ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 100I

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
11 ta' April 2019


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/585 tal-11 ta’ April 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 206/2010 fir-rigward tal-inklużjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u ta' wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu fil-lista ta' pajjiżi terzi u territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' annimali partikulari u laħam frisk ( 1 )

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/586 tal-11 ta' April 2019 li jemenda l-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-inklużjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u ta' wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' tjur u prodotti tat-tjur ( 1 )

4

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/587 tal-11 ta’ April 2019 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 119/2009 fir-rigward tal-inklużjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u ta' wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu fil-lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' laħam ta' leporidae selvaġġi, ta' ċerti mammali tal-art selvaġġi u ta' fniek imrobbija fl-irziezet ( 1 )

8

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/588 tal-11 ta’ April 2019 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 fir-rigward tal-inklużjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u ta' wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu fil-lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti li fihom il-kolostru maħsuba għall-konsum mill-bniedem ( 1 )

11

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/589 tal-11 ta’ April 2019 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 fir-rigward tal-inklużjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u ta' wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' kunsinni ta' annimali tal-akkwakultura ( 1 )

14

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/590 tal-11 ta’ April 2019 li jemenda l-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/659 fir-rigward tal-inklużjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u ta' wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu fil-lista ta' pajjiżi terzi u partijiet mit-territorji ta' pajjiżi terzi li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' ekwidi ħajjin u s-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom ( 1 )

17

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/591 tal-11 ta’ April 2019 li jemenda l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 136/2004 fir-rigward tal-inklużjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u ta' wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu fil-lista ta' pajjiżi terzi u territorji awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni tal-ħuxlief u tat-tiben ( 1 )

20

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

11.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 100/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/585

tal-11 ta’ April 2019

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 206/2010 fir-rigward tal-inklużjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u ta' wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu fil-lista ta' pajjiżi terzi u territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' annimali partikulari u laħam frisk

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992, li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta', u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta' saħħa tal-annimali meħtieġa f'regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(2)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (2), u b'mod partikolari l-punti (1) u (4) tal-Artikolu 8 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE tas-26 ta' April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni lejn u t-transitu matul il-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin, u temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/KEE u tħassar id-Direttiva 72/462/KEE (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit issottometta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Fit-22 ta' Marzu 2019, il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/476 (4) li testendi l-perjodu taħt l-Artikolu 50(3) tat-TUE bi qbil mar-Renju Unit. F'konformità ma' dik id-Deċiżjoni, f'każ li l-Ftehim dwar il-Ħruġ ma jiġix approvat mill-House of Commons sad-29 ta' Marzu 2019 l-aktar tard, il-perjodu previst fl-Artikolu 50(3) tat-TUE jiġi estiż sat-12 ta' April 2019. Billi l-Ftehim dwar il-Ħruġ ma ġiex approvat sad-29 ta' Marzu 2019, id-dritt tal-Unjoni mhux se jibqa' japplika għar-Renju Unit u fih mit-13 ta' April 2019 (“id-data ta' ħruġ”).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (5) li jistabbilixxi listi ta' pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja. Dan jipprevedi li l-kunsinni ta' ungulati, u tal-laħam frisk ta' dawk l-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem, jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni minn pajjiżi terzi biss jekk jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati f'dak ir-Regolament.

(3)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq ipprovda l-garanziji neċessarji sabiex dak il-pajjiż u wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 206/2010 għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' ungulati, li mhumiex ekwidi, u tal-laħam frisk tal-ungulati inkluż dak tal-ekwidi, mid-data tal-ħruġ billi jkompli jikkonforma mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal perjodu inizjali ta' mill-inqas disa' xhur.

(4)

Għalhekk, meta jitqiesu dawn il-garanziji speċifiċi pprovduti mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, u sabiex jiġi evitat tfixkil bla bżonn tal-kummerċ wara d-data tal-ħruġ, ir-Renju Unit u wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu, jenħtieġ li jiġu inklużi fil-listi ta' pajjiżi terzi u territorji u partijiet minnhom stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness I u fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 li huma awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' ungulati, li mhumiex ekwidi, u tal-laħam frisk tal-ungulati inkluż dak tal-ekwidi.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 jiġu emendati skont dan.

(6)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mit-13 ta' April 2019, sakemm f'dik id-data d-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u fih.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 huma emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-13 ta' April 2019.

Madankollu, m'għandux japplika jekk, f'dik id-data, id-dritt tal-Unjoni jibqa' japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u fih.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ April 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(2)   ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(3)   ĠU L 139, 30.4.2004, p. 321.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/476 meħuda bi qbil mar-Renju Unit, tat-22 ta' Marzu 2019 li testendi l-perijodu taħt l-Artikolu 50(3) TUE (ĠU L 80 I, 22.3.2019, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta' Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta' pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1).


ANNESS

Ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010:

(a)

il-linji li ġejjin jiddaħħlu wara l-entrata taċ-Ċilì:

“GB-Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

GB-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

GB-1

L-Ingilterra, Wales u l-Irlanda ta' Fuq

BOV-X, BOV-Y, OVI-X, OVI-Y POR-X, POR-Y, RUM, SUI

 

III, IVa, V, IX

GB-2

L-Iskozja

BOV-X, BOV-Y, OVI-X, OVI-Y POR-X, POR-Y, RUM, SUI

 

II, III, IVa, V, IX

GG-Guernsey

GG-0

Il-pajjiż kollu

BOV-X, BOV-Y, OVI-X, OVI-Y POR-X, POR-Y, RUM, SUI

 

V, IX

(b)

il-linja li ġejja tiddaħħal wara l-entrata tal-Iżlanda:

“JE-Jersey

JE-0

Il-pajjiż kollu

BOV-X, BOV-Y, OVI-X, OVI-Y POR-X, POR-Y, RUM, SUI

 

IVa, V, IX

(2)

Fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010:

(a)

il-linji li ġejjin jiddaħħlu wara l-entrata tal-Gżejjer Falkland:

“GB- Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

GB-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW

 

 

 

 

GG-Guernsey

GG-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW”

 

 

 

 

(b)

il-linja li ġejja tiddaħħal wara l-entrata tal-Iżlanda:

“JE-Jersey

JE-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW”

 

 

 

 


11.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 100/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/586

tal-11 ta' April 2019

li jemenda l-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-inklużjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u ta' wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' tjur u prodotti tat-tjur

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-punti (1) u (4) tal-Artikolu 8 tagħha,

Wara li kkunsidrat d-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta' tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit issottometta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Fit-22 ta' Marzu 2019, il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/476 (3) li testendi l-perjodu taħt l-Artikolu 50(3) tat-TUE bi qbil mar-Renju Unit. F'konformità ma' dik id-Deċiżjoni, f'każ li l-Ftehim dwar il-Ħruġ ma jiġix approvat mill-House of Commons sad-29 ta' Marzu 2019 l-aktar tard, il-perjodu previst fl-Artikolu 50(3) tat-TUE jiġi estiż sat-12 ta' April 2019. Billi l-Ftehim dwar il-Ħruġ ma ġiex approvat sad-29 ta' Marzu 2019, id-dritt tal-Unjoni mhux se jibqa' japplika għar-Renju Unit u fih mit-13 ta' April 2019 (“id-data ta' ħruġ”).

(2)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (4) jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur (il-komoditajiet) fl-Unjoni u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja. Dan ir-Regolament jipprevedi li l-komoditajiet jistgħu jiġu importati fl-Unjoni u jsir tranżitu minnha biss mill-pajjiżi terzi, mit-territorji, miż-żoni jew mill-kumpartimenti mniżżla fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu.

(3)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq ipprovda l-garanziji neċessarji sabiex dak il-pajjiż u wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 798/2008 għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' komoditajiet mid-data tal-ħruġ, billi jkompli jikkonforma mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal perjodu inizjali ta' mill-inqas disa' xhur.

(4)

Għalhekk, meta jitqiesu dawn il-garanziji speċifiċi pprovduti mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, u sabiex jiġi evitat tfixkil bla bżonn tal-kummerċ wara d-data tal-ħruġ, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista ta' pajjiżi terzi u territorji, żoni jew kumpartimenti stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, li huma awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni tal-komoditajiet.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jiġi emendat skont dan.

(6)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mit-13 ta' April 2019, sakemm f'dik id-data d-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u fih.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandha tiġi emendata skont it-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-13 ta' April 2019.

Madankollu, m'għandux japplika jekk, f'dik id-data, id-dritt tal-Unjoni jibqa' japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u fih.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' April 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/476 meħuda bi qbil mar-Renju Unit, tat-22 ta' Marzu 2019 li testendi l-perijodu taħt l-Artikolu 50(3) TUE (ĠU L 80 I, 22.3.2019, p. 1).

(4)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).


ANNESS

Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hija emendata kif ġej:

(a)

il-linji li ġejjin jiddaħħlu wara l-entrata taċ-Ċina:

Kodiċi tal-ISO u isem il-pajjiż terz jew it-territorju

Kodiċi tal-pajjiż terz, tat-territorju, taż-żona jew tal-kumpartiment

Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, tat-territorju, taż-żona jew tal-kumpartiment

Ċertifikat veterinarju

Kundizzjonijiet speċifiċi

Kundizzjonijiet speċifiċi

Status tas-sorveljanza tal-influwenza tat-tjur

Status ta' tilqim kontra l-influwenza tat-tjur

Status tal-Kontroll tas-Salmonella

Mudell(i)

Garanziji addizzjonali

Data tal-għeluq

Data tal-ftuħ

1

2

3

4

5

6

6A

6B

7

8

9

“GB-Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

GB-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20,

 

 

 

 

A

 

 

WGM

 

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU, RAT

 

 

 

 

 

 

 

GG-Guernsey

GG-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20,

 

 

 

 

A”

 

 

WGM

 

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU, RAT

 

 

 

 

 

 

 

(b)

il-linja li ġejja tiddaħħal wara l-entrata tal-Iżlanda:

Kodiċi tal-ISO u isem il-pajjiż terz jew it-territorju

Kodiċi tal-pajjiż terz, tat-territorju, taż-żona jew tal-kumpartiment

Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, tat-territorju, taż-żona jew tal-kumpartiment

Ċertifikat veterinarju

Kundizzjonijiet speċifiċi

Kundizzjonijiet speċifiċi

Status tas-sorveljanza tal-influwenza tat-tjur

Status ta' tilqim kontra l-influwenza tat-tjur

Status tal-kontroll tas-salmonella

Mudell(i)

Garanziji addizzjonali

Data tal-għeluq

Data tal-ftuħ

1

2

3

4

5

6

6A

6B

7

8

9

“JE-Jersey

JE-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20,

 

 

 

 

A”

 

 

WGM

 

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU, RAT

 

 

 

 

 

 

 


11.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 100/8


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/587

tal-11 ta’ April 2019

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 119/2009 fir-rigward tal-inklużjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u ta' wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu fil-lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' laħam ta' leporidae selvaġġi, ta' ċerti mammali tal-art selvaġġi u ta' fniek imrobbija fl-irziezet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt (1) u l-punt (4) tal-Artikolu 8 u l-Artikolu 9(4) tagħha,

Billi:

(1)

Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit issottometta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Fit-22 ta' Marzu 2019, il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/476 (2) li testendi l-perjodu taħt l-Artikolu 50(3) tat-TUE bi qbil mar-Renju Unit. F'konformità ma' dik id-Deċiżjoni, f'każ li l-Ftehim dwar il-Ħruġ ma jiġix approvat mill-House of Commons sad-29 ta' Marzu 2019 l-aktar tard, il-perjodu previst fl-Artikolu 50(3) tat-TUE jiġi estiż sat-12 ta' April 2019. Billi l-Ftehim dwar il-Ħruġ ma ġiex approvat sad-29 ta' Marzu 2019, id-dritt tal-Unjoni mhux se jibqa' japplika għar-Renju Unit u fih mit-13 ta' April 2019 (“id-data ta' ħruġ”).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 119/2009 (3) jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll ir-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' laħam ta' leporidae selvaġġi, ta' ċerti mammali tal-art selvaġġi u ta' fniek imrobbija fl-irziezet u l-lista ta' pajjiżi terzi u partijiet minnhom, li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' tali kunsinni.

(3)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq ipprovda l-garanziji neċessarji sabiex dak il-pajjiż u wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 119/2009 għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' laħam ta' leporidae selvaġġi, ta' ċerti mammali tal-art selvaġġi u ta' fniek imrobbija fl-irziezet mid-data tal-ħruġ billi jkompli jikkonforma mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal perjodu inizjali ta' mill-inqas disa' xhur.

(4)

Għalhekk, meta jitqiesu dawn il-garanziji speċifiċi pprovduti mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, u sabiex jiġi evitat tfixkil bla bżonn tal-kummerċ wara d-data tal-ħruġ, ir-Renju Unit u wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista ta' pajjiżi terzi u partijiet minnhom stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 119/2009 li huma awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' laħam ta' leporidae selvaġġi, ta' ċerti mammali tal-art selvaġġi u ta' fniek imrobbija fl-irziezet.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 119/2009 jiġi emendat skont dan.

(6)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mit-13 ta' April 2019, sakemm f'dik id-data d-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u fih.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 119/2009 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-13 ta' April 2019.

Madankollu, m'għandux japplika jekk, f'dik id-data, id-dritt tal-Unjoni jibqa' japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u fih.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, , il-11 ta’ April 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/476 meħuda bi qbil mar-Renju Unit, tat-22 ta' Marzu 2019 li testendi l-perijodu taħt l-Artikolu 50(3) TUE (ĠU L 80 I, 22.3.2019, p. 1).

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 119/2009 tad-9 ta' Frar 2009 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi jew ta' partijiet minnhom, għall-importazzjoni fil-Komunità, jew għat-tranżitu minnha, ta' laħam ta' leporidae selvaġġi, ta' ċerti mammali tal-art selvaġġi u ta' fniek imrobbija fl-irziezet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 39, 10.2.2009, p. 12).


ANNESS

It-tabella stabbilita fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 119/2009 hija emendata kif ġej:

(a)

il-linji li ġejjin jiddaħħlu wara l-entrata tal-Kanada:

“Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

GB

WL

 

RM

 

WM

 

Guernsey

GG

WL

 

RM

 

WM”

 

(b)

il-linji li ġejjin jiddaħħlu wara l-entrata ta' Greenland:

“Jersey

JE

WL

 

RM

 

WM”

 


11.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 100/11


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/588

tal-11 ta’ April 2019

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 fir-rigward tal-inklużjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u ta' wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu fil-lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti li fihom il-kolostru maħsuba għall-konsum mill-bniedem

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt (1) u l-punt (4) tal-Artikolu 8 u l-Artikolu 9(4) tagħha,

Billi:

(1)

Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit issottometta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Fit-22 ta' Marzu 2019, il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/476 (2) li testendi l-perjodu taħt l-Artikolu 50(3) tat-TUE bi qbil mar-Renju Unit. F'konformità ma' dik id-Deċiżjoni, f'każ li l-Ftehim dwar il-Ħruġ ma jiġix approvat mill-House of Commons sad-29 ta' Marzu 2019 l-aktar tard, il-perjodu previst fl-Artikolu 50(3) tat-TUE jiġi estiż sat-12 ta' April 2019. Billi l-Ftehim dwar il-Ħruġ ma ġiex approvat sad-29 ta' Marzu 2019, id-dritt tal-Unjoni mhux se jibqa' japplika għar-Renju Unit u fih mit-13 ta' April 2019 (“id-data ta' ħruġ”).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 (3) jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll ir-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti li fihom il-kolostru maħsuba għall-konsum mill-bniedem u l-lista ta' pajjiżi terzi u partijiet minnhom, li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' tali kunsinni.

(3)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq ipprovda l-garanziji neċessarji sabiex dak il-pajjiż u wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 605/2010 għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti li fihom il-kolostru maħsuba għall-konsum mill-bniedem mid-data tal-ħruġ billi jkompli jikkonforma mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal perjodu inizjali ta' mill-inqas disa' xhur.

(4)

Għalhekk, meta jitqiesu dawn il-garanziji speċifiċi pprovduti mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, u sabiex jiġi evitat tfixkil bla bżonn tal-kummerċ wara d-data tal-ħruġ, ir-Renju Unit u wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu, jenħtieġ li jiġu inklużi fil-kolonni “A”, “B” u “C” fil-lista ta' pajjiżi terzi u territorji u partijiet minnhom stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 li huma awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti li fihom il-kolostru maħsuba għall-konsum mill-bniedem.

(5)

Għalhekk, l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 jenħtieġ jiġi emendat skont dan.

(6)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mit-13 ta' April 2019, sakemm f'dik id-data d-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u fih.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-13 ta' April 2019.

Madankollu, m'għandux japplika jekk, f'dik id-data, id-dritt tal-Unjoni jibqa' japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u fih.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ April 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/476 meħuda bi qbil mar-Renju Unit, tat-22 ta' Marzu 2019 li testendi l-perijodu taħt l-Artikolu 50(3) TUE (ĠU L 80 I, 22.3.2019, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 tat-2 ta' Lulju 2010 li jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 175, 10.7.2010, p. 1).


ANNESS

It-tabella stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 hija emendata kif ġej:

(a)

il-linji li ġejjin jiddaħħlu wara l-entrata tal-Etjopja:

“GB

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

+

+

+

GG

Guernsey

+

+

+”

(b)

il-linja li ġejja tiddaħħal wara l-entrata tal-Iżlanda:

“JE

Jersey

+

+

+”


11.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 100/14


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/589

tal-11 ta’ April 2019

li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 fir-rigward tal-inklużjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u ta' wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' kunsinni ta' annimali tal-akkwakultura

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta' Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' ċertu mard f'annimali akkwatiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 22 u l-Artikolu 61(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit issottometta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Fit-22 ta' Marzu 2019, il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/476 (2) li testendi l-perjodu taħt l-Artikolu 50(3) tat-TUE bi qbil mar-Renju Unit. F'konformità ma' dik id-Deċiżjoni, f'każ li l-Ftehim dwar il-Ħruġ ma jiġix approvat mill-House of Commons sad-29 ta' Marzu 2019 l-aktar tard, il-perjodu previst fl-Artikolu 50(3) tat-TUE jiġi estiż sat-12 ta' April 2019. Billi l-Ftehim dwar il-Ħruġ ma ġiex approvat sad-29 ta' Marzu 2019, id-dritt tal-Unjoni mhux se jibqa' japplika għar-Renju Unit u fih mit-13 ta' April 2019 (“id-data ta' ħruġ”).

(2)

L-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008 (3) jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti, awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' annimali tal-akkwakultura.

(3)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq ipprovda l-garanziji neċessarji sabiex dak il-pajjiż u wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1251/2008 għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' annimali tal-akkwakultura mid-data tal-ħruġ, billi jkompli jikkonforma mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal perjodu inizjali ta' mill-inqas disa' xhur.

(4)

Għalhekk, meta jitqiesu dawn il-garanziji speċifiċi pprovduti mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, u sabiex jiġi evitat tfixkil bla bżonn tal-kummerċ wara d-data tal-ħruġ, ir-Renju Unit u wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu, jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 li huma awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' annimali tal-akkwakultura.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 jiġi emendat skont dan.

(6)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mit-13 ta' April 2019, sakemm f'dik id-data d-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u fih.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-13 ta' April 2019.

Madankollu, m'għandux japplika jekk, f'dik id-data, id-dritt tal-Unjoni jibqa' japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u fih.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ April 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/476 meħuda bi qbil mar-Renju Unit, tat-22 ta' Marzu 2019 li testendi l-perijodu taħt l-Artikolu 50(3) TUE (ĠU L 80 I, 22.3.2019, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008 tat-12 ta' Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom u li jistabbilixxi lista ta' speċi li jgħaddu l-mard (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 41).


ANNESS

It-tabella stabbilita fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 hija emendata kif ġej:

(a)

il-linji li ġejjin jiddaħħlu wara l-entrata tal-Gżejjer Cook:

“GB

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

X

X

X

 

Il-pajjiż kollu

GG

Guernsey

X

X

X

 

Il-pajjiż kollu”

(b)

il-linji li ġejjin jiddaħħlu wara l-entrata ta' Iżrael:

“JE

Jersey

X

X

X

 

Il-pajjiż kollu”


11.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 100/17


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/590

tal-11 ta’ April 2019

li jemenda l-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/659 fir-rigward tal-inklużjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u ta' wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu fil-lista ta' pajjiżi terzi u partijiet mit-territorji ta' pajjiżi terzi li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' ekwidi ħajjin u s-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 9(1)(c) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992, li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta', u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta' saħħa tal-annimali meħtieġa f'regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(3) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' ekwidi (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(i), l-Artikolu 12(1), (4) u (5), l-Artikolu 13(2), u l-Artikoli 15, 16, 17 u 19 tagħha,

Billi:

(1)

Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit issottometta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Fit-22 ta' Marzu 2019, il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/476 (4) li testendi l-perjodu taħt l-Artikolu 50(3) tat-TUE bi qbil mar-Renju Unit. F'konformità ma' dik id-Deċiżjoni, f'każ li l-Ftehim dwar il-Ħruġ ma jiġix approvat mill-House of Commons sad-29 ta' Marzu 2019 l-aktar tard, il-perjodu previst fl-Artikolu 50(3) tat-TUE jiġi estiż sat-12 ta' April 2019. Billi l-Ftehim dwar il-Ħruġ ma ġiex approvat sad-29 ta' Marzu 2019, id-dritt tal-Unjoni mhux se jibqa' japplika għar-Renju Unit u fih mit-13 ta' April 2019 (“id-data ta' ħruġ”).

(2)

Id-Direttiva 2009/156/KE tistipula r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw l-importazzjoni tal-ekwidi fl-Unjoni. Din tipprevedi li jistgħu jiġu importati fl-Unjoni biss dawk l-ekwidi li jiġu minn pajjiż terz jew minn parti minn pajjiż terz f'lista ta' pajjiżi terzi mfassla skont dik id-Direttiva, u li jkollhom magħhom ċertifikat tas-saħħa li jaqbel ma' mudell li wkoll ikun imfassal skont dik id-Direttiva.

(3)

Id-Direttiva 92/65/KEE tistipula r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw l-importazzjoni fl-Unjoni tas-semen, tal-ova u tal-embrijuni tal-ispeċi ekwina. Din tipprevedi li jistgħu jiġu importati fl-Unjoni biss dawk il-komoditajiet li jiġu minn pajjiż terz jew minn parti minn pajjiż terz f'lista ta' pajjiżi terzi mfassla skont dik id-Direttiva, u li jkollhom magħhom ċertifikat tas-saħħa li jaqbel ma' mudell li wkoll ikun imfassal skont dik id-Direttiva. Iċ-ċertifikat tas-saħħa jrid jiċċertifika li l-prodotti jkunu ġejjin minn ċentri approvati tal-ġbir u tal-ħżin jew minn timijiet tal-ġbir u tal-produzzjoni li joffru garanziji tal-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Anness D(I) ta' dik id-Direttiva.

(4)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/659 (5) jistabbilixxi, inter alia, il-lista ta' pajjiżi terzi u partijiet mit-territorju ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw id-dħul ta' ekwidi ħajjin u s-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom.

(5)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq ipprovda l-garanziji neċessarji sabiex dak il-pajjiż u wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttivi 2009/156/KE u 92/65/KEE, u fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/659 għad-dħul fl-Unjoni ta' kunsinni ta' ekwidi ħajjin u s-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom mid-data tal-ħruġ billi jkompli jikkonforma mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal perjodu inizjali ta' mill-inqas disa' xhur.

(6)

Għalhekk, meta jitqiesu dawn il-garanziji speċifiċi pprovduti mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u sabiex jiġi evitat tfixkil bla bżonn tal-kummerċ wara d-data tal-ħruġ, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista ta' pajjiżi terzi u partijiet mit-territorji ta' pajjiżi terzi stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/659 li minnhom huwa awtorizzat id-dħul ta' kunsinni ta' ekwidi ħajjin u s-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom.

(7)

Fir-rigward tal-istatus ta' saħħa tal-ekwidi fir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u d-Dipendenzi tal-Kuruna, jenħtieġ li dawn il-pajjiżi jiġu assenjati lill-grupp sanitarju A, u jenħtieġ li jiġu permessi t-tipi kollha ta' dħul u d-dħul tal-kategoriji kollha ta' ekwidi.

(8)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/659 jiġi emendat skont dan.

(9)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mit-13 ta' April 2019, sakemm f'dik id-data d-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u fih.

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/659 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-13 ta' April 2019.

Madankollu, m'għandux japplika jekk, f'dik id-data, id-dritt tal-Unjoni jibqa' japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u fih.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ April 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(2)   ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(3)   ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/476 meħuda bi qbil mar-Renju Unit, tat-22 ta' Marzu 2019 li testendi l-perijodu taħt l-Artikolu 50(3) TUE (ĠU L 80 I, 22.3.2019, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/659 tat-12 ta' April 2018 dwar il-kundizzjonijiet biex jidħlu fl-Unjoni ekwidi ħajjin u s-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom (ĠU L 110, 30.4.2018, p. 1).


ANNESS

It-tabella stabbilita fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/659 hija emendata kif ġej:

(a)

il-linji li ġejjin jiddaħħlu wara l-entrata tal-Gżejjer Falkland:

“GB

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

GB-0

Il-pajjiż kollu

A

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

 

GG

Guernsey

GG-0

Il-pajjiż kollu

A

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X”

 

(b)

il-linja li ġejja tiddaħħal wara l-entrata tal-Iżlanda:

“JE

Jersey

JE-0

Il-pajjiż kollu

A

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X”

 


11.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 100/20


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/591

tal-11 ta’ April 2019

li jemenda l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 136/2004 fir-rigward tal-inklużjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u ta' wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu fil-lista ta' pajjiżi terzi u territorji awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni tal-ħuxlief u tat-tiben

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit issottometta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Fit-22 ta' Marzu 2019, il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/476 (2) li testendi l-perjodu taħt l-Artikolu 50(3) tat-TUE bi qbil mar-Renju Unit. F'konformità ma' dik id-Deċiżjoni, f'każ li l-Ftehim dwar il-Ħruġ ma jiġix approvat mill-House of Commons sad-29 ta' Marzu 2019 l-aktar tard, il-perjodu previst fl-Artikolu 50(3) tat-TUE jiġi estiż sat-12 ta' April 2019. Billi l-Ftehim dwar il-Ħruġ ma ġiex approvat sad-29 ta' Marzu 2019, id-dritt tal-Unjoni mhux se jibqa' japplika għar-Renju Unit u fih mit-13 ta' April 2019 (“id-data ta' ħruġ”).

(2)

Id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi. L-Artikolu 19(1) ta' dik id-Direttiva jipprevedi li l-Kummissjoni trid tfassal lista ta' prodotti tal-pjanti li jridu jkunu soġġetti għal verifiki veterinarji fuq il-fruntiera billi dawn jistgħu jippreżentaw riskju tat-tixrid fl-Unjoni ta' mard tal-annimali infettiv jew li jittieħed, kif ukoll lista ta' pajjiżi terzi li jistgħu jkunu awtorizzati li jesportaw dawk il-prodotti tal-pjanti fl-Unjoni.

(3)

Għaldaqstant, l-Anness IV tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 (3) jelenka t-tiben u l-ħuxlief bħala prodotti tal-pjanti soġġetti għall-kontrolli veterinarji fuq il-fruntieri, filwaqt li l-Anness V ta' dak ir-Regolament jelenka l-pajjiżi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimportaw il-ħuxlief u t-tiben.

(4)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq ipprovda l-garanziji neċessarji sabiex dak il-pajjiż u wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 136/2004 għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' komoditajiet tal-ħuxlief u tat-tiben mid-data tal-ħruġ billi jkompli jikkonforma mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal perjodu inizjali ta' mill-inqas disa' xhur.

(5)

Għalhekk, meta jitqiesu dawn il-garanziji speċifiċi pprovduti mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, u sabiex jiġi evitat tfixkil bla bżonn tal-kummerċ wara d-data tal-ħruġ, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna jenħtieġ li jiġi inkluż fil-lista ta' pajjiżi stabbilita fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 136/2004 awtorizzat għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni tal-ħuxlief u tat-tiben.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 136/2004 jiġi emendat skont dan.

(7)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mit-13 ta' April 2019, sakemm f'dik id-data d-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u fih.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 136/2004 għandu jiġi emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-13 ta' April 2019.

Madankollu, m'għandux japplika jekk, f'dik id-data, id-dritt tal-Unjoni jibqa' japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u fih.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ April 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/476 meħuda bi qbil mar-Renju Unit, tat-22 ta' Marzu 2019 li testendi l-perijodu taħt l-Artikolu 50(3) TUE (ĠU L 80 I, 22.3.2019, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 tat-22 ta' Jannar 2004 li jistabbilixxi proċeduri għal kontrolli veterinarji f'postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntieri tal-Komunità fuq prodotti importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 21, 28.1.2004, p. 11).


ANNESS

L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 136/2004 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-linji li ġejjin jiddaħħlu wara l-entrata taċ-Ċilì:

“GB

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

GG

Guernsey”

(b)

il-linja li ġejja tiddaħħal wara l-entrata ta' Iceland:

“JE

Jersey”