ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 137 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 62 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
* |
||
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/828 tal-14 ta' Marzu 2019 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/127 rigward ir-rekwiżiti għall-vitamina D fil-formula tat-trabi u għall-aċidu eruċiku fil-formula tat-trabi u fil-formula ta' prosegwiment ( 1 ) |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/831 tat-22 ta' Mejju 2019 li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi ( 1 ) |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
23.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 137/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/825
tal-14 ta' Mejju 2019
dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Filippini dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, (1)
Billi:
(1) |
F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/2003 (2), il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Filippini dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (il“Ftehim”) ġie ffirmat, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar 'il quddiem. |
(2) |
Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi approvat f'isem l-Unjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Filippini dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni. (3)
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Mejju 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
P. DAEA
(1) Approvazzjoni tas-16 ta' April 2019.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/2003 tal-20 ta' Settembru 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Filippini dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru, u l-applikazzjoni provviżorja tiegħu (ĠU L 322, 18.12.2018, p. 1).
(3) It-test tal-Ftehim ġie ppubblikat f'ĠU L 322, 18.12.2018, p. 3 flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-firma.
REGOLAMENTI
23.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 137/3 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/826
tal-4 ta' Marzu 2019
li jemenda l-Annessi VIII u IX tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontenut tal-valutazzjonijiet komprensivi tal-potenzjal għal tisħin u għal tkessiħ effiċjenti
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 22 tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2012/27/UE tistabbilixxi l-qafas u l-kontenut tal-valutazzjonijiet komprensivi mill-Istati Membri dwar il-potenzjal għal tisħin u għal tkessiħ effiċjenti. |
(2) |
L-Artikoli 22 u 23(2) tad-Direttiva 2012/27/UE jagħtu lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti delegati biex tadatta r-rekwiżiti tal-Annessi VIII u IX. |
(3) |
L-ewwel ċiklu ta' valutazzjonijiet komprensivi ġie analizzat mill-Kummissjoni. Il-ġbir ta' data ġdida, l-identifikazzjoni ta' potenzjali ġodda u l-iskambju tal-aqwa prattiki għall-effiċjenza fl-enerġija għat-tisħin u għat-tkessiħ ikkonfermaw il-benefiċċji tal-valutazzjonijiet komprensivi u kkonfermaw il-ħtieġa li l-Kummissjoni titlob lill-Istati Membri jaġġornaw u jinnotifikaw it-tieni ċiklu ta' valutazzjonijiet komprensivi. |
(4) |
Il-valutazzjonijiet varjaw fil-metodoloġija u fil-kontenut, u għalhekk rekwiżiti iktar ċari, in-newtralità teknoloġika u rabta aħjar mal-politiki ġew identifikati bħala oqsma fejn jista' jsir titjib. Ir-rekwiżiti dwar il-kontenut tal-valutazzjonijiet komprensivi jeħtieġ li jiġu aġġornati qabel it-tieni ċiklu sabiex tiżdied l-informazzjoni miġbura tkun iktar utli għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni, sabiex tiġi ssimplifikata l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta u sabiex ikun hemm rabta aħjar ma' leġiżlazzjoni oħra tal-unjoni tal-enerġija, b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u l-Azzjoni Klimatika u d-Direttivi (UE) 2018/844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li temenda d-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija, id-Direttiva (UE) 2018/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) li temenda d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija, u d-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli. |
(5) |
Għodda xierqa li jistgħu jużaw l-Istati Membri fl-identifikazzjoni tal-punti tal-provvista ppjanati tat-tisħin u tat-tkessiħ u tal-installazzjonijiet ippjanati tat-trażmissjoni tat-tisħin distrettwali hija d-data dwar l-applikazzjonijiet għall-permessi. |
(6) |
l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati ġew ikkonsultati dwar il-proċess tal-valutazzjonijiet komprensivi u dwar abbozz ta' dokument ta' ħidma tal-Anness VIII aġġornat f'laqgħa ta' konsultazzjoni konġunta fil-25 ta' Ottubru 2018. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ġew diskussi mill-esperti tal-Istati Membri skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva (UE) 2018/2002. |
(8) |
għalhekk, jenħtieġ li l-Anness VIII u l-Parti 1 tal-Anness IX tad-Direttiva 2012/27/UE jiġu adattati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Potenzjal għal tisħin u għal tkessiħ effiċjenti
(1) L-Anness VIII tad-Direttiva 2012/27/UE huwa sostitwit bit-test fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.
(2) L-Anness IX tad-Direttiva 2012/27/UE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Marzu 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).
(3) Id-Direttiva (UE) 2018/844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 75).
(4) Id-Direttiva (UE) 2018/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 li temenda d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 210).
(5) Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).
ANNESS I
Emenda għall-Anness VIII
L-Anness VIII tad-Direttiva 2012/27/UE huwa sostitwit kif ġej:
“ANNESS VIII
Potenzjal għal tisħin u għal tkessiħ effiċjenti
Il-valutazzjoni komprensiva tal-potenzjali nazzjonali għal tisħin u għal tkessiħ effiċjenti msemmija fl-Artikolu 14(1) għandha tinkludi u tkun ibbażata fuq dan li ġej:
Parti I
ĦARSA KUMPLESSIVA LEJN IT-TISĦIN U T-TKESSIĦ
1. id-domanda għat-tisħin u għat-tkessiħ f'termini ta' enerġija utli vvalutata (1) u f'termini ta' konsum finali tal-enerġija kkwantifikat f'GWh kull sena (2) skont is-setturi:
(a) |
is-settur residenzjali; |
(b) |
is-settur tas-servizzi; |
(c) |
is-settur tal-industrija; |
(d) |
kwalunkwe settur ieħor li individwalment jikkonsma iktar minn 5 % tad-domanda nazzjonali totali għat-tisħin u għat-tkessiħ utli; |
2. l-identifikazzjoni, jew fil-każ tal-punt 2(a)(i), l-identifikazzjoni jew l-istima, tal-provvista attwali ta' tisħin u ta' tkessiħ:
(a) |
skont it-teknoloġija, f'GWh kull sena (3), fis-setturi msemmija fil-punt 1 fejn ikun possibbli, filwaqt li ssir distinzjoni bejn l-enerġija minn sorsi fossili u dik minn sorsi rinnovabbli:
|
(b) |
l-identifikazzjoni ta' installazzjonijiet li jiġġeneraw sħana jew kesħa residwa u l-provvista potenzjali tagħhom ta' tisħin jew ta' tkessiħ, f'GWh kull sena:
|
(c) |
l-ammont irrapportat ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli u minn sħana jew kesħa residwa fil-konsum finali tal-enerġija tas-settur tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali (4) matul l-aħħar ħames snin, b'konformità mad-Direttiva (UE) 2018/2001; |
3. mappa li tkopri t-territorju nazzjonali kollu u li tidentifika (filwaqt li tiġi ppreservata l-informazzjoni kummerċjalment sensittiva):
(a) |
iż-żoni tad-domanda għat-tisħin u għat-tkessiħ wara l-analiżi tal-punt 1, filwaqt li jintużaw kriterji konsistenti biex issir enfasi fuq iż-żoni b'densità tal-enerġija fil-muniċipalitajiet u fil-konurbazzjonijiet; |
(b) |
il-punti tal-provvista eżistenti ta' tisħin u ta' tkessiħ identifikati skont il-punt 2(b) u l-installazzjonijiet eżistenti tat-trażmissjoni tat-tisħin distrettwali; |
(c) |
il-punti tal-provvista ppjanati ta' tisħin u ta' tkessiħ tat-tip deskritt skont il-punt 2(b) u l-installazzjonijiet eżistenti tat-trażmissjoni tat-tisħin distrettwali; |
4. tbassir tax-xejriet fid-domanda għat-tisħin u għat-tkessiħ biex tinżamm perspettiva tat-30 sena li jmiss f'GWh u filwaqt li jitqiesu b'mod partikolari l-projezzjonijiet għall-10 snin li ġejjin, il-bidla fid-domanda fil-bini u f'setturi differenti tal-industrija, u l-impatt tal-politiki u tal-istrateġiji marbuta mal-ġestjoni tad-domanda, bħall-istrateġiji fit-tul ta' rinnovazzjoni tal-bini skont id-Direttiva (UE) 2018/844;
Parti II
OBJETTIVI, STRATEĠIJI U MIŻURI TA' POLITIKA
5. il-kontribuzzjoni ppjanata tal-Istat Membru fir-rigward tal-għanijiet, tal-miri u tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali tiegħu għall-ħames dimensjonijiet tal-unjoni tal-enerġija, kif stipulat fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (UE) 2018/1999, imwassla permezz ta' tisħin u ta' tkessiħ effiċjenti, b'mod partikolari b'rabta mal-punti 1 sa 4 tal-Artikolu 4(b) u mal-paragrafu (4)(b) tal-Artikolu 15, li tidentifika liema minn dawn l-elementi huwa addizzjonali meta mqabbel mal-pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u għall-klima;
6. ħarsa kumplessiva ġenerali lejn il-politiki u l-miżuri eżistenti kif deskritt fl-iktar rapport reċenti ppreżentat b'konformità mal-Artikoli 3, 20, 21 u 27(a) tar-Regolament (UE) 2018/1999;
Parti III
ANALIŻI TAL-POTENZJAL EKONOMIKU TAT-TISĦIN U TAT-TKESSIĦ EFFIĊJENTI
7. analiżi tal-potenzjal ekonomiku (5) ta' teknoloġiji differenti tat-tisħin u tat-tkessiħ għandha titwettaq għat-territorju nazzjonali kollu billi tintuża l-analiżi tal-kostijiet u tal-benefiċċji msemmija fl-Artikolu 14(3) u għandha tidentifika xenarji alternattivi għal teknoloġiji iktar effiċjenti tat-tisħin u tat-tkessiħ, filwaqt li ssir distinzjoni bejn l-enerġija minn sorsi fossili u dik minn sorsi rinnovabbli fejn ikun applikabbli.
Jenħtieġ li jiġu kkunsidrati t-teknoloġiji li ġejjin:
(a) |
is-sħana u l-kesħa residwa industrijali; |
(b) |
l-inċinerazzjoni tal-iskart; |
(c) |
il-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja; |
(d) |
sorsi ta' enerġija rinnovabbli (pereżempju l-enerġija ġeotermali, l-enerġija termali solari u l-bijomassa) ħlief dawk li jintużaw għall-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja; |
(e) |
il-pompi tas-sħana; |
(f) |
it-tnaqqis tat-telf tas-sħana min-netwerks distrettwali eżistenti; |
8. din l-analiżi tal-potenzjal ekonomiku għandha tinkludi l-passi u l-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:
(a) |
Kunsiderazzjonijiet:
|
(b) |
Kostijiet u benefiċċji Il-kostijiet u l-benefiċċji msemmija fil-punt 8(a) għandhom jinkludu minn tal-inqas il-kostijiet u l-benefiċċji li ġejjin:
|
(c) |
Xenarji rilevanti mqabbla max-xenarju bażi: Għandhom jiġu kkunsidrati x-xenarji rilevanti kollha mqabbla max-xenarju bażi, inkluż ir-rwol tat-tisħin u tat-tkessiħ individwali effiċjenti.
|
(d) |
Konfini u approċċ integrat:
|
(e) |
Suppożizzjonijiet:
|
(f) |
Analiżi tas-sensittività:
|
Parti IV
STRATEĠIJI U MIŻURI TA' POLITIKA ĠODDA POTENZJALI
9. ħarsa ġenerali lejn il-miżuri ġodda ta' politika leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi (8) sabiex jitwettaq il-potenzjal ekonomiku identifikat skont il-punti 7 u 8, flimkien:
(a) |
mat-tnaqqis previst tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra; |
(b) |
mal-iffrankar previst tal-enerġija primarja f'GWh kull sena; |
(c) |
mal-impatt previst fuq l-ammont ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja; |
(d) |
mal-impatt previst fuq l-ammont ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija nazzjonali u fis-settur tat-tisħin u tat-tkessiħ; |
(e) |
mar-rabtiet previsti mal-ipprogrammar finanzjarju nazzjonali u mal-iffrankar previst tal-kostijiet għall-baġit pubbliku u għall-parteċipanti tas-suq; |
(f) |
mal-istima tal-miżuri previsti ta' sostenn pubbliku, jekk ikun hemm, bil-baġit annwali tagħhom u bl-identifikazzjoni tal-element ta' għajnuna potenzjali. |
(1) L-ammont ta' enerġija termali meħtieġ biex tiġi ssodisfata d-domanda tal-utenti finali għat-tisħin u għat-tkessiħ.
(2) Jenħtieġ li tintuża l-iktar data reċenti disponibbli.
(3) Jenħtieġ li tintuża l-iktar data reċenti disponibbli.
(4) Wara li tiġi stabbilita l-metodoloġija għall-kalkolu tal-kwantità ta' enerġija rinnovabbli li tintuża għat-tkessiħ u għat-tkessiħ distrettwali skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva (UE) 2018/2001, l-identifikazzjoni ta' “tkessiħ rinnovabbli” għandha titwettaq b'konformità ma' dik id-Direttiva. Sakemm jasal dak iż-żmien, l-identifikazzjoni għandha titwettaq skont metodoloġija nazzjonali xierqa.
(5) Jenħtieġ li l-analiżi tal-potenzjal ekonomiku tippreżenta l-volum ta' enerġija (f'GWh) li jista' jiġi ġġenerat kull sena minn kull teknoloġija analizzata. Jenħtieġ li jitqiesu wkoll il-limitazzjonijiet u l-interrelazzjonijiet fis-sistema tal-enerġija. L-analiżi tista' tuża mudelli bbażati fuq suppożizzjonijiet li jirrappreżentaw it-tħaddim ta' tipi komuni ta' teknoloġiji jew ta' sistemi.
(6) Inkluż il-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 15(7) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.
(7) Id-data limitu biex jitqiesu l-politiki għax-xenarju bażi hija tmiem is-sena ta' qabel is-sena li sa tmiemha trid issir il-valutazzjoni komprensiva. Jiġifieri, il-politiki ppromulgati fi żmien sena qabel l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-valutazzjoni komprensiva ma hemmx għalfejn jitqiesu.
(8) Din il-ħarsa ġenerali għandha tinkludi l-miżuri u l-programmi ta' finanzjament li jistgħu jiġu adottati matul il-perjodu tal-valutazzjoni komprensiva, mingħajr ma tiġi ppreġudikata notifika separata tal-iskemi ta' sostenn pubbliku għal valutazzjoni ta' għajnuna mill-Istat,
ANNESS II
Emenda għall-Anness IX tad-Direttiva 2012/27/UE
Il-Parti 1 tal-Anness IX tad-Direttiva 2012/27/UE titħassar.
23.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 137/10 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/827
tat-13 ta' Marzu 2019
dwar il-kriterji li jeħtieġ jiġu ssodisfati mill-operaturi professjonisti sabiex jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 89(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-proċeduri biex jiġi żgurat li dawk il-kriterji jintlaħqu
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 89(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/2031 jipprevedi li passaport tal-pjanti jenħtieġ li jinħareġ għaċ-ċaqliq ta' ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra fit-territorju tal-Unjoni u lejn żona protetta u fiha. |
(2) |
Sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni li tinsab fil-passaport tal-pjanti, kif ukoll l-eżamijiet meħtieġa għall-ħruġ tal-passaporti tal-pjanti, ikunu bbażati fuq għarfien espert xjentifiku u tekniku sod, il-passaporti tal-pjanti jistgħu jinħarġu biss mill-operaturi awtorizzati taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti. |
(3) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti ċerti kriterji biex jiġi żgurat li l-operaturi professjonisti jkollhom l-għarfien meħtieġ tar-regoli li jikkonċernaw il-pesti li jistgħu jaffettwaw ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn, kif ukoll il-miżuri għall-prevenzjoni tal-preżenza u t-tixrid ta' dawk il-pesti. |
(4) |
Se tkun meħtieġa proċedura biex jiġi żgurat li l-kriterji kollha msemmija fl-Artikolu 89(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031 jiġu ssodisfati, bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-operaturi awtorizzati kollha jkunu konxji mill-informazzjoni meħtieġa għall-ħruġ tal-passaporti tal-pjanti. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu disponibbli dokument tekniku li jkun fih l-informazzjoni dwar il-bijoloġija tal-pesti u l-vetturi rispettivi, u dwar l-aspetti rilevanti tal-bijoloġija tal-pjanti, tal-prodotti mill-pjanti u ta' oġġetti oħra bħala ospitanti tagħhom, u dwar it-twettiq ta' eżamijiet, il-prevenżjoni tal-preżenza u t-tixrid tal-pesti rispettivi u l-istabbiliment ta' pjan. |
(5) |
Sabiex l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi professjonisti jkollhom iż-żmien xieraq biex jippreparaw għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet t'hawn fuq, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-14 ta' Diċembru 2020. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kriterji li jeħtieġ jiġu ssodisfati mill-operaturi professjonisti awtorizzati li joħorġu l-passaporti tal-pjanti
L-operaturi professjonisti għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin sabiex ikunu eliġibbli għall-awtorizzazzjoni fir-rigward tal-ħruġ tal-passaporti tal-pjanti:
(a) |
ikunu wrew lill-awtorità kompetenti l-għarfien meħtieġ tar-regoli applikabbli rilevanti applikabbli għall-eżamijiet imwettqa skont l-Artikolu 87 tar-Regolament (UE) 2016/2031 fir-rigward tal-pesti tal-kwarantina fl-Unjoni, il-pesti soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, il-pesti tal-kwarantina f'żoni protetti u l-pesti mhux tal-kwarantina rregolati fl-Unjoni li jistgħu jaffettwaw lill-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra kkonċernati; |
(b) |
ikunu wrew lill-awtorità kompetenti l-għarfien meħtieġ tal-aħjar prattiki, tal-miżuri u ta' azzjonijiet oħra meħtieġa għall-prevenzjoni tal-preżenza u t-tixrid tal-pesti msemmija fil-punt (a); |
(c) |
ikollhom pjan effikaċi li jeħtieġ jiġi segwit fil-każ ta' kwalunkwe okkorrenza jew sejba suspettuża tal-pesti msemmija fil-punt (a) li taffettwa jew li x'aktarx taffettwa lill-pjanti, lill-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra tagħhom; |
(d) |
ikunu wrew lill-awtorità kompetenti l-għarfien u l-kompetenza meħtieġa għat-twettiq tal-eżamijiet neċessarji tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra għall-pesti rilevanti, u għat-teħid tal-miżuri msemmija fil-punt (b); |
(e) |
ikunu wrew lill-awtorità kompetenti li għandhom fil-pussess tagħhom jew għandhom aċċess għat-tagħmir u l-faċilitajiet meħtieġa għat-twettiq tal-eżamijiet neċessarji tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra, kif ukoll għandhom fil-pussess tagħhom il-kapaċità li jieħdu l-miżuri msemmija fil-punt (b); |
(f) |
ikunu ħatru persuna ta' kuntatt responsabbli għall-komunikazzjoni mal-awtorità kompetenti fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, u jkunu kkomunikaw id-dettalji ta' kuntatt tiegħu lill-awtorità kompetenti. |
Artikolu 2
Proċeduri għall-iżgurar li jiġu ssodisfati l-kriterji għall-operaturi professjonisti
1. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-operaturi professjonisti jkollhom aċċess għal gwida teknika dwar il-kriterji li jeħtieġ jiġu ssodisfati fl-eżamijiet marbuta mal-ħruġ tal-passaporti tal-pjanti.
Din il-gwida teknika għandha tkun aċċessibbli permezz tas-sit web uffiċjali ta' kull awtorità kompetenti, u għandu jkollu l-elementi kollha li ġejjin:
(a) |
informazzjoni dwar il-bijoloġija tal-pesti u l-vetturi rispettivi, u dwar l-aspetti rilevanti tal-bijoloġija tal-ospitanti kkonċernati; |
(b) |
informazzjoni dwar is-sinjali tal-preżenza ta' dawk il-pesti u s-sintomi ta' infestazzjoni tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra mill-pesti rispettivi, il-modalitajiet għat-twettiq ta' spezzjonijiet viżivi, kif ukoll it-teħid ta' kampjuni u l-ittestjar; |
(c) |
informazzjoni dwar l-aħjar prattiki, il-miżuri u azzjonijiet oħra li jeħtieġ jittieħdu għall-prevenzjoni tal-preżenza u t-tixrid tal-pesti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1; |
(d) |
informazzjoni dwar l-istabbiliment u l-kontenut tal-pjan imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 1. |
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jivverifikaw li l-operaturi professjonisti jikkonformaw mal-kriterji kollha stabbiliti fil-paragrafu 1.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u data ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu japplika mill-14 ta' Diċembru 2020.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Marzu 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
23.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 137/12 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/828
tal-14 ta' Marzu 2019
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/127 rigward ir-rekwiżiti għall-vitamina D fil-formula tat-trabi u għall-aċidu eruċiku fil-formula tat-trabi u fil-formula ta' prosegwiment
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/127 (2) jistabbilixxi, fost l-oħrajn, ir-regoli dwar il-kompożizzjoni u t-tikkettar tal-formula tat-trabi u tal-formula ta' prosegwiment. |
(2) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/127 jistipula speċifikament li l-formula tat-trabi jrid ikun fiha ammonti ta' vitamina D fil-firxa ta' 2 sa 3 μg/100 kcal. |
(3) |
Tqajjem tħassib li jekk ikun hemm konsum għoli tal-formola li jkun fiha 3 μg/100 kcal ta' vitamina D, flimkien ma' konsum addizzjonali ta' vitamina D mis-supplimenti, xi trabi jistgħu jispiċċaw jieħdu wisq vitamina D, f'ammonti li jistgħu jkunu ta' periklu għas-saħħa. Sabiex jiġi żgurat l-ogħla livell ta' protezzjoni tat-trabi, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) tivvaluta s-sikurezza tal-konsum mit-trabi ta' formuli li jkun fihom 3 μg/100 kcal ta' vitamina D. |
(4) |
Fl-Opinjoni Xjentifika tagħha tat-28 ta' Ġunju 2018 dwar l-aġġornament tal-livell massimu tollerabbli tal-konsum tal-vitamina D għat-trabi (3), l-Awtorità kkonkludiet li l-użu ta' formula tat-trabi li jkun fiha 3 μg/100 kcal ta' vitamina D jista' jwassal biex xi trabi li jkollhom inqas minn erba' xhur jieħdu ammonti ta' vitamina D li jkunu ogħla mil-livell massimu tollerabbli tal-konsum anki mill-formula biss. |
(5) |
Din l-opinjoni tikkonkludi wkoll li l-użu ta' kontenut massimu ta' vitamina D ta' 2,5 μg/100 kcal fil-formula tat-trabi ma jwassalx għal konsum ta' vitamina D li jkun ogħla mil-livell massimu tollerabbli tal-konsum mill-formula waħedha. Abbażi ta' dik l-opinjoni, il-kontenut massimu ta' vitamina D li hu permess skont ir-Regolament Delegat (UE) 2016/127 għall-formula tat-trabi jenħtieġ li jitnaqqas għal 2,5 μg/100 kcal, b'konformità mal-Artikolu 6 u mal-Artikolu 9(1) sa (4) tar-Regolament (UE) Nru 609/2013. |
(6) |
Il-livelli massimi tal-aċidu eruċiku fil-formuli tat-trabi u fil-formuli tal-prosegwiment ġew stabbiliti bir-Regolament Delegat (UE) 2016/127. |
(7) |
L-Awtorità adottat opinjoni xjentifika dwar il-preżenza tal-aċidu eruċiku fl-għalf u fl-ikel (4). Dik l-opinjoni tikkonkludi li l-95 perċentil tal-livell ta' esponiment dijetetiku kien l-ogħla fit-trabi u fi tfal oħrajn u dan jista' jindika riskju għal individwi żgħar b'livell għoli ta' esponiment għall-aċidu eruċiku. |
(8) |
Filwaqt li jitqiesu l-konklużjonijiet tal-opinjoni, jixraq li jitnaqqsu l-livelli massimi tal-aċidu eruċiku fil-formula tat-trabi u fil-formula tal-prosegwiment. |
(9) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Annessi I u II tar-Regolament Delegat (UE) 2016/127 jiġu emendati skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I u II tar-Regolament Delegat (UE) 2016/127 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Marzu 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/127 tal-25 ta' Settembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni tal-formula tat-trabi u tal-formula ta' prosegwiment u fir-rigward ta' rekwiżiti dwar l-informazzjoni dwar it-tmigħ tat-trabi u tat-tfal żgħar (ĠU L 25, 2.2.2016, p. 1).
(3) EFSA Journal 2018; 16(8):5365, 118-il paġna.
(4) EFSA Journal 2016;14(11):4593, 173 paġna.
ANNESS
L-Annessi I u II tar-Regolament Delegat (UE) 2016/127 huma emendati kif ġej:
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
Fl-Anness II, il-punt 4.3 jinbidel b'dan li ġej:
|
23.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 137/15 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/829
tal-14 ta' Marzu 2019
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti billi jawtorizza lill-Istati Membri jipprevedu derogi temporanji għall-finijiet tal-ittestjar uffiċjali, għal finijiet xjentifiċi jew edukattivi, għall-finijiet ta' provi, għall-għażliet tal-varjetà jew għat-tnissil
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b'mod partikulari l-Artikoli 8(5) u 48(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont ir-Regolament (UE) 2016/2031, meta ssir applikazzjoni għal dan, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw b'mod temporanju l-introduzzjoni, iż-żamma u t-tkattir fit-territorju tagħhom u l-moviment fi ħdanu ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni jew ta' pesti suġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1) ta' dak ir-Regolament għall-finijiet tal-ittestjar uffiċjali, għal finijiet xjentifiċi jew edukattivi, għall-finijiet ta' provi, għall-għażliet tal-varjetà jew għat-tnissil. Barra minn hekk, meta ssir applikazzjoni għal dan, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw b'mod temporanju wkoll l-introduzzjoni fit-territorju tagħhom u l-moviment fi ħdanu ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn li jintużaw għall-finijiet tal-ittestjar uffiċjali, għal finijiet xjentifiċi jew edukattivi, għall-finijiet ta' provi, għall-għażla tal-varjetà jew għat-tnissil. |
(2) |
Jeħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/2031 jiġi ssupplimentat billi jiġu adottati regoli dwar l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni u l-moviment fi ħdanu tal-pesti, tal-pjanti, tal-prodotti mill-pjanti u tal-oġġetti l-oħrajn ikkonċernati, dwar il-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet rispettivi, kif ukoll dwar ir-rekwiżiti għall-monitoraġġ tal-konformità u l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu f'każ ta' nuqqas ta' konformità. |
(3) |
Sabiex jiġi żgurat li jiġi eliminat ir-riskju fitosanitarju marbut mal-attivitajiet speċifikati jew li dan jitnaqqas għal livell aċċettabbli, jenħtieġ li l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' xi materjal speċifikat u l-moviment tiegħu fi ħdanha jiġu awtorizzati b'ċerti kundizzjonijiet li jiżguraw li tintbagħat applikazzjoni sħiħa u xierqa, li jiġu eżaminati n-natura u l-għanijiet tal-attivitajiet speċifikati, li jiġi kkonfermat li l-attivitajiet speċifikati jkunu qed jitwettqu f'postijiet ta' kwarantina jew f'faċilitajiet ta' trażżin u li l-materjal ikkontaminat jinqered u jitneħħa b'mod sikur. |
(4) |
Sabiex ikun żgurat li l-materjal speċifikat ikkonċernat jiġi mmonitorjat u jkun jista' jiġi ttraċċat, u sabiex kull riskju fitosanitarju marbut miegħu jkun jista' jiġi ttrattat mill-ewwel, huwa xieraq li, wara li tingħata dik l-awtorizzazzjoni, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih għandha titwettaq l-attività speċifikata approvata toħroġ ittra ta' awtorizzazzjoni li jenħtieġ li tkun dejjem mal-materjal speċifikat ikkonċernat. |
(5) |
Jenħtieġ li l-format tal-ittra ta' awtorizzazzjoni jkun jixbah lil dak stabbilit fl-Anness II tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/61/KE (2), minħabba li dan wera li jista' jiġi implimentat b'mod effettiv u konsistenti. |
(6) |
Jenħtieġ li għal diversi introduzzjonijiet fl-Unjoni u movimenti fi ħdanha tal-materjal speċifikat suġġett għall-attivitajiet speċifikati tintuża ittra waħda ta' awtorizzazzjoni skont kundizzjonijiet speċjali sabiex ikun żgurat qafas proporzjonat u effettiv għat-tali introduzzjonijiet u għat-tali movimenti. |
(7) |
L-ittestjar uffiċjali jsir b'mod iktar frekwenti mill-attivitajiet speċifikati l-oħrajn. Għalhekk ikun iktar effiċjenti li jiġi permess qafas iktar flessibbli għall-ittestjar uffiċjali milli għall-attivitajiet speċifikati l-oħrajn. |
(8) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli dwar l-azzjonijiet li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu f'każ ta' nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, sabiex jiġi żgurat li jittieħdu azzjonijiet korrettivi malajr kemm jista' jkun. Jenħtieġ li dawk l-azzjonijiet jinkludu l-obbligi ta' min ikun responsabbli għall-attivitajiet speċifikati. |
(9) |
Għall-finijiet taċ-ċertezza tad-dritt u taċ-ċarezza, jenħtieġ li titħassar id-Direttiva 2008/61/KE. |
(10) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mingħajr preġudizzju għar-regoli adottati skont l-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (ir-Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) b'rabta mal-oġġetti eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera. |
(11) |
Sabiex l-attivitajiet awtorizzati jitħallew jintemmu bla xkiel, huwa xieraq li l-validità tal-approvazzjonijiet ta' dawk l-attivitajiet tiġi estiża għal perjodu speċifikat taż-żmien. |
(12) |
Għal raġunijiet ta' ċertezza tad-dritt, jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika mill-istess data li fiha jibda japplika r-Regolament (UE) 2016/2031, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/2031, li permezz tagħha l-pesti speċifikati u l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u l-oġġetti l-oħrajn, kif iddefinit fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament, jistgħu jiddaħħlu, jinżammu, jitkattru jew jintużaw fl-Unjoni jew fiż-żoni protetti tagħha jew jiġu mċaqalqin fihom għall-finijiet tal-ittestjar uffiċjali, għal finijiet xjentifiċi jew edukattivi, għall-finijiet ta' provi, għall-għażla tal-varjetà jew għat-tnissil. B'mod partikulari, dan ir-Regolament jistabbilixxi derogi mid-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-Regolament (UE) 2016/2031:
(a) |
mill-Artikolu 5(1) tiegħu li jittratta l-projbizzjoni tal-introduzzjoni, il-moviment, iż-żamma, it-tkattir u r-rilaxx fit-territorju tal-Unjoni ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni; |
(b) |
mill-Artikolu 30(1) tiegħu li jittratta l-miżuri tal-Unjoni adottati b'rabta ma' pesti li mhumiex elenkati bħala pesti ta' kwarantina fl-Unjoni, iżda li jistgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-inklużjoni f'dik il-lista; |
(c) |
mill-Artikolu 32(2) tiegħu li jittratta l-projbizzjoni tal-introduzzjoni, il-moviment, iż-żamma, it-tkattir u r-rilaxx fiż-żoni protetti tat-territorju tal-Unjoni ta' pesti ta' kwarantina f'żona protetta; |
(d) |
mill-Artikolu 40(1) tiegħu li jittratta l-projbizzjoni tal-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta' ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn mill-pajjiżi terzi jew mit-territorji kollha jew minn uħud minnhom; |
(e) |
mill-Artikolu 41(1) tiegħu li jittratta r-rekwiżiti speċjali u ekwivalenti għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni u għall-moviment fi ħdanu ta' ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn minn pajjiżi terzi; |
(f) |
mill-Artikolu 42(2) tiegħu li jittratta l-projbizzjoni tal-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta' ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn ta' riskju għoli minn pajjiżi terzi; |
(g) |
mill-Artikolu 49(1) tiegħu li jittratta l-miżuri temporanji dwar l-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni u l-moviment fi ħdanu ta' ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn minn pajjiżi terzi; |
(h) |
mill-Artikolu 53(1) tiegħu li jittratta l-projbizzjoni tal-introduzzjoni fiż-żoni protetti tat-territorju tal-Unjoni ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn li joriġinaw minn pajjiżi terzi jew fit-territorju tal-Unjoni; |
(i) |
mill-Artikolu 54(1) tiegħu li jittratta r-rekwiżiti speċjali għall-introduzzjoni fiż-żoni protetti tat-territorju tal-Unjoni ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn. |
B'mod partikulari, dan ir-Regolament jistabbilixxi:
(a) |
ir-regoli dwar l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni, iż-żamma, it-tkattir jew l-użu tal-pesti speċifikati jew tal-pjanti, tal-prodotti mill-pjanti u tal-oġġetti l-oħrajn fl-Unjoni jew fiż-żoni protetti tagħha u l-moviment tagħhom fi ħdanhom; |
(b) |
il-proċedura u l-kundizzjonijiet li bihom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw b'mod temporanju t-twettiq tal-attivitajiet speċifikati; |
(c) |
ir-regoli dwar il-monitoraġġ tal-konformità u l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu f'każ ta' nuqqas ta' konformità. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“pesti speċifikati” tfisser waħda mill-affarijiet li ġejjin:
|
(b) |
“pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn” tfisser il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew l-oġġetti l-oħrajn suġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1) u elenkati skont l-Artikoli 40(2) u (3), 41(2) u (3), 42(2) u (3), 49(1), 53(2) u (3) u 54(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2016/2031; |
(c) |
“materjal speċifikat” tfisser kull pest speċifikat, pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor li jkun jeħtieġ awtorizzazzjoni skont it-tifsira ta' dan ir-Regolament; |
(d) |
“attivitajiet speċifikati” tfisser kull attività li xi persuna, inklużi l-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjonijiet akkademiċi u tar-riċerka u l-operaturi professjonisti, twettaq b'rabta mal-ittestjar uffiċjali, mal-finijiet xjentifiċi jew edukattivi, mal-provi u mal-għażla tal-varjetà jew mat-tnissil li tinvolvi l-introduzzjoni, iż-żamma, it-tkattir jew l-użu ta' xi materjal speċifikat fl-Unjoni u fiż-żona protetta tagħha jew il-moviment tiegħu fi ħdanhom. |
Artikolu 3
Skambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni
1. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw bejniethom mil-lat amministrattiv f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambju tal-informazzjoni bejniethom u bejn il-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni, iż-żamma, it-tkattir u l-użu ta' xi materjal speċifikat fit-territorju tal-Unjoni jew fiż-żoni protetti tiegħu u l-moviment ta' dak il-materjal fi ħdanhom.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, qabel il-31 ta' Marzu ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu l-informazzjoni kollha li ġejja lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn:
(a) |
lista tat-tipi u tal-kwantitajiet tal-materjal speċifikat awtorizzat skont dan ir-Regolament u mdaħħal fl-Unjoni jew imċaqlaq fiha matul is-sena kalendarja ta' qabel; |
(b) |
rapport dwar il-preżenza ta' pesti speċifikati mhux awtorizzati skont dan ir-Regolament u ta' pesti oħrajn li l-awtorità kompetenti tqis li huma ta' riskju għall-Unjoni u li jkunu ġew innutati waqt l-attivitajiet speċifikati. |
(c) |
il-miżuri li ttieħdu f'każ ta' nuqqas ta' konformità; |
(d) |
il-lista tal-postijiet ta' kwarantina u tal-faċilitajiet ta' trażżin li ntużaw għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. |
3. Il-moviment u l-introduzzjoni tal-materjal speċifikat fl-Unjoni għall-finijiet tal-attivitajiet speċifikati awtorizzati skont l-Artikolu 5 għandhom jiġu rreġistrati, flimkien mal-awtorizzazzjoni rispettiva tagħhom, f'sistema kompjuterizzata ta' ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali (IMSOC) kif imsemmi fl-Artikolu 131 tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Artikolu 4
Applikazzjoni
Għandha tintbagħat applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti qabel kull introduzzjoni, żamma, tkattir u użu tal-materjal speċifikat fl-Unjoni u l-moviment tiegħu fi ħdanha skont l-Artikoli 8(1) u 48(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, skont il-każ.
Il-kontenut tagħha għandu jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Kundizzjonijiet biex tingħata l-awtorizzazzjoni
L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-introduzzjoni, iż-żamma, it-tkattir u l-użu tal-materjal speċifikat fl-Unjoni u l-moviment tiegħu fi ħdanha skont l-Artikoli 8(1) u 48(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, skont il-każ, għal perjodu limitat taż-żmien u biss meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
meta jkun instab li l-applikazzjoni hija konformi mal-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament; |
(b) |
meta l-awtorità kompetenti tkun eżaminat in-natura u l-għanijiet tal-attivitajiet speċifikati u tkun sabet li dawn huma konformi mad-definizzjoni tal-attivitajiet speċifikati mogħtija fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament; |
(c) |
meta jkun ġie kkonfermat li l-attivitajiet speċifikati jkunu qed jitwettqu f'postijiet ta' kwarantina jew f'faċilitajiet ta' trażżin indikati fl-applikazzjoni u magħżulin mill-awtorità kompetenti skont l-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE) 2016/2031; |
(d) |
meta jkun ġie żgurat li, wara li titlesta l-attività speċifikata li għaliha tkun inħarġet dik l-awtorizzazzjoni, il-materjal speċifikat ikun inqered u jkun tneħħa b'mod sikur jew ikun inħażen b'kundizzjonijiet xierqa għal użu ulterjuri skont l-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) 2016/2031. |
Artikolu 6
Ittra ta' awtorizzazzjoni wara li tingħata l-awtorizzazzjoni
1. Wara li tingħata l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 5, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih għandha titwettaq l-attività speċifikata approvata għandha toħroġ ittra ta' awtorizzazzjoni. Din l-ittra ta' awtorizzazzjoni għandha tkun dejjem mal-materjal speċifikat ikkonċernat.
2. Fil-każ ta' materjal speċifikat li joriġina fl-Unjoni, l-ittra ta' awtorizzazzjoni għandha tkun fil-format stabbilit fil-Parti A tal-Anness II. Fil-każ tal-moviment tal-materjal speċifikat rispettiv b'kundizzjonijiet ta' kwarantina jew ta' trażżin, hija għandha tkun approvata b'mod uffiċjali mill-Istat Membru ta' oriġini.
3. Fil-każ ta' materjal speċifikat li joriġina f'pajjiżi terzi, l-ittra ta' awtorizzazzjoni għandha tkun fil-format stabbilit fil-Parti B tal-Anness II. Fil-każ tal-introduzzjoni tal-materjal speċifikat rispettiv b'kundizzjonijiet ta' kwarantina jew ta' trażżin, hija għandha tkun approvata b'mod uffiċjali mill-pajjiż terz ta' oriġini.
4. Fil-każ ta' diversi introduzzjonijiet fl-Unjoni jew movimenti fi ħdanha ta' tip ta' materjal speċifikat speċifiku, l-awtorità kompetenti tista' toħroġ ittra waħda ta' awtorizzazzjoni meta l-materjal jintbagħat għall-ewwel darba li tkun tkopri dawk l-introduzzjonijiet jew dawk il-movimenti kollha, dejjem jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
jekk l-introduzzjonijiet jew il-movimenti jseħħu diversi drabi fis-sena; |
(b) |
jekk il-materjal speċifikat ikun ippakkjat bl-istess kundizzjonijiet; |
(c) |
jekk il-materjal speċifikat ikun ġej mingħand l-istess fornitur u jkun għall-istess persuna li tkun responsabbli għall-attivitajiet approvati. |
L-awtorità kompetenti għandha tindika b'mod espliċitu fil-kaxxa numru 10 tal-mudell stabbilit fil-Partijiet A u B tal-Anness II li l-ittra ta' awtorizzazzjoni tkopri diversi introduzzjonijiet fl-Unjoni jew movimenti fi ħdanha ta' dak il-materjal speċifikat. Dik l-ittra ta' awtorizzazzjoni għandha tkun valida għal massimu ta' sena minn meta tinħareġ.
Artikolu 7
Dispożizzjonijiet speċjali għall-ittestjar uffiċjali
B'deroga mill-Artikoli 4, 5 u 6, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw it-twettiq tal-ittestjar uffiċjali min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti jew ta' operaturi professjonisti taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
jekk il-persuna li tkun responsabbli għall-attivitajiet approvati tkun avżat lill-awtorità kompetenti bl-ittestjar uffiċjali qabel ma dan iseħħ; |
(b) |
jekk dik in-notifika tkun tinkludi n-natura u l-għanijiet ta' dak l-ittestjar uffiċjali; |
(c) |
jekk in-notifika jkun fiha konferma li l-ittestjar uffiċjali se jsir f'postijiet ta' kwarantina jew f'faċilitajiet ta' trażżin kif imsemmi fl-Artikolu 5(c); |
(d) |
jekk l-ittestjar uffiċjali jsir b'tali mod li l-pesti speċifikati ma jinfirxux matul it-trattament u t-trasport tal-materjal speċifikat qabel, waqt u wara l-ittestjar uffiċjali. |
Artikolu 8
Dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-monitoraġġ tal-konformità
L-awtorità kompetenti għandha timmonitorja l-attivitajiet speċifikati sabiex tiżgura li jintlaħqu r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(a) |
li l-persuna li tkun responsabbli għall-attivitajiet tavża mill-ewwel lill-awtorità kompetenti b'kull infestazzjoni tal-materjal speċifikat b'pesti speċifikati li mhumiex awtorizzati skont dan ir-Regolament jew b'pesti oħrajn li jitqiesu li huma ta' riskju għall-Unjoni u li jkunu ġew innutati waqt l-attivitajiet speċifikati. Meta l-materjal ikun pest speċifikat huwa stess, il-monitoraġġ għandu jittratta l-infestazzjoni potenzjali tiegħu b'pesti speċifikati oħrajn mhux awtorizzati skont dan ir-Regolament jew b'pesti oħrajn li l-awtorità kompetenti tqis li huma ta' riskju għall-Unjoni u li jkunu ġew innutati waqt l-attivitajiet speċifikati; |
(b) |
li l-persuna li tkun responsabbli għall-attivitajiet tavża mill-ewwel lill-awtorità kompetenti b'kull avveniment li jwassal għall-ħarba tal-pesti msemmija fil-punt (a) fl-ambjent jew li jista' jwassal għal dan. |
Artikolu 9
Azzjonijiet li jridu jittieħdu f'każ li jkun hemm nuqqas ta' konformità
1. L-awtorità kompetenti tista' titlob lill-persuna li tkun responsabbli għall-attivitajiet timplimenta, mill-ewwel jew fi żmien perjodu speċifikat taż-żmien, azzjonijiet korrettivi biex tiżgura l-konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.
2. Meta l-awtorità kompetenti tikkonkludi li l-persuna li tkun responsabbli għall-attivitajiet ma tkunx tikkonforma mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, dik l-awtorità għandha tieħu, mingħajr dewmien, il-miżuri meħtieġa biex tiżgura li ma jkomplix ikun hemm dak in-nuqqas ta' konformità ma' dawk id-dispożizzjonijiet. Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu l-irtirar tal-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 5 jew is-sospensjoni temporanja tagħha.
3. Meta l-awtorità kompetenti tkun ħadet miżuri skont il-paragrafu 2, minbarra l-irtirar tal-awtorizzazzjoni, u jibqa' jkun hemm nuqqas ta' konformità ma' dan ir-Regolament, dik l-awtorità għandha tirtira din l-awtorizzazzjoni mingħajr dewmien.
Artikolu 10
Tħassir tad-Direttiva 2008/61/KE u perjodu ta' tranżizzjoni għall-attivitajiet approvati skont dik id-Direttiva
Id-Direttiva 2008/61/KE titħassar.
Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni mogħtija fl-Anness III.
L-approvazzjonijiet tal-attivitajiet li ngħataw skont l-Artikolu 2 ta' dik id-Direttiva għandhom jiskadu fil-31 ta' Diċembru 2020.
Artikolu 11
Data tad-dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu jibda japplika mill-14 ta' Diċembru 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Marzu 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.
(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/61/KE tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li bihom ċerti organiżmi ta' ħsara, pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra elenkati fl-Annessi I sa V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE jistgħu jiddaħħlu jew jiġu mċaqalqa fil-Komunità jew f'ċerti żoni protetti tagħha, għal prova jew għal skopijiet xjentifiċi u għal xogħol fuq selezzjonijiet varjetali (ĠU L 158, 18.6.2008, p. 41).
(3) Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).
ANNESS I
1.
L-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 għandha tinkludi tal-inqas l-affarijiet li ġejjin, skont il-każ:
(a) |
l-isem, l-indirizz, l-indirizz tal-posta elettronika u n-numru tat-telefown tal-applikant u tal-persuna jew tal-persuni li huma responsabbli għall-attività speċifikata, jekk dawn ikunu differenti, fosthom il-kwalifiki xjentifiċi u tekniċi tagħhom għall-finijiet tal-attivitajiet speċifikati; |
(b) |
it-tip ta' materjal speċifikat, l-isem xjentifiku jew l-isem tal-materjal speċifikat u kull referenza ppubblikata, meta dan ikun rilevanti, fosthom l-informazzjoni dwar il-vetturi potenzjali; |
(c) |
il-kwantità tal-materjal speċifikat, u kemm-il darba se jintbagħat u l-kwantità tiegħu kull darba li jintbagħat jekk il-materjal ikun se jintbagħat diversi drabi, iġġustifikati skont l-għan tal-attività speċifikata kkonċernata u skont il-kapaċità tal-post ta' kwarantina jew tal-faċilità ta' trażżin; |
(d) |
il-post ta' oriġini tal-materjal speċifikat, fosthom l-isem, l-indirizz, l-indirizz tal-posta elettronika u n-numru tat-telefown tal-ispeditur u tal-fornitur u l-provi ddokumentati x-xierqa f'każ li l-materjal speċifikat ikun se jiddaħħal minn pajjiż terz; |
(e) |
it-tul ta' żmien tal-attività speċifikata, kif ukoll taqsira tan-natura u tal-għanijiet tal-attività speċifikata, u wkoll speċifikazzjoni fil-każ tal-provi u tax-xogħlijiet xjentifiċi jew edukattivi marbutin mal-għażliet tal-varjetà; |
(f) |
il-kundizzjonijiet tal-ippakkjar li bihom il-materjal speċifikat se jiġi mċaqlaq jew se jiġi importat; |
(g) |
l-isem, l-indirizz u d-deskrizzjoni tal-post ta' kwarantina jew tal-faċilità ta' trażżin; |
(h) |
l-użu aħħari tal-materjal speċifikat meta titlesta l-attività speċifikata, pereżempju l-qerda, il-ġbir jew il-ħżin; |
(i) |
meta jkun applikabbli, il-metodu tal-qerda jew it-trattament tal-materjal speċifikat meta titlesta l-attività speċifikata. |
2.
Fuq talba tal-awtorità kompetenti għandhom jingħataw ukoll informazzjoni u kjarifiki oħrajn.
ANNESS II
A. Mudell tal-ittra ta' awtorizzazzjoni għall-moviment fi ħdan l-Unjoni ta' pesti, pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn għal finijiet xjentifiċi jew edukattivi, għall-finijiet ta' provi, għall-għażla tal-varjetà jew għat-tnissil, imsemmi fl-Artikolu 6(2)
Titlu: Ittra ta' awtorizzazzjoni |
|
||||||||
|
— — |
||||||||
|
— |
||||||||
|
— — |
||||||||
|
— — |
||||||||
|
— — |
||||||||
|
— |
||||||||
|
— |
||||||||
|
Speċifika waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
||||||||
|
Dan il-materjal speċifikat qed jiċċaqlaq fit-territorju tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) …/… [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: jekk jogħġbok daħħal ir-referenza ta' dan ir-Regolament] |
||||||||
|
Jekk iva: Id-data tal-ħruġ: In-numru ta' referenza ta' meta ntbagħat il-materjal: Kemm-il darba se jintbagħat il-materjal speċifikat u l-kwantità tiegħu kull darba li jintbagħat: |
||||||||
|
Il-qerda/il-ġbir jew il-ħżin* |
||||||||
|
|
||||||||
Post tal-approvazzjoni: |
|
||||||||
Data: |
Post tal-ħruġ: |
||||||||
Isem l-uffiċjal awtorizzat u l-firma tiegħu: |
Id-data tal-ħruġ: Id-data tal-iskadenza: |
||||||||
Isem l-uffiċjal awtorizzat u l-firma tiegħu: |
|||||||||
|
|
* |
Ħassar dak li ma japplikax. |
B. Mudell tal-ittra ta' awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' pesti, pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn għal finijiet xjentifiċi jew edukattivi, għall-finijiet ta' provi, għall-għażla tal-varjetà jew għat-tnissil, imsemmi fl-Artikolu 6(3)
Titlu: Ittra ta' awtorizzazzjoni |
|
||||||||
|
— — |
||||||||
|
— |
||||||||
|
— — |
||||||||
|
— — |
||||||||
|
— — |
||||||||
|
— |
||||||||
|
— |
||||||||
|
Speċifika waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
||||||||
|
Dan il-materjal speċifikat qed jiġi importat fit-territorju tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) …/… [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: jekk jogħġbok daħħal ir-referenza ta' dan ir-Regolament] |
||||||||
|
Jekk iva: Id-data tal-ħruġ: In-numru ta' referenza ta' meta ntbagħat il-materjal: Kemm-il darba se jintbagħat il-materjal speċifikat u l-kwantità tiegħu kull darba li jintbagħat: |
||||||||
|
Il-qerda/il-ġbir jew il-ħżin* |
||||||||
|
|
||||||||
Post tal-approvazzjoni: |
|
||||||||
Data: |
Post tal-ħruġ: |
||||||||
Isem l-uffiċjal awtorizzat u l-firma tiegħu: |
Id-data tal-ħruġ: Id-data tal-iskadenza: |
||||||||
Isem l-uffiċjal awtorizzat u l-firma tiegħu: |
|||||||||
|
|
* |
Ħassar dak li ma japplikax. |
ANNESS III
Tabella ta' korrelazzjoni
Id-Direttiva 2008/61/KE |
Dan ir-Regolament |
L-Artikolu 1(1) |
L-Artikolu 4 |
L-Artikolu 1(2) |
L-Artikolu 4 u l-Anness I |
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(1) |
L-Artikolu 5 |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) |
L-Artikolu 9(2) |
L-Artikolu 2(2) |
L-Artikolu 6 u l-Anness II |
L-Artikolu 2(3) |
L-Artikolu 8 |
L-Artikolu 2(4) |
__ |
L-Artikolu 3 |
__ |
L-Artikolu 4 |
__ |
L-Artikolu 5 |
__ |
L-Artikolu 6 |
L-Artikolu 11 |
L-Artikolu 7 |
__ |
Il-punt 1 tal-Anness I |
L-Artikolu 5 |
Il-punt 2 tal-Anness I |
__ |
L-Anness II |
L-Anness II |
L-Anness III |
__ |
L-Anness IV |
__ |
L-Anness V |
L-Anness III |
23.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 137/26 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/830
tal-15 ta' Mejju 2019
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid kwalunkwe sottodiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella. |
(4) |
Jixraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta' tliet xhur. |
(5) |
Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma tax opinjoni fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Mejju 2019.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Stephen QUEST
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi - NM) |
Raġunijiet |
(1) |
(2) |
(3) |
Oġġett rettangolari bit-trufijiet ġejjin għat-tond, magħmul minn plastik iffurmat (polikarbonat) fil-forma ta' qoxra li jgħatti d-dahar u l-ġnub tal-mobiles, b'daqs ta' bejn wieħed u ieħor 7 × 14 × 0,8 cm. Il-wiċċ ta' barra tad-dahar huwa kopert b'saff tal-ġilda filwaqt li l-wiċċ ta' ġewwa, li jmiss ma' dahar il-mobile, huwa miksi b'fibri magħmula mill-bniedem (mikrofibri). Huwa ddisinjat biex iżomm u jipproteġi d-dahar u l-ġnub tal-mobile. Il-parti ta' quddiem tal-mobile ma tridx tkun mgħottija. Ara l-istampa (*1). |
3926 90 97 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata bir-regoli ġenerali (GIR) 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u bil-kliem tal-kodiċijiet NM 3926 , 3926 90 u 3926 90 97 . Skont il-karatteristiċi oġġettivi tiegħu, l-oġġett huwa ddisinjat biex iżomm u jipproteġi d-dahar u l-ġnub tal-mobile. Il-protezzjoni tingħata mill-materjal tal-qoxra (plastik tal-polikarbonat). Is-saff tal-ġilda fuq il-wiċċ ta' barra tad-dahar tal-oġġett itejjeb id-dehra tiegħu billi jipprovdi biss effett addizzjonali għall-iskop ewlieni tiegħu ta' protezzjoni. Konsegwentement, il-plastik tal-polikarbonat li jifforma l-qoxra protettiva huwa l-materjal li jagħti lill-oġġett il-karattru essenzjali tiegħu skont it-tifsira tal-GIR 3(b). Għalhekk, hija għalhekk eskluża l-klassifikazzjoni tal-oġġett taħt l-intestatura 4205 bħala oġġetti oħrajn tal-ġilda. Il-klassifikazzjoni tal-oġġett taħt l-intestatura 6307 bħala oġġetti oħrajn manifatturati hija wkoll eskluża peress li l-fibri magħmula mill-bniedem jiffurmaw biss l-inforra. Għaldaqstant, l-oġġett għandu jiġi klassifikat taħt il-kodiċi NM 3926 90 97 bħala oġġetti oħrajn tal-plastiks. |
(*1) L-istampa għandha tintuża biss għal finijiet ta' informazzjoni.
23.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 137/29 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/831
tat-22 ta' Mejju 2019
li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(1), ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 15(2) u l-Artikolu 31(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jipprovdi klassifikazzjoni armonizzata tas-sustanzi bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR) abbażi ta' valutazzjoni xjentifika mwettqa mill-Kumitat dwar il-Valutazzjoni tar-Riskji tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi. Is-sustanzi huma klassifikati bħala sustanzi CMR tal-kategorija 1 A, sustanzi CMR tal-kategorija 1B jew sustanzi CMR tal-kategorija 2 skont il-livell tal-evidenza tal-proprjetajiet CMR tagħhom. |
(2) |
L-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jistipula li huwa pprojbit li s-sustanzi klassifikati bħala sustanzi CMR tal-kategorija 1 A, tal-kategorija 1B jew tal-kategorija 2 fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 (is-sustanzi CMR) jintużaw fil-prodotti kożmetiċi. Madankollu, sustanza CMR tista' tintuża fil-prodotti kożmetiċi meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sentenza tal-Artikolu 15(1) jew fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009. Dan ir-Regolament jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1223/2009. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biss għandha l-jedd biex tinterpreta l-liġi tal-Unjoni, inkluż l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009. |
(3) |
Sabiex tiġi implimentata b'mod uniformi l-projbizzjoni tas-sustanzi CMR fis-suq intern, ħalli tiġi żgurata ċ-ċertezza tad-dritt, b'mod partikolari għall-operaturi ekonomiċi u għall-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u sabiex jiġi żgurat livell għoli tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, jenħtieġ li s-sustanzi CMR kollha jiġu inklużi fil-lista ta' sustanzi pprojbiti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u, fejn rilevanti, jitħassru mil-listi ta' sustanzi ristretti jew awtorizzati fl-Annessi III u V ta' dak ir-Regolament. Meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sentenza tal-Artikolu 15(1) jew fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, jenħtieġ li l-listi ta' sustanzi ristretti jew awtorizzati fl-Annessi III u V ta' dak ir-Regolament jiġu emendati skont dan. |
(4) |
Dan ir-Regolament ikopri s-sustanzi klassifikati bħala sustanzi CMR b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 fl-1 ta' Diċembru 2018, meta r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/776 (3) sar applikabbli. |
(5) |
Fir-rigward ta' ċertu sustanzi CMR li għalihom tkun ġiet ippreżentata talba biex jintużaw b'mod eċċezzjonali fil-prodotti kożmetiċi, ma ġiex stabbilit li ntlaħqu l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sentenza tal-Artikolu 15(1) jew fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009. Dan jikkonċerna l-Quaternium-15, il-Kloroaċetammid, id-Diklorometan, il-Formaldeid, l-Aċidu perboriku u l-Komposti tal-perborat tas-sodju. |
(6) |
Is-sustanza 3-kloroallilollorur tal-metenammin, li fin-Nomenklatura Internazzjonali tal-Ingredjenti Kożmetiċi (INCI) għandha l-isem ta' Quaternium-15, bħalissa elenkata fl-entrata 31 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 hija awtorizzata f'konċentrazzjoni sa 0,2 % fi preparazzjoni lesta għall-użu. Is-sustanza Quaternium-15 hija taħlita ta' isomeri ċis u trans li ċ-ċis-isomeru tagħha ġie klassifikat bħala sustanza CMR tal-kategorija 2 bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 790/2009 (4). Il-klassifikazzjoni saret applikabbli fl-1 ta' Diċembru 2010. Skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, sustanza klassifikata fil-kategorija 2 tista' tintuża fil-prodotti kożmetiċi meta s-sustanza tkun ġiet ivvalutata mill-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS) u jkun instab li l-użu tagħha fil-prodotti kożmetiċi huwa sikur. Fit-13 u fl-14 ta' Diċembru 2011, l-SCCS ħareġ opinjoni xjentifika dwar il-Quaternium-15 (ċisisomeru) (5), li fiha kkonkluda li abbażi tad-data disponibbli ma tistax tiġi stabbilita s-sikurezza tal-Quaternium-15 għall-użu fil-prodotti kożmetiċi. Fid-dawl tal-klassifikazzjoni taċ-ċis-isomeru preżenti fil-Quaternium-15 bħala sustanza CMR tal-kategorija 2 u fid-dawl tal-opinjoni tal-SCCS, jenħtieġ li l-Quaternium-15 titħassar mil-lista tal-preservattivi permessi fil-prodotti kożmetiċi li hemm fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li tiżdied mal-lista ta' sustanzi pprojbiti fil-prodotti kożmetiċi li hemm fl-Anness II ta' dak ir-Regolament. |
(7) |
Is-sustanza 2-Kloroaċetammid, li fin-Nomenklatura Internazzjonali tal-Ingredjenti Kożmetiċi (INCI) għandha l-isem ta' Kloroaċetammid, bħalissa elenkata fl-entrata 41 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 hija awtorizzata f'konċentrazzjoni sa 0,3 % fi preparazzjoni lesta għall-użu. Is-sustanza Kloroaċetammid ġiet klassifikata bħala sustanza CMR tal-kategorija 2 skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Il-klassifikazzjoni saret applikabbli qabel l-1 ta' Diċembru 2010, jiġifieri d-data meta t-Titoli II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 saru applikabbli fir-rigward tas-sustanzi. Skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, sustanza klassifikata fil-kategorija 2 tista' tintuża fil-prodotti kożmetiċi meta s-sustanza tkun ġiet ivvalutata mill-SCCS u jkun instab li l-użu tagħha fil-prodotti kożmetiċi huwa sikur. Fit-22 ta' Marzu 2011, l-SCCS ħareġ opinjoni xjentifika dwar il-Kloraċetammid (6) u fiha kkonkluda li, abbażi tad-data disponibbli, is-sustanza mhix sikura għall-konsumaturi meta tintuża f'konċentrazzjoni sa 0,3 % skont il-piż fil-prodotti kożmetiċi. Fid-dawl tal-klassifikazzjoni bħala sustanza CMR tal-kategorija 2 u fid-dawl tal-opinjoni tal-SCCS, jenħtieġ li l-Kloraċetammid titħassar mil-lista tal-preservattivi permessi fil-prodotti kożmetiċi li hemm fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li tiżdied mal-lista ta' sustanzi pprojbiti fil-prodotti kożmetiċi li hemm fl-Anness II ta' dak ir-Regolament. |
(8) |
Is-sustanza Diklorometan li bħalissa hija elenkata fl-entrata 7 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 hija awtorizzata li tintuża fil-prodotti kożmetiċi f'konċentrazzjoni sa 35 % fi preparazzjoni lesta għall-użu. Is-sustanza Diklorometan ġiet klassifikata bħala sustanza CMR tal-kategorija 2 skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Il-klassifikazzjoni saret applikabbli qabel l-1 ta' Diċembru 2010. F'konformità mat-tieni sentenza tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, sustanza klassifikata fil-kategorija 2 tista' tintuża fil-prodotti kożmetiċi meta s-sustanza tkun ġiet ivvalutata mill-SCCS u jkun instab li l-użu tagħha fil-prodotti kożmetiċi huwa sikur. Fil-11 ta' Diċembru 2012, l-SCCS ħareġ opinjoni xjentifika dwar id-Diklorometan (7). Fil-25 ta' Marzu 2015, l-SCCS ħareġ opinjoni ġdida (8) li ġiet riveduta fit-28 ta' Ottubru 2015. F'dik l-opinjoni riveduta, l-SCCS ikkonkluda li l-użu tad-Diklorometan f'konċentrazzjoni sa 35 % fl-isprejs tax-xagħar u l-użu tagħha b'mod ġenerali f'formulazzjonijiet ta' sprejs, mhumiex meqjusa bħala sikuri għall-konsumaturi. Fid-dawl tal-klassifikazzjoni bħala sustanza CMR tal-kategorija 2 u fid-dawl tal-opinjoni tal-SCCS, u billi l-ebda użu ieħor tad-Diklorometan fil-prodotti kożmetiċi mhu magħruf u kopert mill-opinjoni tal-SCCS, jenħtieġ li s-sustanza titħassar mil-lista ta' sustanzi ristretti li hemm fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li tiżdied mal-lista ta' sustanzi pprojbiti fil-prodotti kożmetiċi li hemm fl-Anness II ta' dak ir-Regolament. |
(9) |
Is-sustanza Formaldeid li bħalissa hija elenkata fl-entrata 13 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 hija awtorizzata li tintuża fil-prodotti li jsaħħu d-dwiefer f'konċentrazzjoni sa 5 % fi preparazzjoni lesta għall-użu. Din is-sustanza hija elenkata wkoll fl-entrata 5 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 bħala awtorizzata li tintuża fi prodotti orali f'konċentrazzjoni sa 0,1 % u fi prodotti oħra f'konċentrazzjoni sa 0,2 %. Is-sustanza Formaldeid ġiet klassifikata bħala sustanza CMR tal-kategorija 1B skont ir-Regolament (UE) Nru 605/2014 (9). Il-klassifikazzjoni saret applikabbli fl-1 ta' Jannar 2016. Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, is-sustanzi klassifikati bħala sustanzi CMR tal-kategorija 1 A jew 1B jistgħu jintużaw fil-prodotti kożmetiċi b'mod eċċezzjonali meta, wara l-klassifikazzjoni tagħhom bħala sustanzi CMR, jintlaħqu ċertu kundizzjonijiet, fosthom il-kundizzjonijiet li ma tkun disponibbli l-ebda sustanza xierqa alternattiva, li ssir applikazzjoni għal użu partikolari tal-kategorija tal-prodott b'livell ta' esponiment magħruf u li s-sustanza tkun ġiet evalwata mill-SCCS u li dan ikun sab li hi sikura. Fis-7 ta' Novembru 2014, fl-opinjoni (10) tiegħu l-SCCS ikkonkluda li “l-prodotti għas-saħħa tad-dwiefer b'konċentrazzjoni massima ta' madwar 2,2 % ta' formaldeid ħieles jistgħu jintużaw b'mod sikur biex isaħħu u jissodaw id-dwiefer”. Madankollu, billi ma ġiex stabbilit li ma teżisti l-ebda sustanza xierqa alternattiva disponibbli bl-għan li ssaħħaħ id-dwiefer, jenħtieġ li l-Formaldeid titħassar mil-lista ta' sustanzi ristretti li hemm fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009. Billi ma saret l-ebda applikazzjoni għal użi oħra tal-Formaldeid, jenħtieġ li s-sustanza titħassar mil-lista ta' preservattivi permessi fil-prodotti kożmetiċi li hemm fl-Anness V ta' dak ir-Regolament. Jenħtieġ ukoll li l-Formaldeid tiżdied mal-lista ta' sustanzi pprojbiti fil-prodotti kożmetiċi li hemm fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009. |
(10) |
L-Aċidu perboriku u l-Komposti tal-perborati tas-sodju huma koperti bis-sustanzi li jirrilaxxaw il-perossidu tal-idroġenu u li bħalissa huma elenkati fl-entrata 12 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009. Dawn ġew klassifikati bħala sustanzi CMR tal-kategorija 1B skont ir-Regolament (KE) Nru 790/2009. Il-klassifikazzjoni saret applikabbli mill-1 ta' Diċembru 2010. Ġiet ippreżentata talba għall-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 għall-użu ta' dawk is-sustanzi f'formulazzjonijiet ossidattivi taż-żebgħa tax-xagħar. Fit-22 ta' Ġunju 2010, fl-opinjoni (11) tiegħu l-SCCS ikkonkluda li “jenħtieġ li r-restrizzjonijiet ġenerali applikabbli għas-sustanzi li jirrilaxxaw il-perossidu tal-idroġenu japplikaw għall-perborat tas-sodju u għall-aċidu perboriku, u li l-użu tal-perborati tas-sodju bħala ingredjent fil-formulazzjonijiet ossidattivi taż-żebgħa tax-xagħar sa massimu ta' konċentrazzjoni fuq ir-ras ta' 3 % ma jippreżentax riskju għas-saħħa tal-konsumaturi”. Madankollu, billi ma ġiex stabbilit li ma teżisti l-ebda sustanza xierqa alternattiva disponibbli bl-għan tal-ossidazzjoni tax-xagħar, jenħtieġ li l-Aċidu perboriku u l-Komposti tal-perborati tas-sodju jitħassru mil-lista ta' sustanzi ristretti li hemm fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jiżdiedu fil-lista ta' sustanzi pprojbiti fil-prodotti kożmetiċi li hemm fl-Anness II ta' dak ir-Regolament. |
(11) |
Fir-rigward ta' ċerti sustanzi klassifikati bħala sustanzi CMR skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u li għalihom ġiet ippreżentata talba għall-applikazzjoni tat-tieni sentenza tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, ġie stabbilit li ntlaħqet il-kundizzjoni stipulata f'dik id-dispożizzjoni. Dan jikkonċerna l-Ossidu tat-trimetilbenżojl difenilfosfin, il-Furfural u l-Bigwanid tal-Poliamminopropil. |
(12) |
Is-sustanza Ossidu tad-difenil(2,4,6-trimetilbenżojl)fosfin, bl-isem tal-INCI Ossidu tat-trimetilbenżojl difenilfosfin (TPO) bħalissa mhix inkluża fl-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009. It-TPO ġiet klassifikata bħala sustanza CMR tal-kategorija 2 skont ir-Regolament (UE) Nru 618/2012 (12). Il-klassifikazzjoni saret applikabbli fl-1 ta' Diċembru 2013. Fis-27 ta' Marzu 2014, l-SCCS ħareġ opinjoni xjentifika (13) li fiha kkonkluda li t-TPO hi sustanza sikura meta tintuża bħala prodott biex jiġu ffurmati d-dwiefer f'konċentrazzjoni sa 5,0 % iżda li madankollu hija sensitizzatur moderat tal-ġilda. Meta wieħed iqis il-karatteristiċi tas-sensitizzazzjoni tal-ġilda tat-TPO u r-riskju kbir ta' esponiment mill-kuntatt mal-ġilda fil-każ tal-applikazzjoni tal-prodotti tad-dwiefer fuqhom stess minn persuni mhux professjonisti, l-użu tat-TPO għandu jkun ristrett għall-professjonisti biss. Fid-dawl ta' dawk l-elementi, jenħtieġ li t-TPO tiżdied mal-lista ta' sustanzi ristretti li hemm fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 għall-użu professjonali fis-sistemi tad-dwiefer artifiċjali b'konċentrazzjoni massima ta' 5 %. |
(13) |
Is-sustanza 2-Furaldeid, bl-isem tal-INCI ta' Furfural, tintuża fil-prodotti kożmetiċi bħala fwieħa jew ingredjent li jagħti togħma u bħalissa mhix inkluża fl-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009. Din is-sustanza ġiet klassifikata bħala sustanza CMR tal-kategorija 2 skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Il-klassifikazzjoni saret applikabbli qabel l-1 ta' Diċembru 2010. Fis-27 ta' Marzu 2012, fl-opinjoni (14) tiegħu l-SCCS ikkonkluda li l-użu tal-Furfural f'konċentrazzjoni sa 10 ppm (0,001 %) fi preparazzjoni lesta għall-użu, fosthom il-prodotti orali, ma toħloq l-ebda riskju għas-saħħa tal-konsumatur. Fid-dawl tal-klassifikazzjoni tal-Furfural bħala sustanza CMR tal-kategorija 2 u fid-dawl tal-opinjoni tal-SCCS, jenħtieġ li l-Furfural tiżdied mal-lista ta' sustanzi ristretti li hemm fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 b'konċentrazzjoni massima ta' 0,001 %. |
(14) |
Is-sustanza Idroklorur tal-bigwanid tal-polieżametilen (PHMB), bl-isem tal-INCI ta' Bigwanid tal-poliamminopropil, bħalissa elenkata bħala preservattiv fl-entrata 28 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 b'konċentrazzjoni massima ta' 0,3 %. Din is-sustanza ġiet klassifikata bħala sustanza CMR tal-kategorija 2 skont ir-Regolament (UE) Nru 944/2013 (15). Il-klassifikazzjoni saret applikabbli fl-1 ta' Jannar 2015. Fit-18 ta' Ġunju 2014, l-SCCS adotta opinjoni (16) li fiha kkonkluda li abbażi tad-data disponibbli, is-sustanza PHMB mhix sikura għall-konsumaturi meta tintuża bħala preservattiv fil-prodotti kożmetiċi kollha b'konċentrazzjoni massima ta' 0,3 %. Madankollu, fl-opinjoni tiegħu l-SCCS ikkonkluda wkoll li l-użu sikur jista' jkun ibbażat fuq inqas konċentrazzjoni tal-użu u/jew restrizzjonijiet fir-rigward tal-kategoriji tal-prodotti kożmetiċi u li hemm bżonn isiru studji dwar l-assorbiment dermali fuq formulazzjonijiet kożmetiċi rappreżentattivi addizzjonali. Fis-7 ta' April 2017, l-SCCS adotta opinjoni ġdida (17) li fiha kkonkluda li abbażi tad-data pprovduta, l-użu tal-PHMB bħala preservattiv fil-prodotti kożmetiċi kollha sa 0,1 % huwa sikur iżda l-użu tagħha f'formulazzjonijiet ta' sprejs mhuwiex rakkomandat. Fid-dawl tal-klassifikazzjoni tal-PHMB bħala sustanza CMR tal-kategorija 2 u fid-dawl tal-opinjoni l-ġdida tal-SCCS, jenħtieġ li l-PHMB tkun awtorizzata bħala preservattiv fil-prodotti kożmetiċi kollha, b'konċentrazzjoni massima ta' 0,1 %, ħlief fl-applikazzjonijiet li jistgħu jwasslu biex il-pulmuni tal-utent aħħari jkunu esposti permezz tan-nifs. Jenħtieġ li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jiġu adattati skont dan. |
(15) |
Fir-rigward ta' grupp kbir ta' sustanzi klassifikati bħala sustanzi CMR skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, ma ġiet ippreżentata l-ebda talba għall-użu fil-prodotti kożmetiċi b'mod eċċezzjonali. Jenħtieġ li dawk is-sustanzi jiġu inklużi fil-lista ta' sustanzi pprojbiti li hemm fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u, fejn rilevanti, jitħassru mil-listi ta' sustanzi ristretti jew awtorizzati li hemm fl-Annessi III u V ta' dak ir-Regolament. Fost l-oħrajn, dan jikkonċerna ċerti komposti tal-boron li bħalissa huma elenkati fl-entrati 1a u 1b tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009. |
(16) |
Xi komposti tal-boron li bħalissa huma elenkati fl-entrati 1a u 1b tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u l-Borat tal-idroġenu tad-dibutiltin ġew klassifikati bħala sustanzi CMR tal-kategorija 1B bir-Regolament (KE) Nru 790/2009. Il-klassifikazzjoni saret applikabbli mill-1 ta' Diċembru 2010. Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, is-sustanzi klassifikati bħala sustanzi CMR tal-kategorija 1 A jew 1B jistgħu jintużaw fil-prodotti kożmetiċi b'mod eċċezzjonali meta, wara l-klassifikazzjoni tagħhom bħala sustanzi CMR, ikunu laħqu ċerti kundizzjonijiet. Fit-22 ta' Ġunju 2010, l-SCCS ħareġ opinjoni (18) li fiha kkonkluda li l-użu ta' xi komposti tal-boron li bħalissa huma elenkati fl-entrati 1a u 1b tal-Anness III ta' dak ir-Regolament fil-kożmetiċi huwa sikur f'ċerti kundizzjonijiet. Madankollu, billi ma saret l-ebda applikazzjoni għal użu partikolari, u billi ma ġiex stabbilit li ma teżisti l-ebda sustanza xierqa alternattiva għall-iskop tal-użi rilevanti elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, jenħtieġ li dawk il-komposti tal-boron jitħassru mil-lista ta' sustanzi ristretti li hemm fl-Anness III ta' dak ir-Regolament u li jiżdiedu fil-lista ta' sustanzi pprojbiti fil-prodotti kożmetiċi li hemm fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009. Fir-rigward tal-Borat tal-idroġenu tad-dibutiltin, ma saret l-ebda applikazzjoni għal użu partikolari u l-SCCS ma sabx li hija sikura. Għalhekk, jenħtieġ ukoll li dik is-sustanza tiżdied mal-lista ta' sustanzi pprojbiti fil-prodotti kożmetiċi li hemm fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009. |
(17) |
L-Artikolu 31(1) tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jistipula li meta jkun hemm riskju potenzjali għas-saħħa tal-bniedem, minħabba l-użu tas-sustanzi fil-prodotti kożmetiċi, li jrid jiġi indirizzat mill-Komunità kollha, wara li tikkonsulta lill-SCCS, il-Kummissjoni tista' temenda l-Annessi II sa VI ta' dak ir-Regolament skont dan. Il-Kummissjoni kkonsultat lill-SCCS dwar is-sikurezza ta' ċerti sustanzi li mill-perspettiva kimika huma simili għas-sustanzi klassifikati bħala sustanzi CMR tal-kategorija 1 A, 1B jew 2. Dan jikkonċerna ċerti komposti tal-boron, kif ukoll il-Paraformaldeid u l-Glikol tal-Metilen. |
(18) |
Xi komposti tal-boron li bħalissa huma elenkati fl-entrati 1a u 1b tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, għajr dawk li huma msemmija fil-premessa 16, ma ġewx klassifikati bħala sustanzi CMR. Fit-12 ta' Diċembru 2013, l-SCCS ħareġ opinjoni dwar il-borati, it-tetraborati u l-ottaborati (19), li fiha kkonkluda li dawk is-sustanzi, kif ukoll l-imluħa jew l-esteri tal-aċidu boriku, bħalma huma l-MEA-borat, il-MIPA-borat, il-borat tal-potassju, il-borat tat-triottildodeċil, u l-borat taż-żingu, jifformaw aċidu boriku f'soluzzjonijiet milwiema u li għalhekk jenħtieġ li r-restrizzjonijiet ġenerali li japplikaw għall-aċidu boriku jkunu japplikaw għall-grupp kollu tal-borati, tat-tetraborati u tal-ottaborati. L-aċidu boriku ġie kklassifikat bħala sustanza CMR tal-kategorija 1B bir-Regolament (KE) Nru 790/2009. Il-klassifikazzjoni saret applikabbli mill-1 ta' Diċembru 2010. Fid-dawl tal-opinjoni tal-SCCS, il-grupp kollu tal-borati, tat-tetraborati u tal-ottaborati, għajr is-sustanzi f'dak il-grupp li ġew ikklassifikati bħala sustanzi CMR, kif ukoll l-imluħa jew l-esteri tal-aċidu boriku, jenħtieġ li jitħassru mil-lista ta' sustanzi ristretti li hemm fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jiżdiedu fil-lista ta' sustanzi pprojbiti fil-prodotti kożmetiċi li hemm fl-Anness II ta' dak ir-Regolament. |
(19) |
Bħalissa s-sustanza Parafolmadeid hija elenkata fl-entrata 5 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, iżda bil-maqlub tal-Formaldeid, ma ġietx klassifikata bħala sustanza CMR. Bħalissa s-sustanza Glikol tal-Metilen mhix inkluża fl-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009. Fis-26 u s-27 ta' Ġunju 2012, l-SCCS adotta opinjoni dwar il-Glikol tal-Metilen (20) li fiha stabbilixxa li l-Glikol tal-Metilen tinbidel b'mod rapidu taħt diversi kundizzjonijiet biex tifforma l-Formaldeid f'soluzzjonijiet milwiema u li l-Parafolmadeid tista' tiddepolimerizza biex tifforma l-Formaldeid meta tissaħħan jew titnixxef. Fid-dawl tal-opinjoni tal-SCCS, hemm riskju potenzjali għas-saħħa tal-bniedem minħabba l-użu ta' dawn is-sustanzi fil-prodotti kożmetiċi. Għalhekk jenħtieġ li l-Paraformaldeid titħassar mil-lista ta' preservattivi permessi fil-prodotti kożmetiċi li hemm fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u jenħtieġ li l-Paraformaldeid u l-Glikol tal-Metilen jiżdiedu mal-lista ta' sustanzi pprojbiti fil-prodotti kożmetiċi li hemm fl-Anness II ta' dak ir-Regolament. |
(20) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jiġi emendat skont dan. |
(21) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Mejju 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/776 tal-4 ta' Mejju 2017 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 116, 5.5.2017, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 790/2009 tal-10 ta' Awwissu 2009 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 235, 5.9.2009, p. 1).
(5) SCCS/1344/10, http://ec.europa.eu/health/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_o_077.pdf
(6) SCCS/1360/10, http://ec.europa.eu/health/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_o_053.pdf.
(7) SCCS/1408/11, https://ec.europa.eu/health/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_o_118.pdf
(8) SCCS/1547/15, https://ec.europa.eu/health/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_o_170.pdf
(9) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2014 tal-5 ta' Ġunju 2014 li jemenda, għall-finijiet tal-introduzzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta' periklu u prekawzjoni fil-lingwa Kroata u tal-adattament tagħha għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 167, 6.6.2014, p. 36).
(10) SCCS/1538/14, https://ec.europa.eu/health/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_o_164.pdf
(11) SCCS/1345/10, https://ec.europa.eu/health/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_o_031.pdf
(12) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 618/2012 tal-10 ta' Lulju 2012 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 179, 11.7.2012, p. 3).
(13) SCCS/1528/14, http://ec.europa.eu/health/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_o_149.pdf
(14) SCCS/1461/12, https://ec.europa.eu/health/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_o_083.pdf
(15) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 944/2013 tat-2 ta' Ottubru 2013 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 261, 3.10.2013, p. 5).
(16) SCCS/1535/14, https://ec.europa.eu/health/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_o_157.pdf
(17) SCCS/1581/16, https://ec.europa.eu/health/sites/health/files/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_o_204.pdf
(18) SCCS/1249/09, https://ec.europa.eu/health/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_o_027.pdf
(19) SCCS/1523/13, https://ec.europa.eu/health/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_o_146.pdf
(20) SCCS/1483/12, https://ec.europa.eu/health/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_o_097.pdf
ANNESS
(1)
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
(a) |
jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
|
(b) |
l-entrata 395 tinbidel b'dan li ġej:
|
(2)
L-Anness III huwa emendat kif ġej:
(a) |
jitħassru l-entrati 1a, 1b, 7, 13 u 51; |
(b) |
l-entrata 12 tinbidel b'dan li ġej:
|
(c) |
jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
|
(3)
L-Anness V huwa emendat kif ġej:
(a) |
il-punt 2 tal-preambolu jinbidel b'dan li ġej:
|
(b) |
jitħassru l-entrati 5, 31, 40 u 41; |
(c) |
l-entrata 28 tinbidel b'dan li ġej:
|
(*1) Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22).”;
DEĊIŻJONIJIET
23.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 137/64 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/832
tat-22 ta' Mejju 2019
li temenda d-Deċiżjoni 2012/392/PESK dwar il-missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-16 ta' Lulju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/392/PESK (1) li tistabbilixxi missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer sabiex tappoġġa l-iżvilupp tal-kapaċitajiet tal-atturi tas-sigurtà tan-Niġer fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata (EUCAP SAHEL Niger). |
(2) |
Fit-18 ta' Settembru 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1247 (2) li testendi l-EUCAP Sahel Niger u li tipprovdilha ammont ta' referenza finanzjarja sat-30 ta' Settembru 2020. |
(3) |
Fil-25 ta' Ġunju 2018, fil-konklużjonijiet tiegħu dwar is-Saħel/Mali, il-Kunsill issottolinja l-importanza tar-reġjonalizzazzjoni tal-PSDK fis-Saħel bil-għan li jissaħħaħ, kif adatt, l-appoġġ ċivili u militari għal kooperazzjoni transkonfinali, l-istrutturi ta' kooperazzjoni reġjonali, b'mod partikolari dawk tal-G5 tas-Saħel, u l-kapaċità u s-sjieda tal-pajjiżi tal-G5 biex jindirizzaw l-isfidi ta' sigurtà fir-reġjun. |
(4) |
Fil-15 ta' Frar 2019, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania laqa' l-iskjerament previst tal-EUCAP Sahel Niger b'appoġġ għall-G5 tas-Saħel u għall-kapaċitajiet nazzjonali tal-Mauritania. |
(5) |
Fit-18 ta' Frar 2019, il-Kunsill approva Kunċett tal-Operazzjonijiet ċivili-militari konġunt dwar ir-Reġjonalizzazzjoni tal-azzjoni tal-PSDK fis-Saħel. |
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/392/PESK tiġi emendata skont dan. |
(7) |
Il-EUCAP Sahel Niger ser titwettaq fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2012/392/PESK tiġi emendata kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 3 jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “3a. Barra minn hekk, il-EUCAP Sahel Niger ser tikkontribwixxi, mingħajr preġudizzju għall-mandat ċentrali tagħha fin-Niġer, għar-reġjonalizzazzjoni tal-azzjoni tal-PSDK fis-Saħel billi tikkontribwixxi għat-titjib tal-interoperabbiltà u l-koordinazzjoni bejn il-forzi ta' sigurtà interna tal-pajjiżi tal-G5 tas-Saħel, kif ukoll billi tappoġġa l-kooperazzjoni transkonfinali, billi tappoġġa l-istrutturi ta' kooperazzjoni reġjonali u tikkontribwixxi għat-titjib tal-kapaċitajiet nazzjonali tal-pajjiżi tal-G5 tas-Saħel. Il-EUCAP Sahel Niger tista' twettaq dawk l-attivitajiet kif meħtieġ fil-pajjiżi tal-G5 tas-Saħel f'konformità mal-Kunċett ċivil-militari konġunt tal-Operazzjonijiet dwar ir-Reġjonalizzazzjoni tal-PESK. Għal dak il-fini, bl-appoġġ, bħala faċilitatur, taċ-Ċellula ta' Konsulenza u Koordinazzjoni Reġjonali stabbilita ġewwa l-EUCAP Sahel Mali, il-EUCAP Sahel Mali għandha tipprovdi taħriġ, konsulenza u appoġġ speċifiku ieħor lill-pajjiżi tal-G5 tas-Saħel, skont il-mezzi u l-kapaċitajiet tagħha, fuq talba mill-pajjiż konċernat u b'kont meħud tas-sitwazzjoni ta' sigurtà. Qabel ma tinbeda attività ġdida f'pajjiż tal-G5 tas-Saħel ġdid, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà għandu jiġi infurmat b'dan.”; |
(2) |
fl-Artikolu 13(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “L-ammont ta' referenza finanzjarja biex ikopri l-ispiża relatata mal-EUCAP Sahel Niger għall-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2018 sat-30 ta' Settembru 2020 għandu jkun ta' EUR 63 400 000,00.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Mejju 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
C.B. MATEI
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/392/PESK tas-16 ta' Lulju 2012 dwar il-missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (ĠU L 187, 17.7.2012, p. 48).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1247 tat-18 ta' Settembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2012/392/PESK dwar il-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (ĠU L 235, 19.9.2018, p. 7).