ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 142 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 62 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
29.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 142/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/885
tal-5 ta' Frar 2019
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta lil awtorità kompetenti f'applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' parti terza biex tivvaluta l-konformità STS
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 28(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-informazzjoni li trid tiġi provduta minn parti terza li tixtieq tiġi awtorizzata biex tivvaluta l-konformità tat-titolizzazzjonijiet mal-kriterji STS previsti fl-Artikoli 19 sa 22 jew l-Artikoli 23 sa 26 tar-Regolament (UE) 2017/2402 jenħtieġ li tippermetti lill-awtorità kompetenti li tevalwa jekk u sa liema punt l-applikant jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402. |
(2) |
Parti terza awtorizzata tkun tista' tipprovdi servizzi ta' valutazzjoni STS madwar l-Unjoni. L-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni jenħtieġ għalhekk b'mod komprensiv tidentifika lil dik il-parti terza, lil kwalunkwe grupp li tappartjeni għalih kif ukoll l-ambitu tal-attivitajiet tagħha. Fir-rigward tal-valutazzjoni STS tas-servizzi li jridu jiġu pprovduti, l-applikazzjoni jenħtieġ li tinkludi l-iskop previst tas-servizzi li jridu jiġu pprovduti kif ukoll l-ambitu ġeografiku tagħhom. |
(3) |
Biex jiġi ffaċilitat l-użu effettiv tar-riżorsi għall-awtorizzazzjoni tal-awtorità kompetenti, kull applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għandha tinkludi tabella li tidentifika b'mod ċar kull dokument sottomess u r-rilevanza tiegħu għall-kundizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati biex tingħata l-awtorizzazzjoni. |
(4) |
Sabiex tippermetti lill-awtorità kompetenti tivvaluta jekk it-tariffi imposti mill-parti terza humiex nondiskriminatorji u humiex suffiċjenti u xierqa biex ikopru l-ispejjeż għall-forniment ta' servizzi ta' valutazzjoni STS, kif meħtieġ mill-Artikolu 28(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il-parti terza jenħtieġ li tipprovdi informazzjoni komprensiva dwar il-politiki tal-ipprezzar, il-kriterji tal-ipprezzar, l-istrutturi tat-tariffi u l-iskedi tariffarji. |
(5) |
Sabiex tippermetti lill-awtorità kompetenti tivvaluta jekk il-parti terza tistax tiżgura l-integrità u l-indipendenza tal-proċess tal-valutazzjoni STS, dik il-parti terza jenħtieġ li tipprovdi informazzjoni dwar l-istruttura ta' dawk il-kontrolli interni. Barra minn hekk, sabiex tippermetti lill-awtorità kompetenti tivvaluta jekk il-kwalità tas-salvagwardji operazzjonali matul il-proċess tal-valutazzjoni STS hijiex għolja biżżejjed biex jiġi żgurat li r-riżultati tiegħu ma jkunux jistgħu jiġu influwenzati bla bżonn, u biex tivvaluta jekk il-membri tal-korp maniġerjali jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 28(1)(d) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il-parti terza jenħtieġ li tipprovdi informazzjoni komprensiva dwar il-kompożizzjoni tal-korp maniġerjali u dwar il-kwalifiki u r-reputazzjoni ta' kull wieħed mill-membri tagħha. |
(6) |
Il-konċentrazzjoni tad-dħul ta' parti terza huwa fattur determinanti fil-valutazzjoni tal-indipendenza u l-integrità tagħha. Konċentrazzjoni tad-dħul tista' sseħħ mhux biss minn impriża waħda iżda tista' tirriżulta wkoll permezz ta' flussi ta' dħul iggwadanjati minn grupp ta' impriżi marbutin ekonomikament. F'dak il-kuntest, grupp ta' impriżi marbutin ekonomikament għandu jinftiehem bħala grupp ta' entitajiet relatati kif imsemmi fil-paragrafu 9(b) tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità Nru 24 (“żvelar fuq partijiet relatati”) fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2), fejn it-termini “entità” u “entità ta' rappurtaġġ” jenħtieġ li jinftehmu li jirreferu għal “impriża” għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. |
(7) |
L-istrumenti ta' titolizzazzjoni huma prodotti kumplessi u li qed jevolvu, li jeħtieġu għarfien speċjalizzat. Sabiex tippermetti lill-awtorità kompetenti tivvaluta jekk il-parti terza għandiex biżżejjed salvagwardji operazzjonali u proċessi interni sabiex tivvaluta l-konformità STS, il-parti terza jenħtieġ li tipprovdi informazzjoni dwar il-proċeduri tagħha relatati mal-kwalifika meħtieġa tal-persunal tagħha. Il-parti terza jenħtieġ li turi wkoll li l-metodoloġija tal-valutazzjoni STS tagħha hija sensittiva għat-tip ta' titolizzazzjoni u li tispeċifika proċeduri u salvagwardji separati għall-programmi/tranżazzjonijiet ABCP u titolizzazzjonijiet mhux ABCP. |
(8) |
L-użu ta' arranġamenti ta' esternalizzazzjoni u dipendenza fuq l-użu ta' esperti esterni jistgħu jqajmu tħassib dwar is-solidità tas-salvagwardji operazzjonali u l-proċessi interni. L-applikazzjoni jenħtieġ għalhekk tinkludi informazzjoni speċifika dwar in-natura u l-ambitu ta' kwalunkwe tali arranġament ta' esternalizzazzjoni jew l-użu ta' esperti esterni kif ukoll il-governanza tal-parti terza fuq dawk l-arranġamenti. |
(9) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) lill-Kummissjoni. |
(10) |
L-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit bl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Identifikazzjoni tal-parti terza
1. Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 28(4) tar-Regolament (UE) 2017/2402 għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja, sa fejn hu rilevanti:
(a) |
l-isem korporattiv tal-parti terza u l-forma ġuridika tagħha; |
(b) |
l-Identifikatur ta' entità ġuridika (LEI – Legal Entity Identifier) tal-parti terza jew, fejn mhux disponibbli, identifikatur ieħor meħtieġ mil-liġi nazzjonali applikabbli; |
(c) |
l-indirizz legali tal-parti terza kif ukoll l-indirizzi ta' kwalunkwe mill-uffiċċji tagħha fl-Unjoni; |
(d) |
il-Lokalizzatur Uniformi tar-Riżorsi (URL – Uniform Resource Locator) tas-sit web tal-parti terza; |
(e) |
silta mir-reġistru kummerċjali jew tal-qorti rilevanti, jew forma oħra ta' evidenza attestata, valida fid-data tal-applikazzjoni, li tikkonferma l-post tal-inkorporazzjoni u l-ambitu tal-attività tan-negozju tal-parti terza; |
(f) |
l-artikoli ta' inkorporazzjoni tal-parti terza jew dokumentazzjoni statutorja oħra li tiddikjara li l-parti terza għandha tivvaluta l-konformità tat-titolizzazzjonijiet mal-kriterji stipulati fl-Artikoli 19 sa 22 jew l-Artikoli 23 sa 26 tar-Regolament (UE) 2017/2402 (“il-konformità STS”); |
(g) |
l-aktar rapporti finanzjarji annwali reċenti tal-parti terza, inkluż rapporti finanzjarji individwali u kkonsolidati, fejn disponibbli, u fejn ir-rapporti finanzjarji tal-parti terza huma soġġetti għal awditu statutorju kif definit fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), ir-rapport tal-awditjar dwar dawn ir-rapporti finanzjarji; |
(h) |
l-isem, it-titlu, l-indirizz, l-indirizz tal-posta elettronika u n-numru/i tat-telefon tal-persuna ta' kuntatt għall-finijiet tal-applikazzjoni; |
(i) |
il-lista ta' Stati Membri li fihom il-parti terza tkun beħsiebha tipprovdi servizzi ta' konformità STS; |
(j) |
il-lista tat-tipi ta' titolizzazzjoni li għalihom il-parti terza tkun beħsiebha tipprovdi servizzi ta' konformità STS, b'distinzjoni bejn titolizzazzjonijiet li mhumiex ABCP u titolizzazzjonijiet/programmi ABCP; |
(k) |
deskrizzjoni ta' kwalunkwe servizz, minbarra servizzi ta' konformità STS, li l-parti terza tipprovdi jew biħsiebha tipprovdi; |
(l) |
lista ta' partijiet li lilhom il-parti terza tipprovdi konsulenza, awditu jew servizzi ekwivalenti. |
2. Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għandha tinkludi d-dokumentazzjoni li ġejja bħala annessi:
(a) |
lista li tinkludi l-isem u l-indirizz tan-negozju ta' kull persuna jew entità li jkollha 10 % jew aktar tal-kapital tal-parti terza jew 10 % jew iżjed tad-drittijiet tal-vot tagħha, jew li l-parteċipazzjoni tagħha tagħmilha possibbli li tkun eżerċitata influwenza sinifikanti fuq il-parti terza, flimkien ma':
|
(b) |
lista li tinkludi l-isem u l-indirizz tan-negozju ta' kull impriża fejn persuna jew entità msemmija fil-punt (a) għandha 20 % jew aktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot u deskrizzjoni ta' dik il-persuna jew l-attivitajiet tal-entità. |
(c) |
kopja mimlija tal-formola tat-tabella stipulata fl-Anness 1. |
3. Fejn il-parti terza jkollha impriża omm, l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiddikjara jekk l-impriża omm immedjata jew l-impriża omm aħħarija hix awtorizzata, reġistrata jew suġġetta għal superviżjoni, u meta dan ikun il-każ, tiddikjara kwalunkwe numru ta' referenza assoċjat u l-isem tal-awtorità superviżorja responsabbli.
4. Fejn il-parti terza jkollha sussidjarji jew fergħat, l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għandha tidentifika l-ismijiet u l-indirizzi tan-negozju ta' dawk is-sussidjarji jew fergħat u għandha tiddeskrivi l-oqsma tal-attivitajiet tan-negozju ta' kull sussidjarja jew fergħa.
5. Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għandha tinkludi ċart li turi r-rabtiet tas-sjieda bejn il-parti terza, l-impriża omm tagħha u l-impriża omm aħħarija, is-sussidjarji u l-affiljati tagħha, u kwalunkwe persuna u entità oħra li huma assoċjati jew konnessi ma' netwerk kif definit fil-punt 7 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/43/KE. Iċ-ċart għandha tidentifika l-impriżi bl-isem sħiħ tagħhom, il-LEI jew, fejn mhux disponibbli, identifikatur ieħor meħtieġ skont il-liġi nazzjonali applikabbli, il-forma ġuridika u l-indirizz tan-negozju.
Artikolu 2
Il-kompożizzjoni tal-korp ta' ġestjoni u l-istruttura organizzattiva
1. L-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 1 għandha tinkludi l-politiki ta' governanza interni tal-parti terza u t-termini ta' proċedura li jirregolaw il-korp maniġerjali tagħha, id-diretturi indipendenti tagħha u fejn stabbilit, il-kumitati jew substrutturi tal-korpi ta' ġestjoni tagħha.
2. L-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 1 għandha tidentifika l-membri tal-korp ta' ġestjoni, inklużi diretturi indipendenti, u, fejn applikabbli, il-membri ta' kumitati jew substrutturi oħra stabbiliti fi ħdan dak il-korp maniġerjali. Għal kull membru tal-korp maniġerjali, inklużi d-diretturi indipendenti tiegħu, l-applikazzjoni għandha tiddeskrivi l-pożizzjoni li jokkupa fi ħdan il-korp ta' ġestjoni, ir-responsabbiltajiet allokati għal dik il-pożizzjoni u l-ħin li se jiġi ddedikat għat-twettiq ta' dawk ir-responsabbiltajiet.
3. L-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 1 għandu jkun fiha ċart li tagħti dettalji dwar l-istruttura organizzattiva tal-parti terza, li tidentifika b'mod ċar ir-rwoli ta' kull membru tal-korp maniġerjali ta' dik il-parti terza. Fejn parti terza tipprovdi jew beħsiebha tipprovdi servizzi oħra għajr servizzi tal-konformità STS, l-organigramma għandha tagħti dettalji dwar l-identità u r-responsabbiltà tal-membri tal-korp maniġerjali fir-rigward ta' dawk is-servizzi.
4. L-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 1 għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta' kull membru tal-korp maniġerjali:
(a) |
kopja tal-curriculum vitae ta' kull membru, inkluż:
|
(b) |
id-dettalji ta' kwalunkwe kundanna kriminali, b'mod partikolari fil-forma ta' ċertifikat uffiċjali tal-fedina penali; |
(c) |
dikjarazzjoni ffirmata mill-membru, li tiddikjara jekk huwa:
|
(d) |
dikjarazzjoni ffirmata ta' kwalunkwe kunflitt ta' interess potenzjali li l-membru jista' jkollu fit-twettiq tad-doveri tiegħu u kif dawn il-kunflitti se jiġu ġestiti, inkluż inventarju ta' kwalunkwe karigi miżmuma f'impriżi oħra; |
(e) |
fejn mhijiex diġà inkluża fil-punt (a), deskrizzjoni tal-għarfien u l-esperjenza tal-membru fil-kompiti rilevanti għall-għoti ta' servizzi tal-parti terza ta' konformità STS, u b'mod partikolari, l-għarfien u l-esperjenza f'tipi differenti ta' titolizzazzjoni jew titolizzazzjonijiet ta' skoperturi sottostanti differenti. |
5. L-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 1 għandha tinkludi dan li ġej, għal kull direttur indipendenti:
(a) |
evidenza tal-indipendenza tad-direttur fil-korp maniġerjali; |
(b) |
żvelar ta' kwalunkwe negozju jew impjieg jew relazzjoni oħra preżenti jew passata li toħloq jew tista' toħloq kunflitt ta' interess potenzjali; |
(c) |
żvelar ta' kwalunkwe relazzjoni ta' negozju, familjari jew relazzjoni oħra ma' parti terza, mal-azzjonist kontrollanti tagħha jew il-maniġment ta' xi wieħed minnhom, li toħloq jew tista' toħloq kunflitt ta' interess. |
Artikolu 3
Governanza korporattiva
Fejn il-parti terza taderixxi ma' kodiċi ta' kondotta ta' governanza korporattiva għall-ħatra u r-rwol tad-diretturi indipendenti u l-ġestjoni ta' kunflitti ta' interess, l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 1 għandha tidentifika dak il-kodiċi u tipprovdi spjegazzjoni għal kwalunkwe devjazzjoni mill-parti terza minn dan il-kodiċi.
Artikolu 4
Indipendenza u evitar ta' kunflitti ta' interess
1. L-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 1 għandu jkun fiha informazzjoni dettaljata dwar is-sistemi ta' kontroll intern għall-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess tal-applikant, inkluża deskrizzjoni tal-funzjoni tal-konformità tal-parti terza u tal-arranġamenti tagħha għall-valutazzjoni tar-riskju.
2. L-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 1 għandha tinkludi informazzjoni dwar il-politiki u l-proċeduri għall-identifikazzjoni, il-ġestjoni, l-eliminazzjoni, il-mitigazzjoni u l-iżvelar ta' kunflitti ta' interess eżistenti jew potenzjali u theddid għall-indipendenza tal-parti terza fil-forniment ta' servizzi ta' konformità STS.
3. L-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 1 għandha tinkludi deskrizzjoni ta' kwalunkwe miżura u kontroll oħra applikati sabiex jiġu żgurati b'mod xieraq u f'waqtu l-identifikazzjoni, il-ġestjoni u d-divulgazzjoni ta' kunflitti ta' interess.
4. L-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 1 għandu jkun fiha inventarju aġġornat ta' kwalunkwe kunflitt ta' interess, potenzjali jew eżistenti, identifikat mill-parti terza skont l-Artikolu 28(1)(f) tar-Regolament (UE) 2017/2402, u għandha tinkludi:
(a) |
deskrizzjoni ta' kull kunflitt ta' interess attwali jew potenzjali li jinvolvi lill-parti terza, lill-azzjonisti, lis-sidien jew lill-membri tal-parti terza, lill-membri tal-korp maniġerjali, lill-maniġers, lill-persunal tal-parti terza jew kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha jitqiegħdu għad-dispożizzjoni jew taħt il-kontroll tal-parti terza; |
(b) |
deskrizzjoni ta' kull kunflitt ta' interess attwali jew potenzjali li jirriżulta minn relazzjonijiet ta' negozju eżistenti jew maħsuba tal-parti terza, inkluż kwalunkwe arranġament ta' esternalizzazzjoni eżistenti jew previst jew mill-attivitajiet l-oħra tal-parti terza. |
5. L-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 1 għandha tipprovdi dettalji dwar politiki jew proċeduri li għandhom l-għan li jiżguraw li l-parti terza ma tipprovdi l-ebda forma ta' servizz ta' konsulenza, awditu jew servizz ekwivalenti lill-oriġinatur, l-isponsor jew l-SSPE involuti fit-titolizzazzjoni li l-parti terza tivvaluta l-konformità STS tagħhom.
6. L-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 1 għandha tipprovdi dettalji dwar li ġej:
(a) |
dħul minn servizzi oħra mhux relatati mal-STS ipprovduti mill-parti terza, diżaggregat fi dħul minn servizzi mhux marbuta mat-titolizzazzjoni u d-dħul minn servizzi marbuta mat-titolizzazzjoni, matul kull wieħed mit-tliet perjodi annwali ta' rapportar ta' qabel id-data li fiha tkun tressqet l-applikazzjoni, jew fejn dan ma jkunx disponibbli, mid-data tal-inkorporazzjoni tal-parti terza; |
(b) |
il-proporzjon proġettat ta' dħul mis-servizzi ta' konformità STS imqabbel mat-total tad-dħul previst għall-perjodu ta' referenza tat-tliet snin li jmiss. |
7. L-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 1 għandha tinkludi, fejn applikabbli, l-informazzjoni li ġejja dwar il-konċentrazzjoni ta' dħul minn impriża waħda jew grupp ta' impriżi:
(a) |
informazzjoni li tidentifika kwalunkwe impriża, jew kwalunkwe grupp ta' impriżi marbutin ekonomikament, li pprovdew aktar minn 10 % tad-dħul totali tal-parti terza fuq kull wieħed mit-tliet perjodi ta' rappurtar annwali qabel id-data ta' sottomissjoni tal-applikazzjoni, jew, fejn mhux disponibbli, mid-data tal-inkorporazzjoni tal-parti terza; |
(b) |
dikjarazzjoni dwar jekk impriża, jew grupp ta' impriżi marbutin ekonomikament, humiex previsti li jipprovdu mill-inqas 10 % tad-dħul previst tal-parti terza mill-forniment ta' servizzi ta' konformità STS matul kull sena mit-tliet snin li ġejjin. |
8. Fejn applikabbli, l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 1 għandha tinkludi valutazzjoni ta' kif konċentrazzjoni ta' dħul minn impriża waħda jew grupp ta' impriżi marbutin ekonomikament identifikati fil-paragrafu 7 hija kompatibbli mal-politiki u l-proċeduri tal-parti terza dwar l-indipendenza tas-servizzi ta' konformità STS imsemmija fil-paragrafu 2.
Artikolu 5
Struttura tat-tariffa
1. L-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 1 għandha tinkludi informazzjoni dwar il-politiki tal-ipprezzar għall-forniment ta' servizzi ta' konformità STS u għandha tinkludi dawn kollha li ġejjin:
(a) |
l-istruttura tat-tariffi u l-kriterji tal-ipprezzar jew ta' skeda ta' tariffi għal servizzi ta' konformità STS għal kull tip ta' titolizzazzjoni li għalihom tali servizzi jiġu offruti (distinzjoni bejn titolizzazzjonijiet mhux ABCP u titolizzazzjonijiet u programmi ABCP), inkluż kwalunkwe linja gwida interna jew proċedura li jirregolaw kif jiġu użati l-kriterji tal-ipprezzar sabiex jiġu determinati jew stabbiliti tariffi individwali; |
(b) |
dettalji tal-metodi użati biex jiġu rreġistrati l-ispejjeż speċifiċi mġarrba meta jiġu pprovduti servizzi ta' konformità STS, inkluż spejjeż inċidentali addizzjonali marbuta mal-forniment ta' servizzi ta' konformità STS, inkluż it-trasport u l-akkomodazzjoni u, meta l-parti terza tkun biħsiebha testernalizza l-provvista ta' parti mis-servizzi tagħha ta' konformità STS, deskrizzjoni dwar kif dik l-esternalizzazzjoni għandha titqies fil-kriterji tal-ipprezzar; |
(c) |
deskrizzjoni dettaljata ta' kwalunkwe proċedura stabbilita għall-modifika tat-tariffi jew biex wieħed jitbiegħed mill-iskedi tariffarji, inkluż fl-ambitu ta' kwalunkwe programm ta' użu frekwenti; |
(d) |
deskrizzjoni dettaljata ta' kwalunkwe proċedura stabbilita jew kontroll intern li jiżguraw u jimmonitorjaw il-konformità mal-politiki tal-ipprezzar, inkluż kwalunkwe proċedura jew kontroll intern tagħha li jwettqu monitoraġġ tal-iżvilupp tat-tariffi individwali matul iż-żmien u bejn klijenti differenti li lilhom huma pprovduti s-servizzi ta' konformità STS; |
(e) |
deskrizzjoni dettaljata ta' kull proċess għar-rieżami u l-aġġornament kemm tas-sistema tal-kost kif ukoll tal-politiki tal-ipprezzar; |
(f) |
deskrizzjoni dettaljata ta' kwalunkwe proċedura u kontroll intern għaż-żamma tar-rekords relatati mal-iskedi tariffarji, it-tariffi individwali applikati, jew modifiki għal politiki ta' pprezzar tal-parti terza. |
2. L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tipprovdi informazzjoni dwar dan li ġej:
(a) |
jekk it-tariffi jiġux iffissati qabel il-forniment tas-servizz ta' konformità STS; |
(b) |
jekk it-tariffi mħallsa minn qabel humiex rimborsabbli; |
(c) |
kwalunkwe salvagwardja operazzjonali mmirata biex tiżgura li ftehimiet kuntrattwali bejn il-parti terza u oriġinatur, sponsor jew SSPE għall-forniment ta' servizzi ta' konformità STS ma jinkludux klawżola ta' terminazzjoni kuntrattwali jew jipprovdu għal ksur tal-kuntratt jew in-nuqqas ta' eżekuzzjoni tal-kuntratt meta r-riżultat tal-valutazzjoni tal-konformità STS juri li t-titolizzazzjoni ma tikkonformax mal-kriterji STS. |
Artikolu 6
Salvagwardji operazzjonali u proċessi interni sabiex tiġi vvalutata l-konformità STS
1. L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi sommarju dettaljat ta' kwalunkwe politika, proċedura u manwal operazzjonali dwar il-kontrolli u s-salvagwardji stabbiliti biex tiġi żgurata l-indipendenza tal-valutazzjoni tal-konformità STS tal-parti terza u l-integrità tal-valutazzjoni tagħha.
2. L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha kwalunkwe informazzjoni li turi li l-parti terza stabbiliet salvagwardji operazzjonali u proċessi interni xierqa li jippermettulha tivvaluta l-konformità STS b'mod xieraq, inklużi dawn li ġejjin:
(a) |
l-għadd ta' persunal, ikkalkulat fuq bażi ekwivalenti għall-full time, imqassma f'tipi ta' karigi fi ħdan il-parti terza; |
(b) |
dettalji dwar il-politiki u l-proċeduri stabbiliti mill-parti terza rigward:
|
(c) |
deskrizzjoni ta' kwalunkwe miżura stabbilita mill-parti terza biex timmitiga r-riskju ta' dipendenza żejda fuq kwalunkwe membru individwali tal-persunal għall-forniment ta' servizzi ta' konformità STS; |
(d) |
l-informazzjoni li ġejja meta l-parti terza tiddependi, f'kull valutazzjoni STS, fuq l-esternalizzazzjoni jew esperti esterni:
|
(e) |
deskrizzjoni ta' kwalunkwe miżura li għandha tintuża f'każ ta' ksur tal-politiki jew tal-proċeduri msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 u l-punt (i) tal-punt (d) tal-paragrafu 2; |
(f) |
deskrizzjoni ta' kwalunkwe politika dwar ir-rapportar lill-awtorità kompetenti ta' kull ksur materjali ta' politiki jew proċeduri msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 u l-punt (i) tal-punt (d) tal-paragrafu 2 jew kwalunkwe fatt, avveniment jew ċirkustanza li x'aktarx tammonta għal ksur tal-kundizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni tal-parti terza; |
(g) |
deskrizzjoni ta' kwalunkwe arranġament stabbilit biex jiġi żgurat li l-persuni rilevanti jkunu jafu dwar il-politiki u l-proċeduri msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 u l-punt (i) tal-punt (d) tal-paragrafu 2, u deskrizzjoni ta' kwalunkwe arranġament dwar il-monitoraġġ, ir-rieżami u l-aġġornament ta' dawk il-politiki u l-proċeduri. |
3. L-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 1 għandu jkun fiha dan li ġej għal kull tip ta' titolizzazzjoni li għalihom il-parti terza tkun beħsiebha tipprovdi servizzi ta' konformità STS:
(a) |
deskrizzjoni tal-metodoloġija tal-valutazzjoni STS li għandha tiġi applikata, inkluż kwalunkwe proċedura u metodoloġija ta' assigurazzjoni tal-kwalità ta' dik il-valutazzjoni; |
(b) |
mudell tar-rapport tal-verifika STS li għandu jingħata lill-oriġinatur, lill-isponsor jew lill-SSPE. |
Artikolu 7
Format tal-applikazzjoni
1. Parti terza għandha talloka numru ta' referenza uniku għal kull dokument li tippreżenta lill-awtorità kompetenti bħala parti mill-applikazzjoni tagħha.
2. Parti terza għandha tinkludi spjegazzjoni sostanzjata fl-applikazzjoni tagħha għal kwalunkwe rekwiżit ta' dan ir-Regolament meqjus bħala mhux applikabbli.
3. L-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkun akkumpanjata minn ittra ffirmata minn membru tal-korp maniġerjali tal-parti terza li tikkonferma li:
(a) |
l-informazzjoni sottomessa hija preċiża u sħiħa sa fejn jaf hu, mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni; |
(b) |
l-applikant la huwa entità regolata kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/87/KE (5), u lanqas mhuwa aġenzija li tiggrada l-kreditu kif definita fil-punt (b) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 (6). |
Artikolu 8
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta' Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
(4) Id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87).
(5) Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1).
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1).
ANNESS
Referenzi tad-dokument
Artikolu ta' dan ir-Regolament |
Numru ta' referenza uniku tad-dokument |
Titolu tad-dokument |
Kapitolu jew taqsima jew paġna tad-dokument fejn hija pprovduta l-informazzjoni jew raġuni għaliex l-informazzjoni mhix ipprovduta |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
29.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 142/9 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/886
tat-12 ta' Frar 2019
li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar l-istrumenti finanzjarji, l-għażliet tal-ispejjeż issimplifikati, ir-rekord tal-awditjar, il-kamp ta' applikazzjoni u l-kontenut tal-awditjar tal-operazzjonijiet u l-metodoloġija għall-għażla tal-kampjun tal-operazzjonijiet u l-Anness III
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li tikkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 38(4), l-Artikolu 39a(7), l-Artikolu 40(4), l-Artikolu 41(3), l-Artikolu 42(6), il-punt (b) tal-Artikolu 61(3), it-tieni paragrafu tal-Artikolu 68, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 125(8), l-Artikolu 125(9), u l-Artikolu 127(7) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 (2) jistabbilixxi, fost oħrajn, regoli speċifiċi dwar ir-rwol, l-obbligazzjonijiet u r-responsabbiltà tal-korpi li jimplimentaw strumenti finanzjarji, kif ukoll dwar il-kriterji relatati tal-għażla u l-prodotti finanzjarji. Wara l-emenda tat-Titolu IV tal-Parti Tnejn tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 mir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), jenħtieġ li r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 jiġi emendat biex ikun konformi ma' dawk il-bidliet. |
(2) |
Fl-Artikolu 38(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, ġiet introdotta opzjoni ġdida ta' implimentazzjoni għall-kombinament ta' fondi mill-Fondi ESI bi prodotti finanzjarji tal-BEI taħt il-Fond Ewropew għall-Investiment Strateġiku, li l-kundizzjonijiet tagħha ġew stabbiliti fid-dettall fl-Artikolu 39a ġdid tar-Regolament imsemmi. B'dan il-mod, il-bażi ġuridika u l-kamp ta' applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 dwar ir-rwol, l-obbligazzjonijiet u r-responsabbiltà tal-korpi li jimplimentaw strumenti finanzjarji, kif ukoll dwar il-kriterji relatati tal-għażla u l-prodotti finanzjarji, jenħtieġ li jiġu emendati sabiex tiġi inkluża wkoll referenza għall-Artikolu 39a tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. |
(3) |
Fl-Artikolu 38(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, ir-regoli għal għoti dirett lil banek jew istituzzjonijiet bi sjieda pubblika ġew iċċarati. Jenħtieġ li l-Artikolu 7 u 10 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 jiġu emendati skont dan. Hekk kif il-bidliet fl-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill japplikaw mill-1 ta' Jannar 2014, l-emendi fl-Artikolu 7 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta' Jannar 2014. Peress li l-bidliet fl-Artikolu 39a tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill japplikaw mill-1 ta' Jannar 2018, jenħtieġ li l-emenda fl-Artikolu 10 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 tapplika mill-1 ta' Jannar 2018. |
(4) |
L-Artikolu 43a ġdid tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jiċċara r-regoli li jirregolaw it-trattament differenzjat tal-investuri fil-każ ta' kondiviżjoni tal-profitt u tar-riskju. L-Artikoli 6(1) u 9(1) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan. |
(5) |
L-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 ġie emendat sabiex jippermetti lill-awtoritajiet innominati jiksbu l-assigurazzjoni meħtieġa meta jwettqu l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-verifiki, il-kontrolli u l-awditi fuq il-bażi ta' rapporti konsistenti, kwalitattivi u fil-ħin li għandhom jiġu pprovduti lill-BEI jew lil istituzzjonijiet finanzjarji oħra li fihom Stat Membru huwa azzjonist. B'dan il-mod, u abbażi tat-tagħlimiet miksuba rigward l-implimentazzjoni tal-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 9 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014, dawk il-paragrafi jenħtieġ li jitħassru. |
(6) |
L-Artikolu 9 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 jistabbilixxi regoli speċifiċi addizzjonali dwar il-ġestjoni u l-kontroll ta' strumenti finanzjarji stabbiliti fil-livell nazzjonali, reġjonali, transnazzjonali jew transfruntier. Barra minn hekk, il-punt (c) tal-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu jinkludi referenza żbaljata għar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għall-FAEŻR li jenħtieġ li tiġi korretta. |
(7) |
Ir-referenzi fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 jenħtieġ li jiġu allinjati mat-terminoloġija fid-dispożizzjonijiet emendati fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tal-għoti dirett, it-trattament differenzjat tal-investituri, it-terminu tal-liġi tal-għajnuna mill-Istat “investitur li jopera taħt il-prinċipju ta' ekonomija tas-suq”, kif ukoll biex jirriflettu l-istess trattament ta' istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali bħall-BEI f'konformità mal-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. |
(8) |
L-Artikolu 61(8) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 ġie emendat mir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 sabiex jipprevedi li ma japplikax għal operazzjonijiet li għalihom l-appoġġ jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. L-Artikolu 19(6) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 jipprevedi li t-twaqqif ta' rati ta' skont finanzjarju għandu jsir fil-livell tal-Istati Membri. Madankollu, sabiex jiġi żgurat rieżami omoġenu u bla intoppi tal-proġetti ewlenin f'dak li jikkonċerna l-indikaturi tal-profittabbiltà finanzjarja għal proġetti taħt għajnuna mill-Istat, jenħtieġ li l-Artikolu 19(6) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 jitħassar sabiex jiġu permessi rati ta' skont finanzjarju speċifiċi għall-proġett li jirriflettu n-natura tal-investitur jew tas-settur. |
(9) |
Barra minn hekk, l-Artikoli 67 u 68 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 dwar l-għażliet tal-ispejjeż issimplifikati ġew emendati u l-Artikoli 68a u 68b ġew introdotti mir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Għalhekk, l-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan biex jiġi żgurat li jiġu kkoreġuti referenzi għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. |
(10) |
Jenħtieġ li jiġu previsti wkoll regoli speċifiċi f'dan ir-Regolament fir-rigward tar-rekord tal-awditjar u tal-awditjar ta' operazzjonijiet, stabbiliti rispettivament fl-Artikoli 25 u 27 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014, fir-rigward tal-forma ġdida ta' appoġġ għal operazzjonijiet permezz ta' finanzjament mhux marbut mal-ispejjeż imsemmija fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 67(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. |
(11) |
Sabiex jiġi żgurat approċċ koerenti dwar kif tinkiseb assigurazzjoni fuq l-affidabbiltà ta' data relatata ma' indikaturi u għanijiet, ikun xieraq li jiġi speċifikat fl-Artikolu 27(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 li dan l-element jenħtieġ li jkun parti mix-xogħol tal-awditjar fuq l-awditjar tal-operazzjonijiet. |
(12) |
L-Artikolu 28(8) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 jispeċifika l-proċedura tal-għażla tal-kampjun fejn japplikaw il-kundizzjonijiet għall-arranġamenti tal-kontroll proporzjonali previsti fl-Artikolu 148(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. Sabiex jiġu ċċarati l-għażliet disponibbli għall-awtorità tal-awditjar, jenħtieġ li d-dispożizzjoni tiġi emendata biex tiddikjara li d-deċiżjoni biex jintużaw l-esklużjoni jew is-sostituzzjoni tal-unitajiet tal-kampjunar jenħtieġ li tittieħed mill-awtorità tal-awditjar abbażi tal-ġudizzju professjonali tagħha. Filwaqt li jitqies li din il-kjarifika diġà ġiet ipprovduta lill-Istati Membri, ikun xieraq li dik l-emenda tapplika b'mod retroattiv b'effett mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament kif adottat għall-ewwel darba. |
(13) |
L-Artikolu 28(9) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 dwar il-metodoloġija tas-subkampjunar jenħtieġ li jiġi emendat biex jiċċara l-livelli possibbli differenti ta' subkampjunar f'operazzjonijiet kumplessi u biex ikopri l-partikolaritajiet kollha, inklużi metodi ta' kampjunar mhux statistiku u karatteristiċi speċifiċi ta' operazzjonijiet implimentati taħt l-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea. Filwaqt li jitqies li din il-kjarifika diġà ġiet ipprovduta lill-Istati Membri, ikun xieraq għal dik l-emenda li tapplika b'mod retroattiv b'effett mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament kif adottat għall-ewwel darba. |
(14) |
Minħabba l-bidliet fid-definizzjoni ta' “benefiċjarju” fil-punt (a) tal-Artikolu 2(10) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 introdotti bir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, ċerti oqsma tad-data fl-Anness III tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan. |
(15) |
F'konformità mal-Artikolu 149(3a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ġew soġġetti għal konsultazzjoni ta' esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (4). |
(16) |
Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u biex jiġu limitati d-diskrepanzi bejn id-dispożizzjonijiet emendati tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li japplikaw mit-2 ta' Awwissu 2018 jew qabel skont l-Artikolu 282 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għal ammont minimu, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(17) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta' Delega (UE) 480/2014 jiġi emendat u kkoreġut skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
fl-Artikolu 8, is-subtitolu huwa sostitwit b'dan li ġej: “(It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38(4) u l-Artikolu 39a(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)”; |
(4) |
L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
L-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 10 Regoli dwar l-irtirar ta' pagamenti li jsiru għall-istrumenti finanzjarji u aġġustamenti konsegwenti fir-rigward ta' applikazzjonijiet għal pagament (L-Artikolu 41(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013) L-Istati Membri u l-awtoritajiet ta' ġestjoni jistgħu biss jirtiraw kontribuzzjonijiet minn programmi għall-istrument finanzjarju msemmi fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 38(1)(a) u l-istrumenti finanzjarji msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 38(1) implimentati skont il-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 38(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jekk il-kontribuzzjonijiet ma kinux diġà inklużi f'applikazzjoni għall-ħlas kif imsemmi fl-Artikolu 41 ta' dak ir-Regolament. Madankollu, fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji sostnunti mill-FEŻR, il-FSE, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS, kontribuzzjonijiet jistgħu jkunu rtirati wkoll jekk l-applikazzjoni għall-ħlas li jmiss tkun emendata biex tkun irtirata jew sostitwita n-nefqa korrispondenti”; |
(6) |
fl-Artikolu 13, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej: “5. Meta l-biċċa l-kbira tal-kapital investit f'intermedjarji finanzjarji li jipprovdu ekwità huwa pprovdut minn investituri li joperaw skont il-prinċipju ta' ekonomija tas-suq u l-kontribuzzjoni tal-programm hija pprovduta pari passu ma' dawk l-investituri, l-ispejjeż u t-tariffi ta' ġestjoni għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tas-suq u ma jeċċedux dawk pagabbli mill-investituri privati”; |
(7) |
fl-Artikolu 19, il-paragrafu 6 jitħassar; |
(8) |
fl-Artikolu 20, is-subtitolu huwa sostitwit b'dan li ġej: “(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)”; |
(9) |
fl-Artikolu 21, is-subtitolu huwa sostitwit b'dan li ġej: “(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)” |
(10) |
Il-paragrafu 1 tal-Artikolu 25 huwa emendat kif ġej:
|
(11) |
L-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:
|
(12) |
L-Artikolu 28 huwa emendat kif ġej:
|
(13) |
L-Anness III huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Il-punt (c) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 jiġi korrett hekk:
“(c) |
verifiki ta' ġestjoni jitwettqu matul il-perjodu ta' programmar u matul it-twaqqif u l-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji skont l-Artikolu 125(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għall-FEŻR, il-FSE, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS, u skont l-Artikolu 58(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għall-FAEŻR;”. |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punt (2) tal-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2014.
Il-punt (5) tal-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2018.
Il-punt (12) tal-Artikolu 1 u l-Artikolu 2 għandu japplika mill-14 ta' Mejju 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Frar 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.
(2) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 tat-3 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (ĠU L 138, 13.5.2014, p. 5).
(3) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(4) Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).
29.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 142/16 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/887
tat-13 ta' Marzu 2019
dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1), u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 71 tiegħu,
Billi:
(1) |
Permezz tar-Regolament Delegat (UE) Nru 110/2014 (2), il-Kummissjoni adottat il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
(2) |
Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 ġie mħassar u sostitwit bir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi adottat mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta' sħubija pubblika-privata (public-private partnership, PPP) msemmija fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 (minn hawn 'il quddiem “il-korpi PPP”). |
(3) |
Sabiex jiġu adottati regoli li jiżguraw ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi tal-Unjoni u biex il-korpi tal-PPP jkunu jistgħu jadottaw ir-regoli finanzjarji tagħhom stess, huwa neċessarju li jiġi adottat mudell tar-regolament finanzjarju għal dawk il-korpi. Ir-regoli finanzjarji tal-korpi PPP ma jistgħux jiddevjaw minn dan ir-Regolament ħlief meta l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom ikunu jirrikjedu dan, u dan bil-kunsens bil-quddiem tal-Kummissjoni. |
(4) |
Jenħtieġ li l-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi PPP ikun konsistenti mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u jenħtieġ li dan jippermetti simplifikazzjoni u kjarifika addizzjonali sabiex tiġi kkunsidrata l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tagħhom. |
(5) |
Wara l-adozzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2015/1929 (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni 2015/2461 (5) emenda r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 110/2014 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata biex jiġu allinjati r-regoli dwar il-kwittanza, ir-rapportar u l-awditjar estern applikabbli għall-korpi msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Ir-regoli dwar il-governanza, l-awditjar intern u l-obbligu ta' rendikont applikabbli għall-korpi PPP jenħtieġ li jkunu konsistenti mad-dispożizzjonijiet korrispondenti tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 (6) applikabbli għall-korpi msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. |
(6) |
Minħabba li r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (7) tħassar, l-obbligu li l-korpi PPP jadottaw ir-regoli ta' implimentazzjoni tagħhom stess jenħtieġ li jitħassar ukoll. |
(7) |
Il-korpi PPP jenħtieġ li jistabilixxu u jimplimentaw il-baġit tagħhom f'konformità mal-prinċipji baġitarji tal-unità, l-preċiżjoni baġitarja, l-annwalità, l-ekwilibriju, l-unità tal-kontijiet, l-universalità, l-ispeċifikazzjoni u l-ġestjoni finanzjarja tajba, li titlob it-trasparenza u kontroll intern effettiv u effiċjenti. |
(8) |
Biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-operazzjoni u sabiex tkun tista' titwettaq nefqa amministrattiva ta' rutina fit-tmiem ta' sena finanzjarja, il-korpi PPP jenħtieġ li jkunu kapaċi, skont kondizzjonijiet speċifiċi, iwettqu tali nefqa bil-quddiem mal-approprjazzjonijiet ipprovduti għas-sena finanzjarja ta' wara. |
(9) |
B'kunsiderazzjoni għall-ispeċifiċitajiet tagħhom, il-korpi PPP jenħtieġ li ma jkunux jistgħu jużaw sponsorizzar korporattiv. |
(10) |
Jenħtieġ li l-kunċett tal-prestazzjoni fir-rigward tal-baġit tal-UE jiġi ċċarat. Jenħtieġ li l-prestazzjoni tkun marbuta mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba. Jenħtieġ li jkun definit il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba. Jenħtieġ li tiġi stabbilita rabta bejn, minn naħa waħda, l-objettivi stabbiliti u l-indikaturi tal-prestazzjoni u, min-naħa l-oħra, ir-riżultati u l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività fl-użu tal-approprjazzjonijiet. |
(11) |
Biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni ġenerali tal-kompiti u l-attivitajiet ta' korp PPP, jenħtieġ li dan il-korp ikun jista' jdaħħal l-approprjazzjonijiet mhux użati għal sena partikolari fl-istima tad-dħul u n-nefqa tat-tliet snin finanzjarji ta' wara. |
(12) |
Huwa neċessarju li jiġu speċifikati s-setgħat u r-responsabbiltajiet tal-uffiċjal tal-kontabbiltà u tal-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni, b'kunsiderazzjoni għan-natura pubblika-privata tal-korpi PPP. Jenħtieġ li l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni jkunu kompletament responsabbli għall-operazzjonijiet kollha tad-dħul u n-nefqa eżegwiti permezz tal-awtorità tagħhom u jenħtieġ li jinżammu responsabbli għall-azzjonijiet tagħhom, inkluż, jekk meħtieġ, permezz ta' proċeduri dixxiplinari. Biex jiġu evitati żbalji u irregolaritajiet, jenħtieġ li l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni jistabbilixxu strateġija ta' kontroll pluriennali li jenħtieġ li tkun imsejsa fuq kunsiderazzjonijiet ibbażati fuq ir-riskji u fuq il-kosteffettività. |
(13) |
Biex ikun garantit li kull korp PPP huwa responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu u jkunu rrispettati l-objettivi assenjati lilu meta kien stabbilit, jenħtieġ li l-korpi PPP jkunu jistgħu, jekk meħtieġ, jimpjegaw korpi esterni tas-settur privat għat-twettiq tal-kompiti fdati lilhom, jekk meħtieġ, sakemm dawk il-kompiti ma jinvolvux xi missjoni ta' servizz pubbliku jew kwalunkwe użu tas-setgħat diskrezzjonali ta' ġudizzju. |
(14) |
Biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet tagħhom u f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba, jenħtieġ li l-korpi PPP ikollhom il-possibbiltà li jikkonkludu ftehimiet fil-livell ta' servizz f'konformità mal-Artikolu 59(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, b'mod partikolari mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni kif ukoll ma' korpi oħra tal-Unjoni. Jenħtieġ li jiġi żgurat rapportar xieraq dwar dawn il-ftehimiet fil-livell ta' servizz. |
(15) |
Sabiex tittejjeb il-kosteffiċjenza, jenħtieġ li l-korpi PPP jkollhom il-possibbiltà li jikkondividu s-servizzi jew li jittrasferixxu dawn is-servizzi lil korp ieħor jew lill-Kummissjoni, b'mod partikolari billi l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni jkun jista' jiġi fdat bil-kompiti kollha tal-uffiċjal tal-kontabbiltà ta' korp PPP, jew parti minnhom. |
(16) |
Biex jidentifikaw u jiġġestixxu b'mod korrett ir-riskju ta' kunflitt ta' interess reali jew ipperċepit, jenħtieġ li l-korpi PPP ikunu obbligati jadottaw regoli dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta' kunflitt ta' interess. Jenħtieġ li tali regoli jqisu l-gwida pprovduta mill-Kummissjoni. |
(17) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-prinċipji li għandhom jiġu segwiti f'dak li jirrigwarda l-operazzjonijiet tad-dħul u tan-nefqa ta' kull korp PPP. |
(18) |
F'konformità man-natura speċifika tal-korpi PPP, jenħtieġ li l-membri tagħhom iġarrbu l-ispejjeż tal-kontribuzzjoni tagħhom għall-ispejjeż amministrattivi tal-korp PPP. Il-benefiċjarji li mhumiex membri tal-finanzjament ipprovdut minn korp PPP jenħtieġ li ma jikkontribwixxux direttament jew indirettament, u bl-ebda forma, għal tali spejjeż, u jenħtieġ li ma jiġux mistiedna jew mitluba li jikkontribwixxu għall-ispejjeż amministrattivi tal-korp PPP meta jieħdu sehem fi proġetti kkofinanzjati minn dak il-korp. |
(19) |
Il-korpi PPP għandhom jadottaw il-programm ta' ħidma annwali tiegħu għal sena partikolari sa tmiem is-sena preċedenti. Dan il-programm ta' ħidma annwali jenħtieġ li jkollu deskrizzjoni tal-attivitajiet li jridu jiġu ffinanzjati u indikazzjoni tal-ammonti allokati għal kull waħda minnhom, informazzjoni dwar l-istrateġija ġenerali għall-implimentazzjoni tal-programm fdata lill-korp PPP, kif ukoll l-istrateġija biex jinkisbu gwadanji u sinerġiji effiċjenti. Il-programm ta' ħidma annwali jenħtieġ li jinkludi wkoll strateġija għal sistemi ta' ġestjoni organizzattiva u ta' kontroll intern, inkluża strateġija kontra l-frodi u indikazzjoni tal-miżuri li jipprevjenu r-rikorrenza ta' każijiet ta' kunflitt ta' interess, irregolaritajiet u frodi, b'mod partikolari fejn id-dgħufijiet wasslu għal rakkomandazzjonijiet kritiċi. |
(20) |
Minbarra l-forom ta' kontribuzzjoni tal-Unjoni diġà stabbiliti sew (ir-rimborż tal-ispejjeż eliġibbli fil-fatt imġarrba, l-ispejjeż unitarji, is-somom f'daqqa u l-finanzjament b'rata fissa), huwa xieraq li l-korpi PPP jitħallew jagħtu appoġġ permezz tal-finanzjament li ma jkunx marbut mal-ispejjeż tal-operazzjonijiet rilevanti. Din il-forma addizzjonali ta' finanzjament jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-adempiment ta' ċerti kundizzjonijiet ex ante jew fuq il-kisba tar-riżultati mkejla b'referenza għal tragwardi stabbiliti preċedentement jew permezz ta' indikaturi tal-prestazzjoni. |
(21) |
Biex ikunu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, ir-regoli dwar sistema unika ta' identifikazzjoni bikrija u ta' esklużjoni mwaqqfa bir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 jenħtieġ li japplikaw għall-korpi PPP. |
(22) |
Biex tissaħħaħ il-governanza tal-korpi PPP, jenħtieġ li dawn il-korpi jirrapportaw mingħajr dewmien il-każijiet ta' frodi, l-irregolaritajiet finanzjarji u l-investigazzjonijiet lill-Kummissjoni. |
(23) |
Minħabba n-natura pubblika-privata tal-korpi PPP u b'mod partikolari l-kontribuzzjoni tas-settur privat għall-baġit ta' korp PPP, il-proċeduri flessibbli għall-għoti ta' kuntratti ta' akkwist jenħtieġ li jkunu previsti. Jenħtieġ li dawn il-proċeduri jirrispettaw il-prinċipji ta' trasparenza, ta' proporzjonalità, ta' trattament indaqs u ta' nondiskriminazzjoni u jistgħu parzjalment jitbiegħdu mid-dispożizzjonijiet rilevanti stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Il-kooperazzjoni msaħħa fost il-membri tal-korpi PPP hija mistennija li tikkontribwixxi għal provvista aħjar u orħos ta' oġġetti u servizzi, kif ukoll għall-evitar ta' spejjeż eċċessivi fil-ġestjoni ta' proċeduri ta' akkwist. Għall-provvista ta' prodotti, il-provvista ta' servizzi jew għat-twettiq ta' xogħol li dawk il-membri jipprovdu direttament u mingħajr rikors għal terzi persuni, il-korpi PPP għalhekk jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jikkonkludu kuntratti mingħajr rikors għal proċedura ta' akkwist mal-membri tagħhom ħlief l-Unjoni. |
(24) |
Il-korpi PPP jenħtieġ li jkunu kapaċi jużaw esperti esterni għall-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għal għotjiet, proġetti u offerti u biex jiġu pprovduti opinjonijiet u pariri f'każijiet speċifiċi. Dawn l-esperti jenħtieġ li jintgħażlu f'konformità mal-prinċipji ta' nondiskriminazzjoni, ta' trattament indaqs u ta' assenza ta' kunflitt ta' interess. |
(25) |
Fir-rigward tal-għoti ta' għotjiet u premjijiet, biex tkun żgurata implimentazzjoni koerenti mal-azzjonijiet li huma ġestiti direttament mill-Kummissjoni, jenħtieġ li japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, soġġetti għal dispożizzjonijiet speċifiċi tal-att kostitwenti tal-korp PPP jew tal-att bażiku tal-programm li l-implimentazzjoni tiegħu hija fdata lill-korp PPP. |
(26) |
F'konformità mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), il-korpi PPP għandhom jibagħtu mingħajr dewmien kull informazzjoni relatata ma' każijiet possibbli ta' frodi, ta' korruzzjoni jew ta' kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni lill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi. F'konformità mal-Artikolu 24(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (9), il-korpi PPP għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jirrapportaw lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew kull imġiba kriminali li fir-rigward tagħha jkun jista' jeżerċita l-kompetenza tiegħu f'konformità ma' dak ir-regolament. Biex tissaħħaħ il-governanza tal-korpi PPP, jenħtieġ li jiġu rrappurtati wkoll każijiet ta' frodi, irregolaritajiet finanzjarji, kif ukoll investigazzjonijiet, lill-Kummissjoni mingħajr dewmien. Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-korpi PPP jistabbilixxu proċeduri li jipproteġu kif dovut id-data personali u li jiżguraw ir-rispett tal-prinċipju ta' ħtieġa ta' tagħrif f'kull trażmissjoni ta' informazzjoni relatata ma' frodi preżunta u irregolaritajiet oħrajn u investigazzjonijiet li għaddejjin jew li tlestew. |
(27) |
Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 110/2014 jenħtieġ li jitħassar. Jenħtieġ li r-referenza għar-regolament imħassar titqies bħala referenza għal dan ir-Regolament. |
(28) |
Biex tkun tista' ssir l-adozzjoni f'waqtha tar-regolamenti finanzjarji riveduti mill-korpi PPP mill-1 ta' Settembru 2019 u biex il-korpi PPP ikunu jistgħu jibbenefikaw mis-simplifikazzjoni u l-allinjament mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b'mod urġenti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU 1
KAMP TA' APPLIKAZZJONI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-prinċipji essenzjali li fuq il-bażi tagħhom il-korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 (“il-korpi PPP”) għandhom jadottaw ir-regoli finanzjarji tagħhom stess. Ir-regoli finanzjarji tal-korp PPP ma għandhomx jiddevjaw minn dan ir-Regolament ħlief meta l-ħtiġijiet speċifiċi tiegħu jirrikjedu dan u bil-kunsens bil-quddiem tal-Kummissjoni f'konformità mar-raba' subparagrafu tal-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046. Il-korp PPP għandu jippubblika r-regoli finanzjarji tiegħu fuq il-website tiegħu.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“bord ta' tmexxija” tfisser il-korp intern ewlieni tal-korp PPP li għandu r-responsabbiltà li jieħu deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet finanzjarji u baġitarji, irrispettivament mill-isem li ngħatalu fl-att kostitwenti tal-korp PPP, |
(2) |
“direttur” tfisser il-persuna li għandha r-responsabbiltà li timplimenta d-deċiżjonijiet tal-bord ta' tmexxija u l-baġit tal-korp PPP bħala uffiċċjal tal-awtorizzazzjoni, irrispettivament mit-titolu mogħti lilu fl-att kostitwenti tal-korp PPP, |
(3) |
“membru” tfisser membru tal-korp PPP f'konformità mal-att kostitwenti tiegħu, |
(4) |
“att kostitwenti” tfisser l-att tad-dritt tal-Unjoni li jirregola l-aspetti ewlenin tat-twaqqif u t-tħaddim tal-korp PPP, |
L-Artikolu 2 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu japplika mutatis mutandis.
Artikolu 3
Ambitu tal-baġit
Għal kull sena finanzjarja, il-baġit tal-korp PPP għandu jipprevedi u jawtorizza d-dħul u n-nefqa kollha meqjusin neċessarji għall-korp PPP. Dan għandu jikkonsisti minn:
(a) |
id-dħul tal-korp PPP, li jinkludi:
|
(b) |
in-nefqa tal-korp PPP, inkluża n-nefqa amministrattiva. |
KAPITOLU 2
PRINĊIPJI BAĠITARJI
Artikolu 4
Rispett għall-prinċipji baġitarji
Il-baġit tal-korp PPP għandu jkun stabbilit u implimentat f'konformità mal-prinċipji tal-unità, il-preċiżjoni baġitarja, l-annwalità, l-ekwilibriju, l-unità tal-kontijiet, l-universalità, l-ispeċifikazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja tajba u t-trasparenza kif stipulat f'dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Prinċipji tal-unità u tal-preċiżjoni baġitarja
1. Id-dħul u n-nefqa kollha għandhom jiġu rreġistrati f'linja baġitarja fil-baġit tal-korp PPP.
2. L-ebda nefqa ma tista' tkun impenjata jew awtorizzata meta taqbeż l-approprjazzjonijiet awtorizzati mill-baġit tal-korp PPP.
3. Approprjazzjoni tista' tiddaħħal fil-baġit tal-korp PPP biss jekk din tkun għal element ta' nefqa meqjus bħala meħtieġ.
4. L-imgħaxijiet iġġenerati mill-pagamenti ta' prefinanzjament magħmulin mill-baġit tal-korp PPP ma għandhomx ikunu dovuti lill-korp PPP.
Artikolu 6
Prinċipju tal-annwalità
1. L-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit tal-korp PPP għandhom ikunu awtorizzati għal sena finanzjarja li għandha tkun mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru.
2. L-approprjazzjonijiet ta' impenn għandhom ikopru l-ispejjeż totali tal-impenji legali li jsiru matul is-sena finanzjarja.
3. L-approprjazzjonijiet ta' pagament għandhom ikopru l-pagamenti mwettqa biex jiġu rispettati l-impenji legali li jsiru matul is-sena finanzjarja jew fis-snin finanzjarji preċedenti.
4. Għall-approprjazzjonijiet amministrattivi, in-nefqa ma għandhiex teċċedi d-dħul mistenni għas-sena kif imsemmi fl-Artikolu 3(a)(i).
5. Minħabba l-ħtiġijiet tal-korp PPP, l-approprjazzjonijiet mhux użati jistgħu jiddaħħlu fl-istimi tad-dħul u n-nefqa sat-tliet snin finanzjarji ta' wara. Dawn l-approprjazzjonijiet iridu jintużaw l-ewwel.
6. Il-paragrafi minn 1 sa 5 ma għandhomx jimpedixxu lill-impenji baġitarji għal azzjonijiet li jestendu għal aktar minn sena finanzjarja milli dawn jitqassmu f'pagamenti annwali fuq diversi snin meta l-att kostitwenti jipprevedi dan jew meta jkunu għan-nefqa amministrattiva.
Artikolu 7
Impenjar tal-approprjazzjonijiet
1. L-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit jistgħu jiġu impenjati mill-1 ta' Jannar, ladarba l-baġit tal-korp PPP jiġi adottat b'mod definittiv.
2. Mill-15 ta' Ottubru tas-sena finanzjarja, in-nefqa amministrattiva ta' rutina tista' tiġi impenjata bil-quddiem mal-approprjazzjonijiet ipprovduti għas-sena finanzjarja ta' wara, dment li tali nefqa tkun ġiet approvata fl-aħħar baġit tal-korp PPP adottat kif xieraq, u sa massimu ta' kwart wieħed biss tal-approprjazzjonijiet korrispondenti totali deċiżi mill-bord ta' tmexxija għas-sena finanzjarja kurrenti.
Artikolu 8
Prinċipju tal-ekwilibriju
1. Id-dħul u l-approprjazzjonijiet ta' pagament għandhom jibbilanċjaw lil xulxin.
2. L-approprjazzjonijiet għall-impenji ma għandhomx jaqbżu l-kontribuzzjoni annwali rilevanti tal-Unjoni kif stabbilit fil-ftehim tat-trasferiment annwali tal-fondi mal-Kummissjoni, flimkien ma' kontribuzzjonijiet annwali minn Membri oħra għajr l-Unjoni, kull dħul ieħor imsemmi fl-Artikolu 3 u l-ammont ta' approprjazzjonijiet mhux użati msemmija fl-Artikolu 6(5).
3. Il-korp PPP ma għandux jidħol għal dejn fil-qafas tal-baġit tal-korp PPP.
4. Jekk ir-riżultat tal-baġit huwa wieħed pożittiv, dan għandu jiddaħħal fil-baġit tas-sena finanzjarja ta' wara bħala dħul.
Jekk ir-riżultat tal-baġit huwa wieħed negattiv, dan għandu jiddaħħal fil-baġit tas-sena finanzjarja ta' wara bħala approprjazzjonijiet ta' pagament.
Artikolu 9
Prinċipju tal-unità tal-kontijiet
Il-baġit tal-korp PPP għandu jitħejja u jiġi implementat f'euro u l-kontijiet għandhom ikunu ppreżentati f'euro. Madankollu, għall-finijiet ta' flussi tal-flus, l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jkun awtorizzat iwettaq operazzjonijiet f'muniti oħrajn kif stabbilit fir-regoli finanzjarji tal-korp PPP.
Artikolu 10
Prinċipju tal-universalità
1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, id-dħul totali għandu jkopri l-approprjazzjonijiet ta' pagament totali. Id-dħul u n-nefqa kollha għandhom jiddaħħlu b'mod sħiħ u mingħajr l-ebda aġġustament kontra xulxin, soġġett għal kwalunkwe dispożizzjoni speċifika fir-regoli finanzjarji tal-korp PPP relatata ma' każijiet fejn ċertu tnaqqis jista' jsir minn talbiet għal pagament, li mbagħad jingħaddew għall-pagament tal-ammont nett.
2. Id-dħul allokat għal skop speċifiku, bħad-dħul minn fondazzjonijiet, minn sussidji, minn rigali u minn legati, għandu jintuża biex jiffinanzja elementi speċifiċi tan-nefqa.
3. Id-direttur jista' jilqa' kull donazzjoni li ssir lill-korp PPP, bħalma huwa d-dħul minn fondazzjonijiet, minn sussidji, minn rigali u minn legati.
L-aċċettazzjoni ta' donazzjonijiet li jistgħu jinvolvu miżata finanzjarja sinifikanti għandha tkun soġġetta għall-awtorizzazzjoni minn qabel tal-bord ta' tmexxija, li jrid jieħu deċiżjoni fi żmien xahrejn mid-data li tingħatalu t-talba. Jekk il-bord ta' tmexxija ma jiħux deċiżjoni f'dak iż-żmien, id-donazzjoni għandha titqies milqugħa.
L-ammont meta l-miżata finanzjarja kkonċernata ogħla minnu hija kkunsidrata bħala waħda sinifikanti għandu jiġi stabbilit permezz ta'deċiżjoni tal-bord ta' tmexxija.
Artikolu 11
Sponsorizzar korporattiv
L-Artikolu 26 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 ma għandux japplika għall-korpi PPP.
Artikolu 12
Prinċipju tal-ispeċifikazzjoni
1. L-approprjazzjonijiet għandhom jiġu allokati għal skopijiet speċifiċi tal-anqas skont it-titolu u l-kapitolu.
2. Id-direttur jista' jittrasferixxi approprjazzjonijiet:
(a) |
minn titolu għal ieħor sa massimu ta' 10 % tal-approprjazzjonijiet għas-sena murija fil-linja li minnha jsir it-trasferiment; |
(b) |
minn kapitolu għal ieħor u f'kull kapitolu mingħajr limitu. |
3. Lil hinn mil-limiti msemmija fil-paragrafu 2, id-direttur jista' jipproponi trasferimenti ta' approprazzjonijiet minn titolu għal ieħor lill-bord ta' tmexxija. Il-bord ta' tmexxija għandu jkollu żmien ta' tliet ġimgħat biex jopponi t-trasferimenti proposti. Wara dan il-limitu ta' żmien, it-trasferimenti proposti għandhom jitqiesu bħala adottati.
4. Id-direttur għandu jinforma lill-bord ta' tmexxija kemm jista' jkun malajr dwar it-trasferimenti kollha mwettqa skont il-paragrafu 2.
Artikolu 13
Prinċipju ta' ġestjoni u prestazzjoni finanzjarja tajba
1. L-approprjazzjonijiet għandhom jintużaw f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba, u b'hekk għandhom jiġu implimentati bl-osservanza tal-prinċipji li ġejjin:
(a) |
il-prinċipju tal-ekonomija, li jirrikjedi li r-riżorsi użati mill-korp PPP fit-twettiq tal-attivitajiet tiegħu għandhom ikunu disponibbli fi żmien debitu, fi kwantità u kwalità xierqa u bl-aħjar prezz; |
(b) |
il-prinċipju tal-effiċjenza li jikkonċerna l-aqwa relazzjoni bejn ir-riżorsi użati, l-attivitajiet imwettqa u l-kisba tal-objettivi; |
(c) |
il-prinċipju tal-effettività li jikkonċerna kemm intlaħqu l-objettivi fil-mira permezz tal-attivitajiet imwettqa. |
2. B'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba, l-użu tal-approprjazzjonijiet għandu jiffoka fuq il-prestazzjoni u għal dan il-għan:
(a) |
l-objettivi għall-attivitajiet għandhom jiġu stabbiliti ex ante; |
(b) |
il-progress fil-kisba tal-objettivi għandu jiġi mmonitorjat bl-indikaturi tal-prestazzjoni; |
(c) |
il-progress fil-kisba ta' dawk l-objettivi u l-problemi dwarhom għandhom jiġu rrapportati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f'konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 16(2) u mal-Artikolu 23(2). |
3. L-objettivi speċifiċi, li jistgħu jitkejlu u jinkisbu, rilevanti u marbuta bil-ħin imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu stabbiliti għas-setturi kollha tal-attività koperta mill-baġit tal-korp PPP u, fejn rilevanti, għandhom jiġu definiti indikaturi rilevanti, aċċettati, kredibbli, faċli u robusti. Informazzjoni dwar l-indikaturi għandha tingħata kull sena mid-direttur lill-bord ta' tmexxija, mhux iżjed tard minn meta jkunu ppreżentati d-dokumenti li jakkumpanjaw l-abbozz tal-baġit tal-korp PPP.
4. Sakemm l-att kostitwenti ma jipprevedix evalwazzjonijiet li jridu jsiru mill-Kummissjoni, il-korp PPP, biex itejjeb il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, għandu jwettaq evalwazzjonijiet, inklużi evalwazzjonijiet retrospettivi, li għandhom ikunu proporzjonati għall-objettivi u n-nefqa. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni għandhom jintbagħtu lill-bord ta' tmexxija.
5. L-evalwazzjonijiet retrospettivi għandhom jivvalutaw il-prestazzjoni tal-attività, inklużi aspetti bħall-effettività, l-effiċjenza, il-koerenza, ir-rilevanza u l-valur miżjud tal-UE. L-evalwazzjonijiet retrospettivi għandhom ikunu bbażati fuq l-informazzjoni ġġenerata mill-arranġamenti u l-indikaturi ta' monitoraġġ stabbiliti għall-azzjoni kkonċernata. Dawn għandhom isiru tal-anqas darba għal kull qafas finanzjarju pluriennali u fejn possibbli f'biżżejjed żmien sabiex is-sejbiet ikunu jistgħu jiġu kkunsidrati fl-evalwazzjonijiet ex ante jew il-valutazzjonijiet tal-impatt li jappoġġjaw it-tħejjija tal-programmi u tal-attivitajiet relatati.
Artikolu 14
Kontroll intern tal-implimentazzjoni baġitarja
1. Skont il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba, il-baġit tal-korp PPP għandu jiġi implimentat f'konformità mal-kontroll intern effettiv u effiċjenti.
2. Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-korp PPP, il-kontroll intern għandu jiġi applikat fil-livelli kollha tal-ġestjoni u għandu jitfassal biex jipprovdi assigurazzjoni raġonevoli għall-kisba tal-objettivi li ġejjin:
(a) |
l-effettività, l-effiċjenza u l-ekonomija tal-operazzjonijiet; |
(b) |
il-kredibbiltà tar-rapportar; |
(c) |
is-salvagwardja tal-assi u tal-informazzjoni; |
(d) |
il-prevenzjoni, l-individwazzjoni, il-korrezzjoni u s-segwitu tal-frodi u tal-irregolaritajiet; |
(e) |
ġestjoni adegwata tar-riskji relatati mal-legalità u mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti, b'kunsiderazzjoni għan-natura pluriennali tal-programmi kif ukoll in-natura tal-pagamenti kkonċernati. |
3. Il-kontroll intern effettiv u effiċjenti għandu jkun ibbażat fuq l-aħjar prattiki internazzjonali u fuq il-Qafas ta' Kontroll Intern stabbilit mill-Kummissjoni għad-dipartimenti tagħha stess, u għandu jinkludi, b'mod partikolari, l-elementi stabbiliti fl-Artikolu 36(3) u (4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046.
Artikolu 15
Prinċipju tat-trasparenza
1. Il-baġit tal-korp PPP għandu jkun stabbilit u implimentat u l-kontijiet ippreżentati f'konformità mal-prinċipju tat-trasparenza.
2. Il-baġit tal-korp PPP, inkluż il-pjan ta' stabbiliment u kwalunkwe baġits emendatorji, kif adottati, inkluż kwalunkwe adattament kif previst fl-Artikolu 17(1), għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit tal-Internet tal-korp PPP fi żmien erba' ġimgħat mill-adozzjoni tagħhom u għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.
3. Il-korp PPP, fuq il-website tiegħu u sa mhux iżjed tard mit-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara s-sena finanzjarja li fiha ġew impenjati legalment il-fondi, għandu jipprovdi l-informazzjoni dwar ir-riċevituri tal-fondi ffinanzjati mill-baġit tal-korp PPP, inklużi l-esperti kkuntrattati skont l-Artikolu 44 ta' dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 38 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, u wara preżentazzjoni standard, soġġetta għal kwalunkwe proċedura speċifika stabbilita fl-att bażiku tal-programm li l-implimentazzjoni tiegħu hija fdata lill-korp PPP.
L-informazzjoni ppubblikata għandha tkun aċċessibbli faċilment, trasparenti, u komprensiva. L-informazzjoni għandha ssir disponibbli filwaqt li jkunu debitament osservati r-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità u tas-sigurtà, b'mod partikolari l-protezzjoni tad-data personali kif stipulat fir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).
KAPITOLU 3
PJANIFIKAZZJONI FINANZJARJA
Artikolu 16
Stima ta' dħul u nefqa
1. Il-korp PPP għandu jibgħat stima tad-dħul u n-nefqa tiegħu u l-linji gwida ġenerali bħala bażi għal din l-istima, flimkien ma' abbozz tal-programm ta' ħidma annwali msemmi fl-Artikolu 33(4), lill-Kummissjoni u lill-membri l-oħra mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar tas-sena ta' qabel dik li fiha għandu jiġi implimentat il-baġit tal-korp PPP. Din għandha tiġi adottata mill-Bord ta' Tmexxija f'konformità mal-proċedura prevista fl-att kostitwenti tal-korp PPP.
2. L-istima tad-dħul u n-nefqa tal-korp PPP għandha tinkludi:
(a) |
stima tan-numru ta' karigi permanenti u temporanji, skont il-grupp tal-funzjoni u skont il-grad, kif ukoll tal-persunal bil-kuntratt u tal-esperti nazzjonali ssekondati espressi f'ekwivalenti full-time, fil-limiti tal-approprjazzjonijiet tal-baġit; |
(b) |
f'każ ta' varjazzjoni fl-għadd ta' persunal, dikjarazzjoni li tiġġustifika t-talba għal karigi ġodda; |
(c) |
stima ta' kull tliet xhur tal-pagamenti bi flus u riċevuti; |
(d) |
informazzjoni dwar il-progress fil-kisba tal-objettivi kollha li qed jiġu segwiti; |
(e) |
il-miri stabbiliti għas-sena finanzjarja li magħha hija marbuta l-istima, fejn jiġi indikat kull bżonn baġitarju speċifiku maħsub biex jinkisbu dawn il-miri; |
(f) |
l-ispejjeż amministrattivi u l-baġit implimentat tal-korp PPP fis-sena finanzjarja preċedenti; |
(g) |
l-ammont tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li saru fis-sena N-1 mill-membri u l-valur tal-kontribuzzjonijiet in natura li saru mill-membri, minbarra l-Unjoni; |
(h) |
informazzjoni dwar l-approprjazzjonijiet mhux użati li jiddaħħlu fl-istima tad-dħul u n-nefqa għal kull sena f'konformità mal-Artikolu 6(5). |
Artikolu 17
Stabbiliment tal-baġit
1. Il-baġit tal-korp PPP u l-pjan ta' stabbiliment tal-persunal, inkluż l-għadd ta' karigi permanenti u temporanji skont il-grupp tal-funzjoni u skont il-grad u kkomplementat bl-għadd ta' persunal bil-kuntratt u ta' esperti nazzjonali ssekondati espressi f'ekwivalenti full-time, għandhom jiġu adottati mill-bord ta' tmexxija f'konformità mal-att kostitwenti tal-korp PPP. Jistgħu jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dettaljati fir-regoli finanzjarji tal-korp PPP. Kull emenda għall-baġit tal-korp PPP, inkluż il-pjan ta' stabbiliment, għandha tkun is-suġġett ta' baġit emendatorju tal-korp PPP adottat permezz tal-istess proċedura tal-baġit inizjali tal-korp PPP. Il-baġit tal-korp PPP u, fejn xieraq, il-baġits emendatorji tal-korp PPP għandhom jiġu adattati sabiex jitqies l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni kif stabbilit fil-baġit tal-Unjoni. Il-baġit annwali għal sena partikolari għandu jkun adottat sa tmiem is-sena preċedenti.
2. Il-baġit tal-korp PPP għandu jikkonsisti minn dikjarazzjoni tad-dħul u dikjarazzjoni tan-nefqa.
3. Il-baġit tal-korp PPP għandu juri:
(a) |
fid-dikjarazzjoni tad-dħul:
|
(b) |
fid-dikjarazzjoni tan-nefqa:
|
4. Il-pjan ta' stabbiliment għandu juri, ħdejn l-għadd ta' karigi awtorizzati għas-sena finanzjarja, l-għadd ta' karigi awtorizzati għas-sena finanzjarja preċedenti u l-għadd ta' karigi li tassew imtlew. L-istess informazzjoni għandha tintwera għal karigi temporanji, kif ukoll għall-persunal bil-kuntratt u l-esperti nazzjonali ssekondati.
KAPITOLU 4
ATTURI FINANZJARJI
Artikolu 18
Segregazzjoni tad-dmirijiet
1. Id-dmirijiet tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni u tal-uffiċjal tal-kontabbiltà għandhom ikunu segregati u esklussivi b'mod reċiproku.
2. Kull korp PPP għandu jipprovdi lil kull attur finanzjarju bir-riżorsi meħtieġa biex ikun jista' jaqdi d-dmirijiet tiegħu u bi statut li jiddeskrivi fid-dettall il-kompiti, id-drittijiet u l-obbligi tiegħu.
Artikolu 19
Implimentazzjoni baġitarja f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba
1. Id-direttur għandu jaqdi d-dmirijiet ta' uffiċjal tal-awtorizzazzjoni. Id-direttur għandu jimplimenta d-dħul u n-nefqa tal-baġit tal-korp PPP f'konformità mar-regoli finanzjarji tal-korp PPP u l-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba, inkluż billi jiżgura r-rapportar dwar il-prestazzjoni, taħt ir-responsabbiltà tiegħu stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati. Id-direttur għandu jkun responsabbli li jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti ta' legalità, regolarità u trattament ugwali tar-riċevituri tal-fondi tal-Unjoni.
Mingħajr preġudizzju lejn ir-responsabbiltajiet tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni fir-rigward tal-prevenzjoni u l-individwazzjoni ta' frodi u irregolaritajiet, il-korp PPP għandu jipparteċipa f'attivitajiet ta' prevenzjoni tal-frodi tal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF).
2. Id-direttur jista' jiddelega s-setgħat ta' implimentazzjoni baġitarja lill-persunal tal-korp PPP kopert mir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Uffiċjali Oħra tal-Unjoni, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (11) (“ir-Regolamenti tal-Persunal”), li japplikaw għall-persunal tal-korp PPP, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regoli finanzjarji tal-korp PPP. Dawk li jingħataw din is-setgħa jistgħu jaġixxu biss fil-limiti tas-setgħat li jkunu ngħataw lilhom espressament.
Artikolu 20
Setgħat u dmirijiet tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni
1. Il-baġit tal-korp PPP għandu jiġi implimentat mid-direttur fid-dipartimenti taħt l-awtorità tiegħu.
2. Biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet tagħhom, il-korpi PPP jistgħu jikkonkludu ftehimiet dwar il-livell ta' servizz kif imsemmi fl-Artikolu 59 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
3. Il-kompiti li jinvolvu għarfien espert tekniku u l-kompiti amministrattivi, preparatorji jew anċillari, li la jinvolvu l-eżerċizzju ta' awtorità pubblika u lanqas l-użu ta' setgħat ta' ġudizzju diskrezzjonali, jistgħu jingħataw b'kuntratt lil entitajiet esterni tas-settur privat, fejn dan ikun indispensabbli.
4. Id-direttur għandu jqiegħed fis-seħħ l-istruttura organizzattiva u s-sistemi ta' kontroll intern xierqa għat-twettiq tad-dmirijiet tad-direttur, f'konformità mal-istandards minimi jew il-prinċipji adottati mill-bord ta' tmexxija, fuq il-bażi tal-Qafas ta' Kontroll Intern stipulat mill-Kummissjoni għad-dipartimenti tagħha stess u billi jittieħdu inkunsiderazzjoni r-riskji assoċjati mal-ambjent tal-ġestjoni u n-natura tal-azzjonijiet iffinanzjati. L-istabbiliment ta' tali struttura u sistemi għandu jkun appoġġat minn analiżi tar-riskju li tqis il-kosteffettività tagħhom u l-kunsiderazzjonijiet ta' prestazzjoni.
Fid-dipartiment tiegħu d-direttur jista' jistabbilixxi funzjoni ta' għarfien espert u pariri maħsuba biex tgħinu jikkontrolla r-riskji involuti fl-attivitajiet tiegħu.
5. Id-direttur għandu jistabbilixxi sistemi stampati jew elettroniċi għaż-żamma tad-dokumenti ta' sostenn oriġinali relatati mal-implimentazzjoni baġitarja. Tali dokumenti għandhom jinżammu għal tal-anqas ħames snin mid-data tad-deċiżjoni li biha l-Parlament Ewropew jagħti l-kwittanza għas-sena finanzjarja marbuta mad-dokumenti. Id-data personali inkluża fid-dokumenti ta' sostenn għandha, fejn possibbli, titħassar meta din id-data ma tkunx neċessarja għall-finijiet ta' kontroll u ta' awditjar. L-Artikolu 88 tar-Regolament (UE) 2018/1725 għandu japplika għaż-żamma tad-data.
Artikolu 21
Kontrolliex ante
1. Biex jiġu evitati żbalji u irregolaritajiet qabel l-awtorizzazzjoni ta' operazzjonijiet u biex jiġu mitigati r-riskji li ma jintlaħqux l-objettivi, kull operazzjoni għandha tkun soġġetta tal-anqas għal kontroll ex ante relatat mal-aspetti operazzjonali u finanzjarji tal-operazzjoni, fuq il-bażi ta' strateġija ta' kontroll pluriennali li tqis ir-riskju.
Il-firxa f'termini tal-frekwenza u tal-intensità tal-kontrolli ex ante għandha tiġi ddeterminata mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli filwaqt li jitqiesu r-riżultati tal-kontrolli preċedenti kif ukoll kunsiderazzjonijiet ibbażati fuq ir-riskji u l-kosteffettività, fuq il-bażi tal-analiżi tar-riskju tiegħu stess. F'każ ta' dubju, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli mill-validazzjoni tal-operazzjonijiet rilevanti għandu, bħala parti mill-kontroll ex ante, jitlob informazzjoni komplimentari jew jagħmel kontroll fil-post sabiex jikseb assigurazzjoni raġonevoli.
Għal operazzjoni speċifika, il-verifika għandha ssir minn persunal li mhux dak li ta bidu għall-operazzjoni. Il-persunal li jwettaq il-verifiki ma għandux ikun subordinat għall-membri tal-persunal li nedew l-operazzjoni.
2. Il-kontrolli ex ante għandhom jinkludu l-inizjazzjoni u l-verifika ta' operazzjoni.
L-inizjazzjoni u l-verifika ta' operazzjoni għandhom ikunu funzjonijiet separati.
3. L-inizjazzjoni ta' operazzjoni għandha tinftiehem bħala l-operazzjonijiet kollha li huma preparatorji għall-adozzjoni tal-atti li jimplimentaw il-baġit tal-korp PPP mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli.
4. Il-kontrolli ex ante għandhom jivverifikaw il-koerenza fost id-dokumenti ta' sostenn mitluba u kwalunkwe informazzjoni oħra disponibbli.
L-għan tal-kontrolli ex ante għandu jkun li jaċċertaw li:
(a) |
in-nefqa saret kif suppost u tikkonforma mad-dispożizzjonijiet applikabbli; |
(b) |
il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba stabbilit fl-Artikolu 13 ikun ġie applikat. |
Għall-iskop tal-kontrolli, jistgħu jiġu kkunsidrati serje ta' tranżazzjonijiet individwali simili relatati man-nefqa ta' rutina fuq is-salarji, il-pensjonijiet, ir-rimborż tal-ispejjeż tal-missjonijiet u tal-ispejjeż mediċi mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli biex imexxi operazzjoni waħda.
Artikolu 22
Kontrolliex post
1. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jista' jimplimenta kontrolli ex post biex jiġu identifikati u kkoreġuti żbalji u irregolaritajiet ta' operazzjonijiet wara li jkunu ġew awtorizzati. Dawn il-kontrolli jistgħu jkunu organizzati fuq bażi ta' kampjun skont ir-riskju u għandhom iqisu r-riżultati tal-kontrolli preċedenti kif ukoll kunsiderazzjonijiet dwar il-kosteffettività u l-prestazzjoni.
Il-kontrolli ex post jistgħu jitwettqu fuq il-bażi ta' dokumenti u, fejn ikun xieraq, fil-post.
2. Il-kontrolli ex post għandhom jitwettqu mill-persunal għajr dak responsabbli għall-kontrolli ex ante. Il-persunal responsabbli għall-kontrolli ex post ma għandux ikun subordinat għall-membri tal-persunal responsabbli mill-kontrolli ex ante.
L-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni responsabbli u l-persunal responsabbli għall-implimentazzjoni baġitarja għandu jkollhom il-ħiliet professjonali meħtieġa.
Artikolu 23
Rapport tal-Attività Annwali Kkonsolidat
1. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jagħti rendikont kull sena lill-bord ta' tmexxija dwar it-twettiq tad-dmirijiet tiegħu għas-sena N-1 fil-forma ta' rapport tal-attività annwali kkonsolidat li jkun fih:
(a) |
informazzjoni dwar:
|
(b) |
dikjarazzjoni tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni li tiddikjara jekk huwa għandux assigurazzjoni raġonevoli li, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fi kwalunkwe riżerva marbuta ma' oqsma definiti ta' dħul u nefqa:
|
2. Ir-rapport ta' attività annwali kkonsolidat għandu jindika r-riżultati tal-operazzjonijiet b'referenza għall-objettivi stabbiliti u l-kunsiderazzjonijiet ta' prestazzjoni, ir-riskji assoċjati mal-operazzjonijiet, l-użu li sar mir-riżorsi pprovduti u l-effiċjenza u l-effettività tas-sistemi ta' kontroll intern, inkluża valutazzjoni ġenerali tal-ispejjeż u tal-benefiċċji tal-kontrolli.
Ir-rapport annwali kkonsolidat għandu jiġi ppreżentat lill-bord ta' tmexxija għal valutazzjoni.
3. Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju ta' kull sena, il-bord ta' tmexxija għandu jibgħat ir-rapport tal-attività annwali kkonsolidat flimkien mal-valutazzjoni tiegħu dwaru lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
4. Rekwiżiti ta' rapportar addizzjonali jistgħu jiġu stabbiliti fl-att kostitwenti f'każijiet ġustifikati kif xieraq, b'mod partikolari meta dan ikun meħtieġ min-natura tal-qasam li fih jopera l-korp PPP.
5. Ladarba jkun ivvalutat mill-bord ta' tmexxija, ir-rapport tal-attività annwali għandu jiġi ppubblikat fuq il-website tal-korp PPP.
Artikolu 24
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni
1. Jekk membru tal-persunal involut fil-ġestjoni finanzjarja u fil-kontroll tat-tranżazzjonijiet iqis li deċiżjoni li s-superjur tiegħu jirrikjedi minnu li japplika jew li jaqbel magħha tkun irregolari jew tmur kontra l-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba jew kontra r-regoli professjonali li dak il-membru tal-persunal huwa obbligat josserva, għandu jinforma lid-direttur, li jekk l-informazzjoni tkun ingħatatlu bil-mitkub, id-direttur għandu jirrispondi bil-miktub. Jekk id-direttur jonqos milli jieħu azzjoni f'perjodu ta' żmien raġonevoli fid-dawl taċ-ċirkostanzi tal-każ, u fi kwalunkwe każ fi żmien xahar, jew jikkonferma d-deċiżjoni jew l-istruzzjoni inizjali tiegħu u l-membru tal-persunal iqis li tali konferma ma tikkostitwixxix tweġiba raġonevoli għat-tħassib tiegħu, il-membru tal-persunal għandu jinforma lill-bord rilevanti msemmi fl-Artikolu 143 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u lill-bord ta' tmexxija bil-miktub.
2. F'każ ta' xi attività illegali, frodi jew korruzzjoni li tista' tkun ta' ħsara għall-interessi tal-Unjoni, tal-korp PPP jew tal-membri tiegħu, il-membru tal-persunal jew uffiċjal ieħor, inklużi l-esperti nazzjonali ssekondati mill-korp PPP, għandu jinforma lis-superjur immedjat tiegħu, lid-direttur jew lill-bord ta' tmexxija tal-korp PPP jew, sa fejn huma involuti l-interessi tal-Unjoni jew tal-korp PPP, lill-OLAF jew lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (European Public Prosecutor's Office, EPPO) direttament. Il-kuntratti mal-awdituri esterni li jwettqu awditjar tal-ġestjoni finanzjarja tal-korp PPP għandhom jipprevedu obbligu tal-awditur estern biex jinforma lid-direttur jew, jekk jagħti l-każ li dan ikun involut, lill-bord ta' tmexxija dwar kwalunkwe suspett ta' attività illegali, frodi jew korruzzjoni li tista' tkun ta' ħsara għall-interessi tal-Unjoni, tal-korp PPP jew tal-membri tiegħu.
Artikolu 25
Uffiċjal tal-kontabbiltà
1. Il-bord ta' tmexxija għandu jaħtar uffiċjal tal-kontabbiltà kopert mir-Regolamenti tal-Persunal, fejn dawn japplikaw għall-persunal tal-korp PPP, li għandu jkun kompletament indipendenti fit-twettiq ta' dmirijietu. Ir-responsabbiltajiet tal-uffiċjal tal-kontabbiltà fil-korp PPP huma:
(a) |
l-implimentazzjoni adegwata tal-pagamenti, il-ġbir tad-dħul u l-irkupru tal-ammonti stabbiliti bħala riċevibbli; |
(b) |
iż-żamma, il-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet f'konformità mal-Kapitolu 8 ta' dan ir-Regolament; |
(c) |
l-implimentazzjoni, f'konformità mal-Kapitolu 8 ta' dan ir-Regolament, tar-regoli tal-kontabbiltà u tat-tabella tal-kontijiet; |
(d) |
l-istabbiliment u l-validazzjoni tas-sistemi tal-kontijiet u, fejn xieraq, is-sistemi tal-validazzjoni stabbiliti mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni biex iforni jew jiġġustifika l-informazzjoni tal-kontijiet; |
(e) |
l-immaniġġar ta' flus. |
Fir-rigward tal-kompiti msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jingħata s-setgħa biex jivverifika fi kwalunkwe ħin il-konformità mal-kriterji ta' validazzjoni.
2. Żewġ korpi PPP jew aktar jistgħu jaħtru l-istess uffiċjal tal-kontabbiltà.
Il-korpi PPP jistgħu wkoll jaqblu mal-Kummissjoni li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jaġixxi wkoll bħala l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-korp PPP.
Huma jistgħu wkoll jinkarigaw lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni b'parti mill-kompiti tal-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-korp PPP filwaqt li wieħed iqis il-kunsiderazzjonijiet tal-ispejjeż u l-benefiċċi.
Fil-każijiet imsemmija f'dan il-paragrafu, dawn għandhom jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta' interess.
3. L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jikseb l-informazzjoni kollha meħtieġa mingħand l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għall-produzzjoni ta' kontijiet li jagħtu stampa vera u ġusta tas-sitwazzjoni finanzjarja u tal-implimentazzjoni baġitarja tal-korp PPP. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jiggarantixxi l-kredibbiltà ta'tali informazzjoni.
4. Qabel l-adozzjoni tal-kontijiet mid-direttur, l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jiffirmahom u b'hekk jiċċertifika li għandu assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet jippreżentaw stampa vera u ġusta tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-korp PPP.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jivverifika li l-kontijiet tħejjew f'konformità mar-regoli tal-kontabbiltà msemmija fl-Artikolu 47 u li d-dħul u n-nefqa kollha jkunu ddaħħlu fil-kontijiet.
L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jingħata s-setgħa li jivverifika l-informazzjoni li jirċievi kif ukoll li jwettaq kwalunkwe kontroll ieħor li jqis neċessarju biex jiffirma l-kontijiet.
L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jagħmel riżervi, jekk ikunu meħtieġa, li jispjegaw eżattament in-natura u l-ambitu ta' tali riżervi.
Soġġett għall-paragrafu 5, l-uffiċjal tal-kontabbiltà biss għandu jkollu s-setgħa li jamministra l-flus kontanti u l-ekwivalenti għall-flus kontanti. L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jkun responsabbli għall-kustodja tagħhom.
5. L-uffiċjal tal-kontabbiltà jista', fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu, jiddelega ċerti kompiti lil membri tal-persunal f'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal, fejn dawn japplikaw għall-persunal tal-korp PPP, fejn dan ikun indispensabbli għat-twettiq ta' dmirijietu f'konformità mar-regoli finanzjarji tal-korp PPP.
6. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe azzjoni dixxiplinari, il-bord ta' tmexxija jista', f'kull mument, jissospendi lill-uffiċjal tal-kontabbiltà milli jaqdi dmirijietu temporanjament jew b'mod definittiv. F'każ bħal dan, il-bord ta' tmexxija għandu jaħtar uffiċjal temporanju tal-kontabbiltà.
Artikolu 26
Ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji
1. L-Artikoli minn 18 sa 27 huma bla ħsara għal kwalunkwe responsabbiltà skont il-liġi kriminali, li l-atturi finanzjarji jistgħu jeħlu kif previst fil-liġi nazzjonali applikabbli u fid-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Unjoni jew uffiċjali tal-Istati Membri.
2. Kull uffiċjal tal-awtorizzazzjoni u uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jkun soġġett għal azzjoni dixxiplinari u pagament ta' kumpens kif stabbilit fir-Regolamenti tal-Persunal. Fil-każ ta' attività illegali, ta' frodi jew ta' korruzzjoni li jistgħu jkunu ta' ħsara għall-interessi tal-korp PPP jew tal-membri tiegħu, il-kwistjoni għandha tkun ippreżentata quddiem l-awtoritajiet u l-korpi nnominati bil-leġiżlazzjoni applikabbli, b'mod partikolari quddiem l-OLAF.
3. Kwalunkwe membru tal-persunal jista' jintalab jagħmel tajjeb għad-dannu kollu, jew parti minnu, li jkun sofra l-korp PPP minħabba mġiba serjament ħażina min-naħa tiegħu waqt il-qadi ta' dmirijietu jew b'rabta magħhom. L-awtorità tal-ħatra għandha tieħu deċiżjoni motivata wara li twettaq il-formalitajiet stabbiliti mil-leġiżlazzjoni applikabbli rigward kwistjonijiet dixxiplinari.
Artikolu 27
Kunflitt ta' interess
1. L-atturi finanzjarji fis-sens ta' dan il-Kapitolu u persuni oħra, inklużi l-membri tal-bord ta' tmexxija, involuti fl-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit, inklużi l-atti preparatorji tiegħu, l-awditu jew il-kontroll, ma għandhom jieħdu l-ebda azzjoni li tista' ġġib l-interessi tagħhom f'kunflitt ma' dawk tal-korp PPP. Għandhom jieħdu wkoll miżuri xierqa biex jevitaw li jqum kunflitt ta' interess fil-funzjonijiet taħt ir-responsabbiltà tagħhom u biex jindirizzaw sitwazzjonijiet li jistgħu jiġu pperċepiti b'mod oġġettiv bħala kunflitt ta' interess, filwaqt li titqies in-natura speċifika tal-korp PPP kif stabbilita fl-att kostitwenti.
Jekk ikun hemm riskju ta' kunflitt ta' interess, il-persuna inkwistjoni għandha tirreferi l-kwistjoni lill-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti għandha tikkonferma bil-miktub jekk instabx li hemm kunflitt ta' interess. F'dak il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-persuna kkonċernata twaqqaf l-attivitajiet kollha fil-kwistjoni. L-awtorità kompetenti għandha tieħu kwalunkwe azzjoni ulterjuri xierqa.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, kunflitt ta' interess jkun jeżisti fejn l-eżerċizzju imparzjali u oġġettiv tal-funzjonijiet ta' attur finanzjarju jew ta' persuna oħra, kif imsemmi fil-paragrafu 1, ikun kompromess għal raġunijiet li jinvolvu l-familja, il-ħajja emozzjonali, l-affinità politika jew nazzjonali, l-interess ekonomiku jew kwalunkwe interess personali dirett jew indirett ieħor.
3. L-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun id-direttur. Jekk il-membru tal-persunal ikun id-direttur, l-awtorità kompetenti għandha tkun il-bord ta' tmexxija. F'każ ta' kunflitt ta' interess li jinvolvi membru tal-bord ta' tmexxija, l-awtorità kompetenti għandha tkun il-bord ta' tmexxija, bl-esklużjoni tal-membru kkonċernat.
4. Il-korp PPP għandu jadotta regoli dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interessi, u kull sena għandu jippubblika fil-website tiegħu d-dikjarazzjoni tal-interessi tal-membri tal-bord ta' tmexxija.
KAPITOLU 5
AWDITJAR INTERN
Artikolu 28
Ħatra, setgħat u dmirijiet tal-awditur intern
1. Il-korp PPP għandu jkollu funzjoni ta' awditjar intern li għandha titħaddem f'konformità mal-istandards internazzjonali rilevanti.
2. Il-funzjoni ta' awditjar intern għandha titħaddem mill-awditur intern tal-Kummissjoni. L-awditur intern la jista' jkun uffiċjal tal-awtorizzazzjoni u lanqas uffiċjal tal-kontabbiltà.
3. L-awditur intern għandu jagħti pariri lill-korp PPP dwar it-trattar tar-riskji, billi jippreżenta opinjonijiet indipendenti rigward il-kwalità tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll u billi jippreżenta rakkomandazzjonijiet għat-titjib fil-kondizzjonijiet tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet u l-promozzjoni tal-ġestjoni finanzjarja tajba.
Ir-responsabbiltajiet tal-awditur intern għandhom ikunu b'mod partikolari:
(a) |
il-valutazzjoni tal-adattabbiltà u l-effettività tas-sistemi interni tal-ġestjoni u tal-prestazzjoni tad-dipartimenti fl-implimentazzjoni tal-programmi u tal-azzjonijiet b'referenza għar-riskji assoċjati magħhom; |
(b) |
il-valutazzjoni tal-effiċjenza u l-effettività tas-sistemi interni ta' kontroll u ta' awditjar applikabbli għal kull operazzjoni ta' implimentazzjoni baġitarja. |
4. L-awditur intern għandu jwettaq id-dmirijiet tiegħu fir-rigward tal-attivitajiet u d-dipartimenti kollha tal-korp PPP. L-awditur intern għandu jgawdi aċċess sħiħ u mingħajr limitu għall-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu, jekk meħtieġ aċċess fil-post, inkluż fl-Istati Membri u f'pajjiżi terzi.
5. L-awditur intern għandu jieħu nota tar-rapport tal-attività annwali kkonsolidat tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni msemmi fl-Artikolu 23 u ta' kwalunkwe informazzjoni oħra identifikata.
6. L-awditur intern għandu jirraporta lill-bord ta' tmexxija u lid-direttur dwar is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu. Il-korp PPP għandu jiżgura li tittieħed azzjoni fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-awditi.
7. L-awditur intern għandu jirrapporta wkoll fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
(a) |
meta ma jkunux ġew indirizzati r-riskji u r-rakkomandazzjonijiet kritiċi, |
(b) |
meta jkun hemm dewmien sinifikanti fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet magħmula fis-snin preċedenti. |
Il-bord ta' tmexxija u d-direttur għandhom jiżguraw il-monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar. Il-bord ta' tmexxija għandu jeżamina l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 23 u jekk ir-rakkomandazzjonijiet ġewx implimentati kollha kemm huma u fil-ħin.
Kull korp PPP għandu jikkunsidra jekk ir-rakkomandazzjonijiet ippreżentati fir-rapporti tal-awditur intern tiegħu humiex adegwati għal skambju tal-aħjar prattiki ma' korpi PPP oħra.
8. Il-korp PPP għandu jipprovdi d-dettalji ta' kuntatt tal-awditur intern għal kull persuna fiżika jew ġuridika involuta f'operazzjonijiet ta' nefqa, għall-finijiet ta' kuntatt kunfidenzjali mal-awditur intern.
9. Ir-rapporti u s-sejbiet tal-awditur intern għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku biss wara li l-awditur intern jivvalida l-azzjoni meħuda għall-implimentazzjoni tagħhom.
Artikolu 29
Indipendenza tal-awditur intern
1. L-awditur intern għandu jgawdi minn indipendenza totali fit-twettiq tal-awditi tiegħu. Ir-regoli speċjali applikabbli għall-awditur intern għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni u għandhom ikunu tali li jiggarantixxu li l-awditur intern ikun kompletament indipendenti fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu, u jistabbilixxu r-responsabbiltà tal-awditur intern.
2. L-awditur intern ma jistax jingħata struzzjonijiet u ma jistax ikun ristrett b'xi mod fir-rigward tal-qadi tal-funzjonijiet li, minħabba l-ħatra tiegħu, huma mogħtija lilu skont dan ir-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 30
Stabbiliment ta' kapaċità ta' awditjar intern
1. Il-bord ta' tmexxija jista' jistabbilixxi, b'kunsiderazzjoni xierqa għall-kosteffettività u għall-valur miżjud, kapaċità ta' awditjar intern, li twettaq id-dmirijiet tagħha f'konformità mal-istandards internazzjonali rilevanti.
L-għan, l-awtorità u r-responsabbiltà tal-kapaċità ta' awditjar intern għandhom ikunu previsti fl-istatut tal-awditjar intern u għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni tal-bord ta' tmexxija.
Il-pjan annwali tal-awditjar ta' kapaċità ta' awditjar intern għandu jiġi mfassal mill-Kap tal-kapaċità tal-awditjar intern filwaqt li jqis, fost oħrajn, il-valutazzjoni tar-riskju tad-direttur fil-korp PPP.
Il-pjan annwali tal-awditjar għandu jiġi rrivedut u approvat mill-bord ta' tmexxija.
Il-kapaċità ta' awditjar intern għandha tirraporta lill-bord ta' tmexxija u lid-direttur dwar is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tagħha.
Jekk il-kapaċità ta' awditjar intern ta' korp PPP wieħed ma tkunx kosteffettiva jew ma tkunx tista' tissodisfa l-istandards internazzjonali, il-korp PPP jista' jiddeċiedi li jikkondividi kapaċità ta' awditjar intern ma' korpi PPP oħra li jaħdmu fl-istess qasam ta' politika.
F'dawn il-każijiet il-bord ta' tmexxija tal-korpi PPP kkonċernati għandhom jaqblu dwar il-modalitajiet prattiċi tal-kapaċitajiet kondiviżi ta' awditjar intern.
L-atturi ta' awditjar intern għandhom jikkooperaw b'mod effiċjenti billi jiskambjaw l-informazzjoni u r-rapporti tal-awditjar u, fejn xieraq, jistabbilixxu valutazzjonijiet tar-riskju konġunti, u jwettqu awditi konġunti.
2. Il-bord ta' tmexxija u d-direttur għandhom jiżguraw il-monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal kapaċità ta' awditjar intern.
KAPITOLU 6
OPERAZZJONIJIET TA' DĦUL U NEFQA
Artikolu 31
Implimentazzjoni tad-dħul
1. L-implimentazzjoni tad-dħul għandha tinkludi t-tfassil tal-istimi tal-ammonti riċevibbli, l-istabbiliment tal-intitolamenti li għandhom jiġu rkuprati u l-irkupru ta' ammonti mhux dovuti. Għandha tinkludi wkoll il-possibbiltà li jiġu rrinunzjati intitolament stabbiliti, fejn xieraq.
2. L-ammonti mħallsa indebitament għandhom jiġu rkuprati.
Jekk l-irkupru effettiv ma jseħħx sal-iskadenza prevista fin-nota tad-debitu, l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jgħarraf lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli u jniedi minnufih il-proċedura tal-irkupru bi kwalunkwe mezz previst mil-liġi, inkluż, fejn xieraq, permezz ta' tpaċija, u jekk dan ma jkunx possibbli, permezz ta' rkupru nfurzat.
Jekk l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jkun qiegħed jippjana li jirrinunzja bis-sħiħ jew parzjalment għall-irkupru ta' ammont riċevibbli stabbilit, għandu jiżgura li r-rinunzja ssir sewwa u f'konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba u ta' proporzjonalità. Id-deċiżjoni ta' rinunzja għandha tiġi sostanzjata. Id-deċiżjoni ta' rinunzja għandha tiddikjara li ttieħdet azzjoni biex isir l-irkupru u l-elementi ta' dritt u ta' fatt li fuqhom tkun ibbażata.
L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jżomm lista tal-ammonti li għandhom jiġu rkuprati. L-intitolamenti tal-korp PPP għandhom jinġabru flimkien fil-lista f'konformità mad-data tal-ħruġ tal-ordni ta' rkupru. L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jindika wkoll id-deċiżjonijiet li jirrinunzja għall-irkupru bis-sħiħ jew parzjalment tal-ammonti stabbiliti. Il-lista għandha tinhemeż mar-rapport tal-korp PPP dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja msemmi fl-Artikolu 53.
3. Kull debitu mhux imħallas lura sad-data stipulata fin-nota ta' debitu għandu jwassal għal imgħax f'konformità mal-Artikolu 99 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
4. L-intitolamenti tal-korp PPP fir-rigward ta' terzi persuni u l-intitolamenti ta' terzi persuni fir-rigward tal-korp PPP għandhom ikunu soġġetti għal perjodu ta' limitazzjoni ta' ħames snin.
Artikolu 32
Kontribuzzjoni tal-membri
1. Il-korp PPP għandu jippreżenta lill-membri tiegħu talbiet għall-pagament tal-kontribuzzjoni kollha tagħhom jew parti minnha skont it-termini u fl-intervalli stabbiliti fl-att kostitwenti jew miftiehma magħhom.
2. Il-fondi mħallsa lill-korp PPP mill-Membri tiegħu permezz ta' kontribuzzjoni għandhom iwasslu għal imgħax għall-benefiċċju tal-baġit tal-korp PPP.
3. Il-membri għandhom iġarrbu l-ispejjeż tal-kontribuzzjoni tagħhom għall-ispejjeż amministrattivi tal-korp PPP. Il-benefiċjarji tal-finanzjament ipprovdut mill-korp PPP, li mhumiex membru jew entità kostitwenti tal-membri tal-korp PPP, ma għandhomx jikkontribwixxu għal tali spejjeż direttament jew indirettament u fl-ebda forma. B'mod partikolari, tali benefiċjarji ma għandhomx ikunu mistiedna jew mitluba jikkontribwixxu għall-ispejjeż amministrattivi tal-korp PPP meta jipparteċipaw fi proġetti kkofinanzjati mill-korp PPP.
Artikolu 33
Implimentazzjoni tan-nefqa
1. Biex tiġi implimentata n-nefqa, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jieħu impenji baġitarji u impenji legali, għandu jivvalida n-nefqa u jawtorizza l-pagamenti u jieħu f'idejh il-passi preliminari għall-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet.
2. Kull partita tan-nefqa għandha tiġi impenjata, ivvalidata, awtorizzata u mħallsa.
Il-validazzjoni tan-nefqa hija l-att li bih l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jikkonferma operazzjoni finanzjarja.
L-awtorizzazzjoni tan-nefqa hija l-att li bih l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, wara li jkun ivverifika li l-approprjazzjonijiet huma disponibbli, jagħti struzzjoni lill-uffiċjal tal-kontabbiltà sabiex iħallas in-nefqa vvalidata.
3. Fir-rigward ta' xi miżura li tista' twassal għal nefqa debitabbli lill-baġit tal-korp PPP, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jieħu impenn tal-baġit qabel ma jidħol għal impenn legali ma' terzi persuni.
4. Il-programm ta' ħidma annwali tal-korp tal-PPP għandu jipprovdi l-awtorizzazzjoni mill-bord ta' tmexxija għan-nefqa operazzjonali tal-korp PPP dwar l-attivitajiet li jkopri, sakemm l-elementi stabbiliti f'dan il-paragrafu huma identifikati b'mod ċar.
Il-programm ta' ħidma annwali għandu jinkludi objettivi dettaljati u r-riżultati mistennija, inklużi l-indikaturi tal-prestazzjoni. Għandu jkun fih dan li ġej:
(a) |
deskrizzjonijiet tal-attivitajiet li jridu jiġu ffinanzjati; |
(b) |
indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull attività; |
(c) |
informazzjoni dwar l-istrateġija ġenerali għall-implimentazzjoni tal-programm fdat lill-korp PPP; |
(d) |
strateġija biex jinkisbu l-gwadanji u s-sinerġiji fl-effiċjenza; |
(e) |
strateġija għas-sistemi ta' ġestjoni organizzattiva u ta' kontroll intern inkluża l-istrateġija tagħhom kontra l-frodi kif l-aħħar aġġornata, u indikazzjoni ta' miżuri biex tiġi evitata r-rikorrenza ta' każijiet ta' kunflitt ta' interess, ta' irregolaritajiet u ta' frodi, b'mod partikolari fejn id-dgħufijiet wasslu għar-rakkomandazzjonijiet kritiċi rrapportati fl-Artikolu 23 jew 28(6). |
Il-korp PPP għandu jadotta l-programm ta' ħidma annwali tiegħu għal sena partikolari sa tmiem is-sena preċedenti. Il-programm ta' ħidma annwali għandu jkun ippubblikat fuq il-wesbite tal-korp PPP.
Kull emenda sostanzjali fil-programm ta' ħidma annwali għandha tiġi adottata bl-istess proċedura bħall-programm ta' ħidma inizjali, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-att kostitwenti.
Il-bord ta' tmexxija jista' jiddelega s-setgħa li jagħmel emendi mhux sostanzjali fil-programm ta' ħidma lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni tal-korp PPP.
Artikolu 34
Limiti taż-żmien
Il-ħlas tan-nefqa għandu jsir fil-limiti ta' żmien speċifikati fl-Artikolu 116 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, u f'konformità miegħu.
KAPITOLU 7
IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT TAL-KORP PPP
Artikolu 35
Forom tal-kontribuzzjonijiet tal-korp PPP
1. Il-kontribuzzjonijiet tal-korpi tal-Unjoni għandhom jgħinu fil-kisba ta' objettiv ta' politika tal-Unjoni u tar-riżultati speċifikati, u jista' jkollhom waħda mill-forom li ġejjin:
(a) |
finanzjament mhux marbut mal-ispejjeż tal-operazzjonijiet rilevanti fuq il-bażi ta':
|
(b) |
ir-rimborż ta' spejjeż eliġibbli effettivament imġarrba; |
(c) |
spejjeż unitarji li jkopru kull kategorija speċifika tal-ispejjeż eliġibbli jew uħud minnhom li jkunu identifikati b'mod ċar minn qabel b'referenza għal ammont għal kull unità; |
(d) |
somom f'daqqa li f'termini globali jkopru l-kategoriji speċifiċi kollha tal-ispejjeż eliġibbli jew uħud minnhom li jkunu identifikati b'mod ċar minn qabel; |
(e) |
finanzjament b'rata fissa, li jkopri kategoriji speċifiċi ta' spejjeż eliġibbli, li huma identifikati b'mod ċar minn qabel, billi jiġi applikat perċentwal; |
(f) |
taħlita tal-forom imsemmijin fil-punti minn (a) sa (e). |
Il-kontribuzzjonijiet tal-korpi PPP fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 181 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, ma' regoli speċifiċi għas-settur, jew ma' deċiżjoni tal-Kummissjoni. Il-kontribuzzjonijiet tal-korp PPP fil-punti (c), (d) u (e) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 181 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 jew ma' regoli speċifiċi għas-settur.
2. Jekk tkun qed tiġi ddeterminata l-forma xierqa ta' kontribuzzjoni, l-interessi tar-riċevituri potenzjali u l-metodi ta' kontabbiltà għandhom jitqiesu kemm jista' jkun.
3. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jirrapporta dwar finanzjament mhux marbut ma' spejjeż skont il-punt (a) u (f) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 fir-rapport annwali tal-attività kkonsolidat imsemmi fl-Artikolu 23.
Artikolu 36
Dipendenza reċiproka fuq il-valutazzjonijiet
L-Artikolu 126 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu japplika mutatis mutandis.
Artikolu 37
Dipendenza reċiproka fuq l-awditi
Għandu japplika l-Artikolu 127 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
Artikolu 38
Użu ta' informazzjoni diġà disponibbli
Għandu japplika l-Artikolu 128 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
Artikolu 39
Kooperazzjoni għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni
L-Artikolu 129 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu japplika mutatis mutandis.
Artikolu 40
Informazzjoni lill-Kummissjoni dwar każijiet ta' frodi jew ta' irregolaritajiet finanzjarji oħrajn
1. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u l-Artikolu 24(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939, il-korp PPP għandu jinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar każijiet ta' frodi u ta' irregolaritajiet finanzjarji oħrajn preżunti.
Barra minn hekk, għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe investigazzjoni li tkun lesta jew li tkun għaddejja mill-UPPE, l-OLAF, u dwar kwalunkwe awditu jew kontrolli mill-Qorti tal-Awdituri jew is-Servizz Intern tal-Awditjar (Internal Audit Service, IAS), mingħajr ma tiġi pperikolata l-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet.
2. F'każijiet fejn tista tiġi affettwata r-responsabbiltà tal-Kummissjoni li timplimenta l-baġit tal-Unjoni, jew f'każijiet li jinvolvu riskju potenzjalment serju għar-reputazzjoni tal-Unjoni, l-UPPE u/jew l-OLAF għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar kwalunkwe investigazzjoni li tkun għaddejja jew li tlestiet, mingħajr ma jipperikolaw il-kunfidenzjalità jew l-effettività tagħha.
Artikolu 41
Sistema ta' identifikazzjoni bikrija u ta' esklużjoni
Għandhom japplikaw l-Artikolu 93 u t-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
Artikolu 42
Regoli dwar il-proċeduri, il-ġestjoni u l-gvern elettroniku
Għandhom japplikaw it-Taqsimiet 1 u 3 tal-Kapitolu 2 u l-Kapitolu 3 tat-Titolu V tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 mutatis mutandis.
Artikolu 43
Akkwist
1. Fir-rigward tal-akkwisti, it-Titolu VII tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu japplika soġġett għall-paragrafi minn 2 sa 5 ta' dan l-Artikolu u kwalunkwe dispożizzjoni speċifika tal-att kostitwenti jew l-att bażiku tal-programm li l-implimentazzjoni tiegħu hija fdata lill-korp PPP.
2. Għal kuntratti b'valur ta' bejn EUR 60 000 u l-limiti stabbiliti fl-Artikolu 175 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, jistgħu jintużaw il-proċeduri stipulati fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għal kuntratti b'valur li ma jaqbiżx is-EUR 60 000.
3. Il-korp PPP jista' jkun assoċjat, fuq talba tiegħu, bħala awtorità kontraenti, fl-għoti ta' kuntratti tal-Kummissjoni jew kuntratti interistituzzjonali u mal-għoti ta' kuntratti ta' korpi tal-Unjoni jew PPP oħrajn.
4. Il-korp PPP jista' jikkonkludi ftehimiet dwar il-livell ta' servizz kif imsemmi fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 20 mingħajr ma jkun hemm rikors għal proċedura ta' akkwist pubbliku.
Għalhekk il-korpi PPP jistgħu jikkonkludu kuntratt, mingħajr ma jkun hemm rikors għal proċedura ta' akkwist, mal-membri tagħhom minbarra l-Unjoni għall-provvista ta' oġġetti, il-provvista ta' servizzi jew għat-twettiq ta' xogħol li dawk il-membri jipprovdu direttament mingħajr rikors għal terzi persuni.
L-oġġetti, is-servizzi jew ix-xogħol ipprovduti fl-ewwel u t-tieni subparagrafi ma għandhomx jitqiesu bħala parti mill-kontribuzzjoni tal-membri għall-baġit tal-korp PPP.
5. Il-korp PPP jista' juża proċeduri konġunti ta' akkwist pubbliku mal-awtoritajiet kontraenti tal-Istat Membru ospitanti sabiex ikopri l-ħtiġijiet amministrattivi tiegħu jew ma' awtoritajiet kontraenti tal-Istati Membri, l-Istati tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles jew pajjiżi kandidati tal-Unjoni li jipparteċipaw fih bħala membri. F'każijiet bħal dawn, l-Artikolu 165 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu japplika mutatis mutandis.
Il-korp PPP jista' juża proċeduri konġunti ta' akkwist mal-membri privati tiegħu jew ma' awtoritajiet kontraenti ta' pajjiżi li qed jipparteċipaw fil-programmi tal-Unjoni li jipparteċipaw fih bħala membri. F'każijiet bħal dawn, l-Artikolu 165 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu japplika mutatis mutandis.
Artikolu 44
Esperti
1. L-Artikolu 237 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu japplika mutatis mutandis. għall-għażla ta' esperti soġġetti għal kwalunkwe proċedura speċifika stabbilita fl-att bażiku tal-programm li l-implimentazzjoni tiegħu hija fdata lill-korp PPP.
Il-korp PPP jista' juża l-listi mħejjija mill-Kummissjoni jew minn korpi oħra tal-Unjoni jew PPP.
Il-korp PPP jista', jekk jitqies xieraq u f'każijiet debitament iġġustifikati, jagħżel kwalunkwe individwu bil-ħiliet xierqa li ma jkunx fil-listi.
2. L-Artikolu 238 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu japplika mutatis mutandis għal esperti mhux rimunerati.
Artikolu 45
Għotjiet
1. Fir-rigward tal-għotjiet, it-Titolu VIII tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu japplika soġġett għal kwalunkwe dispożizzjoni speċifika tal-att kostitwenti jew tal-att bażiku tal-programm li l-implimentazzjoni tiegħu hija fdata lill-korp PPP.
2. Il-korp PPP għandu juża s-somom f'daqqa, l-ispejjeż unitarji jew il-finanzjament b'rata fissa rilevanti awtorizzati skont l-Artikolu 181(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 b'deċiżjoni ta' uffiċjal tal-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni responsabbli mill-programm li l-implimentazzjoni tiegħu hija fdata lill-korp PPP. Fin-nuqqas ta' tali deċiżjoni, il-korp PPP jista' jippreżenta proposta għal adozzjoni lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni responsabbli, akkumpanjata b'ġustifikazzjoni ddettaljata li ssostni l-proposta tiegħu. Id-deċiżjoni proposta għandha tikkonforma mal-Artikolu 181(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni responsabbli għandu jgħarraf lill-korp PPP dwar id-deċiżjoni tiegħu li jadotta jew jirrifjuta l-proposta tiegħu u r-raġunijiet għal dan. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni responsabbli jista' jadotta d-deċiżjoni proposta b'emendi biex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 181(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
Artikolu 46
Premjijiet
1. Fir-rigward tal-premjijiet, id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IX tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandhom japplikaw soġġetti għall-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u kwalunkwe dispożizzjoni speċifika tal-att kostitwenti jew tal-att bażiku tal-programm li l-implimentazzjoni tiegħu hija fdata lill-korp PPP.
2. Il-kompetizzjonijiet għal premjijiet b'valur unitarju ta' EUR 1 000 000 jew aktar jistgħu jiġu ppubblikati biss jekk ikunu msemmija fil-programm ta' ħidma annwali msemmi fl-Artikolu 33(4) u wara li tkun ġiet ippreżentata l-informazzjoni dwar tali premjijiet lill-Kummissjoni, li għandha tipproċedi biex tinforma lill-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 206(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
KAPITOLU 8
QAFAS KONTABILISTIKU
Artikolu 47
Regoli tal-kontabbiltà
Il-korp PPP għandu jistabbilixxi sistema ta' kontabbiltà li tipprovdi informazzjoni preċiża, sħiħa u affidabbli f'waqtha.
L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-korp PPP għandu japplika r-regoli adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni abbażi tal-istandards tal-kontabbiltà aċċettati internazzjonalment għas-settur pubbliku.
Għall-finijiet tal-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikoli minn 80 sa 84 u 87 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. L-Artikoli 85 u 86 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandhom japplikaw mutatis mutandis.
Artikolu 48
Struttura tal-kontijiet
Il-kontijiet annwali tal-korp PPP għandhom jitħejjew għal kull sena finanzjarja li għandha tkun mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru. Dawn il-kontijiet għandhom jinkludu:
(a) |
id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-korp PPP; |
(b) |
ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni baġitarja għall-baġit tal-korp PPP. |
Artikolu 49
Dokumenti ta' sostenn
Kull entrata fil-kontijiet għandha tkun ibbażata fuq dokumenti ta' sostenn xierqa f'konformità mal-Artikolu 20(5) ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 50
Dikjarazzjonijiet finanzjarji
1. Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu ppreżentati f'euro u f'konformità mar-regoli kontabilistiċi msemmijin fl-Artikolu 47 ta' dan ir-Regolament u għandhom jinkludu:
(a) |
il-karta tal-bilanċ li tippreżenta l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha u s-sitwazzjoni finanzjarja prevalenti fil-31 ta' Diċembru tas-sena finanzjarja preċedenti; |
(b) |
id-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni finanzjarja, li tippreżenta r-riżultat ekonomiku għas-sena finanzjarja preċedenti; |
(c) |
id-dikjarazzjoni tal-flussi tal-flus li turi l-ammonti miġbura u żborżati matul is-sena finanzjarja u l-pożizzjoni finali tal-likwidità; |
(d) |
id-dikjarazzjoni tal-bidliet fl-assi netti li tippreżenta ħarsa ġenerali lejn iċ-ċaqliq matul is-sena fir-riżervi u fir-riżultati akkumulati. |
2. Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji għandhom jippreżentaw l-informazzjoni, inkluża l-informazzjoni dwar il-politiki tal-kontabbiltà, b'mod li jiġi żgurat li tkun rilevanti, kredibbli, komparabbli u li tista' tinftiehem.
3. In-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji għandhom jissupplimentaw u jikkummentaw dwar l-informazzjoni ppreżentata fid-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u għandhom ifornu l-informazzjoni addizzjonali kollha preskritta mir-regoli kontabilistiċi msemmija fl-Artikolu 47 ta' dan ir-Regolament u mill-prattika tal-kontabbiltà aċċettata internazzjonalment meta tali informazzjoni tkun rilevanti għall-attivitajiet tal-korp PPP. In-noti għandu jkun fihom tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
prinċipji, regoli u metodi tal-kontabbiltà; |
(b) |
noti ta' spjegazzjoni li jipprovdu informazzjoni addizzjonali mhux inkluża fit-test tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji, li tkun meħtieġa biex tingħata preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet. |
4. Wara li tagħlaq is-sena finanzjarja u sad-data tat-trażmissjoni tal-kontijiet ġenerali, l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jagħmel kwalunkwe aġġustament li, mingħajr ma jkunu involuti żborż jew ġbir fir-rigward ta' dik is-sena, ikun meħtieġ għal ħarsa vera u ġusta ta' dawk il-kontijiet.
Artikolu 51
Rapporti tal-implimentazzjoni baġitarja
1. Ir-rapporti tal-implimentazzjoni baġitarja għandhom jiġu ppreżentati f'euro u għandhom ikunu komparabbli sena b'sena. Dawn għandhom jinkludu:
(a) |
rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha għas-sena f'termini ta' dħul u ta' nefqa; |
(b) |
noti ta' spjegazzjoni, li għandhom jissupplimentaw u jikkummentaw dwar l-informazzjoni mogħtija fir-rapporti. |
2. L-istruttura tar-rapporti tal-implimentazzjoni baġitarja għandha tkun l-istess bħal dik tal-baġit tal-korp PPP innifsu.
3. Ir-rapporti tal-implimentazzjoni baġitarja għandu jkun fihom:
(a) |
informazzjoni dwar id-dħul, b'mod partikolari bidliet fl-istimi tad-dħul, l-eżitu tad-dħul u l-intitolamenti stabbiliti; |
(b) |
informazzjoni li turi bidliet fl-approprjazzjonijiet totali disponibbli ta' impenn u ta' pagamenti; |
(c) |
informazzjoni li turi l-użu li sar mill-approprjazzjonijiet totali disponibbli ta' impenn u ta' pagamenti; |
(d) |
informazzjoni li turi l-impenji pendenti, dawk riportati mis-sena finanzjarja preċedenti u dawk li saru matul is-sena finanzjarja. |
Artikolu 52
Kontijiet proviżorji u kontijiet finali
1. L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-korp PPP għandu jibgħat il-kontijiet proviżorji lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni u tal-Qorti tal-Awdituri sal-1 ta' Marzu tas-sena ta' wara.
L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-korp PPP għandu jibgħat ukoll, sal-1 ta' Marzu tas-sena ta' wara, l-informazzjoni kontabilistika meħtieġa għall-finijiet ta' konsolidazzjoni lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni, bil-mod u bil-format stabbiliti minn din tal-aħħar.
2. F'konformità mal-Artikolu 246(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, il-Qorti tal-Awdituri, sal-1 ta' Ġunju, għandha tagħmel l-kummenti tagħha dwar il-kontijiet proviżorji tal-korp PPP.
3. L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-korp PPP, sal-15 ta' Ġunju, għandu jibgħat l-informazzjoni kontabilistika meħtieġa lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni, bil-mod u bil-format stabbiliti mill-Kummissjoni, bil-ħsieb li jitfasslu l-kontijiet konsolidati finali.
Malli jirċievi l-kummenti tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet proviżorji tal-korp PPP, l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jfassal il-kontijiet finali tal-korp PPP. Id-direttur għandu jibgħat il-kontijiet finali lill-bord ta' tmexxija li għandu joħroġ opinjoni dwar dawn il-kontijiet.
Id-direttur għandu jibgħat il-kontijiet finali, flimkien mal-opinjoni tal-bord ta' tmexxija, lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju tas-sena finanzjarja ta' wara.
L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-korp PPP għandu jibgħat ukoll ittra tar-rappreżentanza li tkopri dawk il-kontijiet finali lill-Qorti tal-Awdituri, b'kopja ta' din l-ittra li għandha tintbagħat lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. L-ittra tar-rappreżentazzjonijiet għandha tkun stabbilita fl-istess data li fiha jkunu tfasslu l-kontijiet finali tal-korp PPP.
Il-kontijiet finali għandhom ikunu akkumpanjati minn nota maħruġa mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni fejn dan tal-aħħar jiddikjara li l-kontijiet finali kienu mħejjija f'konformità ma' dan il-kapitolu u f'konformità mal-prinċipji, mar-regoli u mal-metodi tal-kontabbiltà applikabbli.
Għandha tiġi ppublikata ħolqa għall-paġni tal-website fejn huma żvelati l-kontijiet finali tal-korp PPP f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta' Novembru tas-sena ta' wara.
Id-direttur tal-korp PPP għandu jibgħat tweġiba lill-Qorti tal-Awdituri dwar il-kummenti li tkun għamlet fir-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru tas-sena finanzjarja ta' wara. It-tweġibiet tad-direttur għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni fl-istess waqt.
Artikolu 53
Rapport annwali dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja
1. Il-korp PPP għandu jħejji rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tas-sena finanzjarja. Ir-rapport għandu jagħti rendikont, kemm f'termini assoluti u espressi bħala perċentwal, tal-anqas, tar-rata implimentattiva tal-approprjazzjonijiet flimkien ma' sommarju tal-informazzjoni dwar it-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet bejn id-diversi elementi tal-baġit.
2. Id-direttur għandu jibgħat ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri sal-31 ta' Marzu tas-sena finanzjarja ta' wara.
KAPITOLU 9
L-AWDITJAR ESTERN, IL-KWITTANZA U L-ĠLIEDA KONTRA L-FRODI
Artikolu 54
Awditjar estern
1. Awditur estern indipendenti għandu jivverifika li l-kontijiet annwali tal-korp PPP jippreżentaw b'mod xieraq id-dħul, in-nefqa u l-qagħda finanzjarja tal-korp PPP qabel il-konsolidazzjoni possibbli fil-kontijiet finali tal-Kummissjoni.
Sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-att kostitwenti, il-Qorti tal-Awdituri għandha tħejji rapport annwali speċifiku dwar il-korp PPP skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 287(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Waqt it-tħejjija ta' dan ir-rapport, il-Qorti tal-Awdituri għandha tqis ix-xogħol tal-awditjar li jkun għamel l-awditur estern indipendenti msemmi fl-ewwel subparagrafu u l-azzjoni li tkun ittieħdet b'rispons għas-sejbiet tal-awditur estern.
2. Il-korp PPP għandu jibgħat il-baġit tal-korp PPP lill-Qorti tal-Awdituri, kif adottat definittivament. Għandu jgħarraf lill-Qorti tal-Awdituri, mill-aktar fis possibbli, dwar kull deċiżjoni u dwar kull att adottati skont l-Artikoli 6, 8 u 12.
3. L-iskrutinju mwettaq mill-Qorti tal-Awdituri għandu jkun irregolat permezz tal-Artikoli minn 254 sa 259 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
Artikolu 55
Skeda għall-proċedura ta' kwittanza
1. Il-Parlament Ewropew, b'rakkomandazzjoni mill-Kunsill, qabel il-15 ta' Mejju tas-sena N+2 ħlief fejn previst mod ieħor fl-att kostitwenti, għandu jagħti kwittanza lid-direttur fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena N. Id-Direttur għandu jinforma lill-bord ta' tmexxija dwar il-kummenti tal-Parlament Ewropew li jinsabu fir-riżoluzzjoni li takkumpanja d-deċiżjoni ta' kwittanza.
2. Jekk l-iskadenza prevista fil-paragrafu 1 ma tistax tiġi osservata, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill għandu jgħarraf lid-direttur dwar ir-raġuni għall-posponiment.
3. Jekk il-Parlament Ewropew jipposponi d-deċiżjoni li tagħti kwittanza, id-direttur, f'kooperazjoni mal-bord ta' tmexxija, għandu jagħmel kull sforz biex, mill-aktar fis possibbli, jieħu miżuri sabiex ineħħi jew jiffaċilita t-tneħħija tal-ostakli għal dik id-deċiżjoni.
Artikolu 56
Il-proċedura ta' kwittanza
1. Id-deċiżjoni ta' kwittanza għandha tkopri l-kontijiet tad-dħul u n-nefqa kollha tal-korp PPP, ir-riżultat tal-baġit u l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-korp PPP murija fid-dikjarazzjoni finanzjarja.
2. Bil-għan li jagħti l-kwittanza, il-Parlament Ewropew għandu jeżamina l-kontijiet u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-korp PPP, wara li jkun għamel dan il-Kunsill. Għandu jeżamina wkoll ir-rapport annwali mfassal mill-Qorti tal-Awdituri, flimkien mat-tweġibiet tad-direttur tal-korp PPP, kull rapport speċjali rilevanti tal-Qorti tal-Awdituri li għandu x'jaqsam mas-sena finanzjarja kkonċernata u mad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tal-Qorti tal-Awditrui rigward l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti.
3. Id-direttur, b'talba tal-Parlament Ewropew u bħalma jipprevedi l-Artikolu 261(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, għandu jippreżenta kull informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni bla xkiel tal-proċedura ta' kwittanza għas-sena finanzjarja kkonċernata.
Artikolu 57
Miżuri ta' segwitu
1. Id-direttur għandu jieħu l-passi kollha xierqa biex jaġixxi fuq il-kummenti li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza tal-Parlament Ewropew u fuq il-kummenti li jakkumpanjaw ir-rakkomandazzjoni għall-kwittanza adottata mill-Kunsill.
2. Bit-talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, id-direttur għandu jirrapporta dwar il-miżuri li ttieħdu fid-dawl tal-kummenti u tal-kummenti msemmija fil-paragrafu 1. Id-direttur għandu jibgħat kopja tar-rapport lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.
Artikolu 58
Kontrolli fil-post mill-Kummissjoni, mill-Qorti tal-Awdituri u mill-OLAF
1. Il-korp PPP għandu jagħti aċċess lill-persunal tal-Kummissjoni u lil persuni oħra awtorizzati mill-Kummissjoni, kif ukoll lill-Qorti tal-Awdituri għas-siti u għall-binjiet tiegħu u għall-informazzjoni kollha, inkluża l-informazzjoni f'forma elettronika li hija meħtieġa biex jagħmlu l-awditi tagħhom.
2. L-OLAF jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fil-post, f'konformità mad-dispożizzjonijiet u mal-proċeduri stipulati fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (12) bil-għan li jkun stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.
KAPITOLU 10
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI U TRANŻITORJI
Artikolu 59
Talbiet għall-informazzjoni
Il-Kummissjoni u l-membri tal-korp PPP minbarra l-Unjoni jistgħu jitlobu kull informazzjoni jew spjegazzjoni neċessarja mill-korp PPP rigward kwistjonijiet baġitarji fl-oqsma tal-kompetenza tagħhom.
Artikolu 60
Adozzjoni tar-regoli finanzjarji tal-korp PPP
1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, kull korp PPP imsemmi fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu jadotta regoli finanzjarji ġodda fi żmien disa' xhur mid-data li fiha l-korp PPP jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 71 ta' dan ir-Regolament.
2. Kull korp PPP imsemmi fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 li diġà adotta r-regoli finanzjarju tiegħu f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 966/2012 għandu jirrevedihom biex jiżgura l-konformità ma' dan ir-Regolament. Ir-regoli finanzjarji riveduti għandhom jidħlu fis-seħħ sa mhux iżjed tard mill-1 ta' Settembru 2019.
Artikolu 61
Tħassir
1. Ir-Regolament ta' Delega (UE, Euratom) Nru 110/2014 jitħassar b'effett mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Madankollu, l-Artikoli 20 u 31(4) ta' dak ir-Regolament għandhom ikomplu japplikaw sal-31 ta' Diċembru 2019.
2. Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f'konformità mat-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness.
Artikolu 62
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika minn din id-data. Madankollu, l-Artikoli 23 u 33(4) għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2020, ħlief l-Artikolu 33(4)c), li għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Marzu 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2-15).
(3) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2015/1929 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 286, 30.10.2015, p. 1).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2461 tat-30 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 110/2014 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 342, 29.12.2015, p. 1-6).
(6) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1).
(7) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).
(8) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, pp. 1-71).
(10) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(11) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).
(12) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post imwettqa mill-Kummissjoni biex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
ANNESS
Tabella ta' korrelazzjoni
Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
Artikolu 5 |
Artikolu 5 |
Artikolu 6 |
Artikolu 6 |
Artikolu 7 |
Artikolu 8 |
Artikolu 8 |
Artikolu 9 |
Artikolu 9 |
Artikolu 10 |
Artikolu 10 |
Artikolu 12 |
Artikolu 11 |
Artikolu 13 |
Artikolu 12 |
Artikolu 14 |
Artikolu 13 |
Artikolu 15 |
Artikolu 14 |
Artikolu 16 |
Artikolu 15 |
Artikolu 17 |
Artikolu 16 |
Artikolu 19 |
Artikolu 17 |
Artikolu 20 |
Artikolu 18 |
Artikolu 21 |
Artikolu 19 |
Artikolu 22 |
Artikolu 20 |
Artikolu 23 |
Artikolu 21 |
Artikolu 24 |
Artikolu 22 |
Artikolu 25 |
Artikolu 23 |
Artikolu 26 |
Artikolu 24 |
Artikolu 27 |
Artikolu 25 |
Artikolu 18 |
Artikolu 26 |
Artikolu 28 |
Artikolu 27 |
Artikolu 29 |
Artikolu 28 |
Artikolu 30 |
Artikolu 29 |
Artikolu 31 |
Artikolu 30 |
Artikolu 32 |
Artikolu 31 |
Artikolu 33 |
Artikolu 32 |
Artikolu 34 |
Artikolu 33 |
Artikolu 43 |
Artikolu 34 |
Artikolu 44 |
Artikolu 35 |
Artikolu 45 |
Artikolu 36 |
Artikolu 46 |
Artikolu 37 |
Artikolu 42 |
Artikolu 38 |
Artikolu 47 |
Artikolu 39 |
Artikoli 48 u 53 |
Artikolu 40 |
Artikoli 47 u 50 |
Artikolu 41 |
Artikolu 50 |
Artikolu 42 |
Artikolu 51 |
Artikolu 43 |
Artikolu 52 |
Artikolu 44 |
Artikolu 47 |
Artikolu 45 |
Artikolu 47 |
Artikolu 46 |
Artikolu 54 |
Artikolu 47 |
Artikolu 55 |
Artikolu 47a |
Artikolu 56 |
Artikolu 47b |
Artikolu 57 |
Artikolu 48 |
Artikolu 58 |
Artikolu 49 |
Artikolu 59 |
Artikolu 50 |
Artikolu 60 |
Artikolu 51 |
Artikolu 62 |
29.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 142/43 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/888
tat-13 ta' Marzu 2019
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data dwar vetturi heavy-duty ġodda li għandha tiġi mmonitorjata u rrapportata mill-Istati Membri u mill-manifatturi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Ir-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-konsum ta' fjuwil minn vetturi heavy-duty ġodda (1), u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 11(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/956 tispeċifika d-data li għandha tiġi mmonitorjata u rrappurtata mill-Istati Membri fir-rigward ta' vetturi tqal ġodda rreġistrati għall-ewwel darba fl-Unjoni. |
(2) |
Il-punt 2 tal-parti B tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/956 jispeċifika d-data li għandha tiġi mmonitorjata u rrappurtata mill-manifatturi tal-vetturi heavy-duty għal kull vettura heavy-duty ġdida. |
(3) |
Sa mill-1 ta' Lulju 2019, il-manifatturi tal-vetturi se jiddeterminaw u jiddikjaraw data addizzjonali relatata mal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta' vetturi heavy-duty ġodda skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu. Bil-għan li jkun hemm implimentazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni għas-CO2 għall-vetturi tqal, huwa importanti li tiġi żgurata ġabra komprensiva, trasparenti u xierqa ta' data relatata mal-konfigurazzjoni tal-flotta ta' vetturi heavy-duty fl-Unjoni, dwar l-iżvilupp tagħha matul iż-żmien u dwar l-impatt potenzjali tal-emissjonijiet tas-CO2. Għalhekk jenħtieġ li l-manifatturi tal-vetturi tqal jimmonitorjaw din id-data u jirrapportawha lill-Kummissjoni. |
(4) |
Biex tkun tista' ssir analiżi bir-reqqa ta' data addizzjonali bħal din, b'mod partikolari għall-identifikazzjoni tal-vetturi vokazzjonali, huwa xieraq ukoll li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jimmonitorjaw u jirrappurtaw informazzjoni komplementari marbuta mar-reġistrazzjoni. |
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/956 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/956 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Marzu 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1).
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/956 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-Parti A hi emendata kif ġej:
|
(2) |
fil-Parti B, il-punt 2 huwa emendat kif ġej:
|
(*1) L-entrati tad-data 85, 86, 87, 90, 93, 95 u 96 ma għandhomx jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fir-Reġistru Ċentrali fuq vetturi heavy-duty.”.
29.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 142/47 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/889
tat-22 ta' Mejju 2019
li japprova emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta “Barbera d'Asti” (DOP)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 99 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Kummissjoni eżaminat it-talba għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-denominazzjoni ta' oriġini protetta “Barbera d'Asti” li l-Italja bagħtet skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
(2) |
Il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-approvazzjoni tal-emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) skont l-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
(3) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni dwar dan skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li l-emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tiġi approvata skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b'rabta mad-denominazzjoni “Barbera d'Asti” (DOP) hija approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Mejju 2019.
Għall-Kummissjoni
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
29.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 142/48 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/890
tas-27 ta' Mejju 2019
li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-karawett mill-Gambja u mis-Sudan u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 669/2009 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 884/2014
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi dwar l-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (3) jistipula livell ogħla ta' kontrolli uffiċjali li jridu jitwettqu fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu ikel u għalf li mhux ġej mill-annimali, li huwa elenkat fl-Anness I ta' dak ir-Regolament. Minn Ottubru 2015 'l hawn, il-karawett mill-Gambja diġà huwa suġġett għal livell ogħla ta' kontrolli uffiċjali fir-rigward tal-preżenza tal-aflatossini. Barra minn hekk, il-karawett mis-Sudan ġie soġġett għal livell ogħla ta' kontrolli uffiċjali rigward il-preżenza tal-aflatossini minn April 2014 'l hawn. |
(2) |
Il-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq dawk il-prodotti mill-Istati Membri skont ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 juru rata għolja persistenti ta' nuqqas ta' konformità mal-livelli massimi preskritti tal-aflatossini jew irriżultaw fi tnaqqis sinifikanti fin-numru ta' konsenji ppreżentati għall-importazzjoni fl-Unjoni wara l-livelli għoljin inizjali ta' nuqqas ta' konformità. Dawk ir-riżultati jipprovdu evidenza li l-importazzjoni ta' dawk il-prodotti tal-ikel u tal-għalf jikkostitwixxu riskju għas-saħħa tal-annimali u tal-bniedem. Wara diversi snin ta' żieda fil-frekwenza tal-kontrolli fil-fruntieri tal-Unjoni ma ġie osservat l-ebda titjib fis-sitwazzjoni. |
(3) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 884/2014 (4) jimponi kundizzjonijiet speċjali fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel minn ċerti pajjiżi terzi minħabba r-riskju tal-kontaminazzjoni bl-aflatossini. Bħalissa ma japplikax għall-importazzjoni tal-karawett mill-Gambja u mis-Sudan. |
(4) |
Sabiex tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem u tal-annimali fl-Unjoni, huwa meħtieġ li jiġu pprovduti, flimkien ma' livell ogħla ta' kontrolli uffiċjali, kundizzjonijiet speċjali fir-rigward ta' dak l-ikel u l-għalf mill-Gambja u mis-Sudan. Il-konsenji kollha tal-karawett mill-Gambja u mis-Sudan jenħtieġ li jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa li jiddikjara li l-prodotti ġew ikkampjunati u analizzati għall-preżenza tal-aflatossini u nstab li huma konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Ir-riżultati tat-teħid ta' kampjuni u tal-analiżi jenħtieġ li jkunu mehmuża maċ-ċertifikat tas-saħħa li jakkumpanja l-konsenji. |
(5) |
Fid-dawl tar-rata għolja ta' nuqqas ta' konformità mal-livelli massimi preskritti tal-aflatossini, li nstabet għat-tin imqadded mit-Turkija, huwa xieraq li tiżdied il-frekwenza tal-kontrolli tal-identità u tal-kontrolli fiżiċi tal-aflatossina fit-tin imqadded mit-Turkija minn 10 għal 20 %. Barra minn hekk, ġew irrappurtati wkoll sejbiet frekwenti ta' livelli għolja ta' okratossina A fit-tin imqadded mit-Turkija. |
(6) |
Eżenzjoni eżistenti teskludi l-konsenji ddestinati għal persuna privata għall-konsum u għall-użu personali mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 884/2014. Huwa xieraq ukoll li jiġu esklużi l-konsenji ta' għalf u ikel mibgħuta bħala kampjuni kummerċjali jew bħala oġġetti għall-wiri fil-wirjiet u li ma jkunux maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq jew li jintbagħtu biex jintużaw għal skopijiet xjentifiċi. Dan jirrigwarda konsenji żgħar ħafna ta' ċertu għalf u ikel iżda mhuwiex xieraq li jiġi ffissat piż speċifiku, minħabba l-varjetà tal-prodotti koperti. Madankollu, sabiex jiġi evitat l-użu ħażin, minbarra l-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq għall-eżenzjoni, huwa stabbilit piż massimu. Meta jitqies ir-riskju baxx li tali konsenji jippreżentaw għas-saħħa pubblika, ikun sproporzjonat jekk jiġi impost rekwiżit biex dawn il-konsenji jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa jew mir-riżultati tat-testijiet ta' kampjunar u tat-testijiet analitiċi. |
(7) |
L-awtoritajiet tal-Brażil, tal-Etjopja, tal-Arġentina u tal-Ażerbajġan infurmaw lill-Kummissjoni dwar il-bidla tal-awtorità kompetenti li r-rappreżentant awtorizzat tagħha huwa intitolat li jiffirma ċ-ċertifikat tas-saħħa. Għalhekk, jenħtieġ li dawn il-bidliet jiġu introdotti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 884/2014 skont dan. |
(8) |
Barra minn hekk, huwa xieraq li jiġu aġġornati l-kodiċijiet rilevanti tan-NM għall-Capsicum anuum minħabba bidliet riċenti lill-kodiċi tan-NM, u li jiżdiedu l-kodiċijiet tan-NM għall-pejst tal-ġellewż u wkoll għat-tin ippreparat jew ippreservat, inklużi t-taħlitiet, peress li l-prodotti li jikkorrispondu mad-deskrizzjoni huma nnegozjati taħt dawn il-kodiċijiet. |
(9) |
Ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 884/2014 għalhekk jenħtieġ li jiġu emendati skont dan. |
(10) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
L-Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.
L-Artikolu 2
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 884/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 1(1), jiżdiedu l-punti (o) u (p) li ġejjin:
|
(2) |
L-Artikolu 1(3) huwa sostitwit b'dan li ġej: “3. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-konsenji tal-għalf u tal-ikel imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 li huma ddestinati għal persuna privata għall-konsum u l-użu personali biss. F'każ ta' dubju, l-oneru tal-provi għandu jinġarr mir-riċevitur tal-konsenja. Dan ir-Regolament ma għandux japplika wkoll għall-konsenji tal-għalf u tal-ikel mibgħuta bħala kampjuni kummerċjali, kampjuni tal-laboratorju jew bħala oġġetti għall-wiri fil-wirjiet, u li ma jkunux maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq jew li jintbagħtu biex jintużaw għal skopijiet xjentifiċi. Fi kwalunkwe każ, il-piż gross tal-konsenji msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandux jaqbeż it-30 kg.” |
(3) |
L-Artikolu 5(2) huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 884/2014 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament. |
L-Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-konsenji tal-għalf u tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 2(1) li jkunu ntbagħtu mill-pajjiż ta' oriġini qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jistgħu jiġu importati fl-UE mingħajr ma jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa u mir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u tal-analiżi.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Mejju 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 884/2014 tat-13 ta' Awwissu 2014 li jimponi kundizzjonijiet speċjali għar-regolamentazzjoni tal-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel minn ċertu pajjiżi terzi minħabba r-riskju ta' kontaminazzjoni bl-aflatossini u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1152/2009 (ĠU L 242, 14.8.2014, p. 4).
ANNESS I
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 l-annotazzjonijiet li ġejjin huma revokati:
Għalf u ikel (użu maħsub) |
Kodiċi NM (1) |
Subdiviżjoni tat-TARIC |
Pajjiż tal-oriġini |
Periklu |
Frekwenza tal-kontrolli fiżiċi u tal-identità (%) waqt l-importazzjoni |
||||
|
|
|
Il-Gambja (GM) |
Aflatossini |
50 |
||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
(Għalf u ikel) |
|
||||||||
|
|
|
Is-Sudan (SD) |
Aflatossini |
50” |
||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
(Għalf u ikel) |
|
ANNESS II
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 884/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
|
(2) |
Il-ħames entrata fir-rigward tat-tin imqadded; taħlitiet ta' ġewż jew ta' frott imnixxef li fihom it-tin; pejst tat-tin; u tin, ippreparat jew ippreservat, inklużi taħlitiet, mit-Turkija, hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(3) |
Is-sitt entrata fir-rigward tal-ġellewż; Taħlitiet ta' ġwież jew ta' frott imnixxef li fihom il-ġellewż; pejst tal-ġellewż; ġellewż, ippreparat jew ippreservat mod ieħor, anki t-taħlitiet ġellewż fil-forma ta' dqiq, jew mitħun, jew trab; ġellewż imqatta', imfettet jew imkisser; u ż-żejt tal-ġellewż, mit-Turkija, hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(4) |
It-tnax-il entrata fir-rigward tal-Capsicum annuum, sħiħ, imfarrak jew mitħun; frott imnixxef tal-ġeneru Capsicum, sħiħ, minbarra l-bżar ħelu (Capsicum annuum); u n-noċemuskata (Myristica fragrans), mill-Indja, hija sostitwita b'dan li ġej:
|
29.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 142/54 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/891
tat-28 ta' Mejju 2019
li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-klassi funzjonali “stabilizzaturi” u l-użu tal-lattat ferruż (E 585) fuq il-faqqiegħ Albatrellus ovinus bħala ingredjent tal-ikel fil-pâtés tal-fwied Żvediżi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 10(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi r-regoli dwar l-addittivi tal-ikel, il-klassijiet funzjonali tagħhom u jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel. |
(2) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistipula l-klassijiet funzjonali tal-addittivi tal-ikel fl-ikel u tal-addittivi tal-ikel fl-addittivi tal-ikel u fl-enżimi tal-ikel. |
(3) |
Il-progress xjentifiku u l-iżvilupp teknoloġiku ppermettew fehim aħjar tal-funzjoni teknoloġika tal-addittiv tal-ikel “il-lattat ferruż (E 585)”. Meta applikat fuq il-faqqiegħ Albatrellus ovinus, il-lattat ferruż ma jagħtix il-kulur waħdu, u lanqas ma jintensifika l-lewn eżistenti tal-Albatrellus oenfvinus. Dan jaffettwa u jbiddel il-kulur tal-Albatrellus ovinus (minn abjad għal skur) billi jirreaġixxi ma' ċerti komponenti tat-tessut tal-faqqiegħ bħal polifenoli. Din il-karatteristika tal-lattat ferruż ma taqax taħt il-klassi funzjonali attwali ta' “stabilizzaturi” u kwalunkwe klassi funzjonali oħra elenkata fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. Għalhekk, jenħtieġ li l-klassi funzjonali ta' “stabilizzaturi” tiġi emendata billi titneħħa l-kelma “eżistenti” sabiex tkopri l-funzjoni teknoloġika tal-lattat ferruż (E 585) meta jiġi applikat fuq l-Albatrellus ovinus. |
(4) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
(5) |
Il-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel tista' tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir applikazzjoni. |
(6) |
Fil-25 ta' Ottubru 2016 tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-lattat ferruż (E 585) fuq il-faqqiegħ Albatrellus ovinus li jintuża bħala ingredjent tal-ikel fil-pâtés tal-fwied Żvediżi u saret disponibbli għall-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008. |
(7) |
Fl-Iżvezja, ċertu pâtés tal-fwied (“leverpastej”) tradizzjonalment ikun fihom il-faqqiegħ Albatrellus ovinus bħala ingredjent tal-ikel. Qabel ma jiżdied dan il-faqqiegħ — li huwa abjad b'mod naturali — mal-pâtés tal-fwied, huwa neċessarju, mil-lat teknoloġiku, li jiġi ttrattat bil-lattat ferruż (E 585) sabiex jinkiseb il-kulur skur mixtieq. |
(8) |
Il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel kien ivvaluta s-sikurezza tal-użu tal-lattat ferruż (E 585) fuq iż-żebbuġ bħala aċċettabbli (3). Il-pâtés tal-fwied Żvediżi fihom biss madwar 0,5 % ta' faqqiegħ. L-esponiment addizzjonali għal-lattat ferruż meta dan jiżdied mal-faqqiegħ Albatrellus ovinus li jintuża bħala ingredjent tal-ikel fil-pâtés tal-fwied Żvediżi għalhekk għandu jkun negliġibbli. |
(9) |
Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha tfittex l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“L-Awtorità”) sabiex taġġorna l-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel stipulata fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, ħlief meta l-aġġornament inkwistjoni ma jkunx mistenni li jħalli effett fuq is-saħħa tal-bniedem. |
(10) |
Billi l-awtorizzazzjoni tal-lattat ferruż (E 585) fil-faqqiegħ Albatrellus ovinus użat bħala ingredjent tal-ikel fil-patès tal-fwied Żvediżi tikkostitwixxi aġġornament tal-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel li mhux mistenni jkollu effett fuq is-saħħa tal-bniedem, mhuwiex meħtieġ li titfittex l-opinjoni tal-Awtorità. |
(11) |
Għalhekk, huwa xieraq li l-lattat ferruż (E 585) jiġi awtorizzat bħala stabilizzatur għall-faqqiegħ Albatrellus ovinus użat bħala ingredjent tal-ikel fil-pâtés tal-fwied Żvediżi. |
(12) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jiġu emendati skont dan. |
(13) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Mejju 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).
(3) Ir-Rapport tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel, il-25 serje, 1990.
ANNESS
Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Anness I l-entrata 24 “stabilizzaturi” hija sostitwita kif ġej:
|
(2) |
Il-Parti E tal-Anness II qed tiġi emendata kif ġej:
|
29.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 142/57 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/892
tat-28 ta' Mejju 2019
dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparat tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1079 bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer kollha ħlief il-qżieqeż miftuma u l-ħnieżer nisa u l-ispeċijiet porċini minuri kollha (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danstar Ferment AG irrappreżentat minn Lallemand SAS)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' tali awtorizzazzjoni. |
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparat tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1079. Mal-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparat tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1079 bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer kollha ħlief il-qżieqeż miftuma u l-ħnieżer nisa u l-ispeċijiet porċini minuri kollha, li jrid jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. |
(4) |
Dak il-preparat diġà kien awtorizzat bħala addittiv żootekniku għal għaxar snin bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 018/347 (2) biex jintuża għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer nisa, u bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1905 (3) biex jintuża għat-tiġieġ tas-simna u għal speċijiet minuri ta' tjur imrobbija għas-simna. |
(5) |
Fl-opinjoni tagħha tat-28 ta' Novembru 2018 (4), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-preparat tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1079 ma għandux effett avvers fuq saħħet l-annimali, fuq saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li l-addittiv għandu l-potenzjal li jkun effikaċi fil-ħnieżer kollha. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf li tressaq mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(6) |
Il-valutazzjoni tal-preparat tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1079 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew issodisfati. Għaldaqstant jenħtieġ li l-użu ta' dan il-preparat jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparat speċifikat fl-Anness, li jagħmel parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterji li jkun hemm fil-musrana”, huwa awtorizzat bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Mejju 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/347 tal-5 ta' Marzu 2018 dwar l-awtorizzazzjoni għall-preparat ta' Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1079 bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes u għall-ħnieżer nisa u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1847/2003 u (KE) Nru 2036/2005 (detentur tal-awtorizzazzjoni Danstar Ferment AG irrappreżentat minn Lallemand SAS) (ĠU L 67, 9.3.2018, p. 21).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1905 tat-18 ta' Ottubru 2017 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1079 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna u għal speċijiet minuri ta' tjur imrobbija għas-simna (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danstar Ferment AG irrappreżentat minn Lallemand SAS) (ĠU L 269, 19.10.2017, p. 30).
(4) EFSA Journal 2019;17(1):5535.
ANNESS
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimali |
Eta' massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||
CFU/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % |
|||||||||||||||||
Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterji li jkun hemm fil-musrana. |
|||||||||||||||||
4d1703 |
Danstar Ferment AG irrappreżentat minn Lallemand SAS |
Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1079 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1079 li fih minimu ta':
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli vijabbli tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1079 Metodu analitiku (1) Enumerazzjoni: metodu tat-tferrigħ bl-użu tal-agar magħmul mid-destrożju, estratt tal-ħmira u kloramfenikol (EN15789:2009) Identifikazzjoni: metodu tar-reazzjoni katina bil-polimerażi (PCR) (CEN/TS) 15790:2008 |
Il-ħnieżer kollha ħlief ħnieżer nisa u qżieqeż miftuma L-ispeċijiet porċini minuri kollha |
— |
1 × 109 |
|
|
it-18 ta' Ġunju 2029 |
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
29.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 142/60 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/893
tat-28 ta' Mejju 2019
dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta' Bacillus subtilis DSM 15544 bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1444/2006 (detentur tal-awtorizzazzjoni, Asahi Calpis Wellness Co. Ltd., rappreżentata fl-Unjoni minn Asahi Calpis Wellness Co. Ltd. Europe Representative Office)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti u għat-tiġdid ta' tali awtorizzazzjoni. |
(2) |
Il-Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) kien awtorizzat għal għaxar snin bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1444/2006 (2). |
(3) |
Skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni mid-detentur ta' dik l-awtorizzazzjoni għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) bħala addittiv fl-għalf, għat-tiġieġ tas-simna, bit-talba li dak l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-additivi “additivi żootekniċi”. Flimkien ma' dik l-applikazzjoni ngħataw id-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(4) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tat-13 ta' Ġunju 2018 (3) li l-applikant ipprovda data li turi li l-addittiv jikkonforma mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni. |
(5) |
Il-valutazzjoni ta' Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għalhekk, l-awtorizzazzjoni ta' dak l-addittiv għandha tiġġedded kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(6) |
B'konsegwenza tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) bħala addittiv fl-għalf bil-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament, ir-Regolament (KE) Nru 1444/2006 jenħtieġ li jitħassar. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-awtorizzazzjoni tal-addittiv speċifikat fl-Anness, li jappartieni għall-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” għall-grupp funzjonali “stabilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana”, hija mġedda soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 1444/2006 huwa mħassar.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Mejju 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1444/2006 tad- 29 ta' Settembru 2006 rigward l-awtorizzazzjoni tal-Bacillus subtilis C-3102 (Calsporin) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 271, 30.9.2006, p. 19).
(3) EFSA Journal 2018;16(7):5340.
ANNESS
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizz azzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
||||||
CFU/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % |
|||||||||||||||
Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana |
|||||||||||||||
4b1820 |
Asahi Calpis Wellness Co. Ltd, irrappreżentata minn Asahi Calpis Wellness Co. Ltd Europe Representative Office |
Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) |
Kompożizzjoni kimika: Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) b'minimu ta' 1 × 1010 CFU/g Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: Spori vijabbli (CFU) tal-Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) Metodu analitiku (1) Enumerazzjoni: Il-metodu tat-tifrix bl-użu tal-agar tat-triptonju tas-soja (EN 15784:2009) Identifikazzjoni: elettroforeżi bil-ġell f'kamp pulsat (PFGE). |
Tiġieġ tas-simna |
— |
5 × 108 |
— |
|
It-18 ta' Ġunju 2029 |
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports.
29.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 142/63 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/894
tat-28 ta' Mejju 2019
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-L-treonina prodotta permezz tal-Escherichia coli CGMCC 7.232 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' tali awtorizzazzjoni. |
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-L-treonina prodotta permezz tal-Escherichia coli CGMCC 7.232 bħala addittiv tal-għalf għall-użu fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Flimkien ma' dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) ta' dak ir-Regolament (KE). |
(3) |
Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-L-treonina prodotta permezz tal-Escherichia coli CGMCC 7.232 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrizzjonali”. |
(4) |
Fl-opinjonijiet tagħha tat-2 ta' Ottubru 2018 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-L-treonina prodotta permezz tal-Escherichia coli CGMCC 7.232 ma għandhiex effett avvers fuq is-saħħa tal-annimali, is-sikurezza tal-konsumatur jew l-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li l-addittiv huwa kkunsidrat bħala sensitizzatur potenzjali tal-ġilda u irritant tal-għajnejn u tal-ġilda u ddikjarat li hemm riskju għall-utenti jekk ikun hemm inalazzjoni tal-addittiv. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem, b'mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-addittiv huwa sors effikaċi tal-amminoaċidu L-treonina għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li sabiex ikun effikaċi fir-ruminanti daqs kemm huwa effikaċi fl-ispeċijiet mhux ruminanti, jenħtieġ li l-addittiv ikun protett mid-degradazzjoni fil-kirxa. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
Il-valutazzjoni tal-L-treonina prodotta permezz tal-Escherichia coli CGMCC 7.232 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għalhekk, l-użu ta' dan l-addittiv jenħtieġ li jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta' addittivi “addittivi nutrizzjonali” u mill-grupp funzjonali “amminoaċidi, l-imluħ u l-analogi tagħhom”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Mejju 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2018;16(10):5458.
ANNESS
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||||||||||
mg/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Kategorija ta' addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: amminoaċidi, l-imluħ u l-analogi tagħhom. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3c410 |
— |
L-treonina |
Kompożizzjoni tal-addittiv: Trab b'minimu ta' 98 % L-treonina (abbażi ta' materja niexfa). Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: L-treonina prodotta bil-fermentazzjoni permezz tal-
Metodi analitiċi (1): Għad-determinazzjoni tal-L-treonina fl-addittiv tal-għalf:
Għad-determinazzjoni tat-treonina fit-taħlitiet lesti minn qabel:
Għad-determinazzjoni tat-treonina fl-għalf kompost u fil-materjali tal-għalf:
Għad-determinazzjoni tat-treonina fl-ilma:
|
L-ispeċijiet kollha |
— |
— |
— |
|
It-18 ta' Ġunju 2029 |
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(2) L-esponiment jiġi kkalkulat abbażi tal-livell ta' endotossini u l-potenzjal li l-addittiv jarmi t-trab skont il-metodu li jintuża mill-EFSA (EFSA Journal 2018;16(10):5458); metodu analitiku: Farmakopea Ewropea 2.6.14. (endotossini batteriċi).
DEĊIŻJONIJIET
29.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 142/67 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/895
tat-22 ta' Mejju 2019
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill tal-Ministri AKP-UE fir-rigward tad-delega tas-setgħat lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE dwar id-deċiżjoni li jiġu adottati miżuri tranżizzjonali skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku minn banda waħda u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE”), ġie ffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000. Il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2003 u għandu jiġi applikat sad-29 ta' Frar 2020. |
(2) |
F'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, in-negozjati lejn Ftehim ta' Sħubija AKP-UE ġdid tnedew f'Settembru 2018. Huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri tranżizzjonali f'każ li l-Ftehim il-ġdid ma jkunx lest biex jiġi applikat sad-data tal-iskadenza tal-qafas ġuridiku attwali. |
(3) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE jipprevedi li l-Kunsill tal-Ministri jadotta kwalunkwe miżura tranżizzjonali li tista' tkun meħtieġa sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim il-ġdid. |
(4) |
Skont l-Artikolu 15(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, il-Kunsill tal-Ministri AKP-UE jista' jadotta deċiżjoni biex jiddelega setgħat lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE, inkluża s-setgħa li tiġi adottata deċiżjoni dwar miżuri tranżizzjonali. |
(5) |
Il-Kunsill tal-Ministri AKP-UE għandu jkollu l-laqgħa ordinarja tiegħu fit-23 u fl-24 ta' Mejju 2019 fi Brussell. Il-miżuri tranżizzjonali ma ġewx miftiehma u għalhekk ma jistgħux jiġu adottati mill-Kunsill tal-Ministri AKP-UE fil-laqgħa ordinarja tiegħu. Peress li mhumiex previsti aktar laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri AKP-UE qabel ma jiskadi l-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, u sabiex jiġi żgurat li d-deċiżjoni dwar il-miżuri tranżizzjonali tittieħed fil-waqt, huwa meħtieġ li d-deċiżjoni li jiġu adottati miżuri tranżizzjonali skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE tiġi ddelegata lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE. |
(6) |
Matul l-44 sessjoni tiegħu, il-Kunsill tal-Ministri AKP-UE għandu jadotta deċiżjoni li tiddelega s-setgħat biex jiġu adottati miżuri tranżizzjonali lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE (“l-att previst”). |
(7) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kunsill tal-Ministri AKP-UE, billi l-att previst huwa vinkolanti fuq l-Unjoni. |
(8) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni li tapprova l-att previst fil-Kunsill tal-Ministri AKP-UE jenħtieġ li tiġi stabbilita f'din id-Deċiżjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fl-44 sessjoni tal-Kunsill tal-Ministri AKP-UE għandha tkun li tapprova d-delega ta' setgħat lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE, f'konformità mal-Artikolu 15(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, dwar id-deċiżjoni li tiġi adottata, skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, kwalunkwe miżura tranżizzjonali li tista' tkun meħtieġa sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim il-ġdid.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Mejju 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
C.B. MATEI
29.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 142/69 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/896
tat-28 ta' Mejju 2019
li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/450 fir-rigward tad-Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni għal kittijiet ta' diviżjoni interna għall-użu bħala ħitan b'piż li mhux tat-tagħbija, sistemi ta' folji flessibbli li ma jidħolx ilma minnhom u li jkunu mwaħħlin mekkanikament, folja kompożita rqiqa tal-metall, mikrosferi vojta minn ġewwa u elastiċi bħala taħlita tal-konkos, assemblaġġi għat-twaħħil ta' superfiċe ċatta, u kittijiet tas-soqfa transluċidi li jifilħu lilhom infushom b'għata magħmula minn folji tal-plastik
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 22 tiegħu,
Billi:
(1) |
F'konformità mar-Regolament (UE) Nru 305/2011, il-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika jridu jużaw il-metodi u l-kriterji pprovduti fid-Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-bini koperti minn dawk id-dokumenti b'rabta mal-karatteristiki essenzjali tagħhom. |
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, wara diversi talbiet mill-manifatturi għal Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej, l-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika (korpi VT) fasslet u adottat diversi Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni. |
(3) |
Id-Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni jikkonċernaw kittijiet ta' diviżjoni interna għall-użu bħala ħitan b'piż li mhux tat-tagħbija, sistemi ta' folji flessibbli li ma jidħolx ilma minnhom u li jkunu mwaħħlin mekkanikament, folja kompożita rqiqa tal-metall, mikrosferi vojta minn ġewwa u elastiċi bħala taħlita tal-konkos, assemblaġġi għat-twaħħil ta' superfiċe ċatta, u kittijiet tas-soqfa transluċidi li jifilħu lilhom infushom b'għata magħmula minn folji tal-plastik. Id-Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni fihom deskrizzjoni ġenerali tal-prodott għall-bini, il-lista tal-karatteristiki essenzjali, rilevanti għall-użu maħsub tal-prodott kif previst mill-manifattur u miftiehem bejn il-manifattur u l-organizzazzjoni tal-korpi VT, kif ukoll il-metodi u l-kriterji għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodott b'rabta ma' dawk il-karatteristiki essenzjali. |
(4) |
Filwaqt li d-Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni li jikkonċernaw kittijiet ta' diviżjoni interna għall-użu bħala ħitan b'piż li mhux tat-tagħbija, sistemi ta' folji flessibbli li ma jidħolx ilma minnhom u li jkunu mwaħħlin mekkanikament, u kittijiet tas-soqfa transluċidi li jifilħu lilhom infushom b'għata magħmula minn folji tal-plastik kienu nħarġu biex jieħdu post il-Linji Gwida korrispondenti li kienu jintużaw qabel għall-Approvazzjoni Teknika Ewropea (ETAGs), id-Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni li jikkonċernaw folja kompożita rqiqa tal-metall, mikrosferi vojta minn ġewwa u elastiċi bħala taħlita tal-konkos, u assemblaġġi għat-twaħħil ta' superfiċe ċatta kienu bbażati unikament fuq talbiet ta' manifatturi individwali għal Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej. |
(5) |
Il-Kummissjoni vvalutat jekk id-Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni mfassla mill-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika jissodisfawx it-talbiet li jridu jiġu ssodisfati b'rabta mar-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet ta' bini stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 305/2011. |
(6) |
Id-Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni mfassla mill-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika jissodisfaw it-talbiet li jridu jiġu ssodisfati b'rabta mar-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet ta' bini stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, peress li l-elementi elenkati fil-premessa 3 ta' din id-Deċiżjoni ġew inkorporati fihom kif suppost. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu ppubblikati r-referenzi ta' dawk id-Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(7) |
Il-lista ta' Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni ġiet ippubblikata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/450 (2). Għal raġunijiet ta' ċarezza, jenħtieġ li r-referenzi ta' Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni ġodda jiżdiedu ma' dik il-lista. |
(8) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/450 tiġi emendata skont dan. |
(9) |
Sabiex jiġi ffaċilitat l-użu tad-Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni minn kmieni kemm jista' jkun, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/450 huwa emendat f'konformità mal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Mejju 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/450 tad-19 ta' Marzu 2019 dwar il-pubblikazzjoni tad-Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni (EADs) għall-prodotti tal-bini abbozzati b'appoġġ tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 77, 20.3.2019, p. 78).
ANNESS
Fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/450, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:
“030351-00-0402 |
Sistemi ta' folji flessibbli li ma jidħolx ilma minnhom u li jkunu mwaħħlin mekkanikament (jieħdu post l-ispeċifikazzjoni teknika “ETAG 006”) |
210005-00-0505 |
Kittijiet ta' diviżjoni interna għall-użu bħala ħitan b'piż mhux tat-tagħbija (jieħdu post l-ispeċifikazzjoni teknika “ETAG 003”) |
210046-00-1201 |
Folja kompożita rqiqa tal-metall |
220089-00-0401 |
Kittijiet tas-soqfa transluċidi li jifilħu lilhom infushom b'għata magħmula minn folji tal-plastik (jieħdu post l-ispeċifikazzjoni teknika “ETAG 010”) |
260017-00-0301 |
Mikrosferi vojta minn ġewwa u elastiċi bħala taħlita tal-konkos |
331924-00-0602 |
Assemblaġġi għat-twaħħil ta' superfiċe ċatta” |