|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 96 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 62 |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
5.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 96/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/548
tat-2 ta' April 2019
li japprova emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' Denominazzjoni ta' Oriġini Protetta jew ta' Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Piemonte” (DOP)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni għad-Denominazzjoni ta' Oriġini Protetta “Piemonte” li l-Italja bagħtet skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2), kif meħtieġ mill-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li tiġi approvata l-emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Piemonte” (DOP), hija b'dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' April 2019.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
|
5.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 96/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/549
tat-2 ta' April 2019
li japprova emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' Denominazzjoni ta' Oriġini Protetta jew ta' Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Cataluña”/“Catalunya” (DOP)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni għad-Denominazzjoni ta' Oriġini Protetta “Cataluña”/“Catalunya”, mibgħuta minn Spanja skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2), kif meħtieġ mill-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li tiġi approvata l-emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-denominazzjoni “Cataluña”/“Catalunya” (DOP) hija b'dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' April 2019.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
|
5.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 96/4 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/550
tat-2 ta' April 2019
li japprova emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' Denominazzjoni ta' Oriġini Protetta jew ta' Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Tierra de León” (DOP)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni għad-Denominazzjoni ta' Oriġini Protetta “Tierra de León”, mibgħuta minn Spanja skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. L-emenda tinkludi l-bidla tad-denominazzjoni minn “Tierra de León” għal “León”. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2), kif meħtieġ mill-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li tiġi approvata l-emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda għall-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-denominazzjoni “Tierra de León” (DOP) hija b'dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' April 2019.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
|
5.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 96/5 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/551
tat-3 ta' April 2019
li japprova emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta' denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta “Graves supérieures” (DOP)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Kummissjoni eżaminat it-talba għall-approvazzjoni ta' emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-Denominazzjoni ta' Oriġini Protetta “Graves supérieures”, imressqa minn Franza skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-approvazzjoni tal-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, skont l-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(3) |
Billi ma ġiet innotifikata ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, |
|
(4) |
jenħtieġ li tiġi approvata l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-isem “Graves supérieures” (DOP) hija b'dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' April 2019.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
|
5.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 96/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/552
tal-4 ta' April 2019
li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-livelli massimi tar-residwi tal-ażossistrobina, tal-biċiklopiron, tal-klormekwat, taċ-ċiprodinil, tad-difenokonażol, tal-fenpropimorf, tal-fenpirossimat, tal-fluwopiram, tal-fosetil, tal-isoprotijolan, tal-isopirażam, tal-ossamil, tal-protijokonażol, tal-ispinetoram, tat-trifloksistrobin u tat-triflumeżopirim f'ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fis-6 ta' Lulju 2018, il-Kummissjoni Codex Alimentarius adottat limiti massimi tar-residwi fil-Codex (CXLs) għal: l-ażossistrobin, il-biċiklopiron, il-klormekwat, iċ-ċiprodinil, id-difenikanażol, il-fenażakwin, il-fenpropimorf, il-fenpirossimat, il-flonikamid, il-fluwopiram, il-flupiradifuron, il-fosetil, il-imażamoks, l-imażapir, l-isoprotjolan, l-isopirażam, l-ossamil, il-pikossistrobin, il-protjokonażol, il-kwinklorak, is-saflufenaċil, is-spinetoram, it-tebukonażol, it-triflossistrobin u t-triflumeżopirim (2). |
|
(2) |
Fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 ġew stabbiliti l-livelli massimi għar-residwi (MRLs) ta' dawn is-sustanzi, ħlief dawk tal-biċiklopiron u tat-triflumeżopirim, li ma ġie stabbilit l-ebda MRL speċifiku għalihom, u dawk is-sustanzi lanqas ma ddaħħlu fl-Anness IV ta' dak ir-Regolament, allura għalihom japplika l-valur prestabbilit ta' 0,01 mg/kg previst fl-Artikolu 18(1)(b) tiegħu. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), fejn jeżistu standards internazzjonali jew jekk it-tlestija tagħhom tkun imminenti, dawn iridu jitqiesu fl-iżvilupp jew fl-addattament tal-liġi dwar l-ikel, ħlief meta dawn l-istandards jew il-partijiet rilevanti tagħhom ikunu mezz ineffettiv jew mhux addattat biex jilħaq l-għanijiet leġittimi tal-liġi dwar l-ikel jew meta jkun hemm ġustifikazzjoni xjentifika, jew meta dawn jirriżultaw f'livell differenti ta' protezzjoni minn dak stabbilit bħala xieraq fl-Unjoni. Barra minn hekk, skont il-punt (e) tal-Artikolu 13 ta' dak ir-Regolament, l-Unjoni għandha tippromwovi l-konsistenza bejn l-istandards tekniċi internazzjonali u l-liġi dwar l-ikel filwaqt li tiżgura li l-livell għoli ta' protezzjoni adottat fl-Unjoni ma jitnaqqasx. |
|
(4) |
L-Unjoni ppreżentat riżerva (4) lill-Kumitat Codex dwar ir-Residwi tal-Pestiċidi dwar is-CXLs proposti għall-kombinamenti ta' pestiċidi u prodotti li ġejjin: il-biċiklopiron (ġewwieni li jittiekel tal-mammiferi); id-difenokonażol (pomu; ross il-fenażakwin (il-prodotti kollha); il-fenpropimorf (banana); il-fenpirossimat (lanġas; ħjar; bettieħ; bżar ħelu; kafeni; frott taċ-ċitru; prodotti mill-annimali); il-flonikamid (il-prodotti kollha); il-fluwopiram (ħalib; ross; piżelli niexfa); il-flupiradifuron (il-prodotti kollha); l-imażamoks (il-prodotti kollha); l-imażapir (il-prodotti kollha); l-ossamil (ħjar; qara' tas-sajf); il-pikossistrobin (il-prodotti kollha); il-kwinklorak (il-prodotti kollha); is-saflufenaċil (il-prodotti kollha); l-ispinetoram (avokado; għanbaqar; prodotti mill-annimali); il-fenbukonażol (il-prodotti kollha); it-trifloksistrobin (kaboċċi kkapoċċati). |
|
(5) |
Għalhekk is-CXLs għall-ażossistrobin, għal-biċiklopiron, għall-klormekwat, għaċ-ċiprodinil, għad-difenikonażol, għall-fenpropimorf, għall-fenpirossimat, għall-fluwopiram, għall-fosetil, għall-isoprotjolan, għall-isopirażam, għall-ossamil, għall-protjokonażol, għall-ispinetoram, għat-trifloksistrobin u għat-triflumeżopirim, li mhumiex elenkati fil-premessa 4, jenħtieġ li jiddaħħlu fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 bħala MRLs ħlief meta dawn jirrelataw ma' prodotti li mhumiex imsemmija fl-Anness I ta' dak ir-Regolament jew meta dawn ikunu stabbiliti f'livell aktar baxx mill-MRLs attwali. Dawk is-CXLs huma sikuri għall-konsumaturi fl-Unjoni (5). |
|
(6) |
Fil-kuntest ta' proċedura għall-awtorizzazzjoni tal-użu ta' prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva fosfonati tal-potassju fuq it-tut tal-għollieq, fuq il-lampun, fuq il-mirtill, fuq il-passolina, fuq ir-ribes, u fuq it-tut tas-sebuqa, tressqet applikazzjoni bi qbil mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 biex jinbidlu l-MRLs eżistenti għall-fosetil. |
|
(7) |
B'konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, dik l-applikazzjoni ġiet evalwata mill-Istat Membru kkonċernat u r-rapport tal-evalwazzjoni ntbagħat lill-Kummissjoni. |
|
(8) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, (“l-Awtorità”) ivvalutat l-applikazzjoni u r-rapport tal-evalwazzjoni, u b'mod partikolari eżaminat ir-riskji għall-konsumaturi u, fejn kien rilevanti, għall-annimali, u tat opinjoni motivata dwar l-MRLs proposti (6). Għaddiet dik l-opinjoni lill-applikant, lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru u ppubblikatha. |
|
(9) |
L-Awtorità kkonkludiet li kienu ġew issodisfati r-rekwiżiti kollha rigward id-data u li l-modifiki tal-MRLs mitlubin mill-applikant kienu aċċettabbli fir-rigward tas-sikurezza tal-konsumatur abbażi ta' valutazzjoni tal-esponiment tal-konsumaturi għas-27 grupp Ewropew speċifiku tal-konsumatur. L-Awtorità qieset l-aktar informazzjoni riċenti dwar il-karatteristiċi tossikoloġiċi tas-sustanza. La l-esponiment tul il-ħajja għal dik is-sustanza mill-konsum tal-prodotti tal-ikel kollha li jista' jkun fihom dik is-sustanza, u lanqas l-esponiment għal perjodu qasir minħabba konsum għoli tal-prodotti rilevanti ma wera li kien hemm riskju li jinqabeż il-konsum aċċettabbli ta' kuljum jew id-doża akuta ta' referenza. |
|
(10) |
Abbażi tal-opinjonijiet motivati tal-Awtorità u filwaqt li jitqiesu l-fatturi rilevanti tas-suġġett ikkunsidrat, il-modifiki xierqa tal-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(11) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat skont dan. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' April 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) http://www.fao.org/fao-who-codexalimentarius/sh-proxy/en/?lnk=1&url=https%253A%252F%252Fworkspace.fao.org%252Fsites%252Fcodex%252FMeetings%252FCX-701-41%252FReport%252FFINAL%252FREP18_CACe.pdf
Il-programm konġunt tal-FAO u tal-WHO dwar l-istandards tal-ikel tal-Kummissjoni Codex Alimentarius. L-Appendiċi II. Is-Sessjoni Nru 41. Ruma, l-Italja, mit-2 sas-6 ta' Lulju 2018.
(3) Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
(4) Kummenti tal-Unjoni Ewropea dwar l-Ittra Ċirkulari CL 2018/39-PR tal-Codex: https://ec.europa.eu/food/sites/food/files/safety/docs/codex_cac_41_cl_2018-39-pr.pdf
(5) Scientific support for preparing an EU position in the 50th Session of the Codex Committee on Pesticide Residues (CCPR). EFSA Journal 2018;16(7):5306.
(6) Ir-rapporti xjentifiċi tal-EFSA jinsabu online fuq: http://www.efsa.europa.eu:
Reasoned opinion on the modification of the existing maximum residue levels for potassium phosphonates in certain berries and small fruits. EFSA Journal 2018;16(9):5411.
ANNESS
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
Fl-Anness II, il-kolonni tal-ażossistrobina, tal-klormekwat, taċ-ċiprodinil, tal-fenpropimorf, tal-fenpirossimat, tal-ossamil, tal-protijonokonażol, u tat-trifloksistrobin huma sostitwiti b'dan li ġej: “Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi tar-residwi (mg/kg)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
Il-Parti A tal-Anness III hija emendata kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(*1) Limitu tal-kwantifikazzjoni analitika
(1) Il-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, tinsab fl-Anness I.
(*2) Limitu tal-kwantifikazzjoni analitika
(2) Il-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, tinsab fl-Anness I.
(*3) Limitu tal-kwantifikazzjoni analitika
(3) Il-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, tinsab fl-Anness I.”
RAKKOMANDAZZJONIJIET
|
5.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 96/50 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/553
tat-3 ta' April 2019
dwar iċ-ċibersigurtà fis-settur tal-enerġija
(notifikata bid-dokument C(2019) 2400)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Is-settur tal-enerġija Ewropew għaddej minn bidla importanti lejn ekonomija dekarbonizzata, u fl-istess waqt irid jiżgura s-sigurtà tal-provvista u l-kompetittività. Bħala parti minn dik it-tranżizzjoni tal-enerġija u d-deċentralizzazzjoni relatata tal-ġenerazzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli, il-progress teknoloġiku, l-akkoppjament settorjali u d-diġitalizzazzjoni qed jibdlu l-grilja tal-potenza elettrika tal-Ewropa fi “grilja intelliġenti”. Fl-istess ħin, dan iġib miegħu wkoll riskji ġodda hekk kif id-diġitalizzazzjoni tesponi dejjem aktar is-sistema tal-enerġija għall-attakki u l-inċidenti ċibernetiċi li jistgħu jipperikolaw is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. |
|
(2) |
L-adozzjoni tat-tmien proposti leġiżlattivi kollha (1) tal-Pakkett dwar l-“Enerġija Nadifa għall-Ewropej kollha” inkluż il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija bħala l-ewwel pass, jippermetti li jinħoloq ambjent favorevoli għall-bidla diġitali tas-settur tal-enerġija. Jirrikonoxxi wkoll l-importanza taċ-ċibersigurtà fis-settur tal-enerġija. B'mod partikolari, ir-riformulazzoni tar-Regolament dwar is-Suq Intern tal-Elettriku (2) tipprevedi l-adozzjoni ta' regoli tekniċi għall-elettriku bħal pereżempju Kodiċi tan-Netwerk dwar regoli speċifiċi għas-settur għall-aspetti taċ-ċibersigurtà tal-flussi transfruntiera tal-elettriku, dwar ir-rekwiżiti minimi komuni, dwar l-ippjanar, il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-ġestjoni tal-kriżijiet. Ir-Regolament dwar it-Tħejjija għar-Riskji fis-Settur tal-Elettriku (3) isegwi b'mod wiesa' l-approċċ magħżul fir-Regolament dwar is-Sigurtà tal-Provvista tal-Gass (4); billi jenfasizza l-ħtieġa li jiġu vvalutati kif xieraq ir-riskji kollha, inklużi dawk relatati maċ-ċibersigurtà, u billi jipproponi li jiġu adottati miżuri li jimpedixxu u jimmitigaw dawk ir-riskji identifikati. |
|
(3) |
Meta l-Kummissjoni adottat l-Istrateġija tal-UE dwar iċ-Ċibersigurtà (5) fl-2013, identifikat it-tisħiħ tar-reżiljenza ċibernetika tal-Unjoni bħala prijorità. Wieħed mir-riżultati tanġibbli ewlenin tal-Istrateġija hija d-Direttiva dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u tas-Sistemi tal-Informazzjoni (6) (aktar 'il quddiem, id-“Direttiva NIS”), li ġiet adottata f'Lulju 2016. Bħala l-ewwel biċċa leġiżlazzjoni orizzontali tal-UE dwar iċ-ċibersigurtà, id-Direttiva NIS issaħħaħ il-livell ġenerali taċ-ċibersigurtà fl-Unjoni permezz tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet taċ-ċibersigurtà nazzjonali, iż-żieda tal-kooperazzjoni fil-livell tal-UE u l-introduzzjoni tal-obbligi ta' rappurtar dwar is-sigurtà u dwar l-inċidenti għall-kumpaniji msemmija bħala “operaturi tas-servizzi essenzjali”. Ir-rappurtar dwar l-inċidenti huwa obbligatorju fis-setturi ewlenin, inkluż is-settur tal-enerġija. |
|
(4) |
Meta l-partijiet ikkonċernati rilevanti jimplimentaw il-miżuri ta' tħejjija fiċ-ċibersigurtà, inklużi l-operaturi tas-servizzi essenzjali fl-enerġija kif identifikati fid-Direttiva NIS, jenħtieġ li jqisu l-gwida orizzontali maħruġa mill-Grupp ta' Kooperazzjoni tal-NIS stabbilit bl-Artikolu 11 tad-Direttiva NIS. Dak il-Grupp ta' Kooperazzjoni, li huwa magħmul mir-rappreżentanti tal-Istati Membri, l-Aġenzija Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA) u l-Kummissjoni, adotta dokumenti ta' gwida dwar il-miżuri tas-sigurtà u dwar in-notifika tal-inċidenti. F'Ġunju 2018, dak il-Grupp ħoloq fluss ta' ħidma ddedikat għall-enerġija. |
|
(5) |
Il-Komunikazzjoni Konġunta dwar iċ-Ċibersigurtà tal-2017 (7) tirrikonoxxi l-importanza tal-kunsiderazzjonijiet u tar-rekwiżiti speċifiċi għas-settur fil-livell tal-UE, inkluż is-settur tal-enerġija. Iċ-ċibersigurtà u l-implikazzjonijiet ta' politika possibbli kienu s-suġġett ta' proċess komprensiv ta' diskussjoni fl-Unjoni matul dawn l-aħħar snin. Konsegwentement, illum qed tiżdied s-sensibilizzazzjoni li s-setturi ekonomiċi individwali jiffaċċjaw kwistjonijiet speċifiċi taċ-ċibersigurtà u, għalhekk, jeħtieġ li jiżviluppaw l-approċċi settorjali tagħhom fil-kuntest usa' tal-istrateġiji ġenerali taċ-ċibersigurtà. |
|
(6) |
Il-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-fiduċja huma elementi ewlenin fiċ-ċibersigurtà. Il-Kummissjoni għandha l-għan li żżid il-kondiviżjoni tal-informazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati rilevanti billi torganizza avvenimenti apposta, pereżempju, id-diskussjoni madwar mejda ta' livell għoli dwar iċ-ċibersigurtà fl-enerġija organizzata f'Ruma f'Marzu 2017 u l-konferenza ta' livell għoli dwar iċ-ċibersigurtà fl-enerġija organizzata fi Brussell f'Ottubru 2018. Il-Kummissjoni tixtieq ukoll issaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati rilevanti u l-entitajiet speċjalizzati bħal pereżempju ċ-Ċentru tal-Kondiviżjoni u tal-Analiżi tal-Informazzjoni dwar l-Enerġija Ewropea. |
|
(7) |
Ir-Regolament dwar l-ENISA, l-“Aġenzija tal-UE għaċ-Ċibersigurtà”, u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (“Ir-Regolament tal-Att dwar iċ-Ċibersigurtà (8)”) se jsaħħaħ il-mandat tal-Aġenzija tal-UE għaċ-Ċibersigurtà sabiex jiġu appoġġati aħjar l-Istati Membri fl-indirizzar tat-theddid u l-attakki fuq iċ-ċibersigurtà. Joħloq ukoll qafas Ewropew taċ-ċibersigurtà għaċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti, tal-proċessi u tas-servizzi li se tkun valida fl-Unjoni kollha u hija ta' interess partikolari għas-settur tal-enerġija. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni ressqet Rakkomandazzjoni (9) li tindirizza r-riskji taċ-ċibersigurtà fil-5 ġenerazzjoni (5G) tat-teknoloġiji tan-netwerk li fiha gwida dwar l-analiżi u l-miżuri ta' ġestjoni tar-riskji adattati fil-livell nazzjonali, dwar l-iżvilupp ta' analiżi tar-riskji kkoordinata fil-livell Ewropew u dwar l-istabbiliment ta' proċess għall-iżvilupp ta' għodod komuni tal-aqwa miżuri għall-ġestjoni tar-riskji. Ladarba dawn isiru operattivi, in-netwerks 5G se jiffurmaw l-iskeletru għal firxa sħiħa ta' miżuri għall-funzjonament tas-suq intern u għat-tħaddim ta' funzjonijiet li huma vitali għas-soċjetà u għall-ekonomija bħalma hi l-enerġija. |
|
(9) |
Jenħtieġ li din ir-Rakkomandazzjoni tipprovdi gwida mhux eżawrjenti għall-Istati Membri u għall-partijiet ikkonċernati rilevanti, b'mod partikolari l-operaturi tan-netwerk u l-fornituri tat-teknoloġija, biex jiksbu livell ogħla taċ-ċibersigurtà fid-dawl tar-rekwiżiti fil-ħin reali speċifiċi identifikati għas-settur tal-enerġija, l-effetti kaskata u l-kombinazzjoni tat-teknoloġija preeżistenti u t-teknoloġija tal-ogħla livell. Din il-gwida għandha l-għan li tgħin lill-partijiet ikkonċernati jżommu f'moħħhom ir-rekwiżiti speċifiċi tas-settur tal-enerġija meta jkunu qed jimplimentaw l-istandards taċ-ċibersigurtà rikonoxxuti internazzjonalment (10). |
|
(10) |
Il-Kummissjoni biħsiebha tirrieżamina b'mod regolari din ir-Rakkomandazzjoni fuq il-bażi tal-progress li jkun sar fl-Unjoni b'konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti. Il-Kummissjoni se tkompli bl-isforzi tagħhom biex issaħħaħ iċ-ċibersigurtà fis-settur tal-enerġija, b'mod partikolari permezz tal-Grupp ta' Kooperazzjoni tal-NIS, li jiżgura l-kooperazzjoni strateġika u l-iskambju tal-informazzjoni fost l-Istati Membri fiċ-ċibersigurtà. |
ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
SUĠĠETT
|
(1) |
Din ir-Rakkomandazzjoni tistabbilixxi l-kwistjonijiet ewlenin relatati maċ-ċibersigurtà fis-settur tal-enerġija, jiġifieri r-rekwiżiti fil-ħin reali, l-effetti kaskata u l-kombinazzjoni tat-teknoloġija l-antika u t-teknoloġija tal-ogħla livell, u tidentifika l-azzjonijiet ewlenin għall-implimentazzjoni tal-miżuri rilevanti ta' tħejjija taċ-ċibersigurtà fis-settur tal-enerġija. |
|
(2) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri japplikaw din ir-Rakkomandazzjoni, billi jħeġġu lill-partijiet ikkonċernati rilevanti biex jibnu l-għarfien u l-ħiliet relatati maċ-ċibersigurtà fis-settur tal-enerġija. Fejn xieraq, jenħtieġ li l-Istati Membri jinkludu wkoll dawn il-kunsiderazzjonijiet fil-qafas taċ-ċibersigurtà nazzjonali tagħhom, b'mod partikolari permezz ta' strateġiji, liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi oħra. |
REKWIŻITI FIL-ĦIN REALI TAL-KOMPONENTI TAL-INFRASTRUTTURA TAL-ENERĠIJA
|
(3) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-partijiet ikkonċernati rilevanti, jiġifieri l-operaturi tan-netwerks tal-enerġija u l-fornituri tat-teknoloġija, u b'mod partikolari l-operaturi tas-servizzi essenzjali identifikati fid-Direttiva NIS, jimplimentaw il-miżuri rilevanti ta' tħejjija taċ-ċibersigurtà relatati mar-rekwiżiti fil-ħin reali fis-settur tal-enerġija. Ċerti elementi tas-sistema tal-enerġija jeħtieġ li jaħdmu fil-“ħin reali”, jiġifieri jirreaġixxu għal kmand fi ftit millisekondi, u dan jagħmilha diffiċli jew saħansitra impossibbli li jiġu introdotti miżuri taċ-ċibersigurtà minħabba nuqqas ta' ħin. |
|
(4) |
B'mod partikolari, jenħtieġ li l-operaturi tan-netwerks tal-enerġija:
|
|
(5) |
Meta jkunu disponibbli, jenħtieġ ukoll li l-operaturi tan-netwerks tal-enerġija:
|
EFFETTI KASKATA
|
(6) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-partijiet ikkonċernati rilevanti, jiġifieri l-operaturi tan-netwerks tal-enerġija u l-fornituri tat-teknoloġija, u b'mod partikolari l-operaturi tas-servizzi essenzjali identifikati fid-Direttiva NIS, jimplimentaw il-miżuri rilevanti ta' tħejjija taċ-ċibersigurtà relatati mal-effetti kaskata fis-settur tal-enerġija. Il-grilji elettriċi u l-gassdotti huma interkonnessi ħafna fl-Ewropa kollha u attakk ċibernetiku li joħloq qtugħ jew interruzzjoni f'parti tas-sistema tal-enerġija jista' jwassal għal effetti kaskata mifruxa f'partijiet oħra ta' dik is-sistema. |
|
(7) |
Fl-applikazzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jevalwaw l-interdipendenzi u l-kritikalità tal-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sistemi ta' domanda flessibbli minn naħa, u tas-substazzjonijiet u tal-linji ta' trażmissjoni u distribuzzjoni min-naħa l-oħra, kif ukoll il-partijiet ikkonċernati assoċjati affettwati (inkluż is-sitwazzjonijiet transfruntiera) f'każ li jirnexxi attakk ċibernetiku jew inċident ċibernetiku. Jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri jiżguraw li l-operaturi tan-netwerks tal-enerġija jkollhom qafas ta' komunikazzjoni mal-partijiet ikkonċernati kollha sabiex jikkondividu s-sinjali ta' twissija bikrija u jikkooperaw fuq il-ġestjoni tal-kriżijiet. Jenħtieġ li jkun hemm stabbiliti kanali ta' komunikazzjoni strutturati u formats miftiehma sabiex tiġi kondiviża l-informazzjoni sensittiva mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, mal-Iskwadri ta' Rispons għal Inċidenti relatati mas-Sigurtà tal-Kompjuters u mal-awtoritajiet rilevanti. |
|
(8) |
B'mod partikolari, jenħtieġ li l-operaturi tan-netwerks tal-enerġija:
|
TEKNOLOĠIJA ANTIKA U TEKNOLOĠIJA TAL-OGĦLA LIVELL
|
(9) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-partijiet ikkonċernati rilevanti, jiġifieri l-operaturi tan-netwerks tal-enerġija u l-fornituri tat-teknoloġija, u b'mod partikolari l-operaturi tas-servizzi essenzjali identifikati fid-Direttiva NIS, jimplimentaw il-miżuri rilevanti ta' tħejjija taċ-ċibersigurtà relatati mal-kombinazzjoni tat-teknoloġija antika ma' dik tal-ogħla livell fis-settur tal-enerġija. Fil-fatt, fis-sistema tal-enerġija tal-lum jeżistu żewġ tipi differenti ta' teknoloġiji: teknoloġija aktar antika b'tul ta' ħajja ta' bejn 30 u 60 sena, mfassla qabel ma tqieset iċ-ċibersigurtà, u t-tagħmir modern, li jirrifletti d-diġitalizzazzjoni tal-ogħla livell u l-apparati intelliġenti. |
|
(10) |
Meta japplikaw din ir-Rakkomandazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jħeġġu lill-operaturi tan-netwerks tal-enerġija u lill-fornituri tat-teknoloġija biex isegwu l-istandards rilevanti aċċettati internazzjonalment dwar iċ-ċibersigurtà kull fejn ikun possibbli. Sadanittant, jenħtieġ li l-partijiet ikkonċernati u l-klijenti jadottaw approċċ orjentat lejn iċ-ċibersigurtà meta jikkollegaw l-apparati mal-grilja. |
|
(11) |
B'mod partikolari, jenħtieġ li l-fornituri tat-teknoloġija jipprovdu soluzzjonijiet ittestjati bla ħlas għall-kwistjonijiet tas-sigurtà fit-teknoloġiji antiki jew moderni u malli ssir magħrufa kwistjoni ta' sigurtà rilevanti. |
|
(12) |
B'mod partikolari, jenħtieġ li l-operaturi tan-netwerks tal-enerġija:
|
MONITORAĠĠ
|
(13) |
Fi żmien 12-il xahar wara l-adozzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni u kull sentejn wara dan, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni informazzjoni dettaljata dwar l-istat ta' implimentazzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni permezz tal-Grupp ta' Kooperazzjoni tal-NIS. |
RIEŻAMI
|
(14) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni mressqa mill-Istati Membri, il-Kummissjoni se tirrieżamina l-implimentazzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni u tivvaluta jekk humiex meħtieġa aktar miżuri skont kif ikun xieraq b'konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti. |
DESTINATARJI
|
(15) |
Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. |
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' April 2019.
Għall-Kummissjoni
Miguel ARIAS CAÑETE
Membru tal-Kummissjoni
(1) Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82); id-Direttiva (UE) 2018/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 li temenda d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 210); ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1); id-Direttiva (UE) 2018/844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 75). Fis-sessjoni plenarja ta' Marzu 2019, il-Parlament Ewropew ikkonferma l-ftehimiet politiċi li ntlaħqu mal-Kunsill dwar il-proposti tad-Disinn tas-Suq tal-Elettriku (ir-Regolament dwar it-Tħejjija għar-Riskji, ir-Regolament għall-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) u d-Direttiva dwar l-Elettriku u r-Regolament dwar l-Elettriku. L-adozzjoni formali tal-Kunsill hija mistennija li sseħħ f'April; il-pubblikazzjoni tat-test legali fil-ĠU jsir eżatt wara.
(2) COM(2016) 861 final.
(3) COM(2016) 862 final.
(4) Ir-Regolament (UE) 2017/1938 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2017 dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 (ĠU L 280, 28.10.2017, p. 1).
(5) JOIN(2013) 1.
(6) Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1).
(7) JOIN(2017) 450.
(8) L-Att dwar iċ-Ċibersigurtà ġie adottat mill-Parlament Ewropew f'Marzu 2019. L-adozzjoni formali tal-Kunsill hija mistennija li sseħħ f'April; il-pubblikazzjoni tat-test legali fil-ĠU jsir eżatt wara.
(9) C(2019) 2335.
(10) L-Organizzazzjonijiet Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni ppubblikaw diversi standards taċ-ċibersigurtà (ISO/IEC 27000: Information Technologies) u tal-ġestjoni tar-riskju (ISO/IEC31000: Implementation of risk management). F'Ottubru 2017 inħareġ standard speċifiku għas-settur tal-enerġija (ISO/IEC 27019: Information security controls for the energy utility industry) bħala parti mis-serje ISO/IEC 27000.
Rettifika
|
5.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 96/55 |
Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/341 tas-17 ta' Diċembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli tranżizzjonali għal ċerti dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni fejn is-sistemi elettroniċi rilevanti għadhom ma sarux operazzjonali u li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 69 tal-15 ta' Marzu 2016 )
Fil-paġna 7, fl-Artikolu 13,
minflok:
“6. Meta emittent awtorizzat juża t-timbru speċjali msemmi fl-Artikolu 129a(2)(e)(ii) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 dak it-timbru għandu jiġi approvat mill-awtoritajiet doganali u jkun jikkorrespondi għall-kampjun stabbilit fil-Kapitolu II tal-Parti II tal-Anness 72-04 għar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446. Għandha tapplika t-Taqsima 23 u 23.1 tal-Anness 72-04 għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.”
aqra:
“6. Meta emittent awtorizzat juża t-timbru speċjali msemmi fl-Artikolu 128a(2)(e)(ii) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 dak it-timbru għandu jiġi approvat mill-awtoritajiet doganali u jkun jikkorrespondi għall-kampjun stabbilit fil-Kapitolu II tal-Parti II tal-Anness 72-04 għar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446. Għandha tapplika t-Taqsima 23 u 23.1 tal-Anness 72-04 għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.”;
Fil-paġna 29, l-Artikolu 55(13) li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446,
minflok:
|
“(13) |
jiddaħħlu l-Artikoli 129a sal-Artikolu 129d li ġejjin:
‘Artikolu 129a Il-formalitajiet meta jinħarġu dokument ‘T2L’ jew ‘T2LF’, fattura jew dokument tat-trasport minn emittent awtorizzat (l-Artikolu 6(3)(a) tal-Kodiċi) 1. Sad-data tal-iskjerament tas-sistema tal-PoUS imsemmija fl-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/255/UE, l-emittent awtorizzat għandu jagħmel kopja ta' kull dokument ‘T2L’ jew ‘T2LF’ maħruġ. L-awtoritajiet doganali għandhom jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li taħthom il-kopja għandha tiġi ppreżentata għall- finijiet ta' kontroll u tinżamm għal mill-inqas tliet snin. 2. L-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 128(2) għandha tispeċifika, b'mod partikolari:
Artikolu 129b Faċilitazzjonijiet għal emittent awtorizzat (l-Artikolu 6(3)(a) tal-Kodiċi) 1. Sad-data tal-iskjerament tas-sistema tal-PoUS imsemmija fl-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/255/UE, l-emittent awtorizzat jista' jkun awtorizzat biex ma jiffirmax id-dokumenti ‘T2L’ jew ‘T2LF’ jew id-dokumenti kummerċjali użati li jkollhom it-timbru speċjali msemmi fl-Artikolu 129a(2)(e)(ii) jitfasslu permezz ta' sistema elettronika jew awtomatika għall-ipproċessar tad-dejta. Awtorizzazzjoni bħal din għandha tkun soġġetta għall-kundizzjoni li l-emittent awtorizzat ikun preċedentement ta lil dawk l-awtoritajiet impenn bil-miktub li jirrikonoxxi r-responsabbiltà tiegħu għall-konsegwenzi legali li jirriżultaw mid-dokumenti ‘T2L’ jew ‘T2LF’ jew mid-dokumenti kummerċjali kollha maħruġa li jkollhom it-timbru speċjali. 2. Id-dokumenti ‘T2L’ jew ‘T2LF’ jew id-dokumenti kummerċjali mfasslin b'konformità mal-paragrafu 1 għandhom jinkludu, minflok il-firma tal-emittent awtorizzat, waħda mill-approvazzjonijiet li ġejjin:
Artikolu 129ċ Awtorizzazzjoni għat-tfassil tal-manifest tal-kumpanija tat-tbaħħir wara t-tluq (l-Artikolu 153(2) tal-Kodiċi) Sad-data tal-iskjerament tas-sistema tal-PoUS imsemmija fl-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/255/UE, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-kumpaniji tat-tbaħħir biex ma jfasslux il-manifest tal-kumpanija tat-tbaħħir imsemmi fl-Artikolu 199(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 li jservi biex juri l-istatus doganali tal-oġġetti tal-Unjoni sa mhux aktar tard mill-jum wara t-tluq tal-bastiment u, fi kwalunkwe każ, qabel il-wasla tiegħu fil-port tad-destinazzjoni. Artikolu 129d Il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu awtorizzati għat-tfassil tal-manifest tal-kumpanija tat-tbaħħir wara t-tluq (l-Artikolu 153(2) tal-Kodiċi) 1. Sad-data tal-iskjerament tas-sistema ta' Deċiżjonijiet Doganali tal-KDU msemmija fl-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/255/UE, l-awtorizzazzjoni sabiex il-manifest tal-kumpanija tat-tbaħħir, li jservi biex juri l-istatus doganali tal-oġġetti tal-Unjoni, ma jitfassalx sa mhux aktar tard mill-jum wara t-tluq tal-bastiment u, fi kwalunkwe każ, qabel il-wasla tiegħu fil-port tad-destinazzjoni, għandha tingħata biss lill-kumpaniji tat-tbaħħir internazzjonali li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
2. L-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jingħataw biss meta:
3. Meta l-persuna kkonċernata jkollha ċertifikat ta' AEO msemmi fl-Artikolu 38(2)a tal-Kodiċi, ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1(c) u 2(b) ta' dan l-Artikolu għandhom jitqiesu li ġew issodisfati. 4. Malli jirċievu applikazzjoni, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fejn hija stabbilita l-kumpanija tat-tbaħħir għandhom jinnotifikaw b'dik l-applikazzjoni lill-Istati Membri l-oħrajn li fit-territorji rispettivi tagħhom jinsabu l-portijiet tat-tluq u tad-destinazzjoni maħsuba. Jekk ma tasal ebda oġġezzjoni fi żmien 60 jum mid-data tan-notifika, l-awtoritajiet doganali għandhom jawtorizzaw l-użu tal-proċedura ssimplifikata deskritta fl-Artikolu 129c. Din l-awtorizzazzjoni għandha tkun valida fl-Istati Membri kkonċernati u għandha tapplika biss għall-operazzjonijiet ta' trasport bejn il-portijiet li għalihom tirreferi. 5. Is-simplifikazzjoni għandha tiġi applikata kif ġej:
6. Għandhom isiru n-notifiki li ġejjin:
|
aqra:
|
“(13) |
jiddaħħlu l-Artikoli 128a sal-Artikolu 128d li ġejjin fis-Subtaqsima 3 (‘Prova tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni maħruġa minn emittent awtorizzat’):
‘Artikolu 128a Il-formalitajiet meta jinħarġu dokument ‘T2L’ jew ‘T2LF’, fattura jew dokument tat-trasport minn emittent awtorizzat (l-Artikoli 6(2) u 6(3)(a) tal-Kodiċi) 1. Sad-data tal-iskjerament tas-sistema tal-PoUS imsemmija fl-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/255/UE, l-emittent awtorizzat għandu jagħmel kopja ta' kull dokument ‘T2L’ jew ‘T2LF’ maħruġ. L-awtoritajiet doganali għandhom jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li taħthom il-kopja għandha tiġi ppreżentata għall- finijiet ta' kontroll u tinżamm għal mill-inqas tliet snin. 2. L-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 128(2) għandha tispeċifika, b'mod partikolari:
Artikolu 128b Faċilitazzjonijiet għal emittent awtorizzat (l-Artikolu 6(3)(a) tal-Kodiċi) 1. Sad-data tal-iskjerament tas-sistema tal-PoUS imsemmija fl-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/255/UE, l-emittent awtorizzat jista' jkun awtorizzat biex ma jiffirmax id-dokumenti ‘T2L’ jew ‘T2LF’ jew id-dokumenti kummerċjali użati li jkollhom it-timbru speċjali msemmi fl-Artikolu 128a(2)(e)(ii) jitfasslu permezz ta' sistema elettronika jew awtomatika għall-ipproċessar tad-dejta. Awtorizzazzjoni bħal din għandha tkun soġġetta għall-kundizzjoni li l-emittent awtorizzat ikun preċedentement ta lil dawk l-awtoritajiet impenn bil-miktub li jirrikonoxxi r-responsabbiltà tiegħu għall-konsegwenzi legali li jirriżultaw mid-dokumenti ‘T2L’ jew ‘T2LF’ jew mid-dokumenti kummerċjali kollha maħruġa li jkollhom it-timbru speċjali. 2. Id-dokumenti ‘T2L’ jew ‘T2LF’ jew id-dokumenti kummerċjali mfasslin b'konformità mal-paragrafu 1 għandhom jinkludu, minflok il-firma tal-emittent awtorizzat, waħda mill-approvazzjonijiet li ġejjin:
Artikolu 128c Awtorizzazzjoni għat-tfassil tal-manifest tal-kumpanija tat-tbaħħir wara t-tluq (l-Artikolu 153(2) tal-Kodiċi) Sad-data tal-iskjerament tas-sistema tal-PoUS imsemmija fl-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/255/UE, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-kumpaniji tat-tbaħħir biex ma jfasslux il-manifest tal-kumpanija tat-tbaħħir imsemmi fl-Artikolu 199(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 li jservi biex juri l-istatus doganali tal-oġġetti tal-Unjoni sa mhux aktar tard mill-jum wara t-tluq tal-bastiment u, fi kwalunkwe każ, qabel il-wasla tiegħu fil-port tad-destinazzjoni. Artikolu 128d Il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu awtorizzati għat-tfassil tal-manifest tal-kumpanija tat-tbaħħir wara t-tluq (l-Artikoli 6(3)(a) u 153(2) tal-Kodiċi) 1. Sad-data tal-iskjerament tas-sistema ta' Deċiżjonijiet Doganali tal-KDU msemmija fl-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/255/UE, l-awtorizzazzjoni sabiex il-manifest tal-kumpanija tat-tbaħħir, li jservi biex juri l-istatus doganali tal-oġġetti tal-Unjoni, ma jitfassalx sa mhux aktar tard mill-jum wara t-tluq tal-bastiment u, fi kwalunkwe każ, qabel il-wasla tiegħu fil-port tad-destinazzjoni, għandha tingħata biss lill-kumpaniji tat-tbaħħir internazzjonali li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
2. L-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jingħataw biss meta:
3. Meta l-persuna kkonċernata jkollha ċertifikat ta' AEO msemmi fl-Artikolu 38(2)a tal-Kodiċi, ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1(c) u 2(b) ta' dan l-Artikolu għandhom jitqiesu li ġew issodisfati. 4. Malli jirċievu applikazzjoni, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fejn hija stabbilita l-kumpanija tat-tbaħħir għandhom jinnotifikaw b'dik l-applikazzjoni lill-Istati Membri l-oħrajn li fit-territorji rispettivi tagħhom jinsabu l-portijiet tat-tluq u tad-destinazzjoni maħsuba. Jekk ma tasal ebda oġġezzjoni fi żmien 60 jum mid-data tan-notifika, l-awtoritajiet doganali għandhom jawtorizzaw l-użu tal-proċedura ssimplifikata deskritta fl-Artikolu 128c. Din l-awtorizzazzjoni għandha tkun valida fl-Istati Membri kkonċernati u għandha tapplika biss għall-operazzjonijiet ta' trasport bejn il-portijiet li għalihom tirreferi. 5. Is-simplifikazzjoni għandha tiġi applikata kif ġej:
6. Għandhom isiru n-notifiki li ġejjin:
|