annessi XIII, G u H tal-Appendiċi II tal-Konvenzjoni, stabbiliti fl-Annessi ta' din id-Deċiżjoni, jispeċifikaw il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-projbizzjoni tar-rifużjoni tad-dazju u akkumulazzjoni sħiħa fil-kummerċ bejn l-Istati Parti tas-CEFTA.
Artikolu 3
L-Annessi għandhom jifformaw parti integrali minn din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha mill-Kumitat Konġunt.
Id-data tal-applikazzjoni għandha tkun l-1 ta' Lulju 2019.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2017.
Għall-Kumitat Konġunt
Il-President
Péter KOVÀCS
ANNESS I
Fl-Appendiċi II tal-Konvenzjoni, jiżdied l-Anness XIII li ġej:
“ANNESS XIII
Il-kummerċ kopert mill-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles tal-Ewropa Ċentrali (CEFTA) li jinvolvi r-Repubblika tal-Moldova u l-parteċipanti fil-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea
Artikolu 1
Esklużjonijiet minn akkumulazzjoni tal-oriġini
Il-prodotti li jkunu kisbu l-oriġini tagħhom permezz tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet maħsubin f'dan l-Anness għandhom jiġu esklużi mill-akkumulazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 3 tal-Appendiċi I.
Artikolu 2
Akkumulazzjoni tal-oriġini
Bl-għan li jiġi implimentat l-Artikolu 2(1)(b) tal-Appendiċi I, ħidma jew ipproċessar imwettqin fir-Repubblika tal-Moldova jew mill-parteċipanti fil-Proċess ta' Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (“l-Istati Parti tas-CEFTA”), għandhom jitqiesu li twettqu fi kwalunkwe Stat Parti tas-CEFTA meta l-prodotti miksubin tkun saritilhom ħidma jew ipproċessar sussegwenti fl-Istat Parti tas-CEFTA kkonċernat. Fil-każ fejn, skont din id-dispożizzjoni, il-prodotti oriġinarji jinkisbu f'żewġ Partijiet ikkonċernati jew aktar, għandhom jitqiesu li joriġinaw fi Stat Parti tas-CEFTA kkonċernat fil-każ biss li x-xogħol jew l-ipproċessar imur lil hinn mill-operazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 6 tal-Appendiċi I.
Artikolu 3
Provi tal-oriġini
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16(4) u (5) tal-Appendiċi I, l-awtoritajiet doganali ta' Stat Parti tas-CEFTA għandhom joħorġu ċertifikat tal-moviment EUR.1 jekk il-prodotti kkonċernati jkunu jistgħu jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw fi Stat Parti tas-CEFTA, b'applikazzjoni tal-akkumulazzjoni msemmija fl-Artikolu 2 ta' dan l-Anness, u jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħrajn tal-Appendiċi I.
2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21(2) u (3) tal-Appendiċi I, tista' ssir dikjarazzjoni tal-oriġini jekk il-prodotti kkonċernati jkunu jistgħu jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw fi Stat Parti tas-CEFTA, b'applikazzjoni tal-akkumulazzjoni msemmija fl-Artikolu 2 ta' dan l-Anness, u jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħrajn tal-Appendiċi I.
Artikolu 4
Dikjarazzjonijiet tal-fornitur
1. Meta jinħareġ ċertifikat tal-moviment EUR.1 jew issir dikjarazzjoni tal-oriġini fi Stat Parti tas-CEFTA għall-prodotti oriġinarji li waqt il-manifattura tagħhom, ikunu intużaw oġġetti ġejjin minn Stati Parti oħrajn tas-CEFTA li jkunu għaddew minn ħidma jew ipproċessar f'dawn l-Istati Parti mingħajr ma jkunu kisbu status oriġinarju preferenzjali, għandha titqies id-dikjarazzjoni tal-fornitur mogħtija għal dawk l-oġġetti skont dan l-Artikolu.
2. Id-dikjarazzjoni tal-fornitur imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, għandha sservi ta' evidenza għall-ħidma jew l-ipproċessar imwettqin fl-Istati Parti tas-CEFTA mill-oġġetti kkonċernati, bl-għan li jiġi ddeterminat jekk il-prodotti li waqt il-manifattura tagħhom jintużaw dawk l-oġġetti, jistgħux jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw fl-Istati Parti tal-CEFTA jew jissodisfawx ir-rekwiżiti l-oħra tal-Appendiċi I.
3. Ħlief fil-każijiet previsti fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, għandha ssir dikjarazzjoni tal-fornitur separata mill-fornitur għal kull konsenja tal-oġġetti fl-għamla preskritta fl-Anness G ta' dan l-Appendiċi, fuq karta mehmuża mal-fattura, man-nota tal-konsenja jew ma' kwalunkwe dokument kummerċjali ieħor li jiddeskrivi l-oġġetti kkonċernati f'biżżejjed dettall biex ikunu jistgħu jiġu identifikati.
4. Meta fornitur iforni regolarment lil klijent partikolari b'oġġetti li għalihom il-ħidma jew l-ipproċessar imwettqin fl-Istati Parti tas-CEFTA ikun mistenni li jibqgħu kostanti għal perjodu konsiderevoli ta' żmien, jista' jipprovdi dikjarazzjoni tal-fornitur unika li tkopri l-konsenji sussegwenti ta' dawk l-oġġetti (“dikjarazzjoni tal-fornitur għal terminu twil”).
Normalment, dikjarazzjoni tal-fornitur għal terminu twil tista' tkun valida għal perjodu ta' sena mid-data li ssir id-dikjarazzjoni. L-awtorità doganali tal-Istat Parti tas-CEFTA fejn issir id-dikjarazzjoni, tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jintużaw perjodi itwal.
Id-dikjarazzjoni tal-fornitur għal terminu twil għandha ssir mill-fornitur fl-għamla preskritta fl-Anness H ta' dan l-Appendiċi u għandha tiddeskrivi l-oġġetti kkonċernati f'biżżejjed dettall biex ikunu jistgħu jiġu identifikati. Għandha tingħata lill-klijent ikkonċernat qabel ma jiġi fornut bl-ewwel konsenja tal-oġġetti koperti minn dik id-dikjarazzjoni jew flimkien mal-ewwel konsenja.
Il-fornitur għandu jinforma minnufih lill-klijent tiegħu jekk id-dikjarazzjoni tal-fornitur għal terminu twil ma tkunx għadha applikabbli għall-oġġetti fornuti.
5. Id-dikjarazzjonijiet tal-fornitur imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu, għandhom ikunu ttajpjati jew stampati bl-Ingliż, skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tal-Istat Parti tas-CEFTA fejn tkun saret id-dikjarazzjoni, u għandu jkollhom il-firma oriġinali tal-fornitur fil-manuskritt. Id-dikjarazzjoni tista' ssir ukoll bil-miktub; f'dan il-każ, għandha tinkiteb bil-linka f'karattri stampati.
6. Il-fornitur li jagħmel id-dikjarazzjoni għandu jkun lest li fi kwalunkwe ħin, fuq talba tal-awtorità doganali tal-Istat Parti tas-CEFTA fejn issir id-dikjarazzjoni, jissottometti id-dokumenti kollha xierqa li jippruvaw li l-informazzjoni mogħtija f'dik id-dikjarazzjoni hija korretta.
Artikolu 5
Dokumenti ta' sostenn
Id-dikjarazzjonijiet tal-fornitur li jippruvaw li l-ħidma jew l-ipproċessar imwettqin fl-Istati Partijiet tas-CEFA minn materjali użati, li jsiru f'wieħed minn dawk l-Istati Parti, għandhom jiġu trattati bħala dokument imsemmi fl-Artikoli 16(3) jew 21(5) tal-Appendiċi I u l-Artikolu 4(6) ta' dan l-Anness, użati bl-għan li jippruvaw li dawk il-prodotti koperti minn ċertifikat tal-moviment EUR.1 jew dikjarazzjoni tal-oriġini, jistgħu jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw fi Stat Parti tas-CEFTA u li jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħrajn tal-Appendiċi I.
Artikolu 6
Żamma tad-dikjarazzjonijiet tal-fornitur
Il-fornitur li jagħmel id-dikjarazzjoni tal-fornitur għandu jżomm il-kopji tad-dikjarazzjoni u tal-fatturi, in-noti tal-konsenja jew dokumenti kummerċjali oħra li tkun mehmuża magħhom dik id-dikjarazzjoni, kif ukoll id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 4(6) ta' dan l-Anness, għal mill-inqas tliet snin.
Il-fornitur li jagħmel id-dikjarazzjoni tal-fornitur għal terminu twil għandu jżomm il-kopji tad-dikjarazzjoni u tal-fatturi, in-noti tal-konsenja jew dokumenti kummerċjali oħra li jikkonċernaw l-oġġetti koperti minn dik id-dikjarazzjoni mibgħuta lill-klijent ikkonċernat, kif ukoll id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 4(6) ta' dan l-Anness, għal mill-inqas tliet snin. Dak il-perjodu għandu jibda mid-data ta' skadenza tal-validità tad-dikjarazzjoni tal-fornitur għal terminu twil.
Artikolu 7
Kooperazzjoni amministrattiva
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 31 u 32 tal-Appendiċi I, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni kif suppost ta' dan l-Anness, l-Istati Parti tas-CEFTA, permezz tal-awtoritajiet doganali kompetenti, għandhom jassistu lil xulxin fil-verifika tal-awtentiċità taċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1, id-dikjarazzjonijiet tal-oriġini jew id-dikjarazzjonijiet tal-fornitur, u l-korrettezza tal-informazzjoni mogħtija f'dawk id-dokumenti.
Artikolu 8
Verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-fornitur
1. Il-verifiki sussegwenti tad-dikjarazzjonijiet tal-fornitur jew tad-dikjarazzjonijiet tal-fornitur għal terminu twil, jistgħu jitwettqu b'mod aleatorju jew kull meta l-awtorità doganali tal-Istat Parti tas-CEFTA fejn dawn id-dikjarazzjonijiet ikunu tqiesu biex jintuża ċertifikat tal-moviment EUR.1 jew biex issir dikjarazzjoni tal-oriġini, ikollha dubji raġonevoli dwar l-awtentiċità tad-dokument jew il-korrettezza tal-informazzjoni mogħtija fih.
2. Għall-għanijiet tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-awtorità doganali tal-Istat Parti tas-CEFTA msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, għandha tirritorna d-dikjarazzjoni tal-fornitur jew id-dikjarazzjoni tal-fornitur għal terminu twil u l-fatturi, in-noti tal-konsenja jew dokumenti kummerċjali oħrajn li jikkonċernaw l-oġġetti koperti b'din id-dikjarazzjoni, lill-awtorità doganali tal-Istat Parti tas-CEFTA fejn tkun saret id-dikjarazzjoni, u fejn xieraq, tagħti r-raġunijiet tas-sustanza jew l-għamla tat-talba għall-verifika.
B'appoġġ għat-talba għal verifika sussegwenti, għandha tibgħat kwalunkwe dokument u informazzjoni li jkunu nkisbu, li jissuġġerixxu li l-informazzjoni mogħtija mid-dikjarazzjoni tal-fornitur jew mid-dikjarazzjoni tal-fornitur għal terminu twil mhijiex korretta.
3. Il-verifika għandha titwettaq mill-awtorità doganali tal-Istat Parti tas-CEFTA fejn tkun saret id-dikjarazzjoni tal-fornitur jew id-dikjarazzjoni tal-fornitur għal terminu twil. Għal dak l-għan, għandu jkollha d-dritt li titlob kwalunkwe evidenza u li twettaq kwalunkwe spezzjoni tal-kontijiet tal-fornitur jew kwalunkwe verifika oħra li tqis xierqa.
4. L-awtorità doganali li titlob il-verifika għandha tkun informata bir-riżultati ta' din il-verifika malajr kemm jista' jkun. Dawk ir-riżultati għandhom jindikaw b'mod ċar jekk l-informazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjoni tal-fornitur jew fid-dikjarazzjoni tal-fornitur għal terminu twil hijiex korretta u jagħmluha possibbli li huma jiddeterminaw jekk u kemm din id-dikjarazzjoni tista' titqies għall-ħruġ ta' ċertifikat tal-moviment EUR.1 jew biex issir dikjarazzjoni tal-oriġini.
Artikolu 9
Penali
Il-penali għandhom jiġu imposti fuq kwalunkwe persuna li tfassal, jew tikkawża t-tfassil, ta' dokument li jkun fih informazzjoni skorretta bl-għan li jinkiseb trattament preferenzjali għall-prodotti.
Artikolu 10
Projbizzjoni tar-rifużjoni tad-dazji doganali jew l-eżenzjoni minnhom
Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 14 tal-Appendiċi I ma għandhiex tapplika fil-kummerċ bilaterali bejn l-Istati Parti tas-CEFTA.
ANNESS II
Fl-Appendiċi II tal-Konvenzjoni, jiżdied l-Anness G li ġej:
“ANNESS G
Id-dikjarazzjoni tal-fornitur għal oġġetti li tkun saritilhom ħidma jew ipproċessar fl-Istati Parti tas-CEFTA mingħajr ma jkunu kisbu status ta' oriġini preferenzjali
Id-dikjarazzjoni tal-fornitur, li t-test tagħha qed jingħata hawn taħt, trid issir skont in-noti f'qiegħ il-paġna. Madankollu, in-noti f'qiegħ il-paġna ma għandhomx jiġu riprodotti.
DIKJARAZZJONI TAL-FORNITUR
għal oġġetti li tkun saritilhom ħidma jew ipproċessar fl-Istati Parti tas-CEFTA mingħajr ma jkunu kisbu status ta' oriġini preferenzjali
Jiena, is-sottoskritt, fornitur tal-oġġetti koperti bid-dokument mehmuż, niddikjara li:
|
1. |
Dawn il-materjali li ġejjin, li ma joriġinawx fl-Istati Parti tas-CEFTA, ġew użati fl-Istati Parti tas-CEFTA sabiex jiġu prodotti dawn l-oġġetti:
|
||||||||||||||||||||||||
|
2. |
Il-materjali l-oħra kollha użati fl-Istati Parti tas-CEFTA sabiex jiġu prodotti dawn l-oġġetti joriġinaw fl-Istati Parti tas-CEFTA. |
|
3. |
L-oġġetti li ġejjin saritilhom ħidma jew sarilhom ipproċessar barra minn Stat Parti tas-CEFTA skont l-Artikolu 11 tal-Appendiċi I tal-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli tal-oriġini preferenzjali pan-Ewro-Mediterranji u kisbu hemmhekk il-valur miżjud totali li ġej:
|
(1) Meta l-fattura, in-nota tal-konsenja jew dokument kummerċjali ieħor li magħhom tkun mehmuża d-dikjarazzjoni jirreferu għal tipi differenti ta' oġġetti, jew għal oġġetti li ma jinkorporawx daqstant materjali mhux oriġinarji, il-fornitur għandu jagħmel distinzjoni ċara bejniethom.
Eżempju:
Id-dokument huwa relatat ma' mudelli differenti ta' mutur elettriku bl-intestatura 8501 li jeħtieġ jintużaw fil-manifattura tal-magni tal-ħasil bl-intestatura 8450. In-natura u l-valur tal-materjali mhux oriġinarji użati fil-manifattura ta' dawn il-muturi huma differenti għal kull mudell. Għalhekk, il-mudelli jridu jiġu differenzjati fl-ewwel kolonna u l-indikazzjonijiet fil-kolonni l-oħra jridu jingħataw b'mod separat għal kull wieħed mill-mudelli sabiex il-manifattur tal-magni tal-ħasil ikun jista' jagħmel valutazzjoni korretta tal-istatus oriġinarju tal-prodotti tiegħu skont liema mudell ta' mutur elettriku juża.
(2) L-indikazzjonijiet mitluba f'dawn il-kolonni jenħtieġ li jingħataw biss jekk ikun hemm bżonn.
Eżempji:
Ir-regola għall-ilbies tal-ex Kapitolu 62 tgħid li jista' jintuża ħajt mhux oriġinarju. Jekk manifattur ta' tali lbies fis-Serbja juża drapp li huwa importat mill-Montenegro li jkun inkiseb hemm minn insiġ ta' ħajt mhux oriġinarju, ikun biżżejjed għall-fornitur tal-Montenegro li fid-dikjarazzjoni tiegħu jiddeskrivi l-materjal mhux oriġinarju użat bħala ħajt, mingħajr il-ħtieġa li jindika l-intestatura u l-valur ta' dan il-ħajt.
Produttur tal-ħadid bl-intestatura 7217 li jkun ipproduċieh minn vireg tal-ħadid mhux oriġinarji fit-tieni kolonna għandu jindika “vireg tal-ħadid”. Meta fil-produzzjoni ta' magna jkollu jintuża l-wajer, li għalih ir-regola tistabbilixxi limitu għal ċertu valur perċentwali għall-materjali mhux oriġinarji kollha użati, il-valur tal-vireg mhux oriġinarji jeħtieġ li jiġi indikat fit-tielet kolonna.
(3) “Valur tal-materjali” tfisser il-valur doganali fil-waqt tal-importazzjoni tal-materjali mhux oriġinarji użati, jew, jekk dan ma jkunx magħruf u ma jistax ikun aċċertat, l-ewwel prezz aċċertat imħallas għall-materjali f'wieħed mill-Istati Parti tas-CEFTA; Il-valur preċiż għal kull materjal mhux oriġinarju użat irid jingħata għal kull unità tal-oġġetti speċifikati fl-ewwel kolonna.
(4) “Valur miżjud totali” tfisser il-kostijiet kollha akkumulati barra mill-Istati Parti tas-CEFTA, inkluż il-valur tal-materjali kollha miżjuda hemmhekk. Il-valur miżjud totali preċiż miksub lil hinn mill-Istati Parti tas-CEFTA jrid jingħata għal kull unità tal-oġġetti speċifikati fl-ewwel kolonna.
ANNESS III
Fl-Appendiċi II tal-Konvenzjoni, jiżdied l-Anness H li ġej:
“ANNESS H
Id-dikjarazzjoni tal-fornitur għal terminu twil għal oġġetti li tkun saritilhom ħidma jew ipproċessar fl-Istati Parti tas-CEFTA mingħajr ma jkunu kisbu status ta' oriġini preferenzjali
Id-dikjarazzjoni tal-fornitur għal terminu twil, li t-test tagħha qed jingħata hawn taħt, trid issir skont in-noti f'qiegħ il-paġna. Madankollu, in-noti f'qiegħ il-paġna ma għandhomx jiġu riprodotti.
DIKJARAZZJONI TAl-FORNITUR GĦAL TERMINU TWIL
għal oġġetti li tkun saritilhom ħidma jew ipproċessar fl-Istati Parti tas-CEFTA mingħajr ma jkunu kisbu status ta' oriġini preferenzjali
Jiena, is-sottoskritt, fornitur tal-oġġetti koperti b'dan id-dokument, li huma regolarment fornuti lil … (1), niddikjara li:
|
1. |
Il-materjali li ġejjin li ma joriġinawx fl-Istati Parti tas-CEFTA ġew użati fl-Istati Parti tas-CEFTA sabiex jiġu prodotti dawn l-oġġetti:
|
||||||||||||||||||||||||
|
2. |
Il-materjali l-oħra kollha użati fl-Istati Parti tas-CEFTA sabiex jiġu prodotti dawn l-oġġetti joriġinaw fl-Istati Parti tas-CEFTA. |
|
3. |
L-oġġetti li ġejjin saritilhom ħidma jew sarilhom ipproċessar barra minn Stat Parti tas-CEFTA skont l-Artikolu 11 tal-Appendiċi I tal-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli tal-oriġini preferenzjali pan-Ewro-Mediterranji u kisbu hemmhekk il-valur miżjud totali li ġej:
Din id-dikjarazzjoni hija valida għall-konsenji kollha sussegwenti ta' dawn l-oġġetti mibgħutin minn … lil … (6). Jien nintrabat li ninforma … (7) minnufih jekk din id-dikjarazzjoni ma tkunx aktar valida.
|
(1) Isem u indirizz tal-klijent.
(2) Meta l-fattura, in-noti tal-konsenja jew dokument kummerċjali ieħor li magħhom tkun mehmuża d-dikjarazzjoni jirreferu għal tipi differenti ta' oġġetti, jew għal oġġetti li ma jinkorporawx daqstant materjali mhux oriġinarji, il-fornitur irid jagħmel distinzjoni ċara bejniethom.
Eżempju:
Id-dokument huwa relatat ma' mudelli differenti ta' mutur elettriku bl-intestatura 8501 li jeħtieġ jintużaw fil-manifattura tal-magni tal-ħasil bl-intestatura 8450. In-natura u l-valur tal-materjali mhux oriġinarji użati fil-manifattura ta' dawn il-muturi huma differenti għal kull mudell. Għalhekk, il-mudelli jridu jiġu differenzjati fl-ewwel kolonna u l-indikazzjonijiet fil-kolonni l-oħra jridu jingħataw b'mod separat għal kull wieħed mill-mudelli sabiex il-manifattur tal-magni tal-ħasil ikun jista' jagħmel valutazzjoni korretta tal-istatus oriġinarju tal-prodotti tiegħu skont liema mudell ta' mutur elettriku juża.
(3) L-indikazzjonijiet mitluba f'dawn il-kolonni jenħtieġ li jingħataw biss jekk ikun hemm bżonn.
Eżempji:
Ir-regola għall-ilbies tal-ex Kapitolu 62 tgħid li jista' jintuża ħajt mhux oriġinarju. Jekk manifattur ta' tali lbies fis-Serbja juża drapp li huwa importat mill-Montenegro li jkun inkiseb hemm minn insiġ ta' ħajt mhux oriġinarju, ikun biżżejjed għall-fornitur tal-Montenegro li fid-dikjarazzjoni tiegħu jiddeskrivi l-materjal mhux oriġinarju użat bħala ħajt, mingħajr il-ħtieġa li jindika l-intestatura u l-valur ta' dan il-ħajt. Produttur tal-ħadid bl-intestatura 7217 li jkun ipproduċieh minn vireg tal-ħadid mhux oriġinarji fit-tieni kolonna għandu jindika “vireg tal-ħadid”. Meta fil-produzzjoni ta' magna jkollu jintuża l-wajer, li għalih ir-regola tistabbilixxi limitu għal ċertu valur perċentwali għall-materjali mhux oriġinarji kollha użati, il-valur tal-vireg mhux oriġinarji jeħtieġ li jiġi indikat fit-tielet kolonna.
(4) “Valur tal-materjali” tfisser il-valur doganali fil-waqt tal-importazzjoni tal-materjali mhux oriġinarji użati, jew, jekk dan ma jkunx magħruf u ma jistax ikun aċċertat, l-ewwel prezz aċċertat imħallas għall-materjali f'wieħed mill-Istati Parti tas-CEFTA; Il-valur preċiż għal kull materjal mhux oriġinarju użat irid jingħata għal kull unità tal-oġġetti speċifikati fl-ewwel kolonna.
(5) “Il-valur miżjud totali” għandu jfisser il-kostijiet kollha akkumulati barra mill-Istati Parti tas-CEFTA, inkluż il-valur tal-materjali kollha miżjuda hemmhekk. Il-valur miżjud totali preċiż miksub barra mill-Istati Parti tas-CEFTA jrid jingħata għal kull unità tal-oġġetti speċifikati fl-ewwel kolonna.
(6) Daħħal id-dati. Il-perjodu tal-validità tad-dikjarazzjoni tal-fornitur għal terminu twil, normalment jenħtieġ li ma jaqbiżx it-12-il xahar, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż fejn issir id-dikjarazzjoni tal-fornitur għal terminu twil.
(7) Isem u indirizz tal-klijent.
Rettifika
|
7.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/85 |
Rettifika tal-Ftehim dwar it-trasport internazzjonali okkażjonali ta' passiggieri bil-coach u bix-xarabank (Ftehim Interbus)
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej L 321 tas-26 ta' Novembru 2002 )
(Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 7, Volum 7, p. 138)
F'paġna 144, l-Artikolu 26,
minflok:
“Dan il-Ftehim ghandu jkun miftuh ghall-firma fi Brussel mill-14 ta' April 2000 sal-31 ta' Dicembru 2000 ...”,
aqra:
“Dan il-Ftehim ghandu jkun miftuh ghall-firma fi Brussel mill-14 ta' April 2000 sat-30 ta' Ġunju 2001 ...”.