ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 115 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 62 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
2.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 115/1 |
Dikjarazzjoni ppreżentata lis-Segretarjat għat-Trattat tal-Karta tal-Enerġija (ECT) skont l-Artikolu 26(3)(b)(ii) tal-ECT li tissostitwixxi d-dikjarazzjoni magħmula fis-17 ta' Novembru 1997 f'isem il-Komunitajiet Ewropej
L-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom) u l-Istati Membri tagħhom jagħmlu d-dikjarazzjoni li ġejja:
“1. |
L-Unjoni Ewropea u l-Euratom huma organizzazzjonijiet reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika fis-sens tat-Trattat tal-Karta tal-Enerġija. L-Unjoni Ewropea u l-Euratom jeżerċitaw il-kompetenzi mogħtija lilhom mill-Istati Membri tagħhom permezz ta' teħid ta' deċiżjonijiet b'mod awtonomu u istituzzjonijiet ġudizzjarji. |
2. |
L-Unjoni Ewropea, l-Euratom u l-Istati Membri tagħhom huma responsabbli internazzjonalment għat-twettiq tal-obbligi li jinsabu fit-Trattat tal-Karta tal-Enerġija, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom. |
3. |
Fit-23 ta' Lulju 2014 ir-Regolament (UE) Nru 912/2014 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għall-ġestjoni tar-responsabbiltà finanzjarja marbuta mat-tribunali għas-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-istat stabbiliti permezz ta' ftehimiet internazzjonali li għalihom l-Unjoni Ewropea hija Parti ġie adottat (‘Regolament (UE) Nru 912/2014/’) (2). Ir-Regolament japplika għal tilwim bejn l-investitur u l-istat mibdi minn rikorrent minn pajjiż terz skont it-Trattat tal-Karta tal-Enerġija. Dan ir-Regolament jipprovdi, b'mod partikolari:
A. Skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 912/2014, fil-każ ta' tilwim rigward trattament mogħti mill-istituzzjonijiet, mill-korpi, mill-uffiċċji jew mill-aġenziji tal-Unjoni Ewropea, l-Unjoni Ewropea għandha taġixxi bħala konvenut. B. Fil-każ ta' tilwim rigward trattament mogħti, kompletament jew parzjalment, minn Stat Membru, l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 912/2014 jipprevedi li
Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 912/2014 jipprevedi wkoll li:
[…]
C. Wara li tkun iddeterminat min għandu jaġixxi bħala konvenut f'tilwima skont id-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq tar-Regolament (UE) Nru 912/2014, l-Unjoni Ewropea tinforma lir-rikorrent fi żmien 60 jum mid-data li fiha r-rikorrent ikun innotifika l-intenzjoni tiegħu li jibda tilwima. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-qsim tal-kompetenzi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri għall-investiment. |
4. |
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, bħala l-istituzzjoni ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea u l-Euratom, hija kompetenti biex teżamina kull kwistjoni li għandha x'taqsam mal-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tat-trattati kostitwenti u l-atti adottati taħtha, inkluż ftehim internazzjonali konkluż mill-Unjoni Ewropea u l-Euratom, li taħt ċerti kondizzjonijiet jista' jiġi invokat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. |
5. |
Kwalunkwe każ imressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea minn rikorrent ta' Parti Kontraenti li mhix fl-UE b'applikazzjoni tal-forom ta' azzjoni pprovduti mit-trattati kostitwenti tal-Unjoni jaqa' taħt l-Artikolu 26(2)(a) tat-Trattati tal-Karta tal-Enerġija (3). Peress li s-sistema legali tal-Unjoni tipprevedi mezzi għal tali approċċ, la l-Unjoni Ewropea u lanqas l-Euratom ma taw il-kunsens bla kondizzjonijiet tagħhom għas-sottomissjoni ta' tilwima għal arbitraġġ jew konċiljazzjoni internazzjonali. |
6. |
F'dak li għandu x'jaqsam mal-arbitraġġ internazzjonali, għandu jingħad li d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ICSID ma jippermettux lill-Unjoni Ewropea u lill-Euratom isiru Partijiet għaliha. Id-dispożizzjonijiet tal-Faċilità Addizzjonali ICSID ma jippermettux ukoll lill-Unjoni Ewropea u lill-Euratom li jużawhom. Kwalunkwe deċiżjoni ta' arbitraġġ kontra l-Unjoni Ewropea u l-Euratom tiġi implimentata mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, skont l-obbligu tagħhom skont l-Artikolu 26(8) tat-Trattat tal-Karta tal-Enerġija.” |
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 912/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi qafas għall-ġestjoni tar-responsabbiltà finanzjarja marbuta mat-tribunali għas-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-Istat stabbiliti permezz ta' ftehimiet internazzjonali li għalihom l-Unjoni Ewropea hija Parti (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 121).
(2) Għal ċertezza akbar, din id-dikjarazzjoni hija maħsuba biex tindirizza l-konsegwenzi tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 912/2014 fir-rigward ta' kawżi mibdija minn rikorrent minn Parti Kontraenti li mhix fl-UE skont it-Trattat tal-Karta tal-Enerġija. Tilwim bejn investitur ta' Stat Membru u Stat Membru taħt it-Trattat tal-Karta tal-Enerġija ma jaqax taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-dikjarazzjoni. L-UE u l-Istati Membri tagħha jistgħu jindirizzaw din il-kwistjoni fi stadju aktar tard.
(3) L-Artikolu 26(2)(a) huwa wkoll applikabbli fil-każ fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tista' tintalab teżamina l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni tat-Trattat tal-Karta tal-Enerġija abbażi ta' talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn qorti jew tribunal ta' Stat Membru skont l-Artikolu 267 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
REGOLAMENTI
2.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 115/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/680
tat-30 ta' April 2019
li jemenda l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sigurtà tal-Konsumatur (SCCS) ikkonkluda fl-opinjoni tiegħu tal-30 ta' Lulju 2018 (2) (“l-opinjoni tal-SCCS”) li l-Fenilin Bis-Difeniltriazin huwa sikur għall-użu bħala filtru tal-UV fi prodotti kożmetiċi kontra x-xemx u prodotti oħra f'konċentrazzjoni massima ta' 5 % u li l-użu tiegħu kien sikur biss fi prodotti applikati fuq il-ġilda u mhux fi prodotti li jistgħu jwasslu għal esponiment bit-teħid man-nifs. |
(2) |
Fid-dawl tal-opinjoni tal-SCCS u sabiex jiġi meqjus il-progress tekniku u xjentifiku, l-użu tal-Fenilin Bis-Difeniltriazin bħala filtru tal-UV fil-prodotti kożmetiċi jenħtieġ li jkun awtorizzat f'konċentrazzjoni massima ta' 5 %, ħlief f'użi li jistgħu jwasslu għall-esponiment tal-pulmuni tal-utent aħħari permezz tan-nifs. |
(3) |
Għaldaqstant jenħtieġ li l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jkun emendat skont dan. |
(4) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT,
Artikolu 1
L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' April 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.
(2) SCCS/1594/18.
ANNESS
Fl-AnnessVI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, tiżdied l-entrata li ġejja:
|
Identifikazzjoni tas-sustanza |
Kundizzjonijiet |
|
|||||
Numru ta' referenza |
Isem kimiku/INN/XAN |
Isem tal-Glossarju ta' Ingredjenti Komuni |
Numru CAS |
Numru KE |
Tip ta' prodott, partijiet tal-ġisem |
Konċentrazzjoni massima fil-preparazzjoni lesta għall-użu |
Oħrajn |
Liema kliem għandu jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet |
a |
b |
c |
d |
e |
f |
g |
h |
i |
“31 |
3,3′-(1,4-Fenilen)bis(5,6-difenil-1,2,4-triazin) |
Fenilen Bis-Difeniltriazin |
55514-22-2 |
700-823-1 |
|
5 % |
Ma għandux jintuża f'applikazzjonijiet li jistgħu jwasslu għall-esponiment tal-pulmuni tal-utent aħħari permezz tan-nifs.” |
|
2.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 115/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/681
tat-30 ta' April 2019
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Is-sustanza 2-Chloro-p-Phenylenediamine, inklużi l-imluħa tas-sulfat u tad-diidroklorur tagħha, tintuża f'formulazzjonijiet għaż-żebgħa tal-ħuġbejn u tax-xagħar tal-għajnejn f'konċentrazzjoni massima ta' 4,6 %. Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS) fl-opinjoni tiegħu tad-19 ta' Settembru 2013 (2) (“l-opinjoni tal-SCCS”) iddikjara li ma jista' jkun hemm l-ebda marġni ta' sikurezza suffiċjenti għall-użu tat-2-Chloro-p-Phenylenediamine f'formulazzjonijiet ossidattivi għaż-żebgħa tal-ħuġbejn u tax-xagħar tal-għajnejn f'konċentrazzjoni massima ta' 4,6 %. L-SCCS indika wkoll li abbażi tad-data disponibbli u tan-nuqqas ta' test in vivo xieraq tal-induzzjoni tal-mutazzjoni tal-ġeni, ma kienx possibbli li tingħata konklużjoni dwar il-potenzjal ġenotossiku tat-2-Chloro-p-Phenylenediamine. Għalhekk, l-SCCS ma qiesx l-użu tat-2-Chloro-p-Phenylenediamine bħala sikur għall-konsumatur. L-SCCS sussegwentement iċċara li huwa tal-opinjoni li l-imluħa tas-sulfat u tad-diidroklorur tat-2-Chloro-p-Phenylenediamine jenħtieġ li jiġu ttrattati bl-istess attenzjoni bħat-2-Chloro-p-Phenylenediamine sakemm jiġu ippruvati li huma bla periklu, għaliex għandhom l-istess struttura ċentrali, inkluż il-potenzjal ġenotossiku, bħat-2-Chloro-p-Phenylenediamine. Barra minn hekk, l-SCCS ikkjarifika li l-ambitu tal-opinjoni tal-SCCS kif ukoll il-konklużjoni tagħha jistgħu jiġu estiżi għax-xagħar tar-ras (3). |
(2) |
Fid-dawl tal-opinjoni tal-SCCS, u tal-kjarifika sussegwenti mill-SCCS, hemm riskju potenzjali għas-saħħa tal-bniedem li jirriżulta mill-użu tat-2-Chloro-p-Phenylenediamine, l-imluħa tas-sulfat u tad-diidroklorur tagħha fil-prodotti taż-żebgħa tal-ħuġbejn u tax-xagħar tal-għajnejn. Fir-rigward ta' prodotti taż-żebgħa għax-xagħar tar-ras, l-esponiment għas-sustanza attiva huwa saħansitra ogħla, peress li dawk il-prodotti jiġu applikati fuq superfiċje akbar tal-ġisem. Fuq dik il-bażi, u fid-dawl tal-kjarifika mill-SCCS, hemm ukoll riskju potenzjali għas-saħħa tal-bniedem li jirriżulta mill-użu tat-2-Chloro-p-Phenylenediamine, l-imluħa tas-sulfat u tad-diidroklorur tagħha fil-prodotti taż-żebgħa għax-xagħar tar-ras. Għalhekk, jenħtieġ li t-2-Chloro-p-Phenylenediamine, l-imluħa tas-sulfat u tad-diidroklorur tagħha jiġu pprojbiti fil-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar, inklużi l-prodotti taż-żebgħa tal-ħuġbejn, u l-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar tal-għajnejn u li jiżdiedu fil-lista ta' sustanzi pprojbiti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009. |
(3) |
Jixraq li jiġu previsti perjodi ta' żmien raġonevoli sabiex l-industrija tadatta għall-projbizzjonijiet u r-restrizzjonijiet il-ġodda. Għad-determinazzjoni tat-tul ta' żmien ta' dawk il-perjodi, jenħtieġ li l-interess tal-operaturi ekonomiċi jiġi bbilanċjat mal-fatturi speċifiċi tar-riskju għas-saħħa identifikati. |
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Mit-22 ta' Novembru 2019 il-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar, inklużi l-prodotti taż-żebgħa tal-ħuġbejn u l-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar tal-għajnejn li fihom is-sustanzi pprojbiti minn dan ir-Regolament ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni.
Mit-22 ta' Frar 2020 il-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar, inklużi l-prodotti taż-żebgħa tal-ħuġbejn u l-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar tal-għajnejn li fihom is-sustanzi pprojbiti b'dan ir-Regolament ma għandhomx isiru disponibbli fis-suq tal-Unjoni.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' April 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.
(2) SCCS/1510/13.
(3) Il-minuti tal-laqgħa plenarja tal-SCCS tal-21-22 ta' Ġunju 2018.
ANNESS
Fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, tiżdied din l-annotazzjoni:
Numru ta' referenza |
Isem kimiku/INN |
Numru CAS |
Numru KE |
“1384 |
2-klorobenżen-1,4-diammina (2-Chloro-p-Phenylenediamine), l-imluħa tas-sulfat u tad-diidroklorur tagħha (*1) meta tintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar, inklużi l-prodotti taż-żebgħa tal-ħuġbejn u l-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar tal-għajnejn |
615-66-7 61702-44-1 (sulfat) 615-46-3 (diidroklorur) |
210-441-2 262-915-3 210-427-6 |
(*1) Mit-22 ta' Novembru 2019 il-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar, inklużi l-prodotti taż-żebgħa tal-ħuġbejn u l-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar tal-għajnejn li fihom dawk is-sustanzi m'għandhomx jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni. Mit-22 ta' Frar 2020 il-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar, inklużi l-prodotti taż-żebgħa tal-ħuġbejn u l-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar tal-għajnejn li fihom dawk is-sustanzi ma għandhomx ikunu disponibbli fis-suq tal-Unjoni.”
DEĊIŻJONIJIET
2.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 115/7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/682
tad-9 ta' April 2019
li tawtorizza lill-Istati Membri biex jirratifikaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, il-Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Data Personali
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 16, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Fis-6 ta' Ġunju 2013, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tipparteċipa f'isem l-Unjoni fin-negozjati dwar il-modernizzazzjoni tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar awtomatiku ta' data personali (ETS Nru 108) (il-“Konvenzjoni 108”) u l-kondizzjonijiet u l-modalitajiet tal-aċċessjoni tal-Unjoni għall-Konvenzjoni 108 emendata. |
(2) |
Il-Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni 108 (il-“Protokoll emendatorju”) ġie adottat mill-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa fit-18 ta' Mejju 2018. |
(3) |
Il-Protokoll emendatorju għandu l-għan li jwessa' l-ambitu, iżid il-livell u jsaħħaħ l-effettività tal-protezzjoni tad-data mogħtija taħt il-Konvenzjoni 108. |
(4) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni 108 emendata jkopru kemm attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu tal-liġi tal-Unjoni kif ukoll attivitajiet barra mill-ambitu tagħha, bħal fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża nazzjonali. |
(5) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni 108 emendata, sa fejn japplikaw għall-ipproċessar ta' data personali fil-kuntest ta' attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu tal-liġi tal-Unjoni, jistgħu jaffettwaw regoli komuni jew ibiddlu l-ambitu tagħhom fis-sens tal-Artikolu 3(2) tat-Trattat, billi dawn id-dispożizzjonijiet huma bbażati fuq l-istess prinċipji li jinsabu fir-Regolament (UE) 2016/679 (1) u fid-Direttiva (UE) 2016/680 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
(6) |
Ladarba l-Konvenzjoni 108 emendata se tinkludi salvagwardji bbażati fuq l-istess prinċipji li jinsabu fir-Regolament (UE) 2016/679 u fid-Direttiva (UE) 2016/680, id-dħul fis-seħħ tagħha se jikkontribwixxi għall-promozzjoni ta' standards tal-Unjoni ta' protezzjoni tad-data fil-livell globali, jiffaċilita l-flussi ta' data bejn l-Unjoni u Partijiet għall-Konvenzjoni 108 li mhumiex fl-Unjoni, jiżgura l-konformità minn Stati Membri mal-obbligi internazzjonali tagħhom taħt il-Konvenzjoni 108 u jippermetti l-aċċessjoni futura tal-Unjoni għall-Konvenzjoni 108. |
(7) |
L-Unjoni ma tistax tiffirma jew tirratifika l-Protokoll emendatorju, billi taħt il-Konvenzjoni 108, Stati biss ikunu Partijiet. |
(8) |
Għalhekk l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati jiffirmaw il-Protokoll emendatorju, filwaqt li jaġixxu b'mod konġunt fl-interessi tal-Unjoni, sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jaqgħu fil-kompetenza esklussiva tal-Unjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Istati Membri huma b'dan awtorizzati jirratifikaw, fl-interess tal-Unjoni, il-Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Data Personali (ETS Nru 108) sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jaqgħu fil-kompetenza esklussiva tal-Unjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta' April 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
G. CIAMBA
(1) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(2) Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).
2.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 115/9 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/683
tad-9 ta' April 2019
li tawtorizza lill-Istati Membri biex isiru partijiet, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar Approċċ Integrat għas-Sikurezza, is-Sigurtà u s-Servizzi f'Partiti tal-Futbol u Avvenimenti Sportivi Oħra (CETS Nru. 218)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 87(1), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) u l-Artikolu 218(8) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar Approċċ Integrat għas-Sikurezza, is-Sigurtà u s-Servizzi f'Partiti tal-Futbol u Avvenimenti Sportivi Oħra (“il-Konvenzjoni”) ġiet magħmula f'Saint-Denis fit-3 ta' Lulju 2016 u ilha miftuħa għall-iffirmar u r-ratifika minn dakinhar. |
(2) |
Il-Konvenzjoni għandha l-għan li tipprovdi ambjent protett, sigur u akkoljenti fil-partiti tal-futbol u f'avvenimenti sportivi oħra. |
(3) |
Il-paragrafi 2, 3 u 4 tal-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni, li jikkonċernaw il-punti nazzjonali ta' informazzjoni dwar il-futbol, jista' jkollhom impatt fuq ir-regoli komuni jew jibdlu l-kamp ta' applikazzjoni tagħhom fis-sens tal-Artikolu 3(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), peress li dawk id-dispożizzjonijiet jikkoinċidu ma' ċerti obbligi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/348/ĠAI (2). |
(4) |
L-appoġġ tal-Unjoni għall-Konvenzjoni huwa importanti għall-ġlieda kontra l-vjolenza relatata ma' avvenimenti sportivi u jikkomplementa l-isforzi li diġà saru f'dak il-qasam permezz ta' appoġġ għal proġetti taħt il-kapitolu tal-isport tal-programm Erasmus+, stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
(5) |
L-Unjoni ma tistax issir Parti tal-Konvenzjoni, minħabba li l-Istati biss jistgħu jkunu Partijiet tagħha. |
(6) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu awtorizzati jiffirmaw u jirratifikaw il-Konvenzjoni, b'mod konġunt fl-interess tal-Unjoni, fir-rigward ta' dawk il-partijiet tal-Konvenzjoni li jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni. |
(7) |
Ir-Renju Unit u l-Irlanda huma marbuta bid-Deċiżjoni 2002/348/ĠAI, u għalhekk qed jieħdu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni. |
(8) |
F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Istati Membri huma b'dan awtorizzati jsiru partijiet tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar Approċċ Integrat għas-Sikurezza, is-Sigurtà u s-Servizzi f'Partiti tal-Futbol u Avvenimenti Sportivi Oħra (CETS Nru. 218) fir-rigward tal-Artikolu 11(2), (3) u (4) tal-Konvenzjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta' April 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
G. CIAMBA
(1) Approvazzjoni tat-12 ta' Marzu 2019 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/348/ĠAI tal-25 ta' April 2002 dwar sigurtà b'konnessjoni ma' logħbiet tal-futbol b' dimensjoni internazzjonali (ĠU L 121, 8.5.2002, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi “Erasmus+”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50).
2.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 115/11 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/684
tal-25 ta' April 2019
dwar ir-rikonoxximent tal-arranġamenti legali, superviżorji u ta' infurzar tal-Ġappun għal tranżazzjonijiet ta' derivattivi li ssirilhom superviżjoni mill-Aġenzija tas-Servizzi Finanzjarji tal-Ġappun bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti tal-valutazzjoni, tas-soluzzjoni tat-tilwim u tal-marġni tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,
Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ewropew tat-Titoli,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jipprevedi mekkaniżmu maħsub biex jiżgura konsistenza bejn l-arranġamenti legali, superviżorji u ta' infurzar stabbiliti mill-Unjoni u dawk ta' pajjiżi terzi fl-oqsma fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta deċiżjonijiet ta' ekwivalenza li permezz tagħhom l-arranġamenti legali, superviżorji u ta' infurzar ta' pajjiż terz huma ddikjarati ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 4, 9, 10 u 11 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 biex il-kontropartijiet involuti fi tranżazzjoni fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, fejn mill-anqas waħda mill-kontropartijiet hija stabbilita f'dak il-pajjiż terz, jenħtieġ li jitqiesu li ssodisfaw dawk ir-rekwiżiti b'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fir-reġim legali ta' dak il-pajjiż terz. Id-dikjarazzjoni ta' ekwivalenza tevita li jiġu applikati regoli duplikati jew konfliġġenti. Barra minn hekk, id-dikjarazzjoni ta' ekwivalenza tikkontribwixxi biex jintlaħaq l-għan ġenerali tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, jiġifieri li jitnaqqas ir-riskju sistemiku u li tiżdied it-trasparenza tas-swieq tad-derivattivi billi tiġi żgurata l-applikazzjoni internazzjonalment konsistenti tal-prinċipji miftiehma mal-pajjiżi terzi u stabbiliti f'dak ir-Regolament. |
(2) |
L-Artikolu 11, il-paragrafi 1, 2 u 3 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, li huwa ssupplimentat bir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2013 (2) u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2251 (3), jistabbilixxu r-rekwiżiti legali tal-Unjoni rigward il-konferma fil-ħin tat-termini ta' kuntratt tad-derivattivi OTC, it-twettiq ta' eżerċizzju ta' kompressjoni tal-portafoll u l-arranġamenti skont liema jiġu rikonċiljati l-portafolli fir-rigward tal-kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn kontroparti ċentrali (“CCP” - central counterparty). Barra minn hekk, dawn il-paragrafi jistabbilixxu l-obbligi tal-valutazzjoni u tas-soluzzjoni tat-tilwim applikabbli għal dawn il-kuntratti (“tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju operazzjonali”) kif ukoll l-obbligi dwar l-iskambju ta' kollateral (“marġnijiet”) bejn il-kontropartijiet. |
(3) |
Sabiex ir-reġim legali, superviżorju u ta' infurzar ta' pajjiż terz ikun jitqies ekwivalenti għar-reġim tal-Unjoni fir-rigward tat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju operazzjonali u tar-rekwiżiti tal-marġnijiet, jenħtieġ li r-riżultati sostantivi tal-arranġamenti ta' infurzar legali, superviżorji u ta' infurzar applikabbli jkunu ekwivalenti għal dawk mogħtija mir-rekwiżiti tal-Unjoni skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u jiżguraw protezzjoni tas-sigriet professjonali li tkun ekwivalenti għal dik stabbilita f'dan ir-Regolament; u jenħtieġ li l-arranġamenti legali, superviżorji u ta' infurzar jiġu applikati b'mod effettiv u infurzati b'mod ekwu u mhux distorżiv sabiex jiġu żgurati superviżjoni u infurzar effettivi f'dak il-pajjiż terz. L-għan ta' din il-valutazzjoni tal-ekwivalenza, għalhekk, huwa li tivverifika li l-arranġamenti legali, superviżorji u ta' infurzar tal-Ġappun jiżguraw li l-kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn CCP, li fihom mill-anqas kontroparti waħda hija stabbilita f'dak il-pajjiż terz, ma jesponux is-swieq finanzjarji fl-Unjoni għal livell ogħla ta' riskju u, konsegwentement, ma joħolqux livelli inaċċettabbli ta' riskju sistemiku fl-Unjoni. |
(4) |
Fl-1 ta' Settembru 2013, il-Kummissjoni rċeviet il-parir tekniku tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (“ESMA”) dwar l-arranġamenti legali, superviżorji u ta' infurzar fil-Ġappun (4) inklużi inter alia t-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju operazzjonali applikabbli għall-kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn CCP. Fil-parir tekniku tagħha, l-ESMA sabet li fil-Ġappun ma hemm l-ebda rekwiżit legalment vinkolanti dwar il-konferma fil-ħin tat-termini ta' kuntratt tad-derivattivi OTC, l-arranġamenti għat-twettiq tar-rikonċiljazzjoni tal-portafoll, it-twettiq ta' kompressjoni tal-portafoll, il-valutazzjoni tal-portafoll u l-obbligu għal soluzzjoni tat-tilwim jew għall-iskambju ta' kollateral bejn il-kontropartijiet tal-kuntratti tad-derivattivi OTC. L-ESMA osservat ukoll li l-ekwivalenza bejn ir-reġimi tal-marġnijiet bilaterali ma setgħetx tiġi evalwata fil-ħin, peress li l-istandards tekniċi li jispeċifikaw ir-regoli dwar marġnijiet bilaterali tal-Unjoni ma kinux għadhom ġew żviluppati. |
(5) |
Il-Kummissjoni qieset il-parir tekniku tal-ESMA fit-twettiq tal-valutazzjoni tagħha, flimkien mal-iżviluppi regolatorji li seħħew minn dak iż-żmien 'il hawn. Din id-Deċiżjoni mhijiex ibbażata biss fuq analiżi komparattiva tar-rekwiżiti legali, superviżorji u ta' infurzar applikabbli fil-Ġappun, iżda wkoll fuq valutazzjoni tal-eżitu ta' dawk ir-rekwiżiti, u fuq l-adegwatezza tagħhom biex inaqqsu r-riskji li jitnisslu minn kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn CCP b'mod li jista' jitqies ekwivalenti għall-effetti tar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
(6) |
L-arranġamenti legali, superviżorji u ta' infurzar applikabbli fil-Ġappun għal kuntratti tad-derivattivi OTC huma stabbiliti fl-Att dwar l-Istrumenti Finanzjarji u l-Kambju, Nru 25 tal-1948 (“FIEA” - Financial Instruments and Exchange Act), u japplikaw għal Operaturi tan-Negozju tal-Istrumenti Finanzjarji (“FIBOs” - financial instrument business operators) u Istituzzjonijiet Finanzjarji Reġistrati (“RFIs” - registered financial institutions), li jinkludu banek regolati, kooperattivi, kumpaniji tal-assigurazzjoni, fondi tal-pensjonijiet u fondi ta' investiment. L-Aġenzija tas-Servizzi Finanzjarji tal-Ġappun (“JFSA” - Financial Services Agency of Japan) għandha setgħat wesgħin biex timplimenta l-FIEA u hija bbażata fuq l-Ordinanza tal-Uffiċċju tal-Kabinett, il-Linji Gwida Superviżorji, u n-Notifiki Pubbliċi (flimkien “ir-regoli tad-derivattivi OTC tal-Ġappun”). Il-JFSA għandha l-ġuriżdizzjoni fuq derivattivi OTC fis-sens tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, bl-eċċezzjoni ta' derivattivi OTC ta' komoditajiet, li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Ministeru Ġappuniż tal-Ekonomija, il-Kummerċ u l-Industrija (“METI” - Ministry of Economy, Trade and Industry) u tal-Ministeru Ġappuniż tal-Agrikoltura, il-Forestrija u s-Sajd (“MAFF” - Ministry of Agriculture, Forestry and Fisheries). |
(7) |
It-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju operazzjonali għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn CCP, kif stabbiliti fir-regoli tad-derivattivi OTC tal-Ġappun, jibqgħu insuffiċjenti meta mqabbla mal-obbligi previsti fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 149/2013 fir-rigward tal-konferma fil-ħin tat-termini ta' kuntratt tad-derivattivi OTC, it-twettiq ta' eżerċizzju ta' kompressjoni tal-portafoll u l-arranġamenti li bihom jiġu rikonċiljati l-portafolli. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun tkopri biss l-arranġamenti legali, superviżorji u ta' infurzar rigward l-obbligi tal-valutazzjoni u tas-soluzzjoni tat-tilwim kif previsti fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 149/2013 kif ukoll dawk rigward ir-rekwiżiti tal-marġni kif previsti fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u fir-Regolament Delegat (UE) 2016/2251. |
(8) |
Fir-rigward tar-rekwiżiti għall-valutazzjoni tat-tranżazzjonijiet u għas-soluzzjoni tat-tilwim applikabbli għal derivattivi OTC mhux ikklerjati minn CCP, ir-regoli tad-derivattivi OTC tal-Ġappun jinkludu l-istess obbligi bħal dawk previsti fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. B'mod partikolari, it-Taqsima IV-2-4 tal-Linji Gwida Superviżorji tinkludi rekwiżiti speċifiċi rigward is-soluzzjoni tat-tilwim applikabbli għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn CCP u l-Artikolu 123 tal-Ordinanza tal-Uffiċċju tal-Kabinett jistabbilixxi r-rekwiżiti għat-twettiq ta' valutazzjonijiet ta' kuljum għall-fini ta' skambji ta' marġni. |
(9) |
Rigward il-marġnijiet għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn CCP, ir-rekwiżiti legalment vinkolanti tal-Ġappun jikkonsistu minn sett ta' regolamenti finali adottati mill-JFSA, ippubblikati fil-31 ta' Marzu 2016 li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2016. Dawn ir-regolamenti jinkludu l-Ordinanza tal-Uffiċċju tal-Kabinett dwar l-Operaturi ta' Strumenti Finanzjarji Nru 52 tas-6 ta' Awwissu 2007 inklużi d-Dispożizzjonijiet Supplimentari, l-Avviżi Pubbliċi tal-Aġenzija tas-Servizzi Finanzjarji Nru 15, 16 u 17 tal-31 ta' Marzu 2016 u Nru 33 tal-25 ta' Awwissu 2017, il-Linji Gwida Komprensivi riveduti għas-Superviżjoni fuq Banek Kbar, eċċ., il-Linji Gwida Komprensivi riveduti għas-Superviżjoni ta' Istituzzjonijiet Finanzjarji Żgħar u ta' Daqs Medju u Istituzzjonijiet Finanzjarji Reġjonali, il-Linji Gwida Komprensivi riveduti għas-Superviżjoni ta' Banek Kooperattivi, il-Linji Gwida Komprensivi riveduti għas-Superviżjoni ta' Operaturi tan-Negozju ta' Strumenti Finanzjarji, eċċ., il-Linji Gwida Komprensivi riveduti għas-Superviżjoni ta' Kumpaniji tal-Assigurazzjoni u l-Linji Gwida riveduti għas-Superviżjoni fir-rigward ta' Kumpaniji Fiduċjarji, eċċ. Ir-regoli applikabbli għal derivattivi OTC ta' komoditajiet fil-ġuriżdizzjoni ta' METI u MAFF jirreplikaw is-sett ta' regolamenti finali adottati mill-JFSA, (flimkien “ir-regoli tal-Ġappun dwar il-marġni”). |
(10) |
Kif stipulat fir-regoli tal-Ġappun dwar il-marġni, l-istituzzjonijiet finanzjarji li għandhom ammont totali medju tal-kapital nozzjonali ta' derivattivi OTC għal ċertu perjodu ta' żmien li jkun daqs jew akbar minn JPY 300 biljun iridu jiskambjaw l-marġni ta' varjazzjoni fuq bażi ta' kuljum taħt il-FIEA, filwaqt li l-istituzzjonijiet finanzjarji li jkollhom anqas mil-livell limitu jridu jiskambjaw il-marġni ta' varjazzjoni bi “frekwenza suffiċjenti”. Peress li r-Regolament (UE) Nru 648/2012 jirrikjedi li l-kontropartijiet kollha ta' tranżazzjoni ta' derivattivi OTC mhux ikklerjati minn CCP jiskambjaw marġni ta' varjazzjoni fuq bażi ta' kuljum, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun kundizzjonali fuq l-iskambju ta' kuljum tal-marġni ta' varjazzjoni għat-tranżazzjonijiet imwettqa ma' FIBOs u RFIs, li l-ammont totali medju tal-kapital nozzjonali ta' derivattivi OTC tagħhom għal perjodu ta' sena, li jibda minn April sentejn qabel is-sena li fiha huwa meħtieġ il-kalkolu (jew sena jekk ikkalkolat f'Diċembru) huwa anqas minn JPY 300 biljun. |
(11) |
Bl-istess mod bħar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2016/2251, skont ir-regoli tal-Ġappun dwar il-marġni, l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha li jaggregaw ammonti nozzjonali ta' derivattivi OTC mhux ikklerjati, derivattivi OTC ta' komoditajiet mhux ikklerjati, forwards tal-kambju saldati b'mod fiżiku (“FX” - foreign exchange) u swaps tal-valuti skont ir-rata tal-kambju ta' grupp konsolidat, bl-esklużjoni ta' tranżazzjonijiet intragrupp, għax-xhur ta' Marzu, April u Mejju tas-sena qabel is-sena li fiha l-kalkolu jaqbeż JPY 1,1 triljun, iridu jiskambjaw informazzjoni dettaljata dwar il-marġni inizjali. Ir-regoli dwar il-marġni tal-Ġappun jipprovdu wkoll ammont ta' trasferiment minimu kkombinat ta' marġnijiet inizjali u ta' varjazzjoni ta' JPY 70 miljun, filwaqt li l-livell limitu fl-Artikolu 25 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/2251 huwa ta' EUR 500 000. Meta titqies id-differenza marġinali fil-valur ta' dawk il-muniti, jenħtieġ li dawn l-ammonti jiġu meqjusa bħala ekwivalenti. |
(12) |
Ir-regoli tal-Ġappun dwar il-marġni japplikaw għall-kuntratti tad-derivattivi OTC kważi kollha kif definit fil-punt (7) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, bl-eċċezzjoni ta' kuntratti forward tal-kambju u swaps tal-valuti skont ir-rata tal-kambju saldati b'mod fiżiku, li r-regoli tal-Ġappun dwar il-marġni ma jistabbilixxu l-ebda rekwiżit għalihom. Tranżazzjonijiet FX assoċjati mal-iskambju ta' kapital permezz ta' swaps bejn il-muniti huma eżentati mir-rekwiżiti tal-marġni inizjali. Barra minn hekk, ir-regoli tal-Ġappun dwar il-marġni ma jinkludu l-ebda trattament speċifiku għal prodotti strutturati, inklużi bonds koperti u titolizzazzjonijiet. Skont it-termini tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, mir-rekwiżiti tal-marġni inizjali huma eżentati biss swaps tal-valuti skont ir-rata tal-kambju u kuntratti forward tal-kambju, u mir-rekwiżiti tal-marġni kollha huma eżentati biss id-derivattivi relatati ma' bonds koperti għal skopijiet ta' hedging. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun tapplika biss għal kuntratti tad-derivattivi OTC li huma soġġetti għar-rekwiżiti tal-marġni skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 u r-regoli tal-Ġappun dwar il-marġni. |
(13) |
Ir-rekwiżiti fir-regoli tal-Ġappun dwar il-marġni għall-kalkolu tal-marġni inizjali huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012. Bl-istess mod bħall-metodu standardizzat għall-kalkolu tal-marġni inizjali stabbilit fl-Anness IV tar-Regolament Delegat (UE) 2016/2251, ir-regoli tal-Ġappun dwar il-marġni jippermettu l-użu ta' mudell standardizzat ekwivalenti għal dak stipulat fl-anness imsemmi. Alternattivament, jistgħu jintużaw mudelli interni jew ta' parti terza għall-kalkolu tal-marġni inizjali fejn dawk il-mudelli fihom ċerti parametri speċifiċi, inkluż intervalli ta' kunfidenza minimi u perjodi ta' marġni ta' riskju, u ċerta data storika, inklużi perjodi ta' stress. Il-kontropartijiet iridu jinnotifikaw lill-JFSA, lill-METI jew lill-MAFF, kif xieraq, dwar l-intenzjoni tagħhom li jużaw dawn il-mudelli interni jew ta' parti terza u jridu jiżvelaw kwalunkwe suppożizzjoni, ipoteżi u bidla meħtieġa fihom. |
(14) |
Ir-rekwiżiti tar-regoli tal-Ġappun dwar il-marġni dwar kollateral eliġibbli u dwar kif dak il-kollateral jiġi miżmum u segregat huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2016/2251. Ir-regoli tal-Ġappun dwar il-marġni jinkludu wkoll lista ekwivalenti ta' kollateral eliġibbli u jirrikjedu li FIBOs u RFIs jiddiversifikaw b'mod raġonevoli l-kollateral li jiġbru, inkluż billi jillimitaw titoli b'likwidità baxxa sabiex tiġi evitata l-konċentrazzjoni ta' kollateral. Ir-rekwiżiti fir-regoli tal-Ġappun dwar il-marġni applikabbli għall-valutazzjoni ta' kollateral huma komparabbli mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/2251. |
(15) |
Fir-rigward tal-livell ekwivalenti ta' protezzjoni tas-segretezza professjonali fil-Ġappun, l-informazzjoni miżmuma mill-JFSA hija soġġetta għal Politika dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni tal-JFSA u l-impjegati tal-JFSA huma soġġetti għall-Att dwar is-Servizz Pubbliku Nazzjonali, li jipprojbixxi lill-impjegati milli jikxfu informazzjoni li tkun waslet għall-għarfien tagħhom waqt il-qadi ta' dmirijiethom. Għalhekk, kemm l-Att dwar is-Servizz Pubbliku Nazzjonali kif ukoll il-Politika dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni tal-JFSA jiggarantixxu s-segretezza professjonali, inkluża l-protezzjoni ta' sigrieti kummerċjali skambjati mill-awtoritajiet kompetenti ma' partijiet terzi, ekwivalenti għal dawk stipulati fit-Titolu VIII tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Għalhekk, flimkien, l-Att dwar is-Servizz Pubbliku Nazzjonali u l-Politika dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni tal-JFSA jenħtieġ li jitqiesu li jipprovdu livell ekwivalenti ta' protezzjoni fir-rigward tas-segretezza professjonali bħal dak previst fir-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
(16) |
Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-applikazzjoni u l-infurzar effettivi b'mod ekwu u mhux distorżiv sabiex jiġu żgurati superviżjoni u infurzar effettivi f'dak il-pajjiż terz, il-JFSA għandha setgħat investigattivi u ta' sorveljanza wiesgħa biex tivvaluta l-konformità mar-rekwiżiti tal-marġni applikabbli għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn CCP. Il-JFSA tista' tieħu firxa wiesgħa ta' miżuri superviżorji biex tipprevjeni kwalunkwe ksur tar-rekwiżiti applikabbli, bħal ordni ta' titjib tan-negozju abbażi tal-Artikolu 51 tal-FIEA u miżuri superviżorji oħra bbażati fuq l-Artikolu 52 tal-FIEA. Dawk il-miżuri għalhekk jenħtieġ li jitqiesu li jipprovdu għall-applikazzjoni effettiva tal-arranġamenti legali, regolatorji u ta' infurzar rilevanti skont ir-regoli tad-derivattivi OTC b'mod ekwu u mhux distorżiv sabiex ikunu żgurati superviżjoni u infurzar effettivi. |
(17) |
Din id-Deċiżjoni hija bbażata fuq ir-rekwiżiti legalment vinkolanti relatati ma' kuntratti tad-derivattivi OTC applikabbli fiż-żmien tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni. Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-ESMA, jenħtieġ li tkompli twettaq monitoraġġ fuq bażi regolari tal-evoluzzjoni tal-arranġamenti legali, superviżorji u ta' infurzar għal dawn il-kuntratti tad-derivattivi OTC u l-applikazzjoni konsistenti u effettiva tagħhom dwar il-konferma fil-ħin, il-kompressjoni u r-rikonċiljazzjoni tal-portafoll, il-valutazzjoni, is-soluzzjoni tat-tilwim u r-rekwiżiti tal-marġni applikabbli għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn CCP fuq il-bażi li fuqha ttieħdet din id-Deċiżjoni. Jenħtieġ li dan ikun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Kummissjoni twettaq rieżami speċifiku fi kwalunkwe ħin, f'każ li żviluppi rilevanti jagħmluha essenzjali li l-Kummissjoni tivvaluta mill-ġdid id-dikjarazzjoni ta' ekwivalenza mogħtija b'din id-Deċiżjoni. Valutazzjoni mill-ġdid bħal din tista' twassal għar-revoka ta' din id-Deċiżjoni, li tagħmel lill-kontropartijiet awtomatikament soġġetti mill-ġdid għar-rekwiżiti kollha stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
(18) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-finijiet tal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-arranġamenti legali, superviżorji u ta' infurzar tal-Ġappun għall-valutazzjoni u għas-soluzzjoni tat-tilwim li huma applikati għal tranżazzjonijiet regolati bħala derivattivi OTC mill-Aġenzija tas-Servizzi Finanzjarji tal-Ġappun (“JFSA”) jew derivattivi OTC ta' komoditajiet mill-Ministeru Ġappuniż tal-Ekonomija, il-Kummerċ u l-Industrija (“METI”) u li mhumiex ikklerjati minn CCP għandhom jiġu kkunsidrati bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti korrispondenti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, fejn għall-anqas waħda mill-kontropartijiet ta' dawk it-tranżazzjonijiet hija stabbilita fil-Ġappun u rreġistrata mal-JFSA bħala Operatur tan-Negozju tal-Istrumenti Finanzjarji (“FIBO”) jew Istituzzjoni Finanzjarja Reġistrata (“RFI”).
Artikolu 2
Għall-finijiet tal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-arranġamenti legali, superviżorji u ta' infurzar tal-Ġappun għall-iskambju ta' kollateral li huma applikati għal tranżazzjonijiet regolati bħala derivattivi OTC mill-JFSA jew bħala derivattivi OTC ta' komoditajiet mill-METI u mill-MAFF li mhumiex ikklerjati minn CCP għandhom jiġu kkunsidrati bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
mill-anqas waħda mill-kontropartijiet ta' dawk it-tranżazzjonijiet tkun stabbilita fil-Ġappun u reġistrata mal-JFSA bħala FIBO jew RFI u dik il-kontroparti tkun soġġetta għar-regoli tal-Ġappun dwar il-marġni; |
(b) |
it-tranżazzjonijiet ikunu pprezzati skont il-valur fis-suq u l-marġni ta' varjazzjoni jiġi skambjat fuq bażi ta' kuljum meta l-kontropartijiet ta' dawk it-tranżazzjonijiet, stabbiliti fil-Ġappun, ikollhom ammont totali medju tal-kapital nozzjonali ta' derivattivi OTC għal perjodu ta' sena li jibda minn April, sentejn qabel is-sena li fiha jkun meħtieġ il-kalkolu (jew sena jekk ikkalkulat f'Diċembru), anqas minn JPY 300 biljun. |
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' April 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-arranġamenti tal-ikklerjar indiretti, l-obbligu tal-ikklerjar, ir-reġistru pubbliku, l-aċċess għal ċentru tan-negozjar, kontropartijiet nonfinanzjarji, tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskji għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn CCP (ĠU L 52, 23.2.2013, p. 11).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2251 tal-4 ta' Ottubru 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet rigward standards tekniċi regolatorji għal tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għall-kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn kontroparti ċentrali (ĠU L 340, 15.12.2016, p. 9).
(4) ESMA/2013/BS/1158, Parir tekniku dwar l-ekwivalenza regolatorja ta' pajjiż terz taħt EMIR — il-Ġappun, Rapport finali, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, l-1 ta' Settembru 2013.
2.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 115/16 |
DEĊIŻJONI (UE) 2019/685 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-18 ta' April 2019
fuq l-ammont totali ta' drittijiet superviżorji annwali għall-2019 (BĊE/2019/10)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1163/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropea tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar it-tariffi superviżorji (BĊE/2014/41) (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-ammont totali tat-tariffi superviżorji annwali li għandhom jinġabru skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41) għandhom ikopru, imma mhux jaqbżu, in-nefqa magħmula mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fir-rigward tal-kompiti superviżorji tiegħu fil-perijodu tariffarju rilevanti. Din in-nefqa tikkonsisti fi spejjeż relatati direttament mal-kompiti superviżorji tal-BĊE, bħal pereżempju s-superviżjoni ta' entitajiet sinifikanti, is-sorveljanza tas-superviżjoni ta' entitajiet inqas sinifikanti u t-twettiq ta' kompiti orizzontali u servizzi speċjalizzati. Tinkludi wkoll spejjeż relatati indirettament mal-kompiti superviżorji tal-BĊE, bħal pereżempju servizzi pprovduti mill-oqsma ta' appoġġ tan-negozju tal-BĊE, inklużi binjiet, ġestjoni tar-riżorsi umani, servizzi amministrattivi, servizzi tal-ibbaġitjar u l-kontroll, kontabilità, legali, servizzi ta' komunikazzjoni u traduzzjoni, awditu intern, u servizzi tal-istatistika u tat-teknoloġija tal-informazzjoni. |
(2) |
Sabiex jiġu kkalkulati d-drittijiet superviżorji annwali pagabbli fir-rigward ta' entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni, u entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni, l-ispejjeż totali għandhom jinqasmu fuq il-bażi tan-nefqa allokata lill-funzjonijiet rilevanti li jwettqu s-superviżjoni diretta tal-entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u tal-gruppi sinifikanti taħt superviżjoni u s-superviżjoni indiretta ta' entitajiet inqas sinjifikanti taħt superviżjoni u ta' gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni. |
(3) |
L-ammont totali tat-tariffa superviżorja annwali għal 2019 għandha tiġi kkalkulata bħala s-somma ta': (a) l-ispejjeż annwali stmati ta' kompiti superviżorji għall-2019, ibbażati fuq il-baġit tal-BĊE approvat għall-2019, wara li jittieħed inkunsiderazzjoni kull żvilupp fl-ispejjeż annwali stmati li jsiru mill-BĊE li kienu magħrufa fiż-żmien meta din id-Deċiżjoni ġiet adottata; u (b) l-bilanċ pożittiv jew tal-iżbilanċ mill-2018. |
(4) |
Il-bilanċ pożittiv jew l-iżbilanċ għandu jiġi ddeterminat billi jitnaqqsu l-ispejjeż annwali attwali tal-kompiti superviżorji li saru fl-2018, kif rifless fil-Kontijiet Annwali tal-BĊE għall-2018 (3), mill-ispejjeż annwali stmati miġburin għall-2018, kif stabbilit fl-Anness tad-Deċiżjoni (UE) 2018/667 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2018/12) (4). |
(5) |
Skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41), l-ammonti tariffarji relatati mal-perijodi tariffarji preċedenti li ma kinux għall-ġbir, ħlasijiet ta' imgħax riċevuti skont l-Artikolu 14 u ammonti riċevuti jew rifużi skont l-Artikolu 7(3) ta' dak ir-Regolament, jekk hemm, għandhom jittieħdu inkunsidrazzjoni wkoll fl-ispejjeż annwali stmati tal-kompiti superviżorji għall-2019. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/17) (5) u r-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41).
Artikolu 2
L-ammont totali ta' drittijiet superviżorji annwali għall-2019
1. L-ammont totali ta' drititjiet superviżorji annwali għall-2019 għandu jkun ta' EUR 576 020 336, ikkalkulati kif jidher fl-Anness I.
2. Kull kategorija ta' entitajiet taħt superviżjoni u gruppi taħt superviżjoni għandha tħallas l-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali li ġej:
(a) |
entitajiet sinjifikanti taħt superviżjoni u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni: EUR 524 196 987; |
(b) |
entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni: EUR 51 823 349. |
Il-mod kif huwa maqsum l-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-2019 li għandhom jitħallsu fir-rigward ta' kull kategorija huwa muri fl-Anness II.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Gurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-18 ta' April 2019.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.
(2) ĠU L 311, 31.10.2014, p. 23.
(3) Ippubblikati fis-sit elettroniku tal-BĊE li jinsab f'www.ecb.europa.eu fi Frar 2019.
(4) Deċiżjoni (UE) 2018/667 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' April 2018 dwar l-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-2018 (BĊE/2018/12) (ĠU L 111, 2.5.2018, p. 3).
(5) Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u mal-awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament Qafas tal-MSU) (BĊE/2014/17) (ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1).
ANNESS I
Kalkolu tal-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-2019
(EUR) |
|
Spejjeż annwali stmati għall-2019 |
559 007 136 |
Salarji u benefiċċji |
264 525 116 |
Kera u manutenzjoni tal-bini |
58 866 157 |
Infiq ieħor operattiv |
235 615 863 |
Bilanċ pożittiv/Żbilanċ mill-2018 |
15 332 187 |
Ammonti meħudin inkunsiderazzjoni skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41) |
1 681 013 |
Ammonti tariffarji relatati mal-perijodi tariffarji preċedenti li ma setgħux jinġabru |
0 |
Ħlasijiet ta' imgħax riċevuti skont l-Artikolu 14 tar-Regolament imsemmi iktar 'il fuq |
– 9 626 |
Ammonti riċevuti jew rifużi skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament imsemmi iktar 'il fuq |
1 690 639 |
TOTAL |
576 020 336 |
ANNESS II
Kif huwa maqsum l-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-2019
(EUR) |
|||
|
Entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni |
Entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni |
Total |
Spejjeż annwali stmati għall-2019 |
508 696 494 |
50 310 642 |
559 007 136 |
Bilanċ pożittiv/Żbilanċ mill-2018 |
13 952 290 |
1 379 897 |
15 332 187 |
Ammonti meħudin inkunsiderazzjoni skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41) |
1 548 203 |
132 810 |
1 681 013 |
Ammonti tariffarji relatati mal-perijodi tariffarji preċedenti li ma setgħux jinġabru |
0 |
0 |
0 |
Ħlasijiet ta' imgħax riċevuti skont l-Artikolu 14 tar-Regolament imsemmi iktar 'il fuq |
– 7 918 |
– 1 708 |
– 9 626 |
Ammonti riċevuti jew rifużi skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament imsemmi iktar 'il fuq |
1 556 121 |
134 518 |
1 690 639 |
TOTAL |
524 196 987 |
51 823 349 |
576 020 336 |