|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 79 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 62 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
21.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 79/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/453
tad-19 ta' Marzu 2019
dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Status bejn l-Unjoni Ewropea u l-Montenegro dwar azzjonijiet imwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-Montenegro
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punti (b) u (d) tal-Artikolu 77(2) u l-punt (c) tal-Artikolu 79(2), flimkien mal-Artikolu 218(5), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 54(4) tar-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), f'każijiet fejn ikun previst li jiġu skjerati timijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta f'pajjiż terz f'azzjonijiet fejn il-membri tat-tim ikollhom setgħat eżekuttivi, jew fejn azzjonijiet oħra f'pajjiżi terzi jirrikjedu dan, għandu jintlaħaq ftehim ta' status mill-Unjoni mal-pajjiż terz konċernat. Dak il-ftehim ta' status jenħtieġ li jkopri l-aspetti kollha li huma meħtieġa għat-twettiq tal-azzjonijiet. |
|
(2) |
Fis-16 ta' Ottubru 2017, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mal-Montenegro għal ftehim ta' status fir-rigward ta' azzjonijiet imwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-Montenegro (il-“Ftehim”). |
|
(3) |
In-negozjati ġew finalizzati b'suċċess bl-inizjalar tal-Ftehim fil-5 ta' Frar 2019. |
|
(4) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom ir-Renju Unit ma jiħux sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (2); għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew suġġett għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(5) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda ma tiħux sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (3); għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(6) |
F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew marbuta bl-applikazzjoni tagħha. Ladarba din id-Deċiżjoni tibni fuq l-acquis ta' Schengen, id-Danimarka għandha f'konformità mal-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar din id-Deċiżjoni jekk hijiex ser timplimentaha fil-liġi nazzjonali tagħha. |
|
(7) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Ftehim jiġi ffirmat u li d-dikjarazzjoni konġunta annessa tiġi approvata, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Status bejn l-Unjoni Ewropea u l-Montenegro dwar azzjonijiet imwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-Montenegro huwa b'dan awtorizzat, suġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim (4).
Artikolu 2
Id-dikjarazzjoni konġunta annessa ma' din id-Deċiżjoni hija approvata f'isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Marzu 2019.
Għal Kunsill
Il-President
G. CIAMBA
(1) Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE, (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq biex jipparteċipaw f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).
(4) It-test tal-Ftehim se jiġi ppubblikat flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.
ANNESS
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA FIR-RIGWARD TAL-IŻLANDA, IN-NORVEĠJA, L-IŻVIZZERA U L-LIECHTENSTEIN
Il-Partijiet għall-Ftehim ta' Status bejn l-Unjoni Ewropea u l-Montenegro dwar azzjonijiet imwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-Montenegro jinnutaw ir-relazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u n-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein, b'mod partikolari bis-saħħa tal-Ftehimiet tat-18 ta' Mejju 1999 u tas-26 ta' Ottubru 2004 dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn il-pajjiżi mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen.
F'tali ċirkostanzi huwa mixtieq li l-awtoritajiet tan-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein, minn naħa waħda, u l-Montenegro, min-naħa l-oħra, jikkonkludu, mingħajr dewmien, ftehimiet bilaterali dwar azzjonijiet imwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-Montenegro f'termini simili għal dawk tal-Ftehim ta' Status bejn l-Unjoni Ewropea u l-Montenegro dwar azzjonijiet imwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-Montenegro.
REGOLAMENTI
|
21.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 79/4 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/454
tal-20 ta' Marzu 2019
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjonijiet ta' alfa-amilażi mill-Bacillus amyloliquefaciens DSM 9553, mill-Bacillus amyloliquefaciens NCIMB 30251, jew mill-Aspergillus oryzae ATCC SD-5374, kif ukoll preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-glukanażi mit-Trichoderma reesei ATCC PTA-10001 bħala addittivi tas-silaġġ għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta' 22 ta' Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(7) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, flimkien mal-Artikolu 10(1) sa (4) tiegħu, jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-evalwazzjoni tal-prodotti użati fl-Unjoni bħala addittivi tal-furrajna (addittivi tas-silaġġ). |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, il-preparazzjonijiet tal-alfa-amilażi (EC 3.2.1.1) prodotta mir-razez li ġejjin tal-Bacillus amyloliquefaciens DSM 9553, tal-Bacillus amyloliquefaciens NCIMB 30251 jew mill-Aspergillus oryzae ATCC SD-5374 kif ukoll preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-glukanażi (EC 3.2.1.4) prodotta mit-Trichoderma reesei ATCC PTA -10001 iddaħħlu fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodotti eżistenti li jappartjenu għall-grupp funzjonali ta' addittivi tas-silaġġ, għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tat-tliet preparazzjonijiet ta' alfa-amilażi (EC 3.2.1.1) u preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-glukanażi (EC 3.2.1.4) bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. |
|
(4) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet ta' alfa-amilażi (EC 3.2.1.1) prodotta mill-Bacillus amyloliquefaciens DSM 9553, mill-Bacillus amyloliquefaciens NCIMB 30251 jew mill-Aspergillus oryzae ATCC SD-5374 kif ukoll il-preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-glukanażi (EC 3.2.1.4) prodotta mit-Trichoderma reesei ATCC PTA -10001 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, li għandha tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi”. L-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Fl-opinjoni tagħha tal-7 ta' Marzu 2018 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-preparazzjonijiet ikkonċernati ma għandhomx effett negattiv fuq saħħet l-annimali, fuq saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparazzjonijiet ikkonċernati għandhom il-potenzjal li jtejbu l-produzzjoni tas-silaġġ magħmula minn materjali li jinħażnu f'sajlos faċilment, moderatament jew li huma diffiċli biex jinħażnu. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(6) |
Il-valutazzjoni tal-preparazzjonijiet tal-alfa-amilażi (EC 3.2.1.1) prodotta mill-Bacillus amyloliquefaciens DSM 9553, mill-Bacillus amyloliquefaciens NCIMB 30251 jew mill-Aspergillus oryzae ATCC SD-5374 kif ukoll il-preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-glukanażi (KE 3.2.1.4) prodotta mit-Trichoderma reesei ATCC PTA -10001 juru li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta' dawk il-preparazzjonijiet jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjonijiet speċifikati fl-Anness li jappartjenu għall-kategorija tal-addittivi, “addittivi teknoloġiċi” u għall-grupp funzjonali “addittivi tas-silaġġ”, huma awtorizzati biex jintużaw bħala addittivi fl-għalf tal-annimali, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Marzu 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2018; 16(4):5224.
ANNESS
|
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||
|
Unitajiet ta' attività ta' addittiv/kg ta' materjal frisk |
||||||||||||||
|
Addittivi teknoloġiċi: addittivi tas-silaġġ |
||||||||||||||
|
1k101 |
Alfa-amilażi (EC 3.2.1.1) |
Kompożizzjoni kimika Preparazzjoni ta' alfa-amilażi prodotta minn: Bacillus amyloliquefaciens DSM 9553, b'attività minima ta' 129 800 DNS (1)/g ta' addittiv Forma solida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Alfa-amilażi prodotta mill-Bacillus amyloliquefaciens DSM 9553 Metodu analitiku (2) Għad-determinazzjoni tal-alfa-amilażi fl-addittiv tal-għalf: il-metodu kolorimetriku (DNS) ibbażat fuq l-idroliżi enżimatika tal-lamtu f'pH 4,5 u f'37 °C |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
Il-11 ta' April 2029 |
||||||
|
1k102 |
Alfa-amilażi (EC 3.2.1.1) |
Kompożizzjoni kimika Preparazzjoni ta' alfa-amilażi prodotta mill-Bacillus amyloliquefaciens NCIMB 30251, b'attività minima ta' 101 050 DNS/g ta' addittiv Forma solida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Alfa-amilażi prodotta mill-Bacillus amyloliquefaciens NCIMB 30251, Metodu analitiku (2) Għad-determinazzjoni tal-alfa-amilażi fl-addittiv tal-għalf: il-metodu kolorimetriku (DNS) ibbażat fuq l-idroliżi enżimatika tal-lamtu f'pH 4,5 u f'37 °C |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
Il-11 ta' April 2029 |
||||||
|
1k103 |
Alfa-amilażi (EC 3.2.1.1) |
Kompożizzjoni kimika Preparazzjoni tal-alfa-amilażi prodotta mill-Aspergillus oryzae ATCC SD-5374 b'attività minima ta' 235 850 DNS/g ta' addittiv Forom solidi Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Alfa-amilażi prodotta mill-Aspergillus oryzae ATTC SD-5374 Metodu analitiku (2) Għad-determinazzjoni tal-alfa-amilażi fl-addittiv tal-għalf: il-metodu kolorimetriku (DNS) ibbażat fuq l-idroliżi enżimatika tal-lamtu f'pH 4,5 u f'37 °C |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
Il-11 ta' April 2029 |
||||||
|
1k104 |
Endo-1,4-beta-glukanażi (EC 3.2.1.4) |
Kompożizzjoni kimika Preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-glukanażi prodotta mit-Trichoderma reesei ATCC PTA-10001 b'attività minima ta' 2 750 DNS (3)/g ta' addittiv Forma solida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva endo-1,4-beta-glukanażi, prodotta mit-Trichoderma reesei ATCC PTA -10001 Metodu analitiku (2) Għad-determinazzjoni tal-endo-1,4-beta-glukanażi fl-addittiv tal-għalf: il-metodu kolorimetriku (DNS) ibbażat fuq l-idroliżi enżimatika taċ-ċelluloża tal-karbossimetil (CMC) f'pH 4,5 u f'37 °C |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
Il-11 ta' April 2029 |
||||||
(1) Unità 1 ta' DNS (aċidu 3,5-dinitrosaliċiliku) hija l-ammont ta' zokkor riduċenti rilaxxat bħala ekwivalenti ta' maltożju f'μmol kull minuta f'pH ta' 4,5 u f'37 °C minn lamtu f'kundizzjonijiet speċifikati tal-assaġġ
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(3) Unità 1 ta' DNS (aċidu 3,5-dinitrosaliċiliku) hija l-ammont ta' zokkor riduċenti rilaxxat bħala ekwivalenti ta' glukożju f'μmol kull minuta f'pH ta' 4,5 u f'37 °C miċ-ċelluloża tal-karbossimetil (CMC) f'kundizzjonijiet speċifikati tal-assaġġ.
|
21.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 79/9 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/455
tal-20 ta' Marzu 2019
li jagħmel l-importazzjonijiet ta' taħlitiet ta' urea u nitrati tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja, it-Trinidad u t-Tobago u l-Istati Uniti tal-Amerka soġġetti għar-reġistrazzjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) kif emendat l-aħħar mir-Regolament (UE) 2018/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 (2) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(5a) tiegħu,
Wara li infurmat lill-Istati Membri,
Billi:
|
(1) |
Fit-13 ta' Awwissu 2018, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) ħabbret, permezz ta' avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3) (“in-notifika ta' bidu”), il-bidu ta' proċediment antidumping fir-rigward ta' importazzjonijiet fl-Unjoni ta' taħlitiet ta' urea u nitrati tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja, it-Trinidad u Tobago u l-Istati Uniti tal-Amerka wara lment imressaq fid-29 ta' Ġunju 2018 minn Fertilizers Europe (“l-ilmentatur”) f'isem produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' soluzzjonijiet ta' urea u nitrati tal-ammonju. |
1. PRODOTT SOĠĠETT GĦAL REĠISTRAZZJONI
|
(2) |
Il-prodott suġġett għar-reġistrazzjoni (“il-prodott ikkonċernat”) huwa taħlita ta' urea u nitrat tal-ammonju f'soluzzjoni tal-ilma jew ammonjakali (“UAN”, li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċi NM 3102 80 00. |
2. RAĠUNIJIET GĦAR-REĠISTRAZZJONI
|
(3) |
Skont l-Artikolu 14 (5a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għandha tagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali biex jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet matul il-perjodu ta' żvelar minn qabel skont l-Artikolu 19a, sabiex il-miżuri jkunu jistgħu jiġu sussegwentement applikati fuq dawk l-importazzjonijiet mid-data ta' tali reġistrazzjoni, sakemm ma jkollhiex evidenza biżżejjed li r-rekwiżiti skont l-Artikolu 10(4)(c) jew l-Artikolu 10(4)(d) ma jkunux issodisfati. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni vverifikat jekk l-importaturi kinux konxji ta', jew jekk kellhomx ikunu konxji, tad-dumping fir-rigward tal-livell tad-dumping u d-dannu allegat jew misjub. Hija analizzat ukoll jekk kienx hemm żieda oħra sostanzjali fl-importazzjonijiet li, fid-dawl ta' meta seħħet u l-volum u ċirkostanzi oħra, x'aktarx imminat serjament l-effett ta' rimedju tad-dazju antidumping definittiv li għandu jiġi applikat. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni għalhekk eżaminat l-evidenza li għandha għad-dispożizzjoni tagħha fid-dawl tal-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku. Għal din l-analiżi, il-Kummissjoni serrħet fuq id-dejta statistika tal-importazzjonijiet taħt il-kodiċi NM 3102 80 00 għad-dispożizzjoni tagħha. |
|
(6) |
Fit-30 ta' Jannar 2019, il-Kummissjoni stiednet ukoll lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar is-sejbiet preliminari tagħha fir-rigward tax-xejriet tal-importazzjoni wara l-bidu tal-investigazzjoni u dawn il-kummenti ġew inklużi wkoll fl-analiżi tagħha. |
2.1. Il-konoxxenza tal-importaturi tad-dumping, il-livell tiegħu u d-dannu allegat
|
(7) |
Il-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha biżżejjed evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-Russja, mit-Trinidad u t-Tobago u mill-Istati Uniti tal-Amerka huma l-oġġett ta' dumping. |
|
(8) |
In-notifika ta' bidu għal din il-proċedura ppubblikata fit-13 ta' Awwissu 2018 enfasizzat li l-marġini ta' dumping ikkalkulat huma sinifikanti għall-pajjiżi kollha. B'mod ġenerali, u meta jitqies l-estent tal-marġnijiet ta' dumping allegati li jvarjaw minn 43 % sa 83 %, l-evidenza fl-ilment tipprovdi biżżejjed appoġġ f'dan l-istadju li l-produtturi esportaturi jipprattikaw id-dumping. |
|
(9) |
L-ilment ipprovda wkoll biżżejjed evidenza ta' dannu allegat lill-industrija tal-Unjoni, inkluż tnaqqis fis-sehem mis-suq u żvilupp negattiv ta' indikaturi ewlenin oħra tal-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(10) |
Permezz tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, in-notifika ta' bidu hija dokument pubbliku aċċessibbli għall-importaturi kollha. Barra minn hekk, bħala partijiet interessati fl-investigazzjoni, l-importaturi għandhom aċċess għall-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment u l-fajl mhux kunfidenzjali. Għaldaqstant, il-Kummissjoni qieset li, fuq din il-bażi, l-importaturi kienu konxji, jew kellhom ikunu konxji, tal-prattiki allegati ta' dumping, il-portata tagħhom u d-dannu allegat. |
|
(11) |
Bosta produtturi esportaturi argumentaw li l-Artikolu 10(4)(c) ma ntlaħaqx peress li ma kienx hemm storja ta' dumping. Madankollu, l-Artikolu 10(4)(c) jistipula li jew kien hemm storja ta' dumping jew li kien hemm għarfien dwar il-firxa ta' dumping u l-ħsara allegata. Kif spjegat fil-premessi minn (7) sa (10), fuq il-bażi tan-notifika ta' bidu u l-informazzjoni li tinsab fl-ilment, il-Kummissjoni qieset li l-importaturi kienu konxji, jew misshom kienu konxji, dwar il-prattiki allegati ta' dumping, il-kobor tagħhom u d-dannu allegat. |
|
(12) |
Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma hemm l-ebda evidenza li r-rekwiżit tal-Artikolu 10(4)(c) tar-Regolament bażiku ma ntlaħaqx. |
2.2. Żieda sostanzjali ulterjuri fl-importazzjonijiet
|
(13) |
Fuq il-bażi tad-data statistika miġbura fil-qosor fit-tabella 1 hawn taħt, il-Kummissjoni sabet li l-volum tal-importazzjonijiet tal-UAN mill-pajjiżi kkonċernati lejn l-Unjoni żdied bi 23 % matul il-perjodu bejn Settembru 2018 u Diċembru 2018, jiġifieri wara l-bidu tal-każ, meta mqabbel mal-perjodu bejn Settembru 2017 u Diċembru 2017, jiġifieri l-istess perjodu tas-sena ta' qabel u parti mill-perjodu tal-investigazzjoni (perjodu mill-1 ta' Lulju 2017 sat-30 ta' Ġunju 2018). Barra minn hekk, il-volum medju ta' importazzjonijiet fix-xahar mill-pajjiżi kkonċernati lejn l-Unjoni fil-perjodu bejn Settembru 2018 sa Diċembru 2018 kien 34 % ogħla mill-volum medju ta' importazzjonijiet fix-xahar lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Għalhekk, fid-dawl ta' din iż-żieda sostanzjali ulterjuri fl-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma hemm l-ebda evidenza li dan ir-rekwiżit ma ġiex issodisfat. Tabella 1 Volumi tal-importazzjoni (TM)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2.3. L-imminar tal-effett ta' rimedju tad-dazju
|
(14) |
Kif ġie konkluż fit-taqsima 2.2, kien hemm żieda sostanzjali ulterjuri fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-bidu tal-investigazzjoni attwali. Dawk il-volumi jirrappreżentaw aktar minn 48 000 tunnellata metrika addizzjonali kull xahar meta mqabbla mal-volumi importati mill-pajjiżi kkonċernati matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Din iż-żieda waħedha tirrappreżenta 10 % tal-konsum tal-Unjoni fl-2017. |
|
(15) |
Skont l-istatistika tal-importazzjoni miġbura fil-qosor fit-tabella 2 hawn taħt, il-prezz medju f'euro għal kull tunnellata metrika ta' importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati lejn l-Unjoni matul il-perjodu minn Settembru 2018 sa Diċembru 2018 kien 19,5 % ogħla mill-prezz medju ta' importazzjoni minn dawn il-pajjiżi osservat matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Żieda qawwija fil-prezzijiet tal-importazzjoni tista' tiġi osservata għall-importazzjonijiet minn kull wieħed mill-pajjiżi soġġetti għall-investigazzjoni. Tabella 2 Prezzijiet tal-importazzjoni (medja, EUR/TM)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(16) |
Għadd ta' produtturi esportaturi u importaturi sostnew li ż-żieda sinifikanti fil-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kienet tinvolvi li dawn l-importazzjonijiet ma jikkawżawx effetti negattivi fuq il-prezzijiet fis-suq. Dawn il-produtturi esportaturi semmew ukoll li ma kienx hemm kumulazzjoni ta' ħażna mill-bidu. Għalhekk, ġie argumentat, li l-effett ta' rimedju tad-dazju antidumping definittiv, jekk jiġi applikat, ma jkunx ipperikolat b'mod serju. |
|
(17) |
L-ilmentatur, madankollu, ippreżenta biżżejjed evidenza li turi li ż-żieda fil-prezz kienet modesta meta mqabbla maż-żieda fl-ispejjeż (b'mod partikolari l-gass matul is-sajf u l-ħarifa tal-2018). Barra minn hekk, anki jekk ma hemm l-ebda evidenza konklużiva dwar il-ħażna mill-bidu, l-ilmentatur ipprovda aktar evidenza li ż-żieda qawwija fil-volumi tal-importazzjonijiet mindu bdiet l-investigazzjoni kompliet taggrava s-sitwazzjoni dannuża tal-produtturi tal-Unjoni (inkluż żieda fit-telf wara l-perjodu ta' investigazzjoni). |
|
(18) |
Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-evidenza fil-fajl ma tippermettix il-konklużjoni li dan ir-rekwiżit ma ntlaħaqx. |
2.4. Konklużjoni
|
(19) |
Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni sabet li ma hemm l-ebda evidenza konklużiva li turi li r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta' żvelar minn qabel mhijiex mistħoqqa f'dan il-każ. Sa mill-pubblikazzjoni tan-notifika ta' bidu, meta l-produtturi esportaturi kienu konxji jew kellhom ikunu konxji bid-dumping u l-ħsara allegata, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat komplew jiżdiedu b'mod li jista' jimmina b'mod serju l-effett rimedjali tad-dazji antidumping matul il-perjodu ta' qabel l-iżvelar ukoll. |
|
(20) |
Is-sejbiet jibqgħu l-istess anki fuq il-bażi tal-aħħar data statistika disponibbli għall-Kummissjoni. |
|
(21) |
Għalhekk, skont l-Artikolu 14(5a) tar-Regolament antidumping bażiku, il-Kummissjoni għandha tirreġistra l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta' żvelar minn qabel. |
3. REĠISTRAZZJONI
|
(22) |
Skont l-Artikolu 14(5a) tar-Regolament bażiku antidumping, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat għandhom ikunu soġġetti għal reġistrazzjoni matul il-perjodu ta' żvelar minn qabel skont l-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, sakemm ma jkunx hemm biżżejjed evidenza li r-rekwiżiti tal-Artikolu 10(4)(c) u (d) ma jkunux issodisfati. |
|
(23) |
Kull responsabbiltà għall-ġejjieni tiġi mis-sejbiet definittivi ta' din l-investigazzjoni antidumping. |
|
(24) |
L-allegazzjonijiet fl-ilment li jitlob il-bidu tal-investigazzjoni jistmaw il-marġnijiet tad-dumping minn 43 % sa 83 % u livell medju ta' eliminazzjoni tal-ħsara sa 13 % għall-prodott ikkonċernat. L-ammont ta' responsabbiltà possibbli fil-futur huwa stmat fuq dawk il-livelli abbażi tal-ilment, jiġifieri minn 13 % sa 83 % bħala proporzjon tal-valur ta' importazzjoni CIF tal-prodott ikkonċernat. |
4. IPPROĊESSAR TA' DATA PERSONALI
|
(25) |
Kull dejta personali miġbura fil-kuntest ta' din ir-reġistrazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-awtoritajiet doganali huma b'dan ordnati, skont l-Artikolu 14 (5a) tar-Regolament (UE) 2016/1036, biex jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' taħlitiet ta' urea u nitrat tal-ammonju f'soluzzjoni tal-ilma jew ammonjakali, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3102 80 00, u li joriġinaw mir-Russja, it-Trinidad u t-Tobago u l-Istati Uniti tal-Amerka.
2. Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi tliet ġimgħat wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Marzu 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(3) ĠU C 284, 13.8.2018, p. 9.
(4) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
|
21.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 79/13 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/456
tal-20 ta' Marzu 2019
li jawtorizza t-tibdil tal-ispeċifikazzjonijiet tal-ikel ġdid “iż-żejt taż-żerriegħa tal-kosbor mill-Coriandrum sativum ” skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li l-ikel ġdid awtorizzat imniżżel fil-lista tal-Unjoni biss jista' jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni. |
|
(2) |
Bis-saħħa tal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ġie adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) li jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' ikel ġdid awtorizzat. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2015/2283, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta' ikel ġdid u dwar l-aġġornament tal-lista tal-Unjoni. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/155/UE (3) awtorizzat, skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), it-tqegħid fis-suq taż-żejt taż-żerriegħa tal-kosbor mill-Coriandrum sativum bħala ingredjent ġdid tal-ikel biex jintuża fis-supplimenti tal-ikel. |
|
(5) |
Fis-17 ta' Mejju 2018, il-kumpanija Ovalie Innovation (“l-Applikant”) għamlet talba lill-Kummissjoni biex tibdel l-ispeċifikazzjonijiet taż-żejt taż-żerriegħa tal-kosbor mill-Coriandrum sativum fit-tifsira tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283. L-applikant talab li titnaqqas il-firxa l-aktar baxxa tal-valur tas-saponifikazzjoni mill-186 mg KOH attwali għal 179 mg KOH/g. |
|
(6) |
L-applikant qed jiġġustifika t-talba billi jindika li l-bidla hija meħtieġa sabiex titqies il-varjazzjoni fil-valuri ta' saponifikazzjoni matul il-proċess tal-produzzjoni taż-żejt taż-żerriegħa tal-kosbor matul l-ipproċessar ta' rfinar tiegħu għall-użu fis-supplimenti tal-ikel. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni tqis li mhijiex meħtieġa evalwazzjoni tas-sikurezza tal-applikazzjoni attwali mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel f'konformità mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2015/2283 minħabba li t-tnaqqis propost fil-valuri ta' saponifikazzjoni taż-żejt taż-żerriegħa tal-kosbor huwa limitat, filwaqt li ż-żieda konkomitanti ta' materjal insaponifikabbli, li tista' titqies ta' rilevanza għas-sikurezza tal-ikel ġdid, baqgħet fil-limiti tal-valuri ta' limitu awtorizzati. |
|
(8) |
Il-bidla proposta fil-valuri tas-saponifikazzjoni taż-żejt taż-żerriegħa tal-kosbor mill-Coriandrum sativum ma tbiddilx il-kunsiderazzjonijiet tas-sikurezza li appoġġaw l-awtorizzazzjoni tagħha. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tal-ikel ġdid “iż-żejt taż-żerriegħa tal-kosbor mill-Coriandrum sativum” fil-livell propost għal valur saponifikabbli. |
|
(9) |
L-informazzjoni mogħtija fl-applikazzjoni tagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-bidliet proposti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-ikel ġdid “iż-żejt taż-żerriegħa tal-kosbor mill-Coriandrum sativum” jikkonformaw mal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(10) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 jiġi emendat skont dan. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-entrata fil-lista tal-Unjoni ta' ikel ġdid awtorizzat, kif previst fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2015/2283 u inkluża fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470, li tirreferi għall-ikel ġdid “iż-żejt taż-żerriegħa tal-kosbor mill-Coriandrum sativum”, hija emendata kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Marzu 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/155/UE tad-19 ta' Marzu 2014 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq taż-żejt taż-żerriegħa tal-kosbor bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 85, 21.3.2014, p. 13).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti ġodda tal-ikel (ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1).
ANNESS
L-entrata għaż-“żejt taż-żerriegħa tal-kosbor mill-Coriandrum sativum ” fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet) tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 hija sostitwita b'dan li ġej:
|
L-Ikel il-Ġdid Awtorizzat |
Speċifikazzjonijiet |
||||||||||||||
|
“Żejt taż-żerrieg ħa tal-kosbor mill- Coriandrum sativum |
Deskrizzjoni/Definizzjoni: Iż-żejt taż-żerriegħa tal-kosbor huwa żejt li fih il-gliċeridi ta' aċidi xaħmin u li huwa prodott miż-żrieragħ tax-xitla tal-kosbor Coriandrum sativum L. Kulur isfar ħafif; togħma xejn partikolari. Nru CAS: 8008-52-4 Kompożizzjoni tal-aċidi xaħmin:
Purità: L-indiċi refrattiv (20 °C): 1,466-1,474 Valur tal-aċidu: ≤ 2,5 mg KOH/g Valur tal-perossidu (PV): ≤ 5,0 meq/kg Valur tal-jodju: 88-110 unitajiet Valur tas-saponifikazzjoni: 179-200 mg KOH/g Materjal insaponifikabbli: ≤ 15 g/kg” |
DEĊIŻJONIJIET
|
21.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 79/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/457
tad-19 ta' Marzu 2019
li taħtar membru, propost mir-Renju ta' Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,
Billi:
|
(1) |
Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. |
|
(2) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sa Susana DÍAZ PACHECO, sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Huwa b'dan maħtur membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:
|
— |
Is-Sur Juan Manuel MORENO BONILLA, Presidente de la Junta de Andalucía. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Marzu 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
G. CIAMBA
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).
|
21.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 79/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/458
tad-19 ta' Marzu 2019
li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni ta' Banque centrale du Lussemburgu
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta' Banque centrale du Lussemburgu (BĊE/2019/6) (1),
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jiġu verifikati minn awdituri esterni indipendenti rakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni attwali ta' Banque centrale du Lussemburgu, Deloitte Audit SARL, skada wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2018. Għalhekk jenħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2019. |
|
(3) |
Banque centrale du Lussemburgu għażel lil Ernst & Young SA bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2019 sa 2023. |
|
(4) |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li Ernst & Young SA jinħatru bħala l-awdituri esterni ta' Banque centrale du Lussemburgu għas-snin finanzjarji 2019 sa 2023. |
|
(5) |
B'segwitu għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE, jenħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/70/KE, il-paragrafu 7 hu sostitwit b'dan li ġej:
“7. Ernst & Young SA huma b'dan approvati bħala l-awdituri esterni ta' Banque centrale du Lussemburgu għas-snin finanzjarji 2019 sa 2023.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-BĊE.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Marzu 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
G. CIAMBA
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE tal-25 ta' Jannar 1999 dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali (ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69).