ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 62 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
3.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/897
tat-12 ta' Marzu 2019
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 748/2012 fir-rigward tal-inklużjoni ta' verifika tal-konformità bbażata fuq ir-riskju fl-Anness I u l-implimentazzjoni ta' rekwiżiti għall-protezzjoni ambjentali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) 2018/1139, l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“l-Aġenzija”) trid twettaq f'isem l-Istati Membri l-funzjonijiet u l-kompiti tal-istat tad-disinn, il-manifattura jew ir-reġistrazzjoni relatati maċ-ċertifikazzjoni tad-disinn. Skont l-Artikolu 77(1)(a) flimkien mal-Artikolu 62(2)(a) tar-Regolament (UE) 2018/1139, l-Aġenzija trid tirċievi u tivvaluta l-applikazzjonijiet li jsirulha u toħroġ ċertifikati xierqa. Għal dan il-fini, l-Aġenzija trid tistabbilixxi u tinnotifika lill-applikant il-bażi taċ-ċertifikazzjoni, ir-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali u l-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva. |
(2) |
Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 (2), applikant irid jirċievi ċertifikat maħruġ mill-Aġenzija wara li jintwera li l-prodott li jrid jiġi ċċertifikat, jissodisfa l-bażi taċ-ċertifikazzjoni applikabbli, inkluż l-ispeċifikazzjonijiet applikabbli taċ-ċertifikazzjoni tal-ajrunavigabbiltà u r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali. L-applikanti għal dawk iċ-ċertifikati jridu juru konformità sħiħa mal-aspetti kollha tal-bażi taċ-ċertifikazzjoni stabbilita. Skont l-Artikolu 83 tar-Regolament (UE) 2018/1139, l-Aġenzija stess, jew permezz tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni nazzjonali jew ta' entitajiet kwalifikati, trid twettaq l-investigazzjonijiet meħtieġa dwar il-prestazzjoni tal-kompiti tagħha taċ-ċertifikazzjoni. Għalkemm l-Aġenzija tivvaluta l-applikazzjonijiet, mhux meħtieġ li din twettaq investigazzjoni eżawrjenti fil-każijiet kollha skont l-Artikolu 83 tar-Regolament (UE) 2018/1139. Għalhekk, biex jittaffew aħjar xi riskji għas-sikurezza minħabba investigazzjonijiet selettivi u biex jittejbu l-effettività, it-trasparenza u l-prevedibbiltà tal-proċess taċ-ċertifikazzjoni, jenħtieġ jiġu pprovduti ċerti kriterji tal-għażla biex jiġi deċiż liema dimostrazzjonijiet tal-konformità jenħtieġ tivverifika l-Aġenzija u kif dawn isiru b'mod eżawrjenti. Jenħtieġ li dawk il-kriterji tal-għażla jkunu bbażati fuq il-prinċipji ta' ġestjoni u ta' sorveljanza tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness 19 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (il-Konvenzjoni ta' Chicago). |
(3) |
Barra minn hekk, skont ir-Regolament (UE) Nru 748/2012, id-detenturi tal-approvazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tad-disinn iridu jieħdu ċerti deċiżjonijiet taċ-ċertifikazzjoni, minflok l-Aġenzija tagħhom, skont it-termini tal-approvazzjoni tagħhom u skont il-proċeduri rilevanti tas-sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn. Mill-esperjenza eżistenti bil-privileġġi eżistenti, u biex jonqas il-piż amministrattiv, filwaqt li jitqiesu r-riskji għas-sikurezza tal-avjazzjoni u r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, jenħtieġ li d-detenturi tal-approvazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tad-disinn ikunu intitolati wkoll li jiċċertifikaw ċerti bidliet kbar fiċ-ċertifikati tat-tip u joħorġu ċerti ċertifikati tat-tip supplimentari. Biex jiġu limitati r-riskji għas-sikurezza tal-avjazzjoni u b'kunsiderazzjoni tar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, jenħtieġ li dawk il-privileġġi ġodda jkolhhom x'jaqsmu biss ma' ċertifikazzjoni ta' bidliet kbar b'novità limitata u jenħtieġ jingħataw biss lil dawk id-detenturi li jistgħu jeżerċitaw tajjeb dawk il-privileġġi ġodda. Jenħtieġ li dan tal-aħħar jintwera b'evidenza ta' prestazzjoni sodisfaċenti f'bidliet kbar simili preċedenti bl-involviment tal-Aġenzija. |
(4) |
Għal raġunijiet ta' ċarezza, jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 jiġi emendat b'tali mod li t-Taqsima A tkun tistabbilixxi r-rekwiżiti applikabbli biss għall-applikanti u d-detenturi ta' kull ċertifikat maħruġ jew li jrid jinħareġ b'konformità ma' dak l-Anness, u t-Taqsima B tiegħu tkun tistabbilixxi r-rekwiżiti applikabbli biss għall-awtoritajiet kompetenti, inkluż l-Aġenzija. |
(5) |
L-operaturi tal-ajru jridu jwettqu titjiriet ta' verifika wara l-manutenzjoni biex ikun żgurat il-funzjonament tajjeb ta' ċerti sistemi tal-inġenji tal-ajru li ma jistgħux jiġu verifikati fuq l-art. L-aċċidenti jew l-inċidenti serji li ġraw fil-passat waqt dawk it-titjiriet juru li ċerti titjiriet ta' verifika għall-manutenzjoni jenħtieġ ma jsirux b'ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà (jew ċertifikat ristrett tal-ajrunavigabbiltà) iżda jenħtieġ isiru b'permess tat-titjir. Għalhekk jenħtieġ li t-titjir ta' inġenju tal-ajru għal skopijiet ta' sejbien ta' problemi jew għal verifika tal-funzjonament ta' sistema, ta' tagħmir jew ta' parti waħda jew aktar wara l-manutenzjoni, jinżied mal-lista ta' titjiriet li għalihom hemm bżonn permess tat-titjir. |
(6) |
Jenħtieġ li jissewwew ċerti inkonsistenzi bejn ir-Regolament (UE) Nru 748/2012 u r-Regolament (UE) 2018/1139 fir-rigward tal-kontenut tal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u l-proċess tan-notifika. |
(7) |
L-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2018/1139 jeżiġi li, fir-rigward tal-istorbju u l-emissjonijiet, l-inġenji tal-ajru u l-magni, l-iskrejjen, il-partijiet u t-tagħmir mhux installat tagħhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali li hemm fl-Emenda 12 tal-Volum I, fl-Emenda 9 tal-Volum II, u fil-ħarġa inizjali tal-Volum III tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta' Chicago, kif applikabbli fl-1 ta' Jannar 2018. |
(8) |
Għalhekk jenħtieġ jiġi adattat l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 biex ikun jirrifletti r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali li hemm fl-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta' Chicago. Barra minn hekk, l-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta' Chicago jipprevedi eżenzjonijiet mir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali għal magni jew inġenji tal-ajru speċifiċi, u għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 748/2012 jenħtieġ jipprovdi l-possibbiltà li l-organizzazzjonijiet tal-produzzjoni japplikaw għand l-awtorità kompetenti tagħhom għal eżenzjonijiet mir-rekwiżiti ambjentali. |
(9) |
Minbarra dan, biex jiġu eliminati kwistjonijiet tekniċi li ġġib magħha l-applikazzjoni tal-istandards u l-prattiki rakkomandati u l-gwida relatata għaċ-ċertifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru u tal-magni, jenħtieġ li jiġu emendati ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 biex titjieb iċ-ċarezza tagħhom. |
(10) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 748/2012 jiġi emendat skont dan. |
(11) |
Jeħtieġ jingħata żmien biżżejjed lill-partijiet kollha kkonċernati biex jadattaw għall-qafas regolatorju emendat maħluq permezz tal-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament. |
(12) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-opinjonijiet 07/2016 (3), 01/2017 (4) u 09/2017 (5) maħruġa mill-Aġenzija skont l-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(1) |
Fl-Artikolu 1(2), jiżdied il-punt (k) li ġej:
|
(2) |
Fl-Artikolu 9, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej: “4. B'deroga mill-paragrafu 1, l-organizzazzjoni tal-produzzjoni tista' tapplika għand l-awtorità kompetenti għal eżenzjonijiet mir-rekwiżiti ambjentali msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2018/1139 (*1). (*1) Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1).”;" |
(3) |
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika minn [OP please insert date: 9 months after date of entry into force], bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 1(2) u l-punt 11, il-punti 13 sa 14, il-punti 23 sa 26, il-punt 28, il-punt 30, il-punt 21.B.85 fil-punt 40 u l-punt 43 tal-Anness li għandhom japplikaw minn [OP please insert date of entry into force].
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Marzu 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta' Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta' inġenji tal-ajru u ta' prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1).
(3) L-Opinjoni 07/2016: L-infilsar tar-rekwiżiti tal-livell ta' involviment fil-Parti 21.
(4) L-Opinjoni 01/2017: Titjiriet ta' verifika tal-manutenzjoni.
(5) L-Opinjoni 09/2017: L-implimentazzjoni tal-emendi CAEP/10 dwar it-tibdil fil-klima, l-emissjonijiet u l-istorbju.
ANNESS
L-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 huwa emendat kif ġej:
(1) |
il-werrej jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Werrej 21.1. Ġenerali TAQSIMA A — REKWIŻITI TEKNIĊI SUBPARTI A — DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
SUBPARTI B — ĊERTIFIKATI TAT-TIP U ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETTI
(SUBPARTI C — MHUX APPLIKABBLI) SUBPARTI D — TIBDILIET FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP U FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETTI
SUBPARTI E — ĊERTIFIKATI TAT-TIP SUPPLIMENTARI
SUBPARTI F — PRODUZZJONI MINGĦAJR L-APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI
SUBPARTI G — APPROVAZZJONI TA' ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI
SUBPARTI H — ĊERTIFIKATI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ U ĊERTIFIKATI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ RISTRETTI
SUBPARTI I — ĊERTIFIKATI TAL-ISTORBJU
SUBPARTI J — APPROVAZZJONI TA' ORGANIZZAZZJONI TAD-DISINN
SUBPARTI K — PARTIJIET U TAGĦMIR
(SUBPARTI L — MHUX APPLIKABBLI) SUBPARTI M — TISWIJIET
(SUBPARTI N — MHUX APPLIKABBLI) SUBPARTI O — AWTORIZZAZZJONIJIET TAL-ORDNI TA' STANDARD TEKNIKU EWROPEW
SUBPARTI P — PERMESS TAT-TITJIR
SUBPARTI Q — IDENTIFIKAZZJONI TA' PRODOTTI, PARTIJIET U TAGĦMIR
TAQSIMA B — PROĊEDURI GĦALL-AWTORITAJIET KOMPETENTI SUBPARTI A — DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
SUBPARTI B — ĊERTIFIKATI TAT-TIP U ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETTI
(SUBPARTI C — MHUX APPLIKABBLI) SUBPARTI D — TIBDILIET FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP U FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETTI
SUBPARTI E — ĊERTIFIKATI TAT-TIP SUPPLIMENTARI
SUBPARTI F — PRODUZZJONI MINGĦAJR L-APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI
SUBPARTI G — APPROVAZZJONI TA' ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI
SUBPARTI H — ĊERTIFIKATI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ U ĊERTIFIKATI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ RISTRETTI
SUBPARTI I — ĊERTIFIKATI TAL-ISTORBJU
SUBPARTI J — APPROVAZZJONI TA' ORGANIZZAZZJONI TAD-DISINN SUBPARTI K — PARTIJIET U TAGĦMIR (SUBPARTI L — MHUX APPLIKABBLI) SUBPARTI M — TISWIJIET
(SUBPARTI N — MHUX APPLIKABBLI) SUBPARTI O — AWTORIZZAZZJONIJIET TAL-ORDNI TA' STANDARD TEKNIKU EWROPEW
SUBPARTI P — PERMESS TAT-TITJIR
SUBPARTI Q — IDENTIFIKAZZJONI TA' PRODOTTI, PARTIJIET U TAGĦMIR Appendiċijiet
|
(2) |
il-punt 21.A.14 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
il-punt 21.A.15 huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
il-punt 21.A.16 A huwa revokat; |
(5) |
il-punt 21.A.16B huwa revokat; |
(6) |
il-punt 21.A.17 A huwa revokat; |
(7) |
il-punt 21.A.17B huwa revokat; |
(8) |
il-punt 21.A.18 huwa revokat; |
(9) |
il-punti 21.A.20 u 21.A.21 huma sostitwiti b'dan li ġej: “21.A.20 Demostrazzjoni tal-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali
21.A.21 Rekwiżiti għall-ħruġ ta' ċertifikat tat-tip jew ta' ċertifikat tat-tip ristrett
|
(10) |
il-punt 21.A.23 huwa revokat; |
(11) |
fil-punt 21.A.31(a), il-punt 4 hu sostitwit b'dan li ġej:
|
(12) |
il-punt 21.A.33 huwa sostitwit b'dan li ġej: “21.A.33 Spezzjonijiet u testijiet
|
(13) |
il-punt 21.A.41 huwa sostitwit b'dan li ġej: “21.A.41 Ċertifikat tat-tip Iċ-ċertifikat tat-tip u ċ-ċertifikat tat-tip ristrett għandhom jinkludu d-disinn tat-tip, il-limitazzjonijiet operatorji, l-iskeda informattiva taċ-ċertifikat tat-tip dwar l-ajrunavigabbiltà u l-emissjonijiet, il-bażi applikabbli taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali li magħhom l-Aġenzija tirreġistra l-konformità, u kull kundizzjoni jew limitazzjoni oħra preskritta għall-prodott fl-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni u r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali applikabbli. Iċ-ċertifikat tat-tip u ċ-ċertifikat tat-tip ristrett ta' inġenju tal-ajru għandhom ikunu jinkludu l-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva applikabbli, id-data tal-adegwatezza operattiva, kif ukoll l-iskeda informattiva taċ-ċertifikat tat-tip tal-istorbju. L-iskeda informattiva taċ-ċertifikat tat-tip u taċ-ċertifikat tat-tip ristrett ta' inġenju tal-ajru għandhom ikunu jinkludu r-rekord tal-konformità tal-emissjonijiet tas-CO2, u l-iskeda informattiva taċ-ċertifikat tat-tip tal-magna għandha tinkludi r-rekord ta' konformità tal-emissjonijiet tal-egżost.”; |
(14) |
il-punt 21.A.91 hu sostitwit b'dan li ġej: “21.A.91 Klassifikazzjoni tal-bidliet f'ċertifikat tat-tip Bidliet f'ċertifikat tat-tip jiġu kklassifikati bħala minuri u maġġuri. “Bidla minuri” ma għandha l-ebda effett apprezzabbli fuq il-massa, il-bilanċ, is-saħħa strutturali, l-affidabbiltà, il-karatteristiċi operattivi, id-data tal-adegwatezza operattiva, jew fuq karatteristiċi oħra li jaffettwaw l-ajrunavigabbiltà tal-prodott jew il-karatteristiċi ambjentali tiegħu. Mingħajr preġudizzju għall-punt 21.A.19, il-bidliet l-oħra kollha huma “bidliet maġġuri” skont din is-Subparti. Il-bidliet maġġuri u minuri għandhom jiġu approvati b'konformità mal-punti 21.A.95 jew 21.A.97 kif xieraq, u għandhom jiġu identifikati b'mod adegwat.” |
(15) |
il-punt 21.A.93 hu sostitwit b'dan li ġej: “21.A.93 Applikazzjoni
|
(16) |
il-punti 21.A.95, 21.A.97 u 21.A.101 huma sostitwiti b'dan li ġej: “21.A.95 Rekwiżiti għall-approvazzjoni ta' bidla minuri
21.A.97 Rekwiżiti għall-approvazzjoni ta' bidla maġġuri
21.A.101 Il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali għal bidla maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip
|
(17) |
il-punt 21.A.103 huwa revokat; |
(18) |
il-punti 21.A.111 u 21.A.112 A huma sostitwiti b'dan li ġej: “21.A.111 Kamp ta' Applikazzjoni Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-approvazzjoni ta' bidliet maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip bil-proċeduri ta' ċertifikat tat-tip supplimentari, u tistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti għal dawk iċ-ċertifikati, u tad-detenturi tagħhom. F'din is-Subparti, ir-referenzi għaċ-ċertifikati tat-tip jinkludu ċ-ċertifikati tat-tip kif ukoll iċ-ċertifikati tat-tip ristretti. 21.A.112 A Eliġibbiltà Kull persuna fiżika jew ġuridika li tkun uriet, jew tinsab fil-proċess li turi, il-kapaċità tagħha b'konformità mal-punt 21.A.112B, tista' tapplika għal ċertifikat tat-tip supplimentari skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'din is-Subparti.”; |
(19) |
il-punt 21.A.112B huwa emendat kif ġej:
|
(20) |
il-punt 21.A.113 huwa emendat kif ġej:
|
(21) |
il-punt 21.A.114 huwa revokat; |
(22) |
il-punt 21.A.115 hu sostitwit b'dan li ġej: “21.A.115 Rekwiżiti għall-approvazzjoni ta' bidliet maġġuri fil-forma ta' ċertifikat tat-tip supplimentari
|
(23) |
fil-punt 21.A.130, il-punt (b) għandu jinbidel b'dan li ġej:
|
(24) |
fil-punt 21.A.145, il-punti (b) u (c) jinbidlu b'dan li ġej:
|
(25) |
fil-punt 21.A.147, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:
|
(26) |
fil-punt 21.A.174, il-punt (b) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
(27) |
il-punt 21.A.231 hu sostitwit b'dan li ġej: “21.A.231 Kamp ta' Applikazzjoni Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet tad-disinn u regoli li jirregolaw id-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti u tad-detenturi ta' dawn l-approvazzjonijiet. F'din is-Subparti, ir-referenzi għaċ-ċertifikati tat-tip jinkludu ċ-ċertifikati tat-tip u ċ-ċertifikati tat-tip ristretti.”; |
(28) |
il-punt 21.A.251 hu sostitwit b'dan li ġej: “21.A.251 Termini tal-approvazzjoni It-termini tal-approvazzjoni għandhom jidentifikaw it-tipi ta' xogħol tad-disinn, il-kategoriji tal-prodotti, tal-partijiet u tat-tagħmir li għalihom l-organizzazzjoni tad-disinn għandha approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn, u l-funzjonijiet u d-dmirijiet li l-organizzazzjoni għandha l-approvazzjoni biex twettaq fejn jidħlu l-ajrunavigabbiltà, l-adegwatezza operattiva u l-karatteristiċi ambjentali tal-prodotti. Għall-approvazzjonijiet ta' organizzazzjoni tad-disinn li jkopru ċ-ċertifikazzjoni tat-tip jew awtorizzazzjoni ta' Ordni ta' Standard Tekniku Ewropew (ETSO) għal unitajiet ta' potenza awżiljari (APUs), it-termini tal-approvazzjoni għandu jkun fihom ukoll il-lista tal-prodotti jew tal-APUs. Dawk it-termini għandhom jinħarġu bħala parti minn approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn.” |
(29) |
il-punt 21.A.258 huwa emendat kif ġej:
|
(30) |
il-punt 21.A.263 hu sostitwit b'dan li ġej: “21.A.263 Privileġġi
|
(31) |
il-punt 21.A.265 hu sostitwit b'dan li ġej: “21.A.265 Obbligi tad-detentur Id-detentur ta' approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn għandu, fl-ambitu tat-termini tal-approvazzjoni tiegħu, kif stabbiliti mill-Aġenzija:
|
(32) |
il-punt 21.A.431 A huwa emendat kif ġej:
|
(33) |
il-punt 21.A.432B huwa emendat kif ġej:
|
(34) |
jiddaħħal il-punt 21.A.432C li ġej: “21.A.432C Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' disinn tat-tiswija
|
(35) |
il-punti 21.A.433 u 21.A.435 huma sostitwiti b'dan li ġej: “21.A.433 Rekwiżiti għall-approvazzjoni ta' disinn tat-tiswija
21.A.435 Klassifikazzjoni u approvazzjoni tad-disinji tat-tiswija
|
(36) |
il-punt 21.A.437 huwa revokat; |
(37) |
il-punti 21.A.604, 21.A.605 u 21.A.606 huma sostitwiti b'dan li ġej: “21.A.604 Awtorizzazzjoni tal-ETSO għal Unità ta' Potenza Awżiljari (APU) Fir-rigward ta' awtorizzazzjoni tal-ETSO għal APU:
21.A.605 Rekwiżiti tad-data
21.A.606 Rekwiżiti għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni tal-ETSO Biex tinħareġ awtorizzazzjoni tal-ETSO, l-applikant għandu:
|
(38) |
fil-punt 21.A.701, jiżdied il-punt (16):
|
(39) |
fil-punt 21.B.5, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:
|
(40) |
Is-Subparti B tat-Taqsima B hija ssostitwita b'dan li ġej: “SUBPARTI B — ĊERTIFIKATI TAT-TIP U ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETTI 21.B.70 Speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni L-Aġenzija, b'konformità mal-Artikolu 76(3) tar-Regolament (UE) 2018/1139, għandha toħroġ speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni u speċifikazzjonijiet dettaljati oħra, inkluż speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni għall-ajrunavigabbiltà, għad-data tal-adegwatezza operattiva, u għall-protezzjoni ambjentali, li l-awtoritajiet kompetenti, l-organizzazzjonijiet u l-persunal ikunu jistgħu jużaw biex juru l-konformità ta' prodotti, partijiet u tagħmir mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti stabbiliti fl-Annessi II, IV u V ta' dak ir-Regolament, kif ukoll ma' dawk għall-protezzjoni ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 9(2) u fl-Anness III ta' dak ir-Regolament. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet għandhom ikunu dettaljati u speċifiċi biżżejjed biex lill-applikanti juruhom il-kundizzjonijiet li skonthom jinħarġu, jiġu emendati jew jiġu ssupplimentati ċ-ċertifikati. 21.B.75 Kundizzjonijiet speċjali
21.B.80 Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett L-Aġenzija għandha tistabbilixxi l-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u tinnotifikaha lill-applikant għal ċertifikat tat-tip jew għal ċertifikat tat-tip ristrett. Il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip għandha tkun magħmula minn:
21.B.82 Bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett ta' inġenju tal-ajru L-Aġenzija għandha tistabbilixxi l-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u tinnotifikaha lill-applikant għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett ta' ingenju tal-ajru. Il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva għandha tkun magħmula minn:
21.B.85 Definizzjoni tar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali u l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett
21.B.100 Livell ta' involviment
21.B.103 Ħruġ ta' ċertifikat tat-tip jew ta' ċertifikat tat-tip ristrett
|
(41) |
Is-Subparti D tat-Taqsima B hija ssostitwita b'dan li ġej: “21.B.105 Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali u bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva għal bidla maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip L-Aġenzija għandha tistabbilixxi l-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli, ir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, u fil-każ ta' bidla li taffettwa d-data tal-adegwatezza operattiva, il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva stabbilita b'konformità mal-punt 21.A.101 u għandha tinnotifika dwar dan lill-applikant fil-każ ta' bidla maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip. 21.B.107 Ħruġ ta' approvazzjoni ta' bidla f'ċertifikat tat-tip
|
(42) |
Is-Subparti E tat-Taqsima B hija ssostitwita b'dan li ġej: “F'din is-Subparti, ir-referenzi għaċ-ċertifikati tat-tip jinkludu ċ-ċertifikati tat-tip u ċ-ċertifikati tat-tip ristretti. 21.B.109 Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali u bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva għal ċertifikat tat-tip supplimentari L-Aġenzija għandha tistabbilixxi l-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli, ir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, u fil-każ ta' bidla li taffettwa d-data tal-adegwatezza operattiva, il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva stabbilita b'konformità mal-punt 21.A.101, u għandha tinnotifika dwar dan lill-applikant fil-każ ta' ċertifikat tat-tip supplimentari. 21.B.111 Ħrug ta' ċertifikat tat-tip supplimentari
|
(43) |
Il-punt 21.B.326 huwa sostitwit b'dan li ġej: “21.B.326 Ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandha toħroġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà:
|
(44) |
Is-Subparti M tat-Taqsima B hija ssostitwita b'dan li ġej: “21.B.450 Il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali fil-każ ta' approvazzjoni ta' disinn tat-tiswija L-Aġenzija għandha tiddeżinja kwalunkwe emenda tal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip inkorporata b'referenza, kif applikabbli, fiċ-ċertifikat tat-tip, fiċ-ċertifikat tat-tip supplimentari jew fl-awtorizzazzjoni tal-ETSO għal APU, li l-Aġenzija jidhrilha li huma meħtieġa biex jinżamm livell tas-sikurezza daqs dak stabbilit qabel, u għandha tinnotifika dan lill-applikant għal disinn tat-tiswija. 21.B.453 Ħruġ ta' approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija
|
(45) |
Is-Subparti O tat-Taqsima B hija ssostitwita b'dan li ġej: “21.B.480 Ħruġ ta' awtorizzazzjoni tal-ETSO L-Aġenzija għandha toħroġ awtorizzazzjoni tal-ETSO, diment li:
|
3.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/29 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/898
tad-29 ta' Mejju 2019
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-eugenol bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Lidervet SL)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' tali awtorizzazzjoni. |
(2) |
Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-eugenol. Ma' din l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) ta' dak ir-Regolament. |
(3) |
Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-eugenol bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ għat-tismin, li għandha tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. |
(4) |
Fl-opinjonijiet tagħha tal-21 ta' Ottubru 2015 (2) u tal-4 ta' Lulju 2017 (3) l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-eugenol ma għandux effett avvers fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet li l-addittiv huwa meqjus effikaċi fit-titjib tat-tkabbir tat-tiġieġ għat-tismin. L-Awtorità ma qisietx li hemm il-bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni tal-eugenol turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu tal-eugenol jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tagħmel parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħrajn”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Mejju 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2015;13(11):4273.
(3) EFSA Journal 2017;15(7):4931.
ANNESS
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||
mg tal-addittiv/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % |
|||||||||||||||||||||||||
Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħrajn (titjib fil-prestazzjoni żooteknika). |
|||||||||||||||||||||||||
4d18 |
Lidervet SL |
Preparazzjoni ta' Eugenol |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparazzjoni ta':
Fil-forma granulari Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Eugenol (2-metossi-4-(2-propenil) fenol,4-allil-2-metossifenol-4-allilgwajakol) (99.5 %); CAS Nru 97-53-0 C10H12O2 Metodu analitiku (1) Għall-kwantifikazzjoni tal-eugenol fl-addittiv tal-għalf u fil-prodotti tal-għalf:
|
Tiġieġ tas-simna |
— |
100 |
100 |
|
It-23 ta' Ġunju 2029 |
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
3.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/32 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/899
tad-29 ta' Mejju 2019
li jikkonċerna t-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-4407 bħala addittiv fl-għalf għall-ħrief għat-tismin, għall-mogħoż u n-nagħaġ li jipproduċu l-ħalib, għall-bufli tal-ħalib, għaż-żwiemel u għall-ħnieżer għat-tismin u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1447/2006, (KE) Nru 188/2007, (KE) Nru 232/2009, (KE) Nru 186/2007 u (KE) Nru 209/2008 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni S.I. Lesaffre)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti u għat-tiġdid ta' tali awtorizzazzjoni. |
(2) |
Is-Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc 47 kien awtorizzat għal għaxar snin bħala addittiv fl-għalf għall-ħrief għat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1447/2006 (2), għaż-żwiemel bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 186/2007 (3), għall-mogħoż u n-nagħaġ li jipproduċu l-ħalib bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 188/2007 (4), għall-ħnieżer għat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 209/2008 (5) u għall-bufli tal-ħalib bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 232/2009 (6). |
(3) |
F'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, id-detentur ta' dawk l-awtorizzazzjonijiet ippreżenta applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-4407 (li qabel kien NCYC Sc 47) bħala addittiv fl-għalf għall-ħrief għat-tismin, għall-mogħoż u n-nagħaġ li jipproduċu l-ħalib, għall-bufli tal-ħalib, għall-ħnieżer għat-tismin u għaż-żwiemel, bit-talba li dak l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. Flimkien ma' dawk l-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tat-13 ta' Ġunju 2018 (7) l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-applikant ipprovda data li turi li l-addittiv jikkonforma mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni. |
(5) |
Il-valutazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-4407 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għalhekk, l-awtorizzazzjoni ta' dak l-addittiv jenħtieġ li tiġġedded kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(6) |
B'konsegwenza tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-4407 bħala addittiv fl-għalf skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li r-Regolamenti (KE) Nru 1447/2006, (KE) Nru 186/2007, (KE) Nru 188/2007, (KE) Nru 209/2008 u (KE) Nru 232/2009 jitħassru. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-awtorizzazzjoni tal-addittiv speċifikat fl-Anness, li jifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterji li jkun hemm fil-musrana”, meta jintuża għall-ħrief għat-tismin, għall-mogħoż u n-nagħaġ li jipproduċu l-ħalib, għall-bufli tal-ħalib u għall-ħnieżer għat-tismin; u għall-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà” meta jintuża għaż-żwiemel, ikun imġedded soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc47 bħala addittiv fl-għalf skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament, ir-Regolamenti (KE) Nru 1447/2006, (KE) Nru 186/2007, (KE) Nru 188/2007, (KE) Nru 209/2008 u (KE) Nru 232/2009, it-taħlitiet lesti minn qabel u l-għalf kompost li fih dan l-addittiv, ittikkettati skont dawk ir-Regolamenti qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
Artikolu 3
Ir-Regolamenti (KE) Nru 1447/2006, (KE) Nru 186/2007, (KE) Nru 188/2007, (KE) Nru 209/2008 u (KE) Nru 232/2009 huma mħassra.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Mejju 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1447/2006 tad-29 ta' Settembru 2006 rigward l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid għas-Saccharomyces cerevisiae (Biosaf SC 47) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 271, 30.9.2006, p. 28).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 186/2007 tal-21 ta' Frar 2007 rigward l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid għas-Saccharomyces cerevisiae (Biosaf SC 47) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 63, 1.3.2007, p. 6).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 188/2007 tat-23 ta' Frar 2007 rigward l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid għas-Saccharomyces cerevisiae (Biosaf SC 47) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 57, 24.2.2007, p. 3).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 209/2008 tas-6 ta' Marzu 2008 rigward l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid għas-Saccharomyces cerevisiae (Biosaf Sc 47) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 63, 7.3.2008, p. 3).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 232/2009 tad-19 ta' Marzu 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid ta' Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc47 bħala addittiv fl-għalf għall-bufli tal-ħalib (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Société Industrielle Lesaffre) (ĠU L 74, 20.3.2009, p. 14).
(7) EFSA Journal 2018;16(7):5339.
ANNESS
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||
CFU/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % |
|||||||||||||||||||
Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterji li jkun hemm fil-musrana |
|||||||||||||||||||
4b1702 |
S.I. Lesaffre |
Saccharomyces cerevisiae CNCM I-4407 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-4407 b'konċentrazzjoni minima ta' 5 × 109 CFU/g. Forma solida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli mnixxfa vijabbli tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-4407 Metodu analitiku (1) Enumerazzjoni: metodu tat-tferrigħ bl-użu tal-agar magħmul mid-destrożju, estratt tal-ħmira u kloramfenikol (EN 15789:2009). Identifikazzjoni: metodu tar-reazzjoni katina bil-polimerażi (PCR) CEN/TS 15790:2008. |
Ħrief għat-tismin |
— |
1,4 × 109 |
— |
|
it-23 ta' Ġunju 2029 |
||||||||||
Mogħoż u nagħaġ li jipproduċu l-ħalib |
7 × 108 |
||||||||||||||||||
Ħnieżer għat-tismin |
1,25 × 109 |
||||||||||||||||||
Bufli tal-ħalib |
5 × 108 |
||||||||||||||||||
|
|
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||
CFU/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % |
|||||||||||||||||
Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà |
|||||||||||||||||
4b1702 |
S.I. Lesaffre |
Saccharomyces cerevisiae CNCM I-4407 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-4407 b'konċentrazzjoni minima ta' 5 × 109 CFU/g. Forma solida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli mnixxfa vijabbli tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-4407 Metodu analitiku (2) Enumerazzjoni: metodu tat-tferrigħ bl-użu tal-agar magħmul mid-destrożju, estratt tal-ħmira u kloramfenikol (EN 15789:2009). Identifikazzjoni: metodu tar-reazzjoni katina bil-polimerażi (PCR) CEN/TS 15790:2008. |
Żwiemel |
— |
8 × 108 |
— |
|
it-23 ta' Ġunju 2029 |
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Addittivi fl-Għalf: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Addittivi fl-Għalf: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
3.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/36 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/900
tad-29 ta' Mejju 2019
dwar l-awtorizzazzjoni ta' 8-merkapto-p-mentan-3-on u p-ment-1-en-8-tijol bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
(2) |
8-merkapto-p-mentan-3-on u p-ment-1-en-8-tijol ġew awtorizzati mingħajr limitu ta' żmien skont id-Direttiva 70/524/KEE bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Sussegwentement, dawk il-prodotti ddaħħlu fir-Reġistru tal-addittivi fl-għalf bħala prodotti eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
F'konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid ta' 8-merkapto-p-mentan-3-on u p-ment-1-en-8-tijol bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. L-applikant talab li dawk l-addittivi jiġu klassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji”. Flimkien ma' dik l-applikazzjoni ngħataw id-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tas-27 ta' Novembru 2018 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu fl-għalf, 8-merkapto-p-mentan-3-on u p-ment-1-en-8-tijol ma għandhomx effetti avversi fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-sikurezza tal-konsumaturi jew fuq l-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li ż-żewġ komposti huma irritanti għas-sistema respiratorja u wieħed ma jistax jikkonkludi dwar il-potenzjal tas-sensitizzazzjoni tal-ġilda. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, b'mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li peress li ż-żewġ sustanzi jintużaw fl-ikel, u li l-funzjoni tagħhom fl-għalf hija essenzjalment l-istess bħal dik fl-ikel, ma hemmx bżonn li jkun hemm iktar provi tal-effikaċja tagħhom fl-għalf. |
(5) |
Jenħtieġ li jiġu previsti restrizzjonijiet u kundizzjonijiet sabiex ikun hemm kontroll aħjar tagħhom. Għal 8-merkapto-p-mentan-3-on u p-ment-1-en-8-tijol, il-kontenuti rakkomandati għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tal-addittiv. Meta jinqabżu t-tali kontenuti, jenħtieġ li ċerta informazzjoni tiġi indikata fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel u fit-tikkettar tal-għalf kompost u tal-materjali tal-għalf. |
(6) |
L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittivi fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(7) |
Il-valutazzjoni tas-sustanzi kkonċernati turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi awtorizzat l-użu ta' dawk is-sustanzi kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(8) |
Billi l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għas-sustanzi kkonċernati mhijiex meħtieġa minħabba raġunijiet ta' sikurezza, jixraq li jingħata perjodu tranżizzjonali biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
(9) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li huma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji” u mill-grupp funzjonali “komposti li jagħtu t-togħma”, huma awtorizzati bħala addittivi fl-għalf tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Miżuri tranżizzjonali
1. Is-sustanzi speċifikati fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom dawk is-sustanzi, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-23 ta' Diċembru 2019 skont ir-regoli applikabbli qabel it-23 ta' Ġunju 2019 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.
2. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi kif speċifikat fl-Anness li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-23 ta' Ġunju 2020 skont ir-regoli applikabbli qabel it-23 ta' Ġunju 2019 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk dawn ikunu maħsubin għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
3. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi kif speċifikat fl-Anness li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-23 ta' Ġunju 2021 skont ir-regoli applikabbli qabel it-23 ta' Ġunju 2019 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk dawn ikunu maħsubin għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Mejju 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f'għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).
(3) EFSA Journal 2019;17(1):5530.
ANNESS
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
||||||||||
mg ta' sustanza attiva/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % |
|||||||||||||||||||
Kategorija: Addittivi sensorji. Grupp funzjonali: Komposti li jagħtu t-togħma |
|||||||||||||||||||
2b12038 |
— |
8-merkapto-p-mentan-3-on |
Kompożizzjoni tal-addittivi 8-merkapto-p-mentan-3-on Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva 8-merkapto-p-mentan-3-on Prodott bis-sinteżi kimika Purità: min. 97 % Formula kimika: C10H18OS Numru CAS: 38462-22-5 FLAVIS 12.038 Metodu tal-analiżi (1) Għad-determinazzjoni ta' 8-merkapto-p-mentan-3-on fl-addittiv fl-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel li jagħtu t-togħma fl-għalf: Kromatografija b'fażi gassuża/spettrometrija tal-massa b'illokkjar tal-ħin ta' żamma GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
it-23 ta' Ġunju 2029 |
||||||||||
2b12085 |
— |
p-ment-1-en-8-tijol |
Kompożizzjoni tal-addittivi p-ment-1-en-8-tijol Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva p-ment-1-en-8-tijol Prodott bis-sinteżi kimika Purità: min. 98 % Formula kimika: C10H18OS Numru CAS: 71159-90-5 FLAVIS 12.085 Metodu tal-analiżi (1) Għad-determinazzjoni tal-p-ment-1-en-8-tijol fl-addittiv tal-għalf u f'taħlitiet lesti minn qabel li jagħtu t-togħma fl-għalf: Kromatografija b'fażi gassuża/spettrometrija tal-massa b'illokkjar tal-ħin ta' żamma GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
it-23 ta' Ġunju 2029 |
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports.
3.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/41 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/901
tad-29 ta' Mejju 2019
dwar l-awtorizzazzjoni tar-riboflavina prodotta mill-Ashbya gossypii (DSM 23096), ir-riboflavina prodotta mill-Bacillus subtilis (DSM 17339 u/jew DSM 23984) u r-riboflavina-5′-fosfat melħ tas-sodju prodotta mill-Bacillus subtilis (DSM 17339 u/jew DSM 23984) (sorsi ta' vitamina B2) bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
(2) |
Ir-riboflavina prodotta mill-Ashbya gossypii (DSM 23096), ir-riboflavina prodotta mill-Bacillus subtilis (DSM 17339 u/jew DSM 23984) u r-riboflavina-5′-fosfat melħ tas-sodju prodotta mill-Bacillus subtilis (DSM 17339 u/jew DSM 23984) kienu awtorizzati bħala sorsi ta' vitamina B2 mingħajr limitu ta' żmien bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali f'konformità mad-Direttiva 70/524/KEE. Sussegwentement, dawk l-addittivi ddaħħlu fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodotti eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
F'konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, ġew sottomessi żewġ applikazzjonijiet għall-evalwazzjoni mill-ġdid tar-riboflavina prodotta mill-Ashbya gossypii (DSM 23096), ir-riboflavina prodotta mill-Bacillus subtilis (DSM 17339 u/jew DSM 23984) u r-riboflavina-5′-fosfat melħ tas-sodju prodotta mill-Bacillus subtilis (DSM 17339 u/jew DSM 23984) għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, bit-talba li dawk l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrizzjonali”. Waħda mill-applikazzjonijiet tikkonċerna r-riboflavina prodotta mill-Ashbya gossypii (DSM 23096) u l-oħra tikkonċerna r-riboflavina u l-melħ tal-monosodju tal-ester 5′-monofosfat tar-riboflavina, prodotti t-tnejn li huma mill-Bacillus subtilis (DSM 17339 u/jew DSM 23984). Ma' dawk l-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(4) |
F'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, waħda miż-żewġ applikazzjonijiet talbet ukoll għall-awtorizzazzjoni tar-riboflavina prodotta mill-Bacillus subtilis (DSM 17339 u/jew DSM 23984) u r-riboflavina-5′-fosfat melħ tas-sodju prodotta mill-Bacillus subtilis (DSM 17339 u/jew DSM 23984) bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali għall-użu fl-ilma tax-xorb. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 għall-użu fl-ilma tax-xorb. |
(5) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjonijiet tagħha tat-3 ta' Diċembru 2015 (3) u tat-13 ta' Ġunju 2018 (4) li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, ir-riboflavina prodotta mill-Ashbya gossypii (DSM 23096), ir-riboflavina prodotta mill-Bacillus subtilis (DSM 17339 u/jew DSM 23984) u r-riboflavina-5′-fosfat melħ tas-sodju prodotta mill-Bacillus subtilis (DSM 17339 u/jew DSM 23984) m'għandhomx effetti avversi fuq is-saħħa tal-annimali, is-sikurezza tal-konsumatur jew l-ambjent. Hija kkonkludiet ukoll li l-addittivi li fihom ir-riboflavina prodotti mill-Ashbya gossypii (DSM 23096), ir-riboflavina prodotta mill-Bacillus subtilis (DSM 17339 u/jew DSM 23984) u riboflavina-5′-fosfat melħ tas-sodju prodotta mill-Bacillus subtilis (DSM 17339 u/jew DSM 23984) mhumiex irritanti għall-ġilda u għall-għajnejn. Fin-nuqqas ta' data, l-Awtorità ma tistax tikkonkludi dwar is-sensitizzazzjoni tal-ġilda. Ir-riboflavina hija rikonoxxuta bħala fotosensitizzatur, li jista' joħloq reazzjonijiet fotoallerġiċi fil-ġilda u fl-għajnejn. Il-ħaddiema jistgħu jkunu esposti għal trab respirabbli matul it-trattament tar-riboflavina u tar-riboflavina-5′-fosfat melħ tas-sodju; fin-nuqqas ta' data dwar it-tossiċità tal-inalazzjoni, l-Awtorità ma tistax tasal għal konklużjoni dwar ir-riskju possibbli maħluq mill-inalazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti fuq is-saħħa tal-bniedem, b'mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. Barra minn hekk, l-Awtorità kkonkludiet li r-riboflavina prodotta mill-Ashbya gossypii (DSM 23096), ir-riboflavina prodotta mill-Bacillus subtilis (DSM 17339 u/jew DSM 23984) u r-riboflavina-5′-fosfat melħ tas-sodju prodotta mill-Bacillus subtilis (DSM 17339 u/jew DSM 23984) huma sorsi effettivi ta' vitamina B2 fil-kopertura tar-rekwiżiti nutrittivi tal-annimali. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapporti dwar il-metodu ta' analiżi fl-għalf u, fejn applikabbli, fl-ilma li ġew sottomessi mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(6) |
Il-valutazzjoni tar-riboflavina prodotta mill-Ashbya gossypii (DSM 23096), ir-riboflavina prodotta mill-Bacillus subtilis (DSM 17339 u/jew DSM 23984) u r-riboflavina-5′-fosfat melħ tas-sodju prodotta mill-Bacillus subtilis (DSM 17339 u/jew DSM 23984) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew issodisfati għall-użu fl-għalf u għar-riboflavina prodotta mill-Bacillus subtilis (DSM 17339 u/jew DSM 23984) u r-riboflavina-5′-fosfat melħ tas-sodju prodotta mill-Bacillus subtilis (DSM 17339 u/jew DSM 23984) għall-użu fl-ilma tax-xorb ukoll. Konsegwentement, l-użu ta' dawn l-addittivi jenħtieġ li jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(7) |
Billi l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għas-sustanzi kkonċernati mhijiex meħtieġa minħabba raġunijiet ta' sikurezza, huwa xieraq li jingħata perjodu tranżizzjonali biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jinsabu fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrizzjonali” u fil-grupp funzjonali “vitamini, provitamini u sustanzi definiti tajjeb kimikament li jkollhom effett simili”, huma awtorizzati bħala addittivi fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Miżuri Tranżizzjonali
1. Is-sustanzi speċifikati fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li fihom dawk is-sustanzi, li huma prodotti u ttikkettati qabel it-23 ta' Ġunju 2019 skont ir-regoli applikabbli qabel it-23 ta' Ġunju 2019 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sat-23 ta' Diċembru 2019.
2. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi kif speċifikat fl-Anness li huma prodotti u ttikkettati qabel it-23 ta' Ġunju 2020 skont ir-regoli applikabbli qabel it-23 ta' Ġunju 2019 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk dawn ikunu maħsubin għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
3. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi kif speċifikat fl-Anness li huma prodotti u ttikkettati qabel it-23 ta' Ġunju 2021 skont ir-regoli applikabbli qabel it-23 ta' Ġunju 2019 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk dawn ikunu maħsubin għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Mejju 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f'għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).
(3) EFSA Journal 2016;14(1):4349.
(4) EFSA Journal 2018;16(7):5337.
ANNESS
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
||||||||
mg tal-addittiv/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % |
|||||||||||||||||
Kategorija ta' addittivi nutrizzjonali. Grupp funzjonali: Vitamini, provitamini u sustanzi definiti sew kimikament li jkollhom effett simili. |
|||||||||||||||||
3a825i |
— |
“Riboflavina” jew “Vitamina B2” |
Kompożizzjoni kimika Riboflavina prodotta mill-Ashbya gossypii DSM 23096 Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Riboflavina C17H20N4O6 Numru CAS: 83-88-5 Riboflavina f'forma solida prodotta mill-Ashbya gossypii DSM 23096 Kriterji ta' purità: minimu ta' 80 % ta' riboflavina Metodu ta' analiżi (1) Għad-determinazzjoni tar-Riboflavina fl-addittiv tal-għalf: spettrofotometrija f'444 nm Għad-determinazzjoni tar-Riboflavina fit-taħlitiet lesti minn qabel: Kromatografija Likwida bi Prestazzjoni Għolja akkoppjata ma' individwatur tal-UV, HPLC-UV (VDLUFA Bd.III, 13.9.1) Għad-determinazzjoni tar-Riboflavina fl-għalf: Kromatografija Likwida bi Prestazzjoni Għolja b'individwazzjoni bil-Fluworexxenza, HPLC-FL (EN 14152) |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
it-23 ta' Ġunju 2029 |
||||||||
3a825ii |
— |
“Riboflavina” jew “Vitamina B2” |
Kompożizzjoni kimika Riboflavina Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Riboflavina C17H20N4O6 Numru CAS: 83-88-5 Riboflavina f'forma solida prodotta mill-Bacillus subtilis DSM 17339 u/jew DSM 23984 Kriterji ta' purità: minimu ta' 96 %, Metodu ta' analiżi (1) -Għad-determinazzjoni tar-Riboflavina fl-addittiv tal-għalf: spettrofotometrija f'444 nm (Ph.Eur.6.0, metodu 01/2008:0292) -Għad-determinazzjoni tar-Riboflavina fit-taħlitiet lesti minn qabel: Kromatografija Likwida bi Prestazzjoni Għolja akkoppjata ma' individwatur tal-UV, HPLC-UV (VDLUFA Bd.III, 13.9.1) -Għad-determinazzjoni tar-Riboflavina fl-għalf u fl-ilma: Kromatografija Likwida bi Prestazzjoni Għolja b'individwazzjoni bil-Fluworexxenza, HPLC-FL (EN 14152) |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
it-23 ta' Ġunju 2029 |
||||||||
3a 826 |
|
“Riboflavina -5′-fosfat melħ tas-sodju” jew “Vitamina B2” |
Kompożizzjoni kimika Melħ tal-monosodju tal-ester 5′-monofosfat tar-riboflavina Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Riboflavina-5′-fosfat melħ tal-monosodju C17H22N4O9PNa Numru CAS: 130-40-5 Melħ tal-monosodju tal-ester 5′-monofosfat tar-riboflavina f'forma solida prodott wara l-fosforilazzjoni tar-riboflavina 98 % prodotta mill-Bacillus subtilis DSM 17339 u/jew DSM 23984. Kriterji ta' purità: minimu ta' 65 %, Metodu ta' analiżi (1) Għad-determinazzjoni tar-Riboflavina-5′-fosfat melħ tal-monosodju fl-addittiv tal-għalf: metodu ta' spettrofotometrija f'444 nm (Ph.Eur.6.0, metodu 01/2008:0786) Għad-determinazzjoni tar-Riboflavina fit-taħlitiet lesti minn qabel: Kromatografija Likwida bi Prestazzjoni Għolja akkoppjata ma' individwatur tal-UV, HPLC-UV (VDLUFA Bd.III, 13.9.1) Għad-determinazzjoni tar-Riboflavina-5′-fosfat melħ tal-monosodju (bħala total ta' Vitamina B2) fl-għalf u fl-ilma: Kromatografija Likwida bi Prestazzjoni Għolja b'individwazzjoni bil-Fluworexxenza, HPLC-FL (EN 14152) |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
it-23 ta' Ġunju 2029 |
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
DEĊIŻJONIJIET
3.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/47 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/902
tat-28 ta' Mejju 2019
dwar miżura li ħadet l-Iżvezja skont id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta' scissor lift għall-vetturi (il-mudell TL530LF) manifatturat minn TWA Equipment S.r.l.
(notifikata bid-dokument C(2019) 3886)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Fl-20 ta' Lulju 2017, l-Iżvezja infurmat lill-Kummissjoni dwar miżura li ħadet skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2006/42/KE li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta' scissor lift għall-vetturi (il-mudell T530LF) manifatturat minn TWA Equipment S.r.l., Via Inn s.n.c. 65015, Montesilvano (PE), l-Italja (minn hawn 'il quddiem “il-manifattur”) u distribwit minn Lidköpings Carpart AB, Plastagan 12C, 53155 Lidköping, l-Iżvezja (minn hawn 'il quddiem “Carpart”). |
(2) |
L-Iżvezja ħadet din il-miżura minħabba li qieset li s-scissor lift għall-vetturi ma kienx jissodisfa r-rekwiżit essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza stabbilit fil-punt (c) tat-Taqsima 4.1.2.6 tal-Anness I tad-Direttiva 2006/42/KE. Dik id-dispożizzjoni tesiġi li l-makkinarju għandu jkun iddisinjat u mibni b'mod li t-tagħbijiet ma jkunux jistgħu jiżżerżqu b'mod perikoluż jew jaqgħu mingħajr ilqugħ jew b'mod mhux mistenni, saħansitra fil-każ ta' waqfien totali jew parzjali tal-provvista tal-enerġija jew meta l-operatur jieqaf milli jħaddem il-magna. L-Iżvezja ġġustifikat il-miżura li ħadet abbażi li l-valv tal-qsim tal-pajpijiet ma kienx jaħdem kif suppost, u b'hekk affettwa l-funzjonament sikur tal-apparat ta' tagħbija u b'hekk ħoloq perikli potenzjalment serji għas-sikurezza. Barra minn hekk, l-Iżvezja sostniet li ċerti karatteristiċi tas-sikurezza kienu diżattivati (jiġifieri, il-valvijiet ta' detezzjoni tal-pressjoni) meta l-lift tbaxxa bl-użu tal-buttuna “tbaxxija kompleta”, u dan seta' kkawża diżlivell bejn ir-rampi. |
(3) |
Wara li rċeviet in-notifika dwar il-miżura ta' salvagwardja li ħadet l-Iżvezja, il-Kummissjoni bdiet konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati sabiex tisma' l-opinjonijiet tagħhom. Fit-12 ta' Awwissu 2017, il-Kummissjoni bagħtet ittra lill-manifattur, li l-manifattur ma weġibx għaliha. Abbażi tal-informazzjoni kkomunikata lill-Kummissjoni mill-awtoritajiet Żvediżi, Carpart ma għadhiex tipprovdi l-prodott inkwistjoni fis-suq Żvediż. Barra minn hekk, Carpart innotat li kienet fil-proċess li tissostitwixxi l-valvijiet tal-qsim tal-pajpijiet installati fil-fabbrika b'valvijiet tal-qsim tal-pajpijiet ta' kwalità aħjar, fil-lifts għall-vetturi tal-mudell TL530LF tat-TWA li diġà kienu ġew fornuti fl-Iżvezja. L-awtoritajiet Żvediżi kienu sodisfatti bl-azzjonijiet meħuda minn Carpart biex ittejjeb is-sikurezza tal-mudell TL530LF. |
(4) |
L-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-Iżvezja u d-dokumentazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni juru li s-scissor lift għall-vetturi tal-mudell TL530LF ma jissodisfax ir-rekwiżit essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza stabbilit fil-punt (c) tat-Taqsima 4.1.2.6 tal-Anness I tad-Direttiva 2006/42/KE. |
(5) |
Il-miżura li ħadet l-Iżvezja hija meħtieġa biex ikun żgurat li s-scissor lift għall-vetturi tal-mudell TL530LF ma joħloqx perikli potenzjalment serji għas-sikurezza minħabba l-funzjonament ħażin tal-valv tal-qsim tal-pajpijiet jew id-diżattivazzjoni ta' ċerti karatteristiċi tas-sikurezza. Projbizzjoni biss tista' tiżgura li l-prodott ma jitqegħidx fis-suq sakemm ir-rekwiżit rilevanti tas-saħħa u tas-sikurezza jkun ġie ssodisfat. |
(6) |
Għalhekk, il-miżura ta' salvagwardja li ħadet l-Iżvezja hija xierqa, meħtieġa u proporzjonata u jenħtieġ li titqies bħala ġustifikata. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-miżura li ħadet l-Iżvezja li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta' scissor lift għall-vetturi (il-mudell T530LF) manifatturat minn TWA Equipment S.r.l., Via Inn s.n.c. 65015, Montesilvano (PE), l-Italja, u distribwit minn Lidköpings Carpart AB, Plastagan 12C, 53155 Lidköping, l-Iżvezja, hija ġustifikata.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Mejju 2019.
Għall-Kummissjoni
Elżbieta BIEŃKOWSKA
Membru tal-Kummissjoni
3.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/49 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/903
tad-29 ta' Mejju 2019
li tistabbilixxi l-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru għat-tielet perjodu ta' referenza li jibda fl-1 ta' Jannar 2020 u li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2024
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (1), u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 11(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 jirrikjedi li l-Kummissjoni tadotta għal kull perjodu ta' referenza miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha fl-oqsma ewlenin tal-prestazzjoni li huma s-sikurezza, l-ambjent, il-kapaċità u l-kosteffiċjenza. Fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/317 (2) ġew stabbiliti regoli ta' implimentazzjoni dwar dawn il-miri. B'mod partikolari, il-paragrafu 4 tal-Artikolu 9 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/317 jirrikjedi li l-Kummissjoni tadotta, flimkien mal-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha, il-valuri li ġejjin: “valur bażi għal kostijiet iddeterminati” madwar l-Unjoni kollha, “valur bażi għall-kostijiet iddeterminati tal-unità” madwar l-Unjoni kollha, livelli limitu ta' twissija li lil hinn minnhom l-Istati Membri jistgħu jitolbu reviżjoni tal-miri ta' prestazzjoni li jinsabu fil-pjanijiet ta' prestazzjoni kif ukoll fil-gruppi ta' komparaturi tal-fornituri ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru b'ambjent operattiv u ekonomiku simili. L-iffissar ta' kostijiet iddeterminati huwa bbażat fuq l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
(2) |
Il-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għat-tielet perjodu ta' referenza (“RP3”), li jkopri s-snin kalendarji mill-2020 sal-2024, it-tnejn inklużi, valuri bażi mal-Unjoni kollha, livelli limitu ta' twissija u l-gruppi ta' komparaturi jenħtieġ li jiġu stabbiliti qabel l-1 ta' Ġunju 2019 biex jippermettu biżżejjed żmien għal tħejjija ta' pjanijiet ta' prestazzjoni, li għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni għall-valutazzjoni tagħhom sal-1 ta' Ottubru 2019. |
(3) |
Fis-16 ta' Diċembru 2016, il-Kummissjoni ħatret Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew, f'konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2296 (4), biex jassistiha fl-implimentazzjoni tal-iskema ta' prestazzjoni. |
(4) |
Sabiex tiġi ffaċilitata l-adozzjoni ta' miri ta' prestazzjoni mal-Unjoni kollha għall-RP3, il-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni, f'isem il-Kummissjoni, wettaq konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati bejn l-20 ta' Ġunju 2018 u s-16 ta' Jannar 2019. Huwa inkluda l-partijiet ikkonċernati kollha elenkati fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004, inklużi l-utenti tal-ispazju tal-ajru, il-fornituri ta' servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u l-korpi rappreżentattivi ta' persunal professjonali, dwar firxiet indikattivi ta' miri ta' prestazzjoni u dwar l-approċċ u l-metodoloġija biex jiġu stabbiliti miri ta' prestazzjoni kif ukoll valuri oħra. |
(5) |
Il-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni ppreżenta lill-Kummissjoni r-rapport finali tiegħu fit-22 ta' Frar 2019. Dak ir-rapport iqis il-bidliet li ġew introdotti bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-kummenti rilevanti mill-partijiet ikkonċernati u l-aħħar statistika u l-previżjoni għall-RP3 magħmula disponibbli mis-Servizz tal-Istatistika u tal-Previżjoni tal-Eurocontrol (“STATFOR”) u l-Uffiċċju Ċentrali tal-Imposti fuq ir-Rotot. Ir-rapport mill-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni jistabbilixxi s-suppożizzjonijiet u r-raġunament li fuqu huma bbażati l-miri proposti, il-valuri bażi, il-livelli limitu ta' twissija u l-gruppi ta' komparaturi. |
(6) |
Il-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha stabbiliti b'din id-Deċiżjoni jqisu l-kontribut irċevut mill-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni, il-Maniġer tan-Netwerk, l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (“EASA”), u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. Il-Kummissjoni organizzat ukoll, matul Jannar u Frar 2019, laqgħat u skambji mal-Istati Membri, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, il-Maniġer tan-Netwerk u l-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni, biex taqsam l-aħħar informazzjoni rilevanti għall-iffissar tal-mira ta' prestazzjoni. F'dawk id-diskussjonijiet, l-Istati Membri ġew mistiedna jaġġornaw id-data dwar l-ispiża inizjali u l-informazzjoni dwar il-previżjonijiet tat-traffiku. Il-miri tal-prestazzjoni stabbiliti b'din id-Deċiżjoni jqisu din l-informazzjoni. |
(7) |
Il-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha u l-valuri bażi huma bbażati fuq data li tkopri l-ambitu ġeografiku tal-Istati Membri, in-Norveġja u l-Iżvizzera u jużaw previżjoni tat-traffiku en route espressa f'termini tal-movimenti tar-Regoli tat-Titjir bl-Istrumenti (“IFR”) u f'unitajiet ta' servizz ibbażati fuq il-previżjoni bażi STATFOR tal-Eurocontrol, datata t-18 ta' Frar 2019. Din il-previżjoni tat-traffiku en route tikkorrispondi għal 10 534 000 moviment IFR u 139 141 000 unità tas-servizz għall-2019, 10 824 000 moviment IFR u 143 878 000 unità tas-servizz għall-2020, 10 996 000 moviment IFR u 146 980 000 unità tas-servizz għall-2021, 11 191 000 moviment IFR u 150 398 000 unità tas-servizz għall-2022, 11 355 000 moviment IFR u 153 368 000 unità tas-servizz għall-2023, u 11 523 000 moviment IFR u 156 359 000 unità tas-servizz għall-2024. |
(8) |
L-iffissar ta' miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għandu jqis il-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, ta' sikurezza, ambjentali u operattivi. Bilanċ huwa meħtieġ biex jiġi żgurat li dak li mhux ta' benefiċċju, jew taħlita ta' dak li mhux ta' benefiċċju, ma jegħlibx il-benefiċċji antiċipati. Għalhekk, il-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għall-RP3 għandhom iqisu l-interdipendenzi jew il-kompromessi bejn l-oqsma ta' prestazzjoni ewlenin. Tabilħaqq, il-miri tal-prestazzjoni fl-oqsma ta' prestazzjoni ewlenin tal-kosteffiċjenza u l-kapaċità għandhom iqisu r-relazzjoni bejn il-kostijiet biex tkun ipprovduta kapaċità addizzjonali u t-titjib li jista' jissarraf bħala riżultat ta' dawk il-kostijiet. Il-miri tal-prestazzjoni fil-qasam ewlieni ta' prestazzjoni tal-ambjent għandhom iqisu li l-miżuri operattivi tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (“ATM”) li għandhom l-għan li jimminimizzaw il-konsum tal-fjuwil, u għalhekk inaqqsu l-emissjonijiet, mhux dejjem jistgħu jiġu implimentati fil-prattika. Dan huwa dovut għal restrizzjonijiet operattivi relatati ma', b'mod partikolari, is-separazzjoni sikura ta' inġenji tal-ajru u l-kapaċità tal-ATM disponibbli. Fl-aħħar nett, il-miri tal-prestazzjoni fil-qasam ewlieni ta' prestazzjoni tas-sikurezza għandhom iqisu l-fatt li l-provvista ta' servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru b'mod sikur huwa għan ewlieni u li s-sikurezza għandha tkun integrata b'mod sħiħ fl-ippjanar tan-negozju tal-fornituri ta' servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru. |
(9) |
Il-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha stabbiliti b'din id-Deċiżjoni jirriflettu l-ambizzjoni għall-prestazzjoni tan-netwerk kollu kemm hu. Skont l-Artikoli 14 u 15 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tqis iċ-ċirkostanzi lokali meta tivvaluta l-konsistenza tal-miri tal-prestazzjoni nazzjonali jew tal-miri tal-prestazzjoni tal-Blokk ta' Spazju tal-Ajru Funzjonali (“FAB”) li jinsabu fl-abbozz tal-pjanijiet ta' prestazzjoni flimkien mal-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha li jinsabu f'din id-Deċiżjoni. |
(10) |
Il-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha fil-qasam ewlieni ta' prestazzjoni tas-sikurezza, żviluppati b'kollaborazzjoni mal-EASA, għandhom jitkejlu bħala l-livell minimu tal-effettività tal-ġestjoni tas-sikurezza li għandu jinkiseb mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru ċċertifikati biex jipprovdu servizzi tat-traffiku bl-ajru. Dawn il-miri tal-prestazzjoni għandhom iqisu l-prestazzjoni reali u mmirata fit-tieni perjodu ta' referenza u għandhom imorru lil hinn mill-konformità minima mar-rekwiżiti għall-elementi tas-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza. Barra minn hekk, il-Kummissjoni fdat lill-EASA b'kompitu li taġġorna l-konformità u l-materjal ta' gwida biex tissorvelja u tiżgura l-implimentazzjoni korretta tal-indikaturi tas-sigurtà stabbiliti fil-punt 1 tat-Taqsima 1 u l-punt 1 tat-Taqsima 2 tal-Anness I għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/317. Bħala riżultat, il-qafas użat biex jitkejlu l-livelli tal-effettività tal-ġestjoni tas-sikurezza huwa aktar strett milli fit-tieni perjodu ta' referenza, u dan huwa rifless fl-approċċ meħud biex jiġu stabbiliti l-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha fil-qasam ewlieni ta' prestazzjoni tas-sikurezza għal RP3. Dawn il-miri għandhom iqisu wkoll l-implikazzjonijiet tal-ġestjoni tas-sikurezza tal-bidliet fl-ATM promossi mill-implimentazzjoni tal-proġetti SESAR imsemmija fl-Artikolu 15a(3) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004, billi jiffokaw fuq l-assigurazzjoni tas-sikurezza u l-għanijiet tal-immaniġġjar tar-riskju tas-sikurezza. |
(11) |
Il-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha fil-qasam ewlieni ta' prestazzjoni tal-ambjent, imkejla bħala l-medja tal-effiċjenza orizzontali tat-titjiriet en route tat-trajettorja reali, jenħtieġ li jqisu l-livell ta' prestazzjoni miksub fit-tieni perjodu ta' referenza, il-miżuri implimentati biex itejbu kemm jista' jkun l-operat tal-ATM u l-kontributi rilevanti mill-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni, mill-Maniġer tan-Netwerk u mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. |
(12) |
L-impatt ambjentali tal-avjazzjoni qed jiżdied iżda b'rata aktar baxxa milli mistenni meta jitqies it-tkabbir fin-numru tat-titjiriet matul it-tieni perjodu ta' referenza. L-emissjonijiet ta' CO2 gate-to-gate żejda kkawżati minn ineffiċjenza fin-netwerk tal-ATM, ikkalkulati billi jitqabblu t-trajettorji reali u t-trajettorji bla xkiel tat-titjiriet Ewropej kollha, baqgħu stabbli għal madwar 6 % matul l-aħħar sitt snin minkejja t-tkabbir fin-numru ta' titjiriet, bis-saħħa tal-ottimizzazzjoni tal-operazzjonijiet tal-ATM relatati mat-tfassil, l-ippjanar u l-fluss u l-ġestjoni tal-kapaċità tan-netwerk Ewropew tal-ATM. L-ineffiċjenza orizzontali ta' titjira en route kienet qed tonqos b'mod ġenerali u l-mira tal-prestazzjoni stabbilita għat-tieni perjodu ta' referenza hija mistennija li tintlaħaq. |
(13) |
It-titjib fil-qasam ewlieni ta' prestazzjoni tal-ambjent huwa xprunat prinċipalment mill-implimentazzjoni tal-Ispazju tal-Ajru b'Rotot Liberi (“FRA”), li jippermetti rotot iqsar u użu aktar effiċjenti tal-ispazju tal-ajru Ewropew. Huwa mistenni li l-FRA se jiġi implimentat fil-parti l-kbira tal-ispazju tal-ajru Ewropew sal-aħħar tal-2019, u fl-intier tiegħu sal-2022. Flimkien mal-implimentazzjoni gradwali ta' attivitajiet ta' rotot liberi transfruntiera, dan jista' jwassal għal rotta aktar diretta u jista' jnaqqas in-numru ta' mili nawtiċi ta' tajran, u emissjonijiet ikkawżati mit-traffiku tal-ajru, u b'hekk jappoġġa tnaqqis sostenibbli tal-intensità tal-karbonju tal-avjazzjoni. Għalhekk din l-implimentazzjoni gradwali tiġġustifika titjib fl-effiċjenza orizzontali ta' titjira en route sal-2022. Wara l-2022, l-effiċjenza orizzontali ta' titjira en route għandha tibqa' stabbli. Mill-miżuri previsti fil-preżent u meta wieħed iqis li l-inġenji tal-ajru jeħtieġu jevitaw temp ħażin u żoni ta' perikolu dejjem aktar frekwenti, u filwaqt li jiġi kkunsidrat li l-operazzjonijiet tal-ATM għandhom jiżguraw separazzjoni minima bejn l-inġenji tal-ajru, mhux mistenni li l-effiċjenza orizzontali ta' titjira en route se titjieb aktar fl-2023 u fl-2024. |
(14) |
Il-mira tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha fil-qasam ewlieni ta' prestazzjoni tal-kapaċità, imkejla bħala d-dewmien medju tal-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (“ATFM”) en route għal kull titjira attribwit għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, għandha tqis il-livell ta' prestazzjoni miksub fit-tieni perjodu ta' referenza, u tal-kontribut rilevanti mill-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni, mill-Maniġer tan-Netwerk u mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. |
(15) |
Kif iddokumentat mill-Maniġer tan-Netwerk, it-traffiku tal-ajru fl-Ewropa kiber b'mod sinifikanti matul it-tieni perjodu ta' referenza u issa laħaq livell għoli bla preċedent. Il-movimenti IFR żdiedu bi 13 % fl-ewwel erba' snin tat-tieni perjodu ta' referenza u l-medja ta' dewmien tal-ATFM en route żdiedet minn 0,73 minuta għal kull titjira fl-2015 għal 1,73 minuta għal kull titjira fl-2018, li jirrappreżenta żieda ta' 137 % fid-dewmien. F'xi żoni tal-Unjoni, b'mod partikolari f'numru limitat ta' ċentri ta' kontroll taż-żona fil-qalba tal-Ewropa u f'żoni viċini fl-Ewropa Ċentrali, il-kapaċità tal-ATM ma kinitx biżżejjed biex takkomoda dan it-tkabbir fit-traffiku. Ħames ċentri ta' kontroll taż-żona huma responsabbli għal aktar minn nofs id-dewmien tal-ATFM en route totali attribwit lill-kapaċità u l-persunal tal-Kontroll tat-Traffiku tal-Ajru (ATC) fl-Ewropa, u xi wħud minn dawk iċ-ċentri ma kkonformawx mal-pjanijiet ta' kapaċità miftiehma fil-Pjan Operattiv tan-Netwerk (“NOP”). Dan wassal għal sitwazzjoni fejn il-mira tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għat-tieni perjodu ta' referenza ta' medja ta' 0,5 minuta ta' dewmien tal-ATFM għal kull titjira ma ntlaħqitx. In-nuqqas ta' kapaċità huwa mistenni li jmur għall-agħar fis-snin li ġejjin. |
(16) |
Meta wieħed iqis il-previżjoni tat-traffiku għall-RP3, skont il-Maniġer tan-Netwerk u l-Korp ta' Reviżjoni tal-Prestazzjoni, ħafna mill-fornituri ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru huma mistennija li jkunu kapaċi jilħqu r-rekwiżiti tal-kapaċità tagħhom għall-RP3. Madankollu, skont informazzjoni trażmessa mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, il-kwalità tas-servizz proposta mill-fornituri ta' servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fin-NOP hija mistennija li tibqa' problematika għal xi ċentri ta' kontroll taż-żona minħabba numru ta' persunal mhux adegwat, b'mod partikolari fl-ewwel tliet snin tal-RP3. Bħala riżultat, il-ksib ta' medja ottimali tas-sistema kollha ta' 0,5 minuta tal-ATFM għal kull titjira jista' jkun mistenni biss fl-aħħar snin tal-RP3. Biex jindirizza n-nuqqas ta' kapaċità u biex jintlaħqu l-miri stabbiliti f'din id-Deċiżjoni, il-Maniġer tan-Netwerk u l-Korp ta' Reviżjoni tal-Prestazzjoni jirrakkomandaw li l-fornituri ta' servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru jieħdu azzjonijiet speċifiċi fil-livell taċ-ċentri ta' kontroll taż-żona kkonċernata. |
(17) |
Il-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha fil-qasam ewlieni ta' prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għal kull sena tal-perjodu ta' referenza għandhom jiġu espressi bħala perċentwal, li jirriflettu l-bidla minn sena għal sena tal-“kost iddeterminat tal-unità” (“DUC”) medju għall-Unjoni kollha għal servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route. Il-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha fil-qasam ewlieni ta' prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għandhom iqisu l-livell ta' prestazzjoni miksub fl-ewwel u t-tieni perjodi ta' referenza u tal-kontribut rilevanti mill-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. |
(18) |
Fil-livell tal-Unjoni kollha, mill-bidu tal-ewwel perjodu ta' referenza fl-2012, il-kostijiet effettivi en route espressi f'EUR2017 baqgħu kostanti minkejja ż-żieda sinifikanti fit-traffiku. Il-kostijiet effettivi għall-ewwel tliet snin tat-tieni perjodu ta' referenza huma inqas mill-kostijiet iddeterminati korrispondenti. Bħala riżultat, l-eċċess aggregat tal-fornituri ta' servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fil-livell tal-Unjoni kien ogħla milli kien ippjanat. Dan, flimkien mal-analiżi mwettqa mill-Korp ta' Reviżjoni tal-Prestazzjoni, jagħti indikazzjoni li l-parti l-kbira tal-fornituri ta' servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru jistgħu jiksbu aktar titjib fil-kosteffiċjenza fl-RP3, filwaqt li jindirizzaw ukoll il-ħtiġijiet tal-kapaċità. Fl-istess waqt, id-dewmien fl-ATFM fit-traffiku tal-ajru u en route żdied b'mod sinifikanti fis-snin riċenti, li jista' jindika li ma ġewx investiti biżżejjed riżorsi fin-netwerk fit-tieni perjodu ta' referenza. Il-miri ta' kosteffiċjenza għall-RP3 jenħtieġ li jkollhom l-għan li jwasslu għal titjib fil-kosteffiċjenza, filwaqt li jiżguraw li dan it-titjib ma jkunx għad-detriment tal-provvista ta' kapaċità suffiċjenti. |
(19) |
L-utenti tal-ispazju tal-ajru esprimew tħassib dwar proġetti ta' investiment biex jipprovdu l-kapaċità meħtieġa li kienu kkanċellati jew li esperjenzaw dewmien. Il-kostijiet li jirriżultaw minn dawn il-proġetti ta' spiss kienu parzjalment jew kompletament inklużi fil-kostijiet iddeterminati tal-perjodi ta' referenza preċedenti u għalhekk ġew inklużi fl-imposti. Fejn il-fornituri ta' servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru ġġeneraw parti mill-eċċess tagħhom minn investimenti meħtieġa li ma kinux implimentati jew minn implimentazzjoni mdewma, dawk l-eċċessi jistgħu jservu biex jiffinanzjaw l-investimenti meħtieġa fl-RP3, jekk ma tħallsux bħala dividendi lill-azzjonisti jew lill-istat. Barra minn hekk, meta jiġu stabbiliti r-rati tal-imgħax għall-iskop tal-kalkolu tal-kostijiet kapitali, il-fornituri ta' servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom iqisu l-limitazzjonijiet tar-riskji għall-fornituri ta' servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru skont il-mekkaniżmi ta' qsim tar-riskju tat-traffiku u tal-kostijiet u l-kundizzjonijiet ġeneralment favorevoli tal-finanzjament. |
(20) |
It-titjib mistenni fil-kosteffiċjenza għall-RP3 għandu jiġi kkalkulat billi wieħed jitlaq mill-valur bażi għall-Unjoni kollha għall-kost iddeterminat tal-unità, li huwa derivat billi l-valur bażi għall-kostijiet stabbiliti jiġi diviż bil-previżjoni tat-traffiku espressa f'unitajiet ta' servizz għas-sena 2019. Il-valur bażi għall-kostijiet iddeterminati mal-Unjoni kollha huwa stmat billi jintużaw il-kostijiet effettivi għas-snin 2015, 2016 u 2017 permezz ta' analiżi tar-rigressjoni lineari u jiġi aġġustat biex iqis l-aħħar stimi tal-ispejjeż disponibbli, il-varjazzjonijiet tat-traffiku u r-relazzjoni tagħhom mal-kostijiet. |
(21) |
Il-kostijiet iddeterminati fil-livell tal-Unjoni kollha għall-RP3 għandhom jiżdiedu biss bi ftit meta mqabbel mal-RP3, 'il fuq mil-livell tal-valur bażi għall-kostijiet iddeterminati. Dan huwa ġġustifikat biex titjieb il-kwalità tas-servizz, b'mod partikolari billi jiġi indirizzat in-nuqqas ta' kapaċità fl-ispazju tal-ajru Ewropew. Matul perjodu ta' żmien li jkopri kemm l-RP3, kif ukoll it-tieni perjodu ta' referenza, il-bidla minn sena għal sena tal-medja tal-kost iddeterminat tal-unità għall-Unjoni kollha għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route għandha tammonta għal – 2,7 % kull sena. |
(22) |
Minbarra l-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha, għandhom jiġu stabbiliti livelli limitu ta' twissija li lil hinn minnhom l-Istati Membri jistgħu jitolbu reviżjoni tal-miri tal-prestazzjoni inklużi fil-pjanijiet ta' prestazzjoni. Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/317 jipprovdi għal tliet tipi differenti ta' livelli limitu, ibbażati fuq il-parametri li ġejjin: devjazzjonijiet tat-traffiku reali minn previżjoni tat-traffiku matul sena kalendarja partikolari espressi f'perċentwali ta' movimenti IFR, devjazzjonijiet tat-traffiku reali minn previżjoni tat-traffiku matul sena kalendarja partikolari espressi bħala perċentwal ta' unitajiet ta' servizz u l-varjazzjoni ta' valuri ta' referenza bħala riżultat ta' aġġornamenti staġjonali tal-NOP. Varjazzjonijiet fil-fatturi sottostanti ta' dawk il-livelli limitu ta' twissija jista' jkollhom impatti sinifikanti fuq il-provvista ta' servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, kemm min-naħa tad-dħul attwali, kif ukoll tal-aspettattivi f'termini tal-provvista ta' kapaċità. |
(23) |
Biex jiġu stabbiliti l-livelli limitu ta' twissija, għandha tingħata kunsiderazzjoni lill-firxiet ta' previżjoni tat-traffiku, f'termini ta' unitajiet ta' servizz en route u movimenti IFR, minn tkabbir baxx sa dak għoli bbażat fuq l-STATFOR tal-Eurocontrol. Il-perjodu twil ta' previżjoni sal-aħħar tal-2024 jinvolvi livell ta' inċertezza, b'mod partikolari relatat mat-tkabbir ekonomiku, l-intenzjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni, riskji ġeopolitiċi li jistgħu jirriżultaw f'għeluq tal-ispazju tal-ajru u varjabilità fil-flussi tat-traffiku kif ġara matul it-tieni perjodu ta' referenza, kif ukoll l-iżvilupp ta' rabtiet ekonomiċi ma' swieq emerġenti. Dawk ir-riskji jitqiesu fil-previżjonijiet, abbażi tal-informazzjoni disponibbli sa Frar 2019. Madankollu, il-prospetti ekonomiċi jibqgħu inċerti u l-piż tar-riskju huwa varjabbli ħafna. |
(24) |
Minbarra l-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha, il-gruppi ta' komparaturi tal-fornituri ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru b'ambjent operattiv u ekonomiku simili, għandhom jiġu stabbiliti għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-miri ta' prestazzjoni fil-qasam ewlieni ta' prestazzjoni tal-kosteffiċjenza. Sabiex jiġu stabbiliti dawk il-gruppi, għandhom jitqiesu l-kumplessità tal-ispazju tal-ajru, il-livelli u l-varjabilità tat-traffiku, l-għoli tal-ħajja, u l-kost unitarju tal-impjieg tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru għal kull fornitur ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru. |
(25) |
Il-valuri tal-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha u dawk tal-livelli limitu ta' twissija stabbiliti fil-mument tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni, m'għandhomx ivarjaw anki jekk jekk id-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit f'data aktar tard u l-ebda ftehim dwar il-ħruġ ma jkun daħal fis-seħħ. Tabilħaqq, il-possibbiltà ta' dak l-avveniment mhux se taffettwa b'mod sostanzjali d-determinazzjoni ta' dawk il-valuri. Il-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha fil-qasam ewlieni ta' prestazzjoni tas-sikurezza huma determinati minn fatturi li huma indipendenti min-numru ta' Stati Membri. Il-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha fil-qasam ewlieni ta' prestazzjoni tal-ambjent jiddependu fuq it-trajettorji, imma jekk dawk it-trajettorji jinvolvux l-ispazju tal-ajru tal-Istati Membri biss jew kif ukoll ta' pajjiżi terzi mhuwiex rilevanti. Għal miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha fl-oqsma ewlenin ta' prestazzjoni tal-kapaċità u tal-kosteffiċjenza, il-kalkoli wrew li l-impatt f'każ li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni jkun negliġibbli u li għalhekk l-ebda bidla għal dawk il-miri ma tkun meħtieġa għal kull wieħed minn dawn ix-xenarji. Madankollu, il-valur bażi għall-kostijiet iddeterminati, il-valur bażi għall-kost iddeterminat tal-unità u l-gruppi ta' komparaturi għandhom jiddependu fuq jekk id-dritt tal-Unjoni jew ftehim dwar il-ħruġ japplikawx għar-Renju Unit fil-jum tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni, jew jekk l-ebda wieħed minn dawk iż-żewġ xenarji ma jkun japplika. |
(26) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ajru Uniku, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Kamp ta' Applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni tapplika għat-tielet perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/317.
Artikolu 2
Il-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha fil-qasam ewlieni ta' prestazzjoni tas-sikurezza
Miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha fil-qasam ewlieni ta' prestazzjoni tas-sikurezza, kif imsemmi fil-punt 1.1 tat-Taqsima 1 tal-Anness I għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/317, li għandhom jintlaħqu sal-aħħar tal-2024 minn fornituri ta' servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru ċċertifikati biex jipprovdu servizzi, huma stabbiliti fil-livelli ta'effettività tal-ġestjoni tas-sikurezza kif ġej:
(a) |
tal-inqas Livell C fl-objettivi tal-ġestjoni tas-sikurezza jiġiferi “kultura ta' sikurezza”, “politika u għanijiet tas-sikurezza”, “assigurazzjoni tas-sikurezza”, u “promozzjoni tas-sikurezza”; |
(b) |
tal-inqas Livell D fl-objettiv tal-ġestjoni tas-sikurezza jiġifieri “ġestjoni tar-riskju tas-sikurezza”. |
Artikolu 3
Il-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha fil-qasam ewlieni ta' prestazzjoni tal-ambjent
Il-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għall-qasam ewlieni ta' prestazzjoni tal-ambjent, kif definiti fil-punt 2.1 tat-Taqsima 1 tal-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/317, għandhom jiġu espressi bħala l-medja tal-effiċjenza tat-tajran orizzontali en route tat-trajettorja reali u għandhom jiġu mkejla bħala distanza addizzjonali medja ta' tajran imqabbla mad-distanza ortodromika u ma għandhomx jaqbżu l-perċentwali li ġejjin: 2,53 % fl-2020, 2,47 % fl-2021, 2,40 % fl-2022, 2,40 % fl-2023 u 2,40 % fl-2024.
Artikolu 4
Il-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha fil-qasam ewlieni ta' prestazzjoni tal-kapaċità
Il-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għall-qasam ewlieni ta' prestazzjoni tal-kapaċità, skont il-punt 3.1 tat-Taqsima 1 tal-Anness I għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/317, għandhom ikunu dewmien tal-ATFM en route medju attribwit għal servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru ta' 0,9 minuta għal kull titjira fl-2020, 0,9 minuta għal kull titjira fl-2021, 0,7 minuta għal kull titjira fl-2022, 0,5 minuta għal kull titjira fl-2023 u 0,5 minuta għal kull titjira fl-2024.
Artikolu 5
Il-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha fil-qasam ewlieni ta' prestazzjoni tal-kosteffiċjenza
1. Il-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għall-qasam ewlieni ta' prestazzjoni tal-kosteffiċjenza, kif definit fil-punt 4.1 tat-Taqsima 1 tal-Anness I għar-Regolament (UE) 2019/317, għandhom ikunu bidla minn sena għal sena tal-medja tal-kost iddeterminat ta' unità għall-Unjoni kollha għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route ta' – 1,9 % għall-2020, – 1,9 % għall-2021, – 1,9 % għall-2022, – 1,9 % għall-2023 u – 1,9 % għall-2024. Il-bidla bidla minn sena għal sena għandha tiġi kkalkulata billi wieħed jitlaq mill-valur bażi għall-kost iddeterminat ta' unità stabbilit fil-paragrafu 3.
2. Il-valur bażi għall-kostijiet iddeterminati għandu jiġi ffissat għal:
(a) |
EUR 6 245 065 000 f'EUR2017 fil-każ fejn id-dritt tal-Unjoni jieqaf japplika għar-Renju Unit f'data qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni u l-ebda ftehim dwar il-ħruġ konkluż mar-Renju Unit ma jkun daħal fis-seħħ sa dak id-data; |
(b) |
EUR 7 047 092 000 f'EUR2017 fil-każijiet l-oħra kollha. |
3. Il-valur bażi għall-kost iddeterminat ta' unità għandu jkun iffissat għal:
(a) |
EUR 49,29 f'EUR2017 fil-każ fejn id-dritt tal-Unjoni jieqaf japplika f'data qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni u l-ebda ftehim dwar il-ħruġ konkluż mar-Renju Unit ma jkun daħal fis-seħħ sa dik id-data. |
(b) |
EUR 50,65 f'EUR2017 fil-każijiet l-oħra kollha. |
Artikolu 6
Livelli limitu ta' twissija
1. L-Istati Membri jistgħu jitolbu reviżjoni ta' mira ta' prestazzjoni waħda jew aktar li jinsabu fil-pjanijiet ta' prestazzjoni, skont il-punt (a)(i) tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/317, fejn:
(a) |
it-traffiku reali, irreġistrat mill-Eurocontrol, huwa differenti mill-previżjoni tat-traffiku fil-pjan ta' prestazzjoni adottat skont l-Artikolu 16 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/317 matul sena kalendarja partikolari b'tal-inqas 10 % ta' movimenti IFR; |
(b) |
it-traffiku reali, irreġistrat mill-Eurocontrol, huwa differenti mill-previżjoni tat-traffiku fil-pjan ta' prestazzjoni adottat skont l-Artikolu 16 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/317 matul sena kalendarja partikolari b'tal-inqas 10 % ta' unitajiet ta' servizz. |
2. L-Istati Membri jistgħu jitolbu reviżjoni ta' mira ta' prestazzjoni waħda jew aktar li jinsabu fil-pjanijiet ta' prestazzjoni, skont il-punt (a)(i) tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/317, fejn il-varjazzjoni tal-valuri ta' referenza bħala riżultat tal-aġġornamenti staġjonali tal-NOP skont il-punt (a) tal-Artikolu 9(4) u l-Artikolu 9(8) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/123 (5) meta mqabbla mal-valuri referenzjarji mill-aħħar verżjoni tal-NOP disponibbli fil-ħin tat-tfassil tal-pjan ta' prestazzjoni hija tal-inqas:
(a) |
0,05 minuta ta' dewmien tal-ATFM en route jekk il-valur referenzjarju mill-aħħar verżjoni tal-NOP disponibbli fil-ħin tat-tfassil tal-pjan ta' prestazzjoni huwa inqas minn 0,2 minuta ta' dewmien tal-ATFM en route; jew |
(b) |
0,04 minuta ta' dewmien tal-ATFM en route żdied b'5 % tal-valur referenzjarju mill-aħħar verżjoni tal-NOP disponibbli fil-ħin tat-tfassil tal-pjan ta' prestazzjoni jekk il-valur referenzjarju huwa akbar minn jew ugwali għal 0,2 minuta ta' dewmien tal-ATFM en route. |
Artikolu 7
Gruppi ta' komparaturi
Il-gruppi ta' komparaturi tal-fornituri ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru b'ambjent operattiv u ekonomiku simili, għall-fini tal-valutazzjoni tal-miri tal-prestazzjoni fil-qasam ewlieni ta' prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għandhom jiġu stabbiliti kif ġej:
(a) |
fil-każ fejn id-dritt tal-Unjoni jieqaf japplika għar-Renju Unit f'data qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni u l-ebda ftehim dwar il-ħruġ konkluż mar-Renju Unit ma jkun daħal fis-seħħ sa dik id-data:
|
(b) |
fil-każijiet l-oħrajn kollha:
|
Artikolu 8
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Mejju 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/317 tal-11 ta' Frar 2019 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni u imposti fl-Ajru Uniku Ewropew u li jħassar ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013 (ĠU L 56, 25.2.2019, p. 1)
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament tal-forniment ta' servizz) (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10.)
(4) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2296 tas-16 ta' Diċembru 2016 li twaqqaf il-grupp indipendenti ta' esperti maħtura bħala l-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 92).
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/123 tal-24 ta' Jannar 2019 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 (ĠU L 28, 31.1.2019, p. 1).