ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 136 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 62 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
DIRETTIVI
22.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 136/1 |
DIRETTIVA (UE) 2019/770 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-20 ta’ Mejju 2019
dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali u ta' servizzi diġitali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Il-potenzjal tat-tkabbir tal-kummerċ elettroniku fl-Unjoni għadu ma ġiex sfruttat kompletament. L-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa tindirizza b'mod olistiku l-ostakoli ewlenin għall-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku transfruntier fl-Unjoni sabiex jiġi sfruttat dan il-potenzjal. Meta l-aċċess tal-konsumaturi għal kontenut diġitali u servizzi diġitali jkun aħjar, u meta għan-negozji tiġi ffaċilitata l-provvista ta' kontenut diġitali u servizzi diġitali, dan jista' jikkontribwixxi biex tingħata spinta lill-ekonomija diġitali tal-Unjoni u jiġi stimolat it-tkabbir globali. |
(2) |
L-Artikolu 26(1) u (2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi li l-Unjoni għandha tadotta miżuri bil-għan li tistabbilixxi jew tiżgura l-funzjonament tas-suq intern, li għandu jinkludi żona mingħajr fruntieri interni fejn jiġi żgurat il-moviment liberu tal-oġġetti u s-servizzi. L-Artikolu 169(1), u l-punt (a) tal-Artikolu 169(2), tat-TFUE jipprevedu li l-Unjoni tikkontribwixxi għall-kisba ta' livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur permezz ta' miżuri adottati skont l-Artikolu 114 tat-TFUE fil-kuntest tat-tlestija tas-suq intern. Id-Direttiva għandha l-għan li tikseb bilanċ tajjeb bejn il-kisba ta’ livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u l-promozzjoni tal-kompetittività tal-impriżi, filwaqt li tiżgura r-rispett għall-prinċipju ta' sussidjarjetà. |
(3) |
Ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali jew ta' servizzi diġitali jenħtieġ li jiġu armonizzati, filwaqt li bħala bażi jittieħed livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi, sabiex jinkiseb suq uniku diġitali ġenwin, tiżdied iċ-ċertezza tad-dritt u jitnaqqsu l-ispejjeż tat-tranżazzjoni, b’mod partikolari għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju (‘SMEs’). |
(4) |
In-negozji, speċjalment l-SMEs, jiffaċċjaw spejjeż addizzjonali li jirriżultaw mid-differenzi fir-regoli nazzjonali obbligatorji tal-liġi kuntrattwali tal-konsumaturi, u inċertezza tad-dritt meta joffru kontenut diġitali jew servizzi diġitali bejn il-fruntieri. In-negozji jiffaċċjaw ukoll spejjeż meta jadattaw il-kuntratti tagħhom, għar-regoli obbligatorji speċifiċi għall-provvista tal-kuntratti tal-kontenut diġitali jew tas-servizzi diġitali, li diġà qegħdin jiġu applikati f'bosta Stati Membri u li joħolqu differenzi fil-kamp ta' applikazzjoni u fil-kontenut bejn ir-regoli nazzjonali speċifiċi li jirregolaw tali kuntratti. |
(5) |
Il-konsumaturi mhux dejjem iħossuhom fiduċjużi meta jixtru bejn il-fruntieri u speċjalment meta dan ix-xiri jsir online. Wieħed mill-fatturi ewlenin għan-nuqqas ta' fiduċja fil-konsumaturi huwa l-inċertezza dwar id-drittijiet kuntrattwali ewlenin tagħhom u n-nuqqas ta' qafas kuntrattwali ċar għall-kontenut diġitali jew għas-servizzi diġitali. Ħafna konsumaturi jesperjenzaw problemi relatati mal-kwalità tal-kontenut diġitali jew tas-servizzi diġitali jew l-aċċess għalihom. Pereżempju, jirċievu kontenut diġitali jew servizzi diġitali ħżiena jew difettużi, jew ma jkunux jistgħu jiksbu aċċess għall-kontenut diġitali jew għas-servizzi diġitali inkwistjoni. B'riżultat ta' dan, il-konsumaturi jsofru dannu finanzjarju u mhux finanzjarju. |
(6) |
Sabiex jirrimedjaw tali problemi, kemm in-negozji kif ukoll il-konsumaturi jenħtieġ li jkunu jistgħu jistrieħu fuq drittijiet kuntrattwali armonizzati b'mod sħiħ f'ċerti oqsma ewlenin li jikkonċernaw il-provvista ta' kontenut diġitali jew ta' servizzi diġitali madwar l-Unjoni. Armonizzazzjoni sħiħa ta' wħud mill-aspetti regolatorji ewlenin iżżid konsiderevolment iċ-ċertezza tad-dritt kemm għall-konsumaturi kif ukoll għan-negozji. |
(7) |
Regoli armonizzati b'mod sħiħ tal-liġi kuntrattwali tal-konsumaturi fl-Istati Membri kollha jagħmluha aktar faċli għan-negozji, speċjalment għall-SMEs, li joffru kontenut diġitali jew servizzi diġitali mal-Unjoni kollha. Huma jkunu joffru lin-negozji ambjent stabbli tal-liġi kuntrattwali meta jipprovdu kontenut diġitali jew servizzi diġitali fi Stati Membri oħra. Dawn ikunu jipprevjenu wkoll il-frammentazzjoni legali li altrimenti tirriżulta minn leġiżlazzjoni nazzjonali ġdida li tirregola speċifikament kontenut diġitali u servizzi diġitali. |
(8) |
Il-konsumaturi jenħtieġ li jibbenefikaw minn drittijiet armonizzati b'mod sħiħ għall-provvista ta' kontenut diġitali u servizzi diġitali li jipprovdu livell għoli ta' protezzjoni. Huma jenħtieġ li jkollhom drittijiet obbligatorji ċari meta jirċievu kontenut diġitali jew servizzi diġitali jew jiksbu aċċess għalih minn kwalunkwe post fl-Unjoni. Li wieħed ikollu tali drittijiet jenħtieġ li jżid il-fiduċja tagħhom fix-xiri ta' kontenut diġitali u servizzi diġitali. Dan jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għat-tnaqqis tad-danni li qegħdin isofru bħalissa l-konsumaturi, minħabba li jkun hemm sett ta' drittijiet ċari li jagħtuhom iċ-ċans li jindirizzaw il-problemi li jiffaċċjaw bil-kontenut diġitali jew bis-servizzi diġitali. |
(9) |
Din id-Direttiva jenħtieġ li tarmonizza b'mod sħiħ ċerti regoli ewlenin li, sa issa, ma ġewx irregolati fil-livell tal-Unjoni jew fil-livell nazzjonali. |
(10) |
Din id-Direttiva jenħtieġ li tiddefinixxi l-kamp ta' applikazzjoni tagħha b'mod ċar u inekwivoku u tipprevedi regoli sostantivi ċari għall-kontenut diġitali jew għas-servizzi diġitali li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha. Kemm il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva kif ukoll ir-regoli sostantivi tagħha jenħtieġ li jkunu teknoloġikament newtrali u jibqgħu validi fil-futur. |
(11) |
Din id-Direttiva jenħtieġ li tistabbilixxi regoli komuni dwar ċerti rekwiżiti li jikkonċernaw kuntratti bejn kummerċjanti u konsumaturi għall-provvista ta' kontenut diġitali jew ta' servizz diġitali. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jiġu armonizzati bis-sħiħ ir-regoli dwar il-konformità ta' kontenut diġitali jew ta' servizz diġitali makuntratt, rimedji f'każ ta' nuqqas ta' tali konformità jew nuqqas ta' provvista u l-modalitajiet għall-eżerċizzju ta' dawk ir-rimedji, kif ukoll dwar il-modifika ta' kontenut diġitali jew ta' servizz diġitali. Regoli kompletament armonizzati fir-rigward ta' xi elementi essenzjali tal-liġi tal-kuntratti mal-konsumaturi għandhom jagħmluha aktar faċli għan-negozji, speċjalment għall-SMEs, biex joffru l-prodotti tagħhom fi Stati Membri oħra. Permezz tal-armonizzazzjoni kompleta tar-regoli ewlenin, il-konsumaturi jibbenefikaw minn livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u titjib fil-benesseri. L-Istati Membri huma preklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva milli jipprovdu għal kwalunkwe rekwiżit ulterjuri formali jew sostantiv. Pereżempju, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jipprevedux regoli dwar l-inverżjoni tal-oneru tal-provi li huma differenti minn dawk previsti f'din id-Direttiva, jew obbligu għall-konsumatur li jinnotifika lill-kummerċjant dwar nuqqas ta' konformità fi żmien perjodu speċifiku. |
(12) |
Jenħtieġ li din id-Direttiva ma taffettwax il-liġi nazzjonali sal-punt li l-kwistjonijiet ikkonċernati mhumiex regolati minn din id-Direttiva, bħar-regoli nazzjonali dwar il-formazzjoni, il-validità, in-nullità jew l-effetti ta' kuntratti jew il-legalità tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali. Jenħtieġ li din id-Direttiva lanqas ma tiddetermina n-natura legali ta’ kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali jew servizz diġitali, u l-kwistjoni dwar jekk tali kuntratti jikkostitwixxux, pereżempju, kuntratt ta' bejgħ, servizz, kiri jew kuntratt sui generis, jenħtieġ li titħalla f'idejn il-liġi nazzjonali. Jenħtieġ ukoll li din id-Direttiva ma taffettwax ir-regoli nazzjonali li ma jikkonċernawx b'mod speċifiku kuntratti tal-konsumatur u li jipprevedu rimedji speċifiċi għal ċerti tipi ta' difetti li ma kinux apparenti fil-mument li ġie konkluż il-kuntratt ta' bejgħ, jiġifieri dispożizzjonijiet nazzjonali li jistgħu jistabbilixxu regoli speċifiċi għar-responsabbiltà tal-kummerċjant għal difetti moħbija. Jenħtieġ ukoll li din id-Direttiva ma taffettwax il-liġijiet nazzjonali li jipprevedu rimedji mhux kuntrattwali għall-konsumatur, fil-każ ta' nuqqas ta' konformità tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali, kontra persuni f'ħoloq preċedenti tal-katina ta' tranżazzjonijiet, jew persuni oħra li jissodisfaw l-obbligi ta’ tali persuni. |
(13) |
L-Istati Membri jibqgħu liberi wkoll, pereżempju, li jirregolaw pretensjonijiet tar-responsabbiltà ta’ konsumatur kontra parti terza għajr kummerċjant li jipprovdi jew li jimpenja ruħu li jipprovdi l-kontenut diġitali jew servizz diġitali, bħal żviluppatur, li mhux fl-istess ħin il-kummerċjant taħt din id-Direttiva. |
(14) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jibqgħu wkoll liberi, pereżempju, li jirregolaw il-konsegwenzi ta' nuqqas ta' provvista, jew ta' nuqqas ta' konformità ta’, kontenut diġitali jew ta’ servizz diġitali, fejn tali nuqqas ta' provvista jew nuqqas ta' konformità jkun dovut għal impediment lil hinn mill-kontroll tal-kummerċjant u fejn il-kummerċjant ma setax ikun mistenni li jevita jew jegħleb l-impediment jew il-konsegwenzi tiegħu, bħal f’każ ta’ force majeure. |
(15) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jibqgħu wkoll liberi, pereżempju, li jirregolaw id-drittijiet ta’ partijiet li jastjenu milli jwettqu l-obbligi tagħhom jew parti minnhom sakemm il-parti l-oħra twettaq l-obbligi tagħha. Pereżempju, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu liberi li jirregolaw jekk konsumatur, f'każijiet ta' nuqqas ta' konformità, għandux ikun intitolat li jastjeni milli jħallas il-prezz jew parti minnu sakemm il-kummerċjant ikun ġab il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali f'konformità, jew jekk il-kummerċjant għandux ikun intitolat li jżomm kwalunkwe rimborż dovut lill-konsumatur mat-terminazzjoni tal-kuntratt sakemm il-konsumatur jikkonforma mal-obbligu previst f’din id-Direttiva li jirritorna l-mezz tanġibbli lill-kummerċjant. |
(16) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jibqgħu wkoll liberi li jestendu l-applikazzjoni tar-regoli ta' din id-Direttiva għal kuntratti li huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, jew inkella li jirregolaw dawn it-tip ta' kuntratti. Pereżempju, jenħtieġ li l-Istati Membri jibqgħu liberi li jestendu l-protezzjoni mogħtija lill-konsumaturi minn din id-Direttiva wkoll għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi li mhumiex konsumaturi fis-sens ta' din id-Direttiva, bħal pereżempju l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, in-negozji ġodda u l-SMEs. |
(17) |
Id-definizzjoni ta' konsumatur jenħtieġ li tkopri l-persuni fiżiċi li jaġixxu barra l-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħhom. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jibqgħu wkoll liberi li jiddeterminaw, fil-każ ta' kuntratti bi skop doppju, meta l-kuntratt huwa konkluż għal skopijiet li huma parzjalment fl-ambitu u parzjalment barra mill-ambitu tal-kummerċ ta' persuna, u fejn l-iskop ta' kummerċ tant huwa limitat li mhuwiex predominanti fil-kuntest kumplessiv tal-kuntratt, jekk u taħt liema kundizzjonijiet dik il-persuna jenħtieġ li titqies bħala konsumatur ukoll. |
(18) |
Din id-Direttiva jenħtieġ li tapplika għal kwalunkwe kuntratt fejnil-kummerċjant jipprovdi jew jimpenja ruħu li jipprovdi kontenut diġitali jew servizz diġitali lill-konsumatur. Fornituri ta' pjattaformi jistgħu jitqiesu bħala kummerċjanti taħt din id-Direttiva jekk jaġixxu għal skopijiet relatati man-negozju tagħhom stess u bħala s-sieħeb kuntrattwali dirett tal-konsumatur għall-provvista ta' kontenut diġitali jew ta' servizz diġitali. L-Istati Membri jenħtieġ li jibqgħu liberi li jestendu l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għal fornituri ta’ pjattaformi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti sabiex ikunu kkunsidrati "kummerċjant" taħt din id-Direttiva; |
(19) |
Id-Direttiva għandha tindirizza problemi fost kategoriji differenti ta' kontenut diġitali jew ta' servizzi diġitali u l-provvista tagħhom. Bil-għan li taħseb għal żviluppi teknoloġiċi mgħaġġlin u biex il-kunċett ta' kontenut diġitali jew servizzi diġitali jibqa' validu fil-futur, jenħtieġ li din id-Direttiva tkopri, inter alia, programmi tal-kompjuter, applikazzjonijiet, video files, audio files, logħob diġitali, kotba elettroniċi jew pubblikazzjonijiet elettroniċi oħra, u wkoll servizzi diġitali li jippermettu l-ħolqien, l-ipproċessar, l-aċċess għad-data jew il-ħżin ta' data f'forma diġitali, inkluż softwer bħala servizz bħall-video sharing u l-audio sharing u l-ospitar ta' fajls oħra, il-word processing jew il-logħob offrut fl-ambjent tal-cloud computing u l-midja soċjali. Peress li hemm bosta manjieri kif il-kontenut diġitali jew is-servizzi diġitali jiġu pprovduti, bħat-trażmissjoni fuq mezz tanġibbli, it-tniżżil mill-konsumaturi fuq l-apparati tagħhom, ir-ritrażmissjoni fuq il-web, permess għal aċċess għal kapaċitajiet ta' ħżin ta' kontenut diġitali jew aċċess għall-użu tal-midja soċjali, din id-Direttiva jenħtieġ li tapplika indipendentament mill-mezz użat għat-trażmissjoni ta' kontenut diġitali jew servizz diġitali jew l-għoti ta' aċċess għalihom. Madankollu, din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għas-servizzi ta' aċċess għall-internet. |
(20) |
Din id-Direttiva u d-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jenħtieġ li jikkomplementaw lil xulxin. Filwaqt li din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar ċerti rekwiżiti li jikkonċernaw kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali jew servizzi diġitali, id-Direttiva (UE) 2019/771 tistabbilixxi regoli dwar ċerti rekwiżiti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta' oġġetti. Għaldaqstant, sabiex jiġu ssodisfati l-aspettattivi tal-konsumaturi u jiġi żgurat qafas legali sempliċi u ċar għall-kummerċjanti ta' kontenut diġitali, din id-Direttiva jenħtieġ li tapplika wkoll għal kontenut diġitali li jiġi pprovdut fuq mezz tanġibbli, bħal DVDs, CDs, USB sticks u kards tal-memorja, kif ukoll għall-mezz tanġibbli nnifsu, sakemm il-mezz tanġibbli jservi esklussivament bħala trasportatur ta' kontenut diġitali. Madankollu, minflok id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar l-obbligu ta' provvista tal- kummerċjant u dwar ir-rimedji tal-konsumatur għal nuqqas ta' provvista, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) dwar obbligi relatati mal-konsenja ta' oġġetti u rimedji fil-każ ta' nuqqas ta' konsenja. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/83/UE, dwar, pereżempju, id-dritt ta' rtirar u n-natura tal-kuntratt li fil-qafas tiegħu jiġu pprovduti dawk l-oġġetti, jenħtieġ li jkomplu japplikaw ukoll għal tali midja tanġibbli u l-kontenut diġitali pprovdut fuqha. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju wkoll għad-dritt ta' distribuzzjoni applikabbli għal dawn l-oġġetti taħt il-liġi dwar id-dritt tal-awtur. |
(21) |
Id-Direttiva (UE) 2019/771 jenħtieġ li tapplika għall-kuntratti għall-bejgħ ta' oġġetti, inklużi l-oġġetti b'elementi diġitali. Il-kunċett ta' oġġetti b'elementi diġitali jenħtieġ li jirreferi għal oġġetti li jinkorporaw kontenut diġitali jew servizz diġitali jew li huma interkonnessi miegħu b'tali mod li l-assenza ta' dak il-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali twaqqaf lill-oġġetti milli jwettqu l-funzjoni tagħhom. Il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali li huwa inkorporat f'oġġetti jew interkonness magħhom b'dak il-mod jenħtieġ li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva(UE) 2019/771 jekk jiġi pprovdut mal-oġġetti fil-qafas ta' kuntratt ta' bejgħ li jikkonċerna dawk l-oġġetti. Jekk il-provvista ta' kontenut diġitali jew ta' servizz diġitali inkorporat jew interkonness tifformax parti mill-kuntratt ta' bejgħ mal-bejjiegħ, jenħtieġ li jiddependi mill-kontenut ta' dan il-kuntratt. Dan jenħtieġ li jinkludi kontenut diġitali jew servizzi diġitali inkorporat jew interkonness li l-provvista tiegħu tkun meħtieġa b'mod espliċitu mill-kuntratt. Jenħtieġ li jinkludi wkoll dawk il-kuntratti ta' bejgħ li jistgħu jiġu interpretati li jkopru l-provvista ta' kontenut diġitali jew servizz diġitali speċifiku minħabba li huma normali għal oġġetti tal-istess tip u li l-konsumatur jista' raġonevolment jistenna li jkunu hemm minħabba n-natura tal-oġġetti u b'kont meħud ta' kwalunkwe dikjarazzjoni pubblika magħmula mill-bejjiegħ jew f'ismu jew minn persuni oħra f'ħoloq preċedenti tal-katina tat-tranżazzjonijiet, inkluż il-produttur. Jekk, pereżempju, sett tat-televiżjoni intelliġenti jkun ġie reklamat bħala li jinkludi applikazzjoni partikulari tal-video, dik l-applikazzjoni tal-video tkun meqjusa parti mill-kuntratt ta' bejgħ. Jenħtieġ li dan japplika irrispettivament minn jekk il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jkunx installat minn qabel fl-oġġett innifsu jew jekk ikollux jitniżżel sussegwentement fuq apparat ieħor u jkun biss interkonness mal-oġġett. Pereżempju, smartphone jista' jinbiegħ b'applikazzjoni standardizzata installata minn qabel u pprovduta taħt il-kuntratt ta' bejgħ, pereżempju applikazzjoni tal-alarm jew applikazzjoni ta' kamera. Eżempju possibbli ieħor huwa dak ta’ arloġġ intelliġenti. F'tali każ, l-arloġġ stess ikun meqjus bħala l-oġġett b'elementi diġitali, li jista' jaqdi l-funzjonijiet tiegħu biss b'applikazzjoni li hija pprovduta taħt il-kuntratt ta' bejgħ iżda li trid titniżżel mill-konsumatur fuq smartphone; l-applikazzjoni tkun f'dan il-każ l-element diġitali interkonness. Jenħtieġ li dan japplika wkoll jekk il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali inkorporat jew interkonness ma jkunx fornut mill-bejjiegħ innifsu iżda pprovdut minn parti terza, taħt il-kuntratt ta' bejgħ. Sabiex tiġi evitata l-inċertezza kemm għall-kummerċjanti kif ukoll għall-konsumaturi, fil-każ ta' dubju dwar jekk il-provvista tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali tifformax parti mill-kuntratt tal-bejgħ, jenħtieġ li tapplika d-Direttiva (UE) 2019/771. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-istabbiliment ta' relazzjoni kuntrattwali bilaterali, bejn il-bejjiegħ u l-konsumatur, li tkopri l-provvista tal-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali inkorporat jew interkonness ma jkunx affettwat mis-sempliċi fatt li l-konsumatur għandu jagħti l-kunsens tiegħu għal ftehim ta' liċenzjar ma' parti terza sabiex jibbenefika mill-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali. |
(22) |
B'kuntrast, jekk in-nuqqas tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali inkorporat jew interkonness ma jwaqqafx lill-prodotti milli jwettqu l-funzjonijiet tagħhom jew jekk il-konsumatur jikkonkludi kuntratt għall-provvista ta' kontenut diġitali jew ta' servizz diġitali li ma jifformax parti minn kuntratt ta' bejgħ dwar oġġetti b'elementi diġitali, dak il-kuntratt jenħtieġ li jkun meqjus separat mill-kuntratt għall-bejgħ tal-prodotti, anki jekk il-bejjiegħ jaġixxi bħala intermedjarju ta' dak it-tieni kuntratt mal-fornitur terz, u jista' jaqa' fil-kamp ta’ applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Pereżempju, jekk il-konsumatur iniżżel applikazzjoni ta' logħob minn app store fuq smartphone, il-kuntratt għall-provvista tal-applikazzjoni tal-logħob huwa separat mill-kuntratt għall-bejgħ tas-smartphone innifsu. Jenħtieġ għalhekk li d-Direttiva (UE) 2019/771 tapplika biss għall-kuntratt ta' bejgħ li jikkonċerna s-smartphone, filwaqt li l-provvista tal-applikazzjoni tal-logħob tista' taqa' taħt din id-Direttiva, jekk il-kundizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma sodisfatti. Eżempju ieħor huwa fejn ikun ġie miftiehem b'mod espress li l-konsumatur jixtri smartphone mingħajr sistema operattiva speċifika u l-konsumatur sussegwentement jikkonkludi kuntratt għall-provvista ta' sistema operattiva minn parti terza. F'tali każ, il-provvista tas-sistema operattiva mixtrija separatament ma tifformax parti mill-kuntratt tal-bejgħ u għalhekk ma taqax fl-ambitu tad-Direttiva (UE) 2019/771, iżda tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, jekk il-kundizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma ssodisfatti. |
(23) |
Ir-rappreżentazzjonijiet diġitali ta' valur bħal vouchers elettroniċi jew kupuni elettroniċi jintużaw mill-konsumaturi biex iħallsu għal oġġetti jew servizzi differenti fis-suq uniku diġitali. Tali rappreżentazzjonijiet diġitali ta' valur qed isiru importanti fir-rigward tal-provvista ta' kontenut diġitali jew ta' servizzi diġitali, u għalhekk jenħtieġ li jitqiesu bħala metodu ta' ħlas fis-sens ta' din id-Direttiva. Rappreżentazzjonijiet diġitali ta’ valur jenħtieġ li jinftiehmu wkoll bħala li jinkludu wkoll muniti virtwali, sa fejn huma rikonoxxuti mil-liġi nazzjonali. Differenzjazzjoni skont il-metodu ta' ħlas tista' tkun il-kawża ta' diskriminazzjoni u tista' tipprovdi inċentiv mhux ġustifikat għan-negozji sabiex jibdew joffru kontenut diġitali jew servizzi diġitali bi skambju ma' rappreżentazzjonijiet diġitali ta' valur. Madankollu, peress li r-rappreżentazzjonijiet diġitali ta' valur ma għandhom l-ebda skop ieħor għajr li jservu bħala metodu ta' ħlas, huma nfushom jenħtieġ li ma jitqisux bħala kontenut diġitali jew servizz diġitali fis-sens ta' din id-Direttiva. |
(24) |
Il-kontenut diġitali jew s-servizzi diġitali spiss jiġu pprovduti anki meta l-konsumatur ma jħallasx prezz iżda jipprovdi data personali lill-kummerċjant. Dawn il-mudelli ta' negozju jintużaw f'forom differenti f'parti konsiderevoli tas-suq. Filwaqt li tirrikonoxxi bis-sħiħ li l-protezzjoni tad-data personali hija dritt fundamentali u li għalhekk id-data personali ma tistax titqies bħala komodità, din id-Direttiva jenħtieġ li tiżgura li l-konsumaturi, fil-kuntest ta' tali mudelli ta' negozju, ikunu intitolati għal rimedji kuntrattwali. Jenħtieġ li din id-Direttiva, għalhekk, tapplika għal kuntratti li fihom il-kummerċjant jipprovdi, jew jimpenja ruħu li jipprovdi, kontenut diġitali jew servizz diġitali lill-konsumatur, u l-konsumatur jipprovdi, jew jimpenja ruħu li jipprovdi, data personali. Id-data personali tista' tiġi pprovduta lill-kummerċjant jew fiż-żmien meta jiġi konkluż il-kuntratt jew aktar tard, pereżempju meta l-konsumatur jagħti l-kunsens tiegħu biex il-kummerċjant juża kwalunkwe data personali li l-konsumatur jista' jtella' jew joħloq bl-użu tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali. Il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta' data personali tipprevedi lista eżawrjenti ta' raġunijiet legali għall-ipproċessar legali ta' data personali. Din id-Direttiva jenħtieġ li tapplika għal kwalunkwe kuntratt fejn il-konsumatur jipprovdi jew jimpenja ruħu li jipprovdi data personali lill-kummerċjant. Pereżempju, din id-Direttiva jenħtieġ li tapplika meta l-konsumatur jiftaħ kont fuq il-midja soċjali u jipprovdi isem u e-mail li jintużaw għal skopijiet għajr is-sempliċi provvista tal-kontenut diġitali jew servizz diġitali jew għajr il-konformità mar-rekwiżiti legali. Dan għandu japplika ugwalment meta l-konsumatur jagħti l-kunsens tiegħu għal kwalunkwe materjal li jikkostitwixxi data personali, bħal ritratti jew posts li l-konsumatur itella', biex jiġu pproċessati mill-kummerċjant għal skopijiet ta' kummerċjalizzazzjoni. Jenħtieġ, madankollu, li l-Istati Membri jibqgħu liberi li jiddeterminaw jekk ir-rekwiżiti għall-formazzjoni, l-eżistenza u l-validità ta' kuntratt taħt il-liġi nazzjonali humiex issodisfati. |
(25) |
Meta kontenut diġitali u servizzi diġitali ma jkunux ipprovduti bi skambju ma' prezz, jenħtieġ li din id-Direttiva ma tapplikax għal sitwazzjonijiet fejn il-kummerċjant jiġbor data personali esklussivament biex jipprovdi kontenut diġitali jew servizz diġitali, jew għall-iskop uniku li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti legali. Sitwazzjonijiet bħal dawn jistgħu jinkludu, pereżempju, każijiet meta r-reġistrazzjoni tal-konsumatur hija obbligatorja bil-liġijiet applikabbli għal skopijiet ta' sigurtà u identifikazzjoni. Din id-Direttiva jenħtieġ li ma tapplikax ukoll għal sitwazzjonijiet meta l-kummerċjant jiġbor metadata, bħal informazzjoni li tikkonċerna l-apparat tal-konsumatur jew l-istorja tal-ibbrawżjar, ħlief meta din is-sitwazzjoni titqies li tkun kuntratt taħt il-liġi nazzjonali. Jenħtieġ li lanqas ma tapplika għal sitwazzjonijiet meta l-konsumatur, mingħajr ma jkun ikkonkluda kuntratt mal-kummerċjant, ikun espost għal reklamar esklużivament biex jikseb aċċess għal kontenut diġitali jew servizz diġitali. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jibqgħu liberi li jestendu l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għal sitwazzjonijiet bħal dawn, jew inkella li jirregolaw sitwazzjonijiet bħal dawn, li huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. |
(26) |
Din id-Direttiva jenħtieġ li tapplika għal kuntratti għall-iżvilupp ta' kontenut diġitali li huwa mfassal apposta għar-rekwiżiti speċifiċi tal-konsumatur inkluż softwer imfassal apposta. Din id-Direttiva jenħtieġ li tapplika wkoll għall-provvista ta' fajls elettroniċi meħtieġa fil-kuntest tal-istampar 3D ta' oġġetti, sal-punt li tali fajls jaqgħu taħt id-definizzjoni ta' kontenut diġitali jew servizzi diġitali fis-sens ta' din id-Direttiva. Madankollu, din id-Direttiva jenħtieġ li ma tirregola ebda dritt jew obbligu relatat ma' oġġetti prodotti bl-użu ta' teknoloġija tal-istampar 3D. |
(27) |
Peress li din id-Direttiva jenħtieġ li tapplika għal kuntratti li għandhom bħala oġġett il-provvista ta' kontenut diġitali jew servizzi diġitali lill-konsumatur, jenħtieġ li ma tapplikax meta l-materja tal-kuntratt tkun il-provvista ta' servizzi professjonali, bħal servizzi ta' traduzzjoni, servizzi ta' arkitettura jew servizzi ta' konsulenza professjonali oħra li sikwit jitwettqu personalment mill-kummerċjant, irrispettivament minn jekk il-mezzi diġitali jintużawx mill-kummerċjant sabiex jipproduċi l-output tas-servizz jew biex jittrażmettih lill-konsumatur. Bl-istess mod, jenħtieġ li din id-Direttiva ma tapplikax għal servizzi pubbliċi, bħal servizzi ta' sigurtà soċjali jew reġistri pubbliċi, fejn il-mezzi diġitali jintużaw biss għat-trażmissjoni jew il-komunikazzjoni tas-servizz lill-konsumatur. Jenħtieġ li din id-Direttiva lanqas ma tapplika għal strumenti awtentiċi u atti notarili oħra, irrispettivament minn jekk jitwettqux, jiġux irreġistrati, riprodotti jew trażmessi permezz ta' mezzi diġitali. |
(28) |
Is-suq għal servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri, li ma jikkollegawx ma' riżorsi ta' numerazzjoni pubblikament assenjati, qed jevolvi b'mod rapidu. F'dawn l-aħħar snin, l-emerġenza ta' servizzi diġitali ġodda li jippermettu komunikazzjonijiet interpersonali fuq l-internet, bħall-posta elettronika bbażata fuq il-web u s-servizzi ta' messaġġi online, wasslet biex aktar konsumaturi jużaw dawn is-servizzi. Għal tali raġunijiet jenħtieġ li tiġi prevista protezzjoni effettiva għall-konsumatur fir-rigward ta' tali servizzi. Din id-Direttiva għalhekk jenħtieġ li tapplika wkoll għal servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri. |
(29) |
Jenħtieġ li din id-Direttiva ma tapplikax għall-kura tas-saħħa kif definita fid-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). L-esklużjoni tal-"kura tas-saħħa" mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jenħtieġ li tapplika wkoll għal kwalunkwe kontenut diġitali jew servizz diġitali li jikkostitwixxi apparat mediku, kif definit fid-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE (6) jew 90/385/KEE (7) jew id-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), fejn tali apparat mediku huwa preskritt jew ipprovdut minn professjonist tas-saħħa kif definit fid-Direttiva 2011/24/UE. Madankollu, din id-Direttiva jenħtieġ li tapplika għal kwalunkwe kontenut diġitali jew servizz diġitali li jikkostitwixxi apparat mediku, bħal applikazzjonijiet tas-saħħa, li jistgħu jinkisbu mill-konsumatur mingħajr ma jiġu preskritti jew ipprovduti minn professjonist tas-saħħa. |
(30) |
Il-liġi tal-Unjoni relatata mas-servizzi finanzjarji fiha bosta regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumatur. Is-servizzi finanzjarji, kif definiti mil-liġi applikabbli f'dak is-settur, b'mod partikolari fid-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), ikopru wkoll kontenut diġitali jew servizzi diġitali relatati mas-servizzi finanzjarji jew li jagħtu aċċess għalihom u għalhekk huma koperti mill-protezzjoni tal-liġi tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji. Jenħtieġ għalhekk li l-kuntratti relatati ma' kontenut diġitali jew servizzi diġitali li jikkostitwixxu servizz finanzjarju jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. |
(31) |
Din id-Direttiva jenħtieġ li ma tapplikax għal kontenut diġitali jew servizz diġitali li jiġi pprovdut lil udjenza pubblika bħala parti minn eżibizzjoni artistika jew avveniment ieħor, bħal projezzjoni ċinematografika diġitali jew spettaklu teatrali awdjoviżiv. Madankollu, din id-Direttiva jenħtieġ li tapplika jekk il-kontenut diġitali jew servizz diġitali jiġi pprovdut lil udjenza pubblika permezz ta' trażmissjoni ta' sinjali bħal servizzi tat-televiżjoni diġitali. |
(32) |
Is-softwer bla ħlas u b'sors miftuħ, fejn il-kodiċi tas-sors huwa kondiviż b'mod miftuħ u fejn l-utenti jista' jkollhom aċċess liberu għalih, jużaw, jimmodifikaw u jqassmu mill-ġdid is-softwer jew il-verżjonijiet modifikati tiegħu, jista' jikkontribwixxi għar-riċerka u l-innovazzjoni fis-suq għall-kontenut diġitali u s-servizzi diġitali. Sabiex jiġi evitat li jiġu imposti ostakli għal dawn l-iżviluppi tas-suq, jenħtieġ li din id-Direttiva lanqas ma tapplika għal softwer bla ħlas u b'sors miftuħ, dment li ma jiġix ipprovdut bi skambju ma' prezz u d-data personali tal-konsumatur tintuża esklussivament għat-titjib tas-sigurtà, il-kompatibbiltà jew l-interoperabbiltà tas-softwer. |
(33) |
Il-kontenut diġitali jew is-servizzi diġitali spiss jiġu kkombinati mal-provvista ta' oġġetti jew servizzi oħra u jiġu offruti lill-konsumatur fl-istess kuntratt li jinkludi pakkett ta' elementi differenti, bħall-provvista ta' televiżjoni diġitali u x-xiri ta' tagħmir elettroniku. F'każijiet bħal dawn, il-kuntratt bejn il-konsumatur u l-kummerċjant jinkludi elementi ta' kuntratt għall-provvista ta' kontenut jew servizz diġitali iżda wkoll elementi ta' tipi oħra ta' kuntratt, bħal kuntratt għall-bejgħ ta' oġġetti jew servizzi. Jenħtieġ li din id-Direttiva tapplika biss għal dawk l-elementi tal-kuntratt ġenerali li jikkonsistu fil-provvista ta' kontenut diġitali jew servizzi diġitali. Jenħtieġ li l-elementi l-oħra tal-kuntratt jiġu regolati bir-regoli applikabbli għal dawk il-kuntratti taħt il-liġi nazzjonali jew, fejn applikabbli, liġi oħra tal-Unjoni li tirregola settur speċifiku jew materja speċifika. Bl-istess mod, kwalunkwe effett li jista' jkollha t-terminazzjoni ta' element wieħed tal-pakkett ta' kuntratti fuq l-elementi l-oħra ta’ dak il-pakkett ta' kuntratti jenħtieġ li jiġi regolat mil-liġi nazzjonali. Madankollu, sabiex tiġi żgurata konsistenza mad-dispożizzjonijiet speċifiċi tad-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) li jirregola l-pakkett ta' kuntratti, fejn kummerċjant joffri, fis-sens ta’ dik id-Direttiva, kontenut diġitali jew servizz diġitali b'kombinazzjoni ma' servizz ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażat fuq in-numri jew servizz ta' aċċess għall-internet, id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar il-modifika ta' kontenut diġitali jenħtieġ li ma japplikawx għall-kontenut diġitali jew għall-element tas-servizz diġitali tal-pakkett. Id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva (UE) 2018/1972 jenħtieġ li minflok japplikaw għall-elementi kollha tal-pakkett, inkluż il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali. |
(34) |
Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li jikkonċernaw il-pakkett ta' kuntratti jenħtieġ li japplikaw biss għal każijiet fejn l-elementi differenti tal-pakkett huma offruti mill-istess kummerċjant lill-istess konsumatur taħt kuntratt uniku. Din id-Direttiva jenħtieġ li ma taffettwax il-liġijiet nazzjonali li jirregolaw il-kundizzjonijiet li taħthom kuntratt għall-provvista ta' kontenut diġitali jew ta' servizzi diġitali jista' jitqies li huwa marbut ma' kuntratt ieħor li l-konsumatur ikun ikkonkluda mal-kummerċjant jew ma' kummerċjant ieħor jew ikun anċillari għalih, ir-rimedji li jistgħu jiġu eżerċitati taħt kull kuntratt jew l-effett li t-terminazzoni ta' kuntratt wieħed ikollha fuq il-kuntratt l-ieħor. |
(35) |
Il-prattika kummerċjali li jiġu raggruppati offerti ta' kontenut diġitali jew ta' servizzi diġitali permezz tal-provvista ta' oġġetti jew ta' servizzi oħra hija soġġetta għad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern. Tali ggruppar mhuwiex fih innifsu pprojbit taħt id-Direttiva 2005/29/KE. Madankollu, huwa pprojbit fejn jitqies li huwa inġust, wara valutazzjoni każ b'każ skont il-kriterji stabbiliti f'dik id-Direttiva. Il-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-Unjoni tippermetti wkoll li l-prattiki ta' rbit u ta' ggruppar jiġu indirizzati meta dawn jaffettwaw il-proċess kompetittiv u jagħmlu ħsara lill-konsumaturi. |
(36) |
Din id-Direttiva jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għal liġi oħra tal-Unjoni li tirregola settur speċifiku jew materja speċifika, bħat-telekomunikazzjonijiet, il-kummerċ elettroniku u l-protezzjoni tal-konsumatur. Jenħtieġ li tkun ukoll mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, inkluża l-portabbiltà tas-servizzi tal-kontenut onlajn. |
(37) |
It-twettiq ta' attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jistgħu jinvolvu l-ipproċessar ta' data personali. Il-liġi tal-Unjoni tipprevedi qafas komprensiv dwar il-protezzjoni ta' data personali. B'mod partikolari, din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2016/679 (12) u għad-Direttiva 2002/58/KE (13) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Dak il-qafas japplika għal kwalunkwe data personali pproċessata b'rabta mal-kuntratti koperti minn din id-Direttiva. Konsegwentement, jenħtieġ li data personali tinġabar jew tiġi pproċessata f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE. Fil-każ ta' kunflitt bejn din id-Direttiva u l-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta' data personali, din tal-aħħar jenħtieġ li tipprevali. |
(38) |
Jenħtieġ li din id-Direttiva ma tirregolax il-kundizzjonijiet għall-ipproċessar legali ta' data personali, peress li din il-kwistjoni hija regolata, b'mod partikolari, mir-Regolament (UE) 2016/679. B'konsegwenza ta' dan, kwalunkwe pproċessar ta' data personali b'rabta ma' kuntratt li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva huwa legali biss jekk ikun f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/679 dwar ir-raġunijiet legali għall-ipproċessar ta' data personali. Meta l-ipproċessar ta' data personali jkun ibbażat fuq il-kunsens, partikolarment skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2016/679, japplikaw id-dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ dak ir-Regolament, inkluż dawk li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet sabiex jiġi vvalutat jekk il-kunsens ikunx ingħata b'mod liberu. Din id-Direttiva jenħtieġ li ma tirregolax il-validità tal-kunsens mogħti. Ir-Regolament (UE) 2016/679 fih ukoll drittijiet komprensivi dwar it-tħassir tad-data u l-portabbiltà tad-data. Din id-Direttiva jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għal dawk id-drittijiet, li japplikaw għal kwalunkwe data pprovduta mill-konsumatur lill-kummerċjant jew miġbura mill-kummerċjant b'rabta ma' kwalunkwe kuntratt li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u meta l-konsumatur ikun ittermina l-kuntratt f'konformità ma' din id-Direttiva. |
(39) |
Id-dritt ta' tħassir u d-dritt tal-konsumatur li jirtira l-kunsens għall-ipproċessar ta' data personali jenħtieġ li japplika b'mod sħiħ b'rabta mal-kuntratti koperti b'din id-Direttiva. Id-dritt tal-konsumatur li jittermina l-kuntratt f'konformità ma' din id-Direttiva jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-konsumatur taħt ir-Regolament (UE) 2016/679 li jirtira kwalunkwe kunsens mogħti għall-ipproċessar tad-data personali tal-konsumatur. |
(40) |
Jenħtieġ li din id-Direttiva ma tirregolax il-konsegwenzi għall-kuntratti koperti b'din id-Direttiva fil-każ li l-konsumatur jirtira l-kunsens għall-ipproċessar tad-data personali tal-konsumatur. Tali konsegwenzi jenħtieġ li jibqgħu kwistjoni tad-dritt nazzjonali. |
(41) |
Hemm diversi modi biex il-kummerċjant jipprovdi kontenut diġitali jew servizzi diġitali lill-konsumaturi. Huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli sempliċi u ċari dwar l-il-modalitajiet u ż-żmien għat-twettiq ta' dak l-obbligu ta’ provvista li huwa l-obbligu kuntrattwali ewlieni tal-kummerċjant, billi jagħmel il-kontenut diġitali jew servizzi diġitali disponibbli jew aċċessibbli għall-konsumatur. Il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jenħtieġ li jitqies li jkun disponibbli jew aċċessibbli għall-konsumatur meta l-kontenut diġitali jew servizz diġitali, jew kwalunkwe mezz adattat għall-aċċess jew għat-tniżżil tiegħu, ikun laħaq l-isfera tal-konsumatur u ma tkun meħtieġa l-ebda azzjoni ulterjuri mill-kummerċjant sabiex il-konsumatur ikun jista' juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali f'konformità mal-kuntratt. Meta jitqies li l-kummerċjant mhuwiex, fil-prinċipju, responsabbli għal atti jew ommissjonijiet ta' parti terza li topera faċilità fiżika jew virtwali, bħal pereżempju pjattaforma elettronika jew faċilità ta' ħżin fil-cloud, li l-konsumatur jagħżel biex jirċievi jew jaħżen il-kontenut diġitali jew servizz diġitali, jenħtieġ li jkun biżżejjed għall-kummerċjant li jipprovdi l-kontenut diġitali jew servizz diġitali lil dik il-parti terza. Madankollu, il-faċilità fiżika jew virtwali ma tistax titqies li ntgħażlet mill-konsumatur jekk hija tkun taħt il-kontroll tal-kummerċjant jew tkun marbuta kuntrattwalment mal-kummerċjant, jew meta l-konsumatur ikun għażel dik il-faċilità fiżika jew virtwali biex jirċievi l-kontenut diġitali jew servizz diġitali iżda dik l-għażla kienet l-unika waħda offruta mill-kummerċjant biex il-konsumatur jirċievi kontenut diġitali jew servizz diġitali jew ikollu aċċess għalih. Meta l-faċilità fiżika jew virtwali ma tistax titqies li tkun intgħażlet mill-konsumatur, l-obbligu tal-kummerċjant li jipprovdi l-kontenut diġitali jew servizz diġitali jenħtieġ li ma jkunx ikkunsidrat li ġie ssodisfat jekk il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jiġi pprovdut lill-faċilità fiżika jew virtwali iżda l-konsumatur ma jistax jirċievi jew ikollu aċċess għall-kontenut diġitali jew għas-servizz diġitali f'konformità ma' din id-Direttiva. F'dawk il-każijiet, il-konsumatur jenħtieġ li jkollu l-istess rimedji daqslikieku l-kummerċjant naqas milli jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali. Rigward iż-żmien tal-provvista, f'konformità mal-prattiki tas-suq u l-possibbiltajiet tekniċi, u biex ikun previst ċertu livell ta' flessibbiltà, jenħtieġ li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jiġi pprovdut mingħajr dewmien żejjed, sakemm il-partijiet ma jiddeċidux li jiftiehmu mod ieħor sabiex jiġu previsti mudelli oħrajn ta' provvista. |
(42) |
Jenħtieġ li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jikkonforma mar-rekwiżiti miftiehma bejn il-kummerċjant u l-konsumatur fil-kuntratt. B'mod partikolari, jenħtieġ li jkun konformi mad-deskrizzjoni, il-kwantità, pereżempju n-numru ta' fajls mużikali li wieħed jikseb aċċess għalihom, il-kwalità, pereżempju, ir-riżoluzzjoni tal-istampa, il-lingwa u l-verżjoni miftiehma fil-kuntratt. Jenħtieġ li jkollu wkoll is-sigurtà, il-funzjonalità, il-kompatibbiltà, l-interoperabbiltà u karatteristiċi oħra, kif jirrikjedi l-kuntratt. Jenħtieġ li r-rekwiżiti tal-kuntratt jinkludu dawk li jirriżultaw mill-informazzjoni prekuntrattwali, li, f'konformità mad-Direttiva 2011/83/UE, jifformaw parti integrali mill-kuntratt. Dawk ir-rekwiżiti jistgħu jiġu stabbiliti wkoll fi ftehim dwar il-livell ta' servizz, fejn, taħt il-liġi nazzjonali applikabbli, tali tip ta’ ftehim jifforma parti mir-relazzjoni kuntrattwali bejn il-konsumatur u l-kummerċjant. |
(43) |
Il-kunċett ta' funzjonalità jenħtieġ li jinftiehem bħala li jirreferi għall-modi li bihom il-kontenut diġitali jew servizz diġitali jista' jintuża. Pereżempju, l-assenza jew il-preżenza ta' kwalunkwe restrizzjoni teknika bħall-protezzjoni permezz tal-Ġestjoni tad-Drittijiet Diġitali jew tal-ikkowdjar tar-reġjun jista' jkollha impatt fuq il-kapaċità li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jwettaq il-funzjonijiet kollha tiegħu fir-rigward tal-iskop tiegħu. Il-kunċett ta' interoperabbiltà jirrelata ma’ jekk u sa liema punt il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali kapaċi jiffunzjona b'ħardwer jew softwer li huwa differenti minn dawk li normalment bihom jintuża kontenut diġitali jew servizzi diġitali tal-istess tip. Funzjonament b'suċċess jista’ jinkludi, pereżempju, il-kapaċità tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali li jiskambja informazzjoni ma' tali softwer jew ħardwer ieħor u juża l-informazzjoni skambjata. |
(44) |
Peress li l-kontenut u s-servizzi diġitali qegħdin kulma jmur dejjem jiżviluppaw, il-kummerċjanti jistgħu jaqblu mal-konsumaturi li jipprovdu aġġornamenti u funzjonijiet hekk kif dawn isiru disponibbli. Jenħtieġ li l-konformità tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali, għalhekk, tiġi vvalutata wkoll b'rabta ma' jekk il-kontenut jew is-servizz diġitali jkunx ġie aġġornat bil-mod li jkun ġie stipulat fil-kuntratt. Jenħtieġ li n-nuqqas ta' provvista ta’ aġġornamenti li kienu ġew miftiehma fil-kuntratt jitqies bħala nuqqas ta' konformità tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-aġġornamenti difettużi jew li ma jkunux kompleti jitqiesu wkoll bħala nuqqas ta' konformità tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali, peress li dak ikun ifisser li tali aġġornamenti ma jkunux twettqu bil-mod stipulat fil-kuntratt. |
(45) |
Sabiex ikun hemm konformità u biex ikun żgurat li l-konsumaturi ma jiġux imċaħħda minn drittijiethom, pereżempju f'każijiet fejn il-kuntratt jistabbilixxi standards baxxi ħafna, il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jenħtieġ li mhux biss jikkonforma mar-rekwiżiti soġġettivi għal konformità, iżda jenħtieġ li jikkonforma ukoll mar-rekwiżiti oġġettivi għall-konformità stabbiliti f'din id-Direttiva. Jenħtieġ li l-konformità tiġi vvalutata, inter alia, b'kunsiderazzjoni tal-iskop li għalih kontenut diġitali jew servizzi diġitali tal-istess tip jintuża normalment. Jenħtieġ li jkollu wkoll il-kwalitajiet u l-karatteristiċi ta' prestazzjoni li jkunu normali għall-kontenut diġitali jew għas-servizzi diġitali tal-istess tip u li l-konsumaturi jistgħu jistennew b'mod raġonevoli, minħabba n-natura tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali u b'kunsiderazzjoni ta' kwalunkwe dikjarazzjoni pubblika dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali li jsiru mill-kummerċjant jew f'ismu jew minn persuni oħra f'ħoloq preċedenti tal-katina tat-tranżazzjonijiet. |
(46) |
L-istandard ta' raġonevolezza fir-rigward ta' kwalunkwe referenza f'din id-Direttiva għal dak li persuna tista' raġonevolment tistenna jenħtieġ li jiġi aċċertat b'mod oġġettiv, billi jitqiesu n-natura u l-iskop tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali, iċ-ċirkostanzi tal-każ u l-użu u l-prattiki tal-partijiet involuti. B'mod partikolari, jenħtieġ li jiġi aċċertat b'mod oġġettiv li dak li huwa kkunsidrat żmien raġonevoli li fih il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jinġieb f'konformità mal-kuntratt, b'kont meħud tan-natura tan-nuqqas ta' konformità. |
(47) |
Għall-perjodu ta' żmien li l-konsumatur jista' raġonevolment jistenna, il-kummerċjant jenħtieġ li jipprovdi lill-konsumatur b'aġġornamenti, inklużi aġġornamenti tas-sigurtà, sabiex iżomm il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali f'konformità u sikur. Pereżempju, fir-rigward tal-kontenut diġitali jew is-servizzi diġitali, li l-iskop tiegħu huwa limitat fiż-żmien, l-obbligu li jiġu pprovduti aġġornamenti jenħtieġ li jkun limitat għal dak iż-żmien, filwaqt li għal tipi oħra ta' kontenut diġitali jew ta' servizz diġitali l-perjodu li matulu jenħtieġ li jiġu pprovduti l-aġġornamenti lill-konsumatur jista' jkun daqs il-perjodu ta' responsabbiltà għal nuqqas ta' konformità jew jista' jestendi lil hinn minn dak il-perjodu, li jaf ikun il-każ b'mod partikolari fir-rigward tal-aġġornamenti tas-sigurtà. Il-konsumatur jenħtieġ li jibqa' liberu li jagħżel jekk jinstallax l-aġġornamenti pprovduti. Meta l-konsumatur jiddeċiedi li ma jinstallax l-aġġornamenti, il-konsumatur jenħtieġ li, madankollu, ma jistenniex li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jibqa' konformi. Il-kummerċjant jenħtieġ li jinforma lill-konsumatur li d-deċiżjoni tal-konsumatur li ma jinstallax aġġornamenti li huma meħtieġa biex iżommu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali konformi, inklużi aġġornamenti tas-sigurtà, ser jaffettwa r-responsabbiltà tal-kummerċjant għall-konformità ta' dawk il-karatteristiċi tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali li l-aġġornamenti rilevanti suppost li jżommu f'konformità. Jenħtieġ li din id-Direttiva ma taffettwax l-obbligi li jiġu pprovduti aġġornamenti tas-sigurtà stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni jew fil-liġi nazzjonali. |
(48) |
Jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/679 jew kwalunkwe liġi oħra tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data tapplika bis-sħiħ għall-ipproċessar ta' data personali b'rabta ma' kwalunkwe kuntratt li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Barra minn hekk, jenħtieġ li din id-Direttiva tkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet, l-obbligi u r-rimedji mhux kuntrattwali previsti mir-Regolament (UE) 2016/679. Il-fatti li jwasslu għal nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti previsti mir-Regolament (UE) 2016/679, inklużi l-prinċipji ċentrali bħar-rekwiżiti għall-minimizzazzjoni tad-data, il-protezzjoni tad-data bid-disinn u l-protezzjoni tad-data b'mod awtomatiku, skont iċ-ċirkostanzi tal-każ, jistgħu jitqiesu wkoll li jikkostitwixxu nuqqas ta' konformità tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali ma' rekwiżiti ta' konformità soġġettivi jew oġġettivi previsti f'din id-Direttiva. Eżempju wieħed jista’ jkun fejn kummerċjant jassumi espliċitament obbligu fil-kuntratt, jew il-kuntratt jista' jiġi interpretat b'dak il-mod, li huwa marbut ukoll mal-obbligi tal-kummerċjant taħt ir-Regolament (UE) 2016/679. F'dak il-każ, impenn kuntrattwali bħal dan jista' jsir parti mir-rekwiżiti ta' konformità soġġettivi. It-tieni eżempju jista' jkun meta nuqqas ta' konformità mal-obbligi taħt ir-Regolament (UE) 2016/679 jista', fl-istess ħin, jagħmel il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mhux adatt għall-iskop maħsub tiegħu u, għalhekk, jikkostitwixxi nuqqas ta' konformità mar-rekwiżit oġġettiv għall-konformità li jirrikjedi li l-kontenut diġitali jew is-servizzi diġitali jkunu adatt għall-iskopijiet li għalihom normalment jintużaw il-kontenut diġitali jew is-servizzi diġitali tal-istess tip. Dan ikun il-każ, pereżempju, jekk il-kummerċjant ta' softwer ta' kriptaġġ tad-data jonqos milli jimplimenta miżuri xierqa kif jirrikjedi r-Regolament (UE) 2016/679 biex jiġi żgurat li bid-disinn data personali ma tiġix żvelata lil riċevituri mhux awtorizzati, biex b'hekk is-softwer tal-kriptaġġ ma jkunx adatt għall-iskop intenzjonat tiegħu, li huwa t-trasferiment sikur tad-data mill-konsumatur lir-riċevitur intenzjonat tiegħu. Fl-aħħar nett, jista' jkun hemm każijiet fejn in-nuqqas ta' konformità tal-kummerċjant mal-obbligi tiegħu taħt ir-Regolament (UE) 2016/679 jista' jikkostitwixxi wkoll nuqqas ta' konformità tal-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mar-rekwiżit ta' konformità oġġettiv li jirrikjedi li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jkollhom il-karatteristiċi li huma normali għall-kontenut diġitali jew is-servizzi diġitali tal-istess tip u li l-konsumatur jista' raġonevolment jistenna. Pereżempju, jekk il-kummerċjant ta' applikazzjoni għax-xiri onlajn jonqos milli jieħu l-miżuri previsti fir-Regolament (UE) 2016/679 għas-sigurtà tal-ipproċessar tad-data personali tal-konsumatur u b'riżultat tal-informazzjoni tal-karta tal-kreditu tal-konsumatur tiġi esposta għal malware jew spyware, dak in-nuqqas jista' jikkostitwixxi wkoll nuqqas ta' konformità tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali fis-sens ta' din id-Direttiva, għaliex il-konsumatur raġonevolment jistenna li applikazzjoni ta' dan it-tip normalment ikollha karatteristiċi li jipprevjenu l-iżvelar tad-dettalji tal-ħlas. Meta l-fatti li jwasslu għal nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti taħt ir-Regolament (UE) 2016/679 jikkostitwixxu wkoll nuqqas ta' konformità tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali ma' rekwiżiti soġġettivi jew oġġettivi għall-konformità kif previst f'din id-Direttiva, il-konsumatur jenħtieġ li jkun intitolat għar-rimedji għan-nuqqas ta' konformità previsti minn din id-Direttiva, sakemm il-kuntratt ma jkunx diġà null jew annullabbli taħt il-liġi nazzjonali. |
(49) |
Sabiex tiġi żgurata biżżejjed flessibbiltà, jenħtieġ li jkun possibbli li l-partijiet jiddevjaw mir-rekwiżiti oġġettivi għall-konformità. Jenħtieġ li devjazzjoni bħal din tkun possibbli biss jekk il-konsumatur ikun ġie speċifikament infurmat b'dan u jekk il-konsumatur jaċċettaha b'mod separat minn dikjarazzjonijiet jew ftehimiet oħra u permezz ta' mġiba attiva u mhux ekwivoka. Iż-żewġ kundizzjonijiet jistgħu, pereżempju, jiġu ssodisfati billi tiġi mmarkata kaxxa, tingħafas buttuna jew tiġi attivata funzjoni simili. |
(50) |
Huma u japplikaw ir-regoli ta' din id-Direttiva, il-kummerċjanti jenħtieġ li jużaw standards, speċifikazzjonijiet tekniċi miftuħa, prattiki tajba u kodiċijiet ta' kondotta, inkluż fir-rigward tal-format ta' data li komunement jintuża u li jkun jista' jinqara minn magna għall-irkupru ta' kontenut għajr data personali li ġiet ipprovduta jew maħluqa mill-konsumatur meta juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali, u inkluż fejn tidħol is-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni u l-ambjenti diġitali, kemm jekk stabbilit fil-livell internazzjonali, kemm jekk fil-livell tal-Unjoni, u kemm jekk fil-livell ta' settur industrijali speċifiku. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tista' titlob l-iżvilupp ta' standards internazzjonali u tal-Unjoni u t-tfassil ta' kodiċi ta' kondotta mill-assoċjazzjonijiet tal-kummerċ u organizzazzjonijiet oħrajn rappreżentattivi li jistgħu jappoġġaw l-implimentazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva. |
(51) |
Kontinwament jiġu pprovduti ħafna tipi ta' kontenut diġitali jew servizzi diġitali fuq perjodu ta' żmien, bħall-aċċess għas-servizzi tal-cloud. Għaldaqstant huwa neċessarju li jiġi żgurat li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jkun konformi matul id-durata tal-kuntratt kollha kemm hi. Jenħtieġ li interruzzjonijiet fuq żmien qasir fil-provvista ta' kontenut diġitali jew ta' servizz diġitali jiġu ttrattati bħala każijiet ta' nuqqas ta' konformità fejn dawk l-interruzzjonijiet ikunu aktar minn negliġibbli jew ikunu rikorrenti. Barra minn hekk, fil-kuntest tat-titjib frekwenti tal-kontenut diġitali u tas-servizzi diġitali, b’mod partikolari bl-aġġornamenti, il-verżjoni ta' kontenut diġitali jew tas-servizzi diġitali pprovduti lill-konsumatur jenħtieġ li tkun l-iktar waħda riċenti disponibbli fiż-żmien tal-konklużjoni tal-kuntratt, sakemm il-partijiet ma jkunux ftiehmu mod ieħor. |
(52) |
Sabiex jaħdem kif imiss, il-kontenut diġitali u servizz diġitali jeħtieġ li jiġi integrat b'mod korrett fl-ambjent ta' ħardwer u softwer tal-konsumatur. Jenħtieġ li nuqqas ta' konformità tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali li jirriżulta minn integrazzjoni inkorretta jitqies bħala nuqqas ta' konformità tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali nnifsu, meta jkun ġie integrat mill-kummerċjant jew taħt il-kontroll tiegħu, jew mill-konsumatur li segwa l-istruzzjonijiet tal-kummerċjant għall-integrazzjoni, u l-integrazzjoni inkorretta kienet dovuta għal nuqqasijiet fl-istruzzjonijiet għall-integrazzjoni rikjesti, bħal istruzzjonijiet ta' installazzjoni mhux kompluti jew nuqqas ta' ċarezza tal-istruzzjonijiet ta' integrazzjoni li jagħmilha diffiċli sabiex dawn jintużaw mill-konsumatur medju. |
(53) |
Restrizzjonijiet fuq l-użu tal-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali tal-konsumatur f'konformità ma' din id-Direttiva jistgħu jirriżultaw minn limitazzjonijiet imposti mid-detentur tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali f'konformità mal-liġi dwar il-proprjetà intellettwali. Tali restrizzjonijiet jistgħu jirriżultaw minn ftehim ta' liċenzja tal-utent finali li permezz tiegħu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jiġi pprovdut lill-konsumatur. Dan jista' jkun il-każ meta, pereżempju, ftehim dwar il-liċenzja tal-utent finali jipprojbixxi lill-konsumatur milli juża ċerti karatteristiċi relatati mal-funzjonalità tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali. Tali restrizzjoni tista' tagħmel il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali bi ksur tar-rekwiżiti oġġettivi għall-konformità stabbiliti f'din id-Direttiva, jekk kienet tikkonċerna karatteristiċi li normalment jinstabu f'kontenut diġitali jew f'servizzi diġitali tal-istess tip u li l-konsumatur jista' raġonevolment jistenna. F'każijiet bħal dawn, il-konsumatur jenħtieġ li jkun jista' jitlob ir-rimedji pprovduti f’din id-Direttiva għan-nuqqas ta' konformità kontra l-kummerċjant li pprovda l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali. Il-kummerċjant jenħtieġ li jkun jista' jevita biss tali responsabbiltà billi jissodisfa l-kundizzjonijiet għal deroga mir-rekwiżiti oġġettivi għall-konformità kif stabbiliti f'din id-Direttiva, jiġifieri biss jekk il-kummerċjant speċifikament jinforma lill-konsumatur qabel il-konklużjoni tal-kuntratt li karatteristika partikolari tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali tiddevja mir-rekwiżiti oġġettivi għall-konformità, u l-konsumatur ikun aċċetta dik id-devjazzjoni espressament u separatament. |
(54) |
Difetti legali huma kwistjoni partikolarment importanti fir-rigward tal-kontenut diġitali jew tas-servizzi diġitali, li huma soġġetti għal drittijiet dwar il-proprjetà intellettwali. Restrizzjonijiet dwar l-użu tal-kontenut diġitali jew servizz diġitali tal-konsumatur f'konformità ma' din id-Direttiva jistgħu jkunu r-riżultat ta' vjolazzjoni ta' drittijiet ta' parti terza. Tali ksur jista' jżomm lill-konsumatur milli jgawdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jew xi wħud mill-karatteristiċi tiegħu, pereżempju meta l-konsumatur assolutament ma jkunx jista' jikseb aċċess għall-kontenut diġitali jew għas-servizz diġitali jew ma jkunx jista' jagħmel dan legalment. Dan jista’ jkun minħabba l-fatt li l-parti terza, ġustament, iġġiegħel lill-kummerċjant iwaqqaf il-ksur ta' dawk id-drittijiet u ma jkomplix joffri l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali inkwistjoni jew li l-konsumatur ma jistax juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mingħajr ma jikser il-liġi. F'każ ta' ksur tad-drittijiet ta' partijiet terzi li jirriżulta f'restrizzjoni li tipprevjeni jew tillimita l-użu tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali f'konformità mar-rekwiżiti soġġettivi u oġġettivi għall-konformità, il-konsumatur jenħtieġ li jkun intitolat għar-rimedji għan-nuqqas ta' konformità, sakemm il-liġijiet nazzjonali ma jipprevedux in-nullità tal-kuntratt, jew għar-riżoluzzjoni tiegħu, pereżempju għall-ksur tal-garanzija legali kontra l-iżgumbrament. |
(55) |
Jenħtieġ li l-kummerċjant ikun responsabbli lejn il-konsumatur fil-każ ta' nuqqas ta' konformità tal-kontenut diġitali jew servizz diġitali, u għal kwalunkwe nuqqas li jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali. Peress li l-kontenut diġitali jew is-servizzi diġitali jistgħu jiġu pprovduti lill-konsumaturi permezz ta' att ta' provvista individwali wieħed jew aktar jew kontinwament fuq perjodu ta' żmien, ikun xieraq li l-mument rilevanti sabiex tiġi stabbilita l-konformità tal-kontenut jew tas-servizz diġitali jiġi ddeterminat fid-dawl ta’ dawk it-tipi ta' provvista differenti. |
(56) |
Il-kontenut diġitali jew is-servizzi diġitali jista' jiġi pprovdut lill-konsumaturi permezz ta' att uniku ta' provvista, pereżempju meta l-konsumaturi jniżżlu ktieb elettroniku u jaħżnuh fuq l-apparat personali tagħhom. Bl-istess mod, il-provvista tista' tikkonsisti f'sensiela ta' atti individwali bħal dawn, pereżempju meta l-konsumaturi jirċievu link biex iniżżlu ktieb elettroniku ġdid kull ġimgħa. L-element distintiv ta' din il-kategorija ta' kontenut diġitali jew ta' servizz diġitali huwa l-fatt li l-konsumaturi minn dakinhar 'il quddiem għandhom il-possibbiltà li jkollhom aċċess għall-kontenut diġitali jew għas-servizz diġitali u jużawh b'mod indefinit. F'tali każijiet, jenħtieġ li l-konformità tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali tiġi vvalutata fil-mument tal-provvista, u għalhekk jenħtieġ li l-kummerċjant ikun responsabbli biss għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità li jeżisti fil-mument meta jsir l-att uniku ta' provvista jew meta jsir kull att ta' provvista individwali. Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza tad-dritt, il-kummerċjanti u l-konsumaturi jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddependu fuq perjodu minimu armonizzat li matulu l-kummerċjant jenħtieġ li jinżamm responsabbli għal nuqqas ta' konformità. Fir-rigward ta' kuntratti li jipprevedu att uniku ta' provvista jew sensiela ta' atti individwali ta' provvista tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-kummerċjanti jkunu responsabbli għal mhux inqas minn sentejn mill-mument tal-provvista, jekk taħt il-liġi nazzjonali rispettiva tiegħu l-kummerċjant huwa responsabbli biss għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità li jsir apparenti f'perjodu ta' żmien wara l-provvista. |
(57) |
Kontenut diġitali jew servizzi diġitali jista' wkoll jiġi pprovdut lill-konsumaturi b'mod kontinwu fuq perjodu ta' żmien. Provvista kontinwa tista' tinkludi każijiet fejn il-kummerċjant iqiegħed servizz għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi għal perjodu ta' żmien fiss jew indefinit, bħal kuntratt ta' sentejn ta' ħżin fil-cloud jew sħubija indefinita fi pjattaforma tal-midja soċjali. L-element distintiv ta' din il-kategorija huwa l-fatt li l-kontenut jew is-servizz diġitali jkun disponibbli jew aċċessibbli għall-konsumaturi biss għall-perjodu ta' żmien fiss tal-kuntratt jew sakemm il-kuntratt indefinit jibqa' fis-seħħ. Għaldaqstant, huwa ġġustifikat li jkun jenħtieġ li f'każijiet bħal dawn il-kummerċjant ikun responsabbli biss għal nuqqas ta' konformità li titfaċċa matul dak il-perjodu ta' żmien. Jenħtieġ li l-element ta' provvista kontinwa ma jirrikjedix neċessarjament provvista fuq perjodu ta' żmien twil. Każijiet bħall-web-streaming ta' filmat jenħtieġ li jitqiesu bħala provvista kontinwa matul perjodu ta' żmien, irrispettivament minn kemm fil-fatt idum il-fajl awdjoviżiv. Każijiet fejn elementi speċifiċi tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali jkunu magħmula disponibbli perjodikament jew għal diversi drabi matul il-perjodu ta' żmien fiss tal-kuntratt, jew sakemm il-kuntratt indefinit ikun fis-seħħ, jenħtieġ li wkoll jiġu kkunsidrati bħala provvista kontinwa matul perjodu ta' żmien, pereżempju meta l-kuntratt jistipula li kopja ta’ softwer anti-virus tista' tintuża għal sena u jiġi aġġornat awtomatikament fl-ewwel jum tax-xahar ta' dan il-perjodu, jew li l-kummerċjant joħroġ aġġornamenti kull meta jsiru disponibbli karatteristiċi ġodda ta' logħba diġitali, u l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jkun disponibbli jew ikun aċċessibbli għall-konsumaturi biss għall-perjodu fiss tal-kuntratt jew sakemm il-kuntratt indefinit ikun fis-seħħ. |
(58) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jibqgħu liberi li jirregolaw il-perjodi ta' limitazzjoni nazzjonali. Madankollu, dawn il-perjodi ta' limitazzjoni ma għandhomx jipprevjenu lill-konsumaturi milli jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom matul il-perjodu ta’ żmien kollu li fih il-kummerċjant ikun responsabbli għal nuqqas ta' konformità. Filwaqt li għalhekk jenħtieġ li din id-Direttiva ma tarmonizzax l-mument meta jiddekorru l-perjodi ta' limitazzjoni nazzjonali, jenħtieġ li madanakollu tiżgura li dawn il-perjodi jippermettu lill-konsumaturi li jeżerċitaw ir-rimedji tagħhom għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità li jsir apparenti matul il-perjodu li matulu l-kummerċjant ikun responsabbli għal nuqqas ta' konformità. |
(59) |
Minħabba n-natura speċifika u l-kumplessità kbira tal-kontenut diġitali u tas-servizzi diġitali kif ukoll l-għarfien superjuri tal-kummerċjant u l-aċċess tiegħu għall-kompetenzi, għall-informazzjoni teknika u għall-assistenza teknika avvanzata, aktarx li huwa l-kummerċjant li jinsab f'qagħda aħjar mill-konsumatur li jkun jaf għala l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali ma jkunx ġie pprovdut jew ma jkunx konformi mal-kuntratt. Il-kummerċjant aktarx li jinsab ukoll f'qagħda aħjar li jivvaluta jekk in-nuqqas ta' provvista jew in-nuqqas ta' konformità jkunx ġej minn inkompatibbiltà tal-ambjent diġitali tal-konsumatur mar-rekwiżiti tekniċi tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali. Għalhekk f'każ ta' tilwima, filwaqt li huwa f'idejn il-konsumatur li jipprovdi evidenza li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mhuwiex konformi, jenħtieġ li l-konsumatur ma jkollux għalfejn jipprova li n-nuqqas ta' konformità kien jeżisti fil-mument tal-provvista tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali jew, fil-każ ta' provvista kontinwa, matul id-durata tal-kuntratt. Minflok, jenħtieġ li jkun f'idejn il-kummerċjant li jipprova li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali kien konformi f'dak il-mument jew matul dak il-perjodu. Dak l-oneru tal-provi jenħtieġ li jkun fuq il-kummerċjant għal nuqqas ta' konformità li jsir apparenti fi żmien sena mill-mument tal-provvista meta l-kuntratt jipprevedi att uniku ta' provvista jew sensiela ta' atti individwali ta' provvistau għad-durata tal-kuntratt fejn il-kuntratt jipprevedi provvista kontinwa fuq perjodu ta' żmien. Madankollu, meta l-kummerċjant jipprova li l-ambjent diġitali tal-konsumatur mhuwiex kompatibbli mar-rekwiżiti tekniċi, li bihom il-kummerċjant ikun informa lill-konsumatur b'mod ċar u li jinftiehem qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, il-konsumatur jenħtieġ li jkollu l-oneru li jagħti prova li n-nuqqas ta' konformità tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali kien jeżisti fil-mument tal-provvista tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali fejn il-kuntratt jipprovdi għal att wieħed ta’ provvista jew serje ta’ atti individwali ta’ provvista jew, fejn il-kuntratt jipprevedi provvista kontinwa matul perjodu ta' żmien, għad-durata tal-kuntratt. |
(60) |
Mingħajr preġudizzju għad-dritt fundamentali għall-protezzjoni tal-ħajja privata, inkluża l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet, u għall-protezzjoni tad-data personali tal-konsumatur, il-konsumatur jenħtieġ li jikkoopera mal-kummerċjant sabiex il-kummerċjant ikun jista' jaċċerta jekk il-kawża ta' nuqqas ta' konformità tkunx tinsab fl-ambjent diġitali tal-konsumatur bl-użu tal-mezzi tekniċi disponibbli li huma l-inqas intrużivi għall-konsumatur. Dan spiss jista' jsir, pereżempju, billi l-kummerċjant jingħata rapporti ta' inċidenti ġġenerati awtomatikament jew b'dettalji tal-konnessjoni tal-internet tal-konsumatur. Huwa biss f'ċirkustanzi eċċezzjonali u debitament iġġustifikati fejn, minkejja l-aħjar użu tal-mezzi l-oħrajn kollha, ma jkunx hemm mod ieħor possibbli, li l-konsumaturi jista' jkollhom il-ħtieġa li jippermettu aċċess virtwali għall-ambjent diġitali tagħhom. Madankollu, meta l-konsumatur ma jikkooperax mal-kummerċjant u l-konsumatur kien ġie infurmat bil-konsegwenzi ta' nuqqas ta' kooperazzjoni, għandu jkun il-konsumatur li jipprova mhux biss li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mhuwiex konformi, iżda wkoll li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali ma kienx konformi fiż-żmien tal-provvista tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali fejn il-kuntratt jipprovdi għal att wieħed ta’ provvista jew serje ta’ atti individwali ta’ provvista jew, fejn il-kuntratt jipprevedi provvista kontinwa matul perjodu ta' żmien, għad-durata tal-kuntratt. |
(61) |
Meta l-kummerċjant ikun naqas milli jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali, il-konsumatur jenħtieġ li jitlob lill-kummerċjant jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali. F'tali każijiet, il-kummerċjant jenħtieġ li jaġixxi mingħajr dewmien żejjed, jew f'perjodu ta' żmien addizzjonali kif miftiehem espressament mill-partijiet. Meta jitqies li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jiġi pprovdut f'forma diġitali, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, il-provvista jenħtieġ li ma tirrikjedi l-ebda perjodu ta' żmien addizzjonali biex il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumatur. Għalhekk, f'tali każijiet, l-obbligu tal-kummerċjant li jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mingħajr dewmien żejjed għandu jfisser li jipprovdih immedjatament. Jekk il-kummerċjant jonqos milli jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali, il-konsumatur jenħtieġ li jkun intitolat li jittermina l-kuntratt. F'ċirkostanzi speċifiċi, bħal meta jkun ċar li l-kummerċjant mhux se jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jew fejn żmien speċifiku għall-provvista huwa essenzjali għall-konsumatur, jenħtieġ li l-konsumatur ikun intitolat li jittermina l-kuntratt mingħajr ma l-ewwel jitlob lill-kummerċjant jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali. |
(62) |
Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità, jenħtieġ li l-konsumaturi jkunu intitolati li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jinġieb f'konformità, li jirċievu tnaqqis proporzjonat fil-prezz, jew li jitterminaw il-kuntratt. |
(63) |
Skont il-karatteristiċi tekniċi tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali, il-kummerċjant jenħtieġ li jkun jista' jagħżel mod speċifiku ta' kif iġib il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali f'konformità, pereżempju billi joħroġ aġġornamenti jew billi jagħmel kopja ġdida tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali. |
(64) |
Minħabba d-diversità ta' kontenut diġitali u servizzi diġitali, mhuwiex xieraq li jiġu stabbiliti skadenzi fissi għall-eżerċizzju tad-drittijiet jew għall-issodisfar tal-obbligi relatati mal-kontenut diġitali jew is-servizzi diġitali. Skadenzi bħal dawn ma jkunux jieħdu inkunsiderazzjoni tali diversità u jistgħu jkunu qosra wisq jew twal wisq, skont il-każ. Għalhekk huwa aktar xieraq li jintalab li kontenut diġitali u servizzi diġitali jinġiebu f'konformità fi żmien raġonevoli. Tali rekwiżit jenħtieġ li ma jipprevjenix lill-partijiet milli jaqblu dwar żmien speċifiku biex il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jinġieb f'konformità. Il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jenħtieġ li jinġieb f'konformità mal-kuntratt mingħajr ħlas. B'mod partikolari, l-konsumatur jenħtieġ li ma jġarrab l-ebda spiża assoċjata mal-iżvilupp ta' aġġornament għall-kontenut diġitali jew għas-servizz diġitali. |
(65) |
Meta l-isforz biex kontenut diġitali jew servizz diġitali jinġieb f'konformità jkun legalment jew fattwalment impossibbli jew meta l-kummerċjant jirrifjuta li jġib il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali f'konformità għaliex dan jimponi spejjeż sproporzjonati fuq il-kummerċjant, jew meta l-kummerċjant ikun naqas milli jġib il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali f'konformità fi żmien raġonevoli, mingħajr ħlas u mingħajr ma jikkawża inkonvenjenza sinifikanti għall-konsumatur, jenħtieġ li l-konsumatur ikun intitolat għar-rimedji tat-tnaqqis fil-prezz jew it-terminazzjoni tal-kuntratt. F'ċerti sitwazzjonijiet, huwa ġġustifikat li l-konsumatur ikun intitolat li jkollu l-prezz imnaqqas jew li l-kuntratt ikun itterminat immedjatament, pereżempju meta l-kummerċjant preċedentement ikun naqas milli jġib b'suċċess il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali f'konformità jew meta l-konsumatur ma jistax ikun mistenni li jżomm il-fiduċja fil-kapaċità tal-kummerċjant li jġib il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali f'konformità minħabba n-natura serja tan-nuqqas ta' konformità. Pereżempju, jenħtieġ li l-konsumatur ikun intitolat li jitlob direttament tnaqqis fil-prezz jew it-terminazzjoni tal-kuntratt meta l-konsumatur jiġi pprovdut b'softwer anti-virus li fih innifsu huwa infettat b'viruses u jikkostitwixxi każ ta' dan in-nuqqas ta' konformità ta' natura serja. L-istess jenħtieġ li japplika meta jkun ċar li l-kummerċjant ma jkunx se jġib il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali f'konformità fi żmien raġonevoli jew mingħajr inkonvenjent sinifikanti għall-konsumatur. |
(66) |
F'sitwazzjoni fejn il-konsumatur huwa intitolat għal tnaqqis fil-prezz imħallas għall-kontenut diġitali jew għas-servizz diġitali li jkun ġie pprovdut fuq perjodu ta' żmien, jenħtieġ li l-kalkolu tat-tnaqqis fil-prezz iqis it-tnaqqis fil-valur tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali kemm minħabba n-nuqqas ta' konformità kif ukoll minħabba ż-żmien li matulu l-konsumatur ma setax igawdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali f'konformità. |
(67) |
Meta l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jkun ġie pprovdut bi skambju ma' prezz, il-konsumatur jenħtieġ li jkun jista' jittermina l-kuntratt biss jekk in-nuqqas ta' konformità ma jkunx wieħed minuri. Madankollu, meta l-kontenut diġitali jew servizz diġitali ma jkunx ipprovdut bi skambju ma' prezz iżda data personali tiġi pprovduta mill-konsumatur, il-konsumatur jenħtieġ li jkun intitolat li jittermina l-kuntratt ukoll f'każijiet fejn in-nuqqas ta' konformità jkun minuri, peress li r-rimedju tat-tnaqqis fil-prezz ma jkunx disponibbli għall-konsumatur. F'każijiet fejn il-konsumatur iħallas prezz u jipprovdi data personali, il-konsumatur jenħtieġ li jkun intitolat għal kull rimedju disponibbli fil-każ ta' nuqqas ta' konformità. B'mod partikolari, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet l-oħra kollha, il-konsumatur jenħtieġ li jkun intitolat li jkollu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali miġjub f'konformità, li jitnaqqaslu l-prezz fir-rigward tal-flus imħallsa għall-kontenut diġitali jew għas-servizz diġitali jew li l-kuntratt jiġi tterminat. |
(68) |
Meta l-konsumatur jittermina l-kuntratt, il-kummerċjant jenħtieġ li jirrimborża l-prezz imħallas mill-konsumatur. Madankollu, hemm il-ħtieġa li jiġu bbilanċjati l-interessi leġittimi tal-konsumaturi u l-kummerċjanti meta l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jiġi pprovdut matul perjodu ta' żmien u l-kontenut diġitali jew is-servizzi diġitali kien f'konformità biss għal parti minn dak il-perjodu. Għalhekk, mat-terminazzjoni, il-konsumatur jenħtieġ li jkun intitolat biss għall-parti tal-prezz imħallas li jikkorrispondi u li hija proporzjonata għat-tul taż-żmien meta l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali ma kienx f'konformità. Il-konsumatur għandu wkoll ikun intitolat għal kwalunkwe parti tal-prezz imħallas bil-quddiem għal kwalunkwe perjodu li jkun jifdal wara li jkun ġie tterminat il-kuntratt. |
(69) |
Meta d-data personali tiġi pprovduta mill-konsumatur lill-kummerċjant, il-kummerċjant jenħtieġ li jikkonforma mal-obbligi taħt ir-Regolament (UE) 2016/679. Tali obbligi jenħtieġu wkoll li jiġu rrispettati wkoll f'każijiet fejn il-konsumatur iħallas prezz u jipprovdi data personali. Mat-terminazzjoni tal-kuntratt, il-kummerċjant jenħtieġ li wkoll iżomm lura milli juża kwalunkwe kontenut għajr data personali, li ġiet ipprovduta jew maħluqa mill-konsumatur meta juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali pprovdut mill-kummerċjant. Tali kontenut jista' jinkludi immaġnijiet diġitali, video files u audio files u kontenut ikkreat fuq apparati mobbli. Madankollu, il-kummerċjant jenħtieġ li jkun intitolat li jkompli juża l-kontenut ipprovdut jew maħluq mill-konsumatur f'każijiet fejn tali kontenut jew ma jkollux utilità barra l-kuntest tal-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali pprovdut mill-kummerċjant, huwa relatat biss mal-attività tal-konsumatur, ġie aggregat ma' data oħra mill-kummerċjant u ma jistax ikun diżaggregat jew biss bi sforzi sproporzjonati, jew ġie ġġenerat b'mod konġunt mill-konsumatur u oħrajn, u konsumaturi oħra jistgħu jkomplu jagħmlu użu minnu. |
(70) |
Il-konsumatur jista' jiġi skoraġġit milli jeżerċita rimedji għal nuqqas ta' konformità ta’ kontenut diġitali jew servizz diġitali jekk il-konsumatur jiġi mċaħħad mill-aċċess għal kontenut għajr data personali li l-konsumatur ikun ipprovda jew ħoloq permezz tal-użu tal-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali. Sabiex ikun żgurat li l-konsumatur jibbenefika minn protezzjoni effettiva fir-rigward tad-dritt li jittermina l-kuntratt, il-kummerċjant, fuq talba tal-konsumatur, jenħtieġ li jagħmel tali kontenut disponibbli lill-konsumatur wara t-terminazzjoni tal-kuntratt. |
(71) |
Il-konsumatur jenħtieġ li jkun intitolat li jirkupra l-kontenut fi żmien raġonevoli, mingħajr xkiel mill-kummerċjant, f'format li jintuża komunement u li jinqara minn magna u mingħajr ħlas, bl-eċċezzjoni ta' spejjeż iġġenerati mill-ambjent diġitali tal-konsumatur stess, pereżempju l-ispejjeż ta' konnessjoni man-netwerk peress li dawk l-ispejjeż mhumiex marbuta speċifikament mal-ksib tal-kontenut. Madankollu, l-obbligu tal-kummerċjant li jagħmel tali kontenut disponibbli jenħtieġ li ma japplikax meta l-kontenut ikollu biss utilità fil-kuntest tal-użu tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali, jew jirrigwarda biss l-attività tal-konsumatur meta juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jew ikun ġie aggregat ma' data oħra mill-kummerċjant u ma jistax ikun diżaggregat jew biss bi sforzi sproporzjonati. F'tali każijiet, il-kontenut ma għandux użu jew interess prattiku sinifikanti għall-konsumatur filwaqt li jitqiesu wkoll l-interessi tal-kummerċjant. Barra minn hekk, l-obbligu tal-kummerċjant li jagħmel disponibbli lill-konsumatur, mat-terminazzjoni tal-kuntratt, kwalunkwe kontenut li mhuwiex data personali u li ġie pprovdut jew maħluq mill-konsumatur jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-kummerċjant li ma jiżvelax ċertu kontenut f'konformità mal-liġi applikabbli. |
(72) |
Meta l-kontenut diġitali jiġi terminat, il-konsumatur jenħtieġ li ma jkunx obbligat iħallas għall-użu tal-kontenut diġitali jew tas-servizzi diġitali għal kwalunkwe perjodu li matulu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali ma kienx f'konformità għaliex dan ikun qiegħed iċaħħad lill-konsumatur mill-protezzjoni effettiva. Madankollu, il-konsumatur għandu jżomm lura milli juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jew milli jagħmilhom disponibbli għal partijiet terzi, pereżempju billi jħassar il-kontenut diġitali jew kull kopja li tista' tintuża jew inkella jrendi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali inaċċessibbli; |
(73) |
Il-prinċipju tar-responsabbiltà tal-kummerċjant għad-danni huwa element essenzjali ta' kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali jew servizzi diġitali. Għalhekk, il-konsumatur jenħtieġ li jkun intitolat li jitlob kumpens għad-dannu kkawżat minn nuqqas ta' konformità jew nuqqas li jiġi pprovut kontenut diġitali jew servizz diġitali. Il-kumpens jenħtieġ li jpoġġi lill-konsumatur kemm jista' jkun fil-pożizzjoni li l-konsumatur kien ikun fiha kieku l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali kien ipprovdut kif dovut u kien konformi. Billi tali dritt għad-danni diġà jeżisti fl-Istati Membri kollha, din id-Direttiva jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali dwar il-kumpens tal-konsumaturi għal ħsara li tirriżulta minn ksur ta' dawk ir-regoli. |
(74) |
Din id-Direttiva jenħtieġ li tindirizza wkoll modifiki, bħall-aġġornamenti u titjib fil-livelli, li jsiru minn kummerċjanti fil-kontenut diġitali jew fis-servizz diġitali li jiġi pprovdut jew magħmul disponibbli lill-konsumatur fuq perjodu ta' żmien. Meta wieħed jikkunsidra l-karatteristika tal-kontenut diġitali u tas-servizzi diġitali li jevolvu rapidament, dawn l-aġġornamenti, dan it-titjib fil-livell jew modifiki simili jistgħu jkunu meħtieġa u spiss ikunu ta' vantaġġ għall-konsumatur. Xi modifiki, pereżempju dawk stipulati bħala aġġornamenti fil-kuntratt, jistgħu jagħmlu parti mill-impenn kuntrattwali. Modifiki oħra jistgħu jkunu meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti oġġettivi għall-konformità tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali kif stabbilit f'din id-Direttiva. Iżda modifiki oħra, li jiddevjaw mir-rekwiżiti oġġettivi għall-konformità u li huma prevedibbli fil-mument meta jiġi konkluż il-kuntratt, ikollhom jiġu miftiehma espressament mill-konsumatur meta jiġi konkluż kuntratt. |
(75) |
Minbarra l-modifiki li għandhom l-għan li jżommu l-konformità, jenħtieġ li l-kummerċjant ikun jista' jimmodifika, taħt ċerti kondizzjonijiet, karatteristiċi tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali, dment li l-kuntratt jagħti raġuni valida għal din il-modifika. Tali raġunijiet validi jistgħu jinkludu każijiet fejn il-modifika tkun neċessarja sabiex il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jiġu adattati għal ambjent tekniku ġdid jew għal żieda fin-numru ta' utenti jew għal raġunijiet operattivi importanti oħra. Tali modifiki spiss ikunu ta' vantaġġ għall-konsumatur billi jtejbu l-kontenut diġitali jew is-servizzi diġitali. Konsegwentement, il-partijiet kontraenti jenħtieġ li jkunu jistgħu jinkludu klawżoli fil-kuntratt li jippermettu lill-kummerċjant li jagħmel modifiki. Sabiex jintlaħaq bilanċ bejn l-interessi tal-konsumaturi u dawk tan-negozju, jenħtieġ li tali possibbiltà għall-kummerċjant tkun ikkombinata mad-dritt għall-konsumatur li jittermina l-kuntratt meta tali modifiki jkollhom impatt negattiv fuq l-użu tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali jew l-aċċess għalih b'mod mhux minuri. Jenħtieġ li l-punt sa fejn il-modifiki jkollhom impatt negattiv fuq l-użu tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali jew l-aċċess għalih jiġi aċċertat b'mod oġġettiv fid-dawl tan-natura u l-iskop tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali u tal-kwalità, il-funzjonalità, il-kompatibbiltà u karatteristiċi ewlenin oħrajn li huma normali f'kontenut diġitali jew f'servizzi diġitali tal-istess tip. Madankollu, ir-regoli pprovduti f’din id-Direttiva dwar dawn l-aġġornamenti, it-titjib fil-livell jew modifiki simili jenħtieġ li ma jikkonċernawx sitwazzjonijiet fejn il-partijiet jikkonkludu kuntratt ġdid għall-provvista tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali, pereżempju bħala konsegwenza ta’ distribuzzjoni ta’ verżjoni ġdida tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali. |
(76) |
Jenħtieġ li l-konsumaturi jkunu infurmati dwar modifiki b'manjiera ċara u li tinftiehem. Meta modifika jkollha impatt negattiv, b'mod mhux minuri, l-aċċess għal jew l-użu ta’ kontenut diġitali jew ta’ servizz diġitali mill-konsumatur, il-konsumatur jenħtieġ li jiġi infurmat b'tali mod li jippermetti li l-informazzjoni tiġi maħżuna fuq mezz durabbli. Jenħtieġ li mezz durabbli jippermetti li l-konsumatur jaħżen l-informazzjoni għal perjodu ta' żmien li jkun jeħtieġ biex ikun jista' jipproteġi l-interessi tal-konsumatur li joħorġu mir-relazzjoni tal-konsumatur mal-kummerċjant. Jenħtieġ li tali midja tinkludi b'mod partikolari l-karta, DVDs, CDs, USB sticks, kards tal-memorja jew hard disks kif ukoll e-mails. |
(77) |
Meta modifika jkollha impatt negattiv, b'mod mhux minuri, fuq l-aċċess jew l-użu tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali mill-konsumatur, jenħtieġ li l-konsumatur igawdi, bħala riżultat ta' tali modifika, id-dritt li jittermina l-kuntratt mingħajr ħlas. Alternattivament, il-kummerċjant jista' jiddeċiedi li jippermetti lill-konsumatur iżomm aċċess għall-kontenut diġitali jew għas-servizz diġitali mingħajr ebda spiża addizzjonali mingħajr il-modifika u f'konformità, f'liema każ il-konsumatur jenħtieġ li ma jkunx intitolat li jittermina l-kuntratt. Madankollu, jekk il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali li l-kummerċjant ippermetta lill-konsumatur iżomm ma għadux konformi mar-rekwiżiti soġġettivi u oġġettivi tal-konformità, il-konsumatur jenħtieġ li jkun jista' joqgħod fuq ir-rimedji għal nuqqas ta' konformità kif previst taħt din id-Direttiva. Meta r-rekwiżiti għal tali modifika kif indikat f’din id-Direttiva ma jiġux issodisfati u l-modifika tirriżulta f'nuqqas ta' konformità, id-dritt tal-konsumatur li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jinġieb f'konformità, li jkollu l-prezz imnaqqas jew il-kuntratt terminat, kif previst taħt din id-Direttiva, jenħtieġ li jibqgħu mhux affettwati. Bl-istess mod, meta, wara li tkun saret modifika, jirriżulta nuqqas ta' konformità tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali li ma jkunx ġie kkawżat mill-modifika, jenħtieġ li l-konsumatur jibqa' intitolat li joqgħod fuq ir-rimedji kif previst taħt din id-Direttiva għan-nuqqas ta' konformità fir-rigward ta' dan il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali. |
(78) |
In-nuqqas ta' konformità tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali kif ipprovdut lill-konsumatur spiss ikun dovut għal waħda mit-tranżazzjonijiet f'katina li tgħaqqad min oriġinarjament iddisinjah sal-kummerċjant finali. Filwaqt li l-kummerċjant jenħtieġ li jkun responsabbli lejn il-konsumatur fil-każ ta' nuqqas ta' konformità, huwa importanti li jiġi żgurat li l-kummerċjant ikollu drittijiet xierqa vis-à-vis persuni differenti fil-katina ta' tranżazzjonijiet sabiex ikun jista' jkopri r-responsabbiltà lejn il-konsumatur. Jenħtieġ li tali drittijiet ikunu limitati għal tranżazzjonijiet kummerċjali u għalhekk jenħtieġ li ma jkoprux sitwazzjonijiet fejn il-kummerċjant huwa responsabbli lejn il-konsumatur għan-nuqqas ta' konformità ta’ kontenut diġitali jew ta’ servizz diġitali li huwa magħmul minn softwer, jew mibni fuqu, li ġie pprovdut mingħajr il-ħlas ta' prezz b'liċenzja b'xejn u b'sors miftuħ minn persuna f'ħoloq preċedenti tal-katina tat-tranżazzjonijiet. Madankollu, jenħtieġ li jitħalla f'idejn l-Istati Membri taħt il-liġi nazzjonali applikabbli tagħhom sabiex jidentifikaw persuni fil-katina ta' tranżazzjonijiet li l-kummerċjant finali jista' jdur fuqhom u l-modalitajiet u l-kundizzjonijiet ta' azzjonijiet bħal dawn. |
(79) |
Persuni jew organizzazzjonijiet meqjusin taħt il-liġi nazzjonali li għandhom interess leġittimu fil-protezzjoni tad-drittijiet kuntrattwali u tal-protezzjoni tad-data tal-konsumaturi jenħtieġ li jingħataw id-dritt li jiftħu proċedimenti sabiex jiżguraw li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva, jew quddiem qorti jew quddiem awtorità amministrattiva li tkun kompetenti li tiddeċiedi fuq ilmenti, jew li jiftħu l-proċedimenti legali xierqa. |
(80) |
Jenħtieġ li xejn f'din id-Direttiva ma jippreġudika l-applikazzjoni tar-regoli tal-liġi privata internazzjonali, b'mod partikolari r-Regolamenti (KE) Nru 593/2008 (14) u (UE) Nru 1215/2012 (15) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
(81) |
Jenħtieġ li l-Anness għar-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) jiġi emendat sabiex jinkludi referenza għal din id-Direttiva sabiex jiffaċilita l-kooperazzjoni transfruntiera dwar l-infurzar ta' din id-Direttiva. |
(82) |
Jenħtieġ li l-Anness għad-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) tiġi emendata sabiex tinkludi referenza għal din id-Direttiva sabiex tiżgura li l-interessi kollettivi tal-konsumaturi stabbiliti f'din id-Direttiva jkunu mħarsa. |
(83) |
Il-konsumaturi jenħtieġ li jkunu jistgħu jibbenefikaw mid-drittijiet tagħhom taħt din id-Direttiva hekk kif il-miżuri ta' traspożizzjoni nazzjonali korrispondenti jibdew japplikaw. Dawk il-miżuri ta' traspożizzjoni nazzjonali jenħtieġ, għalhekk, li japplikaw ukoll għal kuntratti ta' tul indefinit jew fiss li ġew konklużi qabel id-data tal-applikazzjoni u jipprevedu l-provvista ta' kontenut diġitali jew ta' servizzi diġitali tul perjodu ta' żmien, jew kontinwament jew permezz ta' sensiela ta' atti individwali ta' provvista, iżda biss fir-rigward tal-kontenut diġitali jew ta’ servizz diġitali li jiġi pprovdut mid-data tal-applikazzjoni tal-miżuri nazzjonali ta' traspożizzjoni. Madankollu, sabiex jiġi żgurat bilanċ bejn l-interessi leġittimi tal-konsumaturi u l-kummerċjanti, il-miżuri nazzjonali li jittrasponu d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar il-modifika tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali u d-dritt għal rimedju jenħtieġ li japplikaw biss għal kuntratti konklużi wara d-data tal-applikazzjoni skont din id-Direttiva. |
(84) |
F'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni (18), l-Istati Membri ntrabtu li, f'każijiet ġustifikati, jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta' tali dokumenti hija ġġustifikata. |
(85) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) u ta l-opinjoni tiegħu fl-14 ta' Marzu 2017 (20), |
(86) |
Minħabba li l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri li tikkontribwixxi għall-funzjonament tas-suq intern billi tittratta b'mod konsistenti ostakoli relatati mal-liġi tal-kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali jew servizzi diġitali waqt li tipprevjeni l-frammentazzjoni legali, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu, sabiex jiżguraw il-koerenza kumplessiva tal-liġijiet nazzjonali permezz ta' regoli armonizzati tal-liġi tal-kuntratti li jiffaċilitaw l-azzjonijiet koordinati ta' infurzar ukoll, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f’konformita; mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet. |
(87) |
Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż dawk minquxin fl-Artikoli 16, 38 u 47 tagħha. |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Suġġett u skop
L-iskop ta' din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern filwaqt li tipprevedi livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, billi tistabbilixxi regoli komuni dwar ċerti rekwiżiti li jikkonċernaw kuntratti bejn kummerċjanti u konsumaturi għall-provvista ta' kontenut diġitali jew ta' servizzi diġitali, b'mod partikolari, regoli dwar:
— |
il-konformità ta' kontenut diġitali jew ta' servizz diġitali mal-kuntratt, |
— |
rimedji fil-każ ta' nuqqas ta' tali konformità jew nuqqas ta' provvista u l-modalitajiet għall-eżerċizzju ta' dawk ir-rimedji, u dwar |
— |
il-modifika ta' kontenut diġitali jew ta' servizz diġitali. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskopjiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
"kontenut diġitali" tfisser data li tiġi prodotta u pprovduta f'forma diġitali; |
(2) |
"servizz diġitali" tfisser:
|
(3) |
"oġġetti b'elementi diġitali" tfisser kwalunkwe oġġett tanġibbli mobbli li jinkorpora, jew li huwa interkonness ma', kontenut diġitali jew servizz diġitali b'tali mod li l-assenza ta' dak il-kontenut diġitali jew servizz diġitali ma tippermettix li l-oġġett ijwettaq il-funzjonijiet tiegħu; |
(4) |
"integrazzjoni" tfisser l-irbit flimkien u l-inkorporazzjoni ta' kontenut diġitali jew ta' servizz diġitali mal-komponenti tal-ambjent diġitali tal-konsumatur sabiex il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jkun jista' jintuża f'konformità mal-rekwiżiti għall-konformità previsti minn din id-Direttiva; |
(5) |
"kummerċjant" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, irrispettivament mill-fatt jekk hijiex ta' sjieda privata jew pubblika, li qed taġixxi, inkluż permezz ta' kwalunkwe persuna oħra li taġixxi f'isem dik il-persuna fiżika jew legali jew għan-nom ta’ dik il-persuna, għal skopijiet relatati mal-kummerċ, man-negozju, mas-sengħa jew mal-professjoni ta' dik il-persuna, fir-rigward ta' kuntratti koperti minn din id-Direttiva; |
(6) |
"konsumatur" tfisser kwalunkwe persuna fiżika, li, b'rabta ma' kuntratti koperti minn din id-Direttiva, qed taġixxi għal skopijiet li jmorru lil hinn mill-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni ta' dik il-persuna; |
(7) |
"prezz" tfisser flus jew rappreżentazzjoni diġitali ta' valur li hija dovuta bi skambju għall-provvista ta' kontenut diġitali jew servizz diġitali; |
(8) |
"data personali" tfisser data personali kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679; |
(9) |
"ambjent diġitali" tfisser ħardwer, softwer u kwalunkwe konnessjoni ta' netwerk użata mill-konsumatur biex ikollu aċċess għal kontenut diġitali jew servizz diġitali jew jagħmel użu minnhom; |
(10) |
"kompatibbiltà" tfisser il-kapaċità tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali li jiffunzjona b'ħardwer jew softwer li bihom normalment jintuża kontenut diġitali jew servizz diġitali tal-istess tip, mingħajr il-ħtieġa li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jiġi kkonvertit; |
(11) |
"funzjonalità" tfisser il-kapaċità tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali li jaqdi l-funzjonijiet tiegħu fid-dawl tal-iskop tiegħu; |
(12) |
"interoperabbiltà" tfisser il-kapaċità tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali li jiffunzjona b'ħardwer jew softwer differenti minn dawk li normalment bihom jintuża kontenut diġitali jew servizz diġitali tal-istess tip; |
(13) |
"mezz durabbli" tfisser kwalunkwe strument li jippermetti lill-konsumatur jew lill-kummerċjant jaħżen informazzjoni personalment indirizzata lil dik il-persuna b'mod li huwa aċċessibbli għal referenza futura, għal perjodu ta' żmien adegwat għall-iskopijiet tal-informazzjoni u li jippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna. |
Artikolu 3
Kamp ta' applikazzjoni
1. Din id-Direttiva għandha tapplika għal kwalunkwe kuntratt li fih il-kummerċjant jipprovdi jew jimpenja ruħu li jipprovdi kontenut diġitali jew servizz diġitali lill-konsumatur, u l-konsumatur iħallas jew jimpenja ruħu li jħallas prezz.
Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll meta l-kummerċjant jipprovdi jew jimpenja ruħu li jipprovdi kontenut diġitali jew servizz diġitali lill-konsumatur, u l-konsumatur jipprovdi jew jimpenja ruħu li jipprovdi data personali lill-kummerċjant, ħlief meta d-data personali pprovduta mill-konsumatur hija esklussivament ipproċessata mill-kummerċjant għall iskop ta’ provvista tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali f'konformità ma' din id-Direttiva jew tippermetti lill-kummerċjant biex jikkonforma mar-rekwiżiti legali li għalihom huwa soġġett il-kummerċjant, u l-kummerċjant ma jipproċessa dik id-data għal ebda skop ieħor.
2. Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll meta l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jiġi żviluppat f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur.
3. Bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 5 u 13, din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għal kwalunkwe mezz tanġibbli li jservi esklussivament bħala trasportatur ta' kontenut diġitali.
4. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kontenut diġitali jew servizzi diġitali li huma inkorporati fl-oġġetti jew interkonnessi magħhom fis-sens tal-punt (3) tal-Artikolu 2 u li jiġu pprovduti mal-oġġetti taħt kuntratt ta' bejgħ, li jikkonċerna dawk l-oġġetti, irrispettivament minn jekk tali kontenut diġitali jew servizz diġitali huwiex ipprovdut mill-bejjiegħ jew minn parti terza. F'każ ta' dubju dwar jekk il-provvista ta' kontenut diġitali inkorporat jew interkonness jew servizz diġitali inkorporat jew interkonness jifformax parti mill-kuntratt ta' bejgħ, il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jkun preżunt li jkun kopert mill-kuntratt ta' bejgħ.
5. Din id-Direttiva ma tapplikax għal kuntratti li jirrigwardaw:
(a) |
il-provvista ta' servizzi għajr servizzi diġitali, irrispettivament minn jekk jintużawx forom jew mezzi diġitali mill-kummerċjant biex jipproduċi l-output tas-servizz jew biex iwassal jew jittrażmettih lill-konsumatur; |
(b) |
servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/1972, bl-eċċezzjoni ta' servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali indipendenti min-numru kif definit fil-punt (7) tal-Artikolu 2 ta’ dik id-Direttiva. |
(c) |
il-kura tas-saħħa kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2011/24/UE; |
(d) |
is-servizzi tal-logħob tal-azzard, jiġifieri, servizzi li jinvolvu mħatri għal flus f'logħob ta' fortuna, inkluż dawk b'element ta' ħila, bħal-lotteriji, il-logħob fil-każinò, il-logħob tal-poker u tranżazzjonijiet li jikkostitwixxu mħatri, b'mezzi elettroniċi jew bi kwalunkwe teknoloġija oħra li tiffaċilita l-komunikazzjoni u fuq it-talba individwali ta' benefiċjarju ta' tali servizzi; |
(e) |
servizzi finanzjarji kif definiti fil-punt (b) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/65/KE; |
(f) |
softwer offrut mill-kummerċjant taħt liċenzja ħielsa u b'sors miftuħ, fejn il-konsumatur ma jħallasx prezz u d-data personali pprovduta mill-konsumatur tiġi pproċessata esklussivament mill-kummerċjant għall-iskop tat-titjib tas-sigurtà, il-kompatibbiltà jew l-interoperabbiltà ta’ dik is-softwer speċifiku; |
(g) |
il-provvista ta' kontenut diġitali fejn il-kontenut diġitali jkun magħmul disponibbli lill-pubbliku inġenerali għajr permezz tat-trażmissjoni ta' sinjali bħala parti minn spettaklu jew avveniment, bħal projezzjonijiet ċinematografiċi diġitali; |
(h) |
kontenut diġitali previst f'konformità mad-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21) minn korpi tas-settur pubbliku tal-Istati Membri. |
6. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, fejn kuntratt uniku bejn l-istess kummerċjant u l-istess konsumatur jinkludi f'pakkett elementi ta' provvista ta' kontenut diġitali jew servizz diġitali u elementi tal-provvista ta' servizzi jew oġġetti oħrajn, din id-Direttiva għandha tapplika biss għall-elementi tal-kuntratt li jikkonċernaw il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali.
L-Artikolu 19 ta' din id-Direttiva ma għandux japplika meta pakkett fis-sens tad-Direttiva (UE) 2018/1972 jinkludi elementi ta' servizz ta' aċċess għall-internet kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22) jew servizz ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/1972.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 107(2) tad-Direttiva (UE) 2018/1972, l-effetti li t-terminazzjoni ta' element wieħed tal-pakkett ta' kuntratti jista' jkollha fuq l-elementi tal-pakkett ta' kuntratti għandu jiġi regolat mil-liġi nazzjonali.
7. Jekk xi dispożizzjoni ta' din id-Direttiva tmur kontra dispożizzjoni ta' att ieħor tal-Unjoni li jirregola settur jew suġġett speċifiku, id-dispożizzjoni ta' dak l-att l-ieħor tal-Unjoni tieħu preċedenza fuq din id-Direttiva.
8. Il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personaligħandha tapplika għal kwalunkwe data personali pproċessata b'rabta mal-kuntratti msemmija fil-paragrafu 1.
B'mod partikolari, din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE. Fil-każ ta' kunflitt bejn id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u l-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali, din tal-aħħar għandha tipprevali.
9. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni u nazzjonali dwar id-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati, b'mod partikolari d-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23).
10. Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-libertà li l-Istati Membri jirregolaw l-aspetti tal-liġi ġenerali dwar il-kuntratti, bħar-regoli dwar it-tfassil, il-validità, in-nullità jew l-effetti tal-kuntratti, inkluż il-konsegwenzi tat-terminazzjoni ta' kuntratt dment li dawn mhumiex regolati f'din id-Direttiva, jew id-dritt għal kumpens għad-danni.
Artikolu 4
Livell ta' armonizzazzjoni
L-Istati Membri ma għandhomx jippreservaw jew jintroduċu, fil-liġi nazzjonali tagħhom, dispożizzjonijiet diverġenti minn dawk stipulati f'din id-Direttiva, inklużi dispożizzjonijiet iktar jew inqas strinġenti biex jiżguraw livell differenti ta' protezzjoni tal-konsumatur, sakemm din id-Direttiva ma tipprevedix mod ieħor.
Artikolu 5
Provvista tal-kontenut diġitali jew ta' servizz diġitali
1. Il-kummerċjant għandu jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali lill-konsumatur. Sakemm il-partijiet ma jkunux ftiehmu mod ieħor, il-kummerċjant għandu jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mingħajr dewmien żejjed wara l-konklużjoni tal-kuntratt.
2. Il-kummerċjant għandu jkun issodisfa l-obbligu ta' provvista meta:
(a) |
il-kontenut diġitali jew kwalunkwe mezz adattat għall-aċċess jew għat-tniżżil ta' kontenut diġitali jiġi magħmul disponibbli għall-konsumatur, jew għal faċilità fiżika jew virtwali magħżula mill-konsumatur għal dak l-iskop; |
(b) |
is-servizz diġitali jiġi magħmul aċċessibbli għall-konsumatur jew għal faċilità fiżika jew virtwali magħżula mill-konsumatur għal dak l-iskop. |
Artikolu 6
Konformità tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali
Il-kummerċjanti għandhom jipprovdu lill-konsumaturi b'kontenut diġitali jew servizz diġitali li jissodisfa r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 7, 8 u 9, fejn applikabbli mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10.
Artikolu 7
Rekwiżiti soġġettivi għall-konformità
Sabiex jikkonforma mal-kuntratt, il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu, b'mod partikolari, fejn applikabbli:
(a) |
ikun tad-deskrizzjoni, il-kwantità u l-kwalità, u għandu jkollu funzjonalità, kompatibbiltà, interoperabbiltà u karatteristiċi oħra, kif jirrikjedi l-kuntratt; |
(b) |
ikun tajjeb għal kull skop partikolari li għalih jeħtieġu l-konsumatur u li l-konsumatur għarraf lill-kummerċjant dwaru sa mhux aktar tard mill-mument meta ġie konkluż il-kuntratt u f’liema rigward l-kummerċjant ta l-aċċettazzjoni tiegħu; |
(c) |
ikun ipprovdut mal-aċċessorji kollha, istruzzjonijiet, inkluża l-installazzjoni, u l-assistenza lill-klijent kif jirrikjedi l-kuntratt; u |
(d) |
ikun aġġornat kif stipulat mill-kuntratt. |
Artikolu 8
Rekwiżiti oġġettivi għall-konformità
1. Minbarra li jikkonforma ma' kwalunkwe rekwiżit soġġettiv għall-konformità il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu:
(a) |
ikun adatt għall-iskop li għalih jintuża normalment kontenut diġitali jew servizzi diġitali tal-istess tip, b'kont meħud, fejn applikabbli, ta' kwalunkwe liġi tal-Unjoni u nazzjonali, standards tekniċi jew, fl-assenza ta' tali standards tekniċi, kodiċi ta' kondotta industrijali speċifiċi għas-settur; |
(b) |
ikun ta' kwantità u jkollu l-kwalitajiet u l-karatteristiċi ta' prestazzjoni, inkluż fir-rigward tal-funzjonalità, il-kompatibbiltà, l-aċċessibbiltà, il-kontinwità u s-sigurtà, li huwa normali għal kontenut diġitali jew servizzi diġitali tal-istess tip u li l-konsumatur jista' raġonevolment jistenna, minħabba n-natura tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali, u b'kunsiderazzjoni ta' kwalunkwe dikjarazzjoni pubblika magħmula mill-kummerċjant jew f'ismu, jew persuni oħra f'ħoloq preċedenti tal-katina ta' tranżazzjonijiet, partikolarment fir-reklamar jew it-tikkettar, sakemm il-kummerċjant ma jkunx jista' jipprova li:
|
(c) |
fejn applikabbli, jiġi pprovdut flimkien ma' kwalunkwe aċċessorju u istruzzjoni li l-konsumatur jista' raġonevolment jistenna li jirċievi; u |
(d) |
jikkonforma ma' kwalunkwe verżjoni ta' prova jew wirja minn qabel tal-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali magħmul disponibbli għall-pubbliku mill-kummerċjant, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt. |
2. Il-kummerċjant għandu jiżgura li l-konsumatur jiġi infurmat dwar aġġornamenti u jiġi pprovdut bihom, inklużi aġġornamenti tas-sigurtà li huma meħtieġa biex il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jinżamm f'konformità, għall-perjodu ta’ żmien:
(a) |
li matulu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jiġi pprovdut fil-qafas tal-kuntratt, meta l-kuntratt jipprevedi provvista kontinwa fuq perjodu ta'żmien; or |
(b) |
li konsumatur jista' raġonevolment jistenna, minħabba t-tip u l-iskop tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali, u b'kont meħud taċ-ċirkostanzi u n-natura tal-kuntratt, meta l-kuntratt jipprevedi att uniku ta' provvista jew sensiela ta' atti individwali ta' provvista; |
3. Meta l-konsumatur jonqos milli jinstalla, fi żmien raġonevoli, l-aġġornamenti pprovduti mill-kummerċjant f'konformità mal-paragrafu 2, il-kummerċjant ma għandu jkun responsabbli għal ebda nuqqas ta' konformità li jirriżulta biss min-nuqqas tal-aġġornament rilevanti, dment li:
(a) |
il-kummerċjant ikun informa lill-konsumatur dwar id-disponibbiltà tal-aġġornament u l-konsegwenzi tan-nuqqas tal-konsumatur li jinstallah; u |
(b) |
in-nuqqas tal-konsumatur li jinstalla jew l-installazzjoni mhux korretta mill-konsumatur tal-aġġornament ma kienx minħabba nuqqasijiet fl-istruzzjonijiet tal-installazzjoni pprovduti mill-kummerċjant. |
4. Meta l-kuntratt jipprevedi provvista kontinwa ta' kontenut diġitali jew servizz diġitali fuq perjodu ta' żmien, il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jkun f'konformità sakemm idum dak il-perjodu.
5. Ma għandu jkun hemm ebda nuqqas ta' konformità fis-sens tal-paragrafu 1 jew 2, jekk, fil-mument meta ġie konkluż il-kuntratt, il-konsumatur ikun ġie infurmat b'mod speċifiku li karatteristika partikolari tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali kienet qed tiddevja mir-rekwiżiti oġġettivi tal-konformità stabbiliti fil-paragrafu 1 jew 2 u l-konsumatur espressament u separatament aċċetta dik id-devjazzjoni meta jiġi konkluż il-kuntratt.
6. Sakemm ma jkunx ġie miftiehem mod ieħor bejn il-partijiet, il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jiġi pprovdut bl-aktar verżjoni reċenti li tkun disponibbli fil-mument meta jiġi konkluż il-kuntratt.
Artikolu 9
Integrazzjoni inkorretta tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali
Kwalunkwe nuqqas ta' konformità li tirriżulta mill-integrazzjoni inkorretta tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali fl-ambjent diġitali tal-konsumatur, għandu jitqies bħala nuqqas ta' konformità tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali jekk:
(a) |
il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali kien integrat mill-kummerċjant jew taħt ir-responsabbiltà tal-kummerċjant; or |
(b) |
il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali kien maħsub li jiġi integrat mill-konsumatur u l-integrazzjoni żbaljata kienet dovuta għal nuqqasijiet fl-istruzzjonijiet għall-integrazzjoni pprovduti mill-kummerċjant. |
Artikolu 10
Drittijiet ta' partijiet terzi
Meta restrizzjoni li tirriżulta minn ksur ta'kwalunkwe dritt ta' parti terza, b'mod partikolari d-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, tipprevjeni jew tillimita l-użu tal-kontenut diġitali jew ta' servizz diġitali f'konformità mal-Artikoli 7 u 8, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumatur ikun intitolat għar-rimedji għan-nuqqas ta' konformità previsti fl-Artikolu 14, sakemm il-liġi nazzjonali ma tipprovdix għan-nullità jew ir-riżoluzzjoni tal-kuntratt għall-provvista ta' kontenut diġitali jew ta' servizz diġitali f’każijiet bħal dawn.
Artikolu 11
Responsabbiltà tal-kummerċjant
1. Il-kummerċjant għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta' provvista tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali f'konformità mal-Artikolu 5.
2. Meta kuntratt jipprevedi att uniku ta' provvista jew sensiela ta' atti individwali ta' provvista, il-kummerċjant għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità taħt l-Artikoli 7, 8 u 9 li jeżisti fil-mument tal-provvista, mingħajr preġudizzju għall-punt (b) tal-Artikolu 8(2).
Jekk, skont il-liġi nazzjonali, il-kummerċjant ikun responsabbli biss għal nuqqas ta' konformità li jsir apparenti f'perjodu ta' żmien wara l-provvista, dak il-perjodu ma għandux ikun inqas minn sentejn mill-mument tal-provvista, mingħajr preġudizzju għall-punt (b) tal-Artikolu 8(2).
Jekk, skont il-liġi nazzjonali, id-drittijiet stabbiliti fl-Artikolu 14 ikunu wkoll soġġetti jew soġġetti biss għal perjodu ta' limitazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali perjodu ta' limitazzjoni jkun jippermetti lill-konsumatur li jeżerċita r-rimedji stabbiliti fl-Artikolu 14 għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità li jeżisti fil-ħin indikat fl-ewwel subparagrafu u jsir apparenti fil-perjodu ta' żmien indikat fit-tieni subparagrafu.
3. Fejn il-kuntratt jipprevedi provvista kontinwa matul perjodu ta' żmien, il-kummerċjant għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità skont l-Artikoli 7, 8 u 9, li jsir apparenti fil-perjodu ta' żmien li matulu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jiġi pprovdut skont il-kuntratt.
Jekk, skont il-liġi nazzjonali, id-drittijiet stabbiliti fl-Artikolu 14 ikunu wkoll soġġetti jew soġġetti biss għal perjodu ta' limitazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali perjodu ta' limitazzjoni jkun jippermetti lill-konsumatur li jeżerċita r-rimedji stabbiliti fl-Artikolu 14 għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità li jseħħ jew li jsir apparenti matul il-perjodu ta’ żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu.
Artikolu 12
Oneru tal-provi
1. L-oneru tal-provi fir-rigward ta' jekk il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jkunx ġie pprovdut f'konformità mal-Artikolu 5 għandu jkun fuq il-kummerċjant.
2. Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 11(2), l-oneru tal-provi, fir-rigward ta' jekk il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali kienx f'konformità fil-mument tal-provvista, għandu jkun fuq il-kummerċjant għal nuqqas ta' konformità li jsir apparenti fi żmien perjodu ta' sena mill-mument meta l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jkun ġie pprovdut.
3. Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 11(3), l-oneru tal-provi, fir-rigward ta' jekk il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali kienx f'konformità matul il-perjodu ta’ żmien li matulu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jiġi pprovdut taħt il-kuntratt għandu jkun fuq il-kummerċjant għal nuqqas ta' konformità li jsir apparenti matul dak il-perjodu.
4. Il-paragrafi 2 u 3 ma għandhomx japplikaw meta l-kummerċjant juri bil-provi li l-ambjent diġitali tal-konsumatur mhuwiex kompatibbli mar-rekwiżiti tekniċi tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali u meta l-kummerċjant ikun informa lill-konsumatur b'tali rekwiżiti b'mod ċar u li jinftiehem qabel ma jkun ġie konkluż il-kuntratt.
5. Il-konsumatur għandu jikkoopera mal-kummerċjant, sa fejn ikun raġonevolment possibbli u neċessarju, biex jiġi aċċertat jekk il-kawża għan-nuqqas ta' konformità tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali fil-mument speċifikat fl-Artikolu 11(2) jew (3), kif applikabbli, kinitx tinsab fl-ambjent diġitali tal-konsumatur. L-obbligu ta' kooperazzjoni għandu jkun limitat għall-mezzi teknikament disponibbli li jkunu l-inqas intrużivi għall-konsumatur. Meta l-konsumatur jonqos milli jikkoopera u meta l-kummerċjant ikun informa lill-konsumatur b'tali rekwiżit b'mod ċar u komprensibbli qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, l-oneru tal-provi fir-rigward ta'jekk in-nuqqas ta' konformità kienx jeżisti fil-mument speċifikat fl-Artikolu 11(2) jew (3), kif applikabbli, għandu jkun fuq il-konsumatur.
Artikolu 13
Rimedju għan-nuqqas ta' provvista
1. Meta l-kummerċjant ikun naqas milli jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali f'konformità mal-Artikolu 5, il-konsumatur għandu jitlob lill-kummerċjant jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali. Jekk il-kummerċjant imbagħad jonqos milli jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mingħajr dewmien żejjed, jew matul perjodu addizzjonali ta' żmien kif miftiehem espressament mill-partijiet, il-konsumatur għandu ikun intitolat li jittermina l-kuntratt.
2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika, u l-konsumatur għandu jkun intitolat li jittermina l-kuntratt immedjatament, meta:
(a) |
il-kummerċjant ikun iddikjara, jew ikun jidher ċar miċ-ċirkostanzi, li l-kummerċjant ma jkunx se jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali. |
(b) |
il-konsumatur u l-il-kummerċjant ikunu ftiehmu, jew ikun ċar miċ-ċirkostanzi li fihom ġie konkluż il-kuntratt, li jkun essenzjali li jkun hemm perjodu speċifiku ta' żmien għall-provvista u l-kummerċjant ma jkunx ipprovda l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali sa dak il-mument jew f'dak il-mument; |
3. Meta l-konsumatur jittermina l-kuntratt taħt il-paragrafu 1 jew 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikoli 15 sa 18 għandhom japplikaw b'mod korrispondenti.
Artikolu 14
Rimedji għan-nuqqas ta' konformità
1. Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità, il-konsumatur għandu jkun intitolat li jkollu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali miġjub f'konformità, li jirċievi tnaqqis proporzjonat fil-prezz, jew li jittermina l-kuntratt, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Il-konsumatur għandu jkun intitolat li jkollu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali miġjub f'konformità, sakemm dan ma jkunx impossibbli jew sakemm dan ma jimponix spejjeż fuq il-kummerċjant li jkunu sproporzjonati, b'kont meħud taċ-ċirkostanzi tal-każ, inkluż:
(a) |
il-valur li kien ikollu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali kieku ma kienx hemm nuqqas ta' konformità; u |
(b) |
is-sinifikat tan-nuqqas ta' konformità. |
3. Il-kummerċjant għandu jġib il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali f'konformità skont il-paragrafu 2 f'perjodu ta' żmien raġonevoli mill-mument li fih il-kummerċjant ikun ġie infurmat mill-konsumatur dwar in-nuqqas ta' konformità, mingħajr ħlas u mingħajr ebda inkonvenjent sinifikanti għall-konsumatur, b'kont meħud tan-natura tal-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali u l-iskop li għalih il-konsumatur kien jeħtieġ il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali.
4. Il-konsumatur għandu jkun intitolat jew għal tnaqqis proporzjonat tal-prezz f'konformità mal-paragrafu 5 meta l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jiġi pprovdut bi skambju ma' ħlas ta' prezz, jew it-terminazzjoni tal-kuntratt f'konformità mal-paragrafu 6, fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
(a) |
ir-rimedju biex il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jinġieb f'konformità ma jkunx possibbli jew ikun sproporzjonat f'konformità mal-paragrafu 2; |
(b) |
il-kummerċjant ma jkunx ġab il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali f'konformità mal-paragrafu 3; |
(c) |
nuqqas ta' konformità jsir apparenti minkejja t-tentattiv min-naħa tal-kummerċjant li jġib il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali f'konformità; |
(d) |
in-nuqqas ta' konformità tant ikun ta' natura serja li jiġġustifika t-tnaqqis immedjat fil-prezz jew it-terminazzjoni immedjata tal-kuntratt; jew |
(e) |
il-kummerċjant ikun iddikjara, jew ikun jidher ċar miċ-ċirkostanzi, li l-kummerċjant ma jkunx se jġib il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali f'konformità fi żmien raġonevoli jew mingħajr inkonvenjent sinifikanti għall-konsumatur. |
5. It-tnaqqis fil-prezz għandu jkun proporzjonat għat-tnaqqis fil-valur tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali li ġie pprovdut lill-konsumatur meta mqabbel mal-valur li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali kien ikollu li kieku kien f'konformità mal-kuntratt.
Meta l-kuntratt jistipula li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jiġi pprovdut fuq perjodu ta' żmien bi skambju mal-ħlas ta' prezz, it-tnaqqis fil-prezz għandu japplika għall-perjodu ta' żmien li matulu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali ma kienx f'konformità.
6. Meta l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jiġi pprovdut bi skambju ma' ħlas ta' prezz, il-konsumatur għandu jkun intitolat jittermina l-kuntratt biss jekk in-nuqqas ta' konformità ma jkunx wieħed minuri. L-oneru tal-provi rigward jekk in-nuqqas ta' konformità jkunx wieħed minuri għandu jkun fuq il-kummerċjant.
Artikolu 15
Eżerċizzju tad-dritt ta' terminazzjoni
Il-konsumatur għandu jeżerċita d-dritt li jittermina l-kuntratt permezz ta' dikjarazzjoni lill-bejjiegħ li jesprimi d-deċiżjoni li jittermina l-kuntratt.
Artikolu 16
Obbligi tal-kummerċjant fil-każ ta' terminazzjoni
1. Fil-każ tat-terminazzjoni tal-kuntratt, il-kummerċjant għandu jirrimborża lill-konsumatur għall-ħlasijiet kollha fil-qafas tal-kuntratt.
Madankollu, f'każijiet fejn il-kuntratt jipprevedi l-provvista tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali bi skambju ma' ħlas ta' prezz u fuq perjodu ta' żmien, u l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali kien f'konformità għal perjodu ta' żmien qabel it-terminazzjoni tal-kuntratt, il-kummerċjant għandu jirrimborża lill-konsumatur għall-parti proporzjonata biss mill-prezz imħallas li jikkorrispondi għall-perjodu ta' żmien li matulu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali ma kienx f'konformità, u kwalunkwe parti mill-prezz imħallas bil-quddiem mill-konsumatur għal kwalunkwe perjodu mill-kuntratt li jkun fadal li kieku l-kuntratt ma ġiex terminat.
2. Fir-rigward tad-data personali tal-konsumatur, il-kummerċjant għandu jikkonforma mal-obbligi li japplikaw taħt ir-Regolament (UE) 2016/679.
3. Il-kummerċjant għandu jżomm lura milli juża kwalunkwe kontenut għajr data personali li ġiet ipprovduta jew maħluqa mill-konsumatur meta juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali pprovdut mill-kummerċjant, minbarra meta tali kontenut:
(a) |
ma jkollu l-ebda utilità barra l-kuntest tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali pprovdut mill-kummerċjant; |
(b) |
ikun relatat mal-attività tal-konsumatur meta juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali pprovdut mill-kummerċjant; |
(c) |
ikun ġie aggregat ma' data oħra mill-kummerċjant u ma jkunx jista' jiġi diżaggregat jew biss bi sforzi sproporzjonati; jew |
(d) |
ikun ġie ġġenerat b'mod konġunt mill-konsumatur u oħrajn, u konsumaturi oħra jkunu kapaċi jkomplu jagħmlu użu mill-kontenut. |
4. Ħlief fis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 3, il-kummerċjant għandu, fuq talba tal-konsumatur, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumatur kwalunkwe kontenut għajr data personali li ġie pprovdut jew maħluq mill-konsumatur meta juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali pprovduti mill-kummerċjant.
Il-konsumatur għandu jkun intitolat li jirkupra dak il-kontenut diġitali mingħajr ħlas, mingħajr tfixkil mill-kummerċjant, fi żmien raġonevoli u f'format ta' data li jintuża komunement u li jinqara minn magna.
5. Il-kummerċjant jista' jipprevjeni kwalunkwe użu ulterjuri tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali mill-konsumatur, b'mod partikolari billi jagħmel il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali inaċċessibbli għall-konsumatur jew jiddiżattiva l-kont tal-utent tal-konsumatur, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4.
Artikolu 17
Obbligi tal-konsumatur fil-każ ta' terminazzjoni
1. Wara li l-kuntratt jiġi terminat, il-konsumatur għandu jżomm lura milli juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali u milli jagħmilhom disponibbli għal partijiet terzi.
2. Fejn il-kontenut diġitali jkun ġie pprovdut fuq mezz tanġibbli, fuq talba u bi spejjeż tal-kummerċjant, il-konsumatur għandu jirritorna l-mezz tanġibbli lill-kummerċjant, mingħajr dewmien bla bżonn. Jekk il-kummerċjantjiddeċiedi li jitlob lura l-mezz tanġibbli, dik it-talba għandha ssir fi żmien 14-il jum mill-jum li fih il-kummerċjantjiġi infurmat bid-deċiżjoni tal-konsumatur li jittermina l-kuntratt.
3. Il-konsumatur ma għandu jkun responsabbli li jħallas għal ebda użu li jsir mill-kontenut diġitali jew servizz diġitali fil-perjodu qabel ma jiġi terminat il-kuntratt li matulu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali ma kienx f'konformità.
Artikolu 18
Skadenzi u mezzi ta' rimborż mill-kummerċjant
1. Kwalunkwe rimborż li huwa dovut lill-konsumatur mill-kummerċjant, skont l-Artikolu 14(4) u (5) jew 16(1), minħabba tnaqqis fil-prezz jew terminazzjoni tal-kuntratt għandu jsir mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ, fi żmien 14-il jum mid-data li fiha l-kummerċjant jiġi infurmat bid-deċiżjoni tal-konsumatur li jinvoka d-dritt tal-konsumatur għal tnaqqis fil-prezz jew li jittermina l-kuntratt.
2. Il-kummerċjant għandu jwettaq ir-rimborż billi juża l-istess mezz ta' ħlas bħalma uża l-konsumatur biex iħallas għall-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali, sakemm il-konsumatur ma jaqbilx espressament mod ieħor, u dment li l-konsumatur ma jġarrab l-ebda tariffa bħala riżultat ta' tali rimborż.
3. Il-kummerċjant ma għandu jimponi l-ebda tariffa fuq il-konsumatur fir-rigward tar-rimborż.
Artikolu 19
Modifika tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali
1. Meta l-kuntratt jipprevedi li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jiġi pprovdut jew magħmul aċċessibbli lill-konsumatur għal perjodu ta' żmien, il-kummerċjant jista' jimmodifika l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jinżamm f'konformità skont l-Artikoli 7 u 8, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-kuntratt jippermetti tali modifika u jipprovdi raġuni valida għal din il-modifika; |
(b) |
tali modifika ssir mingħajr spejjeż addizzjonali għall-konsumatur; |
(c) |
il-konsumatur jiġi infurmat b'mod ċar u li jinftiehem dwar il-modifika; u |
(d) |
fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-konsumatur jiġi infurmat, fi żmien raġonevoli minn qabel fuq mezz durabbli, dwar il-karatteristiċi u l-mument tal-modifika, u dwar id-dritt li jittermina l-kuntratt f'konformità mal-paragrafu 2, jew dwar il-possibbiltà li jżomm il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mingħajr tali modifika f'konformità mal-paragrafu 4. |
2. Il-konsumatur għandu jkun intitolat li jittermina l-kuntratt jekk il-modifika jkollha impatt negattiv fuq l-aċċess tal-konsumatur għall-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mill-konsumatur jew l-użu tiegħu mill-konsumatur, sakemm tali impatt negattiv ma jkunx biss minuri. F'dak il-każ, il-konsumatur għandu jkun intitolat li jittermina l-kuntratt mingħajr ħlas fi żmien 30 jum minn meta jirċievi l-informazzjoni jew mill-mument meta l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jiġi modifikat mill-kummerċjant, skont liema minnhom ikun l-aktar tard.
3. Meta l-konsumatur jittermina l-kuntratt f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikoli 15 sa 18, b'mod korrispondenti.
4. Il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw jekk il-kummerċjant ikun ippermetta lill-konsumatur li jżomm, mingħajr spejjeż addizzjonali, il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mingħajr il-modifika, u l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jibqa' f'konformità.
Artikolu 20
Dritt ta' rimedju
Meta l-kummerċjant ikun responsabbli lejn il-konsumatur minħabba xi nuqqas li jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali, jew minħabba nuqqas ta' konformità mal-kuntratt li jirriżulta minn att jew ommissjoni minn persuna fi stadji preċedenti tal-katina ta' tranżazzjonijiet, il-kummerċjant għandu jkun intitolat li jfittex rimedji kontra l-persuna jew il-persuni responsabbli fil-katina ta' tranżazzjonijiet kummerċjali. Il-persuna li kontriha l-kummerċjant jista' jfittex rimedji, u l-azzjonijiet u l-kundizzjonijiet rilevanti tal-eżerċizzju, għandhom jiġu determinati mill-liġi nazzjonali.
Artikolu 21
Infurzar
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm mezzi adegwati u effettivi li jiżguraw il-konformità ma' din id-Direttiva.
2. Il-mezzi msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li bihom wieħed jew iktar mill-korpi li ġejjin, kif stabbilit mil-liġi nazzjonali, jistgħu jieħdu azzjoni taħt tal-liġi nazzjonali quddiem il-qrati jew quddiem korpi amministrattivi kompetenti sabiex jiżguraw li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva:
(a) |
korpi pubbliċi jew ir-rappreżentanti tagħhom; |
(b) |
organizzazzjonijiet tal-konsumatur li jkollhom interess leġittimu fil-ħarsien tal-konsumatur; |
(c) |
organizzazzjonijiet professjonali b'interess leġittimu fit-teħid ta' azzjoni; |
(d) |
korpi, organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, attivi fil-qasam tal-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data kif definit fl-Artikolu 80 tar-Regolament (UE) 2016/679. |
Artikolu 22
Natura obbligatorja
1. Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f'din id-Direttiva, kwalunkwe klawżola kuntrattwali li, għad-detriment tal-konsumatur, teskludi l-applikazzjoni tal-miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva, tidderoga minnhom jew tvarja l-effetti tagħhom qabel ma n-nuqqas ta' provvista jew in-nuqqas ta' konformità jinġieb għall-attenzjoni tal-kummerċjant mill-konsumatur jew qabel ma l-modifika tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali, f'konformità mal-Artikolu 19 tinġieb għall-attenzjoni tal-konsumatur mill-kummerċjant, ma għandhiex tkun vinkolanti fuq il-konsumatur.
2. Din id-Direttiva ma għandhiex tipprevjeni lill-kummerċjant milli joffri lill-konsumatur arranġamenti kuntrattwali li jmorru lil hinn mill-protezzjoni prevista f'din id-Direttiva.
Artikolu 23
Emendi għar-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE
(1) Fl-Anness għar-Regolament (UE) 2017/2394, jiżdied il-punt li ġej:
"28. |
Id-Direttiva (UE) 2019/770 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali u servizzi diġitali (ĠU L 136, p. 22.5.2019, p. 1).". |
(2) Fl-Anness I tad-Direttiva 2009/22/KE, jiżdied il-punt li ġej:
“17. |
Id-Direttiva (UE)2019/770 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali u servizzi diġitali (ĠU L 136, 22.5.2019, p. 1).”. |
Artikolu 24
Traspożizzjoni
1. Sal-1 ta’ Lulju 2021 l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippublikaw il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni f'dak ir-rigward.
Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-1 ta’ Jannar 2022.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jinkludu dik ir-referenza meta jiġu publikati uffiċjalament. Il-metodi kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
2. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw għall-provvista ta' kontenut diġitali jew servizzi diġitali li sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2022 bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 19 u 20 ta’ din id-Direttiva li għandhom japplikaw biss għall-kuntratti konklużi minn dik id-data.
Artikolu 25
Rieżami
Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mit-12 ta’ Ġunju 2024, tirrieżamina l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew. Ir-rapport għandu jeżamina, fost l-oħrajn, il-każ għall-armonizzazzjoni tar-regoli applikabbli għall-kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali jew ta' servizzi diġitali għajr dak kopert minn din id-Direttiva, inkluż ipprovduti bi skambju ma' riklami.
Artikolu 26
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 27
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Mejju 2019.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
A. TAJANI
Għall-Kunsill
Il-President
G. CIAMBA
(1) ĠU C 264, 20.7.2016, p. 57.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta' April 2019.
(3) Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament u tal-Kunsill ta’ Mejju 2019 (ara paġna 28 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(4) Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).
(5) Id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45).
(6) Id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta' Ġunju 1993 dwar mezzi mediċi (ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1).
(7) Id-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE tal-20 ta' Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f'xi parti tal-ġisem (ĠU L 189, 20.7.1990, p. 17).
(8) Id-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 1998 dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro (ĠU L 331, 7.12.1998, p. 1).
(9) Id-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b'distanza ta' servizzi finanzjarji ta' konsumaturi u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d-Direttivi 97/7/KE u 98/27/KE (ĠU L 271, 9.10.2002, p. 16).
(10) Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (ĠU L 321, 17.12.2018, p. 36).
(11) Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).
(12) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(13) Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).
(14) Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6).
(15) Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1).
(16) Ir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004, (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 1).
(17) Id-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi (ĠU L 110, 1.5.2009, p. 30).
(18) ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.
(19) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(20) ĠU C 200, 23.6.2017, p. 10.
(21) Id-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 dwar l-użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 90).
(22) Ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal Internet miftuħ u tariffi bl-imnut għal komunikazzjonijiet intra-UE regolati u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 (ĠU L 310, 26.11.2015, p. 1).
(23) Id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10).
22.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 136/28 |
DIRETTIVA (UE) 2019/771 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-20 ta’ Mejju 2019
dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti, li temenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE, u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz ta’ att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Sabiex tibqa’ kompetittiva fis-swieq globali, l-Unjoni trid ittejjeb il-funzjonament tas-suq intern u tilħaq b’suċċess l-isfidi multipli maħluqa llum minn ekonomija xprunata dejjem aktar mit-teknoloġija. L-Istrateġija dwar Suq Uniku Diġitali tistabbilixxi qafas komprensiv li jiffaċilita l-integrazzjoni tad-dimensjoni diġitali fis-suq intern. L-ewwel pilastru tal-Istrateġija dwar Suq Uniku Diġitali jindirizza l-frammentazzjoni fil-kummerċ intra-UE billi jittratta l-ostakli prinċipali tal-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku transfruntier, li jikkostitwixxi l-aktar parti sinifikanti ta’ bejgħ transfruntier ta’ oġġetti min-negozju għall-konsumatur. |
(2) |
L-Artikolu 26(1) u (2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi li l-Unjoni għandha tadotta miżuri bil-għan li tistabbilixxi jew tiżgura l-funzjonament tas-suq intern, li għandu jinkludi żona mingħajr fruntieri interni fejn jiġi żgurat il-moviment liberu tal-oġġetti u s-servizzi. L-Artikolu 169(1) u l-punt (a) tal-Artikolu 169(2) tat-TFUE jipprevedu li l-Unjoni tikkontribwixxi biex jintlaħaq livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur permezz ta’ miżuri adottati skont l-Artikolu 114 tat-TFUE fil-kuntest tat-tlestija tas-suq intern. Id-Direttiva għandha l-għan li tikseb bilanċ tajjeb bejn il-kisba ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u l-promozzjoni tal-kompetittività tal-impriżi, filwaqt li tiżgura r-rispett tal-prinċipju tas-sussidjarjetà. |
(3) |
Ċerti aspetti rigward il-kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti jenħtieġ li jiġu armonizzati, filwaqt li bħala bażi jittieħed livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, sabiex ikun hemm suq uniku diġitali ġenwin, tiżdied iċ-ċertezza tad-dritt u jitnaqqsu l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet, b’mod partikolari għall-intrapriżi żgħar u medji (‘SMEs’). |
(4) |
Il-kummerċ elettroniku huwa motivatur ewlieni għat-tkabbir fis-suq intern. Madankollu l-potenzjal tiegħu għat-tkabbir għadu mhuwiex sfruttat b’mod sħiħ. Sabiex tissaħħaħ il-kompetittività tal-Unjoni u jiżdied it-tkabbir, l-Unjoni hemm bżonn li taġixxi malajr u tinkoraġġixxi lill-atturi ekonomiċi sabiex jisfruttaw il-potenzjal sħiħ offrut mis-suq intern. Il-potenzjal sħiħ tas-suq intern jista’ jiġi sfruttat biss jekk il-parteċipanti kollha fis-suq igawdu aċċess bla xkiel għall-bejgħ transfruntier ta’ oġġetti, inkluż fi tranżazzjonijiet ta’ kummerċ elettroniku. Ir-regoli tal-liġi kuntrattwali li abbażi tagħhom il-parteċipanti fis-suq jikkonkludu t-tranżazzjonijiet huma fost il-fatturi ewlenin li jiddeterminaw id-deċiżjoni tan-negozji dwar jekk joffrux oġġetti bejn il-fruntieri jew le. Dawk ir-regoli jinfluwenzaw ukoll ir-rieda tal-konsumaturi li jħaddnu u jafdaw dan it-tip ta’ xiri. |
(5) |
L-evoluzzjoni teknoloġika wasslet għal suq akbar għal oġġetti li jinkorporaw jew li huma interkonnessi ma’ kontenut diġitali jew servizzi diġitali. Minħabba l-għadd dejjem akbar ta’ apparat bħal dan u l-pass mgħaġġel li bih qed jiżdied l-użu tiegħu min-naħa tal-konsumaturi, hemm bżonn azzjoni fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġi żgurat il-livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi u tiżdied iċ-ċertezza legali fir-rigward tar-regoli applikabbli għall-kuntratti għall-bejgħ ta’ tali prodotti. Żieda fiċ-ċertezza legali tgħin sabiex tissaħħaħ il-fiduċja tal-konsumaturi u l-bejjiegħa. |
(6) |
Ir-regoli tal-Unjoni applikabbli għall-bejgħ ta’ oġġetti għadhom frammentati għalkemm ir-regoli dwar il-kundizzjonijiet tal-konsenja u, fir-rigward ta’ kuntratti mill-bogħod u barra mill-post tan-negozju, ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni prekuntrattwali u d-dritt tal-irtirar diġà kienu armonizzati b’mod sħiħ fid-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Elementi kuntrattwali prinċipali oħra bħall-kriterji ta’ konformità, ir-rimedji għal nuqqas ta’ konformità mal-kuntratt u l-modalitajiet prinċipali għall-eżerċitar tagħhom, fil-preżent huma soġġetti għal armonizzazzjoni minima fil-qafas tad-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). L-Istati Membri tħallew imorru lil hinn mill-istandards tal-Unjoni u jintroduċu jew iżommu regoli li jiżguraw li jintlaħaq livell saħansitra ogħla ta’ protezzjoni tal-konsumatur. B’dan il-mod, huma ħadu azzjoni fuq elementi differenti u f’livelli differenti. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 1999/44/KE jvarjaw b’mod sinifikanti fuq elementi essenzjali, bħan-nuqqas jew l-eżistenza ta’ ġerarkija ta’ rimedji. |
(7) |
Id-differenzi li jeżistu jistgħu jaffettwaw ħażin in-negozji u l-konsumaturi. Skont ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), in-negozji li jwettqu l-attivitajiet tagħhom ma’ konsumaturi fi Stati Membri oħra huma meħtieġa li jqisu r-regoli obbligatorji tal-liġijiet dwar il-kuntratti mal-konsumatur tal-pajjiż ta’ residenza abitwali tal-konsumatur. Billi dawk ir-regoli jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor, in-negozji jistgħu jiffaċċjaw spejjeż addizzjonali. Konsegwentement, bosta negozji jistgħu jippreferu li jkomplu jagħmlu l-kummerċ domestikament jew jesportaw biss lejn Stat Membru wieħed jew tnejn. Dik l-għażla li jnaqqsu l-esponiment għall-ispejjeż u r-riskji assoċjati mal-kummerċ transfruntier tirriżulta f’opportunitajiet mitlufa għal espansjoni kummerċjali u ekonomiji ta’ skala. L-SMEs huma affettwati b’mod partikolari. |
(8) |
Filwaqt li l-konsumaturi jgawdu livell għoli ta’ protezzjoni meta jixtru minn pajjiż ieħor b’riżultat tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 593/2008, il-frammentazzjoni legali taffettwa b’mod negattiv ukoll il-livell ta’ fiduċja tal-konsumaturi fit-tranżazzjonijiet transfruntiera. Filwaqt li diversi fatturi jikkontribwixxu għal dan in-nuqqas ta’ fiduċja, l-inċertezza dwar drittijiet kuntrattwali ewlenin hija fost l-akbar tħassib tal-konsumaturi. Din l-inċertezza teżisti b’mod indipendenti minn jekk il-konsumaturi jkunux protetti bir-regoli obbligatorji tal-liġi tal-kuntratti mal-konsumatur tal-Istat Membru tagħhom stess f’każ li fih bejjiegħa jidderieġu l-attivitajiet transfruntiera tagħhom lejhom, jew jekk il-konsumaturi jikkonkludux kuntratti transfruntiera ma’ bejjiegħa mingħajr ma l-bejjiegħa rispettivi jwettqu attivitajiet kummerċjali fl-Istat Membru tal-konsumatur. |
(9) |
Filwaqt li l-bejgħ online ta’ oġġetti jikkostitwixxi l-maġġoranza assoluta tal-bejgħ transfruntier fl-Unjoni, id-differenzi fil-liġijiet kuntrattwali nazzjonali jaffettwaw kemm lill-bejjiegħa bl-imnut li jużaw kanali tal-bejgħ mill-bogħod kif ukoll lill-bejjiegħa bl-imnut li jbigħu wiċċ imb wiċċ u jżommuhom milli jespandu lil hinn mill-fruntieri. Jenħtieġ li din id-Direttiva tkopri l-kanali tal-bejgħ kollha, biex jinħolqu kundizzjonijiet ekwi għan-negozji kollha li jbigħu oġġetti lill-konsumaturi. Permezz ta’ regoli uniformi bejn il-kanali tal-bejgħ, jenħtieġ li din id-Direttiva tevita kwalunkwe diverġenza li toħloq piżijiet sproporzjonati għan-numru dejjem akbar ta’ bejjiegħa bl-imnut omni-channel fl-Unjoni. Il-ħtieġa li jinżammu regoli konsistenti dwar il-bejgħ u l-garanziji għall-kanali tal-bejgħ kollha ġiet ikkonfermata fil-Kontroll tal-Idoneità tal-Kummissjoni tal-liġi dwar il-konsumatur u l-kummerċjalizzazzjoni ppubblikata fid-29 ta’ Mejju 2017, li kopriet anki d-Direttiva 1999/44/KE. |
(10) |
Din id-Direttiva jenħtieġ li tkopri r-regoli applikabbli għall-bejgħ ta’ oġġetti, inkluż oġġetti b’elementi diġitali, fir-rigward biss tal-elementi kuntrattwali ewlenin meħtieġa sabiex jingħelbu l-ostakli relatati mal-liġi kuntrattwali fis-suq intern. Għal dan il-għan jenħtieġ li r-regoli dwar ir-rekwiżiti għall-konformità, ir-rimedji għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi għal nuqqas ta’ konformità tal-oġġetti mal-kuntratt u l-modalitajiet prinċipali għall-eżerċizzju tagħhom ikunu kompletament armonizzati, u li l-livell ta’ protezzjoni tal-konsumatur, meta mqabbel mad-Direttiva 1999/44/KE, jiżdied. Regoli kompletament armonizzati fir-rigward ta’ ċerti elementi essenzjali tal-liġi tal-kuntratti mal-konsumaturi għandhom jagħmluha aktar faċli għan-negozji, speċjalment għall-SMEs, biex joffru l-prodotti tagħhom fi Stati Membri oħra. Permezz tal-armonizzazzjoni kompleta tar-regoli ewlenin, il-konsumaturi jibbenefikaw minn livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u titjib fil-benesseri. |
(11) |
Din id-Direttiva tikkomplementa d-Direttiva 2011/83/UE. Filwaqt li d-Direttiva 2011/83/UE tistabbilixxi prinċipalment dispożizzjonijiet dwar rekwiżiti ta’ informazzjoni prekuntrattwali, id-dritt ta’ rtirar minn kuntratti mill-bogħod jew barra mill-post tan-negozju u regoli dwar il-konsenja u t-trasferiment tar-riskju, din id-Direttiva tintroduċi regoli dwar il-konformità tal-oġġetti, rimedji f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità u modalitajiet għall-eżerċizzju tagħhom. |
(12) |
Jenħtieġ li din id-Direttiva tapplika biss għal oġġetti mobbli tanġibbli li jikkostitwixxu oġġetti fis-sens stabbilit f’din id-Direttiva. Għaldaqstant jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu liberi li jirregolaw il-kuntratti għall-bejgħ ta’ proprjetà immobbli, bħal binjiet residenzjali, kif ukoll il-komponenti ewlenin li jkunu maħsuba bħala parti kbira minn tali proprjetà immobbli. |
(13) |
Din id-Direttiva u d-Direttiva (UE) 2019/770 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jenħtieġ li jikkomplementaw lil xulxin. Filwaqt li d-Direttiva (UE) 2019/770 tistabbilixxi regoli dwar ċerti rekwiżiti li jikkonċernaw kuntratti għall-provvista ta’ kontenut jew servizzi diġitali, din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar ċerti rekwiżiti rigward kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti. Għaldaqstant, sabiex jiġu ssodisfati l-aspettattivi tal-konsumaturi u jiġi żgurat qafas legali sempliċi u ċar għall-kummerċjanti ta’ kontenut diġitali jew servizzi diġitali, id-Direttiva (UE) 2019/770 tapplika għall-provvista ta’ kontenut jew servizzi diġitali, inkluż kontenut diġitali pprovdut fuq mezz tanġibbli, bħal DVDs, CDs, USB sticks u kards tal-memorja, kif ukoll għall-mezz tanġibbli nnifsu, dment li l-mezz tanġibbli jservi esklussivament bħala trasportatur tal-kontenut diġitali. Għall-kuntrarju, jenħtieġ li din id-Direttiva tapplika għal kuntratti ta’ bejgħ ta’ oġġetti, inkluż oġġetti b’elementi diġitali li jirrikjedu kontenut jew servizz diġitali sabiex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom. |
(14) |
It-terminu “oġġetti” kif previst f’din id-Direttiva jenħtieġ li jinftiehem li jinkludi “oġġetti b’elementi diġitali”, u għaldaqstant jirreferi wkoll għal kwalunkwe kontenut jew servizz diġitali li jkun inkorporat f’dawn l-oġġetti jew interkonness magħhom b’tali mod li n-nuqqas ta’ tali kontenut jew servizz diġitali jimpedixxi lill-oġġetti milli jwettqu l-funzjonijiet tagħhom. Il-kontenut diġitali inkorporat f’oġġett jew interkonness miegħu jista’ jkun kwalunkwe data li tiġi prodotta u fornuta f’forma diġitali, bħal sistemi operattivi, applikazzjonijiet u kwalunkwe software ieħor. Il-kontenut diġitali jista’ jkun installat minn qabel meta jiġi konkluż il-kuntratt tal-bejgħ jew, f’każ li dak il-kuntratt jipprovdi dan, jista’ jiġi installat wara. Servizzi diġitali interkonnessi ma’ oġġett jistgħu jinkludu servizzi li jippermettu l-ħolqien, l-ipproċessar jew il-ħżin ta’ data f’forma diġitali, jew aċċess għaliha, bħal software bħala servizz offrut fl-ambjent tal-cloud computing, il-provvista kontinwa ta’ data dwar it-traffiku f’sistema ta’ navigazzjoni, jew il-provvista kontinwa ta’ pjanijiet ta’ taħriġ adattati individwalment fil-każ ta’ arloġġ intelliġenti. |
(15) |
Jenħtieġ li din id-Direttiva tapplika għal kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti, inkluż oġġetti b’elementi diġitali meta l-assenza tal-kontenut jew is-servizz diġitali inkorporat jew interkonness timpedixxi lill-oġġetti milli jwettqu l-funzjonijiet tagħhom u meta tali kontenut jew servizz diġitali jkun ipprovdut mal-oġġetti skont il-kuntratt tal-bejgħ li jikkonċerna dawn l-oġġetti. Jenħtieġ li l-kwistjoni ta’ jekk il-provvista tal-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali inkorporat jew interkonness tiffurmax parti mill-kuntratt tal-bejgħ mal-bejjiegħ tiddependi mill-kontenut ta’ dan il-kuntratt. Dan jenħtieġ li jinkludi kontenut jew servizzi diġitali inkorporati jew interkonnessi li l-provvista tagħhom tkun meħtieġ b’mod espliċitu fil-kuntratt. Jenħtieġ li jinkludi wkoll kuntratti ta’ bejgħ li jistgħu jiġu interpretati li jkopru l-provvista ta’ kontenut diġitali speċifiku jew servizz diġitali speċifiku għaliex ikunu normali f’oġġetti tal-istess tip u li l-konsumatur jista’ raġonevolment jistenna li jkunu hemm fid-dawl tan-natura tal-oġġetti u ta’ kwalunkwe dikjarazzjoni pubblika magħmula mill-bejjiegħ, f’ismu jew minn persuni oħra f’ħoloq preċedenti tal-katina tat-tranżazzjonijiet, inkluż il-produttur. Jekk, pereżempju, sett tat-televiżjoni intelliġenti jkun ġie reklamat bħala li jinkludi applikazzjoni partikolari tal-video, dik l-applikazzjoni tkun meqjusa bħala parti mill-kuntratt tal-bejgħ. Dan jenħtieġ li japplika irrispettivament minn jekk il-kontenut jew is-servizz diġitali jkunx installat minn qabel fl-oġġett innifsu jew jekk ikollux jitniżżel sussegwentement fuq apparat ieħor u jkun biss interkonness mal-oġġett. Pereżempju, smartphone jista’ jinbiegħ b’applikazzjoni standardizzata installata minn qabel u pprovduta taħt il-kuntratt tal-bejgħ, pereżempju alarm jew kamera. Eżempju ieħor possibbli huwa dak ta’ arloġġ intelliġenti. tali każ, l-arloġġ stess ikun meqjus bħala l-oġġett b’elementi diġitali li jista’ jaqdi l-funzjonijiet tiegħu esklużivament b’applikazzjoni pprovduta skont il-kuntratt tal-bejgħ iżda li trid titniżżel mill-konsumatur fuq smartphone; l-applikazzjoni f’dan il-każ tkun l-element diġitali interkonness. Jenħtieġ li dan japplika wkoll jekk il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali inkorporat jew interkonness ma jkunx fornut mill-bejjiegħ innifsu iżda pprovdut, minn parti terza, taħt il-kuntratt tal-bejgħ. Sabiex tiġi evitata l-inċertezza kemm għall-bejjiegħa kif ukoll għall-konsumaturi, f’każ ta’ dubju dwar jekk il-provvista tal-kontenut jew is-servizz diġitali tkunx parti mill-kuntratt tal-bejgħ, jenħtieġ li japplikaw ir-regoli ta’ din id-Direttiva. Barra minn hekk, jenħtieġ li r-relazzjoni kuntrattwali bilaterali, bejn il-bejjiegħ u l-konsumatur, li tkopri l-provvista tal-kontenut jew is-servizz diġitali inkorporat jew interkonness ma tkunx affettwata mis-sempliċi fatt li l-konsumatur għandu jagħti l-kunsens tiegħu għal ftehim ta’ liċenzjar ma’ parti terza sabiex jibbenefika mill-kontenut jew is-servizz diġitali. |
(16) |
B’kuntrast, jekk in-nuqqas tal-kontenut jew is-servizz diġitali inkorporat jew interkonness ma jwaqqafx lill-oġġetti milli jwettqu l-funzjonijiet tagħhom, jew jekk il-konsumatur jikkonkludi kuntratt għall-provvista ta’ kontenut jew servizz diġitali li ma jiffurmax parti minn kuntratt ta’ bejgħ ta’ oġġetti b’elementi diġitali, dak il-kuntratt jenħtieġ li ikun meqjus separat mill-kuntratt għal bejgħ tal-oġġetti, anki jekk il-bejjiegħ jaġixxi bħala intermedjarju ta’ dak it-tieni kuntratt mal-fornitur terz, u jista’ jidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/770 jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tagħha. Pereżempju, jekk il-konsumatur iniżżel logħba fuq l-ismartphone tiegħu, il-kuntratt għall-provvista ta’ dik l-applikazzjoni tkun separata mill-kuntratt għall-bejgħ tal-ismartphone innifsu. Jenħtieġ li din id-Direttiva għalhekk tapplika biss għall-kuntratt tal-bejgħ tal-ismartphone, filwaqt li l-provvista tal-applikazzjoni tal-logħob jenħtieġ taqa’ taħt id-Direttiva (UE) 2019/770, jekk il-kondizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva jiġu ssodisfatti. Eżempju ieħor huwa fejn jiġi miftiehem b’mod espliċitu li l-konsumatur jixtri smartphone mingħajr sistema operattiva speċifika u l-konsumatur sussegwentement jikkonkludi kuntratt għall-provvista ta’ sistema operattiva minn parti terza. F’tali każ, il-provvista tas-sistema operattiva li tinxtara separatament ma tifformax parti mill-kuntratt tal-bejgħ u għalhekk ma taqax fl-ambitu tad-Direttiva (UE) 2019/770, iżda tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/770, jekk il-kondizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva jiġu ssodisfatti. |
(17) |
Għall-iskop taċ-ċarezza legali, din id-Direttiva jenħtieġ li tistabbilixxi definizzjoni ta’ kuntratt ta’ bejgħ u tiddefinixxi b’mod ċar il-kamp ta’ applikazzjoni relattiv. L-iskop ta’ din id-Direttiva jenħtieġ li tkopri wkoll kuntratti għall-oġġetti li jkunu għadhom iridu jiġu prodotti jew manifatturati, inkluż skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur. Barra minn hekk, l-installazzjoni tal-oġġetti tista’ tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jekk l-installazzjoni tifforma parti mill-kuntratt tal-bejgħ u trid titwettaq mill-bejjiegħ jew taħt ir-responsabbiltà tiegħu. Meta kuntratt jinkludi elementi kemm ta’ bejgħ ta’ oġġetti kif ukoll ta’ għoti ta’ servizzi, għandu jitħalla f’idejn il-liġi nazzjonali biex jiġi determinat jekk il-kuntratt kollu jistax jiġi kklassifikat bħala kuntratt tal-bejgħ fis-sens ta’ din id-Direttiva. |
(18) |
Jenħtieġ li din id-Direttiva ma taffettwax il-liġi nazzjonali sal-punt li l-kwistjonijiet ikkonċernati mhumiex irregolati minn din id-Direttiva, b’mod partikolari fir-rigward tal-legalità tal-oġġetti, id-danni u aspetti ġenerali relatati mal-liġi kuntrattwali bħall-formazzjoni, il-validità, in-nullità jew l-effetti tal-kuntratti. L-istess jenħtieġ li japplika b’relazzjoni mal-konsegwenzi tat-terminazzjoni tal-kuntratt u għal ċerti aspetti dwar it-tiswija u s-sostituzzjoni, li mhumiex irregolati f’din id-Direttiva. Fir-regolamentazzjoni tad-drittijiet tal-partijiet biex iżommu t-twettiq tal-obbligi tagħhom jew parti minnhom sa ma l-parti l-oħra twettaq l-obbligi tagħha, jenħtieġ li l-Istati Membri jibqgħu liberi li jirregolaw il-kundizzjonijiet u l-modalitajiet dwar iż-żamma tal-ħlas tal-prezz mill-konsumatur. Jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri jibqgħu liberi li jirregolaw id-dritt tal-konsumatur għal kumpens għad-danni mġarrba b’konsegwenza ta’ ksur ta’ din id-Direttiva min-naħa tal-bejjiegħ. Jenħtieġ li din id-Direttiva ma taffettwax ir-regoli nazzjonali li ma jikkonċernawx b’mod speċifiku l-kuntratti tal-konsumatur u li jipprovdu għal rimedji speċifiċi għal ċerti tipi ta’ difetti li ma kinux immanifestaw ruħhom fil-mument li ġie konkluż il-kuntratt tal-bejgħ, jiġifieri dispożizzjonijiet nazzjonali li jistgħu jistabbilixxu regoli speċifiċi għar-responsabbiltà tal-bejjiegħ għal kwalunkwe difett moħbi. Jenħtieġ ukoll li din id-Direttiva ma taffettwax il-liġijiet nazzjonali li jipprevedu rimedji mhux kuntrattwali għall-konsumatur, fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità tal-oġġetti, kontra persuni f’ħoloq preċedenti tal-katina ta-tranżazzjonijiet, pereżempju l-manifatturi, jew persuni oħra li jissodisfaw l-obbligi ta’ tali persuni. |
(19) |
Jenħtieġ li din id-Direttiva ma taffettwax il-libertà li l-Istati Membri jippermettu lill-konsumaturi jagħżlu rimedju speċifiku jekk in-nuqqas ta’ konformità tal-oġġetti jsir evidenti fi żmien qasir wara l-konsenja, jiġifieri dispożizzjonijiet nazzjonali li jipprevedu d-dritt sabiex il-konsumatur jirrifjuta oġġetti difettużi u jittratta l-kuntratt bħala rinnegat jew jitlob sostituzzjoni immedjata fi żmien qasir u speċifiku wara l-konsenja tal-oġġetti li ma jaqbiżx it-30 jum. |
(20) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jibqgħu liberi li jirregolaw l-obbligi ta’ informazzjoni tal-bejjiegħ b’rabta mal-konklużjoni tal-kuntratt jew id-dmir tal-bejjiegħ li jwissi lill-konsumatur dwar, pereżempju, ċerti karatteristiċi tal-oġġett, l-adegwatezza tal-materjali pprovduti mill-konsumatur jew l-iżvantaġġi li jistgħu jirriżultaw mit-talbiet speċifiċi tal-konsumatur, pereżempju talba mill-konsumatur għall-użu ta’ drapp speċifiku biex titħiet libsa. |
(21) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jibqgħu wkoll liberi li jestendu l-applikazzjoni tar-regoli ta’ din id-Direttiva għal kuntratti li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, jew inkella li jirregolaw dan it-tip ta’ kuntratti. Pereżempju, jenħtieġ li l-Istati Membri jibqgħu liberi li jestendu l-protezzjoni mogħtija lill-konsumaturi minn din id-Direttiva anki għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi li mhumiex konsumaturi fis-sens ta’ din id-Direttiva, pereżempju l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, in-negozji l-ġodda u l-SMEs. |
(22) |
Id-definizzjoni ta’ konsumatur jenħtieġ li tkopri l-persuni fiżiċi li jaġixxu barra l-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħhom. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jibqgħu wkoll liberi li jiddeterminaw, f’każ ta’ kuntratti bi skop dupliċi, meta l-kuntratt ikun konkluż għal skopijiet li huma parzjalment fl-ambitu u parzjalment barra mill-ambitu tal-kummerċ ta’ persuna, u fejn l-iskop tal-kummerċ tant ikun limitat li ma jkunx predominanti fil-kuntest kumplessiv tal-kuntratt, jekk, u taħt liema kundizzjonijiet, dik il-persuna jenħtieġ li titqies bħala konsumatur ukoll. |
(23) |
Jenħtieġ li din id-Direttiva tapplika għal kwalunkwe kuntratt fejn il-bejjiegħ jittrasferixxi jew jintrabat li jittrasferixxi s-sjieda ta’ oġġetti lill-konsumatur. Il-fornituri ta’ pjattaformi jistgħu jitqiesu bħala bejjiegħa taħt din id-Direttiva jekk jaġixxu għal skopijiet relatati man-negozju tagħhom u bħala s-sieħeb kuntrattwali dirett tal-konsumatur għall-bejgħ tal-oġġetti. L-Istati Membri jenħtieġ li jibqgħu liberi li jestendu l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għal fornituri ta’ pjattaformi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti sabiex ikunu kkunsidrati bejjiegħa taħt din id-Direttiva. |
(24) |
Sabiex il-ħtieġa għal ċertezza legali tiġi bbilanċjata ma’ flessibbiltà xierqa tar-regoli legali, kwalunkwe referenza f’din id-Direttiva għal dak li jista’ jkun mistenni mingħand persuna għandha tinftiehem bħala referenza għal dak li jista’ jkun mistenni raġonevolment. L-istandard tar-raġonevolezza jenħtieġ li jiġi aċċertat b’mod oġġettiv, billi jitqiesu n-natura u l-għan tal-kuntratt, iċ-ċirkustanzi tal-każ u kwalunkwe użu u prattika tal-partijiet involuti. |
(25) |
Sabiex tiġi pprovduta ċarezza dwar dak li konsumatur jista’ jistenna mill-oġġetti u dak li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-bejjiegħ f’każ li ma jitwassalx dak li jkun mistenni, huwa essenzjali li jiġu kompletament armonizzati r-regoli li jippermettu li jiġi determinat jekk l-oġġetti humiex f’konformità. Jenħtieġ li kwalunkwe referenza għall-konformità f’din id-Direttiva tirreferi għall-konformità tal-oġġetti skont il-kuntratt tal-bejgħ. Sabiex jitħarsu l-interessi leġittimi taż-żewġ partijiet f’kuntratt ta’ bejgħ, il-konformità jenħtieġ li tiġi vvalutata abbażi ta’ rekwiżiti għall-konformità soġġettivi kif ukoll oġġettivi. |
(26) |
Għaldaqstant jenħtieġ li l-oġġetti jkunu konformi mar-rekwiżiti miftiehma bejn il-bejjiegħ u l-konsumatur fil-kuntratt tal-bejgħ. Dawn ir-rekwiżiti jistgħu jkopru, inter alia, il-kwantità, il-kwalità, it-tip u d-deskrizzjoni tal-oġġetti, l-idoneità tagħhom għal skop speċifiku, kif ukoll il-konsenja tal-oġġetti bl-aċċessorji miftiehma u kwalunkwe istruzzjoni. Jenħtieġ li r-rekwiżiti tal-kuntratt tal-bejgħ jinkludu dawk li jirriżultaw mill-informazzjoni prekuntrattwali, li, f’konformità mad-Direttiva 2011/83/UE, tifforma parti integrali mill-kuntratt tal- bejgħ. |
(27) |
Il-kunċett ta’ funzjonalità jenħtieġ li jinftiehem li jirreferi għall-modi li bih l-oġġetti jistgħu jwettqu l-funzjonijiet tagħhom fid-dawl tal-iskop li jkollhom. Il-kunċett ta’ interoperabbiltà jirrelata ma’ jekk u kemm l-oġġett kapaċi jiffunzjona b’hardware jew software li huwa differenti minn dawk li normalment jintużaw ma’ kontenut jew servizzi diġitali tal-istess tip. Funzjonament b’suċċess jista’ jinkludi, pereżempju, il-kapaċità tal-kontenut jew is-servizz diġitali li jikkondividi informazzjoni ma’ tali software jew hardware ieħor u juża l-informazzjoni kondiviża. |
(28) |
Peress li l-kontenut jew is-servizzi diġitali inkorporati fl-oġġetti, jew interkonnessi magħhom, qegħdin jiżviluppaw kontinwament, il-bejjiegħa jistgħu jaqblu mal-konsumaturi li jipprovdu aġġornamenti għal tali oġġetti. L-aġġornamenti, kif miftiehem fil-kuntratt tal-bejgħ, jistgħu jtejbu u jsaħħu l-element tal-kontenut jew is-servizz diġitali tal-oġġetti, jestendu l-funzjonalitajiet tagħhom, jadattawhom għall-iżviluppi tekniċi, jipproteġuhom minn theddid ġdid għas-sigurtà jew iservu skopijiet oħra. Jenħtieġ li l-konformità tal-oġġetti b’kontenut diġitali jew servizzi diġitali inkorporati jew interkonnessi fl-oġġetti, għalhekk, tiġi vvalutata wkoll b’rabta ma’ jekk l-element tal-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali ta’ oġġetti bħal dawn ikunx ġie aġġornat f’konformità mal-kuntratt tal-bejgħ. In-nuqqas ta’ provvista ta’ aġġornamenti li kienu ġew miftiehma fil-kuntratt tal-bejgħ jenħtieġ li jitqies bħala nuqqas ta’ konformità fl-oġġetti. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-aġġornamenti difettużi jew inkompleti jitqiesu wkoll bħala nuqqas ta’ konformità tal-oġġetti, billi b’hekk dan ikun ifisser li ma twettqux tali aġġornamenti bil-mod stipulat fil-kuntratt tal-bejgħ. |
(29) |
Sabiex ikunu f’konformità, jenħtieġ li l-oġġetti jkunu konformi mhux biss mar-rekwiżiti soġġettivi għall-konformità iżda jenħtieġ li barra minn hekk ikunu konformi mar-rekwiżiti oġġettivi għall-konformità stabbiliti f’din id-Direttiva. Jenħtieġ li l-konformità tiġi vvalutata, fost l-oħrajn, b’kunsiderazzjoni tal-iskop li għalih oġġetti tal-istess tip jintużaw normalment, jekk dawn l-oġġetti jkunux pprovduti bl-aċċessorji u l-istruzzjonijiet li l-konsumatur jista’ raġonevolment jistenna li jirċievi jew jekk ikunux jikkorrispondu mal-kampjun jew mal-mudell li l-bejjiegħ ikun qiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumatur. Jenħtieġ li l-oġġetti jkollhom ukoll il-kwalitajiet u l-elementi li normalment ikunu jinsabu għal oġġetti tal-istess tip u li l-konsumatur jista’ raġonevolment jistenna fid-dawl tan-natura tal-oġġetti u ta’ kwalunkwe dikjarazzjoni pubblika magħmula mill-bejjiegħ, f’ismu jew minn persuni oħra f’ħoloq aktar bikrija tal-katina tat-tranżazzjonijiet. |
(30) |
Minbarra aġġornamenti miftiehma kuntrattwalment, jenħtieġ li l-bejjiegħ jipprovdi wkoll aġġornamenti, fosthom aġġornamenti tas-sigurtà, sabiex jiġi żgurat li l-oġġetti b’elementi diġitali jibqgħu konformi. Jenħtieġ li l-obbligu tal-bejjiegħ ikun limitat għall-aġġornamenti li huma meħtieġa biex tali oġġetti jżommu l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti oġġettivi u soġġettivi tal-konformità stabbiliti f’din id-Direttiva. Sakemm il-partijiet ma jkunux ftehmu kuntrattwalment mod ieħor, jenħtieġ li l-bejjiegħ ma jkunx obbligat jipprovdi verżjonijiet aġġornati tal-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali tal-oġġetti jew li jtejjeb jew jestendi l-funzjonalitajiet tal-oġġetti apparti r-rekwiżiti relatati mal-konformità. Jekk aġġornament ipprovdut mill-bejjiegħ jew minn parti terza li tipprovdi l-kontenut jew is-servizz diġitali taħt il-kuntratt tal-bejgħ jikkawża nuqqas ta’ konformità fl-oġġett b’elementi diġitali, jenħtieġ li l-bejjiegħ ikun responsabbli biex l-oġġett jerġa’ jinġieb f’konformità. Il-konsumatur jenħtieġ li jibqa’ liberu li jagħżel jekk jinstallax l-aġġornamenti pprovduti. Jekk il-konsumatur jiddeċiedi li ma jinstallax l-aġġornamenti meħtieġa għall-oġġetti b’elementi diġitali biex tinżamm il-konformità tagħhom, jenħtieġ li l-konsumatur, madankollu, ma jistenniex li tali oġġetti jibqgħu konformi. Jenħtieġ li l-bejjiegħ jinforma lill-konsumatur li d-deċiżjoni tal-konsumatur li ma jinstallax l-aġġornamenti meħtieġa biex il-kontenut jew is-servizz diġitali jinżamm f’konformità, inklużi aġġornamenti tas-sigurtà, ser taffettwa r-responsabbiltà tal-bejjiegħ għall-konformità ta’ dawk il-karatteristiċi tal-kontenut jew is-servizz diġitali li l-aġġornamenti rilevanti suppost li jżommu f’konformità. Jenħtieġ li din id-Direttiva ma taffettwax l-obbligi li jiġu pprovduti l-aġġornamenti tas-sigurtà stabbiliti f’liġi oħra tal-Unjoni jew fil-liġi nazzjonali. |
(31) |
Bħala prinċipju, fil-każ ta’ oġġetti b’elementi diġitali fejn il-kontenut jew is-servizz diġitali inkorporati fl-oġġetti, jew interkonnessi magħhom, ikunu pprovduti f’att ta’ provvista wieħed, il-bejjiegħ jenħtieġ li jkun responsabbli biss għan-nuqqas ta’ konformità eżistenti fil-mument tal-konsenja. Madankollu, jenħtieġ li fl-obbligu li jingħataw aġġornamenti jirriflettu l-fatt li l-ambjent diġitali ta’ kwalunkwe oġġett bħal dan jinbidel kontinwament. Għalhekk, l-aġġornamenti huma għodda meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-oġġetti jkunu jistgħu jiffunzjonaw bl-istess mod kif kienu fil-mument tal-konsenja. Barra minn hekk, b’differenza minn oġġetti tradizzjonali, l-oġġetti b’elementi diġitali mhumiex kompletament separati mill-isfera tal-bejjiegħ peress li l-bejjiegħ, jew persuna terza li tipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali taħt il-kuntratt tal-bejgħ, tista’ taġġorna l-oġġetti mill-bogħod, ġeneralment permezz tal-Internet. Għalhekk, jekk il-kontenut jew is-servizz diġitali jkunu fornuti permezz ta’ att uniku ta’ provvista, jenħtieġ li l-bejjiegħ ikun responsabbli li jipprovdi l-aġġornamenti meħtieġa biex l-oġġetti b’elementi diġitali jinżammu f’konformità fil-perjodu li l-konsumatur jista’ jistenna raġonevolment, anki jekk l-oġġetti kienu f’konformità fil-mument tal-konsenja. Jenħtieġ li l-perjodu ta’ żmien li fih il-konsumatur jista’ raġonevolment jistenna li jirċievi aġġornamenti jiġi vvalutat abbażi tat-tip u l-iskop tal-oġġetti u l-elementi diġitali, u filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkustanzi u n-natura tal-kuntratt tal-bejgħ. Konsumatur normalment jistenna li jirċievi aġġornamenti għal mhux inqas mit-tul ta’ żmien li matulu l-bejjiegħ ikun responsabbli għal nuqqas ta’ konformità, waqt li f’xi każijiet l-istennija raġonevoli tal-konsumatur tista’ testendi lil hinn minn dak il-perjodu, kif jista’ jkun il-każ partikolarment fir-rigward tal-aġġornamenti tas-sigurtà. F’każijiet oħra, pereżempju fir-rigward ta’ oġġetti b’elementi diġitali li l-għan tagħhom huwa limitat fiż-żmien, l-obbligu tal-bejjiegħ li jipprovdi aġġornamenti normalment ikun limitat għal dak iż-żmien. |
(32) |
L-assigurazzjoni ta’ durabbiltà itwal tal-oġġetti hija importanti sabiex jinkisbu mudelli ta’ konsum aktar sostenibbli u ekonomija ċirkolari. Bl-istess mod, iż-żamma ta’ prodotti mhux konformi barra mis-suq tal-Unjoni billi tissaħħaħ is-sorveljanza tas-suq u jiġu pprovduti l-inċentivi t-tajbin lill-operaturi ekonomiċi hija essenzjali sabiex tiżdied il-fiduċja fil-funzjonament tas-suq intern. Għal dawk l-għanijiet, leġiżlazzjoni tal-Unjoni speċifika għall-prodott hija l-aktar mezz xieraq sabiex jiddaħħlu rekwiżiti ta’ durabbiltà u rekwiżiti oħrajn marbutin mal-prodott fir-rigward ta’ tipi jew gruppi speċifiċi ta’ prodotti, u għal dan il-għan jintużaw kriterji addattati. Jenħtieġ għalhekk li din id-Direttiva tkun komplementari għall-objettivi fil-mira f’leġiżlazzjoni tal-Unjoni speċifika bħal din, u jenħtieġ li tinkludi d-durabbiltà bħala kriterju oġġettiv għall-valutazzjoni tal-konformità tal-oġġetti. Jenħtieġ li d-durabbiltà f’din id-Direttiva tirreferi għall-kapaċità tal-oġġetti li jżommu l-funzjonijiet u l-prestazzjoni meħtieġa tagħhom f’kondizzjonijiet normali ta’ użu. Sabiex l-oġġetti jkunu konformi jenħtieġ li jkollhom id-durabbiltà normali għal oġġetti tal-istess tip u li l-konsumatur jista’ raġonevolment jistenna fid-dawl tan-natura tal-oġġetti speċifiċi, inkluż il-bżonn ta’ manutenzjoni raġonevoli tal-oġġetti, bħall-ispezzjoni regolari jew it-tibdil tal-filtri f’karozza, u ta’ kwalunkwe dikjarazzjoni pubblika magħmula minn jew f’isem kwalunkwe persuna li tikkostitwixxi ħolqa fil-katina tat-tranżazzjonijiet. Jenħtieġ li l-valutazzjoni tqis ukoll iċ-ċirkustanzi rilevanti l-oħra kollha, bħall-prezz tal-oġġetti u l-intensità jew il-frekwenza tal-użu li l-konsumatur jagħmel mill-oġġetti. Barra minn hekk, sa fejn ikun hemm indikata informazzjoni speċifika dwar id-durabbiltà f’kull dikjarazzjoni prekuntrattwali li tifforma parti mill-kuntratt tal-bejgħ, jenħtieġ li l-konsumatur ikun jista’ jiddependi fuqha bħala parti mir-rekwiżiti soġġettivi għall-konformità. |
(33) |
Skont din id-Direttiva, jenħtieġ li l-bejjiegħ ikun obbligat jikkonsenja oġġetti li jkunu f’konformità fil-mument tal-konsenja. Huwa possibbli li l-bejjiegħa jużaw spare parts sabiex jissodisfaw l-obbligu tagħhom li jsewwu l-oġġetti f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità eżistenti fil-mument tal-konsenja. Din id-Direttiva, filwaqt li jenħtieġ li ma timponix l-obbligu li l-bejjiegħa jiżguraw id-disponibbiltà ta’ spare parts tul perjodu ta’ żmien bħala rekwiżit oġġettiv ta’ konformità, jenħtieġ li ma taffettwax dispożizzjonijiet oħra fil-liġi nazzjonali li tobbliga lill-bejjiegħ, il-produttur jew persuni oħra li jikkostitwixxu ħolqa fil-katina tat-tranżazzjonijiet, li jiżguraw li l-ispare parts huma disponibbli jew li l-konsumaturi jiġu infurmati b’din id-disponibbiltà. |
(34) |
Għadd kbir ta’ oġġetti għandhom jiġu installati qabel ma l-konsumatur ikun jista’ jagħmel użu effettiv minnhom. Barra minn hekk, fil-każ ta’ oġġetti b’elementi diġitali, l-installazzjoni tal-kontenut jew is-servizz diġitali normalment tkun neċessarja biex il-konsumatur ikun jista’ juża tali l-oġġetti f’konformità mal-iskop maħsub tagħhom. Għalhekk, kwalunkwe nuqqas ta’ konformità li jirriżulta mill-installazzjoni ħażina tal-oġġetti, inkluż mill-installazzjoni ħażina tal-kontenut jew is-servizz diġitali inkorporati jew interkonnessi mal-oġġetti, jenħtieġ li jitqies bħala nuqqas ta’ konformità meta l-installazzjoni tkun twettqet mill-bejjiegħ jew taħt il-kontroll tiegħu. Meta l-oġġetti kienu maħsuba sabiex jiġu installati mill-konsumatur, jenħtieġ li n-nuqqas ta’ konformità li tirriżulta minn installazzjoni ħażina titqies bħala nuqqas ta’ konformità tal-oġġetti, irrispettivament minn jekk l-installazzjoni tkunx saret mill-konsumatur jew minn parti terza taħt ir-responsabbiltà tal-konsumatur, jekk l-installazzjoni ħażina kinitx dovuta għal nuqqasijiet fl-istruzzjonijiet tal-installazzjoni, bħal nuqqas ta’ kompletezza jew nuqqas ta’ ċarezza li jagħmlu l-istruzzjonijiet tal-installazzjoni diffiċli biex jintużaw mill-konsumatur medju. |
(35) |
Il-konformità jenħtieġ li tkopri difetti materjali kif ukoll difetti legali. Ir-restrizzjonijiet li jirriżultaw mill-ksur tad-drittijiet ta’ parti terza, b’mod partikolari drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, jistgħu jimpedixxu jew jillimitaw l-użu tal-oġġetti skont il-kuntratt. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li, f’każijiet bħal dawn, il-konsumatur ikun intitolat għar-rimedji għan-nuqqas ta’ konformità kif previst f’din id-Direttiva, sakemm il-liġi nazzjonali ma tipprevedix in-nullità tal-kuntratt jew ir-riżoluzzjoni tiegħu f’tali każijiet. |
(36) |
Sabiex tiġi żgurata li jkun hemm biżżejjed flessibbiltà fir-regoli, pereżempju fir-rigward tal-bejgħ ta’ oġġetti użati, jenħtieġ li jkun possibbli li l-partijiet jiddevjaw mir-rekwiżiti oġġettivi għall-konformità previsti f’din id-Direttiva. Jenħtieġ li devjazzjoni bħal din tkun possibbli biss jekk il-konsumatur ikun ġie speċifikament infurmat b’dan u jekk il-konsumatur jaċċettaha separatament minn dikjarazzjonijiet jew ftehimiet oħra, u permezz ta’ mġiba attiva u mingħajr ekwivoċi. |
(37) |
Ċertezza legali akbar kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-bejjiegħa tirrikjedi indikazzjoni ċara taż-żmien meta jenħtieġ li tiġi vvalutata l-konformità. Jenħtieġ li ż-żmien rilevanti sabiex tiġi vvalutata l-konformità tal-oġġetti jkun iż-żmien meta l-oġġetti jiġu kkonsenjati. Jenħtieġ li dan japplika wkoll għal oġġetti li jinkorporaw kontenut jew servizz diġitali, jew ikunu interkonnessi miegħu, u fornuti permezz ta’ att uniku ta’ provvista. Madankollu, jekk il-kontenut jew is-servizz diġitali inkorporat fl-oġġetti, jew interkonness miegħu, ikun se jiġi fornut kontinwament tul perjodu ta’ żmien, jenħtieġ li ż-żmien rilevanti għall-iskop tal-istabbiliment tal-konformità ta’ dak l-element tal-kontenut jew is-servizz diġitali ma jkunx mument wieħed speċifiku fiż-żmien iżda pjuttost perjodu ta’ żmien, li jibda mill-mument tal-konsenja. Jenħtieġ li, għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, dak il-perjodu ta’ żmien ikun daqs il-perjodu li matulu l-bejjiegħ ikun responsabbli għal nuqqas ta’ konformità. |
(38) |
Jenħtieġ li din id-Direttiva ma tirregolax it-tifsira ta’ “konsenja”, li jenħtieġ li titħalla għal-liġi nazzjonali, b’mod partikolari, rigward il-kwistjoni dwar x’għandu jagħmel il-bejjiegħ sabiex jissodisfa l-obbligu tal-bejjiegħ li jforni l-oġġetti. Barra minn hekk, referenzi għall-mument tal-konsenja f’din id-Direttiva jenħtieġ li jkunu mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar it-trasferiment tar-riskju kif previst fid-Direttiva 2011/83/UE u implimentat f’dan is-sens fil-liġi tal-Istati Membri. |
(39) |
Jenħtieġ li oġġetti b’elementi diġitali jitqiesu konsenjati lill-konsumatur meta l-komponent fiżiku tal-oġġetti jkun ġie konsenjat u l-att uniku ta’ provvista tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali jkun twettaq jew il-provvista kontinwa tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali fuq perjodu ta’ żmien tkun bdiet. Dan ifisser li l-bejjiegħ jenħtieġ li jagħmel ukoll il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali disponibbli jew aċċessibbli għall-konsumatur b’tali mod li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali, jew kwalunkwe mezz adattat biex iniżżlu jew jaċċedi għalih, ikun laħaq l-isfera tal-konsumatur u ma tkun meħtieġa l-ebda azzjoni ulterjuri mill-bejjiegħ sabiex il-konsumatur ikun jista’ juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali skont il-kuntratt, pereżempju billi tiġi pprovduta link jew għażla għat-tniżżil. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-mument rilevanti biex tiġi stabbilita l-konformità jkun il-ħin meta l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jiġi fornut, jekk il-komponent fiżiku ikun ġie konsenjat qabel. B’riżultat ta’ dan, jista’ jiġi żgurat li jkun hemm punt ta’ tluq uniformi għall-perjodu ta’ responsabbiltà għall-komponent fiżiku, minn naħa waħda, u għall-element diġitali, min-naħa l-oħra. Barra minn hekk, f’ħafna każijiet il-konsumatur ma jkunx kapaċi jinnota difett fil-komponent fiżiku qabel ma jkun fornut il-kontenut jew is-servizz diġitali. |
(40) |
Fejn l-oġġetti jirrikjedu l-installazzjoni mill-bejjiegħ, il-konsumatur f’ċertu każijiet ma jkunx kapaċi juża l-oġġetti jew jinnota difett qabel ma titlesta l-installazzjoni. Għaldaqstant, jekk skont il-kuntratt tal-bejgħ l-oġġetti jridu jiġu installati mill-bejjiegħ jew taħt ir-responsabbiltà tiegħu, jenħtieġ li l-oġġetti jitqiesu li ġew ikkonsenjati lill-konsumatur meta l-installazzjoni tkun lesta. |
(41) |
Sabiex tiġi żgurata li jkun hemm ċertezza legali għall-bejjiegħa u l-fiduċja ġenerali tal-konsumaturi fix-xiri transfruntier, hemm bżonn li jiġi previst perjodu li fih il-konsumatur ikun intitolat għar-rimedji għal kwalunkwe nuqqas ta’ konformità eżistenti fil-mument rilevanti biex tiġi stabbilita l-konformità. Peress li, meta implimentaw id-Direttiva 1999/44/KE, il-maġġoranza kbira tal-Istati Membri pprevedew perjodu ta’ sentejn, u fil-prattika dak il-perjodu huwa meqjus raġonevoli mill-parteċipanti fis-suq, jenħtieġ li dak il-perjodu jinżamm. Jenħtieġ li l-istess perjodu japplika fil-każ ta’ oġġetti b’elementi diġitali. Madankollu, jekk il-kuntratt jipprevedi l-provvista kontinwa għal aktar minn sentejn, jenħtieġ li l-konsumatur ikollu d-dritt jitlob rimedju għal kwalunkwe nuqqas ta’ konformità tal-kontenut jew is-servizz diġitali li jseħħ jew jimmanifesta ruħu fil-perjodu li matulu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali irid ikun fornut skont il-kuntratt. Sabiex tiġi żgurata li jkun hemm l-flessibbiltà għall-Istati Membri biex iżidu l-livell ta’ protezzjoni tal-konsumatur fil-liġi nazzjonali tagħhom, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu liberi li jipprevedu limiti ta’ żmien itwal għar-responsabbiltà tal-bejjiegħ minn dawk stipulati f’din id-Direttiva. |
(42) |
Għal raġunijiet ta’ koerenza mas-sistemi legali nazzjonali eżistenti, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-libertà li jipprevedu li l-bejjiegħa jkunu responsabbli għal nuqqas ta’ konformità li jimmanifesta ruħu f’perjodu ta’ żmien speċifiku, possibbilment flimkien ma’ perjodu ta’ limitazzjoni, jew li r-rimedji tal-konsumatur ikunu soġġetti biss għal perjodu ta’ limitazzjoni. Fl-ewwel każ, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-perjodu tar-responsabbiltà tal-bejjiegħ ma jiġix evitat bil-perjodu ta’ limitazzjoni għar-rimedji tal-konsumatur. Filwaqt li għalhekk jenħtieġ li din id-Direttiva ma tarmonizzax il-mument meta jiddekorru l-perjodi ta’ limitazzjoni nazzjonali, jenħtieġ li tiżgura li dawn il-perjodi ta’ limitazzjoni ma jxekklux id-dritt tal-konsumaturi li jeżerċitaw ir-rimedji tagħhom għal kwalunkwe nuqqas ta’ konformità li jimmanifesta ruħu fil-perjodu li matulu l-bejjiegħ ikun responsabbli għal nuqqas ta’ konformità. Fil-każ ta’ dan tal-aħħar, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jżommu jew jintroduċu biss perjodu ta’ limitazzjoni għar-rimedji tal-konsumatur mingħajr ma jintroduċu perjodu speċifiku li fih irid jimmanifesta ruħu n-nuqqas ta’ konformità sabiex il-bejjiegħ jinżamm responsabbli. Sabiex ikun żgurat li l-konsumaturi jkunu protetti bl-istess mod anki f’tali każijiet, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li fejn japplika perjodu ta’ limitazzjoni biss, dan xorta jippermetti lill-konsumaturi jeżerċitaw ir-rimedji għal kwalunkwe nuqqas ta’ konformità li jimmanifesta ruħu tal-anqas matul il-perjodu previst f’din id-Direttiva bħala perjodu ta’ responsabbiltà. |
(43) |
Rigward ċerti aspetti, jista’ jiġi ġustifikat trattament differenti fir-rigward ta’ oġġetti użati. Għalkemm perjodu ta’ responsabbiltà jew ta’ limitazzjoni ta’ sentejn jew aktar normalment jirrikonċilja l-interessi kemm tal-bejjiegħ u tal-konsumatur, dan jista’ ma jkunx il-każ fir-rigward ta’ oġġetti użati. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jippermettu lill-partijiet sabiex jaqblu fuq perjodu ta’ responsabbiltà jew limitazzjoni iqsar għal dawn l-oġġetti. Li din il-kwistjoni titħalla għal ftehim kuntrattwali bejn il-partijiet iżżid il-libertà kuntrattwali u tiżgura li l-konsumatur għandu jiġi infurmat kemm dwar in-natura tal-oġġett bħala oġġett użat u l-perjodu ta’ responsabbiltà jew limitazzjoni iqsar. Madankollu jenħtieġ li perjodu bħal dan miftiehem kuntrattwalment ma jkunx iqsar minn sena. |
(44) |
Jenħtieġ li din id-Direttiva ma tirregolax il-kundizzjonijiet skont liema jista’ jiġi sospiż jew interrott perjodu ta’ limitazzjoni jew il-perjodu ta’ responsabbiltà previst f’din id-Direttiva. Jenħtieġ li l-Istati Membri, għalhekk, ikunu jistgħu jipprevedu s-sospensjoni jew l-interruzzjoni tal-perjodu ta’ responsabbiltà jew tal-perjodu ta’ limitazzjoni, pereżempju fil-każ ta’ tiswija, bdil jew negozjati bejn il-bejjiegħ u l-konsumatur, bil-ħsieb ta’ soluzzjoni amikevoli. |
(45) |
Jenħtieġ li għal perjodu ta’ sena jew, għal perjodu ta’ sentejn jekk l-Istati Membri jagħżlu li japplikaw perjodu ta’ sentejn, il-konsumatur ikun obbligat jipprova biss li l-oġġett mhuwiex f’konformità, bla ma jkollu wkoll jagħti prova li n-nuqqas ta’ konformità kien fil-fatt jeżisti fiż-żmien rilevanti għall-istabbiliment tal-konformità. Sabiex jirribatti t-talba tal-konsumatur, il-bejjiegħ irid jipprova li n-nuqqas ta’ konformità ma kienx jeżisti f’dak il-mument. Barra minn hekk, f’xi każijiet il-preżunzjoni li n-nuqqas ta’ konformità kien jeżisti fil-mument rilevanti għall-istabbiliment tal-konformità tista’ tkun inkompatibbli man-natura tal-oġġetti jew in-natura tan-nuqqas ta’ konformità. Tal-ewwel jista’ jkun il-każ b’oġġetti li, min-natura tagħhom jiddeterjoraw, bħal prodotti li jitħassru, pereżempju fjuri, jew oġġetti maħsuba biex jintużaw darba biss. Eżempju ta’ dan tal-aħħar jkun nuqqas ta’ konformità, li jista’ jkun biss riżultat ta’ azzjoni mill-konsumatur jew ta’ kawża esterna evidenti li tkun seħħet wara li l-oġġetti jkunu ġew ikkonsenjati lill-konsumatur. F’każ ta’ oġġetti b’elementi diġitali meta l-kuntratt jipprevedi provvista kontinwa tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali, jenħtieġ li l-konsumatur ma jkollux għalfejn jagħti prova li l-kontenut jew is-servizz diġitali ma kienx f’konformità tul il-perjodu ta’ żmien rispettiv biex tiġi stabbilita l-konformità. Sabiex jirribatti t-talba tal-konsumatur, il-bejjiegħ ikun irid jipprova li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali kien konformi tul dak il-perjodu. |
(46) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew iżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet li jistipulaw li, sabiex jibbenefika mid-drittijiet tal-konsumatur, il-konsumatur irid jinforma lill-bejjiegħ dwar nuqqas ta’ konformità f’perjodu ta’ mhux inqas minn xahrejn mid-data li fiha l-konsumatur ikun induna b’tali nuqqas ta’ konformità. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-konsumaturi jkollhom livell ogħla ta’ protezzjoni, billi ma jintroduċux obbligu bħal dan. |
(47) |
Sabiex tiżdied iċ-ċertezza legali u jiġi eliminat wieħed mill-ostakli ewlenin li qegħdin ixekklu s-suq intern, jenħtieġ li din id-Direttiva tarmonizza b’mod sħiħ ir-rimedji disponibbli għall-konsumaturi għal nuqqas ta’ konformità ta’ oġġetti, u l-kundizzjonijiet li fihom jistgħu jiġu eżerċitati tali rimedji. B’mod partikolari, fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità jenħtieġ li l-konsumaturi jkunu intitolati li jkollhom l-oġġetti miġjuba f’konformità jew li jirċievu tnaqqis proporzjonat fil-prezz jew jitterminaw il-kuntratt. |
(48) |
Fir-rigward li l-oġġetti jinġiebu f’konformità jenħtieġ li l-konsumatur igawdi minn għażla bejn tiswija jew sostituzzjoni. Il-fatt li l-konsumaturi jkunu jistgħu jitolbu tiswija għandu jinkoraġġixxi konsum sostenibbli u jista’ jikkontribwixxi għal durabbiltà akbar tal-prodotti. L-għażla tal-konsumatur bejn tiswija u sostituzzjoni jenħtieġ li tkun limitata biss fejn l-opzjoni magħżula tkun legalment jew fattwalment impossibbli jew, timponi spejjeż sproporzjonati fuq il-bejjiegħ, meta mqabbla mal-opzjoni l-oħra disponibbli. Pereżempju, jista’ jkun sproporzjonat li titlob is-sostituzzjoni ta’ oġġetti minħabba barxa żgħira, meta tali sostituzzjoni toħloq spejjeż sinifikanti u, l-barxa tista’ tissewwa faċilment. |
(49) |
Jenħtieġ li l-bejjiegħ jitħalla jirrifjuta li jġib l-oġġetti f’konformità jekk kemm it-tiswija kif ukoll is-sostituzzjoni jkunu impossibbli, jew dawn jimponu spejjeż sproporzjonati fuq il-bejjiegħ. Jenħtieġ li l-istess japplika jekk kemm it-tiswija kif ukoll is-sostituzzjoni jkunu impossibbli u r-rimedju alternattiv jimponi spejjeż sproporzjonati fuq il-bejjiegħ. Pereżempju, jekk l-oġġetti jkunu f’post differenti minn fejn kienu kkonsenjati oriġinarjament, l-ispejjeż tal-posta u tal-ġarr jistgħu jsiru sproporzjonati għall-bejjiegħ. |
(50) |
Jenħtieġ li meta jimmanifesta ruħu nuqqas ta’ konformità, il-konsumatur jinforma lill-bejjiegħ dwar dan sabiex jagħti lill-bejjiegħ l-opportunità jġib l-oġġett f’konformità. Jenħtieġ li l-bejjiegħ jagħmel dak f’perjodu ta’ żmien raġonevoli. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-konsumatur ma jkunx, fil-prinċipju, immedjatament intitolat għal tnaqqis fil-prezz jew terminazzjoni tal-kuntratt iżda jenħtieġ li l-bejjiegħ jingħata żmien raġonevoli biex isewwi jew jissostitwixxi l-oġġett mhux konformi. Jekk il-bejjiegħ ma jkunx sewwa jew bidel l-oġġett f’dak iż-żmien, jenħtieġ li l-konsumatur ikollu d-dritt jitlob u jikseb tnaqqis fil-prezz jew terminazzjoni tal-kuntratt mingħajr ma jistenna aktar. |
(51) |
Jekk it-tiswija jew is-sostituzzjoni ma jkunux ipprovdew lill-konsumatur b’rimedju xieraq għan-nuqqas ta’ konformità, jenħtieġ li l-konsumatur ikun intitolat għal tnaqqis fil-prezz jew li jittermina l-kuntratt. Dak jenħtieġ li jkun l-każ, partikolarment, meta l-bejjiegħ ma jkunx lesta t-tiswija jew is-sostituzzjoni, jew meta jkun ċar miċ-ċirkustanzi li l-bejjiegħ ma jkunx se jlesti t-tiswija jew is-sostituzzjoni, jew il-bejjiegħ ikun irrifjuta li jġib l-oġġetti f’konformità għax it-tiswija u s-sostituzzjoni jkunu impossibbli jew jimponu spejjeż sproporzjonati fuqu. |
(52) |
F’ċerti sitwazzjonijiet, jista’ jkun ġustifikat li l-konsumatur ikun intitolat għal roħs fil-prezz jew għat-terminazzjoni immedjata tal-kuntratt. Meta l-bejjiegħ ikun ħa azzjoni biex iġib l-oġġetti f’konformità iżda sussegwentement ikun evidenti li hemm nuqqas ta’ konformità, jenħtieġ li jiġi determinat b’mod oġġettiv jekk il-konsumatur jenħtieġx li jaċċetta tentattivi oħra mill-bejjiegħ biex iġib l-oġġetti f’konformità, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ bħat-tip u l-valur tal-oġġetti u n-natura u s-sinifikat tan-nuqqas ta’ konformità. B’mod partikolari, għal oġġetti għaljin jew kumplessi jista’ jkun ġustifikat li l-bejjiegħ jitħalla jerġa’ jipprova jsib rimedju għan-nuqqas ta’ konformità. Jenħtieġ li jitqies ukoll jekk il-konsumatur jistax ikun mistenni li jibqa’ fiduċjuż fil-ħila tal-bejjiegħ li jġib l-oġġetti f’konformità jew le, pereżempju minħabba li l-istess problema tidher darbtejn. Bl-istess mod, f’ċerti sitwazzjonijiet in-nuqqas ta’ konformità jista’ jkun ta’ natura tant serja li l-konsumatur ma jkunx jista’ jibqa’ fiduċjuż fil-ħila tal-bejjiegħ li jġib l-oġġetti f’konformità, bħal fejn in-nuqqas ta’ konformità jaffettwa b’mod gravi l-ħila tal-konsumatur li jagħmel użu normali mill-oġġetti u l-konsumatur ma jistax ikun mistenni li jkollu fiduċja li t-tiswija jew it-tibdil min-naħa tal-bejjiegħ ikunu se jsolvu l-problema. |
(53) |
Sabiex jinżamm bilanċ bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet kontraenti, jenħtieġ li l-konsumatur igawdi d-dritt li jittermina l-kuntratt f’każijiet biss fejn in-nuqqas ta’ konformità ma jkunx żgħir. |
(54) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jirregolaw il-kundizzjonijiet li skonthom il-prestazzjoni tad-debitur tista’ tiġi ssodisfata minn persuna oħra, pereżempju l-kundizzjonijiet li skonthom l-obbligu tal-bejjiegħ li jsewwi oġġett jista’ jsir mill-konsumatur jew minn parti terza bi spejjeż għall-bejjiegħ. |
(55) |
Sabiex il-konsumaturi jiġu protetti mir-riskju ta’ dewmien twil, kwalunkwe tiswija jew sostituzzjoni għandha titlesta b’suċċess fi żmien raġonevoli. Dak li huwa meqjus bħala żmien raġonevoli għat-tlestija ta’ tiswija jew sostituzzjoni għandu jikkorrispondi għall-iqsar żmien possibbli meħtieġ biex titlesta t-tiswija jew is-sostituzzjoni. Jenħtieġ li dak iż-żmien jiġi ddeterminat b’mod oġġettiv billi jitqiesu n-natura u l-kumplessità tal-oġġetti, in-natura u l-gravità tan-nuqqas ta’ konformità, u l-isforz meħtieġ biex titlesta t-tiswija jew is-sostituzzjoni. Fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jinterpretaw il-kunċett ta’ żmien raġonevoli għat-tlestija ta’ tiswija jew sostituzzjoni billi jipprovdu perjodi fissi li ġeneralment jistgħu jitqiesu bħala raġonevoli għat-tiswija jew għas-sostituzzjoni, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kategoriji speċifiċi ta’ prodotti. |
(56) |
Din id-Direttiva jenħtieġ li ma tistipulax dispożizzjonijiet dwar fejn iridu jitwettqu l-obbligi ta’ debitur. Din id-Direttiva jenħtieġ li, għalhekk, la tispeċifika l-post tal-konsenja u lanqas ma tippreskrivi fejn jenħtieġ li ssir it-tiswija jew is-sostituzzjoni; tali kwistjonijiet jenħtieġ li jitħallew f’idejn il-liġi nazzjonali. |
(57) |
Fejn il-bejjiegħ iġib l-oġġett f’konformità permezz ta’ sostituzzjoni, jenħtieġ li l-konsumatur ma jkunx obbligat li jħallas għall-użu normali tal-oġġetti qabel ma jkunu ġew sostitwiti. L-użu tal-oġġetti għandu jitqies normali jekk ikun f’konformità man-natura u l-iskop tagħhom. |
(58) |
Sabiex id-dritt ta’ terminazzjoni jkun effettiv għall-konsumaturi, f’sitwazzjonijiet fejn il-konsumatur jakkwista diversi oġġetti u n-nuqqas ta’ konformità jaffettwa biss uħud biss mill-oġġetti kkonsenjati skont il-kuntratt, il-konsumatur jenħtieġ li jkollu d-dritt li jittermina l-kuntratt anki b’rabta mal-oġġetti l-oħra akkwistati flimkien mal-oġġetti mhux konformi, anki jekk dawk l-oġġetti l-oħra jkunu konformi, jekk il-konsumatur ma jistax ikun raġonevolment mistenni li jaċċetta li jżomm biss l-oġġetti konformi. |
(59) |
Meta l-konsumatur jittermina l-kuntratt minħabba n-nuqqas ta’ konformità, din id-Direttiva jenħtieġ li tippreskrivi regoli biss dwar l-effetti prinċipali tad-dritt ta’ terminazzjoni u l-modalitajiet għal dak id-dritt, b’mod partikolari l-obbligu li l-partijiet jirritornaw lura dak li jkunu rċevew. Għalhekk, il-bejjiegħ jenħtieġ li jkun obbligat li jħallas lura l-prezz li jkun irċieva mingħand il-konsumatur u l-konsumatur jenħtieġ li jirritorna l-oġġetti. |
(60) |
Jenħtieġ li din id-Direttiva ma taffettwax il-libertà tal-Istati Membri li jirregolaw il-konsegwenzi tat-terminazzjoni għajr dawk previsti f’din id-Direttiva, bħall-konsegwenzi għal tnaqqis fil-valur tal-oġġetti jew għall-qerda u t-telf tagħhom. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu wkoll jirregolaw l-modalitajiet għar-rimborż tal-prezz lill-konsumatur, pereżempju il-modalitajiet li jikkonċernaw il-mezzi li għandhom jintużaw għal tali rimborż jew dwar spejjeż u tariffi possibbli li jistgħu jiġġarrbu bħala riżultat tar-rimborż. Jenħtieġ li l-Istati Membri, pereżempju, ikollhom ukoll il-libertà li jipprevedu ċerti limiti ta’ żmien għar-rimborż tal-prezz jew għar-ritorn tal-oġġetti. |
(61) |
Il-prinċipju tar-responsabbiltà tal-bejjiegħ għad-danni huwa element essenzjali tal-kuntratti tal-bejgħ. Il-konsumaturi jenħtieġ, għalhekk, jkollhom id-dritt jitolbu kumpens għal kwalunkwe ħsara kkawżata mill-ksur ta’ din id-Direttiva min-naħa tal-bejjiegħ, inkluż għal dannu mġarrab bħala konsegwenza ta’ nuqqas ta’ konformità. Tali kumpens jenħtieġ li jpoġġi lill-konsumatur kemm jista’ jkun fil-pożizzjoni li l-konsumatur kien ikun fiha kieku l-oġġetti kienu konformi. Billi l-eżistenza ta’ tali dritt għad-danni hija diġà żgurata fl-Istati Membri kollha, din id-Direttiva jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali dwar il-kumpens tal-konsumaturi għall-ħsara li tirriżulta mill-ksur ta’ dawk ir-regoli. Jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri jibqgħu liberi li jirregolaw id-dritt tal-konsumatur li jitlob kumpens għal sitwazzjonijiet li fihom it-tiswija jew is-sostituzzjoni jkunu damu jew ikunu kkawżaw inkonvenjent sinifikanti. |
(62) |
Sabiex tiġi assigurata li hemm trasparenza, jenħtieġ li jiġu pprovduti ċerti rekwiżiti fir-rigward ta’ garanziji kummerċjali, flimkien mar-rekwiżiti għal informazzjoni prekuntrattwali dwar l-eżistenza u l-kundizzjonijiet tal-garanziji kummerċjali stabbiliti fid-Direttiva 2011/83/UE. Barra minn hekk, sabiex titjieb iċ-ċertezza legali u jiġi evitat li l-konsumaturi jiġu żgwidati, din id-Direttiva jenħtieġ li tipprevedi, li jekk il-kundizzjonijiet tal-garanzija kummerċjali f’reklami assoċjati jkunu aktar favorevoli għall-konsumatur minn dawk inklużi fid-dikjarazzjoni tal-garanzija, jirbħu l-kundizzjonijiet l-aktar vantaġġużi. Finalment, jenħtieġ li din id-Direttiva tipprevedi regoli dwar il-kontenut tad-dikjarazzjoni ta’ garanzija u dwar l-mod li bih jenħtieġ li titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi. Pereżempju, jenħtieġ li d-dikjarazzjoni ta’ garanzija tinkludi t-termini tal-garanzija kummerċjali u tistqarr li l-garanzija legali tal-konformità mhix affettwata mill-garanzija kummerċjali, u tagħmilha ċara li t-termini tal-garanzija kummerċjali jikkostitwixxu l-impenn addizzjonali għall-garanzija legali tal-konformità. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu liberi li jistabbilixxu regoli dwar aspetti oħra ta’ garanziji kummerċjali mhux koperti minn din id-Direttiva, pereżempju dwar assoċjazzjoni ta’ debituri għajr il-garanti mal-garanzija kummerċjali, sakemm dawk ir-regoli ma jżommux lill-konsumaturi mill-protezzjoni mogħtija lilhom mid-dispożizzjonijiet armonizzati ta’ din id-Direttiva dwar il-garanziji kummerċjali. Waqt li l-Istati Membri jenħtieġ li jibqgħu liberi li jitolbu li l-garanziji kummerċjali jiġu pprovduti mingħajr ħlas, jenħtieġ li jiżguraw li kwalunkwe impenn mill-bejjiegħ jew mill-produttur li jaqa’ taħt id-definizzjoni ta’ garanziji kummerċjali kif stabbilit f’din id-Direttiva jkun konformi mar-regoli armonizzati ta’ din id-Direttiva. |
(63) |
Meta jitqies li l-bejjiegħ huwa responsabbli lejn il-konsumatur għal kwalunkwe nuqqas ta’ konformità tal-oġġetti li jirriżulta minn att jew ommissjoni tal-bejjiegħ jew ta’ parti terza, il-bejjiegħ jenħtieġ li jkun jista’ jfittex rimedji kontra l-persuna responsabbli f’ħoloq preċedenti tal-katina tat-tranżazzjonijiet. Jenħtieġ li tali rimedji jinkludu dawk għal nuqqas ta’ konformità li jirriżulta mill-ommissjoni ta’ aġġornament, inkluż aġġornament tas-sigurtà, li kien ikun meħtieġ biex l-oġġett b’elementi diġitali jinżamm f’konformità. Madankollu, din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-prinċipju tal-libertà kuntrattwali bejn il-bejjiegħ u partijiet oħra fil-katina tat-tranżazzjonijiet. Jenħtieġ li d-dettalji għall-eżerċizzju ta’ dak id-dritt, b’mod partikolari kontra min u kif għandhom jiġu segwiti dawn ir-rimedji u jekk ir-rimedji humiex ta’ natura obbligatorja, jingħataw mill-Istati Membri. Il-kwistjoni dwar jekk il-konsumatur jistax ukoll jagħmel pretensjoni direttament kontra persuna fi stadju preċedenti tal-katina tat-tranżazzjonijiet jenħtieġ li ma tkunx regolata minn din id-Direttiva, ħlief f’każijiet fejn il-produttur joffri garanzija kummerċjali għall-oġġetti lill-konsumatur. |
(64) |
Il-persuni jew l-organizzazzjonijiet meqjusin mil-liġi nazzjonali li għandhom interess leġittimu fil-protezzjoni tad-drittijiet kuntrattwali tal-konsumatur għandhom jingħataw id-dritt li jibdew il-proċedimenti, jew quddiem qorti jew quddiem awtorità amministrattiva li tkun kompetenti li tiddeċiedi fuq ilmenti jew li jiftħu l-proċedimenti legali xierqa. |
(65) |
Xejn f’din id-Direttiva ma għandu jippreġudika l-applikazzjoni tar-regoli tad-dritt internazzjonali privat, b’mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 593/2008 u r-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). |
(66) |
Id-Direttiva 1999/44/KE jenħtieġ li titħassar. Jenħtieġ li d-data tat-tħassir tkun allinjata mad-data tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva. Sabiex jiġi żgurat li l-liġijiet, r-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex l-Istati Membri jkunu konformi ma’ din id-Direttiva huma applikati b’mod uniformi għal kuntratti konklużi mid-data tat-traspożizzjoni ’l quddiem, jenħtieġ li din id-Direttiva ma tapplikax għal kuntratti konklużi qabel id-data tat-traspożizzjoni tagħha. |
(67) |
Jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) jiġi emendat sabiex jinkludi referenza għal din id-Direttiva bil-għan li tissaħħaħ il-kooperazzjoni transfruntiera dwar l-infurzar ta’ din id-Direttiva. |
(68) |
Jenħtieġ li l-Anness I tad-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) tiġi emendata sabiex tinkludi referenza għal din id-Direttiva sabiex tiżgura li l-interessi kollettivi tal-konsumaturi stabbiliti f’din id-Direttiva jkunu mħarsa. |
(69) |
Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti spjegattivi (10), l-Istati Membri ntrabtu li, f’każijiet ġustifikati, jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b’dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġislatur iqis li t-trażmissjoni ta’ tali dokumenti hija ġustifikata. |
(70) |
Minħabba li l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li tikkontribwixxi għall-funzjonament tas-suq intern billi tindirizza b’mod konsistenti l-ostakli marbutin mal-liġi dwar il-kuntratti għall-bejgħ transfruntier ta’ oġġetti fl-Unjoni, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, minħabba l-fatt li kull Stat Membru individwalment mhuwiex f’pożizzjoni li jindirizza l-qafas legali frammentat eżistenti billi jiżgura l-koerenza tal-liġi tiegħu mal-liġijiet tal-Istati Membri l-oħra, iżda jista’, billi jitneħħew l-ostakli prinċipali relatati mad-dritt tal-kuntratti permezz ta’ armonizzazzjoni sħiħa jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipji ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan. |
(71) |
Huwa xieraq li l-Kummissjoni tagħmel rieżami tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha, inklużi b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar ir-rimedji, l-oneru tal-provi anki fir-rigward ta’ oġġetti użati kif ukoll oġġetti mibjugħa f’irkanti pubbliċi u l-garanzija kummerċjali tal-produttur rigward id-durabbiltà. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta wkoll jekk l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u tad-Direttiva (UE) 2019/770 tiżgurax qafas legali konsistenti u koerenti fir-rigward tal-provvista ta’ kontenut jew servizzi diġitali u oġġetti b’elementi diġitali. |
(72) |
Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inklużi dawk stabbiliti fl-Artikoli 16, 38 u 47 tagħha, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Suġġett u skop
L-iskop ta’ din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern filwaqt li tipprevedi livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, billi tistabbilixxi regoli komuni dwar ċerti rekwiżiti fir-rigward tal-kuntratti ta’ bejgħ konklużi bejn bejjiegħa u konsumaturi, b’mod partikolari regoli dwar il-konformità tal-oġġetti mal-kuntratt, rimedji f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità bħal din, il-modalitajiet għall-eżerċizzju ta’ dawk ir-rimedji, u dwar garanziji kummerċjali.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“kuntratt ta’ bejgħ” tfisser kull kuntratt li bih il-bejjiegħ jittrasferixxi jew jimpenja ruħu li jittrasferixxi sjieda ta’ oġġetti lil konsumatur, u l-konsumatur iħallas jew jimpenja ruħu li jħallas il-prezz tagħhom; |
(2) |
“konsumatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika, li, b’rabta ma’ kuntratti koperti minn din id-Direttiva, qed taġixxi għal skopijiet li jmorru lil hinn mill-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni ta’ dik il-persuna; |
(3) |
“bejjiegħ” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, irrispettivament mill-fatt jekk hijiex ta’ sjieda privata jew pubblika, li qed taġixxi, inkluż permezz ta’ kwalunkwe persuna oħra li taġixxi f’isem dik il-persuna fiżika jew ġuridika jew għan-nom ta’ dik il-persuna, għal skopijiet relatati mal-kummerċ, man-negozju, mas-sengħa jew mal-professjoni ta’ dik il-persuna, fir-rigward ta’ kuntratti koperti minn din id-Direttiva; |
(4) |
“produttur” tfisser manifattur tal-oġġetti, importatur tal-oġġetti fl-Unjoni jew kwalunkwe persuna li ssostni li hija produttur billi tqiegħed isimha, it-trademark jew sinjal distintiv ieħor fuq l-oġġetti; |
(5) |
“oġġetti” tfisser:
|
(6) |
“kontenut diġitali” tfisser data li tiġi prodotta u pprovduta f’forma diġitali; |
(7) |
“servizz diġitali” tfisser:
|
(8) |
“kompatibbiltà” tfisser il-kapaċità tal-oġġetti li jiffunzjonaw b’hardware jew software li normalment jintużaw magħhom oġġetti tal-istess tip, mingħajr il-bżonn li l-oġġetti, hardware jew software jiġu kkonvertiti; |
(9) |
“funzjonalità” tfisser il-kapaċità tal-oġġetti li jwettqu l-funzjonijiet tagħhom fid-dawl tal-iskop tagħhom; |
(10) |
“interoperabbiltà” tfisser il-kapaċità tal-oġġetti li jiffunzjonaw b’hardware jew software differenti minn dawk li magħhom normalment jintużaw oġġetti tal-istess tip; |
(11) |
“mezz durabbli” tfisser kwalunkwe strument li jippermetti li l-konsumatur jew il-bejjiegħ jaħżen informazzjoni indirizzata personalment lil dik il-persuna b’mod li hu aċċessibbli għal referenza futura, għal perjodu ta’ żmien adegwat għall-iskopijiet tal-informazzjoni, u li jippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna; |
(12) |
“garanzija kummerċjali” tfisser kull impenn mill-bejjiegħ jew minn produttur (il-garanti) lill-konsumatur, flimkien mal-obbligu legali tal-bejjiegħ dwar il-garanzija ta’ konformità, ta’ rimborż tal-prezz imħallas jew ta’ sostituzzjoni, tiswija jew manutenzjoni ta’ oġġetti bi kwalunkwe mod jekk ma jissodisfawx l-ispeċifikazzjonijiet jew kull rekwiżit ieħor mhux relatat mal-konformità, stipulati fid-dikjarazzjoni tal-garanzija jew fir-reklamar relevanti disponibbli fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt, jew qablu; |
(13) |
“durabbiltà” tfisser il-kapaċità tal-oġġetti li jżommu l-funzjonijiet u l-prestazzjoni tagħhom f’użu normali; |
(14) |
“mingħajr ħlas” tfisser ħielsa mill-ispejjeż neċessarji magħmula sabiex l-oġġetti jinġiebu f’konformità, b’mod partikolari l-ispejjeż tal-posta, tal-ġarr, tax-xogħol jew tal-materjali; |
(15) |
“irkant pubbliku” tfisser metodu ta’ bejgħ fejn oġġetti u servizzi jkunu offruti minn bejjiegħ lill-konsumaturi, li jattendu jew jingħataw il-possibbiltà li jattendu l-irkant fiżikament, permezz ta’ proċedura ta’ offerti trasparenti u kompetittiva mmexxija minn irkantatur u fejn l-offerent rebbieħ ikun obbligat li jixtri l-oġġetti jew is-servizzi. |
Artikolu 3
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-kuntratti ta’ bejgħ bejn konsumatur u bejjiegħ.
2. Kuntratti bejn konsumatur u bejjiegħ għall-provvista ta’ oġġetti li jridu jiġu manifatturati jew prodotti għandhom jitqiesu wkoll bħala kuntratti ta’ bejgħ għall-iskop ta’ din id-Direttiva.
3. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti għall-provvista ta’ kontenut jew servizzi diġitali. Madankollu, għandha tapplika għal kontenut jew servizzi diġitali li jkunu inkorporati fl-oġġetti, jew interkonnessi magħhom, fis-sens tal-punt (5)(b) tal-Artikolu 2, u li jiġu pprovduti mal-oġġetti skont il-kuntratt tal-bejgħ, irrispettivament minn jekk tali kontenut jew servizz diġitali jkunx fornut mill-bejjiegħ jew minn parti terza. F’każ ta’ dubju dwar jekk il-provvista ta’ kontenut diġitali inkorporat jew interkonness jew servizz diġitali inkorporat jew interkonness jifformax parti mill-kuntratt tal-bejgħ, il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jkun preżunt li jkun kopert mill-kuntratt tal-bejgħ.
4. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal:
(a) |
kwalunkwe mezz tanġibbli li jservi esklużivament bħala trasportatur għall-kontenut diġitali; jew |
(b) |
kwalunkwe oġġett mibjugħ b’eżekuzzjoni jew bl-awtorità tal-liġi. |
5. L-Istati jistgħu jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva kuntratti għall-bejgħ ta’:
(a) |
oġġetti użata mibjugħa b’subbasta; u |
(b) |
annimali ħajjin. |
Fil-każ imsemmi fil-punt (a), għandha titqiegħed faċilment għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi informazzjoni ċara u komprensiva li d-drittijiet li joħorġu minn din id-Direttiva ma japplikawx.
6. Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-libertà li l-Istati Membri jirregolaw l-aspetti tal-liġi ġenerali dwar il-kuntratti, bħar-regoli dwar it-tfassil, il-validità, in-nullità jew l-effetti tal-kuntratti, inklużi l-konsegwenzi tat-terminazzjoni ta’ kuntratt, dment li dawn ma jkunux regolati f’din id-Direttiva, jew id-dritt għal kumpens għad-danni.
7. Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-libertà tal-Istati Membri li jippermettu lill-konsumaturi jagħżlu rimedju speċifiku, jekk in-nuqqas ta’ konformità tal-oġġetti jsir evidenti f’perjodu wara l-konsenja, li ma jaqbiżx it-30 jum. Barra minn hekk, din id-Direttiva m’ għandhiex taffettwa r-regoli nazzjonali mhux speċifiċi għal kuntratti tal-konsumatur li jipprovdu rimedji speċifiċi għal ċerti tipi ta’ difetti li ma kinux jidhru fil-mument tal-għeluq tal-kuntratt tal-bejgħ.
Artikolu 4
Livell ta’ armonizzazzjoni
L-Istati Membri ma għandhomx jippreservaw jew jintroduċu, fil-liġi nazzjonali tagħhom, dispożizzjonijiet diverġenti minn dawk stipulati f’din id-Direttiva, fosthom dispożizzjonijiet aktar jew inqas strinġenti biex jiżguraw livell differenti ta’ protezzjoni tal-konsumatur, sakemm din id-Direttiva ma tipprevedix mod ieħor.
Artikolu 5
Konformità tal-oġġetti
Il-bejjiegħ għandu jikkonsenja lill-konsumatur oġġetti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 6, 7 u 8, jekk applikabbli, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9.
Artikolu 6
Rekwiżiti soġġettivi għall-konformità
Sabiex ikunu konformi mal-kuntratt tal-bejgħ, l-oġġetti għandhom, b’mod partikolari, fejn ikun applikabbli:
(a) |
ikunu tad-deskrizzjoni, it-tip, il-kwantità u l-kwalità, u jkollhom il-funzjonalità, il-kompatibbiltà, l-interoperabbiltà u l-karatteristiċi l-oħra, kif jirrikjedi l-kuntratt tal-bejgħ; |
(b) |
ikunu tajbin għal kull għan partikolari li għalih ikun jeħtieġhom il-konsumatur u li l-konsumatur ikun għarraf bih lill-bejjiegħ mhux aktar tard mill-ħin meta jkun ġie konkluż il-kuntratt tal-bejgħ, u li fir-rigward tiegħu l-bejjiegħ ikun aċċetta; |
(c) |
jiġu kkonsenjati mal-aċċessorji kollha u istruzzjoni, inkluż dwar l-installazzjoni, kif stipulat fil-kuntratt tal-bejgħ; u |
(d) |
jiġu fornuti b’aġġornamenti kif stipulat fil-kuntratt tal-bejgħ. |
Artikolu 7
Rekwiżiti oġġettivi għall-konformità
1. Minbarra li jikkonforma ma’ kwalunkwe rekwiżit soġġettiv għall-konformità, l-oġġetti għandhom:
(a) |
ikunu adattati għall-iskopijiet li għalihom normalment jintużaw oġġetti tal-istess tip, b’kont meħud, jekk applikabbli, ta’ kwalunkwe liġi tal-Unjoni u nazzjonali eżistenti, ta’ kwalunkwe standard tekniku jew, fin-nuqqas ta’ tali standards tekniċi, il-kodiċi ta’ kondotta industrijali speċifiċi għas-settur applikabbli; |
(b) |
fejn applikabbli, ikunu ta’ kwalità tal-kampjun jew il-mudell li l-bejjiegħ ikun qiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumatur qabel il-konklużjoni tal-kuntratt u jikkorrispondu għad-deskrizzjoni tiegħu; |
(c) |
jekk applikabbli, jiġu pprovduti flimkien ma’ tali aċċessorji, li jinkludu l-imballaġġ, l-istruzzjonijiet għall-installazzjoni jew struzzjonijiet oħra, kif il-konsumatur jista’ raġonevolment jistenna li jirċievi; u |
(d) |
jikkorrispondu għall-kwantità u jkollhom il-kwalitajiet u karatteristiċi oħrajn, inkluż f’termini ta’ durabbiltà, funzjonalità, kompatibbiltà u sigurtà, normali għal oġġetti tal-istess tip u li l-konsumatur jista’ raġonevolment jistenna fid-dawl tan-natura tal-oġġetti u ta’ kull dikjarazzjoni pubblika magħmula minn jew f’isem il-bejjiegħ jew persuni oħra f’ħoloq aktar preċedenti tal-katina tat-tranżazzjonijiet, inkluż il-produttur, partikolarment fir-reklamar jew fuq it-tikkettar. |
2. Il-bejjiegħ ma għandux ikun marbut b’dikjarazzjonijiet pubbliċi, kif imsemmi fil-punt (d) tal-paragrafu 1 jekk il-bejjiegħ juri li:
(a) |
il-bejjiegħ ma kienx, u ma setax raġonevolment ikun, konxju tad-dikjarazzjoni pubblika inkwistjoni; |
(b) |
sal-mument li fih ikun ġie konkluż il-kuntratt, id-dikjarazzjoni pubblika kienet ġiet korretta bl-istess mod jew b’mod komparabbli bħal kif kienet saret; jew |
(c) |
id-deċiżjoni li jinxtraw l-oġġetti ma setgħetx ġiet influwenzata mid-dikjarazzjoni pubblika. |
3. F’każ ta’ oġġetti b’elementi diġitali, il-bejjiegħ għandu jiżgura li l-konsumatur jiġi infurmat bl-aġġornamenti u jiġi fornut bihom, inklużi l-aġġornamenti tas-sigurtà meħtieġa biex dawk l-oġġetti jinżammu f’konformità, għall-perjodu ta’ żmien:
(a) |
li konsumatur jista’ raġonevolment jistenna, fid-dawl tat-tip u l-iskop tal-oġġetti u l-elementi diġitali, u b’kont meħud taċ-ċirkustanzi u n-natura tal-kuntratt, meta l-kuntratt tal-bejgħ jipprevedi att ta’ provvista wieħed għall-kontenut jew is-servizz diġitali; jew |
(b) |
indikat fl-Artikolu 10(2) jew (5), kif applikabbli, meta l-kuntratt tal-bejgħ jipprevedi l-forniment kontinwu tal-kontenut jew is-servizz diġitali fuq tul ta’ żmien. |
4. Jekk il-konsumatur jonqos milli jinstalla l-aġġornamenti pprovduti f’konformità mal-paragrafu 3 fi żmien raġonevoli, il-bejjiegħ ma għandu jkun responsabbli għall-ebda nuqqas ta’ konformità li jirriżulta biss min-nuqqas tal-aġġornament rilevanti, dment li:
(a) |
il-bejjiegħ ikun informa lill-konsumatur dwar id-disponibbiltà tal-aġġornament u l-konsegwenzi tan-nuqqas tal-konsumatur li jinstallah; u |
(b) |
in-nuqqas tal-konsumatur li jinstalla jew l-installazzjoni ħażina mill-konsumatur tal-aġġornament ma kinux dovuti għal nuqqasijiet fl-istruzzjonijiet tal-installazzjoni pprovduti lilu. |
5. Ma għandu jkun hemm l-ebda nuqqas ta’ konformità fis-sens tal-paragrafu 1 jew 3 jekk, fil-mument meta jkun ġie konkluż il-kuntratt tal-bejgħ, il-konsumatur ikun ġie infurmat b’mod speċifiku li karatteristika partikolari tal-oġġetti kienet qed tiddevja mir-rekwiżiti oġġettivi għall-konformità stabbiliti fil-paragrafu 1 jew 3 u l-konsumatur aċċetta dik id-devjazzjoni espliċitament u separatament fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt tal-bejgħ.
Artikolu 8
Installazzjoni ħażina tal-oġġetti
Kwalunkwe nuqqas ta’ konformità li jirriżulta mill-installazzjoni ħażina tal-oġġetti għandu jitqies bħala nuqqas ta’ konformità tal-oġġetti jekk:
(a) |
l-installazzjoni tifforma parti mill-kuntratt tal-bejgħ u tkun saret mill-bejjiegħ jew taħt ir-responsabbiltà tiegħu; jew |
(b) |
l-installazzjoni, maħsuba biex titwettaq mill-konsumatur, tkun saret mill-konsumatur u l-installazzjoni ħażina kienet dovuta għal nuqqasijiet fl-istruzzjonijiet għall-installazzjoni pprovduti mill-bejjiegħ jew, fil-każ ta’ oġġetti b’elementi diġitali, provdut mill-bejjiegħ jew mill-fornitur tal-kontenut jew is-servizz diġitali. |
Artikolu 9
Drittijiet ta’ partijiet terzi
Meta restrizzjoni li tirriżulta minn ksur ta’ kwalunkwe dritt ta’ parti terza, b’mod partikolari drittijiet tal-proprjetà intellettwali, timpedixxi jew tillimita l-użu tal-oġġetti skont l-Artikoli 6 u 7, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumatur ikun intitolat għar-rimedji għan-nuqqas ta’ konformità previsti fl-Artikolu 13, sakemm il-liġi nazzjonali ma tipprevedix in-nullità jew ir-riżoluzzjoni tal-kuntratt tal-bejgħ f’każijiet bħal dawn.
Artikolu 10
Responsabbiltà tal-bejjiegħ
1. Il-bejjiegħ għandu jkun responsabbli lejn il-konsumatur għal kwalunkwe nuqqas ta’ konformità eżistenti mal-konsenja tal-oġġetti u li jimmanifesta ruħu fi żmien sentejn minn dakinhar. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(3), dan il-paragrafu għandu japplika għal oġġetti b’elementi diġitali wkoll.
2. F’każ ta’ oġġetti b’elementi diġitali, li għalihom il-kuntratt tal-bejgħ jipprevedi forniment kontinwu tal-kontenut jew is-servizz diġitali fuq perjodu ta’ żmien, il-bejjiegħ għandu jkun responsabbli wkoll għal kwalunkwe nuqqas ta’ konformità tal-kontenut jew is-servizz diġitali li jseħħ jew jimmanifesta ruħu fi żmien sentejn mill-mument tal-konsenja tal-oġġetti b’elementi diġitali. Jekk il-kuntratt jipprevedi provvista kontinwa għal aktar minn sentejn, il-bejjiegħ għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta’ konformità tal-kontenut jew is-servizz diġitali li jseħħ jew jimmanifesta ruħu fil-perjodu li matulu l-kontenut jew is-servizz diġitali jrid jiġi fornut skont il-kuntratt ta’ bejgħ.
3. L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu limiti ta’ żmien itwal minn dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.
4. Jekk, skont il-liġi nazzjonali, ir-rimedji stabbiliti fl-Artikolu 13 ikunu wkoll soġġetti għal perjodu ta’ limitazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali perjodu ta’ limitazzjoni jippermetti lill-konsumatur jeżerċita r-rimedji stabbiliti fl-Artikolu 13 għal kwalunkwe nuqqas ta’ konformità li l-bejjiegħ ikun responsabbli għalih skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, u li jimmanifesta ruħu fil-perjodu ta’ żmien imsemmi f’dawk il-paragrafi.
5. Minkejja l-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu perjodu ta’ limitazzjoni għar-rimedji previsti fl-Artikolu 13 biss. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali perjodu ta’ limitazzjoni jippermetti lill-konsumatur jeżerċita r-rimedji stabbiliti fl-Artikolu 13 għal kwalunkwe nuqqas ta’ konformità li l-bejjiegħ ikun responsabbli għalih skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, u li jimmanifesta ruħu fil-perjodu ta’ żmien indikat f’dawk il-paragrafi.
6. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li, f’każ ta’ oġġetti użati, il-bejjiegħ u l-konsumatur jistgħu jaqblu ma’ termini kuntrattwali jew ftehimiet b’perjodi ta’ responsabbiltà jew limitazzjoni iqsar minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1, 2 u 5, sakemm tali perjodi iqsar ma għandhomx ikunu inqas minn sena.
Artikolu 11
Oneru tal-provi
1. Kwalunkwe nuqqas ta’ konformità li jimmanifesta ruħu fi żmien sena mill-mument li fih ikunu ġew konsenjati l-oġġetti għandu jkun preżunt li kien jeżisti fil-mument tal-konsenja, sakemm ma jiġix ippruvat mod ieħor jew din il-preżunzjoni tkun inkompatibbli man-natura tal-oġġetti jew man-natura tan-nuqqas ta’ konformità. Dan il-paragrafu għandu japplika għal oġġetti b’elementi diġitali wkoll.
2. Minflok il-perjodu ta’ sena stabbilit fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu perjodu ta’ sentejn mill-mument tal-konsenja tal-oġġetti.
3. F’każ ta’ oġġetti b’elementi diġitali meta l-kuntratt tal-bejgħ jipprevedi provvista kontinwa tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali fuq perjodu ta’ żmien, l-oneru tal-provi fir-rigward ta’ jekk il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali kienx konformi fil-perjodu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 10(2) għandu jkun fuq il-bejjiegħ għal nuqqas ta’ konformità li jimmanifesta ruħu fil-perjodu imsemmi f’dak l-Artikolu.
Artikolu 12
Obbligu ta’ notifika
L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet li jistipulaw li, sabiex jibbenefika mid-drittijiet tal-konsumatur, il-konsumatur irid jinforma lill-bejjiegħ dwar nuqqas ta’ konformità f’perjodu ta’ mhux inqas minn xahrejn mid-data li fiha il-konsumatur jkun induna b’tali nuqqas ta’ konformità.
Artikolu 13
Rimedji għal nuqqas ta’ konformità
1. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità, il-konsumatur għandu jkun intitolat li jkollu l-oġġetti miġjuba f’konformità jew li jirċievi tnaqqis proporzjonat fil-prezz, jew li jittermina l-kuntratt, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Sabiex l-oġġetti jinġiebu f’konformità, il-konsumatur jista’ jagħżel bejn tiswija u sostituzzjoni, sakemm ir-rimedju magħżul, ma jkunx impossibbli jew, meta mqabbel mar-rimedju l-ieħor, jimponi spejjeż sproporzjonati fuq il-bejjiegħ meta jitqiesu ċ-ċirkustanzi kollha, inklużi:
(a) |
il-valur li l-oġġetti kien ikollhom kieku ma kien hemm l-ebda nuqqas ta’ konformità; |
(b) |
is-sinifikat tan-nuqqas ta’ konformità; u |
(c) |
jekk ir-rimedju alternattiv jistax jiġi pprovdut mingħajr inkonvenjent sinifikanti għall-konsumatur. |
3. Il-bejjiegħ jista’ jirrifjuta li jġib l-oġġetti f’konformità jekk it-tiswija u s-sostituzzjoni jkunu impossibbli jew jimponu spejjeż sproporzjonati fuqu, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkustanzi kollha inklużi dawk imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2.
4. Il-konsumatur għandu jkollu d-dritt għal tnaqqis proporzjonat fil-prezz f’konformità mal-Artikolu 15 jew għat-terminazzjoni tal-kuntratt tal-bejgħ f’konformità mal-Artikolu 16 fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
(a) |
il-bejjiegħ ma jkunx lesta t-tiswija jew is-sostituzzjoni jew, jekk applikabbli, ma jkunx lesta t-tiswija jew is-sostituzzjoni f’konformità mal-Artikolu 14(2) u (3), jew il-bejjiegħ ikun irrifjuta li jġib l-oġġetti f’konformità skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu; |
(b) |
jitfaċċa nuqqas ta’ konformità minkejja li l-bejjiegħ ikun ipprova jġib l-oġġetti f’konformità; |
(c) |
in-nuqqas ta’ konformità tant ikun ta’ natura serja li jiġġustifika tnaqqis immedjat fil-prezz jew it-terminazzjoni tal-kuntratt tal-bejgħ; jew |
(d) |
il-bejjiegħ ikun iddikjara, jew ikun ċar miċ-ċirkustanzi, li l-bejjiegħ ma jkunx se jġib l-oġġetti f’konformità fi żmien raġonevoli, jew mingħajr inkonvenjent sinifikanti għall-konsumatur. |
5. Il-konsumatur ma għandux ikollu d-dritt jittermina l-kuntratt jekk in-nuqqas ta’ konformità jkun biss wieħed minuri. Il-bejjiegħ għandu jkollu l-oneru tal-provi fir-rigward ta’ jekk in-nuqqas ta’ konformità jkunx wieħed minuri.
6. Il-konsumatur għandu jkollu d-dritt li ma jħallas l-ebda parti pendenti mill-prezz jew biċċa minnu sakemm il-bejjiegħ ikun issodisfa l-obbligi tiegħu skont din id-Direttiva. L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw il-kundizzjonijiet u l-modalitajiet biex il-konsumatur jeżerċita d-dritt li jżomm il-pagament.
7. L-Istati Membri jistgħu jirregolaw jekk u kemm il-kontribut tal-konsumatur għan-nuqqas ta’ konformità jaffettwax id-dritt tal-konsumatur għal rimedju.
Artikolu 14
Tiswija jew sostituzzjoni tal-oġġetti
1. Tiswijiet jew sostituzzjonijiet għandhom jitwettqu:
(a) |
bla ħlas; |
(b) |
fi żmien raġonevoli mill-mument li l-bejjiegħ ikun ġie infurmat mill-konsumatur dwar in-nuqqas ta’ konformità; u |
(c) |
mingħajr ebda inkonvenjent sinifikanti għall-konsumatur, filwaqt li jitqiesu n-natura tal-oġġetti u l-iskop li għalih il-konsumatur kellu bżonn l-oġġetti. |
2. Jekk in-nuqqas ta’ konformità għandu jiġi rimedjat minn tiswija jew sostituzzjoni tal-oġġetti, il-konsumatur għandu jqiegħed l-oġġetti għad-dispożizzjoni tal-bejjiegħ. Il-bejjiegħ għandu jieħu lura l-oġġetti sostitwiti bi spejjeż tal-bejjiegħ.
3. Jekk tiswija tirrikjedi t-tneħħija ta’ oġġetti li jkunu ġew installati b’mod konsistenti man-natura u l-iskop tagħhom qabel ma jkun immanifesta ruħu n-nuqqas ta’ konformità, jew jekk tali oġġetti jridu jiġu sostitwiti, l-obbligu ta’ tiswija jew sostituzzjoni tal-oġġetti għandu jinkludi t-tneħħija tal-oġġetti mhux konformi, u l-installazzjoni ta’ oġġetti ta’ sostituzzjoni jew oġġetti msewwija, jew li jġorru l-ispejjeż ta’ dik it-tneħħija u l-installazzjoni.
4. Il-konsumatur ma għandux ikun marbut li jħallas għall-użu normali tal-oġġetti matul il-perjodu qabel is-sostituzzjoni tagħhom.
Artikolu 15
Tnaqqis fil-prezz
It-tnaqqis fil-prezz għandu jkun proporzjonat għat-tnaqqis fil-valur tal-oġġetti li jkun irċieva l-konsumatur meta mqabbel mal-valur li kien ikollhom l-oġġetti kieku kienu konformi.
Artikolu 16
Terminazzjoni tal-kuntratt tal-bejgħ
1. Il-konsumatur għandu jeżerċita d-dritt li jittermina l-kuntratt tal-bejgħ permezz ta’ dikjarazzjoni lill-bejjiegħ li fiha jesprimi d-deċiżjoni tiegħu li jittermina l-kuntratt tal-bejgħ.
2. Meta n-nuqqas ta’ konformità jkun jirrigwarda biss xi wħud mill-oġġetti kkonsenjati skont il-kuntratt tal-bejgħ u jkun hemm raġuni għat-terminazzjoni tal-kuntratt tal-bejgħ skont l-Artikolu 13, il-konsumatur jista’ jittermina l-kuntratt tal-bejgħ biss b’rabta ma’ dawk l-oġġetti u b’rabta ma’ kwalunkwe oġġett ieħor li l-konsumatur ikun akkwista flimkien mal-oġġetti mhux konformi jekk il-konsumatur ma jistax ikun raġonevolment mistenni jaċċetta li jżomm biss l-oġġetti konformi.
3. Meta l-konsumatur jittermina kuntratt tal-bejgħ sħiħ jew, skont il-paragrafu 2, fir-rigward ta’ xi wħud mill-oġġetti kkonsenjati taħt il-kuntratt tal-bejgħ:
(a) |
il-konsumatur għandu jirritorna l-oġġetti lill-bejjiegħ bi spejjeż għal dan tal-aħħar; u |
(b) |
il-bejjiegħ għandu jrodd lura lill-konsumatur il-prezz imħallas għall-oġġetti meta jirċievi l-oġġetti jew l-evidenza pprovduta mill-konsumatur li jkun bagħat l-oġġetti lura. |
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw l-modalitajiet għar-ritorn u r-rimborż.
Artikolu 17
Garanziji kummerċjali
1. Kwalunkwe garanzija kummerċjali għandha tkun vinkolanti fuq il-garanti skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dikjarazzjoni tal-garanzija kummerċjali u r-reklamar assoċjat disponibbli fiż-żmien tal-konklużjoni tal-kuntratt jew qablu. Skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni applikabbli oħra tal-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni, fejn produttur joffri lill-konsumatur garanzija kummerċjali ta’ durabbiltà għal ċerti oġġetti għal perjodu ta’ żmien partikolari, il-produttur għandu jkun responsabbli direttament lejn il-konsumatur tul il-perjodu kollu tal-garanzija kummerċjali ta’ durabbiltà għat-tiswija jew is-sostituzzjoni tal-oġġetti skont l-Artikolu 14. Il-produttur jista’ joffri lill-konsumatur kundizzjonijiet aktar favorevoli fid-dikjarazzjoni tal-garanzija kummerċjali ta’ durabbiltà.
Jekk il-kundizzjonijiet stipulati fid-dikjarazzjoni tal-garanzija kummerċjali jkunu inqas vantaġġużi għall-konsumatur minn dawk stipulati fir-reklamar assoċjat, il-garanzija kummerċjali għandha tkun vinkolanti skont il-kundizzjonijiet stipulati fir-reklamar relatat mal-garanzija kummerċjali, sakemm, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, ir-reklamar assoċjat ma jkunx ġie kkoreġut bl-istess mod jew b’mod komparabbli bħalma jkun sar.
2. Id-dikjarazzjoni tal-garanzija kummerċjali għandha tiġi pprovduta lill-konsumatur fuq mezz durabbli mhux aktar tard mill-mument tal-konsenja tal-oġġetti. Id-dikjarazzjoni tal-garanzija kummerċjali għandha tinkiteb b’lingwaġġ ċar u li jinftiehem. Għandha tinkludi dan li ġej:
(a) |
dikjarazzjoni ċara li l-konsumatur huwa intitolat bil-liġi għal rimedji mill-bejjiegħ bla ħlas fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità tal-oġġetti u li dawk ir-rimedji ma jkunux affettwati mill-garanzija kummerċjali; |
(b) |
l-isem u l-indirizz tal-garanti; |
(c) |
il-proċedura li trid tiġi segwita mill-konsumatur biex jikseb l-implimentazzjoni tal-garanzija kummerċjali; |
(d) |
l-indikazzjoni tal-oġġetti li l-garanzija kummerċjali tapplika għalihom; u |
(e) |
it-termini tal-garanzija kummerċjali. |
3. In-nuqqas ta’ konformità mal-paragrafu 2 ma jaffettwax in-natura vinkolanti tal-garanzija kummerċjali għall-garanti.
4. Stati Membri jistgħu jistipulaw regoli dwar aspetti oħra li jikkonċernaw il-garanziji kummerċjali u li mhumiex irregolati f’dan l-Artikolu, fosthom regoli dwar il-lingwa jew il-lingwi li bihom għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumatur id-dikjarazzjoni tal-garanzija kummerċjali.
Artikolu 18
Dritt ta’ rimedju
Fejn il-bejjiegħ ikun responsabbli lejn il-konsumatur minħabba nuqqas ta’ konformità li jirriżulta minn att jew ommissjoni, inkluża l-ommissjoni li jiġu fornuti aġġornamenti għal oġġetti b’elementi diġitali kif previst mill-Artikolu 7(3), minn persuna f’ħoloq preċedenti fil-katina tat-tranżazzjonijiet, il-bejjiegħ għandu jkollu d-dritt li jfittex rimedji kontra l-persuna jew il-persuni responsabbli fil-katina tat-tranżazzjonijiet. Il-persuna li kontriha l-bejjiegħ jista’ jfittex rimedji, kif ukoll l-azzjonijiet u l-kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju rilevanti, għandhom ikunu determinati mil-liġi nazzjonali.
Artikolu 19
Infurzar
1. L-Istati Membri jiżguraw li jkun hemm mezzi adegwati u effettivi li jiżguraw il-konformità ma’ din id-Direttiva.
2. Il-mezzi msemmijin fil-paragrafu 1 jinkludu dispożizzjonijiet li bihom korp wieħed jew iktar minn fost dawn li ġejjin, kif tistabbilixxi l-liġi nazzjonali, jista’ jieħu azzjoni skont il-liġi nazzjonali quddiem il-qrati jew quddiem il-korpi amministrattivi kompetenti sabiex jaraw li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva:
(a) |
korpi pubbliċi jew ir-rappreżentanti tagħhom; |
(b) |
organizzazzjonijiet tal-konsumatur li jkollhom interess leġittimu li jipproteġu lill-konsumatur; |
(c) |
organizzazzjonijiet professjonali li jkollhom interess leġittimu li tittieħed azzjoni. |
Artikolu 20
Informazzjoni għall-konsumatur
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-konsumaturi jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-informazzjoni kollha dwar id-drittijiet tal-konsumaturi skont din id-Direttiva, u dwar il-mezzi biex jiġu infurzati dawk id-drittijiet.
Artikolu 21
Natura obbligatorja
1. Sakemm mhux previst mod ieħor f’din id-Direttiva, kwalunkwe ftehim kuntrattwali li, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludi l-applikazzjoni ta’ miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva, jidderoga minnhom, jew ivarja l-effetti tagħhom, qabel ma l-konsumatur jiġbed l-attenzjoni tal-bejjiegħ dwar in-nuqqas ta’ konformità tal-oġġetti, ma għandux ikun vinkolanti fuq il-konsumatur.
2. Din id-Direttiva ma għandhiex timpedixxi lill-bejjiegħ milli joffri lill-konsumatur arranġamenti kuntrattwali li jmorru lil hinn mill-protezzjoni prevista f’din id-Direttiva.
Artikolu 22
Emendi għar-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE
(1) Fl-Anness tar-Regolament (UE) 2017/2394, il-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3. |
Id-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jirrigwardaw il-kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti, li temenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE (ĠU L 136, 22.5.2019, p. 28).”. |
(2) Fl-Anness I tad-Direttiva 2009/22/KE, il-punt 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“7. |
Id-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jirrigwardaw il-kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti, li temenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE (ĠU L 136, 22.5.2019, p. 28).”. |
Artikolu 23
Tħassir tad-Direttiva 1999/44/KE
Id-Direttiva 1999/44/KE hija mħassra b’effett mill-1 ta’ Jannar 2022.
Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness.
Artikolu 24
Traspożizzjoni
1. Sal-1 ta’ Lulju 2021 l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippublikaw il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni f’dak ir-rigward.
Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-1 ta’ Jannar 2022.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jinkludu dik ir-referenza meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
2. Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw għal kuntratti konklużi qabel l-1 ta’ Jannar 2022.
Artikolu 25
Rieżami
Sa mhux aktar tard mit-12 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, inklużi d-dispożizzjonijiet tagħha dwar ir-rimedji u l-oneru tal-provi – anki fir-rigward ta’ oġġetti użati u oġġetti mibjugħa f’irkanti pubbliċi – u l-garanzija kummerċjali tal-produttur dwar id-durabbiltà, u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Ir-rapport għandu jivvaluta, b’mod partikolari, jekk l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u tad-Direttiva (UE) 2019/770 tiżgurax qafas konsistenti u koerenti għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern fir-rigward tal-provvista ta’ kontenut diġitali, servizzi diġitali u oġġetti b’elementi diġitali f’konformità mal-prinċipji li jirregolaw il-politiki tal-Unjoni. Jekk ikun xieraq, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti leġislattivi.
Artikolu 26
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Madankollu, l-Artikolu 22 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.
Artikolu 27
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Mejju 2019.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
A. TAJANI
Għall-Kunsill
Il-President
G. CIAMBA
(1) ĠU C 264, 20.7.2016, p. 57.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ April 2019.
(3) Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).
(4) Id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom (ĠU L 171, 7.7.1999, p. 12).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6).
(6) Id- Direttiva (UE) 2019/770 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali u ta' servizzi diġitali (Ara l-paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1).
(8) Ir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 1).
(9) Id-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi (ĠU L 110, 1.5.2009, p. 30).
ANNESS
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Direttiva 1999/44/KE |
Din id-Direttiva |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1 |
Artikolu 1(2) (a) |
Artikolu 2, punt (2) |
Artikolu 1(2) (b), l-ewwel inċiż |
Artikolu 3(4)(b) |
Artikolu 1(2) (b), it-tieni u t-tielet inċiż |
Artikolu 2, punt (5)(a) |
Artikolu 1(2) (c) |
Artikolu 2, punt (3) |
Artikolu 1(2) (d) |
Artikolu 2, punt (4) |
Artikolu 1(2) (e) |
Artikolu 2, punt (12) |
Artikolu 1(3) |
Artikolu 2, punt (15) u l-Artikolu 3(5)(a) |
Artikolu 1(4) |
Artikolu 3(2) |
Artikolu 2(1) |
Artikolu 5 |
Artikolu 2(2) (a) |
Artikolu 6, punt (a) u l-Artikolu 7(1) (b) |
Artikolu 2(2) (b) |
Artikolu 6, punt (b) |
Artikolu 2(2) (c) |
Artikolu 7(1)(a) |
Artikolu 2(2) (d) |
Artikolu 7(1)(d) |
Artikolu 2(3) |
Artikolu 7(5) |
Artikolu 2(4) |
Artikolu 7(2) |
Artikolu 2(5) |
Artikolu 8 |
Artikolu 3(1) |
Artikolu 10(1) |
Artikolu 3(2) |
Artikolu 13(1) |
Artikolu 3(3), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 13(2) u l-Artikolu 14(1)(a) |
Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 13(2) |
Artikolu 3(3), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 14(1)(b) u (c) |
Artikolu 3(4) |
Artikolu 2, punt (14) |
Artikolu 3(5) |
Artikolu 13(4) |
Artikolu 3(6) |
Artikolu 13(5) |
Artikolu 4 |
Artikolu 18 |
Artikolu 5(1) |
Artikolu 10(1), (2), (3), (4) u (5) |
Artikolu 5(2) |
Artikolu 12 |
Artikolu 5(3) |
Artikolu 11 |
Artikolu 6(1) |
Artikolu 17(1) |
Artikolu 6(2) |
Artikolu 17(2) |
Artikolu 6(3) |
Artikolu 17(2) |
Artikolu 6(4) |
Artikolu 17(4) |
Artikolu 6(5) |
Artikolu 17(3) |
Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 21(1) |
Artikolu 7(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 10(6) |
Artikolu 7(2) |
— |
Artikolu 8(1) |
Artikolu 3(6) u (7) |
Artikolu 8(2) |
Artikolu 4 |
Artikolu 9 |
Artikoli 19 u 20 |
Artikolu 10 |
Artikolu 22 |
Artikolu 11(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 24(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 24(1), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 11(2) |
Artikolu 24(1), ir-raba’ subparagrafu |
Artikolu 12 |
Artikolu 25 |
Artikolu 13 |
Artikolu 26 |
Artikolu 14 |
Artikolu 27 |