|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 103I |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 62 |
|
Werrej |
|
I Atti leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
12.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 103/1 |
REGOLAMENT (UE) 2019/592 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-10 ta' April 2019
li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1806 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa, fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 77(2)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
|
(1) |
Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit innotifika lill-Kunsill Ewropew bl-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Fil-21 ta' Marzu 2019, il-Kunsill Ewropew qabel li jestendi l-perijodu previst fl-Artikolu 50(3) TUE sat-22 ta' Mejju 2019, dment li l-House of Commons tar-Renju Unit japprova l-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2) (il-“Ftehim dwar il-Ħruġ”). Fl-eventwalità li l-House of Commons tar-Renju Unit ma japprovax il-Ftehim dwar il-Ħruġ, il-Kunsill Ewropew qabel li ssir estensjoni sat-12 ta' April 2019. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), iċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom id-dritt jiċċaqalqu u jirrisjedu liberament fit-territorju tal-Istati Membri, inkluż id-dritt li jidħlu fit-territorju tal-Istati Membri mingħajr viża jew formalitajiet ekwivalenti. |
|
(3) |
B'konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, it-Trattati u d-Direttiva 2004/38/KE, flimkien mad-dritt ta' dħul fit-territorju tal-Istati Membri mingħajr viża jew formalitajiet ekwivalenti, mhux ser jibqgħu japplikaw għaċ-ċittadini tar-Renju Unit li huma ċittadini Brittaniċi. Għalhekk huwa neċessarju li r-Renju Unit jiġi inkluż f'wieħed mill-Annessi għar-Regolament (UE) 2018/1806 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). L-Anness I jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma meħtieġa li jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u l-Anness II jelenka dawk il-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa. |
|
(4) |
Ġibiltà mhijiex parti mir-Renju Unit. Id-dritt tal-Unjoni japplika għal Ġibiltà sal-punt previst fl-Att ta' Adeżjoni tal-1972 bis-saħħa tal-Artikolu 355(3) TFUE biss. L-inklużjoni tar-Renju Unit fil-Parti 1 tal-Anness II għar-Regolament (UE) 2018/1806 mhijiex ser tkopri liċ-ċittadini tat-territorji extra-Ewropej li kisbu ċ-ċittadinanza tagħhom minħabba konnessjoni ma' Ġibiltà. Għalhekk jenħtieġ li Ġibiltà tiġi elenkata flimkien ma' territorji extra-Ewropej Brittaniċi oħra fil-Parti 3 tal-Anness II għar-Regolament (UE) 2018/1806. |
|
(5) |
Il-kriterji li jenħtieġ li jitqiesu meta jkunu qed jiġu ddeterminati, abbażi ta' valutazzjoni skont il-każ, il-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma soġġetti għal ħtieġa ta' viża jew eżentati minnha, huma stipulati fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2018/1806. Dawk il-kriterji jinkludu l-immigrazzjoni illegali, l-ordni pubbliku u s-sigurtà, il-benefiċċji ekonomiċi, b'mod partikolari f'termini ta' turiżmu u ta' kummerċ barrani, u r-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni mal-pajjiżi terzi rilevanti, inkluż, b'mod partikolari, konsiderazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, kif ukoll l-implikazzjonijiet ta' koerenza reġjonali u ta' reċiproċità. |
|
(6) |
Filwaqt li jitqiesu l-kriterji kollha elenkati fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2018/1806, huwa xieraq li ċ-ċittadini tar-Renju Unit li huma ċittadini Brittaniċi jiġu eżentati mill-ħtieġa ta' viża meta jivvjaġġaw lejn it-territorju tal-Istati Membri. Fid-dawl tal-prossimità ġeografika, ir-rabta bejn l-ekonomiji, il-livell ta' kummerċ u l-ammont ta' movimenti ta' persuni għal żmien qasir bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni għal negozju, divertiment jew finijiet oħra, l-ivvjaġġar bla viża jenħtieġ li jiffaċilita t-turiżmu u l-attività ekonomika, u b'hekk iġib benefiċċji għall-Unjoni. |
|
(7) |
Jenħtieġ li għalhekk ir-Renju Unit ikun inkluż fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2018/1806 fir-rigward taċ-ċittadini Brittaniċi. |
|
(8) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-aspettattiva li, fl-interess li jinżammu relazzjonijiet mill-qrib, ir-Renju Unit ser jagħti reċiproċità sħiħa rigward viżi għaċ-ċittadini tal-Istati Membri kollha. Fil-każ li fil-futur ir-Renju Unit jintroduċi rekwiżit ta' viża għaċ-ċittadini ta' mill-inqas Stat Membru wieħed, jenħtieġ li japplika l-mekkaniżmu ta' reċiproċità previst fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/1806. Jenħtieġ li l-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jaġixxu mingħajr dewmien fl-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' reċiproċità. Il-Kummissjoni jenħtieġ li timmonitorja r-rispett tal-prinċipju ta' reċiproċità fuq bażi kontinwa u tinforma minnufih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bi kwalunkwe żvilupp li jista' jipperikola r-rispett ta' dak il-prinċipju. |
|
(9) |
Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (5), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt B tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (6). |
|
(10) |
Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (7) li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punti (B) u (C) tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, li jinqraw flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (8). |
|
(11) |
Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (9), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punti (B) u (C) tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, li jinqraw flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (10). |
|
(12) |
Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li r-Renju Unit ma jipparteċipax fih, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (11); ir-Renju Unit għalhekk mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhuwiex marbut bih jew soġġett għall-applikazzjoni tiegħu. |
|
(13) |
Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen, li l-Irlanda ma tipparteċipax fih, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (12); l-Irlanda għalhekk mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. |
|
(14) |
Dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta' Schengen, jew inkella li huwa marbut miegħu fis-sens, rispettivament, tal-Artikolu 3(1) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2003, tal-Artikolu 4(1) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2005 u tal-Artikolu 4(1) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2011. |
|
(15) |
Dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak li fih il-liġi tal-Unjoni ma tibqax tapplika għar-Renju Unit. |
|
(16) |
Jenħtieġ għalhekk li r-Regolament(UE) 2018/1806 jiġi emendat, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 2018/1806 jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 6(2), il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
|
(2) |
fil-Parti 1 tal-Anness II, jiddaħħal dan li ġej: “ir-Renju Unit (ħlief ċittadini Brittaniċi kif imsemmi fil-Parti 3)”; |
|
(3) |
it-titolu tal-Parti 3 tal-Anness II huwa sostitwit b'dan li ġej: “PERSUNI B'NAZZJONALITÀ BRITTANIKA LI MHUMIEX ĊITTADINI BRITTANIĊI”; |
|
(4) |
fil-Parti 3 tal-Anness II, dan li ġej jiżdied wara l-kliem “ċittadini extra Ewropej Brittaniċi (BOTC)”: “Dawk it-territorji jinkludu Anguilla, Bermuda, it-Territorju Brittaniku tal-Antartika, it-Territorju Brittaniku tal-Oċean Indjan, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi, il-Gżejjer Cayman, il-Gżejjer Falkland, Ġibiltà (*1), Montserrat, Pitcairn, Saint Helena, Ascension u Tristan da Cunha, il-Georgia tan-Nofsinhar u l-Gżejjer Sandwich tan-Nofsinhar u l-Gżejjer Turks u Caicos. (*1) Ġibiltà hija kolonja tal-Kuruna Brittanika. Hemm kontroversja bejn Spanja u r-Renju Unit dwar is-sovranità fuq Ġibiltà, territorju li għandha tintlaħaq soluzzjoni dwaru fid-dawl tar-riżoluzzjonijiet u d-deċiżjonijiet rilevanti tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.”." |
Artikolu 2
Fejn ir-Renju Unit jintroduċi rekwiżit ta' viża għaċ-ċittadini ta' mill-inqas Stat Membru wieħed, għandu japplika l-mekkaniżmu ta' reċiproċità previst fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/1806. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaġixxu mingħajr dewmien fl-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' reċiproċità.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak li fih il-liġi tal-Unjoni ma tibqax tapplika għar-Renju Unit.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha f'konformità mat-Trattati.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' April 2019.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
A. TAJANI
Għall-Kunsill
Il-President
G. CIAMBA
(1) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta' April 2019.
(2) ĠU C 66 I, 19.2.2019, p. 1.
(3) Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).
(4) Ir-Regolament (UE) 2018/1806 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2018 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa (ĠU L 303, 28.11.2018, p. 39).
(5) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).
(7) ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2008/146/KE tat-28 ta' Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-Acquis ta' Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).
(9) ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.
(10) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta' Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).
(11) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).
(12) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).