ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 114

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
30 ta' April 2019


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/672 tad-29 ta' April 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Myanmar/Burma

1

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/673 tas-27 ta' Frar 2019 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/196 dwar dazji doganali addizzjonali fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/674 tad-29 ta' April 2019 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż

7

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/675 tad-29 ta' April 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1067/2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffari Komunitarji għal qamħ komuni ta' kwalità differenti minn dik superjuri oriġinanti minn pajjiżi terzi

10

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/676 tad-29 ta' April 2019 li japprova s-sustanza attiva b'riskju baxx ABE-IT 56 (il-komponenti tal-liżat tas-Saccharomyces cerevisiae tar-razza DDSF623), skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

12

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/677 tad-29 ta' April 2019 li jikkonċerna n-nuqqas ta' tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva klorotalonil skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

15

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/678 tad-29 ta' April 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2013/184/PESK dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma

18

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u S-Swieq (UE) 2019/679 tas-17 ta' April 2019 li ġġedded ir-restrizzjoni temporanja tal-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta' kuntratti għal differenzi lil klijenti mhux professjonali

22

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

30.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 114/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/672

tad-29 ta' April 2019

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Myanmar/Burma

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 tat-2 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Myanmar/Burma u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 194/2008 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4i(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-2 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 401/2013.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 4i(1) tar-Regolament (UE) Nru 401/2013, il-Kunsill irreveda l-lista ta' persuni u entitajiet deżinjati li tinsab fl-Anness IV għal dak ir-Regolament.

(3)

Waslet informazzjoni aġġornata għal żewġ inklużjonijiet fil-lista, u jenħtieġ li għall-persuni kollha li jinsabu elenkati jiġi inkluż is-sess tagħhom.

(4)

L-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 401/2013 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 401/2013 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  ĠU L 121, 3.5.2013, p. 1.


ANNESS

L-entrati 1 sa 14 fil-lista ta' persuni u entitajiet stabbilita fl-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 401/2013 huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-inklużjoni fil-lista

“1.

Aung Kyaw Zaw

Data tat-twelid: 20 ta' Awwissu 1961

Sess: raġel

Numru tal-passaport: DM000826

Data tal-ħruġ: 22 ta' Novembru 2011

Data tal-iskadenza: 21 ta' Novembru 2021

Numru ta' identifikazzjoni militari: BC 17444

Il-Logutenent Ġeneral Aung Kyaw Zaw kien il-Kmandant tal-Uffiċċju tal-Operazzjonijiet Speċjali Nru 3 tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) minn Awwissu 2015 sa tmiem l-2017. L-Uffiċċju tal-Operazzjonijiet Speċjali Nru 3 kellu f'idejh il-Kmand tal-Punent u, f'dak il-kuntest, il-Logutenent Ġeneral Aung Kyaw Zaw hu responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem li twettqu kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine mill-Kmand tal-Punent matul dak il-perijodu. Dawn jinkludu qtil illegali, vjolenza sesswali u l-ħruq sistematiku ta' djar u bini tar-Rohingya.

25.6.2018

2.

Maung Maung Soe

Data tat-twelid: Marzu 1964

Sess: raġel

Numru ta' Identifikazzjoni Nazzjonali: Tatmadaw Kyee 19571

Il-Maġġur Ġeneral Maung Maung Soe kien il-Kmandant tal-Kmand tal-Punent tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) minn Ottubru 2016 sal-10 ta' Novembru 2017 u kellu f'idejh l-operazzjonijiet militari fl-Istat ta' Rakhine. F'dak il-kuntest, hu responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine mill-Kmand tal-Punent matul dak il-perijodu. Dawn jinkludu qtil illegali, vjolenza sesswali u ħruq sistematiku ta' djar u bini tar-Rohingya.

25.6.2018

3.

Than Oo

Data tat-twelid: 12 ta' Ottubru 1973

Sess: raġel

Numru ta' identifikazzjoni militari: BC 25723

Il-Brigadier Ġeneral Than Oo hu l-Kmandant tad-Diviżjoni 99 tal-Infanterija Ħafifa tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). F'dak il-kuntest, hu responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine fit-tieni nofs tal-2017 mid-Diviżjoni 99 tal-Infanterija Ħafifa. Dawn jinkludu qtil illegali, vjolenza sesswali u l-ħruq sistematiku ta' djar u bini tar-Rohingya.

25.6.2018

4.

Aung Aung

Sess: raġel

Numru ta' identifikazzjoni militari: BC 23750

Il-Brigadier Ġeneral Aung Aung hu l-Kmandant tad-Diviżjoni 33 tal-Infanterija Ħafifa tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). F'dak il-kuntest, hu responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine fit-tieni nofs tal-2017 mid-Diviżjoni 33 tal-Infanterija Ħafifa. Dawn jinkludu qtil illegali, vjolenza sesswali u l-ħruq sistematiku ta' djar u bini tar-Rohingya.

25.6.2018

5.

Khin Maung Soe

Data tat-twelid: 1972

Sess: raġel

Il-Brigadier Ġenerali Khin Maung Soe hu l-Kmandant tal-Kmand Operattiv Militari 15, kultant magħruf ukoll bħala l-15-il Diviżjoni tal-Infanterija Ħafifa, tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), li taħtha hemm il-Battaljun Nru 564 tal-Infanterija. F'dak il-kuntest, huwa responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine fit-tieni nofs tal-2017 mill-Kmand Operattiv Militari 15, b'mod partikolari l-Battaljun tal-Infanterija Nru 564. Dawn jinkludu qtil illegali, vjolenza sesswali u l-ħruq sistematiku ta' djar u bini tar-Rohingya.

25.6.2018

6.

Thura San Lwin

Data tat-twelid: 17 ta' Marzu 1959

Sess: raġel

Il-Brigadier Ġenerali Thura San Lwin kien il-Kmandant tal-Pulizija tal-Gwardja tal-Fruntiera minn Ottubru 2016 sa' kmieni f'Ottubru 2017. F'dak il-kuntest, hu responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine mill-Pulizija tal-Gwardja tal-Fruntiera matul dak il-perijodu. Dawn jinkludu qtil illegali u ħruq sistematiku ta' djar u bini tar-Rohingya.

25.6.2018

7.

Thant Zin Oo

Sess: raġel

Thant Zin Oo hu l-Kmandant tat-Tmien Battaljun tal-Pulizija tas-Sigurtà. F'dak il-kuntest, hu responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine fit-tieni nofs tal-2017 mit-Tmien Battaljun tal-Pulizija tas-Sigurtà. Il-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem jinkludi qtil illegali u ħruq sistematiku ta' djar u bini tar-Rohingya. Dak il-ksur twettaq flimkien ma', u bħala appoġġ dirett għal, id-Diviżjoni 33 tal-Infanterija Ħafifa tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) immexxija mill-Brigadier Ġeneral Aung Aung. Thant Zin Oo hu għaldaqstant assoċjat mal-persuna elenkata, il-Brigadier Ġeneral Aung Aung.

25.6.2018

8.

Ba Kyaw

Sess: raġel

Ba Kyaw huwa Surġent tal-Persunal fil-564 Battaljun tal-Infanterija Ħafifa (BIĦ) tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). Huwa wettaq atroċitajiet u ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, fosthom qtil, deportazzjoni u tortura, fuq il-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine fit-tieni nofs tal-2017. B'mod partikolari, ġie identifikat bħala wieħed mill-awturi ewlenin tal-massakru ta' Maung Nu tas-27 ta' Awwissu 2017.

21.12.2018

9.

Tun Naing

Sess: raġel

Tun Naing huwa l-Uffiċjal Kmandant tal-bażi tal-Pulizija tal-Gwardja tal-Fruntiera (PGF) f'Taung Bazar. F'dik il-kapaċità, huwa responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fuq il-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine li twettqu mill-PGF F'Taung Bazar qabel, għall-ħabta ta' jew wara l-25 ta' Awwissu 2017, fosthom detenzjoni furzata, trattament ħażin u tortura.

21.12.2018

10.

Khin Hlaing

Data tat-twelid: 2 ta' Mejju 1968

Sess: raġel

Il-Brigadier Ġeneral Khin Hlaing huwa l-eks-Kmandant tad-99 Diviżjoni tal-Infanterija Ħafifa (DIĦ) u l-Kmandant attwali tal-Kmand tal-Grigal tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). Bħala l-Kmandant tad-99 DIĦ huwa ssorvelja l-operazzjonijiet militari li twettqu fl-Istat ta' Shan fl-2016 u l-bidu tal-2017. F'dak il-kuntest, huwa responsabbli mill-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem li twettqu fuq minoranza etnika ta' raħħala fl-Istat ta' Shan fit-tieni nofs tal-2016 mid-99 DIĦ. Dawn jinkludu l-qtil illegali, id-detenzjoni furzata u l-qerda tal-villaġġi.

21.12.2018

11.

Aung Myo Thu

Sess: raġel

Il-Maġġur Aung Myo Thu huwa l-Kmandant tal-Unità Operazzjonali tat-33 Diviżjoni tal-Infanterija Ħafifa (DIĦ) tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). Bħala l-Kmandant tal-Unità Operazzjonali tat-33 DIĦ huwa kellu f'idejh l-operazzjonijiet militari li twettqu fl-Istat ta' Rakhine fl-2017. F'dak il-kuntest, hu responsabbli mill-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa fuq il-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine fit-tieni nofs tal-2017 mit-33 DIĦ. Dawn jinkludu l-qtil illegali, il-vjolenza sesswali u d-detenzjoni furzata.

21.12.2018

12.

Thant Zaw Win

Sess: raġel

Thant Zaw Win huwa Maġġur fil-564 Battaljun tal-Infanterija Ħafifa (BIĦ) tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). F'dik il-kapaċità, huwa kellu f'idejh l-operazzjonijiet militari li twettqu fl-Istat ta' Rakhine u huwa responsabbli mill-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fuq il-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine mill-564 BIĦ, b'mod partikolari fil-villaġġ ta' Maung Nu u madwaru fis-27 ta' Awwissu 2017. Dawn jinkludu qtil illegali, vjolenza sesswali u ħruq sistematiku ta' djar u bini tar-Rohingya.

21.12.2018

13.

Kyaw Chay

Sess: raġel

Kyaw Chay huwa Kapural fil-Pulizija tal-Gwardja tal-Fruntiera (PGF). Qabel kien ibbażat f'Zay Di Pyin u kien l-Uffiċjal Kmandant tal-bażi tal-PGF f'Zay Di Pyin fil-perijodu għall-ħabta tal-25 ta' Awwissu 2017 meta twettqet sensiela ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem mill-PGF taħt il-kmand tiegħu. F'dak il-kuntest, hu responsabbli mill-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-PGF fuq il-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine f'dak il-perijodu. Huwa ħa sehem ukoll fil-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Dan il-ksur jinkludi t-trattament ħażin tad-detenuti u t-tortura.

21.12.2018

14.

Nyi Nyi Swe

Sess: raġel

Il-Ġeneral Maġġur Nyi Nyi Swe huwa l-eks-Kmandant tal-Kmand tat-Tramuntana tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). F'dik il-kapaċità, huwa responsabbli mill-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem li twettqu fl-Istat ta' Kachin minn Mejju 2016 sa April 2018 (sal-ħatra tiegħu bħala Kmandant tal-Kmand tal-Lbiċ) mill-Kmand tat-Tramuntana, fosthom it-trattament ħażin tal-persuni ċivili. Huwa responsabbli wkoll mit-tfixkil tal-għoti ta' assistenza umanitarja lill-persuni ċivili fil-bżonn fl-Istat ta' Kachin f'dak il-perijodu, b'mod partikolari l-imblokkar tat-trasporti tal-ikel.

21.12.2018”


30.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 114/5


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/673

tas-27 ta' Frar 2019

li jemenda r-Regolament (UE) 2018/196 dwar dazji doganali addizzjonali fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/196 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Frar 2018 dwar dazji doganali addizzjonali fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

Billi:

(1)

Minħabba n-nuqqas tal-Istati Uniti li jġibu l-Att dwar il-Kumpens għall-Persistenza tad-Dumping u għaż-Żamma tas-Sussidji (CDSOA) konformi mal-obbligi tagħhom skont il-ftehimiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), ir-Regolament (UE) 2018/196 impona dazju doganali addizzjonali ad valorem ta' 4,3 % fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka. F'konformità mal-awtorizzazzjoni tad-WTO biex tiġi sospiża l-applikazzjoni tal-konċessjonijiet għall-Istati Uniti, il-Kummissjoni se taġġusta ta' kull sena l-livell ta' sospensjoni għal-livell ta' annullament jew ta' indeboliment kkawżat mis-CDSOA fuq l-Unjoni Ewropea f'dak iż-żmien.

(2)

L-iżborżi tas-CDSOA għall-aktar sena reċenti li għaliha hemm data disponibbli għandhom x'jaqsmu mad-distribuzzjoni ta' dazji antidumping u kumpensatorji miġbura matul is-Sena Fiskali 2018 (mill-1 ta' Ottubru 2017 sat-30 ta' Settembru 2018) kif ukoll mad-distribuzzjoni addizzjonali ta' dazji antidumping u kumpensatorji miġbura matul is-Snin Fiskali 2015, 2016 u 2017. Abbażi tad-data ppubblikata mis-Servizz tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri tal-Istati Uniti, il-livell ta' annullament jew ta' indeboliment ikkawżat lill-Unjoni huwa kkalkulat li jammonta għal USD 3 355,82.

(3)

Il-livell ta' annullament jew ta' indeboliment, u konsegwentement, ta' sospensjoni, naqas. Madankollu, il-livell ta' sospensjoni ma jistax jiġi aġġustat għal-livell ta' annullament jew ta' indeboliment billi jiżdiedu jew jitneħħew prodotti mil-lista fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/196. B'konsegwenza ta' hekk, f'konformità mal-Artikolu 3(1)(e) ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni ma tibdilx il-lista ta' prodotti fl-Anness I u temenda r-rata tad-dazju addizzjonali sabiex taġġusta l-livell ta' sospensjoni għal-livell ta' annullament jew ta' indeboliment. Għalhekk jenħtieġ li l-erba' prodotti elenkati fl-Anness I jinżammu fil-lista u jenħtieġ li r-rata tad-dazju tal-importazzjoni addizzjonali tiġi emendata u stabbilita għal 0,001 %.

(4)

L-effett ta' dazju tal-importazzjoni addizzjonali ad valorem ta' 0,001 % fuq l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-prodotti fl-Anness I jirrappreżenta, fuq tul ta' sena, valur ta' kummerċ li ma jaqbiżx USD 3 355,82.

(5)

Biex ikun żgurat li ma jkun hemm l-ebda dewmien fl-applikazzjoni tar-rata emendata tad-dazju ta' importazzjoni addizzjonali, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.

(6)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2018/196 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2018/196 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 2

Dazju ad valorem ta' 0,001 % apparti d-dazju doganali applikabbli skont ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) għandu jiġi impost fuq il-prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Mejju 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Frar 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 44, 16.2.2018, p. 1.


ANNESS

“ANNESS I

Il-prodotti li fuqhom għandhom japplikaw dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni huma identifikati permezz tal-kodiċijiet NM bi tmien ċifri. Id-deskrizzjoni tal-prodotti kklassifikati taħt dawn il-kodiċijiet jistgħu jinstabu fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1).

0710 40 00

ex 9003 19 00“frejms u immuntar ta' nuċċalijiet minn metall ta' valur baxx”

8705 10 00

6204 62 31


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


30.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 114/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/674

tad-29 ta' April 2019

li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, ta' xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, l-Istati Membri ressqu fajls tekniċi għal 243 minn 330 indikazzjoni ġeografika stabbilita għax-xorb spirituż.

(2)

Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 716/2013 (2), il-Kummissjoni vvalutat il-fajls tekniċi abbażi tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, u ffissat perjodu ta' żmien għall-emenda jew għall-irtirar ta' dawk il-fajls tekniċi mill-Istat Membru kkonċernat.

(3)

Il-fajls tekniċi ta' “Königsberger Bärenfang”, “Grappa di Marsala”, “Kirsch Veneto”/“Kirschwasser Veneto” u “Sliwovitz del Veneto” ġew irtirati mill-Ġermanja u mill-Italja rispettivament.

(4)

Skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 716/2013, jekk in-nuqqasijiet li jkunu nstabu fil-fajl tekniku ta' indikazzjoni ġeografika stabbilita mressaq skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 ma jiġux irrimedjati mill-Istat Membru fil-perjodu ta' żmien stabbilit mill-Kummissjoni, dak il-fajl tekniku jitqies bħala mhux ippreżentat.

(5)

In-nuqqasijiet li nstabu fil-fajls tekniċi ta' “Karlovarská Hořká”, “Polish Cherry”, “Orehovec”, “Janeževec” u “Slovenska travarica” ma ġewx irrimedjati.

(6)

Għalhekk jenħtieġ li l-indikazzjonijiet ġeografiċi stabbiliti “Karlovarská Hořká”, “Königsberger Bärenfang”, “Grappa di Marsala”, “Kirsch Veneto”/“Kirschwasser Veneto”, “Sliwovitz del Veneto”, “Polish Cherry”, “Orehovec”, “Janeževec” u “Slovenska travarica” jitneħħew mill-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008.

(7)

Għaldaqstant l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għax-Xorb Spirituż,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 716/2013 tal-25 ta' Lulju 2013 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż (ĠU L 201, 26.7.2013, p. 21).


ANNESS

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-kategorija tal-prodott 6. Grape marc spirit, il-linja

 

Grappa di Marsala

L-Italja”

titħassar;

(2)

fil-kategorija tal-prodott 9. Spirti tal-Frott, il-linji

 

Sliwovitz del Veneto

Kirsch Veneto/Kirschwasser Veneto

L-Italja

L-Italja”

jitħassru;

(3)

fil-kategorija tal-prodott 25. Xorb alkoħoliku bit-togħma tal-aniżett, il-linja

 

Janeževec

Is-Slovenja”

titħassar;

(4)

fil-kategorija tal-prodott 30. Xarbiet spiritużi b'togħma morra/bitter, il-linja

 

Slovenska travarica

Is-Slovenja”

titħassar;

(5)

fil-kategorija tal-prodott 32. Likur, il-linji

 

Polish Cherry

Karlovarská Hořká

Il-Polonja

Ir-Repubblika Ċeka”

jitħassru;

(6)

fil-kategorija tal-prodott 40. Nocino, il-linja

 

Orehovec

Is-Slovenja”

titħassar;

(7)

fil-kategorija tal-prodott Xorb spirituż ieħor, il-linja

 

Königsberger Bärenfang

Il-Ġermanja”

titħassar.


30.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 114/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/675

tad-29 ta' April 2019

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1067/2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffari Komunitarji għal qamħ komuni ta' kwalità differenti minn dik superjuri oriġinanti minn pajjiżi terzi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 187 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1067/2008 (2) jipprovdi għall-ftuħ ta' kwota tariffarja globali għall-importazzjoni ta' 3 073 177 tunnellata ta' qamħ komuni li jaqa' taħt il-kodiċi tan-NM bin-numru 1001 99 00 u li huwa ta' kwalità differenti minn dik superjuri, b'rata tad-dazju ta' EUR 12 għal kull tunnellata.

(2)

Fi ħdan il-kwota tariffarja globali, l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008 jipprevedi subkwota ta' 2 378 387 tunnellata għall-pajjiżi terzi, ħlief għall-Kanada u għall-Istati Uniti tal-Amerka, kif ukoll subkwota erga omnes ta' 122 790 tunnellata.

(3)

Madankollu, fil-kuntest tal-Ftehim mal-Istati Uniti fil-qafas tal-Artikolu XXIV:6 tal-GATT wara t-tkabbir tal-Unjoni Ewropea fl-2004 (3), ġie miftiehem li jitqies volum ta' 6 787 tunnellata fi ħdan is-subkwota erga omnes. Għalhekk għandhom jiżdiedu 6 787 tunnellata mas-subkwota erga omnes filwaqt li l-istess kwantità għandha titnaqqas mis-subkwota għall-pajjiżi terzi, ħlief għall-Kanada u għall-Istati Uniti tal-Amerka.

(4)

Abbażi tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008, is-subkwota għall-pajjiżi terzi, ħlief għall-Kanada u għall-Istati Uniti tal-Amerka, għandha tiġi diviża f'erba' subperjodi ta' tliet xhur. Filwaqt li jitqies it-tnaqqis imsemmi hawn fuq tal-kwantità għal dik is-subkwota, huwa meħtieġ li jiġi adattat il-volum ta' kull subperjodu ta' tliet xhur.

(5)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1067/2008 jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Il-kwota tariffarja tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1) għandha tiġi diviża fi tliet subkwoti:

(a)

is-subkwota I (bin-numru tal-ordni 09.4123): 572 000 tunnellata għall-Istati Uniti tal-Amerka;

(b)

is-subkwota II (bin-numru tal-ordni 09.4125): 2 371 600 tunnellata għall-pajjiżi terzi, minbarra l-Kanada u l-Istati Uniti tal-Amerka;

(c)

is-subkwota III (bin-numru tal-ordni 09.4133): 129 577 tunnellata erga omnes.”;

(2)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Is-subkwota II għandha tiġi diviża f'erba' subperjodi ta' tliet xhur, li jkopru d-dati u l-kwantitajiet li ġejjin:

(a)

is-subperjodu 1: mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu: 592 900 tunnellata;

(b)

is-subperjodu 2: mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju: 592 900 tunnellata;

(c)

is-subperjodu 3: mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru: 592 900 tunnellata;

(d)

is-subperjodu 4: mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru: 592 900 tunnellata.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1067/2008 tat-30 ta' Ottubru 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffari Komunitarji għal qamħ komuni ta' kwalità differenti minn dik superjuri oriġinanti minn pajjiżi terzi u li tidderoga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 290, 31.10.2008, p. 3).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/333/KE tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika bis-saħħa tal-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja matul l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 124, 11.5.2006, p. 13).


30.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 114/12


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/676

tad-29 ta' April 2019

li japprova s-sustanza attiva b'riskju baxx ABE-IT 56 (il-komponenti tal-liżat tas-Saccharomyces cerevisiae tar-razza DDSF623), skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 22(1) flimkien mal-Artikolu 13(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fl-1 ta' April 2016 it-Task Force ABE-IT 56 ippreżentat lil Franza applikazzjoni għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva ABE-IT 56 (il-komponenti tal-liżat tas- Saccharomyces cerevisiae tar-razza DDSF623) (minn hawn 'il quddiem “ABE-IT 56”).

(2)

F'konformità mal-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, Franza, bħala l-Istat Membru relatur, innotifikat lill-applikant, lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) dwar l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni fil-25 ta' Mejju 2016.

(3)

Fl-20 ta' Ġunju 2017, l-Istat Membru relatur ippreżenta abbozz ta' rapport ta' valutazzjoni lill-Kummissjoni, b'kopja lill-Awtorità, li fih ġie vvalutat jekk dik is-sustanza attiva hix mistennija li tissodisfa l-kriterji ta' approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(4)

L-Awtorità kkonformat mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. F'konformità mal-Artikolu 12(3) ta' dak ir-Regolament, hi talbet li l-applikant jipprovdi informazzjoni addizzjonali lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità. F'Mejju 2018 il-valutazzjoni tal-informazzjoni addizzjonali ġiet ippreżentata mill-Istat Membru relatur lill-Awtorità fil-format ta' abbozz aġġornat tar-rapport ta' valutazzjoni.

(5)

Fis-26 ta' Lulju 2018, l-Awtorità kkomunikat lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha dwar jekk is-sustanza attiva ABE-IT 56 hix mistennija li tissodisfa l-kriterji ta' approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 (2). L-Awtorità ppubblikat il-konklużjoni tagħha.

(6)

Fit-23 ta' Ottubru 2018 il-Kummissjoni ppreżentat lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf ir-rapport ta' rieżami għall-ABE-IT 56 u fit-22 ta' Marzu 2019 abbozz ta' Regolament li jipprevedi l-approvazzjoni tal-ABE-IT 56.

(7)

L-applikant ingħata l-possibbiltà li jippreżenta l-kummenti tiegħu dwar ir-rapport ta' rieżami.

(8)

Ġie stabbilit li l-kriterji ta' approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati fir-rigward ta' użu rappreżentattiv wieħed jew aktar, ta' mill-anqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, u b'mod partikolari l-użi li ġew eżaminati u spjegati fir-rapport ta' rieżami. Għaldaqstant, huwa xieraq li tiġi approvata l-ABE-IT 56.

(9)

Il-Kummissjoni tikkunsidra wkoll li l-ABE-IT 56 hija sustanza attiva b'riskju baxx skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. L-ABE-IT 56 mhijiex sustanza ta' tħassib u tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 5 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. L-ABE-IT 56 hija prodott ta' frazzjonament tal-liżat tas-Saccharomyces cerevisiae tar-razza DDSF623. Is-Saccharomyces cerevisiae hija l-ħmira l-aktar użata fil-produzzjoni industrijali/kummerċjali tal-ikel u tax-xorb u tinsab kullimkien fl-ambjent. Mhijiex patoġenika għall-bnedmin jew għall-annimali, u lanqas mhi infettiva għall-bnedmin. Din ġeneralment isseħħ b'mod naturali u ma tikkostitwixxi riskju distint għall-ebda kompartiment ambjentali.

(10)

Għalhekk huwa xieraq li l-ABE-IT 56 tiġi approvata bħala sustanza b'riskju baxx għal perjodu ta' 15-il sena.

(11)

F'konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3) jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(12)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Approvazzjoni tas-sustanza attiva

Is-sustanza attiva ABE-IT 56 (il-komponenti tal-liżat tas-Saccharomyces cerevisiae tar-razza DDSF623), kif speċifikat fl-Anness I, hija approvata soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f'konformità mal-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance ABE-IT 56 (components of lysate of Saccharomyces cerevisiae strain DDSF623). EFSA Journal 2018;16(9):5400, 14 pp. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2018.5400.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

L-ABE-IT 56 (il-komponenti tal-liżat tas-Saccharomyces cerevisiae tar-razza DDSF623)

Mhux applikabbli

1 000 g/kg (sustanza attiva)

L-20 ta' Mejju 2019

L-20 ta' Mejju 2034

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi, kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' rieżami dwar l-ABE-IT 56 (il-komponenti tal-liżat tas-Saccharomyces cerevisiae tar-razza DDSF623), u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' rieżami.


ANNESS II

Fil-Parti D tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiżdied l-entrata li ġejja:

Numru

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“16

L-ABE-IT 56 (il-komponenti tal-liżat tas-Saccharomyces cerevisiae tar-razza DDSF623)

Mhux Applikabbli

1 000 g/kg (sustanza attiva)

L-20 ta' Mejju 2019

L-20 ta' Mejju 2034

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi, kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' rieżami dwar l-ABE-IT 56 (il-komponenti tal-liżat tas-Saccharomyces cerevisiae tar-razza DDSF623), u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' rieżami.


30.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 114/15


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/677

tad-29 ta' April 2019

li jikkonċerna n-nuqqas ta' tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva klorotalonil skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/53/KE (2) daħħlet il-klorotalonil bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3).

(2)

Is-sustanzi attivi inklużi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u huma mniżżlin fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4).

(3)

Kif stipulat fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-approvazzjoni tas-sustanza attiva klorotalonil tiskadi fil-31 ta' Ottubru 2019.

(4)

Ġiet ippreżentata applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-klorotalonil skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (5) fil-perjodu taż-żmien previst f'dak l-Artikolu.

(5)

L-applikanti ippreżentaw id-dossiers supplimentari meħtieġa skont l-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012. L-Istat Membru relatur sab li l-applikazzjoni kienet kompluta.

(6)

L-Istat Membru relatur ħejja rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid b'konsultazzjoni mal-Istat Membru korelatur u fit-2 ta' Settembru 2016 bagħtu lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem, “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni.

(7)

L-Awtorità bagħtet ir-rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid lill-applikanti u lill-Istati Membri għall-kummenti tagħhom, u għaddiet il-kummenti li rċeviet lill-Kummissjoni. L-Awtorità ppubblikat ukoll is-sommarju tal-fajl addizzjonali.

(8)

Fis-6 ta' Diċembru 2017, l-Awtorità bagħtet il-konklużjoni (6) tagħha lill-Kummissjoni dwar jekk il-klorotalonil jistax jiġi mistenni jissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jew le.

(9)

Ġie identifikat tħassib kritiku mill-Awtorità fir-rigward tal-kontaminazzjoni tal-ilma ta' taħt l-art mill-metaboliti tal-klorotalonil. B'mod partikolari, huwa mistenni li jkun hemm il-metaboliti R417888, R419492, R471811, SYN507900, M3, M11, M2, M7 u M10 f'valur ogħla mill-valur parametriku ta' 0,1 μg/L fix-xenarji pertinenti kollha għall-użu tal-klorotalonil. Għaldaqstant, attwalment ma jistax jiġi stabbilit li l-preżenza tal-metaboliti tal-klorotalonil fl-ilma ta' taħt l-art mhux se twassal għal effetti inaċċettabbli fuq l-ilma ta' taħt l-art u għal effetti ta' ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem kif meħtieġ fl-Artikolu 4(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Barra minn hekk, l-Awtorità ma setgħetx teskludi tħassib dwar il-ġenotossiċità għar-residwi li se jiġu esposti għalihom il-konsumaturi u identifikat riskju għoli għall-amfibji u għall-ħut għall-użi kollha evalwati.

(10)

Barra minn hekk, diversi oqsma tal-valutazzjoni tar-riskju ma setgħux jiġu ffinalizzati minħabba nuqqas ta' data fid-dossier. B'mod partikolari, il-valutazzjoni tar-riskju għall-konsumatur mill-esponiment djetetiku ma setgħetx titlesta minħabba nuqqas ta' data biex tiġi kkonfermata d-definizzjoni tar-residwu fil-pjanti u l-valutazzjoni tal-esponiment tal-bhejjem, inkluż il-valutazzjoni tossikoloġika ta' metabolit.

(11)

Barra minn hekk, il-klorotalonil huwa kklassifikat bħala karċinoġenu tal-kategorija 2 skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) filwaqt li fil-konklużjoni tal-Awtorità huwa indikat li l-klorotalonil jenħtieġ li jiġi kklassifikat bħala karċinoġenu tal-kategorija 1B. Għall-użi rappreżentattivi meqjusa, il-livelli tar-residwi kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 ma setgħux jiġu kkonfermati għall-prodotti tal-pjanti u tal-annimali minħabba nuqqas ta' data dwar il-kobor u t-tossiċità tal-metaboliti li huma inklużi fid-definizzjoni tar-residwu għall-valutazzjoni tar-riskju. Għaldaqstant, ir-rekwiżit stipulat fil-Punt 3.6.3 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 mhuwiex issodisfat.

(12)

Il-Kummissjoni stiednet lill-applikanti biex iressqu l-kummenti tagħhom dwar il-konklużjoni tal-Awtorità u, f'konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, biex iressqu kummenti dwar l-abbozz tar-rapport ta' tiġdid. L-applikanti bagħtu l-kummenti tagħhom, li ġew eżaminati bir-reqqa.

(13)

Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa mill-applikanti, it-tħassib relatat mas-sustanza ma setax jiġi eliminat.

(14)

B'konsegwenza ta' dan, fir-rigward ta' wieħed jew aktar mill-użi rappreżentattivi ta' mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti ma ġiex stabbilit li l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 ġew issodisfati. Huwa għalhekk xieraq li ma tiġġeddidx l-approvazzjoni tas-sustanza attiva klorotalonil f'konformità mal-Artikolu 20(1)(b) ta' dak ir-Regolament.

(15)

Għalhekk, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(16)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw żmien biżżejjed biex jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-klorotalonil.

(17)

Rigward il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-klorotalonil, meta l-Istati Membri jagħtu xi perjodu ta' grazzja f'konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, dak il-perjodu għandu jiskadi sa mhux aktar tard mill-20 ta' Mejju 2020.

(18)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1262 (8) estenda d-data ta' approvazzjoni tal-klorotalonil sal-31 ta' Ottubru 2019 biex jippermetti li l-proċess tat-tiġdid jitlesta qabel ma tiskadi l-approvazzjoni ta' dik is-sustanza. Madankollu, billi ttieħdet deċiżjoni dwar in-nuqqas ta' tiġdid tal-approvazzjoni qabel din id-data ta' skadenza estiża, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika minnufih.

(19)

Dan ir-Regolament ma jipprevenix is-sottomissjoni ta' applikazzjoni oħra għall-approvazzjoni tal-klorotalonil skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(20)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Nuqqas ta' tiġdid tal-approvazzjoni ta' sustanza attiva

L-approvazzjoni tas-sustanza attiva klorotalonil ma ġietx imġedda.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

Fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, titħassar ir-ringiela 101 dwar il-klorotalonil.

Artikolu 3

Miżuri tranżizzjonali

L-Istati Membri għandhom jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-klorotalonil bħala s-sustanza attiva sa mhux aktar tard mill-20 ta' Novembru 2019.

Artikolu 4

Perjodu ta' grazzja

Kull perjodu ta' grazzja mogħti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandu jkun qasir kemm jista' jkun u għandu jiskadi sa mhux aktar tard mill-20 ta' Mejju 2020.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/53/KE tas-16 ta' Settembru 2005 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi l-chlorothalonil, il-chlorotoluron, is-cypermethrin, id-daminozide u t-thiophanate-methyl bħala sustanzi attivi (ĠU L 241, 17.9.2005, p. 51).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).

(6)  EFSA (l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel), 2016. Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance chlorothalonil. EFSA Journal2018;16(1):5126, 40 pp.; https://doi.org/10.2903/j.efsa.2018.5126.

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(8)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1262 tal-20 ta' Settembru 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-metilċiklopropen, beta-ċiflutrin, klorotalonil, klorotoluron, klomażon, ċipermetrina, daminożid, deltametrina, dimetenammid-p, diuron, fludioksonil, flufenaċet, flurtamon, fostijażat, indoksakarb, MCPA, MCPB, prosulfokarb, tijofanat-metil u tribenuron (ĠU L 238, 21.9.2018, p. 62).


DEĊIŻJONIJIET

30.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 114/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/678

tad-29 ta' April 2019

li temenda d-Deċiżjoni 2013/184/PESK dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma

Il-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' April 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/184/PESK (1) dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma.

(2)

Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2013/184/PESK, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jiġġeddu sat-30 ta' April 2020.

(3)

Waslet informazzjoni aġġornata għal żewġ inklużjonijiet fil-lista, u jenħtieġ li għall-persuni kollha li jinsabu elenkati jiġi inkluż is-sess tagħhom.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/184/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2013/184/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 12 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 12

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-30 ta' April 2020. Għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Għandha tiġi mġedda, jew emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”

(2)

L-Anness huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK tat-22 ta' April 2013 dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Mjanmar/Burma u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/232/PESK (ĠU L 111, 23.4.2013, p. 75).


ANNESS

L-entrati 1 sa 14 fil-lista ta' persuni u entitajiet stabbilita fl-Anness għad-Deċiżjoni 2013/184/PESK huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-inklużjoni fil-lista

“1.

Aung Kyaw Zaw

Data tat-twelid: 20 ta' Awwissu 1961

Sess: raġel

Numru tal-passaport: DM000826

Data tal-ħruġ: 22 ta' Novembru 2011

Data tal-iskadenza: 21 ta' Novembru 2021

Numru ta' identifikazzjoni militari: BC 17444

Il-Logutenent Ġeneral Aung Kyaw Zaw kien il-Kmandant tal-Uffiċċju tal-Operazzjonijiet Speċjali Nru 3 tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) minn Awwissu 2015 sa tmiem l-2017. L-Uffiċċju tal-Operazzjonijiet Speċjali Nru 3 kellu f'idejh il-Kmand tal-Punent u, f'dak il-kuntest, il-Logutenent Ġeneral Aung Kyaw Zaw hu responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem li twettqu kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine mill-Kmand tal-Punent matul dak il-perijodu. Dawn jinkludu qtil illegali, vjolenza sesswali u l-ħruq sistematiku ta' djar u bini tar-Rohingya.

25.6.2018

2.

Maung Maung Soe

Data tat-twelid: Marzu 1964

Sess: raġel

Numru ta' Identifikazzjoni Nazzjonali: Tatmadaw Kyee 19571

Il-Maġġur Ġeneral Maung Maung Soe kien il-Kmandant tal-Kmand tal-Punent tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) minn Ottubru 2016 sal-10 ta' Novembru 2017 u kellu f'idejh l-operazzjonijiet militari fl-Istat ta' Rakhine. F'dak il-kuntest, hu responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine mill-Kmand tal-Punent matul dak il-perijodu. Dawn jinkludu qtil illegali, vjolenza sesswali u ħruq sistematiku ta' djar u bini tar-Rohingya.

25.6.2018

3.

Than Oo

Data tat-twelid: 12 ta' Ottubru 1973

Sess: raġel

Numru ta' identifikazzjoni militari: BC 25723

Il-Brigadier Ġeneral Than Oo hu l-Kmandant tad-Diviżjoni 99 tal-Infanterija Ħafifa tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). F'dak il-kuntest, hu responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine fit-tieni nofs tal-2017 mid-Diviżjoni 99 tal-Infanterija Ħafifa. Dawn jinkludu qtil illegali, vjolenza sesswali u l-ħruq sistematiku ta' djar u bini tar-Rohingya.

25.6.2018

4.

Aung Aung

Sess: raġel

Numru ta' identifikazzjoni militari: BC 23750

Il-Brigadier Ġeneral Aung Aung hu l-Kmandant tad-Diviżjoni 33 tal-Infanterija Ħafifa tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). F'dak il-kuntest, hu responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine fit-tieni nofs tal-2017 mid-Diviżjoni 33 tal-Infanterija Ħafifa. Dawn jinkludu qtil illegali, vjolenza sesswali u l-ħruq sistematiku ta' djar u bini tar-Rohingya.

25.6.2018

5.

Khin Maung Soe

Data tat-twelid: 1972

Sess: raġel

Il-Brigadier Ġenerali Khin Maung Soe hu l-Kmandant tal-Kmand Operattiv Militari 15, kultant magħruf ukoll bħala l-15-il Diviżjoni tal-Infanterija Ħafifa, tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), li taħtha hemm il-Battaljun Nru 564 tal-Infanterija. F'dak il-kuntest, huwa responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine fit-tieni nofs tal-2017 mill-Kmand Operattiv Militari 15, b'mod partikolari l-Battaljun tal-Infanterija Nru 564. Dawn jinkludu qtil illegali, vjolenza sesswali u l-ħruq sistematiku ta' djar u bini tar-Rohingya.

25.6.2018

6.

Thura San Lwin

Data tat-twelid: 17 ta' Marzu 1957

Sess: raġel

Il-Brigadier Ġenerali Thura San Lwin kien il-Kmandant tal-Pulizija tal-Gwardja tal-Fruntiera minn Ottubru 2016 sa' kmieni f'Ottubru 2017. F'dak il-kuntest, hu responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine mill-Pulizija tal-Gwardja tal-Fruntiera matul dak il-perijodu. Dawn jinkludu qtil illegali u ħruq sistematiku ta' djar u bini tar-Rohingya.

25.6.2018

7.

Thant Zin Oo

Sess: raġel

Thant Zin Oo hu l-Kmandant tat-Tmien Battaljun tal-Pulizija tas-Sigurtà. F'dak il-kuntest, hu responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine fit-tieni nofs tal-2017 mit-Tmien Battaljun tal-Pulizija tas-Sigurtà. Il-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem jinkludi qtil illegali u ħruq sistematiku ta' djar u bini tar-Rohingya. Dak il-ksur twettaq flimkien ma', u bħala appoġġ dirett għal, id-Diviżjoni 33 tal-Infanterija Ħafifa tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) immexxija mill-Brigadier Ġeneral Aung Aung. Thant Zin Oo hu għaldaqstant assoċjat mal-persuna elenkata, il-Brigadier Ġeneral Aung Aung.

25.6.2018

8.

Ba Kyaw

Sess: raġel

Ba Kyaw huwa Surġent tal-Persunal fil-564 Battaljun tal-Infanterija Ħafifa (BIĦ) tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). Huwa wettaq atroċitajiet u ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, fosthom qtil, deportazzjoni u tortura, fuq il-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine fit-tieni nofs tal-2017. B'mod partikolari, ġie identifikat bħala wieħed mill-awturi ewlenin tal-massakru ta' Maung Nu tas-27 ta' Awwissu 2017.

21.12.2018

9.

Tun Naing

Sess: raġel

Tun Naing huwa l-Uffiċjal Kmandant tal-bażi tal-Pulizija tal-Gwardja tal-Fruntiera (PGF) f'Taung Bazar. F'dik il-kapaċità, huwa responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fuq il-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine li twettqu mill-PGF F'Taung Bazar qabel, għall-ħabta ta' jew wara l-25 ta' Awwissu 2017, fosthom detenzjoni furzata, trattament ħażin u tortura.

21.12.2018

10.

Khin Hlaing

Data tat-twelid: 2 ta' Mejju 1968

Sess: raġel

Il-Brigadier Ġeneral Khin Hlaing huwa l-eks-Kmandant tad-99 Diviżjoni tal-Infanterija Ħafifa (DIĦ) u l-Kmandant attwali tal-Kmand tal-Grigal tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). Bħala l-Kmandant tad-99 DIĦ huwa ssorvelja l-operazzjonijiet militari li twettqu fl-Istat ta' Shan fl-2016 u l-bidu tal-2017. F'dak il-kuntest, huwa responsabbli mill-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem li twettqu fuq minoranza etnika ta' raħħala fl-Istat ta' Shan fit-tieni nofs tal-2016 mid-99 DIĦ. Dawn jinkludu l-qtil illegali, id-detenzjoni furzata u l-qerda tal-villaġġi.

21.12.2018

11.

Aung Myo Thu

Sess: raġel

Il-Maġġur Aung Myo Thu huwa l-Kmandant tal-Unità Operazzjonali tat-33 Diviżjoni tal-Infanterija Ħafifa (DIĦ) tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). Bħala l-Kmandant tal-Unità Operazzjonali tat-33 DIĦ huwa kellu f'idejh l-operazzjonijiet militari li twettqu fl-Istat ta' Rakhine fl-2017. F'dak il-kuntest, hu responsabbli mill-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa fuq il-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine fit-tieni nofs tal-2017 mit-33 DIĦ. Dawn jinkludu l-qtil illegali, il-vjolenza sesswali u d-detenzjoni furzata.

21.12.2018

12.

Thant Zaw Win

Sess: raġel

Thant Zaw Win huwa Maġġur fil-564 Battaljun tal-Infanterija Ħafifa (BIĦ) tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). F'dik il-kapaċità, huwa kellu f'idejh l-operazzjonijiet militari li twettqu fl-Istat ta' Rakhine u huwa responsabbli mill-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fuq il-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine mill-564 BIĦ, b'mod partikolari fil-villaġġ ta' Maung Nu u madwaru fis-27 ta' Awwissu 2017. Dawn jinkludu qtil illegali, vjolenza sesswali u ħruq sistematiku ta' djar u bini tar-Rohingya.

21.12.2018

13.

Kyaw Chay

Sess: raġel

Kyaw Chay huwa Kapural fil-Pulizija tal-Gwardja tal-Fruntiera (PGF). Qabel kien ibbażat f'Zay Di Pyin u kien l-Uffiċjal Kmandant tal-bażi tal-PGF f'Zay Di Pyin fil-perijodu għall-ħabta tal-25 ta' Awwissu 2017 meta twettqet sensiela ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem mill-PGF taħt il-kmand tiegħu. F'dak il-kuntest, hu responsabbli mill-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-PGF fuq il-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine f'dak il-perijodu. Huwa ħa sehem ukoll fil-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Dan il-ksur jinkludi t-trattament ħażin tad-detenuti u t-tortura.

21.12.2018

14.

Nyi Nyi Swe

Sess: raġel

Il-Ġeneral Maġġur Nyi Nyi Swe huwa l-eks-Kmandant tal-Kmand tat-Tramuntana tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). F'dik il-kapaċità, huwa responsabbli mill-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem li twettqu fl-Istat ta' Kachin minn Mejju 2016 sa April 2018 (sal-ħatra tiegħu bħala Kmandant tal-Kmand tal-Lbiċ) mill-Kmand tat-Tramuntana, fosthom it-trattament ħażin tal-persuni ċivili. Huwa responsabbli wkoll mit-tfixkil tal-għoti ta' assistenza umanitarja lill-persuni ċivili fil-bżonn fl-Istat ta' Kachin f'dak il-perijodu, b'mod partikolari l-imblokkar tat-trasporti tal-ikel.

21.12.2018”


30.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 114/22


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ EWROPEA TAT-TITOLI U S-SWIEQ (UE) 2019/679

tas-17 ta' April 2019

li ġġedded ir-restrizzjoni temporanja tal-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta' kuntratti għal differenzi lil klijenti mhux professjonali

IL-BORD TAS-SUPERVIŻURI TAL-AWTORITÀ EWROPEA TAT-TITOLI U S-SWIEQ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010, li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 9(5), 43(2) u 44(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 40 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/567 tat-18 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-definizzjonijiet, it-trasparenza, il-kompressjoni tal-portafoll u l-miżuri superviżorji fuq l-intervent fuq prodotti u pożizzjonijiet (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni (UE) 2018/796 (4), l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) irrestrinġiet il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta' kuntratti għal differenzi (CFDs) lil klijenti mhux professjonali b'effett mill-1 ta' Awwissu 2018 għal perjodu ta' tliet xhur.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 40(6) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, l-ESMA trid tirrieżamina miżura temporanja dwar l-intervent fuq il-prodott f'intervalli xierqa u tal-inqas kull tliet xhur.

(3)

Bid-Deċiżjoni (UE) 2018/1636 (5), l-ESMA ġeddet u emendat ir-restrizzjoni temporanja tal-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta' CFDs lill-klijenti mhux professjonali b'effett mill-1 ta' Novembru 2018 għal perjodu ta' tliet xhur. Bid-Deċiżjoni (UE) 2019/155 (6), l-ESMA reġgħet ġeddet ir-restrizzjoni temporanja tal-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta' CFDs lill-klijenti mhux professjonali skont l-istess termini bħal fid-Deċiżjoni (UE) 2018/1636, b'effett mill-1 ta' Frar 2019 għal perjodu ta' tliet xhur.

(4)

Ir-rieżami ulterjuri tal-ESMA tar-restrizzjoni fuq CFDs ġie informat minn, inter alia, stħarriġ fost l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (7) (NCAs) dwar l-applikazzjoni prattika u l-impatt tal-miżura dwar l-intervent fuq il-prodott kif ukoll informazzjoni addizzjonali pprovduta mill-NCAs u mill-partijiet ikkonċernati. Din l-informazzjoni tippreżenta tendenzi simili bħall-informazzjoni li wasslet għat-tiġdid preċedenti, id-Deċiżjoni (UE) 2019/155.

(5)

L-NCAs sabu biss eżempji limitati ta' nonkonformità mal-miżura tal-ESMA dwar l-intervent fuq il-prodott, li prinċipalment kienu relatati mat-twissijiet ta' riskju, b'mod partikolari l-fornituri tas-CFDs li juru l-banners fuq l-internet jew reklami oħrajn elettroniċi li ma kienx fihom it-twissija ta' riskju meħtieġ. Filwaqt li l-banners fuq l-internet jew reklamar elettroniku ieħor tipikament ma kinux jirreferu b'mod espliċitu għal CFDs iżda pjuttost għal attivitajiet ta' investiment onlajn, l-NCAs u l-ESMA se jkomplu jissorveljaw il-konformità tagħhom mar-rekwiżiti ta' twissija tar-riskju u li ma jintużawx bħala mezz ta' ċirkomvenzjoni.

(6)

L-NCAs irrapportaw tnaqqis globali fin-numru ta' kontijiet ta' CFDs ta' klijienti mhux professjonali, fil-volum tan-negozjar u l-ekwità totali tal-klijent mhux professjonali matul dawn it-tliet xhur minn Novembru 2017 sa Jannar 2018 (l-ewwel perjodu) meta mqabbel ma' Novembru 2018 sa Jannar 2019 (it-tieni perjodu). Is-sehem tal-kontijiet bi profitt baqa' stabbli b'mod ġenerali meta mqabbel ma' dawn il-perjodi (8). Il-kostijiet medji mġarrba minn klijenti mhux prefessjonali waqt in-negozjar ta' CFDs, li jidhru inqas dependenti mill-kondizzjonijiet tas-suq milli l-eżiti globali tal-klijent, kienu ferm inqas fit-tieni perjodu meta mqabbla mal-ewwel perjodu (9). Il-kostijiet medji fir-rigward ta' kontijiet attivi ta' klijenti mhux professjonali li jinkludu CFDs fuq kriptovaluti niżlu b'mod sproporzjonat meta mqabbla ma' oħrajn, għalkemm dawn il-kontijiet komplew iġarrbu kostijiet ogħla milli kontijiet mingħajr esponiment għal kriptovaluta. Fl-aħħar nett, l-NCAs irrapportaw tnaqqis sostanzjali fin-numru tal-għeluq awtomatiku, in-numru ta' drabi meta l-kontijiet spiċċaw f'ekwità negattiva u d-daqs ta' bilanċi ta' ekwità negattiva għall-kontijiet tal-klijenti mhux professjonali (10).

(7)

L-NCAs irrapportaw ukoll żieda fin-numru ta' klijenti ttrattati bħala klijenti professjonali fuq talba tul it-tieni perjodu meta mqabbla mal-ewwel perjodu. L-ESMA hija konxja li xi fornituri ta' CFD qed jirreklamaw lill-klijenti mhux professjonali l-possibbiltà li jsiru klijenti professjonali fuq talba. Madankollu, klijent mhux professjonali jista' jitlob li jiġi ttrattat bħala klijent professjonali meta, b'mod partikolari, il-klijent jissottometti talba bil-miktub f'konformità mar-rekwiżiti kollha stipulati fil-leġiżlazzjoni applikabbli. Il-fornituri għandhom jiżguraw li huma jikkonformaw dejjem ma' dawk ir-rekwiżiti (11). L-ESMA hija konxja wkoll li xi ditti ta' pajjiżi terzi qed jersqu b'mod attiv lejn klijenti tal-Unjoni jew li xi fornituri ta' CFD fl-Unjoni qed jikkummerċjalizzaw il- possibbiltà li klijenti mhux professjonali jmexxu l-kontijiet tagħhom f'entità intragrupp ta' pajjiż terz. Madankollu, mingħajr awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni fl-Unjoni, ditti ta' pajjiżi terzi jistgħu biss joffru servizzi lil klijenti stabbiliti jew li jinsabu fl-Unjoni fuq inizjattiva proprja esklussiva tal-klijent. Fl-aħħar nett, l-ESMA hija konxja li d-ditti qed jibdew jipprovdu prodotti oħra ta' investiment spekulattiv. L-ESMA ser tkompli tissorvelja l-offerta ta' dawn il-prodotti l-oħra biex tiddetermina jekk miżuri oħra tal-Unjoni jkunux xierqa.

(8)

Sa mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2018/796, l-ESMA ma kisbitx evidenza li tikkontradixxi s-sejba ġenerali tagħha ta' tħassib sinifikanti dwar il-protezzjoni tal-investituri identifikat fid-Deċiżjoni (UE) 2018/796, fid-Deċiżjoni (UE) 2018/1636 jew fid-Deċiżjoni (UE) 2019/155 (Deċiżjonijiet). Għaldaqstant l-ESMA kkonkludiet li t-tħassib sinifikanti dwar il-protezzjoni tal-investituri identifikat fid-Deċiżjonijiet ser jippersisti jekk ir-restrizzjoni temporanja tal-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta' CFDs lil klijenti mhux professjonali ma tiġix imġedda.

(9)

Barra minn hekk, ir-rekwiżiti regolatorji eżistenti applikabbli skont il-liġi tal-Unjoni ma nbidlux u jibqgħu ma jindirizzawx it-theddid identifikat mill-ESMA. Barra minn hekk, l-NCAs ma ħadux azzjoni biex jindirizzaw it-theddid jew l-azzjonijiet meħudin ma jindirizzawx it-theddid b'mod adegwat. Dan ikompli jkun ta' tħassib pan-Ewropew. Għalhekk, l-ESMA tqis li, fin-nuqqas ta' NCAs addizzjonali li jadottaw miżuri nazzjonali dwar l-intervent fuq il-prodotti, hemm bżonn li l-miżura tal-ESMA terġa' tiġġedded sabiex it-tħassib sinifikanti dwar il-protezzjoni tal-investituri identifikat fid-Deċiżjonijiet jiġi indirizzat b'mod adegwat.

(10)

It-tiġdid tar-restrizzjoni m'għandux effett detrimentali fuq l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji jew fuq l-investituri li huwa sproporzjonat għall-benefiċċji tal-azzjoni u ma joħloqx riskju ta' arbitraġġ regolatorju għall-istess raġunijiet stipulati fid-Deċiżjonijiet.

(11)

Jekk ir-restrizzjoni temporanja ma tiġġeddidx, l-ESMA tkompli tikkunsidra li x'aktarx is-CFDs ser jerġgħu jiġu offruti lil klijenti mhux professjonali mingħajr miżuri adegwati biex jipproteġu lilhom b'mod suffiċjenti kontra r-riskji relatati ma' dawk il-prodotti li taw bidu għad-detriment tal-konsumatur identifikat fid-Deċiżjonijiet.

(12)

Fid-dawl ta' dawn ir-raġunijiet, meħuda flimkien mar-raġunijiet stipulati fid-Deċiżjonijiet, l-ESMA ddeċidiet li ġġedded ir-restrizzjoni fuq l-istess termini bħal dawk stipulati fid- Deċiżjoni (UE) 2018/1636 u fid-Deċiżjoni (UE) 2019/155 għal perjodu addizzjonali ta' tliet xhur biex tindirizza t-tħassib sinifikanti dwar il-protezzjoni tal-investituri.

(13)

Billi l-miżuri proposti jistgħu, sa ċertu punt limitat, jirrigwardaw derivattivi ta' komoditajiet agrikoli, l-ESMA kkonsultat il-korpi pubbliċi kompetenti għas-sorveljanza, għall-amministrazzjoni u għar-regolamentazzjoni ta' swieq agrikoli fiżiċi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (12). L-ebda wieħed minn dawn il-korpi ma qajjem kwalunkwe oġġezzjoni għat-tiġdid propost tal-miżuri.

(14)

L-ESMA nnotifikat lill-NCAs dwar id-Deċiżjoni ta' tiġdid proposta,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan id-Deċiżjoni:

(a)

“kuntratt għal differenzi” jew “CFD” tfisser derivattiv għajr opzjonijiet, futuri, swaps u ftehimiet tar-rata forward, li l-għan tiegħu huwa li jagħti lid-detentur skopertura twila jew qasira għal varjazzjonijiet fil-prezz, fil-livell jew fil-valur ta' strument sottostanti, irrispettivament minn jekk ikunx innegozjat f'ċentru ta' negozjar, u li għandu jiġi ssaldat fi flus kontanti jew jista' jiġi ssaldat fi flus kontanti fuq għażla ta' waħda mill-partijiet għajr minħabba inadempjenza jew avveniment ta' terminazzjoni ieħor;

(b)

“benefiċċju mhux monetarju eskluż” tfisser kwalunkwe benefiċċju mhux monetarju għajr, safejn dawn jirrigwardaw is-CFDs, għodod ta' informazzjoni u ta' riċerka;

(c)

“marġni inizjali” tfisser kwalunkwe ħlas għall-fini tad-dħul f'CFD, bl-esklużjoni tal-kummissjoni, it-tariffi tat-tranżazzjonijiet u kwalunkwe spejjeż oħra relatati;

(d)

“protezzjoni tal-marġni inizjali” tfisser il-marġni inizjali stabbilit bl-Anness I;

(e)

“protezzjoni tal-għeluq tal-marġni” tfisser l-għeluq ta' wieħed jew iktar mill-kontijiet CFD miftuħa tal-klijent mhux professjonali bl-aktar termini favorevoli għall-klijent skont l-Artikoli 24 u 27 tad-Direttiva 2014/65/UE meta s-somma tal-fondi fil-kont ta' negozjar CFD u l-profitti netti mhux realizzati tas-CFDs miftuħa kollha konnessi ma' dak il-kont jaqgħu taħt in-nofs tal-protezzjoni tal-marġni inizjali totali għal dawk is-CFDs miftuħa kollha;

(f)

“protezzjoni kontra bilanċ negattiv” tfisser il-limitu tar-responsabbiltà aggregata ta' klijent mhux professjonali għas-CFDs kollha konnessi ma' kont ta' negozjar CFD ma' fornitur tas-CFDs għall-fondi f'dak il-kont ta' negozjar CFD.

Artikolu 2

Restrizzjoni temporanja fuq CFDs fir-rigward tal-klijenti mhux professjonali

Il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ lill-klijenti mhux professjonali ta' CFDs huma ristretti għal ċirkostanzi fejn mill-inqas il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a)

il-fornitur tas-CFD jeħtieġ li l-klijent mhux professjonali jħallas il-protezzjoni tal-marġni inizjali;

(b)

il-fornitur tas-CFD jipprovdi lill-klijent mhux professjonali l-protezzjoni tal-għeluq tal-marġni;

(c)

il-fornitur tas-CFD jipprovdi lill-klijent mhux professjonali l-protezzjoni kontra bilanċ negattiv;

(d)

il-fornitur tas-CFD ma jipprovdix direttament jew indirettament lill-klijent mhux professjonali pagament, monetarju jew benefiċċju mhux monetarju eskluż fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni, tad-distribuzzjoni jew tal-bejgħ ta' CFD, għajr il-profitti realizzati minn kwalunkwe CFD ipprovdut; u

(e)

il-fornitur tas-CFD ma jibgħatx direttament jew indirettament komunikazzjoni lil jew jippubblika informazzjoni aċċessibbli minn klijent mhux professjonali dwar il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta' CFD sakemm din ma tkunx jinkludi twissija ta' riskju xierqa speċifikata minn u konformi mal-kondizzjonijiet fl-Anness II.

Artikolu 3

Projbizzjoni tal-parteċipazzjoni f'attivitajiet ta' evitar

Għandhat jkun ipprojbita il-parteċipazzjoni, konxjament u intenzjonalment, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom ikun li jevadu r-rekwiżiti fl-Artikolu 2, inkluż billi jaġixxu bħala sostitut għall-fornitur tas-CFD.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Mejju 2019 għal perjodu ta' tliet xhur.

Magħmul f'Pariġi, is-17 ta' April 2019.

Għall-Bord tas-Superviżuri

Steven MAIJOOR

Il-President


(1)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

(2)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84.

(3)  ĠU L 87, 31.3.2017, p. 90.

(4)  Deċiżjoni tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (UE) 2018/796 tat-22 ta' Mejju 2018 li tirrestrinġi b'mod temporanju kuntratti għal differenzi fl-Unjoni skont l-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 136, 1.6.2018, p. 50).

(5)  Deċiżjoni tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (UE) 2018/1636 tat-23 ta' Ottubru 2018 li ġġedded u temenda r-restrizzjoni temporanja fid-Deċiżjoni (UE) 2018/796 dwar il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta' kuntratti għal differenzi lil klijenti mhux professjonali (ĠU L 272, 31.10.2018, p. 62).

(6)  Deċiżjoni tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (UE) 2019/155 tat-23 ta' Jannar 2019 li ġġedded ir-restrizzjoni temporanja tal-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta' kuntratti għal differenzi lill-klijenti mhux professjonali (ĠU L 27, 31.1.2019, p. 36).

(7)  20 NCAs irrispondew: Financial Market Authority (AT – FMA), Cyprus Securities and Exchange Commission (CY-CySEC), Bundesanstalt für Finanzdienstleistungsaufsicht (DE – BaFiN), Finanstilsynet (DK-Finanstilsynet), Hellenic Capital Markets Commission (EL-HCMC), Comisión Nacional del Mercado de Valores (ES – CNMV), Finnish Financial Supervisory Authority (FI – FSA), Autorité des Marchés Financiers (FR – AMF), Magyar Nemzeti Bank (HU – MNB), Central Bank of Ireland (IE – CBI),, Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (IT – Consob), Commission de Surveillance du Secteur Financier (LU – CSSF), Finanšu un kapitāla tirgus komisija (LV-FKTK), Malta Financial Services Authority (MT – MFSA), Autoriteit Financiële Markten (NL-AFM), Komisja Nadzoru Finansowego (PL-KNF), Comissão do Mercado de Valores Mobiliários (PT – CMVM), Romanian Financial Supervisory Authority (RO – FSA), Finansinspektionen (SE- Finansinspektionen), Financial Conduct Authority (UK- FCA).

(8)  Is-sehem tal-kontijiet bi profitt tal-klijenti mhux prefessjonali żdied f'Jannar 2019, żvilupp li jista' jkun assoċjat mal-kundizzjonijiet tas-suq.

(9)  Dan huwa konsistenti mat-tnaqqis osservat fil-volumi tan-negozju totali li fuqhom jiġu tipikament ikkalkulati l-firxiet u t-tariffi. L-ekwità medja tal-klijent żdiedet bi ftit fost kontijiet attivi ta' klijenti mhux professjonali, għalkemm din il-bidla kienet ferm inqas f'termini perċentwali mit-tnaqqis fil-volumi tan-negozju totali u l-esponiment totali ta' dawn il-kontijiet.

(10)  Fit-tieni perjodu, il-protezzjoni kontra bilanċ negattiv kienet applikabbli. Madankollu, id-diskrepanza tas-suq tista' twassal biex inizjalment il-klijent jingħalaq bi prezz li joħloq ekwità negattiva, u l-kont imbagħad jiġi kreditat mill-ġdid lura għal ekwità żero mill-fornitur biex jintlaħaq ir-rekwiżit il-ġdid ta' protezzjoni kontra bilanċ negattiv. Dan kien ukoll il-każ għal dawk il-fornituri li offrew protezzjoni kontra bilanċ negattiv fl-ewwel perjodu.

(11)  L-Anness II, Taqsima II tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349). Ara wkoll Taqsima 11 tal-Mistoqsijiet u Tweġibiet tal-ESMA dwar suġġetti rigward il-protezzjoni tal-investituri u l-intermedjarji tal-MiFID II u tal-MiFIR (ESMA35-43-349), fejn l-ESMA identifikat forom ta' prattiki li ditti ta' investiment m'għandhomx jużaw meta japplikaw ir-rekwiżiti legali dwar il-kategorizzazzjoni ta' klijenti bħala professjonali fuq talba. Taqsima 11 ġiet aġġornata l-aħħar fil-25 ta' Mejju 2018.

(12)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).


ANNESS I

PERĊENTWALI INIZJALI TAL-MARĠNI SKONT IT-TIP TA' STRUMENT SOTTOSTANTI

(a)

3.33 % tal-valur nozzjonali tas-CFD meta l-muniti akkoppjati sottostanti jkunu magħmula minn tnejn mill-muniti li ġejjin: id-Dollaru Amerikan, l-Ewro, il-Yen Ġappuniż, l-Isterlina, id-Dollaru Kanadiż jew il-frank Żvizzeru.

(b)

5 % tal-valur nozzjonali tas-CFD meta l-indiċi sottostanti, il-muniti akkoppjati jew il-komodità jkunu:

(i)

kwalunkwe wieħed mill-indiċi ta' ekwità li ġejjin: Financial Times Stock Exchange 100 (FTSE 100); Cotation Assistée en Continu 40 (CAC 40); Deutsche Bourse AG German Stock Index 30 (DAX30); Dow Jones Industrial Average (DJIA); Standard & Poors 500 (S&P 500); NASDAQ Composite Index (NASDAQ), NASDAQ 100 Index (NASDAQ 100); Nikkei Index (Nikkei 225); Standard & Poors / Australian Securities Exchange 200 (ASX 200); EURO STOXX 50 Index (EURO STOXX 50);

(ii)

muniti akkoppjati magħmula minn tal-anqas munita waħda li mhix elenkata fil-punt (a) hawn fuq; jew

(iii)

deheb;

(c)

10 % tal-valur nozzjonali tas-CFD meta l-komodità sottostanti jew l-indiċi ta' ekwità tkun komodità jew kwalunkwe indiċi ta' ekwità għajr dawk elenkati fil-punt(b) hawn fuq;

(d)

50 % tal-valur nozzjonali tas-CFD meta l-istrument sottostanti jkun kriptovaluta; jew

(e)

20 % tal-valur nozzjonali tas-CFD meta l-istrument sottostanti jkun:

(i)

sehem; jew

(ii)

mhux elenkat b'xi mod ieħor f'dan l-Anness.


ANNESS II

TWISSIJIET TA' RISKJU

TAQSIMA A

Kondizzjonijiet tat-twissija ta' riskju

1.

It-twissija ta' riskju għandha tkun f'forma li tiżgura l-prominenza tagħha, b'tipa ta' daqs mill-inqas ugwali għad-daqs predominanti tat-tipa u fl-istess lingwa użata fil-komunikazzjoni jew fl-informazzjoni ppubblikata.

2.

Jekk il-komunikazzjoni jew l-informazzjoni ppubblikata tkun fuq mezz durabbli jew fuq paġna elettronika, it-twissija ta' riskju għandha tkun fil-format speċifikat fit-Taqsima B.

3.

Jekk il-komunikazzjoni jew l-informazzjoni ppubblikata tkun fuq mezz li ma jkunx mezz durabbli jew paġna web, it-twissija ta' riskju għandha tkun fil-format speċifikat fit-Taqsima C.

4.

B'deroga mill-paragrafi 2 u 3, jekk in-numru ta' karattri li jinsabu fit-twissija ta' riskju fil-format speċifikat fit-Taqsima B jew C jaqbeż il-limitu ta' karattri permess fit-termini standard ta' fornitur tal-kummerċjalizzazzjoni ta' parti terza, allura t-twissija ta' riskju tista' tkun fil-format speċifikat fit-Taqsima D.

5.

Jekk tintuża t-twissija ta' riskju fil-format speċifikat fit-Taqsima D, il-komunikazzjoni jew l-informazzjoni ppubblikata għandha tinkludi wkoll link diretta għall-paġna web tal-fornitur ta' CFD li fiha t-twissija ta' riskju fil-format speċifikat fit-Taqsima B.

6.

It-twissija ta' riskju għandha tinkludi perċentwal aġġornat tat-telf tal-fornitur speċifiku bbażat fuq kalkolu tal-perċentwal tal-kontijiet ta' negozjar CFD ipprovduti lill-klijenti mhux professjonali mill-fornitur tas-CFD li jkun tilef il-flus. Il-kalkolu għandu jitwettaq kull tliet xhur u jkopri l-perjodu ta' 12-il xahar li jippreċedi d-data li fiha jinħadem (“il-perjodu ta' kalkolu ta' 12-il xahar”). Għall-finijiet ta' dan il-kalkolu:

a.

kont ta' negozjar ta' klijent mhux professjonali individwali CFD għandu jitqies li jkun tilef il-flus jekk is-somma tal-profitti netti mhux realizzati kollha CFDs konnessi mal-kont ta' negozjar CFD matul il-perjodu ta' kalkolu ta' 12-il xahar tkun negattiva;

b.

kwalunkwe spiża relatata mas-CFDs konnessi mal-kont ta' negozjar CFD għandha tkun inkluża fil-kalkolu, inklużi l-l-imposti, it-tariffi u kummissjonijiet kollha;

c.

l-elementi li ġejjin għandhom jiġu esklużi mill-kalkolu:

i.

kwalunkwe kont ta' negozjar CFD li ma kellux CFD miftuħ konness miegħu matul il-perjodu tal-kalkolu;

ii.

kwalunkwe qligħ jew telf minn prodotti li ma jkunux CFDs konnessi mal-kont ta' negozjar CFD;

iii.

kwalunkwe depożitu jew irtirar ta' fondi mill-kont ta' negozjar CFD;

7.

B'deroga mill-paragrafi 2 sa 6, jekk fl-aħħar perjodu ta' kalkolu ta' 12-il xahar fornitur ta' CFD ma jkunx ipprovda CFD miftuħ konness ma' kont ta' negozjar CFD ta' klijent mhux professjonali, dak il-fornitur ta' CFD għandu juża t-twissija ta' riskju standard fil-format speċifikat fit-Taqsimiet E sa G, kif xieraq.

TAQSIMA B

Twissija ta' riskju speċifika għall-fornitur fuq mezz durabbli u fuq paġna elettronika

Is-CFDs huma strumenti kumplessi u jġorru riskju għoli li jitilfu l-flus malajr minħabba l-ingranaġġ.

[daħħal il-perċentwal għal kull fornitur] % ta' kontijiet ta' investituri fil-livell tal-konsumatur li tilfu l-flus meta nnegozjaw fis-CFDs ma' dan il-fornitur.

Għandek tikkunsidra jekk tifhimx kif jaħdmu s-CFDs u jekk tistax taffordja li tieħu r-riskju għoli li titlef flusek.

TAQSIMA C

Twissija ta' riskju speċifika għall-fornitur imqassra

[daħħal il-perċentwal għal kull fornitur] % ta' kontijiet ta' investituri fil-livell tal-konsumatur li tilfu l-flus meta nnegozjaw fis-CFDs ma' dan il-fornitur.

Għandek tikkunsidra jekk tistax taffordja li tieħu r-riskju għoli li titlef flusek.

TAQSIMA D

Twissija ta' riskju speċifika għall-fornitur b'karattri mnaqqsa

[daħħal perċentwal għal kull fornitur]% ta' kontijiet tal-konsumatur li qed jitilfu l-flus fis-CFDs.

TAQSIMA E

Twissija ta' riskju standard fuq mezz durabbli u fuq paġna elettronika

Is-CFDs huma strumenti kumplessi u jġorru riskju għoli li jitilfu l-flus malajr minħabba l-ingranaġġ.

Bejn 74-89 % tal-kontijiet ta' investituri fil-livell tal-konsumatur jitilfu l-flus meta jinnegozjaw fis-CFDs.

Għandek tikkunsidra jekk tifhimx kif jaħdmu s-CFDs u jekk tistax taffordja li tieħu r-riskju għoli li titlef flusek.

TAQSIMA F

Twissija ta' riskju standard imqassra

Bejn 74-89 % tal-kontijiet ta' investituri fil-livell tal-konsumatur jitilfu l-flus meta jinnegozjaw fis-CFDs.

Għandek tikkunsidra jekk tistax taffordja li tieħu r-riskju għoli li titlef flusek.

TAQSIMA G

Twissija ta' riskju standard b'karattri mnaqqsa

74-89 % ta' kontijiet tal-konsumatur li qed jitilfu l-flus fis-CFDs.