|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 148 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 62 |
|
|
|
III Atti oħrajn |
|
|
|
|
ŻONA EKONOMIKA EWROPEA |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
6.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 148/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/921
tat-3 ta' Ġunju 2019
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid kwalunkwe sottodiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella. |
|
(4) |
Jixraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-oġġetti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta' tliet xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Ġunju 2019.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Stephen QUEST
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
Prodott fil-forma ta' pillola li fiha 400 mg ta' S-Adenosil-L-Metijonina disulfat p-toluwensulfonat, fejn l-ingredjent attiv huwa s-S-Adenosil-L-Metijonina (“SAMe”). Il-prodott jinkludi wkoll kwantitajiet żgħar ħafna ta' ċelluloża mikrokristallina, idrossidu tal-manjeżju, aċidu steariku, stearat tal-manjeżju, silika kollojdali anidra, ossidu tal-kalċju u komponenti tal-kisi. Il-prodott huwa ppreżentat biex jintuża bħala suppliment tal-ikel li jiffaċilita l-funzjoni normali tal-fwied, jgħin fil-proċessi ta' detossifikazzjoni tal-ġisem u jappoġġa, b'mod ġenerali, is-saħħa emozzjonali tajba. Id-doża rakkomandata ta' kuljum hija pillola waħda. Il-prodott huwa ppreżentat bl-ingrossa. |
2106 90 92 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 sa 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-nota addizzjonali 5 tal-Kapitolu 21 u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 2106 , 2106 90 u 2106 90 92 . Il-kontenut tal-ingredjent attiv “SAMe” għal kull pillola, mhuwiex adattat għall-prevenzjoni u t-trattament ta' mard jew problemi tas-saħħa. Għalhekk, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 3004 hija eskluża. Konsegwentement, il-prodott huwa preparazzjoni tal-ikel mhux speċifikata jew inkluża banda oħra (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata tal-intestatura 2106 , it-tieni paragrafu, il-punt (16)). Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 2106 90 92 bħala preparazzjoni tal-ikel li mhux speċifikata jew inkluża banda oħra. |
|
6.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 148/4 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/922
tat-3 ta' Ġunju 2019
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid kwalunkwe sottodiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella. |
|
(4) |
Jixraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-oġġetti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta' tliet xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Ġunju 2019.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Stephen QUEST
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
||||||||||||||||||||||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||||||||||||||||||
|
Prodott magħmul minn granijiet fini ta' lewn beige li fihom partikuli bojod, ippreżentat bl-ingrossa. Il-prodott fih:
u eċċipjenti. Fi proċess ta' produzzjoni ulterjuri, il-prodott huwa omoġenizzat sabiex jitqiegħed f'kapsuli. Il-prodott huwa ppreżentat biex jintuża bħala suppliment tal-ikel li jwaqqaf it-telf tax-xagħar u li jistimula t-tkabbir tax-xagħar. Huwa ppreżentat wkoll li jipprovdi benefiċċji f'każijiet ta' ġilda niexfa u li titfarfar, ta' ħakk u seborrea, u kif ukoll biex isaħħaħ id-dwiefer. |
2106 90 92 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 2106 , 2106 90 u 2106 90 92 . Il-prodott huwa preparazzjoni bl-ingrossa li essenzjalment tinkludi nutrijenti (proteini, vitamini u minerali essenzjali) meħtieġa biex jistimulaw it-tkabbir b'saħħtu tax-xagħar u tad-dwiefer. Għalhekk, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 3003 hija eskluża (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (NSSA) tal-intestatura 3003 , it-tielet u s-sitt paragrafu). Konsegwentement, il-prodott huwa preparazzjoni tal-ikel mhux speċifikata jew inkluża banda oħra (ara wkoll l-NSSA tal-intestatura 2106 , it-tieni paragrafu, il-punt (16)). Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 2106 90 92 bħala preparazzjoni tal-ikel li mhux speċifikata jew inkluża banda oħra. |
|
6.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 148/7 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/923
tat-3 ta' Ġunju 2019
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid kwalunkwe sottodiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċijiet NM indikati fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella. |
|
(4) |
Jixraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-oġġetti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta' tliet xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċijiet NM indikati fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Ġunju 2019
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Stephen QUEST
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||
|
2208 90 69 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mit-test tal-kodiċijiet NM 2208 , 2208 90 u 2208 90 69 . Il-prodott huwa xarba alkoħolika li ma żammitx il-karattru ta' prodott li jaqa' taħt l-intestatura 2206 (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata tal-intestatura 2206 , it-tielet paragrafu) peress li s-sustanzi miżjuda wasslu biex jintiflu l-proprjetajiet u l-karatteristiċi ta' meraq tat-tuffieħ iffermentat. Il-fatt li l-alkoħol distillat la jaqbeż il-volum u lanqas il-perċentwal ta' 49 % tal-alkoħol preżenti fil-prodott u l-51 % li jifdal jirriżulta minn proċess ta' fermentazzjoni, mhuwiex kriterju ta' klassifikazzjoni peress li ma teżisti l-ebda regola ta' maġġoranza bbażata fuq il-perċentwali li tiddetermina l-karattru tal-prodotti tal-intestatura 2206 . B'hekk il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 2206 hija eskluża peress li l-prodott juri karatteristiċi oġġettivi simili għal dawk ta' xarba spirituża u ma għadx għandu l-karatteristiċi miksuba mill-fermentazzjoni ta' frotta jew pjanta speċifika. Għaldaqstant il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 2208 90 69 bħala xarba oħra spirituża f'kontenituri li jesgħu żewġ litri jew inqas. |
||
|
2208 90 99 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mit-test tal-kodiċijiet NM 2208 , 2208 90 u 2208 90 99 . L-estratt tal-pitravi ħelu huwa zokkor mhux raffinat newtrali u għalhekk il-prodott ma jistax ikollu t-togħma, ir-riħa u/jew id-dehra ta' xarba prodotta minn frotta jew prodott naturali partikolari. B'hekk ma kisibx il-karatteristiċi ta' prodott li jaqa' taħt l-intestatura 2206 iżda akkwista dawk tal-alkoħol etiliku tal-intestatura 2208 . Għalhekk il-prodott, li jinkiseb bl-ipproċessar ta' estratt tal-pitravi ħelu ffermentat u maħsub biex jintuża bħala bażi fil-formulazzjoni ta' xarbiet alkoħoliċi, peress li huwa newtrali f'termini ta' kulur, riħa u togħma b'riżultat tal-purifikazzjoni (inkluża l-mikrofiltrazzjoni), jaqa' taħt l-intestatura 2208 . Għaldaqstant il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 2208 90 99 bħala alkoħol etiliku mhux żnaturat f'kontenituri li jesgħu aktar minn żewġ litri. |
|
6.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 148/10 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/924
tat-3 ta' Ġunju 2019
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid kwalunkwe sottodiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella. |
|
(4) |
Jixraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta' tliet xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda skont il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Ġunju 2019.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Stephen QUEST
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi - NM) |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
Oġġett (kaxxa tal-fibra ottika bil-konnetturi) ċilindriku b'dijametru ta' madwar 140 mm u għoli ta' 400 mm. L-oġġett jiżen madwar 2,5 kg. L-oġġett huwa magħmul prinċipalment mill-plastik b'xi elementi żgħar (irfid u viti) tal-metall. Il-bażi tal-oġġett għandha erba' punti ta' dħul tal-kejbil. Meta l-oġġett ikun kompletament armat, il-bażi titwaħħal mal-għata tal-plastik ċilindrika tal-oġġett permezz ta' qafla tonda li tista' tinqala'. Fuq ġewwa hemm splice tray tal-plastik, imwaħħal mal-bażi tal-oġġett. Dan it-tray fih kanali speċifiċi biex jiġu allinjati l-fibri ottiċi/kejbils ottiċi u huwa mgħammar bil-konnetturi. L-oġġett kollu kemm hu huwa maħsub għall-preservazzjoni ta' kejbils ottiċi/kejbils ottiċi u jista' jintuża f'tipi differenti ta' netwerks. (*1) Ara l-istampi. |
8536 70 00 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, min-Nota Addizzjonali 7 tal-Kapitolu 85 u mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8536 u 8536 70 00 . Il-klassifikazzjoni taħt il-kodiċi NM 8536 90 10 hija eskluża minħabba li dak il-kodiċi jkopri “konnessjonijiet u elementi ta' kuntatt għal wajer u kejbils”, jiġifieri apparat elettriku biex jagħmel konnessjonijiet elettriċi. L-oġġett inkwistjoni huwa kaxxa b'konnekters għall-fibra ottika, mazzi ta' fibra ottika jew b'kejbils ottiċi u m'għandu l-ebda konnessjoni elettrika. L-oġġett għandu l-karatteristiċi ta' konnetturi tal-fibri ottiċi, ta' mazzi tal-fibra ottika jew tal-kejbils ottiċi li sempliċiment jallinaw b'mod mekkaniku l-fibri ottiċi tarf ma' tarf f'sistema ta' linja diġitali (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata tal-intestatura 8536 , il-parti IV). Minħabba l-karatteristiċi tiegħu, l-oġġett għandu għalhekk jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8536 70 00 bħala konnekters użati għall-fibra ottika, mazzi jew kejbils tal-fibra ottika. |
(*1) L-istampi huma biss għal finijiet ta' informazzjoni.
|
6.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 148/13 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/925
tat-3 ta' Ġunju 2019
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid xi sottodiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella. |
|
(4) |
Jixraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta' tliet xhur. |
|
(5) |
I-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda skont il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għall-perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Ġunju 2019.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Stephen QUEST
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi tan-NM) |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
Oġġett forma ta' tubu (imsejjaħ “ċinturin għall-attività”) li hu magħmul minn drapp innittjat li fih 88 % poliester u 12 % elastan u għandu ċirkonferenza ta' 66 cm. L-oġġett huwa magħmul minn biċċtejn rettangolari tal-istess daqs maqtugħin minn drapp tessili nnittjat. Dawn jitpoġġew waħda fuq l-oħra u jinħietu flimkien fuq tliet naħat biex jiffurmaw “ċinturin għall-attività” riversibbli elastiku. L-oġġett huwa attrezzat bir-rifletturi, għandu but ċatt b'zipper u żewġ fetħiet żgħar, li waħda minnhom għandha żigarella bi strixxa elastiċizzata. Ma fihx bokkli jew molol. L-oġġett huwa intiż biex jintlibes madwar il-qadd, pereżempju waqt attivitajiet sportivi. Fil-bwiet/fil-fetħiet wieħed jista' jżomm oġġetti żgħar bħal ċwievet, karti tal-kreditu u oġġetti simili. (Ara l-istampi) (*1) |
6307 90 10 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, min-Nota 7(f) tat-Taqsima XI, u mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 6307 , 6307 90 u 6307 90 10 . Iċ-ċinturin għall-attività għandu l-karatteristiċi oġġettivi ta' oġġett tessili kkonfezzjonat skont it-tifsira tal-intestatura 6307 u skont in-Nota 7(f) tat-Taqsima XI. L-oġġett mhuwiex intiż biex iżomm xi oġġett speċifiku. Mhuwiex imfassal b'ebda mod speċjali u lanqas mhu attrezzat minn ġewwa. Ma jixbaħx il-kontenituri kklassifikati fl-intestatura 4202 (ara wkoll l-ewwel u r-raba' paragrafu u l-esklużjoni (c) tan-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata tal-intestatura 4202 ). B'hekk, ma jistax jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 4202 . Għaldaqstant, l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 6307 90 10 bħala “oġġett innittjat ikkonfezzjonat ieħor”. |
(*1) L-istampi għandhom jintużaw biss għall-finijiet ta' informazzjoni.
|
6.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 148/16 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/926
tat-3 ta' Ġunju 2019
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid kwalunkwe sottodiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella. |
|
(4) |
Jixraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta' tliet xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Ġunju 2019.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Stephen QUEST
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi tan-NM) |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
Oġġett b'daqs ta' madwar 160 x 54 x 38 cm u li jiżen madwar 1,5 kg, magħmul minn żewġ saffi ta' drapp tessili magħqudin flimkien u mimli b'pedding ta' plastik ċellulari. In-naħa ta' ġewwa tad-drapp tessili huwa miksi bil-plastik. L-oġġett għandu rfid tad-dahar tiegħu li huwa magħmul minn qafas ta' vireg tal-metall li jista' jintewa u li huwa parzjalment integrat fl-oġġett. Għandu borża għall-ħżin meħjuta mat-tarf tal-irfid tad-dahar. L-għoli tal-irfid tad-dahar jista' jiġi aġġustat permezz ta' ċinga b'bokkla tal-plastik. L-oġġett jista' jintewa biex jiġi trasportat jew maħżun. Mal-kantunieri tan-naħa ta' fuq tal-irfid tad-dahar għandu meħjuta ċinga biex jinġarr minnha, u għandu diversi strixxi tat-tip “Velcro” biex l-irfid tad-dahar ikun jista' jitwaħħal ma' wiċċ mimdud waqt it-trasport jew meta jinħażen. L-oġġett huwa offrut għall-bejgħ bħala saqqu tal-kampeġġ jew bħala saqqu ta' fejn il-baħar. Ara l-istampa (*1). |
6306 90 00 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata bir-regoli ġenerali (GIR) 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda kif ukoll bil-kliem tal-Kodiċijiet tan-NM 6306 u 6306 90 00 . Minħabba l-materjal tessili li minnu hija magħmula l-parti l-kbira tal-wiċċ, il-materjal tessili jagħti lill-oġġett il-karattru essenzjali tiegħu fis-sens tal-GIR 3(b). Abbażi tal-karatteristiċi oġġettivi tiegħu (ħafif, miksi bil-plastik bħala protezzjoni, jinfetaħ u jiġi ppakkjat malajr, u faċli biex jiġi trasportat), l-oġġett huwa intiż għall-użu fuq barra biex jittieħed, pereżempju, fil-kampeġġi, fejn il-baħar, eċċ. u biex jintuża hemmhekk b'mod temporanju (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda għas-subintestatura 6306 90 00 ). Il-klassifikazzjoni tal-oġġett taħt l-intestatura 9404 bħala oġġett ta' friex jew tagħmir (furnishing) simili, bħal mitraħ, hija eskluża minħabba li l-oġġett mhuwiex intiż għall-armar ta' sodda u mhuwiex simili għal mitraħ jew oġġetti bħalu. Għaldaqstant l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 6306 90 00 bħala “oġġetti oħra għal ikkampjar”. |
(*1) L-istampa hija biss għal finijiet ta' informazzjoni.
|
6.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 148/19 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/927
tat-3 ta' Ġunju 2019
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid kwalunkwe sottodiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella. |
|
(4) |
Jixraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta' tliet xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda skont il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Ġunju 2019.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Stephen QUEST
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi - NM) |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
Basket ta' daqs ta' madwar 32 × 27 × 20 cm fil-forma ta' kubu. L-oġġett jikkonsisti f'wajer tal-azzar (id-dijametru tal-wajer huwa madwar 4 mm) u l-karta. Il-wajer jitqiegħed biss tul it-truf tal-kubu biex jifforma qafas. Il-qafas isostni drapp tal-karta magħmul minn filamenti tal-medd u tat-tagħma. Kull filament jikkonsisti f'żewġ strippi ta' karta mitwija u milwija għat-tul li huma mibruma flimkien. Id-daqs fil-wisgħa ta' kull strixxa tal-karta mibruma huwa madwar 5,5 mm. Il-wajer huwa kompletament mgħotti bil-karta. Ara l-istampi (*1) |
6307 90 98 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali (GIR) 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 1 tal-Kapitolu 63 u mill-kliem tal-Kodiċi tan-NM 6307 , 6307 90 u 6307 90 98 . Il-basket mhuwiex oġġett tad-dar tal-ħadid jew tal-azzar tal-intestatura 7323 minħabba li mhuwiex il-wajer tal-metall komuni iżda d-drapp tal-karta li jagħti lill-oġġett il-karattru essenzjali tiegħu fi ħdan it-tifsira tal-GIR 3 (b), peress li l-oġġett għandu l-apparenza ta' basket tal-karta. M'għandux id-dehra ta' basket tal-metall minħabba li l-wajer huwa kompletament mgħotti bil-karta u għalhekk, ma jidhirx. Barra minn hekk, l-oġġett huwa prinċipalment magħmul mill-karta. Għalhekk, il-klassifikazzjoni fl-intestatura 7323 hija eskluża. Peress li l-istrippi tal-karti huma mibruma, jitqies li huma ħjut tal-karta (ħjut tat-tessut) fi ħdan it-tifsira tal-intestatura 5308 (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (NSSA) għall-intestatura 5308 , (B) ħjut tal-karta, it-tielet paragrafu). Il-klassifikazzjoni tal-oġġett fil-Kapitolu 46 hija eskluża bis-saħħa tan-Nota 1 tal-Kapitolu 46 minħabba li l-ħjut tat-tessut mhumiex ikkunsidrati bħala “materjali tat-trizza”. Barra minn hekk, il-ħjut jiġu minsuġa flimkien biex joħolqu drapp (filamenti tal-medd u tat-tgħama). Il-basket għalhekk mhuwiex oġġett tal-ħjut tal-karta iżda huwa oġġett magħmul mid-drapp u l-klassifikazzjoni tiegħu fl-intestatura 5609 hija eskluża (ara wkoll l-NSSA għall-intestatura 5609 , l-ewwel u t-tielet paragrafu, (c)). Oġġetti tat-tessut magħmulin minn kwalunkwe drapp ta' tessut li mhumiex deskritti aktar speċifikament x'imkien ieħor fin-Nomenklatura huma kklassifikati taħt is-Subkapitolu I tal-Kapitolu 63 (ara wkoll l-NSSA għall-Kapitolu 63, Ġenerali, (1), l-ewwel paragrafu). Il-prodott għandu għalhekk jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 6307 90 98 , bħala prodott ieħor magħmul mit-tessut. |
(*1) L-istampi għandhom jintużaw biss għal finijiet ta' informazzjoni.
|
6.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 148/22 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/928
tat-3 ta' Ġunju 2019
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid kwalunkwe sottodiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella. |
|
(4) |
Jixraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta' tliet xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda skont il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Ġunju 2019.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Stephen QUEST
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi - NM) |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
Oġġett (kaxxa tal-fibra ottika mingħajr konnetturi) ċilindriku b'dijametru ta' madwar 140 mm u għoli ta' 400 mm. L-oġġett jiżen madwar 2,5 kg. L-oġġett huwa magħmul prinċipalment mill-plastik b'xi elementi żgħar (irfid u viti) tal-metall. Il-bażi tal-oġġett għandha erba' punti ta' dħul tal-kejbil. Meta l-oġġett ikun kompletament armat, il-bażi titwaħħal mal-għata tal-plastik ċilindrika tal-oġġett permezz ta' qafla tonda li tista' tinqala'. Fuq ġewwa hemm splice tray tal-plastik, imwaħħal mal-bażi tal-oġġett. Dan it-tray fih kanali speċifiċi. Meta jinbiegħ, l-oġġett ma jkunx mgħammar b'konnekters. L-oġġett kollu kemm hu huwa maħsub għall-preservazzjoni tal-kejbils. (*1) Ara l-istampi |
3926 90 97 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 3926 , 3926 90 u 3926 90 97 . Il-klassifikazzjoni taħt il-kodiċi NM 8536 70 00 bħala “konnekters użati għall-fibra ottika, mazzi jew kejbils tal-fibra ottika” jew taħt is-subintestatura 8536 90 10 bħala “konnessjonijiet u elementi ta' kuntatt għal wajer u kejbils” (jiġifieri apparat elettriku biex isiru l-konnessjonijiet) huwa eskluż, peress li l-oġġett huwa biss kaxxa. La huwa mgħammar bil-konnekters għall-fibri ottiċi, għall-mazzi tal-fibra ottika jew għall-kejbils ottiċi u lanqas ma għandu “konnessjonijiet u elementi ta' kuntatt għal wajer u kejbils”. Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8538 bħala “Partijiet tajbin għal użu biss jew prinċipalment mal-apparat tal-intestaturi 8535 , 8536 jew 8537 ” huwa eskluż ukoll peress li minħabba n-nuqqas ta' konnekters, kuntatti jew apparat ieħor għal dan l-għan, l-oġġett la jista' jitqies bħala apparat elettriku tal-intestatura 8536 u lanqas parti identifikabbli tiegħu. Għaldaqstant, l-oġġett għandu jiġi kklassifikat skont il-materjal kostitwenti (plastik) taħt il-kodiċi tan-NM 3926 90 97 bħala oġġetti oħra tal-plastik. |
(*1) L-istampi huma biss għal finijiet ta' informazzjoni.
|
6.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 148/25 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/929
tal-5 ta' Ġunju 2019
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' formulazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodotta minn Trichoderma reesei (BCCM/MUCL 49755) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnieżer tas-simna (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Berg and Schmidt GmbH Co. KG)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' tali awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' formulazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodotta minn Trichoderma reesei (BCCM/MUCL 49755). Mal-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' formulazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodotta minn Trichoderma reesei (BCCM/MUCL 49755) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnieżer tas-simna li jrid jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. |
|
(4) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjonijiet tagħha tat-25 ta' Jannar 2017 (2) u tal-2 ta' Ottubru 2018 (3) li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodotta minn Trichoderma reesei (BCCM/MUCL 49755) ma tħallix effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-sikurezza tal-konsumatur jew fuq l-ambjent. Ġie konkluż ukoll li l-addittiv jista' jkollu potenzjal ta' sensitizzazzjoni dermali jew respiratorja. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, b'mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. L-Awtorità kkonkludiet li l-addittiv huwa meqjus bħala effikaċi fit-titjib tal-piż finali tal-ġisem u l-proporzjon tal-għalf maż-żieda fit-tiġieġ tas-simna u l-ħnienes miftuma. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Mill-valutazzjoni tal-formulazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodotta minn Trichoderma reesei (BCCM/MUCL 49755) jidher li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant jenħtieġ li l-użu ta' din il-preparazzjoni jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Annessi ta' dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Ġunju 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2017;15(2):4707
(3) EFSA Journal 2018;16(10):5457.
ANNESS
|
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
||||||||
|
Unitajiet ta' attività/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % |
|||||||||||||||||
|
Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà. |
|||||||||||||||||
|
4a26 |
Berg and Schmidt GmbH Co. KG |
Endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) |
Kompożizzjoni kimika Il-formulazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodotta minn Trichoderma reesei (BCCM/MUCL 49755) b'attività massima ta' 15 000 EPU (1)/g Forma solida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodotta minn Trichoderma reesei (BCCM/MUCL 49755) Metodu analitiku (2) Għall-kwantifikazzjoni tal-attività tal-endo-1,4-beta-ksilanażi fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf:
|
Tiġieġ tas-simna Ħnienes miftuma |
— |
1 500 EPU |
|
|
26.6.2029 |
||||||||
(1) Unità Endopentosanażi waħda (EPU) tikkorrispondi għall-ammont ta' enżima li jillibera 0,0083 μmol ta' zokkor riduċenti (ekwivalenti ta' ksilożju) minn ksilan tal-ħafur fil-minuta f'pH ta' 4,7 u f'temperatura ta' 50 °C.
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
DEĊIŻJONIJIET
|
6.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 148/28 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/930
tal-4 ta' Ġunju 2019
li tapprova l-pjan għall-eradikazzjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi f'ċerti żoni tal-Belġju
(notifikata bid-dokument C(2019) 3967)
(It-testi bin-Netherlandiż u bil-Franċiż biss huma awtentiċi)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda d-Direttiva 92/119/KEE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2002/60/KE tistabbilixxi l-miżuri minimi tal-Unjoni li għandhom jittieħdu għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, fosthom dawk li għandhom jiġu applikati jekk jiġi kkonfermat każ tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi. |
|
(2) |
Barra minn hekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (2) tistabbilixxi miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Istati Membri jew f'żoni tagħhom elenkati fl-Anness tal-istess Deċiżjoni (l-Istati Membri kkonċernati), u fl-Istati Membri kollha rigward movimenti ta' ħnieżer selvaġġi u l-obbligi ta' informazzjoni. L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE jiddemarka u jelenka ċerti żoni tal-Istati Membri kkonċernati, differenzjati skont il-livell tar-riskju abbażi tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward ta' dik il-marda, inkluż lista ta' żoni ta' riskju għoli. Dak l-Anness ġie emendat diversi drabi sabiex jitqiesu l-bidliet fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer li kellhom bżonn jiġu riflessi f'dak l-Anness. |
|
(3) |
Fl-2018 il-Belġju nnotifika lill-Kummissjoni l-każijiet tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi u ħadet il-miżuri għall-kontroll tal-mard meħtieġa mid-Direttiva 2002/60/KE. |
|
(4) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali u f'konformità mal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/60/KE, il-Belġju ppreżenta lill-Kummissjoni pjan għall-eradikazzjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer (il-pjan ta' eradikazzjoni). |
|
(5) |
Reċentement, l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE ġie emendat bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1856 (3) sabiex iqis, fost l-oħrajn, il-każijiet reċenti tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi fil-Belġju u l-Partijiet I u II ta' dak l-Anness issa jinkludu ż-żoni infettati fil-Belġju. |
|
(6) |
Il-pjan ta' eradikazzjoni ġie eżaminat mill-Kummissjoni u ġie konkluż li dan jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/60/KE. Għalhekk jenħtieġ li dan jiġi approvat kif xieraq. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pjan imressaq mill-Belġju fit-18 ta' Frar 2019 f'konformità mal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2002/60/KE, dwar l-eradikazzjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer mill-popolazzjoni tal-ħnieżer selvaġġi fiż-żoni msemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE huwa approvat.
Artikolu 2
Il-Belġju għandu jdaħħal fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjan ta' eradikazzjoni fi żmien perjodu ta' 30 jum mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju.
Magħmul fi Brussell, tal-4 ta' Ġunju 2019.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27.
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 63).
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1856 tas-27 ta' Novembru 2018 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri (ĠU L 302, 28.11.2018, p. 78).
III Atti oħrajn
ŻONA EKONOMIKA EWROPEA
|
6.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 148/30 |
DEĊIŻJONI DELEGATA TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA
Nru 8/19/COL
tas-6 ta' Frar 2019
li temenda l-lista miġbura fil-punt 39 fil-Parti 1.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea li telenka postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fl-Islanda u fin-Norveġja miftiehma għal verifiki veterinarji fuq annimali ħajjin u fuq prodotti minn pajjiżi terzi (“il-lista postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fl-Iżlanda u n-Norveġja”) u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA Nru 90/18/COL [2019/931]
L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA,
Filwaqt li kkunsidrat il-punti 4(B)(1) u (3) u 5(b) tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”),
Wara li kkunsidrat l-Att imsemmi fil-punt 4 tal-Parti 1.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE (id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi ) (1) (“id-Direttiva 97/78”) kif emendat u adattat għall-Ftehim ŻEE mill-adattamenti settorjali msemmija fl-Anness I ta' dak il-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat l-Att imsemmi fil-punt 111 tal-Prti 1.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/812/KE tal-21 ta' Novembru 2001 li tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-approvazzjoni ta' postijiet ta' spezzjoni tal-fruntiera responsabbli għal kontrolli veterinarji ta' prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi) (2), kif emendat, u partikolarment l-Artikolu 3(5) tiegħu,
kif adattat għall-Ftehim ŻEE minn punt 4(d) tal-Protokoll 1 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikoli 1(2) u 3 tal-Protokoll 1 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.
Billi:
Permezz ta' ittra datata l-25 ta' Ġunju 2018 (Dok Nru 919969), il-Ministeru Norveġiż tal-Agrikoltura u l-Ikel (“il-Ministeru Norveġiż”) informa lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA (“l-Awtorità”) bit-talba tal-Awtorità Norveġiża dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) tal-4 ta' Mejju 2018 (Dok Nru 919967) għall-approvazzjoni ta' faċilitajiet ġodda fl-Inspection Centre Solstrand taħt il-post ta' spezzjoni fil-fruntiera tat-Tromso Port (NO TOS 1), iż-żieda ta' prodotti tas-sajd ippakkjati għall-konsum mill-bniedem mingħajr rekwiżiti ta' temperatura (HC-NT(1)(2)(3)) għall-kategoriji ta' prodotti approvati għal dak iċ-Ċentru ta' Spezzjoni u l-emenda tal-lista ta' postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera fl-Islanda u fin-Norveġja skont dan.
F'konformità mal-punt 4(B)(3) tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE, l-Awtorità wettqet spezzjoni konġunta tal- Inspection Centre Solstrand mad-Direttorat F tad-DĠ SANTE mill-10 sat-12 ta' Diċembru 2018 biex tivvaluta l-adegwatezza u l-istat ta' tħejjija tal-faċilitajiet u t-tagħmir għall-kategoriji ta' prodotti HC-T(FR)(1)(2)(3) u HC-NT(1)(2)(3). Rakkomandazzjoni komuni li l-faċilitajiet il-ġodda fl-Inspection Centre Solstrand u ż-żieda ta' prodotti tas-sajd ippakkjati għall-konsum mill-bniedem mingħajr rekwiżiti ta' temperatura (HC-NT (1) (2) (3)) għall-kategoriji tal-prodotti approvati (Dok Nru 1043557) għandhom jiġu approvati sussegwentement ġiet iffirmata mill-Awtorità u d-Direttorat F tad-DĠ SANTE tat-12 ta' Diċembru 2018. L-Inspection Centre Solstrand għandu għalhekk jiġi elenkat għall-kategoriji ta' prodotti HC-T(FR)(1)(2)(3) u HC-NT(1)(2)(3).
Permezz ta' ittra datata s-7 ta' Diċembru 2018 (Dok Nru 1042406), l-Awtorità Islandiża għall-Ikel u dik Veterinarja (“MAST”) informat lill-Awtorità dwar l-għeluq tal-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera ta' Akureyri (SI AKU) u talbet it-tneħħija ta' dak il-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera mil-lista ta' postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera fl-Islanda u fin-Norveġja.
Permezz ta' ittra datata l-14 ta' Diċembru 2018 (Dok Nru 1043701), il-Ministeru Norveġiż informa lill-Awtorità bl-irtirar tal-approvazzjoni tal-NFSA dwar il-post ta' spezzjoni fil-fruntiera tal-Honningsvåg Port (NO HVG 1) fl-10 ta' Diċembru 2018 (Dok Nri 1043697 u 1043699) u t-talba tiegħu għat-tneħħija mil-lista ta' postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera fl-Islanda u fin-Norveġja.
Skont id-Direttiva 97/78/KE, l-Awtorità għandha tfassal u tippubblika lista ta' postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera approvati li jistgħu sussegwentement jiġu emendati jew supplimentati biex jirriflettu l-bidliet fil-listi nazzjonali. Il-lista attwali ta' postijiet ta' spezzjoni tal-fruntiera approvati fl-Iżlanda u n-Norveġja ġiet adottata mill-Awtorità fil-11 ta' Ottubru 2018 permezz tad-Deċiżjoni Nru 90/18/COL.
Għalhekk huwa l-obbligu tal-Awtorità li temenda l-lista ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fl-Islanda u fin-Norveġja u li tippubblika lista ġdida, li tirrifletti l-bidliet ta' hawn fuq dwar il-postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera ta' Akureyri u Honningsvåg Port u l-Inspection Centre Solstrand taħt il-post ta' spezzjoni fil-fruntiera tat-Tromso Port.
L-Awtorità, bid-Deċiżjoni tagħha Nru 3/19/COL(Dok Nru 1045585) irreferiet il-kwistjoni lill-Kumitat Veterinarju u Fitosanitarju tal-EFTA li jassisti lill-Awtorità. Permezz ta' e-mails datati t-23, il-25 u t-30 ta' Jannar 2019 (Doks Nri 1049988, 1050000 u 1050009), il-Kumitat ta opinjoni pożittiva dwar il-modifiki proposti għal-lista skont il-proċedura ta' eżami skont l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA Nru 3/2012/SC tas-26 ta' Ottubru 2012. Għaldaqstant, il-miżuri huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat.
Skont il-punt 6 tad-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 494/13/COL tal-11 ta' Diċembru 2013, il-Membru tal-Kulleġġ b'responsabbiltà speċjali għal kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji għandu s-setgħa li jadotta abbozzi ta' miżuri li jemendaw il-lista ta' postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera fl-Islanda u fin-Norveġja jekk dawn il-miżuri huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju u Fitosanitarju tal-EFTA li jassisti lill-Awtorità.
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
|
1. |
Il-kategoriji tal-prodotti li għalihom l-Inspection Centre Solstrand taħt il-post ta' spezzjoni fil-fruntiera tat-Tromso Port (NO TOS 1) huwa approvat huma modifikati fil-lista ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fl-Islanda u fin-Norveġja biex jinkludu prodotti tas-sajd ippakkjati għall-konsum mill-bniedem mingħajr rekwiżiti ta' temperatura (HC-NT(1)(2)(3)), minbarra prodotti tas-sajd iffriżati ppakkjati għall-konsum mill-bniedem (HC-T (FR)(1)(2)(3)). |
|
2. |
Il-postazzjonijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera tal-Akureyri u Honningsvåg Port (IS AKU u NO HVG 1 rispettivament) tneħħew mil-lista ta' postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera fl-Islanda u fin-Norveġja. |
|
3. |
Il-verifiki veterinarji fuq l-annimali ħajjin u fuq il-prodotti tal-animali li jiddaħħlu fl-Islanda u fin-Norveġja għandhom isiru mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fil-postijiet ta' spezzjonijiet fuq il-fruntiera li dwarhom hemm ftehim u li huma elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni. |
|
4. |
Id-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 90/18/COL tal-11 ta' Ottubru 2018 qed tiġi b'dan revokata u sostitwita bid-deċiżjoni attwali. |
|
5. |
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-iffirmar tagħha. |
|
6. |
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Islanda u lin-Norveġja. |
|
7. |
Din id-Deċiżjoni għandha tkun awtentika fil-lingwa Ingliża. |
Għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, li taġixxi taħt id-Deċiżjoni Delegata Nru 494/13/COL,
Högni S. KRISTJÁNSSON
Membru tal-Kulleġġ Responsabbli
Carsten ZATSCHLER
Kontrofirmatarju bħala Direttur,
Affarijiet Legali u Eżekuttivi
ANNESS
IL-LISTA TAL-POSTIJIET TAL-ISPEZZJONI FUQ IL-FRUNTIERA
Pajjiż: L-Islanda
|
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
|
Hafnarfjörður |
IS HAF 1 |
P |
|
HC(1)(2)(3), NHC-NT(2)(6)(16) |
|
|
l-Ajruport ta' Keflavik |
IS KEF 4 |
A |
|
HC(2), NHC(2) |
O(15) |
|
Reykjavík Eimskip |
IS REY 1a |
P |
|
HC(2), NHC(2) |
|
|
Reykjavík Samskip |
IS REY 1b |
P |
|
HC-T(FR)(1)(2)(3), HC-NT(1)(2)(3), NHC-NT(2)(6)(16) |
|
|
Þorlákshöfn |
IS THH1 |
P |
|
HC-T(FR)(1)(2)(3), HC-NT(6), NHC-NT(6) |
|
Pajjiż: In-Norveġja
|
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Borg |
NO BRG 1 |
P |
|
HC(2), NHC (2) |
E(7) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Båtsfjord |
NO BJF 1 |
P |
|
HC-T(FR)(1)(2)(3), HC-NT(1)(2)(3) |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Egersund |
NO EGE 1 |
P |
|
HC-NT(6), NHC-NT(6)(16) |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Hammerfest |
NO HFT 1 |
P |
Rypefjord |
HC-T(FR)(1)(2)(3), HC-NT(1)(2)(3) |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kirkenes |
NO KKN 1 |
P |
|
HC-T(FR)(1)(2)(3), HC-NT(1)(2)(3) |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kristiansund |
NO KSU 1 |
P |
Kristiansund |
HC-T(FR)(1)(2)(3), NHC-T(FR)(2)(3) HC-NT(6), NHC-NT(6) |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Larvik |
NO LAR 1 |
P |
|
HC(2) |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Måløy |
NO MAY 1 |
P |
Gotteberg |
HC-T(FR)(1)(2)(3), NHC-T(FR)(2)(3) |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Oslo |
NO OSL 1 |
P |
|
HC(2), NHC(2) |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Oslo |
NO OSL 4 |
A |
|
HC(2), NHC(2) |
U,E,O |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Sortland |
NO SLX 1 |
P |
Sortland |
HC-T(FR)(1)(2)(3) |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Storskog |
NO STS 3 |
R |
|
HC, NHC |
U,E,O |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Tromsø |
NO TOS 1 |
P |
Bukta |
HC-T(FR)(1)(2)(3) |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
Solstrand |
HC-T(FR)(1)(2)(3), HC-NT(1)(2)(3) |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ålesund |
NO AES 1 |
P |
Breivika |
HC-T(FR)(1)(2)(3), NHC-T(FR)(2)(3) |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
Skutvik |
HC-T(1)(2)(3), HC-NT(6), NHC-T(FR) (2)(3), NHC-NT(6) |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
6.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 148/35 |
DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA
Nru 15/19/COL
tas-6 ta' Marzu 2019
dwar il-konformità tar-rata unitarja tan-Norveġja għall-2019 skont l-Artikolu 17 tal-Att imsemmi fil-punt 66wm tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 391/2013 tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema komuni ta' imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru) [2019/932]
L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA,
Wara li kkunsidrat l-Att imsemmi fil-punt 66u tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”) (ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(1) tiegħu, u l-Att imsemmi fil-punt 66wm tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 391/2013 tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema komuni ta' imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru, “ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013”), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(1)(d) tiegħu, kif adattat għall-Ftehim ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013 jistabbilixxi skema komuni ta' imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru. L-iskema komuni ta' imposti hija element integrali għall-ksib tal-objettivi tal-iskema ta' prestazzjoni kif stabbilit skont l-Artikolu 11 tal-Att imsemmi f'punt 66t tal-Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE (ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew) u l-att imsemmi fil-punt 66xf tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk) (“ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013”). |
|
(2) |
L-Att imsemmi fil-punt 66xe tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE (id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/132/UE li tistabbilixxi miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u l-livelli limiti ta' twissija għat-tieni perjodu ta' referenza mill-2015 sal-2019) jistabbilixxi l-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha kemm hi, fosthom il-mira tal-kosteffikaċja għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route, espressa f'kosti unitarji determinati għall-forniment ta' dawn is-servizzi, għat-tieni perjodu ta' referenza, li jkopri u jinkludi s-snin mill-2015 sal-2019. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 17(1)(b) u (c) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tivvaluta r-rati unitarji tal-2019 għaż-żoni tal-imposti ppreżentati min-Norveġja skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 9(1) u 9(2) ta' dan ir-Regolament. Dik il-valutazzjoni tikkonċerna l-konformità ta' dawn ir-rati unitarji mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013. |
|
(4) |
L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA wettqet il-valutazzjoni tagħha tar-rati unitarji bl-appoġġ tal-Unità tar-Reviżjoni tal-Prestazzjoni tal-Eurocontrol u tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Imposti tar-Rotot, bl-użu tad-data u l-informazzjoni addizzjonali pprovduta min-Norveġja. |
|
(5) |
Abbażi ta' din il-valutazzjoni, l-Awtorità sabet, bi qbil mal-Artikolu 17(1)(d) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013, li r-rata għal kull unità għaż-żoni tal-imposti għall-2019 ippreżentata min-Norveġja hija konformi mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013. |
|
(6) |
Skont l-Artikolu 17(1)(d) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013, in-Norveġja jenħtieġ li tiġi nnotifikata dwar dik il-kostatazzjoni. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-rata unitarja en route ppreżentata min-Norveġja għall-2019, ta' NOK 421,61, hija f'konformità mal-Att imsemmi fil-punt 66xf tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013) u mal-Att imsemmi fil-punt 66wm tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013).
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lin-Norveġja.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Marzu 2019.
Għall-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA
Bente ANGELL-HANSEN
Il-President
Frank J. BÜCHEL
Membru tal-Kulleġġ
Högni S. KRISTJÁNSSON
Membru tal-Kulleġġ Responsabbli
Carsten ZATSCHLER
Kontrofirmatarju bħala Direttur, Affarijiet Legali u Eżekuttivi