ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 92

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
1 ta' April 2019


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/535 tad-29 ta' Marzu 2019 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA)

1

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/536 tad-29 ta' Marzu 2019 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/908/UE fir-rigward tal-listi ta' pajjiżi u territorji terzi li r-rekwiżiti superviżorji u regolatorji tagħhom jitqiesu bħala ekwivalenti għall-finijiet tat-trattament ta' skoperturi f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

3

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/813 tat-14 ta' Mejju 2018 dwar id-dokument ta' referenza settorjali dwar l-aqwa prattiki ta' ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali settorjali u l-parametri referenzjarji ta' eċċellenza għas-settur tal-amministrazzjoni pubblika skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) ( ĠU L 145, 8.6.2018 )

9

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/235 tal-24 ta' Jannar 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2008/411/KE fir-rigward ta' aġġornament tal-kundizzjonijiet tekniċi rilevanti applikabbli għall-medda ta' frekwenzi 3400–3800 MHz ( ĠU L 37, 8.2.2019 )

11

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

1.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 92/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/535

tad-29 ta' Marzu 2019

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Mejju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 (1) dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA).

(2)

Fil-21 ta' Diċembru 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/2055 (2), li estendiet id-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 sal-31 ta' Marzu 2019.

(3)

Fis-27 ta' Marzu 2019, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà qabel li jestendi l-mandat tal-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA sat-30 ta' Settembru 2019.

(4)

Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 tiġi emendata kif meħtieġ.

(5)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża. Konsegwentement, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, u lanqas ma hi marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha, u ma tiħux sehem fil-finanzjament ta' din l-operazzjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 11, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“6.   Għall-perijodu mill-1 ta' April 2019 sat-30 ta' Settembru 2019, l-ammont ta' referenza għall-ispejjeż komuni tal-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA għandu jkun ta' EUR 2 761 200. Il-perċentwal tal-ammont ta' referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 għandu jkun ta' 0 % għall-impenji u 0 % għall-pagamenti.”;

(2)

fl-Artikolu 13, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“L-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA għandha tintemm fit-30 ta' Settembru 2019.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha ssir effettiva fl-1 ta' April 2019.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Marzu 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/778 tat-18 ta' Mejju 2015 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) (ĠU L 122, 19.5.2015, p. 31).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/2055 tal-21 ta' Diċembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin- Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) (ĠU L 327I, 21.12.2018, p. 9).


1.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 92/3


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/536

tad-29 ta' Marzu 2019

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/908/UE fir-rigward tal-listi ta' pajjiżi u territorji terzi li r-rekwiżiti superviżorji u regolatorji tagħhom jitqiesu bħala ekwivalenti għall-finijiet tat-trattament ta' skoperturi f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 107(4), 114(7), 115(4), 116(5) u 142(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/908/UE (2) tistabbilixxi listi ta' pajjiżi u territorji terzi li l-arranġamenti superviżorji u regolatorji tagħhom jitqiesu bħala ekwivalenti għall-arranġamenti superviżorji u regolatorji korrispondenti applikati fl-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(2)

Il-Kummissjoni wettqet valutazzjonijiet ulterjuri tal-arranġamenti superviżorji u regolatorji applikabbli għal istituzzjonijiet ta' kreditu f'pajjiżi u territorji terzi. Dawn il-valutazzjonijiet ippermettew lill-Kummissjoni tevalwa l-ekwivalenza ta' dawn l-arranġamenti sabiex jiġi ddeterminat it-trattament tal-kategoriji relevanti ta' skoperturi msemmija fl-Artikoli 107, 114, 115, 116 u 142 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(3)

L-ekwivalenza ġiet iddeterminata permezz ta' analiżi bbażata fuq ir-riżultati tal-arranġamenti regolatorji u ta' superviżjoni tal-pajjiż terz li tittestja l-kapaċità tagħhom li jiksbu l-istess objettivi ġenerali bħall-arranġamenti superviżorji u regolatorji tal-Unjoni. L-objettivi jirreferu, b'mod partikolari, għall-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja kemm domestika kif ukoll globali fl-intier tagħha; l-effikaċja u l-adegwatezza tal-protezzjoni tad-depożitanti u konsumaturi oħrajn tas-servizzi finanzjarji; il-kooperazzjoni bejn atturi differenti tas-sistema finanzjarja, inklużi r-regolaturi u s-superviżuri; l-indipendenza u l-effikaċja tas-superviżjoni; u l-implimentazzjoni effettiva u l-infurzar ta' standards rilevanti miftiehma internazzjonalment. Sabiex jintlaħqu l-istess objettivi ġenerali tal-arranġamenti superviżorji u regolatorji tal-Unjoni, l-arranġamenti superviżorji u regolatorji tal-pajjiż terz jenħtieġ li jikkonformaw ma' sensiela ta' standards operazzjonali, organizzattivi u superviżorji, li jirriflettu l-elementi essenzjali tar-rekwiżiti superviżorji u regolatorji tal-Unjoni applikabbli għal kategoriji rilevanti ta' istituzzjonijiet finanzjarji.

(4)

Fil-valutazzjonijiet tagħha, il-Kummissjoni kkunsidrat l-iżviluppi rilevanti fil-qafas superviżorju u regolatorju sa mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2358 (3) u qieset is-sorsi ta' informazzjoni disponibbli, inkluża l-valutazzjoni mwettqa mill-Awtorità Bankarja Ewropea, li rrakkomandat li l-oqfsa superviżorji u regolatorji applikabbli għall-istituzzjonijiet ta' kreditu fl-Arġentina jitqiesu bħala ekwivalenti għall-qafas legali tal-Unjoni għall-finijiet tal-Artikoli 107(4), 114(7), 115(4), 116(5) u l-Artikolu 142(1)(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(5)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Arġentina għandha fis-seħħ arranġamenti superviżorji u regolatorji li jikkonformaw ma' sensiela ta' standards operattivi, organizzattivi u superviżorji, li jirriflettu l-elementi essenzjali tal-arranġamenti superviżorji u regolatorji tal-Unjoni applikabbli għal istituzzjonijiet ta' kreditu. Għalhekk, huwa xieraq li s-sistemi ta' rekwiżiti superviżorji u regolatorji applikati għal istituzzjonijiet ta' kreditu li jinsabu fl-Arġentina jiġu kkunsidrati bħala mill-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni għall-finijiet tal-Artikoli 107(4), 114(7), 115(4), 116(5) u l-Artikolu 142(1)(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(6)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/908/UE jenħtieġ għalhekk li tiġi emendata biex l-Arġentina tiġi inkluża fil-listi rilevanti ta' pajjiżi u territorji terzi li r-rekwiżiti superviżorji u regolatorji tagħhom jitqiesu bħala ekwivalenti għall-iskema tal-Unjoni għall-finijiet tat-trattament ta' skoperturi f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(7)

Il-listi ta' pajjiżi u territorji terzi kkunsidrati bħala ekwivalenti għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 mhumiex eżawrjenti. Il-Kummissjoni, bl-assistenza tal-Awtorità Bankarja Ewropea, se tkompli tagħmel monitoraġġ fuq bażi regolari tal-evoluzzjoni tal-arranġamenti superviżorji u regolatorji ta' pajjiżi u territorji terzi bil-għan li taġġorna, kif xieraq u mill-inqas kull ħames snin, il-listi ta' pajjiżi u territorji terzi stipulati fid-Deċiżjoni 2014/908/UE fid-dawl, b'mod partikolari, tal-iżviluppi kostanti fl-arranġamenti superviżorji u regolatorji, fl-Unjoni u fil-livell globali, u b'kunsiderazzjoni għas-sorsi ġodda disponibbli ta' informazzjoni rilevanti.

(8)

Ir-rieżami regolari tar-rekwiżiti prudenzjali u superviżorji applikabbli fil-pajjiżi u territorji terzi elenkati fl-Annessi tad-Deċiżjoni 2014/908/UE jenħtieġ li jkun mingħajr ħsara għall-possibbiltà għall-Kummissjoni li twettaq fi kwalunkwe ħin, lil hinn mill-qafas tar-rieżami ġenerali, rieżami speċifiku relatat ma' pajjiż jew territorju terz individwali, meta żviluppi rilevanti jagħmluha neċessarja għall-Kummissjoni li tivvaluta mill-ġdid ir-rikonoxximent mogħti mid-Deċiżjoni 2014/908/UE. Valutazzjoni mill-ġdid bħal din tista' twassal għall-irtirar tar-rikonoxximent tal-ekwivalenza.

(9)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Banek Ewropej,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/908/UE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni;

(2)

L-Anness IV huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni;

(3)

L-Anness V huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Marzu 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/908/UE tat-12 ta' Diċembru 2014 dwar l-ekwivalenza ta' rekwiżiti superviżorji u regolatorji ta' ċerti pajjiżi u territorji terzi għall-finijiet tat-trattament ta' skoperturi skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 359, 16.12.2014, p. 155).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2358 tal-20 ta' Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/908/UE fir-rigward tal-listi ta' pajjiżi u territorji terzi li r-rekwiżiti superviżorji u regolatorji tagħhom jitqiesu bħala ekwivalenti għall-finijiet tat-trattament ta' skoperturi skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 348, 21.12.2016, p. 75).


ANNESS I

“ANNESS I

Lista ta' pajjiżi u territorji terzi għall-finijiet tal-Artikolu 1 (istituzzjonijiet ta' kreditu)

(1)

L-Arġentina

(2)

L-Awstralja

(3)

Il-Brażil

(4)

Il-Kanada

(5)

Iċ-Ċina

(6)

Il-Gżejjer Faeroe

(7)

Greenland

(8)

Guernsey

(9)

Hong Kong

(10)

L-Indja

(11)

Isle of Man

(12)

Il-Ġappun

(13)

Jersey

(14)

Il-Messiku

(15)

Monaco

(16)

New Zealand

(17)

L-Arabja Sawdija

(18)

Singapor

(19)

L-Afrika t'Isfel

(20)

L-Iżvizzera

(21)

It-Turkija

(22)

l-Istati Uniti tal-Amerka


ANNESS II

“ANNESS IV

Lista ta' pajjiżi u territorji terzi għall-finijiet tal-Artikolu 4 (istituzzjonijiet ta' kreditu)

(1)

L-Arġentina

(2)

L-Awstralja

(3)

Il-Brażil

(4)

Il-Kanada

(5)

Iċ-Ċina

(6)

Il-Gżejjer Faeroe

(7)

Greenland

(8)

Guernsey

(9)

Hong Kong

(10)

L-Indja

(11)

Isle of Man

(12)

Il-Ġappun

(13)

Jersey

(14)

Il-Messiku

(15)

Monaco

(16)

New Zealand

(17)

L-Arabja Sawdija

(18)

Singapor

(19)

L-Afrika t'Isfel

(20)

L-Iżvizzera

(21)

It-Turkija

(22)

l-Istati Uniti tal-Amerka


ANNESS III

“ANNESS V

Lista ta' pajjiżi u territorji terzi għall-finijiet tal-Artikolu 5 (istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment)

Istituzzjonijiet ta' kreditu:

1)

L-Arġentina

2)

L-Awstralja

3)

Il-Brażil

4)

Il-Kanada

5)

Iċ-Ċina

6)

Il-Gżejjer Faeroe

7)

Greenland

8)

Guernsey

9)

Hong Kong

10)

L-Indja

11)

Isle of Man

12)

Il-Ġappun

13)

Jersey

14)

Il-Messiku

15)

Monaco

16)

New Zealand

17)

L-Arabja Sawdija

18)

Singapor

19)

L-Afrika t'Isfel

20)

L-Iżvizzera

21)

It-Turkija

22)

L-Istati Uniti tal-Amerka

Ditti ta' Investiment:

1)

L-Awstralja

2)

Il-Brażil

3)

Il-Kanada

4)

Iċ-Ċina

5)

Hong Kong

6)

L-Indoneżja

7)

Il-Ġappun (limitati għall-Operaturi tan-Negozju fi Strumenti Finanzjarji tat-Tip I)

8)

Il-Messiku

9)

Il-Korea t'Isfel

10)

L-Arabja Sawdija

11)

Singapor

12)

L-Afrika t'Isfel

13)

l-Istati Uniti tal-Amerka


Rettifika

1.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 92/9


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/813 tat-14 ta' Mejju 2018 dwar id-dokument ta' referenza settorjali dwar l-aqwa prattiki ta' ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali settorjali u l-parametri referenzjarji ta' eċċellenza għas-settur tal-amministrazzjoni pubblika skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 145 tat-8 ta' Ġunju 2018 )

F'paġna 11, it-Tabella 2.3 għandha tinqara:

Tabella 2.3

Ir-rilevanza tal-BEMPs deskritti f'dan id-dokument għal 12-il tip maġġuri ta' azjenda agrikola (bi sfumatura skura: rilevanti ħafna; griż: x'aktarx li tkun rilevanti; abjad: mhijiex rilevanti jew hija rilevanti parzjalment biss)

Il-BEMP

Azjenda intensiva tal-prodotti tal-ħalib (*1)

Azjenda estensiva tal-prodotti tal-ħalib

Azjenda intensiva tal-laħam taċ-ċanga (*1)

Azjenda estensiva tal-laħam taċ-ċanga

Azjenda tan-nagħaġ

Azjenda intensiva tal-ħnieżer (*1)

Azjenda intensiva tal-pollam (*1)

Azjenda estensiva tal-ħnieżer u tal-pollam

Azjenda taċ-ċereali u taż-żjut

Azjenda tal-għelejjel tal-għeruq

Azjenda tal-frott u tal-ħxejjex tal-għelieqi

Azjenda tal-frott u tal-ħxejjex mgħottija

3.1.1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.1.2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.1.3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.1.4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.1.5

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.1.6

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.1.7

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.2.1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.2.2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.2.3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.2.4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.3.1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.3.2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.3.3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.3.4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.4.1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.4.2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.4.3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.4.4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.4.5

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.5.1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.5.2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.5.3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.5.4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.6.1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.6.2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.6.3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.6.4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.6.5

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.6.6

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.6.7

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.7.1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.7.2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.7.3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.7.4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.7.5

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.7.6

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.7.7

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.8.1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.8.2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.8.3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.8.4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.9.1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.9.2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.10.1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.10.2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.10.3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.10.4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


(*1)  L-aqwa prattiki tal-produzzjoni tar-raba' li jinħadem jistgħu japplikaw għal erjas tal-azjenda agrikola għall-produzzjoni tal-għalf, jew għal azjendi agrikoli li jirċievu d-demel tal-ħnieżer u tal-pollam fir-rigward tat-tpoġġija tad-demel semilikwidu”


1.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 92/11


Rettifika tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/235 tal-24 ta' Jannar 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2008/411/KE fir-rigward ta' aġġornament tal-kundizzjonijiet tekniċi rilevanti applikabbli għall-medda ta' frekwenzi 3 400–3 800 MHz

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 37 tat-8 ta' Frar 2019 )

F'paġna 138, fl-Anness, it-taqsima A “Definizzjonijiet”, il-ħames paragrafu,

minflok:

Image 1

fejn P(θ, φ) hija l-potenza rradjata minn sistema tal-array tal-antenna fid-direzzjoni (θ, φ) mogħtija bil-formula:

P(θ, φ) = PTxg(θ, φ)

fejn PTx tirrappreżenta l-potenza kondotta (imkejla f'Watts), li hija l-input ġos-sistema tal-array, u g(θ, φ) tirrappreżenta l-gwadann direzzjonali tas-sistemi tal-array tul id-direzzjoni (θ, φ).”,

aqra:

Image 2

fejn P(Image 3, φ) hija l-potenza rradjata minn sistema tal-array tal-antenna fid-direzzjoni (Image 4, φ) mogħtija bil-formula:

P(Image 5, φ) = PTxg(Image 6, φ)

fejn PTx tirrappreżenta l-potenza kondotta (imkejla f'Watts), li hija l-input ġos-sistema tal-array, u g(Image 7, φ) tirrappreżenta l-gwadann direzzjonali tas-sistemi tal-array tul id-direzzjoni (Image 8, φ).”;

F'paġna 139, ir-raba' paragrafu,

minflok:

“Fit-Tabelli 3, 4, u 7 l-limiti tal-potenza huma ddeterminati b'mod relattiv għal limitu superjuri fiss permezz tal-formula Min(PMax - A , B), li jistabbilixxi l-livell inferjuri (jew aktar strett) minn fost iż-żewġ valuri: (1) (PMax A) li jesprimi l-potenza massima tat-trasportatur PMax bi tnaqqis ta' offset relattiv A, u (2) il-limitu superjuri fiss B.”,

aqra:

“Fit-Tabelli 3, 4, u 7 l-limiti tal-potenza huma ddeterminati b'mod relattiv għal limitu superjuri fiss permezz tal-formula Min(PMax – A, B), li jistabbilixxi l-livell inferjuri (jew aktar strett) minn fost iż-żewġ valuri: (1) (PMax – A) li jesprimi l-potenza massima tat-trasportatur P Max bi tnaqqis ta' offset relattiv A, u (2) il-limitu superjuri fiss B.”.