ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 78

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
20 ta' Marzu 2019


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/421 tal-20 ta' Ġunju 2018 dwar għajnuna mill-Istat SA.44888 (2016/C) (ex 2016/NN) implimentata mil-Lussemburgu favur ENGIE (notifikata bid-dokument C(2018) 3839)  ( 1 )

1

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/422 tal-20 ta' Settembru 2018 dwar l-għajnuna mill-Istat SA 36112 (2016/C) (ex 2015/NN) implimentata mill-Italja għall-Awtorità tal-Port ta' Napli u Cantiere del Mediterraneo S.p.A. (notifikata bid-dokument C(2018) 6037)  ( 1 )

63

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

20.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 78/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/421

tal-20 ta' Ġunju 2018

dwar għajnuna mill-Istat SA.44888 (2016/C) (ex 2016/NN) implimentata mil-Lussemburgu favur ENGIE

(notifikata bid-dokument C(2018) 3839)

(Il-verżjoni bil-Franċiż biss hija awtentika)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li stiednet lill-partijiet interessati jippreżentaw il-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Permezz tal-ittra tat-23 ta' Marzu 2015, il-Kummissjoni bagħtet talba għal informazzjoni lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu (“il-Lussemburgu”) (2) dwar il-prattika tiegħu dwar id-deċiżjoni tat-taxxa fir-rigward tal-grupp Engie (dak iż-żmien GDF Suez) (3). F'dik l-ittra, il-Kummissjoni talbet lil-Lussemburgu jipprovdi kull deċiżjoni tat-taxxa mogħtija lil kwalunkwe entità ta' dak il-grupp mill-2004 sad-data tal-ittra, indirizzata lil dak il-grupp jew lil kwalunkwe entità minn dak il-grupp li kienet fis-seħħ f'dak iż-żmien jew li kienet fis-seħħ fl-10 snin ta' qabel, kif ukoll il-kontijiet annwali ta' dak il-grupp u tal-entitajiet legali ta' dak il-grupp għall-2011, l-2012 u l-2013, u kopji tad-dikjarazzjonijiet tat-taxxa.

(2)

Fil-25 ta' Ġunju 2015, il-Lussemburgu wieġeb għal dik it-talba billi ppreżenta informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet tat-taxxa meħuda mill-amministrazzjoni tat-taxxa tal-Lussemburgu favur diversi kumpaniji tal-grupp Engie reżidenti fil-Lussemburgu, inkluż GDF Suez LNG Supply S.A. (“LNG Supply”) (4) u GDF Suez Treasury Management S.à.r.l. (“GSTM”). (5) B'mod partikolari, il-Lussemburgu pprovda żewġ talbiet għal deċiżjoni tat-taxxa u l-approvazzjonijiet rispettivi tagħhom li kkonċernaw żewġ tranżazzjonijiet intragrupp kważi identiċi relatati ma' trasferimenti ta' assi minn kumpaniji oħra tal-grupp Engie lil LNG Supply u GSTM rispettivament. Fiż-żewġ każijiet, it-trasferimenti ġew iffinanzjati b'self bla mgħax konvertibbli b'mod obbligatorju denominat bħala “ZORA” (6) (“LNG ZORA” u “GSTM ZORA” rispettivament; kollettivament, iż-“ZORAs”) u b'Kuntratti Forward ta' Bejgħ Imħallas Minn Qabel (il-“Kuntratt Forward tal-LNG” u l-“Kuntratt Forward tal-GSTM rispettivament”; kollettivament, il-“Kuntratti Forward”).

(3)

Permezz tal-ittra tal-1 ta' April 2016, il-Kummissjoni indikat li, abbażi tal-informazzjoni ppreżentata mil-Lussemburgu, ma setgħetx teskludi li d-deċiżjonijiet tat-taxxa meħuda favur dawk il-kumpaniji tal-grupp Engie kien fihom għajnuna mill-Istat inkompatibbli. Konsegwentement hija talbet lil-Lussemburgu jipprovdi raġunijiet għaliex dawk il-miżuri mhumiex selettivi jew inkella kif jistgħu jiġu ġġustifikati skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat u biex jippreżenta aktar informazzjoni u kjarifiki.

(4)

Bl-ittra tat-3 ta' Mejju 2016, il-Kummissjoni fakkret lil-Lussemburgu biex jipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-premessa 3.

(5)

Fit-23 ta' Mejju 2016, il-Lussemburgu wieġeb għat-talba tal-Kummissjoni għall-informazzjoni tal-1 ta' April 2016.

(6)

Fid-19 ta' Settembru 2016, il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni li tiftaħ proċedura ta' investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar it-trattament tat-taxxa mogħti lil Engie abbażi tad-deċiżjonijiet tat-taxxa meħuda mil-Lussemburgu fuq il-bażi li dan jista' jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat (“id-Deċiżjoni tal-ftuħ”) (7).

(7)

Fil-21 ta' Novembru 2016, il-Lussemburgu ppreżenta, permezz ta' ittra, il-kummenti tiegħu dwar id-deċiżjoni tal-Ftuħ u l-informazzjoni mitluba.

(8)

Fit-3 ta' Frar 2017, id-deċiżjoni tal-Ftuħ ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (8). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar il-miżura.

(9)

Fis-27 ta' Frar 2017, il-Kummissjoni rċeviet osservazzjonijiet mingħand Engie dwar id-deċiżjoni tal-Ftuħ. Permezz tal-ittra tal-10 ta' Marzu 2017, il-Kummissjoni bagħtithom lil-Lussemburgu, li ngħata l-opportunità li jirreaġixxi.

(10)

Permezz tal-ittra tat-22 ta' Marzu 2017, wara l-osservazzjonijiet mil-Lussemburgu u minn Engie, il-Kummissjoni talbet lil-Lussemburgu jipprovdi aktar informazzjoni.

(11)

Fl-10 ta' April 2017, il-Lussemburgu ppreżenta ittra fejn indika li l-osservazzjonijiet ta' Engie huma konformi mal-osservazzjonijiet tiegħu.

(12)

Fit-12 ta' Mejju 2017, il-Lussemburgu ppreżenta l-informazzjoni mitluba fit-22 ta' Marzu 2017.

(13)

Fl-1 ta' Ġunju 2017, saret laqgħa bejn is-servizzi tal-Kummissjoni, Engie u l-Lussemburgu. Il-kontenut tal-laqgħa ġie rreġistrat fil-minuti miftiehma bejn il-Kummissjoni u l-Lussemburgu. Wara l-laqgħa, il-Lussemburgu bagħat informazzjoni addizzjonali fis-16 ta' Ġunju 2017.

(14)

Permezz tal-ittra tal-11 ta' Diċembru 2017, wara osservazzjonijiet li saru mil-Lussemburgu u minn Engie matul il-laqgħa tal-1 ta' Ġunju 2017, il-Kummissjoni ċċarat ċerti aspetti tal-investigazzjoni (“l-Ittra tal-11 ta' Diċembru 2017”) u talbet informazzjoni addizzjonali. Il-Kummissjoni stiednet lil-Lussemburgu jibgħat kopja ta' din l-ittra lil Engie.

(15)

Fil-31 ta' Jannar 2018, il-Lussemburgu u Engie ppreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom għall-Ittra tal-11 ta' Diċembru 2017. Fl-istess data, il-Lussemburgu ppreżenta wkoll l-informazzjoni mitluba fl-Ittra tal-11 ta' Diċembru 2017.

2.   SFOND

2.1.   IL-GRUPP ENGIE

(16)

Il-grupp Engie (li qabel kien il-grupp GDF Suez) jikkonsisti minn Engie S.A., kumpanija stabbilità fi Franza, u l-kumpaniji kollha li huma kkontrollati direttament jew indirettament minn Engie S.A. (kollettivament imsejħa “Engie”). Engie hija r-riżultat ta' fużjoni fl-2008 bejn il-gruppi Franċiżi GDF u Suez (li qabel kienet Lyonnaise des Eaux) (9). Engie għandha l-kwartieri ġenerali fi Franza. Engie S.A. hija elenkata fil-boroż ta' Pariġi, ta' Brussell u tal-Lussemburgu (10).

(17)

Engie hija preżenti fi tliet setturi ewlenin: il-produzzjoni tal-enerġija, il-gass naturali u l-gass naturali likwifikat, u s-servizzi tal-effiċjenza fl-enerġija. Engie hija prinċipalment attiva fil-produzzjoni u l-provvista tal-enerġija (11) u fin-negozju, fl-esplorazzjoni, fil-produzzjoni, fil-forniment, fit-trasport tal-enerġija u fid-distribuzzjoni tal-gass naturali, fis-servizzi tal-effiċjenza fl-enerġija, u fl-infrastruttura tal-enerġija.

(18)

Engie timpjega 153 090 ruħ madwar id-dinja f'70 pajjiż (12). Fl-2016, id-dħul ta' Engie ammonta għal EUR 66,6 biljun (13). Mid-dħul totali rreġistrat mill-grupp, EUR 52,2 biljun daħlu mill-Ewropa (14). Fl-2016, 67,3 % tal-qligħ tal-grupp qabel l-imgħax, it-taxxa, id-deprezzament u l-ammortizzament (EBITDA) ġie ġġenerat fl-Ewropa (15).

(19)

Fil-Lussemburgu, Engie hija preżenti permezz ta' diversi entitajiet legali, li wħud minnhom huma involuti fit-tranżazzjonijiet li huma s-suġġett tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati. Compagnie Européenne de Financement C.E.F. S.A. (“CEF”) (16) hija sussidjarja ta' Engie inkorporata fil-Lussemburgu fl-1933. L-għan tal-kumpanija huwa l-akkwist ta' interessi b'parteċipazzjoni fil-Lussemburgu u f'entitajiet barranin u l-ġestjoni, l-isfruttament u l-kontroll ta' dawn l-interessi (17). Hija primarjament responsabbli biex tipprovdi garanziji u self intrakumpaniji għal sussidjarji tal-grupp. Id-dħul tas-CEF huwa derivat mill-imgħax u mit-tariffi imposti għall-forniment ta' dawn is-selfiet u l-garanziji (18).

(20)

GSTM hija kumpanija Lussemburgiża li hija proprjetà sħiħa tas-CEF. Twettaq attivitajiet ta' ġestjoni u ta' finanzjament tat-teżor għal Engie mil-Lussemburgu. Skont it-talba għal deċiżjoni tat-taxxa tal-15 ta' Ġunju 2012, “b'mod ġenerali, GSTM tagħti self f'diversi denominazzjonijiet (notevolment EUR u USD) lil kumpaniji relatati u twettaq attività ta' ppuljar ta' flus […]. L-attività tal-ippuljar ta' flus ta' GSTM ġeneralment tvarja bejn EUR [2-7] u [7-12-il] EUR 10 biljun” (19).

(21)

GDF Suez LNG Holding S.à.r.l. (“LNG Holding”) (20) hija sussidjarja ta' Engie inkorporata fil-Lussemburgu fl-2009. L-għan tal-kumpanija huwa l-akkwist ta' interessi b'parteċipazzjoni fil-Lussemburgu u f'entitajiet barranin u l-ġestjoni ta' dawn l-interessi (21). LNG Holding hija proprjetà sħiħa ta' CEF.

(22)

LNG Supply hija proprjetà sħiħa ta' LNG Holding. Hija attiva fix-xiri, fil-bejgħ u fin-negozju ta' LNG, gass u prodotti derivati mill-gass, kif ukoll fit-twassil ta' LNG. Għandha għadd sinifikanti ta' kuntratti fis-seħħ ma' kumpaniji internazzjonali tal-enerġija (22). Fl-2018, Engie ħabbret l-intenzjoni tagħha li tbigħ partijiet min-negozju tal-LNG tagħha, inkluż LNG Supply, lil Total S.A (23).

2.2.   ID-DEĊIŻJONIJIET TAT-TAXXA KKONTESTATI

2.2.1.   INTRODUZZJONI

(23)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna żewġ settijiet ta' deċiżjonijiet tat-taxxa meħuda mill-amministrazzjoni tat-taxxa tal-Lussemburgu favur il-kumpaniji tal-grupp Engie (“id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati”). Id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jikkonċernaw żewġ tranżazzjonijiet intragrupp simili implimentati minn Engie bejn kumpaniji differenti tal-grupp. Fiż-żewġ każijiet, Engie ttrasferixxit sett ta' assi li jikkostitwixxu attività ta' negozju kompletament funzjonali għand sussidjarja fil-Lussemburgu liema sussidjarja mbagħad kellha tmexxi din l-attività kummerċjali.

(24)

Il-ħlas tal-prezz mis-sussidjarja ġie ffinanzjat b'self fuq 15-il sena, bla mgħax u konvertibbli b'mod obbligatorju (“ZORA”) mogħti minn grupp intermedjarju reżidenti fil-Lussemburgu. Iż-ZORA ma jġorrx imgħax perjodiku iżda, mal-konverżjoni s-sussidjarja se tħallas lis-sellief ishma li jirrappreżentaw il-valur nominali taż-ZORA flimkien ma' “bonus” li jikkonsisti mill-profitti kollha li tkun għamlet is-sussidjarja matul il-ħajja taż-ZORA bit-tnaqqis ta' marġni limitat (24) miftiehem mal-awtoritajiet tat-taxxa tal-Lussemburgu (l-ammont ta' dan il-“bonus” jiġi riferut fid-deċiżjonijiet kkontestati u fid-dikjarazzjonijiet tat-taxxa tal-kumpaniji bħala “Akkumulazzjoni ZORA”) (25).

(25)

Min-naħa tagħha, l-entità intermedjarja tiffinanzja simultanjament dan is-self permezz ta' Kuntratt Forward ta' Bejgħ Imħallas Minn Qabel (il-“Kuntratt Forward) u li għamlet ma' holding li wkoll hija reżidenti fil-Lussemburgu u li hija l-uniku azzjonist kemm tas-sussidjarja kif ukoll tal-entità intermedjarja. Skont il-Kuntratt Forward, il-holding tħallas lill-kumpanija intermedjarja ammont daqs il-valur nominali taż-ZORA mal-akkwiżizzjoni tad-drittijiet għall-ishma li s-sussidjarja se toħroġ mal-konverżjoni taż-ZORA. Għalhekk, jekk is-sussidjarja tagħmel profitti matul il-ħajja taż-ZORA, il-holding tirċievi, mal-konverżjoni taż-ZORA, l-ishma li jinkorporaw il-valur tal-Akkumulazzjoni ZORA. Bħala konsegwenza, il-holding tipprovdi lis-sussidjarja bil-finanzjament biex takkwista l-assi permezz tal-Kuntratt Forward u taż-ZORA.

(26)

Id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jaqblu ma' dan it-trattament tat-taxxa li ġej tal-kumpaniji involuti: is-sussidjarja se tnaqqas kull sena provvedimenti għall-Akkumulazzjonijiet ZORA li se jitħallsu mal-konverżjoni. Għalhekk, is-sussidjarja mhux se tkun intaxxata ħlief fuq marġini limitat miftiehem mal-awtoritajiet tat-taxxa. Meta l-holding tirrealizza l-Akkumulazzjonijiet ZORA (26), dan il-profitt se jkun eżentat mit-taxxa skont l-applikazzjoni tar-reġim tal-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet tal-Lussemburgu, li jippermetti li ma titħallasx taxxa, taħt ċerti kundizzjonijiet, fuq profitt li jkun ġej minn parteċipazzjonijiet f'kumpaniji oħra. L-entità intermedjarja mhijiex intaxxata lanqas minħabba li l-profitt realizzat mill-konverżjoni taż-ZORA (l-Akkumulazzjonijiet ZORA) jiġi kkumpensat b'telf tal-istess ammont li jirriżulta mill-Kuntratt Forward (27). Ir-riżultat finali huwa li l-Akkumulazzjonijiet ZORA jitnaqqsu fil-livell tas-sussidjarja u li l-istess ammont ma jkun soġġett għal tassazzjoni lanqas fil-livell tal-holding, peress li jitqies dħul eżentat mit-taxxa. Għalhekk, l-Akkumulazzjonijiet Zora, li prattikament jirrappreżentaw il-profitt kollu magħmul mis-sussidjarja matul il-ħajja taż-ZORA, jibqa' mhux intaxxat fil-Lussemburgu (28).

(27)

L-istruttura deskritta fil-premessi 23 sa 26 tidher fil-Grafika 1.

Grafika 1

Illustrazzjoni tal-istrutturi stabbiliti fid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati

Image 1

Ishma (inklużi l-Akkumulazzjonijiet ZORA)

Kuntratt Forward

Dћul

Ishma (inklużi l-Akkumulazzjonijiet ZORA)

ZORA

Assi

Sellief

Sussidjarja

Holding

2.2.2.   ĦARSA ĠENERALI TAD-DEĊIŻJONI TAT-TAXXA KKONTESTATA

(28)

Dan it-trattament tat-taxxa ġie approvat f'żewġ settijiet ta' deċiżjonijiet tat-taxxa li jikkonċernaw żewġ strutturi differenti maħluqa minn Engie.

(29)

L-ewwel sett ta' deċiżjonijiet tat-taxxa jikkonċerna t-trasferiment tal-attività li tikkonċerna x-xiri, il-bejgħ u n-negozju ta' gass LNG u ta' prodotti derivati mill-gass (“LNG Business”) (29) mill-kumpanija tal-Lussemburgu Suez LNG Trading S.A. (“LNG Trading”) għal għand LNG Supply. Dan jinkludi ħames deċiżjonijiet tat-taxxa meħuda mill-amministrazzjoni tat-taxxa tal-Lussemburgu wara talbiet għal deċiżjoni tat-taxxa ppreżentati mill-konsulent tat-taxxa ta' Engie (“konsulent tat-taxxa”) f'isem kumpaniji differenti ta' Engie (kollettivament, id-“deċiżjonijiet tat-taxxa LNG”).

(1)

L-ewwel deċiżjoni tat-taxxa ngħatat fid-9 ta' Settembru 2008 (“id-deċiżjoni tat-taxxa LNG tal-2008”). Hija ssegwi talba għal deċiżjoni tat-taxxa bl-istess data (“talba għal deċiżjoni tat-taxxa LNG tal-2008”) li tikkonċerna t-trattament tat-taxxa tal-kuntratti użati għall-finanzjament tat-trasferiment ta' LNG Business minn LNG Trading għal għand LNG Supply (LNG ZORA u l-Kuntratt Forward LNG). Id-deċiżjoni tat-taxxa tal-2008 hija parzjalment emendata u/jew ikkumplimentata minn deċiżjonijiet oħra meħuda mill-amministrazzjoni tat-taxxa tal-Lussemburgu.

(2)

Talba għal deċiżjoni tat-taxxa tat-30 ta' Settembru 2008 dwar it-trasferiment tal-ġestjoni effettiva ta' LNG Trading lejn in-Netherlands. Din it-talba għal deċiżjoni tat-taxxa ġiet approvata fl-istess jum mill-amministrazzjoni tat-taxxa tal-Lussemburgu.

(3)

Talba għal deċiżjoni tat-taxxa tat-3 ta' Marzu 2009 (“talba għal deċiżjoni tat-taxxa LNG tal-2009”), li timmodifika parzjalment l-istruttura stabbilità fit-talba għad-deċiżjoni tat-taxxa tal-LNG tal-2008. Din it-talba għal deċiżjoni tat-taxxa ġiet approvata fl-istess jum mill-amministrazzjoni tat-taxxa tal-Lussemburgu.

(4)

Talba għal deċiżjoni tat-taxxa tad-9 ta' Marzu 2012 (“talba għal deċiżjoni tat-taxxa LNG tal-2012”), li tiċċara ċerti termini tal-kontabbiltà użati biex jiġi ddeterminat il-marġni li fuqu tiġi ntaxxata LNG Supply. Din it-talba għal deċiżjoni tat-taxxa ġiet approvata fl-istess jum mill-amministrazzjoni tat-taxxa tal-Lussemburgu.

(5)

Fl-aħħar nett, talba għal deċiżjoni tat-taxxa tal-20 ta' Settembru 2013 bil-għan li jiġi ċċarat it-trattament tat-taxxa ta' konverżjoni parzjali ta' LNG ZORA (“talba għal deċiżjoni tat-taxxa fuq il-konverżjoni ta' LNG”). Din it-talba għal deċiżjoni tat-taxxa ġiet aċċettata mill-amministrazzjoni tat-taxxa tal-Lussemburgu bl-ittra tat-13 ta' Marzu 2014 (“deċiżjoni tat-taxxa fuq il-konverżjoni ta' LNG”).

(30)

It-tieni sett ta' deċiżjonijiet tat-taxxa jikkonċerna t-trasferiment tal-ġestjoni tat-teżor u tal-attivitajiet ta' finanzjament (“Financing and Treasury Business”) (30) minn CEF għal GSTM. Dan jinkludi żewġ deċiżjonijiet tat-taxxa meħuda mill-amministrazzjoni tat-taxxa tal-Lussemburgu wara talbiet għal deċiżjoni tat-taxxa ppreżentati mill-konsulent tat-taxxa f'isem kumpaniji differenti ta' Engie (kollettivament, id-“deċiżjonijiet tat-taxxa GSTM”).

(1)

L-ewwel deċiżjoni tat-taxxa ngħatat mill-amministrazzjoni tal-Lussemburgu fid-9 ta' Frar 2010 (“id-deċiżjoni tat-taxxa GSTM tal-2010”). Din issegwi talba għal deċiżjoni tat-taxxa bl-istess data (“talba għal deċiżjoni tat-taxxa GSTM tal-2010”) li tikkonċerna t-trattament tat-taxxa tal-kuntratti użati għall-finanzjament tat-trasferiment ta' Financing and Treasury Business minn CEF għal għand GSTM (GSTM ZORA u l-Kuntratt Forward GSTM).

(2)

Id-Deċiżjoni tat-taxxa GSTM tal-2010 kienet ikkumplimentata minn talba għal deċiżjoni tat-taxxa bid-data tal-15 ta' Ġunju 2012 li tikkonċerna, inter alia, żieda potenzjali fl-ammont ta' GSTM ZORA (“it-talba għal deċiżjoni tat-taxxa GSTM tal-2012”). Din it-talba għal deċiżjoni tat-taxxa ġiet approvata fl-istess jum mill-amministrazzjoni tat-taxxa tal-Lussemburgu (“deċiżjoni tat-taxxa GSTM tal-2012”)

(31)

Il-holdings f'kull waħda minn dawn l-istrutturi maħluqa fid-deċiżjonijiet tat-taxxa GSTM huma, rispettivament, LNG Holding u CEF (kollettivament, il-“Holdings”). L-entitajiet intermedjarji li taw iż-ZORAs huma, rispettivament GDF Suez LNG (Lussemburgu) S.à.r.l. (“LNG Lussemburgu”) u Electrabel Invest Lussemburgu SA (“EIL”, kollettivament ma' LNG Lussemburgu, “Selliefa”). Fl-aħħar nett, is-sussidjarji li akkwistaw u qed iħaddmu LNG Business u the Financing and Treasury Business huma, rispettivament, LNG Supply u GSTM (kollettivament is-“Sussidjarji”).

2.2.3.   DESKRIZZJONI FID-DETTALL TAD-DEĊIŻJONIJIET TAT-TAXXA LNG

2.2.3.1.    It-tranżazzjonijiet deskritti fid-deċiżjonijiet tat-taxxa LNG

(32)

Skont it-talba għal deċiżjoni tat-taxxa LNG tal-2008, LNG Trading se tinkorpora żewġ kumpaniji taxxabbli ġodda Lussemburgiżi: LNG Lussemburgu u LNG Supply. It-talba għad-deċiżjoni tat-taxxa LNG tal-2008 stipulat li LNG Business se tinbiegħ lil LNG Lussemburgu li mbagħad tbiegħha lil LNG Supply (31). Madankollu, aktar tard din l-istruttura ġiet modifikata: skont it-talba għal deċiżjoni tat-taxxa LNG tal-2009, CEF l-ewwel akkwistat ishma ta' LNG Trading, u inkorporat lil LNG Lussemburgu, LNG Supply u LNG Holding. LNG Holding imbagħad ħadet ir-rwol ta' LNG Trading (32) fl-istruttura (33).

(33)

L-istruttura hija implimentata kif ġej:

(1)

LNG Supplu takkwista l-attività ta' LNG Trading (LNG Business) għal prezz stmat ta' madwar USD 750 miljun.

(2)

LNG Supply tiffinanzja l-prezz tax-xiri permezz ta' self konvertibbli b'mod obbligatorju fuq 15-il sena, bla imgħax u denominat f'USD (LNG ZORA) mogħti minn LNG Lussemburgu. Mal-konverżjoni (34), LNG Supply toħroġ ishma (“Ishma ta' LNG Supply”) li jinkorporaw l-ammont nominali taż-ZORA biż-żieda/bit-tnaqqis tal-Akkumulazzjonijiet ZORA.

(3)

Imbagħad, LNG Lussemburgu tiffinanzja l-investiment f'LNG ZORA permezz tal-Kuntratt Forward LNG li tkun għamlet ma' LNG Holding. Skont dak il-kuntratt, LNG Lussemburgu taqbel li tittrasferixxi lil LNG Holding l-Ishma ta' LNG Supply. Il-prezz tal-Ishma ta' LNG Supply jikkorrispondi għall-ammont nominali ta' LNG ZORA. (35)

2.2.3.2.    Il-ftehimiet iffirmati mill-partijiet

(34)

Il-Lussemburgu ppreżenta kopji tal-ftehimiet li jirriflettu l-implimentazzjoni minn Engie tat-tranżazzjonijiet deskritti fid-deċiżjonijiet tat-taxxa tal-LNG:

(1)

Ftehim ta' Trasferiment ta' Negozju li sar bejn LNG Trading u LNG Supply fit-30 ta' Ottubru 2009 (“Ftehim tat-Trasferiment ta' LNG”) (36) fejn tal-ewwel taqbel li tittrasferixxi lil tal-aħħar LNG Business għall-prezz ta' USD 657 miljun (37) kontra żewġ ċedoli maħruġa minn LNG Supply (bħala minn qed jissellef) favur LNG Trading (bħala selliefa) ta', rispettivament, USD 11 000 000 u USD 646 000 000 (38).

(2)

Ftehim ta' Self Konvertibbli b'Mod Obbligatorju li sar bejn LNG Lussemburgu u LNG Supply fit-30 ta' Ottubru 2009 (“Ftehim LNG ZORA”) (39). Taħt dan il-ftehim, LNG Lussemburgu tagħti self lil LNG Supply (40) li jitħallas lura bil-ħruġ tal-Ishma ta' LNG Supply (41). Is-self għandu terminu massimu ta' 15-il sena, jiġifieri jiskadi fit-30 ta' Ottubru 2024 (42). Fl-aħħar ta' dak il-perjodu, għandu jiġi kkonvertit f'ishma, sakemm ma jkunx ġie kkonvertit f'ishma aktar kmieni minn xi parti bil-kunsens bil-miktub tal-parti l-oħra (43). Il-“prezz tal-ħruġ” tas-self huwa ta' USD 646 miljun (44). Il-prezz tal-konverżjoni se jkun daqs il-“prezz tal-ħruġ” biż-żieda tal-Akkumulazzjonijiet ZORA li jakkumulaw sal-konverżjoni (45). Kif spjegat fl-2.2.3.6, LNG ZORA ġie parzjalment ikkonvertit fl-2014.

(3)

Ftehim ta' Xiri Forward ta' Ishma Mħallsa minn Qabel bejn LNG Holding u LNG Lussemburgu fl-istess data (il-Kuntratt Forward LNG) (46). Skont dan il-ftehim, LNG Holding qed tixtri d-drittijiet kollha ta' LNG Lussemburgu fl-Ishma ta' LNG Supply għal prezz ta' USD 646 miljun (47), jiġifieri l-istess ammont bħall-“prezz tal-ħruġ” ta' LNG ZORA. L-Ishma ta' LNG Supply għandhom jiġu trasferiti lil LNG Holding fid-data tal-ħruġ tagħhom (48).

2.2.3.3.    It-trattament tat-taxxa ta' LNG Supply

(35)

Skont it-talba għal deċiżjoni tat-taxxa LNG tal-2008, kif aċċettata mill-amministrazzjoni tat-taxxa tal-Lussemburgu, il-profitt annwali li tiġġenera LNG Supply se jkun ugwali għal marġni miftiehem mal-amministrazzjoni tat-taxxa tal-Lussemburgu (“Marġni LNG”). Għalhekk, LNG Supply se tiġi ntaxxata biss fuq dak il-marġni. Id-differenza bejn il-profitt li fil-fatt jiġi ġġenerat kull sena minn LNG Supply u l-Marġini LNG (l-akkumulazzjonijiet ZORA) hija meqjusa bħala spiża deduċibbli relatata ma' LNG ZORA. (49)

(36)

Il-Marġni LNG huwa stabbilit fit-talba għal deċiżjoni tat-taxxa LNG tal-2008 f'ammont li jikkorrispondi għal “firxa netta kumplessiva ta' [1/(50–100)%] tal-valur tal-ammont gross tal-assi kif muri fil-karta tal-bilanċ ta' [LNG Supply], tali firxa netta madankollu ma tkunx inqas minn [0,00-0,50] % tal-fatturat annwali gross derivat mill-Intrapriża” (50). Skont it-talba għal deċiżjoni tat-taxxa LNG tal-2008, “[il-Marġni LNG] se jikkwalifika bħala distakkat” minħabba li LNG Supply mhux ser “iġġarrab kambju u/jew riskju ta' dejn mitluf fuq in-negozju tagħha” (51). It-talba għal deċiżjoni tat-taxxa LNG tal-2008 tkompli tispjega li “id-dħul gross ta' […] ta' [LNG Supply], bit-tnaqqis tal-ispiża operazzjonali kollha mġarrba u bit-tnaqqis tal-ispiża fuq iż-ZORA huwa bejn wieħed u ieħor [il-Marġni LNG]” (52).

(37)

Fi kliem ieħor, qabel il-konverżjoni taż-ZORA, il-bażi tat-taxxa ta' LNG Supply hija limitata għall-Marġni LNG. Il-konverżjoni ma għandha l-ebda impatt fuq il-bażi tat-taxxa ta' LNG Supply, minħabba li l-Akkumulazzjonijiet ZORA jkunu tnaqqsu minn LNG Supply kull sena qabel il-konverżjoni.

2.2.3.4.    It-trattament tat-taxxa ta' LNG Lussemburgu

(38)

It-talba għal deċiżjoni tat-taxxa LNG tal-2008, kif aċċettata mill-amministrazzjoni tat-taxxa tal-Lussemburgu, tippermetti lil LNG Lussemburgu, matul il-ħajja ta' LNG Zora, li jew iżżomm il-valur ta' ZORA fil-kontijiet tagħha bil-valur kontabilistiku (53) ew, alternattivament, li żżid (jew tnaqqas) il-valur tiegħu mill-prezz tal-akkwist tiegħu għall-prezz ta' tifdija mistenni (54). Għalhekk, matul il-ħajja ta' LNG ZORA, LNG Lussemburgu tista' tagħżel li ma tikkontabbilizza l-ebda dħul taxxabbli jew spiża deduċibbli għal skopijiet ta' taxxa relatata maż-ZORA. Kif se jiġi spjegat fil-premessa 52 hawn taħt, LNG Lussemburgu għażlet li żżomm il-valur ta' ZORA skont il-valur kontabbillistiku.

(39)

Mal-konverżjoni, LNG Lussemburgu se tirċievi l-Ishma ta' LNG Supply, li l-valur tagħhom se jinkorpora l-prezz tal-ħruġ taż-ZORA flimkien mal-Akkumulazzjonijiet ZORA akkumulati sad-data tal-konverżjoni. Skont it-talba għal deċiżjoni tat-taxxa tal-2008, il-konverżjoni hija rregolata mir-reġim speċjali stabbilit fl-Artikolu 22bis tal-Kodiċi tat-Taxxa fuq id-Dħul tal-Lussemburgu (loi modifiée du 4 décembre 1967 concernant l'impôt sur le revenu, “LIR”), sakemm LNG Supply ma tagħżilx li ma tapplikahx. (55) Skont din id-dispożizzjoni, il-konverżjoni tas-self f'ishma mhux se twassal għal xi qligħ kapitali għall-finijiet ta' taxxa (56). Għalhekk, l-Akkumulazzjonijiet ZORA li se tirċievi LNG Lussemburgu mal-konverżjoni mhux se jkunu suġġetti għat-taxxa mal-konverżjoni (57).

2.2.3.5.    It-trattament tat-taxxa ta' LNG Holding

(40)

Skont it-talba għal deċiżjoni tat-taxxa LNG tal-2008, kif aċċettata mill-amministrazzjoni tat-taxxa tal-Lussemburgu, LNG Holding se tirreġistra l-pagament skont il-Kuntratt Forward fil-kontijiet tagħha bħala “Assi Finanzjarji Fissi” (58). It-talba għad-deċiżjoni tat-taxxa LNG tal-2008 tispjega li dawk l-assi “se jkunu u se jkomplu jiġu valwati skont il-prezz tal-kost” (59). Għalhekk, LNG Holding mhux se tikkontabbilizza dħul taxxabbli jew spejjeż deduċibbli għall-finijiet tat-taxxa qabel il-konverżjoni taż-ZORA u t-trasferiment minn LNG Lussemburgu tal-Ishma ta' LNG Supply li jkunu għadhom kif inħarġu.

(41)

It-talba għal deċiżjoni tat-taxxa LNG tal-2008 LNG titlob ukoll konferma li “għall-finijiet tal-Artikolu 166 LIR […] il-partiċipazzjoni akkwistata minn [LNG Holding] skont il-Kuntratt Forward [LNG] se tikkwalifika bħala tali mal-mument li l-Kuntratt Forward [LNG] jiġi konkluż ” (60) u li “kwalunkwe dħul (dividendi u qligħ kapitali) derivat minn kumpaniji Lussemburgiżi se jiġi eżentat fuq il-bażi tal-Artikolu 166 LIR” (61). Kif spjegat fit-Taqsima 2.3.2, l-Artikolu 166 LIR huwa d-dispożizzjoni tal-liġi tat-taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji li tirregola l-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet fil-Lussemburgu. Taħt ir-reġim ta' eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet, dħul li jiġi mill-parteċipazzjonijiet f'entitajiet oħra, bħal ishma, huwa eżentat mit-taxxa sakemm jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet.

(42)

Konsegwentement, kwalunkwe dħul taxxabbli b'rabta mas-sjieda tal-Ishma ta' LNG Supply maħruġa fil-qafas tal-konverżjoni ta' LNG ZORA se jkun eżentat mit-taxxa fil-livell ta' LNG Holding bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-Artikolu 166 LIR.

2.2.3.6.    Id-deċiżjoni tat-taxxa dwar il-konversjoni ta' LNG

(43)

Skont it-talba għal deċiżjoni tat-taxxa dwar il-konverżjoni ta' LNG, kif aċċettata mill-amministrazzjoni tat-taxxa tal-Lussemburgu, Engie twettaq l-ewwel konverżjoni parzjali ta' LNG ZORA f'ishma għal ammont stmat f'dik id-data ta' USD [300–400] miljun. Dakinhar tal-konverżjoni, tiġi adottata deċiżjoni biex jitnaqqas il-kapital nominali ta' LNG Supply b'ammont daqs l-ammont tal-konverżjoni. Skont it-talba għal deċiżjoni tat-taxxa, “[f] jew [LNG Lussemburgu] il-Konverżjoni Parzjali taż-ZORA ma għandhiex konsegwenzi fuq it-taxxa” (62). “Minħabba t-tnaqqis tal-kapital minn [LNG Supply], [LNG Holding] se tirrikonoxxi profitt ugwali għad-differenza bejn l-ammont nominali ta' ishma kkonvertiti u l-ammont ta' konverżjoni. Dan il-profitt se jkun viżibbli fil-kotba ta' [LNG Holding] u huwa kopert mill-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet” (63). Għalhekk, il-profitt miksub minn LNG Holding fil-mument tal-kanċellazzjoni tal-ishma minħabba t-tnaqqis kapitali se jkun eżentat mit-taxxa. Dan il-profitt jikkorrispondi għall-Akkumulazzjonijiet ZORA inkorporati fl-Ishma ta' LNG Supply li tirċievi LNG Holding mal-konverżjoni.

2.2.3.7.    Implimentazzjoni tad-deċiżjoni tat-taxxa LNG

(44)

Id-dikjarazzjonijiet tat-taxxa ppreżentati mil-Lussemburgu jirriflettu t-trattament tat-taxxa mogħti lill-kumpaniji involuti fit-tranżazzjonijiet kif deskritt fid-deċiżjonijiet tat-taxxa LNG.

2.2.3.7.1.   LNG Supply

(45)

Il-kontijiet statutorji ta' LNG Supply tal-2010 jindikaw li fl-2009 sar “ftehim ta' self konvertibbli b'mod obbligatorju f'ishma bejn LNG Lussemburgu u LNG Supply” għal ammont ta' USD 646 miljun b'maturità ta' 15-il sena mit-30 ta' Ottubru 2009 (64).

(46)

LNG ZORA huwa rrappurtat bħala obbligazzjoni fil-karta tal-bilanċ u huwa inkluż fid-dikjarazzjoni tat-taxxa ta' LNG Supply għal ammont ugwali għall-valur nominali taż-ZORA (USD 646 miljun) mill-2009 sal-2013 (65). Fl-2014, l-ammont tnaqqas b'USD 193,8 miljun għal USD [300 – 600] miljun wara l-konverżjoni parzjali li saret dik is-sena (66).

(47)

Għal kull sena, ammont ugwali għall-Akkumulazzjonijiet ZORA ġie rreġistrat bħala obbligazzjoni ta' LNG Supply (67) kontra l-ispiża korrispondenti fir-rapport tal-introjtu (68) u konsegwentement ġie mnaqqas mill-bażi tat-taxxa ta' LNG Supply. L-Akkumulazzjonijiet ZORA akkumulati rappurtati fid-dikjarazzjonijiet tat-taxxa ta' LNG Supply huma ppreżentati fi Table 1. It-tnaqqis tal-Akkumulazzjonijiet ZORA akkumulati b'EUR 193,8 miljun fl-2014 huwa dovut għall-impatt tal-konverżjoni parzjali ta' LNG ZORA, li huwa wkoll parzjalment paċut mill-Akkumulazzjonijiet ZORA addizjonali għal dik is-sena. (69)

Tabella 1

Akkumulazzjonijiet ZORA akkumulati mniżżla fid-dikjarazzjonijiet tat-taxxa ta' LNG Supply

 

2009

2010

2011

2012

2013

2014

2015

2016

Akkumulazzjonijiet ZORA Akkumulati (f'miljuni ta' USD)

10,9

46,8

165,6

[350 -400]

[650 – 700]

[450 – 550]

0

0

(48)

LNG Supply hija ntaxxata fuq il-Marġni LNG. Kif jidher għas-sena 2011 (70), il-Marġni LNG jiġi kkalkulat bħala [1/(50–100)%] tal-assi medji totali tal-kumpanija b'minimu ta' [0,0–0,50]% tal-fatturat gross annwali, f'konformità mad-deċiżjoni tat-taxxa LNG tal-2008. Il-valur medju tal-assi li jiffinanzjaw iż-ZORA kien jammonta għal USD 752 703 699 fl-2011. Għalhekk, il-marġini ta' [1/(50-100)%] ammonta għal USD [100 000–150 000]. Il-fatturat irreġistrat kien ta' USD 1 573 579 569, għalhekk il-marġni ta' [0,0–0,50]% ta' dan l-ammont kien ta' USD [3 500 000-4 000 000]. Bħala tali, dan l-ammont tal-aħħar kien meqjus bħala l-bażi tat-taxxa ta' LNG Supply għall-perjodu tal-2011 (71). LNG Supply għalhekk ħallset EUR [500 000-1 500 000] (72) f'taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji għas-sena tat-taxxa 2011.

Grafika 2

Kalkolu tal-bażi tat-taxxa ta' LNG Supply, kif ippreżentat fl-Anness 3 tad-dikjarazzjoni tat-taxxa tal-2011

Akkumulazzjoni ZORA

L-ammont tal-akkumulazzjoni ZORA kif indikat fil-kontijiet annwali mhuwiex konformi mal-ftehimiet bil-quddiem iffirmati mill-awtoritajiet tat-taxxa fid-9 ta' Settembru 2008 u f'Marzu 2012.

Konsegwentement, tfasslet karta tal-bilanċ tat-taxxa sabiex jiġi rreġistrat l-ammont korrett. Skont il-ftehim bil-quddiem, il-kumpanija mhijiex taxxabbli fuq il-marġini tagħha (ara hawn taħt).

Kalkolu tal-marġni

Marġni nett [1/(50–100)%] tal-valur tal-assi grossi (jiġifieri l-valur medju tal-assi li jiffinanzjaw iż-ZORA) b'minimu ta' [0,0-0,5 %] tal-fatturat gross derivat mill-assi li ġew ittrasferiti lill-Kumpanija (jiġifieri l-qligħ totali tal-Kumpanija)

Marġni minimu

Profitt totali

Taxxa

Data tal-bidu

Data tat-tmiem

Marġni minimu (USD)

1 573 579 569

[0,0-0,5 %]

1/1/11

31/12/11

[3 500 000 -4 000 000 ]

Marġni nett ta' [1/(50-100)%] tal-valur medju tal-assi li jiffinanzjaw iż-ZORA.

Data

Zora

 

1/1/11

692 817 329

(ara d-dikjarazzjoni tat-taxxa tal-2010)

31/12/20111

812 590 069

 

Totali

1 505 407 398

 

Medja

75 703 699

 


Zora

Taxxa

Data tal-bidu

Data tat-tmiem

Marġni (USD)

752 703 699

[1/(50-100)%]

1/1/11

31/12/11

[100 000 -150 000 ]

(49)

Skont il-kontijiet statutorji ta' LNG Supply tal-2014, il-konverżjoni parzjali ta' LNG ZORA nqasmet “bejn parti mill-ammont nominali u parti mill-akkumulazzjoni” (73). Għaldaqstant, kemm il-valur nominali taż-ZORA kif ukoll l-Akkumulazzjonijiet ZORA akkumulati tnaqqsu b'USD 193,8 miljun fl-2014. (74) F'Settembru 2014, LNG Supply żiedet il-kapital tagħha b'USD 699,9 miljun (75) biex tirrimborża parzjalment lil LNG ZORA. L-Ishma ta' LNG Supply inħarġu bil-valur nominali u sussegwentement ġew ikkanċellati permezz ta' tnaqqis kapitali bl-ammont nominali tagħhom (76). Din il-konverżjoni ma kellhiex konsegwenzi fuq it-taxxa għal LNG Supply.

(50)

Fl-2015, peress li LNG Supply kienet f'pożizzjoni li qed tagħmel it-telf, l-Akkumulazzjonijiet ZORA saru negattivi, b'USD [650–850] miljun, li għalhekk naqqsu, l-ewwel l-Akkumulazzjonijiet ZORA akkumulati li kien baqa' ta' (USD [450–550]) għal USD 0, u mbagħad il-valur nominali pendenti ta' LNG ZORA għal USD [200–250] miljun. (77)

(51)

Fl-2016, l-Akkumulazzjonijiet ZORA reġgħu kienu negattivi b'USD [100–200] miljun, u b'hekk komplew inaqqsu l-ammont pendenti ta' LNG ZORA għal USD [100–200] miljun (78).

2.2.3.7.2.   LNG Lussemburgu

(52)

Skont id-dikjarazzjonijiet tat-taxxa ta' LNG Lussemburgu, il-valur ta' LNG ZORA nżamm fl-ammont nominali tiegħu (USD 646 miljun) sal-konverżjoni parzjali tiegħu fl-2014 (79), f'konformità mad-deċiżjoni tat-taxxa LNG tal-2008 (80). Il-Kuntratt Forward LNG jidher ukoll fid-dikjarazzjoni tat-taxxa ta' LNG Lussemburgu bħala obbligazzjoni għall-istess ammont (81).

(53)

Fl-2014, bħala riżultat tal-konverżjoni parzjali, kemm il-valur ta' LNG ZORA (assi) kif ukoll tal-Kuntratt Forward LNG (obbligazzjoni) naqsu b'USD 193,8 miljun għal USD 452,2 miljun, mingħajr impatt fuq ir-rapport tal-introjtu. (82) LNG Lussemburgu ma għażlitx li tapplika l-Artikolu 22bis LIR.

(54)

Fl-2015, kif spjegat fil-premessa 50, il-valur ta' LNG ZORA tnaqqas għal USD [300–600] miljun minħabba Akkumulazzjonijiet ZORA negattivi. LNG Lussemburgu għalhekk naqqset il-valur ta' LNG ZORA għal dan l-ammont u fl-istess ħin naqqset il-valur tal-Kuntratt Forward LNG għall-istess ammont (83).

(55)

Fl-2016, l-istess aġġustamenti twettqu għal LNG ZORA u għall-Kuntratt Forward ta' LNG biex inaqqsu l-valur tagħhom għal USD [100–200] miljun (84).

2.2.3.7.3.   LNG Holding

(56)

Iż-ZORA huwa kontabbilizzat fil-kontijiet statutorji ta' LNG Holding bħala assi finanzjarju (85). Mill-2012, parteċipazzjoni f'LNG Supply għal ammont ugwali għall-valur nominali ta' LNG ZORA tidher ukoll fid-dikjarazzjoni tat-taxxa ta' LNG Holding taħt il-kategorija tal-parteċipazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 166 LIR (86).

(57)

Skont id-dikjarazzjoni tat-taxxa u l-kontijiet statutorji tal-2014 ta' LNG Holding, il-kanċellazzjoni tal-Ishma ta' LNG Supply, li ġew riċevuti b'riżultat tal-konverżjoni parzjali ta' LNG ZORA fl-2014, iġġenerat qligħ kapitali ta' USD 506,2 miljun (87), li baqgħu ma ġew intaxxati xejn bis-saħħa tal-applikazzjoni tar-reġim ta' eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet (l-Artikolu 166 LIR).

(58)

Fl-2015 u fl-2016, LNG Holding ikkontabbilizzat aġġustament ta' indeboliment fuq il-Kuntratt Forward tal-LNG li jirrifletti t-tnaqqis fil-valur ta' LNG ZORA wara l-Akkumulazzjonijiet ZORA negattivi, kif spjegat fil-premessi 50 u 51 (88). Dan l-indeboliment kien rifless bħala imposta fir-rapport tal-introjtu ta' LNG Holding.

2.2.4.   DESKRIZZJONI FID-DETTALL TAD-DEĊIŻJONIJIET TAT-TAXXA GSTM

2.2.4.1.    It-tranżazzjonijiet deskritti fid-deċiżjonijiet tat-taxxa LNG

(59)

Skont it-talba għad-deċiżjoni tat-taxxa tal-2010 GSTM, Engie se timplimenta struttura simili għal dik deskritta fid-deċiżjonijiet tat-taxxa ta' LNG: GSTM takkwista l-Financing and Treasury Business u tiffinanzja l-akkwist permezz ta' GSTM ZORA mogħti minn EIL. Mal-konverżjoni (89), GSTM toħroġ ishma (“Ishma ta' GSTM”) li jinkorporaw l-ammont nominali taż-ZORA biż-żieda/bit-tnaqqis tal-Akkumulazzjonijiet ZORA. Imbagħad, EIL tiffinanzja l-investiment f'GSTM ZORA permezz tal-Kuntratt Forward GSTM li tkun għamlet ma' CEF. Skont dak il-kuntratt, EIL se taqbel li tittrasferixxi lil CEF l-Ishma ta' GSTM. Il-prezz tal-Ishma ta' GSTM jikkorrispondi għall-ammont nominali ta' GSTM ZORA. (90)

(60)

It-talba għal deċiżjoni tat-taxxa GSTM tal-2012 fiha pożizzjoni tat-taxxa fuq l-istess ZORA li hija kważi identika għal dik tat-talba għal deċiżjoni tat-taxxa LNG tal-2008, ħlief li din id-deċiżjoni tikkontempla, inter alia, żieda potenzjali futura fl-ammont ta' GSTM ZORA (91).

2.2.4.2.    Il-ftehimiet iffirmati mill-partijiet

(61)

Il-Lussemburgu ppreżenta kopji tad-dokumenti u tal-ftehimiet li jirriflettu l-implimentazzjoni minn Engie tat-tranżazzjonijiet deskritti fid-deċiżjonijiet tat-taxxa GSTM:

(1)

Dokument bit-titolu “Proposta ta' trasferiment ta' fergħa ta' attività” depożitat fir-Reġistru tal-kummerċ u tal-kumpaniji tal-Lussemburgu fit-13 ta' Mejju 2011 (“Proposta ta' Trasferiment GSTM”) (92). Skont dan id-dokument, CEF tipproponi li tittrasferixxi lil GSTM il-Financing and Treasury Business għal ammont ta' EUR 1 036 912 506,84. Skont il-Proposta ta' Trasferiment GSTM, CEF se tittrasferixxi l-fergħa ta' attività bi skambju ma' ċedola mingħand GSTM (93).

(2)

Żewġ Ftehimiet ta' Self Konvertibbli b'Mod Obbligatorju li daħlu fihom EIL u GSTM, wieħed bid-data tas-17 ta' Ġunju 2011 u l-ieħor tat-30 ta' Ġunju 2014 (“Ftehimiet GSTM ZORA”, flimkien mal-Ftehim LNG Zora, il-“Ftehimiet ZORA”) (94) essenzjalment bl-istess kontenut (95). Skont il-Ftehimiet GSTM ZORA, EIL tagħti self (96) lil GSTM li jitħallas lura bil-ħruġ tal-Ishma ta' GSTM (97). Is-self jiskadi fis-17 ta' Ġunju 2026 (98). Fl-aħħar ta' dak il-perjodu, għandu jiġi kkonvertit f'ishma, sakemm ma jkunx ġie kkonvertit f'ishma aktar kmieni minn xi parti bil-kunsens bil-miktub tal-parti l-oħra (99). Il-“prezz tal-ħruġ” tas-self huwa ta' EUR 1 036 912 507 (100). Il-prezz tal-konverżjoni se jkun daqs il-“prezz tal-ħruġ” biż-żieda tal-Akkumulazzjonijiet ZORA li jakkumulaw sal-konverżjoni (101).

(3)

Ftehim ta' Xiri Forward ta' Ishma Mħallsa minn Qabel bejn CEF u EIL fis-17 ta' Ġunju 2011(il-Kuntratt Forward GSTM) (102). Skont dan il-ftehim, CEF qed tixtri d-drittijiet kollha ta' EIL Lussemburgu fl-Ishma ta' GSTM għal prezz daqs il-“prezz tal-ħruġ” ta' GSTM ZORA (103). L-Ishma ta' GSTM għandhom jiġu ttrasferiti lil CEF fid-data tal-ħruġ tagħhom (104).

2.2.4.3.    It-trattament tat-taxxa ta' GSTM

(62)

Skont it-talba għal deċiżjoni tat-taxxa GSTM tal-2010, kif approvata mill-amministrazzjoni tat-taxxa tal-Lussemburgu, il-profitt annwali taxxabbli ta' GSTM għandu jkun ugwali għal marġni miftiehem mal-amministrazzjoni tat-taxxa tal-Lussemburgu (“Marġni tal-GSTM”). Għalhekk, GSTM se tiġi ntaxxata biss fuq dak il-marġni. Id-differenza bejn il-profitt li fil-fatt jiġi ġġenerat minn GSTM u l-Marġini GSTM (l-Akkumulazzjonijiet ZORA) hija meqjusa bħala spiża deduċibbli relatata ma' GSTM ZORA (105).

(63)

Il-marġni GSTM huwa stabbilit fit-talba għal deċiżjoni tat-taxxa GSTM tal-2010 bħala ammont li jikkorrispondi għal “firxa netta kumplessiva ta' [1/(50-100)%] fuq il-valur prinċipali tal-assi kollha tagħha, inklużi dawk l-assi finanzjati b'self normali” (106). It-talba għal deċiżjoni tat-taxxa GSTM tal-2010 tikkunsidra li l-Marġini GSTM huwa skont il-prinċipju tad-distakkament (107).

(64)

It-talba għal deċiżjoni tat-taxxa GSTM tal-2012 tikkontempla modifika fil-Marġni tal-GSTM. Din tgħid li l-ammont tiegħu “se jiġi ddeterminat f'ittra APA futura akkumpanjata minn rapport dwar l-PT [l-ipprezzar tat-trasferiment]” (108). Skont il-kontijiet finanzjarji statutorji tal-2011 tal-GSTM (109), il-bidla fil-Marġni GSTM mill-1 ta' Jannar 2012 kienet minħabba d-dħul fis-seħħ taċ-Ċirkolari Amministrattiva tat-28 ta' Jannar 2011 dwar l-attivitajiet ta' finanzjament intragrupp (“Ċirkulari 164/2”) (110). Din iċ-Ċirkolari talbet il-preżentazzjoni ta' studji dwar l-ipprezzar ta' trasferiment (“PT”) fir-rigward ta' kwalunkwe talba għal deċiżjoni tat-taxxa li titlob il-ftehim dwar prezzijiet ta' trasferiment għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament intragrupp (bħall-Marġni tal-GSTM) (111). Għaldaqstant, il-konsulent tat-taxxa ppreżenta, permezz tal-ittri tal-11 ta' Lulju 2012 u tal-11 ta' Novembru 2013, żewġ talbiet għal deċiżjoni tat-taxxa bi studji PT li jikkonċernaw l-istabbiliment tal-Marġni GSTM (112). Skont il-Lussemburgu, dawn it-talbiet għal deċiżjoni tat-taxxa ma ġewx approvati mill-amministrazzjoni tat-taxxa. Fi kliem ieħor, l-amministrazzjoni tat-taxxa tal-Lussemburgu ma ħarġitx deċiżjoni tat-taxxa li tikkonferma l-valur tal-marġni tal-GSTM propost mill-konsulent tat-taxxa ta' Engie fl-ittri tiegħu tal-11 ta' Lulju 2012 u tal-11 ta' Novembru 2013 (113).

(65)

It-talba għal deċiżjoni tat-taxxa GSTM tal-2010 tindika wkoll li “fil-każ improbabbli li t-trattament kontabilistiku ma jkunx totalment konformi mal-obbligi skont il-ftehim ZORA, il-profitt jew it-telf riżultanti rifless fil-kontijiet annwali mhux se jaffettwa l-pożizzjoni tat-taxxa stabbilita hawn fuq” (114).

(66)

Għalhekk il-konklużjoni hija li qabel il-konverżjoni ta' GSTM ZORA, il-bażi tat-taxxa ta' GSTM hija limitata għall-Marġni GSTM. Il-konverżjoni ta' GSTM ZORA ma għandhiex impatt fuq il-bażi tat-taxxa ta' GSTM.

2.2.4.4.    It-trattament tat-taxxa ta' EIL

(67)

It-trattament tat-taxxa mogħti lil EIL huwa simili għal dak deskritt għal LNG Lussemburgu (115), u jsegwi argumenti identiċi (116). Għalhekk, matul il-ħajja ta' GSTM ZORA, EIL tista' tagħżel li ma tikkontabbilizza l-ebda dħul taxxabbli jew spiża deduċibbli. Mal-konverżjoni, jekk EIL tagħżel li tapplika r-reġim speċjali stipulat fl-Artikolu 22bis LIR, hija mhux se tirrikonoxxi dħul (117) u għalhekk ma tkun dovuta l-ebda taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji (118). Kif se jiġi spjegat fil-premessa 76, EIL tagħżel li żżomm il-valur ta' GSTM ZORA skont il-valur kontabilistiku.

2.2.4.5.    It-trattament tat-taxxa ta' CEF

(68)

It-trattament tat-taxxa mogħti lil CEF huwa simili għal dak deskritt għal LNG Holding (119). Għaldaqstant, CEF mhijiex se tikkontabilizza dħul taxxabbli jew spejjeż deduċibbli għal skopijiet ta' taxxa qabel il-konverżjoni taż-ZORA (120).

(69)

It-talba għal deċiżjoni tat-taxxa GSTM tal-2010 titlob ukoll għal konferma li “il-parteċipazzjoni mixtrija minn CEF skont il-Kuntratt Forward se tikkwalifika bħala parteċipazzjoni diretta fil-kapital ta' GSTM mal-mument li fih jiġi konkluż il-Kuntratt Forward għall-finijiet tal-Artikolu 166 LIR” (121). Konsegwentement, kwalunkwe dħul taxxabbli b'rabta mas-sjieda tal-Ishma ta' GSTM se jkun eżentat mit-taxxa fil-livell ta' CEF, bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-Artikolu 166 LIR.

2.2.4.6.    Implimentazzjoni tad-deċiżjoni tat-taxxa GSTM

(70)

Id-dikjarazzjonijiet tat-taxxa ppreżentati mil-Lussemburgu jirriflettu t-trattament tat-taxxa mogħti lill-kumpaniji involuti fit-tranżazzjonijiet kif deskritt fid-deċiżjonijiet tat-taxxa GSTM.

2.2.4.6.1.   GSTM

(71)

Il-kontijiet statutorji tal-2012 ta' GSTM jindikaw li EIL “tat self konvertibbli b'mod obbligatorju ta' EUR 1 036 912 506,84 lil [GSTM] b'maturità ta' 15-il sena minnĠunju, 17 2011” (122).

(72)

GSTM ZORA huwa rrappurtat bħala obbligazzjoni fil-karta tal-bilanċ inkluża fid-dikjarazzjoni tat-taxxa ta' GSTM għal ammont ugwali għall-valur nominali taż-ZORA (EUR 1 036 912 506,84). Dak l-ammont ma jvarjax matul is-snin (123).

(73)

Għal kull sena, ammont ugwali għall-Akkumulazzjonijiet ZORA ġie rreġistrat bħala obbligazzjoni ta' GSTM (124) kontra l-ispiża korrispondenti fir-rapport tal-introjtu (125) u konsegwentement ġie mnaqqas mill-bażi tat-taxxa ta' GSTM. L-allokazzjonijiet ZORA akkumulati rrappurtati fid-dikjarazzjonijiet tat-taxxa ta' GSTM matul il-perjodu 2011 sal-2015 huma ppreżentati Table 2 hawn taħt.

Tabella 2

Akkumulazzjonijiet ZORA akkumulati mniżżla fid-dikjarazzjonijiet tat-taxxa ta' GSTM

 

2011

2012

2013

2014

2015

2016

Akkumulazzjonijiet ZORA Akkumulati (f'miljuni ta' EUR)

44,9

[100-150]

[300-350]

[450 – 500]

[600 – 650]

[600-900]

(74)

Skont id-deċiżjoni tat-taxxa GSTM tal-2010, GSTM hija ntaxxata fuq il-Marġni GSTM. Il-Grafika 3 hawn taħt jidher kif ġie ddeterminat l-marġni GSTM għas-sena 2011 (126). Il-“qligħ nett qabel it-taxxa u l-Akkumulazzjoni ZORA” ammontaw għal EUR 45 522 581. Il-bażi tat-taxxa ta' GSTM hija kkalkolata bħala [1/(50–100)%] tal-assi medji totali tal-kumpanija għall-perjodu tal-2011, li ammontaw għal EUR 3,7 biljun. Il-profitt taxxabbli miżmum minn GSTM fuq din il-bażi jammonta għal EUR [500 000–600 000] (li miegħu jiżdied ammont iddenominat bħala “remunerazzjoni ta' kapital” li jammonta għal EUR [6 000–11 000]). Id-differenza bejn dan l-ammont u “l-qligħ nett qabel it-taxxa u l-Akkumulazzjoni ZORA” hija l-ammont ta' EUR 44,9 miljun, li ġie rreġistrat fid-dikjarazzjoni tat-taxxa bħala Akkumulazzjoni ZORA deduċibbli għall-finijiet ta' taxxa.

Grafika 3

Kalkolu tal-bażi tat-taxxa ta' GSTM għas-sena 2011, kif ippreżentat fl-Anness 3 tad-dikjarazzjoni tat-taxxa tal-2011 ta' GSTM

Total tal-assi

Minn

Sa

Għadd ta' jiem

Medja (*1)

8 691 871 776

2.5.2011

31.12.2011

244

3 729 884 433

 

Total ta' assi li jiffinanzjaw djun

3 729 202 241

Qligħ nett qabel it-taxxa u l-akkumulazzjoni ZORA

[45 000 000 -50 000 000 ]

Qligħ nett qabel it-taxxa u l-akkumulazzjoni ZORA marbuta mal-kapital

8 326

Qligħ nett qabel it-taxxa u l-akkumulazzjoni Zora marbuta ma' assi li jiffinanzjaw djun

[45 000 000 -50 000 000 ]

Totali

[45 000 000 -50 000 000 ]

Marġni ta' [1/(50-100)%]

[550 000 -600 000 ]

Redittu fuq il-kapital

 

Remunerazzjoni ta' assi li jiffinanzjaw djun (marġni ta' [1/(50–100)%])

[550 000 -600 000 ]

Marġni nett totali

[550 000 -600 000 ]

Il-marġini diġà ġie rreġistrat fil-kontijiet annwali, għalhekk mhux meħtieġ aġġustament.

Kalkolu tal-ammont taxxabbli

EUR

Profitt/telf għas-sena

420 802

Żid: taxxi

[150 000 -200 000 ]

Ammont taxxabbli

[550 000 -600 000 ]

Taxxa fuq il-kumpaniji

[100 000 -150 000 ]

(75)

Id-dikjarazzjonijiet tat-taxxa ta' GSTM juru li, kif indikat qabel (127), il-Marġni ta' GSTM inbidel wara l-2011. Kif muri għas-snin 2012 u 2013, il-marġni ta' GSTM mhuwiex stabbilit għal [1/(50–100)%] fuq il-valur tal-assi, kif kien inizjalment ikkontemplat fit-talba għal deċiżjoni tat-taxxa GSTM tal-2010, iżda għal [0-1 %] fuq il-valur tad-djun li jiffinanzjaw l-assi (128). Fl-2014, il-Marġni ta' GSTM kien stabbilit għal [0-1 %] tal-ammont totali ta' self u riċevibbli. Id-dikjarazzjonijiet tat-taxxa jindikaw li l-Marġini ta' GSTM għal dawn is-snin ġie kkalkulat b'referenza għat-talbiet għal deċiżjoni tat-taxxa tal-11 ta' Lulju 2012 u tal-11 ta' Novembru 2013 (129) li, kif indikat fil-premessa (64) qatt ma ġew aċċettati mill-amministrazzjoni tat-taxxa tal-Lussemburgu.

Grafika 4

Il-kalkolu tal-bażi tat-taxxa ta' GSTM b'referenza għat-talbiet għal deċiżjonijiet tal-2010 u tal-2012 fl-Anness 3 għad-dikjarazzjoni tat-taxxa tal-2012 ta' GSTM

L-Annessi tad-Déclaration pour l'impôt sur le revenu des collectivités et pour l'impôt commercial għall-2012 u d-dikjarazzjoni tal-assi personali mill-1 ta' Jannar 2013 f'isem:

GDF SUEZ Treasury Management S.à r.l tax No 2011 2416 545

Anness 3

STAW/NGOK

Noti ta' spjegazzjoni

Kummenti ġenerali

Qed issir referenza għall-ittri tal-konsulent tat-taxxa tad-9 ta' Frar 2010 u tal-15 ta' Ġunju 2012.

Marġni fuq in-negozju ta' finanzjament

Qed issir referenza għall-ftehimiet dwar l-ipprezzar ta' trasferiment bil-quddiem tal-konsulent tat-taxxa tal-11 ta' Lulju 2012 u tal-11 ta' Novembru 2013 (l-APAs).

Il-marġni fuq in-negozju ta' finanzjament huwa kkalkolat kif ġej:

Ammont medju ta' djun li jiffinanzjaw l-assi (*)

minn

sa

jiem

% (**)

marġni

[9 000 000 000 -10 000 000 000 ]

1/1/2012

31/12/2012

366

4,2 bps

[3 000 000 -4 000 000 ]

Totali

 

 

366

 

 

Redittu fuq il-kapital ta' riskju

Kapital medju

minn

sa

jiem

Redittu fuq il-kapital ta' riskju

[2 000 000 -3 000 000 ]

1/1/2012

31/12/2012

366

[20 000 -30 000 ]

Totali

 

 

366

 

Kalkolu tal-akkumulazzjoni ZORA

Qligħ nett qabel it-taxxa u l-akkumulazzjoni ZORA

[100 000 000 -150 000 000 ]

Bit-tnaqqis ta': redditu kapitali

[20 000 -30 000 ]

Bit-tnaqqis ta': Marġni minimu

[3 000 000 -4 000 000 ]

Akkumulazzjoni ZORA

[100 000 000 -150 000 000 ]

L-ammont tal-akkumulazzjoni ZORA, kif indikat fil-kontijiet mhuwiex konformi mal-APAs (mhux suffiċjenti). Konsegwentement, sar aġġustament ta' EUR [40 000 –50 000 ] fil-karta tal-bilanċ tat-taxxa u fir-rapport tal-introjtu tat-taxxa, u dan l-aġġustament se jiġi rreġistrat fil-kontijiet kummerċjali għall-2013.

(*)

Ikkalkolat fuq bażi ta' kull xahar.

(**)

Qed nirreferu għall-istudju tal-ipprezzar ta' trasferiment kif previst fl-APAs

2.2.4.6.2.   EIL

(76)

Il-valur ta' GSTM ZORA fil-kotba ta' EIL inżamm skont l-ammont nominali, EUR 1 036 912 507 (130), f'konformità mal-għażla mogħtija mid-deċiżjonijiet tat-taxxa GSTM (131).

2.2.4.6.3.   CEF

(77)

Finalment, tidher ukoll parteċipazzjoni f'GSTM għal ammont ugwali għall-valur nominali ta' GSTM ZORA fid-dikjarazzjoni tat-taxxa ta' CEF taħt il-kategorija tal-parteċipazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 166 LIR (132).

2.3.   DESKRIZZJONI TAL-QAFAS ĠURIDKU NAZZJONALI RILEVANTI

2.3.1.   DESKRIZZJONI TAL-PRINĊIPJI ĠENERALI TAS-SISTEMA TAT-TAXXA TAL-KUMPANIJI TAL-LUSSEMBURGU

(78)

Ir-regoli ordinarji tat-tassazzjoni tal-kumpaniji fil-Lussemburgu jinsabu fl-LIR. Skont l-Artikolu 159 LIR, il-kumpaniji residenti għall-finijiet ta' taxxa huma soġġetti għal taxxa fuq it-totalità tal-profitti tagħhom (133). L-Artikolu 163 LIR jipprevedi li t-taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji tal-Lussemburgu hija applikabbli għall-profitt taxxabbli ta' kontribwent f'sena partikolari (134). Qabel l-2013, il-kumpaniji kollha soġġetti għat-taxxa fil-Lussemburgu kienu ntaxxati fuq il-profitt taxxabbli tagħhom bir-rata tat-taxxa standard ta' 28,80 % (135). Sa mill-2013, ir-rata tat-taxxa standard saret 29,22 %.

(79)

L-Artikolu 18(1) LIR jipprevedi l-metodu biex jiġi stabbilit il-profitt annwali ta' kontribwent kumpanija: “Il-profitt huwa determinat bħala d-differenza bejn l-assi netti fit-tmiem u l-assi netti fil-bidu tal-perjodu tar-rapportar, biż-żieda tal-ġbid għall-użu personali u bit-tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet addizzjonali li saru matul il-perjodu tar-rapportar”.

(80)

L-Artikolu 23 LIR jispjega li l-valur tal-assi netti għandu jiġi determinat skont ir-regoli u l-prinċipji tal-kontabilità (136).

(81)

L-Artikolu 40 LIR jistabbilixxi l-prinċipju li l-karta tal-bilanċ tat-taxxa tintrabat mal-karta tal-bilanċ kummerċjali (“accrochement du bilan fiscal au bilan commercial”). Skont dan il-prinċipju, il-karta tal-bilanċ tat-taxxa — li tistabbilixxi l-bażi tat-taxxa annwali — għandha tikkorrispondi għall-karta tal-bilanċ kummerċjali sakemm ma tapplikax regola tat-taxxa speċifika li teħtieġ l-użu ta' valur differenti. (137)

2.3.2.   IR-REĠIM TA' EŻENZJONI TAL-PARTEĊIPAZZJONIJIET U T-TASSAZZJONI TAD-DISTRIBUZZJONI TAL-PROFITTI

(82)

Skont l-Artikolu 97(1) LIR, introjtu minn dħul minn investiment jenħtieġ li jinkludi dividendi, parteċipazzjonijiet fi profitti u kwalunkwe profitt ieħor allokat abbażi ta' ishma jew parteċipazzjonijiet oħra f'kumpaniji (138).

(83)

Fir-rigward tat-tassazzjoni tad-dividendi u dħul ieħor li jirriżulta minn parteċipazzjonijiet, l-Artikolu 166 LIR jintroduċi l-hekk imsejjaħ “reġim ta' eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet” fil-Lussemburgu. Dan ir-reġim jipprevedi eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji, mit-taxxa minn ras il-għajn u mit-taxxa fuq il-ġid nett għal dħul li jiġi mill-parteċipazzjonijiet miżmuma minn entitajiet li jissodisfaw ċerti kriterji. Fl-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz ta' liġi li jinkorpora din id-dispożizzjoni fil-LIR, il-Kunsill tal-Istat tal-Lussemburgu jgħid li dan ir-reġim huwa ġġustifikat sabiex tiġi evitata tassazzjoni tripla għal raġunijiet ta' ekwità fiskali u ordni ekonomika (139).

(84)

L-Artikolu 166(2) LIR jelenka l-entitajiet li jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet, li jinkludu kumpaniji b'ishma konġunti soġġetti għat-taxxa fil-Lussemburgu (bħal “société anonyme” u “société à responsabilité limitée”), u l-kumpaniji elenkati skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE (140).

(85)

Sabiex wieħed jibbenefika mill-eżenzjoni, iridu jiġu ssodisfati żewġ kundizzjonijiet kumulattivi: l-ewwel, l-entitajiet irid ikollhom jew jimpenjaw ruħhom li se jżommu l-parteċipazzjoni għal perjodu mhux interrott ta' mill-inqas 12-il xahar; it-tieni, il-parteċipazzjoni ma għandhiex tkun ta' inqas minn 10 % tal-kapital tal-entità bil-parteċipazzjoni fiha jew minn prezz ta' akkwist ta' EUR 1,2 miljun (141).

(86)

Dment li dawn iż-żewġ kundizzjonijiet ikunu ssodisfati, id-dħul li jkun ġej mill-parteċipazzjoni (dividendi, qligħ kapitali jew kwalunkwe dħul ieħor li jkun ġej mill-parteċipazzjoni) ikun eżentat għal kollox mit-taxxa tal-kumpaniji tal-Lussemburgu. Skont l-Artikolu 166(9) LIR u r-Règlement grand-ducal du 21 décembre 2001 (“Digriet tal-21 ta' Diċembru 2001”), (142) l-eżenzjoni tal-partiċipazzjonijiet tapplika wkoll għall-qligħ kapitali (revenus dégagés par la cession de la participation) (143).

(87)

It-tassazzjoni tal-profitti li jiġu mqassma fil-livell tal-entità li tiddistribwixxi hija rregolata mill-Artikolu 164 LIR. L-Artikolu 164(1) LIR jipprevedi li, sabiex tiġi ddeterminata l-bażi tat-taxxa, huwa irrilevanti jekk il-profitt ikunx tqassam jew (144) le. L-Artikolu 164(2) LIR jispjega x'għandu jinftiehem bħala “distribuzzjoni” għall-finijiet tal-Artikolu 164(1) LIR u f'din il-kategorija jinkludi d-distribuzzjonijiet lil kwalunkwe tip ta' azzjonist, lil detenturi ta' ċertifikati ta' parteċipazzjoni, lill-ishma tal-fundaturi, lil ishma ta' tgawdija, jew lil kwalunkwe titolu ieħor, inklużi bonds b'rendiment varjabbli (145).

2.3.3.   DIFFERIMENT TEMPORANJU TAT-TAXXA FUQ IL-QLIGĦ KAPITALI LI JIRRIŻULTA MINN KONVERŻJONIJIET

(88)

Il-prinċipju ġenerali li jikkonċerna l-konverżjoni tal-assi huwa stabbilit fl-Artikolu 22(5) LIR, li skontu skambju ta' assi jenħtieġ li jiġi kkunsidrat bħala l-bejgħ tal-assi partikolari, segwit bl-akkwist tal-assi akkwistat bi prezz li jikkorrispondi għall-valur ta' disponiment stmat tiegħu (146), u b'hekk potenzjalment iwassal għal qligħ kapitali taxxabbli.

(89)

Bħala eċċezzjoni għal din ir-regola ġenerali, l-Artikolu 22bis (2) numru 1 LIR jistipula li l-konverżjoni ta' self f'kapital azzjonarju tad-debitur ma twassalx għal realizzazzjoni ta' qligħ kapitali għal skopijiet ta' taxxa tad-dħul tal-kumpaniji. Dik l-istess dispożizzjoni tipprevedi li tali eċċezzjoni ma tkoprix l-imgħax dovut fuq is-self li jikkorrispondi għas-sena tal-konverżjoni sad-data tal-iskambju (147).

2.3.4.   DISPOŻIZZJONI KONTRA L-ABBUŻ

(90)

L-Artikolu 6 tal-Liġi dwar l-Adattament tat-Taxxa tal-Lussemburgu jew Steueranpassungsgesetz (“StAnpG”) tipprojbixxi li t-taxxi jiġu evażi jew mitigati permezz ta' abbuż minn forom jew minn kostruzzjonijiet li huma legali taħt il-liġi ċivili. Skont l-Artikolu 6 StAnpG, jekk il-forma legali jew il-kostruzzjoni li ddawwar tranżazzjoni ma tkunx xierqa f'termini tas-sustanza tagħha, it-taxxa għandha tiġi vvalutata skont is-sustanza tat-tranżazzjoni, daqslikieku ġiet konkluża fil-forma legali xierqa. (148)

3.   RAĠUNIJIET BIEX TINBEDA L-PROĊEDURA

(91)

Fid-Deċiżjoni tal-ftuħ tagħha, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li t-trattament tat-taxxa mogħti abbażi tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jidher li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fl-ambitu tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat u qajmet dubji dwar il-kompatibbiltà ta' dawk il-miżuri mas-suq intern.

(92)

B'mod aktar speċifiku, fid-Deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni qajmet id-dubji li ġejjin:

(1)

jekk l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Lussemburgu kinux ippermettew korrettament id-deduzzjoni tal-Akkumulazzjonijiet ZORA u jekk iz-ZORAs kinux skont il-prinċipju tad-distakkament;

(2)

f'każ li l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Lussemburgu kellhom id-dritt jippermettu d-deduzzjoni tal-ewwel Akkumulazzjonijiet ZORA, jekk l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Lussemburgu kellhomx id-dritt jaċċettaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 22bis LIR; u t-tieni, jekk il-metodu użat għad-determinazzjoni tal-profitt taxxabbli ta' GSTM u LNG Supply kienx konformi mal-prinċipju ta' distakkament;

(3)

jekk l-effett flimkien tad-deduċibbiltà tal-ispejjeż (l-Akkumulazzjonijiet ZORA) fil-livell ta' LNG Supply u ta' GSTM flimkien man-nontassazzjoni tad-dħul korrispondenti fil-livell ta' EIL u LNG Lussemburgu jiddevjax mill-objettiv ġenerali tas-sistema tat-taxxa tal-Lussemburgu, u b'hekk jipprovdix vantaġġ selettiv lill-kumpaniji azzjonarji LNG Holding u CEF.

(93)

Taħt l-ewwel dubju, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar id-deduzzjoni tal-Akkumulazzjonijiet ZORA (149). Il-Kummissjoni ddubitat il-kwalifikazzjoni tal-Akkumulazzjonijiet Zora bħala imgħax fl-ambitu tal-Artikolu 109 LIR u għalhekk id-deduzzjoni tagħhom. B'mod aktar preċiż, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-Akkumulazzjonijet ZORA jenħtieġ li jitqiesu bħala distribuzzjonijiet tal-profitt f'konformità mal-Artikolu 164(1) u (2) LIR u għalhekk id-deduzzjoni ma kellhiex tiġi permessa. Il-Kummissjoni qajmet ukoll dubji li meta ppermetta d-deduzzjoni tal-Akkumulazzjonijiet ZORA, il-Lussemburgu applika ħażin l-Artikolu 164(3) LIR. Din id-dispożizzjoni teħtieġ l-inklużjoni fil-bażi tat-taxxa ta' kumpanija, bħala distribuzzjoni tal-profitti moħbija, ta' kwalunkwe ammont imħallas lill-azzjonist tagħha mhux skont il-prinċipju ta' distakkament. B'mod aktar preċiż, il-Kummissjoni staqsiet jekk kumpanija indipendenti li tinnegozja skont il-prinċipju ta' distakkament kinitx tagħti self lil LNG Supply u lil GSTM bl-istess termini bħaż-ZORAs.

(94)

F'każ li l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Lussemburgu kellhom id-dritt li jippermettu d-deduzzjoni tal-Akkumulazzjonijiet ZORA, il-Kummissjoni qajmet dubju ieħor li jista' jinqasam f'żewġ partijiet:

(1)

Taħt l-ewwel parti, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 22bis LIR, li skontu mhijiex dovuta taxxa tad-dħul tal-kumpaniji mal-konverżjoni taż-ZORA f'ishma (150). Jekk l-Akkumulazzjonijiet ZORA jitqiesu bħala mgħaxijiet deduċibbli fuq id-dejn, li l-Kummissjoni kkontestat fl-ewwel dubju, f'dak il-każ kellhom jiġu ntaxxati bħala introjtu fil-livell ta' EIL u LNG Lussemburgu jew fil-livell tal-kumpaniji azzjonarji u ma kellhomx jikkwalifikaw għal eżenzjoni skont l-Artikolu 22bis LIR.

(2)

Taħt it-tieni parti, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar il-metodu użat fid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati għad-determinazzjoni tal-profitt taxxabbli ta' LNG Supply u ta' GSTM — marġni taxxabbli mhux ibbażat fuq analiżi ekonomika — u l-konformità tiegħu mal-prinċipju ta' distakkament (151).

(95)

Fl-aħħar nett, it-tielet dubju kien ibbażat fuq l-effett kombinat tad-deduċibbiltà tal-Akkumulazzjonijiet ZORA fuq il-livell tas-Sussidjarji u n-nontassazzjoni tad-dħul korrispondenti fil-livell ta' EIL u LNG Lussemburgu minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 22bis LIR (152). Meta għaqqad dawn it-tnejn flimkien, il-Lussemburgu approva n-nontassazzjoni effettiva ta' sehem imdaqqas mill-profitti ġġenerati min-negozji ta' GSTM u ta' LNG Supply fil-Lussemburgu. Il-Kummissjoni staqsiet jekk dan tbigħedx l-objettiv tas-sistema tat-taxxa tal-kumpaniji tal-Lussemburgu, li skont l-Artikolu 163 LIR huwa li jintaxxa l-profitti tal-kumpaniji kollha soġġetti għat-taxxa fil-Lussemburgu (153).

(96)

Bħala parti minn dan it-tielet dubju, il-Kummissjoni staqsiet ukoll jekk it-trattament tat-taxxa approvat mid-deċiżjonijiet tat-taxxa jistax jikkostitwixxi applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 166 LIR, li l-objettiv tiegħu huwa li tiġi eliminata t-tassazzjoni ekonomika doppja tal-istess profitt. B'mod partikolari, il-Kummissjoni nnotat li l-applikazzjoni tal-Artikolu 166 LIR deher li kienet invokata minn CEF u minn LNG Holding biex jiġu eżentati profitti li ma kinux ġew intaxxati fil-livell ta' GSTM u ta' LNG Supply (154).

(97)

Il-Kummissjoni indikat li d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati kienu jidhru li jipprovdu vantaġġ selettiv mhux biss lill-kumpaniji azzjonarji CEF u LNG Holding iżda wkoll lill-grupp Engie kollu kemm hu (155).

(98)

Il-Kummissjoni kienet ukoll tal-fehma preliminari li l-effett tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jista' jidderoga mid-dispożizzjonijiet tal-Lussemburgu dwar l-abbuż tad-dritt fil-qasam tat-taxxa (l-Artikoli 5 u 6 StAnpG) (156).

(99)

F'laqgħa fl-1 ta' Ġunju 2017 u fl-ittra tal-11 ta' Diċembru 2017, wara l-preżentazzjoni ta' informazzjoni addizzjonali mil-Lussemburgu u minn Engie, il-Kummissjoni kompliet tiżviluppa xi aspetti oħra tal-valutazzjoni tagħha tal-każ. Il-Kummissjoni nnutat li l-Artikolu 109(1) LIR mhuwiex applikabbli għal kumpaniji inkorporati skont il-liġi tal-Lussemburgu u/jew għat-taxxa tal-kumpaniji residenti fil-Lussemburgu. Il-Kummissjoni nnutat ukoll li l-Artikolu 22bis LIR huwa reġim fakultattiv u li l-kumpaniji involuti f'dan il-każ, sal-lum, għadhom ma għażlux li japplikawh. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni indikat li, skont il-Lussemburgu, id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati huma bbażati fuq ir-reġim ġenerali tat-taxxa tal-kumpaniji (“se fondent sur le régime général d'imposition sur les sociétés”) (157) u b'mod partikolari fuq il-prinċipju li l-karta tal-bilanċ tat-taxxa tiġi marbuta mal-karta tal-bilanċ kummerċjali (“le principe de l'accrochement du bilan fiscal au bilan commercial”) (158). F'dan ir-rigward, u kif indikat fid-deċiżjoni tal-Ftuħ (159), is-sistema ta' referenza applikabbli tista' tkun is-sistema tat-taxxa tal-kumpaniji tal-Lussemburgu, li l-objettiv tagħha huwa li jiġi ntaxxat il-profitt tal-kumpaniji soġġetti għat-taxxa tal-kumpaniji fil-Lussemburgu.

(100)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni spjegat fl-Ittra tal-11 ta' Diċembru 2017, fir-rigward tal-vantaġġ lill-grupp Engie (160), li peress li l-objettiv tas-sistema tat-taxxa tal-kumpaniji tal-Lussemburgu huwa li jinkludi, fil-prinċipju, fil-bażi tat-taxxa, il-profitti kollha rreġistrati fil-kontijiet tal-kumpanija, it-tranżazzjonijiet ta' finanzjament intragrupp bejn kumpaniji li għal skopijiet ta' taxxa huma residenti fil-Lussemburgu ma għandhom ikollhom l-ebda impatt fuq is-somma tal-bażijiet tat-taxxa ta' dawn l-entitajiet jew, fi kliem ieħor, fuq il-bażi tat-taxxa kombinata tagħhom. Madankollu, f'dan il-każ, il-Kummissjoni nnotat li d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jwasslu għal tnaqqis fil-bażi tat-taxxa kombinata ta' Engie fil-Lussemburgu (raġunament fil-livell ta' grupp).

4.   KUMMENTI MIL-LUSSEMBURGU

(101)

Il-Lussemburgu l-ewwel ifakkar li, f'konformità mal-Artikolu 114 tat-Trattat, id-dispożizzjonijiet tat-taxxa jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri. Huwa biss jekk dispożizzjoni tat-taxxa tikser l-Artikolu 107 tat-Trattat li l-Kummissjoni tista' tivvalutaha.

(102)

It-tieni, il-Lussemburgu jikkontesta l-preżenza ta' vantaġġ selettiv, fuq il-bażi tar-raġunijiet li ġejjin.

4.1.   IS-SISTEMA TA' REFERENZA UŻATA MILL-KUMMISSJONI FID-DEĊIŻJONI TAL-FTUĦ HIJA ŻBALJATA

(103)

L-ewwel nett, skont il-Lussemburgu, l-Artikolu 109 LIR japplika biss għall-individwi u mhux applikabbli għall-kumpaniji.

(104)

It-tieni nett, il-Lussemburgu jargumenta li ż-ZORAs huma, mill-perspettiva tat-taxxa tal-Lussemburgu, strument ta' dejn; għalhekk, ma jistgħux jiġu assimilati bħala parteċipazzjonijiet ta' ekwità (161). Din il-klassifikazzjoni hija ġġustifikata prinċipalment għax ma jeżistux drittijiet assoċjati ta' vot, drittijiet ta' ġestjoni, dividendi jew dividendi ta' likwidazzjoni, l-obbligu ta' ħlas lura f'data fissa, in-nuqqas ta' att notarizzat li jirrikonoxxi żieda fil-kapital u l-forma legali tal-kuntratt. Barra minn hekk, il-Lussemburgu jargumenta li ż-ZORAs mhumiex strument ta' nota li jagħti d-dritt ta' xi sehem annwali mill-profitti jew ta' xi dividendi ta' likwidazzjoni. Għalhekk, l-Artikoli 164(1) u 164(2) LIR, fil-fehma tal-Lussemburgu, mhumiex applikabbli.

(105)

It-tielet nett, rigward il-prinċipju ta' distakkament taż-ZORAs, il-Lussemburgu jqis li l-Kummissjoni injorat il-kategoriji differenti ta' investituri. Iż-ZORAS mhumiex ftehimiet standard ta' self iżda strumenti atipiċi li jkopru lil dak li qed jissellef kontra kull riskju operazzjonali u jippermettu lill-investitur jibbenefika minn redditu aħjar fuq l-investiment. Minħabba l-volatilità tas-suq u d-dipendenza fuq il-finanzjament, l-użu ta' ZORA huwa loġiku għal minn qed isellef u fis-suq finanzjarju jistgħu jiġu osservati strumenti simili bħal titoli li jirreplikaw il-prestazzjoni ta' sottostanti partikolari. Għalhekk, it-termini taż-ZORA huma distakkati u l-Artikolu 164(3) LIR, skont il-Lussemburgu, mhuwiex applikabbli.

(106)

Skont il-Lussemburgu, is-sistema ta' referenza tikkonsisti, l-ewwel nett, mill-Artikoli 18, 40 u 23 LIR, li jistipulaw id-determinazzjoni tal-bażi tat-taxxa, ir-rabta tal-karta tal-bilanċ kummerċjali mal-karta tal-bilanċ tat-taxxa u l-prinċipju tal-prudenza; u t-tieni, mill-Artikolu 22bis LIR.

(107)

Il-Lussemburgu jargumenta li d-determinazzjoni tal-profitt taxxabbli, kif definit fl-Artikolu 18 LIR, issegwi żewġ kunċetti ewlenin: l-ewwel nett, ir-rabta tal-karta tal-bilanċ kummerċjali mal-karta tal-bilanċ tat-taxxa (l-Artikolu 40 LIR), u t-tieni, il-kunċett tal-prudenza, skont liema profitt ma jistax jiġi ntaxxat sakemm ma jkunx sar.

(108)

Fir-rigward tal-Artikolu 22bis LIR, il-Lussemburgu jgħid li dan huwa reġim fakultattiv applikabbli għall-kumpaniji b'konformità mal-Artikolu 162 LIR (162).

(109)

Il-Lussemburgu jikkontesta li l-Artikolu 163 LIR jinkludi kwalunkwe objettiv, jew prinċipju, tas-sistema tat-taxxa tal-kumpaniji tal-Lussemburgu skont liema l-profitti kollha rreġistrati minn kumpaniji residenti fil-Lussemburgu għandhom jiġu intaxxati. Il-Lussemburgu jqis li dan l-objettiv la huwa kkunsidrat u lanqas rifless f'xi dispożizzjoni tal-liġi. Skont il-Lussemburgu, id-definizzjoni ta' sistema ta' referenza għandha tkun ibbażata fuq liġijiet u mhux fuq prinċipju jew objettiv ipotetiku, li l-interpretazzjoni tiegħu tirriskja li wieħed imur lil hinn mit-termini preċiżi tal-liġi.

4.2.   ID-DEĊIŻJONIJIET TAT-TAXXA KKONTESTATI MA JITBEGĦDUX MIS-SISTEMA TA' REFERENZA

(110)

Il-Lussemburgu jargumenta li, meta aċċetta d-deduċibbiltà tal-ispejjeż relatati maż-ZORAs, it-trattament tat-taxxa approvat mid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati kien kompletament konformi mal-Artikoli 14 sa 60 LIR u b'hekk mal-Artikoli 18, 40 u 23 LIR. Il-Lussemburgu jqis li l-Kummissjoni injorat li l-ispejjeż deduċibbli fil-livell ta' GSTM u ta' LNG Supply la huma mgħaxijiet u lanqas dividendi. Ir-rimborż taż-ZORA jista' jkun bi prezz ogħla mill-valur nominali tal-istrument. F'konformità mal-kunċett tal-prudenza, min jissellef għandu jirrikonoxxi spiża li tirrifletti dan ir-riskju. Skont l-Artikoli 18, 40 u 23 LIR, din l-ispiża hija deduċibbli mit-taxxa.

(111)

Il-Lussemburgu jqis li t-trattament tat-taxxa approvat mid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati kien kompletament konformi mal-Artikoli 97 u 22bis LIR. Il-Lussemburgu jargumenta li l-Kummissjoni kienet żbaljata meta kkunsidrat li kwalunkwe mgħax kapitalizzat għandu jkun taxxabbli. B'mod aktar ġenerali, il-Lussemburgu jsostni li l-Kummissjoni ma qisitx li, kif spjegat fil-premessa 110, l-ispejjeż deduċibbli la huma mgħax u lanqas dividendi. Il-kunċett tal-prudenza jippresupponi li spiża, li hija deduċibbli għal finijiet tat-taxxa għal parti waħda, mhux neċessarjament twassal għal profitt taxxabbli għall-parti l-oħra. Iż-ZORAs għandhom jiġu valwati fil-livell ta' min isellef bil-prezz tal-akkwist u mhux bil-prezz tas-suq. Għalhekk, il-Lussemburgu jqis li ż-ZORAs ma jwasslux għal dħul taxxabbli fil-livell ta' min isellef sad-data tal-konverżjoni.

(112)

Minn perspettiva tat-taxxa, mad-data tal-konverżjoni, jiġi rikonoxxut profitt, ugwali għad-differenza bejn il-prezz tal-akkwist u l-valur tas-suq tal-ishma. Madankollu, il-Lussemburgu jargumenta li EIL u LNG Lussemburgu jistgħu jagħżlu l-mekkaniżmu tal-Artikolu 22bis LIR. L-ishma riċevuti minn min isellef jistgħu jitqiesu bħala li jissostitwixxu ż-ZORAs. F'każ bħal dan, l-ishma jistgħu jiġu valwati fil-kontijiet skont l-ammont nominali taż-ZORAs.

(113)

Madankollu, il-Lussemburgu jiċċara li wara r-rimborż parzjali taż-ZORA minn LNG Supply li sar fl-2014, LNG Lussemburgu ma għażlitx ir-reġim fakultattiv tal-Artikolu 22bis LIR u rrikonoxxiet profitt taxxabbli.

(114)

Il-Lussemburgu jqis li d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati ma jmorrux lil hinn mill-prinċipju ta' distakkament billi jaċċettaw metodu ta' determinazzjoni tal-profitti ta' GSTM u ta' LNG Supply ibbażat fuq ir-riskji, il-funzjonijiet u l-assi involuti minn kull entità.

(115)

Il-Lussemburgu jikkontesta kull applikazzjoni ħażina tal-Artikolu 166 LIR, peress li d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jikkonfermaw biss applikazzjoni stretta u korrett tad-dispożizzjonijiet tat-taxxa differenti applikabbli għal kull impriża soġġetta għat-taxxa tal-kumpaniji.

(116)

Il-Lussemburgu jikkontesta li l-objettiv tal-Artikolu 166 LIR huwa li tiġi evitata tassazzjoni ekonomika doppja. Il-Lussemburgu jqis li skont l-Artikolu 166 LIR, il-profitti ma għandhomx għalfejn ikunu ġew intaxxati qabel biex jibbenefikaw mill-eżenzjoni tal-parteċipazzjoni. L-uniċi kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika mill-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet huma n-natura tal-istrument, il-persentaġġ miżmum fil-kapital tal-entità bil-parteċipazzjoni fiha jew il-prezz tal-akkwist, u l-perjodu li jdumu jinżammu l-parteċipazzjonijiet. Fil-każ preżenti, l-Artikolu 166 LIR ġie applikat b'konformità ma' dawn il-kundizzjonijiet kollha. Fuq din il-bażi, il-Lussemburgu jqis mhux biss li s-sistema tat-taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji tal-Lussemburgu ma teħtieġx li l-profitti kollha jiġu ntaxxati iżda wkoll li skont l-Artikolu 166 LIR, profitti eliġibbli għall-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet mhux bilfors jirriżultaw minn profitti ntaxxati.

(117)

Il-Lussemburgu qal ukoll li jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li l-Artikolu 166 LIR ma jidderogax mis-sistema ta' referenza, allura din għandha turi li d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jippermettu applikazzjoni derogatorja tal-Artikolu 166 LIR għal CEF u LNG Holding. Il-Lussemburgu jikkontesta b'mod partikolari l-applikazzjoni kombinata tal-Artikoli 164 LIR u 166 LIR, peress li l-Artikolu 164 LIR mhuwiex prerekwiżit għall-applikazzjoni tal-Artikolu 166 LIR. L-Artikolu 164 LIR japplika biss għall-profitti distrubwitti minn kumpanija domestika, filwaqt li l-Artikolu 166 LIR għandu ambitu usa', u r-reġim ta' eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet huwa applikabbli għall-profitti li jiġu minn parteċipazzjonijiet domestiċi jew barranin. Minkejja dan, il-Lussemburgu espressament jirrikonoxxi li, ħlief fil-każ ta' parteċipazzjonijiet barranin, il-parteċipazzjonijiet kollha li l-profitt tagħhom jista' jibbenefika mill-Artikolu 166 huma wkoll soġġetti għall-Artikolu 164 LIR (163).

(118)

Rigward ir-raġunament fuq livell ta' grupp (ara l-premessa 100), il-Lussemburgu jtenni l-pożizzjoni tiegħu li r-raġunament tal-Kummissjoni ma jistax ikun ibbażat fuq sistema ta' referenza inadegwata u ineżistenti. Il-Lussemburgu jenfasizza li l-liġi tal-Lussemburgu ma tispeċifikax li t-tranżazzjonijiet ta' finanzjament intragrupp bejn entitajiet residenti għal finijiet ta' taxxa fil-Lussemburgu ma jistgħux iżidu jew inaqqsu s-somma tal-bażijiet tat-taxxa ta' dawn l-entitajiet fil-Lussemburgu, jew fi kliem ieħor il-bażi ta' taxxa kombinata tal-grupp fil-Lussemburgu. Barra minn hekk, il-Lussemburgu jispjega li sabiex jiġi ddeterminat jekk miżura hijiex selettiva, jeħtieġ li l-Kummissjoni turi l-miżura tidderoga mis-sistema ta' referenza nnifisha u mhux mill-objettiv tas-sistema ta' referenza.

(119)

Il-Lussemburgu jargumenta li biex tiġi stabbilita s-selettività ta' miżura, il-Kummissjoni teħtieġ turi li kumpaniji minn settur speċifiku huma trattati b'mod preferenzjali meta mqabbla ma' oħrajn u tirreferi għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ Comunidad Autonoma de Galicia (164).

(120)

Il-Lussemburgu jikkontesta wkoll id-dikjarazzjoni li għamlet il-Kummissjoni li kwalunkwe spiża deduċibbli għat-taxxa reġistrata mill-emittent ta' ZORA b'rabta mal-Akkumulazzjonijiet ZORA tkun ġiet inkluża fil-bażi tat-taxxa tad-detentur, u għalhekk ma jkollhiex impatt fuq il-bażi tat-taxxa tal-grupp fil-Lussemburgu. Il-Lussemburgu jfakkar li l-Artikolu 22bis LIR jippermetti lil min isellef self konvertibbli li ma jikkontabbilizzax qligħ kapitali fil-mument tal-konverżjoni. Għalhekk, skont il-Lussemburgu, l-intervent ta' EIL u LNG Lussemburgu ma naqqasx il-bażi tat-taxxa tal-grupp Engie meta mqabbel ma' sitwazzjoni li fiha kien juża ZORA dirett.

(121)

Il-Lussemburgu jikkontesta kull abbuż ta' drittijiet. B'mod partikolari, il-Lussemburgu jiċħad l-insinwazzjoni tal-Kummissjoni li huwa approva tranżazzjoni simulata fl-ambitu tal-Artikolu 5 tas-StAnpG u jfakkar li l-partijiet kollha għandhom eżistenza ġuridika reali u wettqu l-obbligi kuntrattwali tagħhom. Il-Lussemburgu jiċħad ukoll l-argument li l-istruttura legali tat-tranżazzjoni mhijiex konformi mas-sustanza, bit-tranżazzjonijiet stabbiliti biex jiffinanzjaw it-trasferiment tal-assi fi ħdan il-grupp skont it-tifsira tal-Artikolu 6 tas-StAnpG.

4.3.   NUQQAS TA' RKUPRU

(122)

Fl-aħħar nett, fil-każ li l-Kummissjoni kellha tadotta deċiżjoni negattiva, il-Lussemburgu jqis din għandha tapplika biss għall-ġejjieni u li l-Kummissjoni ma għandhiex titlob irkupru tal-allegata għajnuna mill-Istat, f'konformità mal-prinċipji taċ-ċertezza legali u tal-aspettattivi leġittimi.

5.   KUMMENTI MINN ENGIE

(123)

Engie tqis li ż-ZORAs huma strumenti ta' dejn. L-ammont totali li għandu jiġi rimborżat jiddependi fuq il-prestazzjoni ta' min issellef. Għalhekk, Engie targumenta li min sellef ma għandux jirċievi dħul qabel il-konverżjoni. Barra minn hekk, sal-konverżjoni tiegħu, iż-ZORA huwa strument ta' dejn fil-kontijiet u jiġi trattata bħala tali kemm għall-finijiet tal-kontabilità kif ukoll għall-finijiet fiskali.

(124)

Engie targumenta li d-deduċibbiltà tal-ispejjeż relatati maż-ZORA fil-livell ta' minn jissellef hija konformi mal-liġi tat-taxxa applikabbli. L-ispejjeż relatati mar-rimborż taż-ZORA li huma kontabbilizzati fil-kontijiet f'konformità mar-regoli tal-kontabilità applikabbli, huma deduċibbli għat-taxxa skont il-prinċipju bażiku tat-taxxa ta' rabta bejn il-karta tal-bilanċ tal-kontabilità u l-karta tal-bilanċ tat-taxxa. F'konformità mal-prinċipju tal-prudenza tal-kontabilità, min isellef mhux permess jikkontabbilizza profitt fil-kontijiet tiegħu qabel il-konverżjoni taż-ŻORA f'ishma. Għalhekk, huwa biss fid-data tal-konverżjoni li min sellef jikkontabbilizza profitt, li huwa taxxabbli. Madankollu, skont Engie, l-Artikolu 22bis LIR jippermetti lil kumpanija tikseb differiment temporanju tat-taxxa f'każ ta' konverżjoni ta' self konvertibbli. Fl-aħħar nett, EIL u LNG Lussemburgu koprew ir-riskji tagħhom billi daħlu f'Kuntratti Forward, rispettivament, ma' CEF u ma' LNG Holding. Id-dħul ta' CEF u LNG Holding li jkun ġej mill-investimenti tagħhom huwa taxxabbli skont il-liġi tat-taxxa rilevanti, inkluż l-Artikolu 166 LIR.

(125)

Engie spjegat f'aktar dettal l-attivitajiet trasferiti lil LNG Supply u lil GSTM li jikkonsistu, rispettivament, f'kuntratt fit-tul (madwar 20 sena) ta' provvista ta' gass naturali likwifikat (“kuntratt LNG”) fil-Jemen u l-assi anċillari tagħha (kapaċità tat-terminal u kapaċità ta' trasport) fuq naħa waħda, u fuq in-naħa l-oħra l-attivitajiet ta' ppuljar ta' flus tal-grupp (165).

(126)

Engie spjegat ukoll li ż-ZORA bejn LNG Supply u LNG Lussemburgu biss ġie parzjalment konvertit fl-2014 minħabba profitti kbar li għamlet LNG Supply. Wara l-konverżjoni parzjali, LNG Lussemburgu ikkontabbilizzat dħul taxxabbli. LNG Lussemburgu ma għażlitx ir-reġim tal-Artikolu 22bis LIR. Fl-istess sena fiskali, l-entità kkontabbilizzat spiża deduċibbli tal-istess ammont minħabba t-trasferiment tal-ishma lil LNG Holding fil-qafas tal-Kuntratt Forward LNG.

(127)

Engie kkonfermat ukoll li l-applikazzjoni tal-Artikolu 22bis LIR fil-fatt ma kellha l-ebda impatt fuq id-dħul taxxabbli ta' min sellef iż-ZORA (LNG Lussemburgu jew EIL) peress li l-prezz tal-bejgħ u d-data tal-bejgħ huma ffissati bil-quddiem mill-Kuntratti Forward. F'dan ir-rigward, matul il-laqgħa tal-1 ta' Ġunju 2017 kien ġie diskuss, taħt liema xenarju LNG Lussemburgu jew EIL jirrealizzaw profitt jew telf taxxabbli, peress li ż-ZORAs ġew iħħeġġjati bil-Kuntratti Forward. Engie ċċarat li kwalunkwe dħul taxxabbli li jiġi mill-konverżjoni taż-ZORAs huwa rifless minn telf korrispondenti deduċibbli għat-taxxa fuq il-Kuntratti Forward.

(128)

Finalment, f'dak li għandu x'jaqsam mal-qafas ġuridiku applikabbli fil-livell tal-kumpaniji azzjonarji (jiġifieri CEF u LNG Holding), Engie speċifikat li fid-data tat-trasferiment tal-ishma, u f'każ li l-valur tal-ishma jkun ogħla mill-prezz tal-akkwist stabbilit fil-Kuntratti Forward, il-kumpanija azzjonarja ma tikkontabilizza l-ebda profitt. Tali profitt jista' jiġi kontabbilizzat biss aktar tard jekk u meta l-ishma tal-emittenti jinbiegħu jew jiġu kkanċellati. Skont Engie, dan il-profitt potenzjali jista' jiġi eżentat mit-taxxa skont ir-reġim ta' eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet applikabbli għall-kumpaniji kollha fil-Lussemburgu skont l-Artikolu 166 LIR.

(129)

Engie targumenta li l-implimentazzjoni ta' GSTM u ta' LNG ZORAs tirrispetta d-deċiżjonijiet tat-taxxa adottati f'konformità mal-liġi tat-taxxa u ma twassalx għal nontassazzjoni doppja. L-Engie spjegat aktar fil-laqgħa ta' Ġunju 2017 li, fil-każ li wieħed isegwi raġunament ekonomiku u mhux wieħed legali, għandu jitqies it-tul ta' żmien twil taż-ZORA u mhux jiffoka fuq is-snin ta' profitt li matulhom tħallsu taxxi limitati. Engie spjegat li, f'każ li wieħed isegwi raġunament b'entità b'entità u mhux approċċ ekonomiku jew kumplessiv, ir-reġim huwa simetriku.

(130)

Engie spjegat aktar li GSTM ZORA għadu ma wassal għall-ebda konverżjoni. Għadu ma ġie kontabbilizzat l-ebda profitt ta' EIL sal-lum. LNG ZORA kien parzjalment ikkonvertit f'ishma fl-2014 u b'hekk wassal għal profitt ugwali għall-Akkumulazzjonijiet ZORA akkumulati fil-livell ta' LNG Lussemburgu. LNG Lussemburgu ma għażlitx ir-reġim fakultattiv ta' differiment tat-taxxa previst mill-Artikolu 22bis LIR u l-profitt realizzat mill-konverżjoni tqies fid-determinazzjoni tal-bażi tat-taxxa tagħha għall-2014.

(131)

Engie spjegat aktar ir-rwoli preċiżi ta' EIL u LNG Lussemburgu. Ir-rwoli qed jiġu deskritti fir-rapporti tal-PT ippreparati minn Engie biex tiġġustifika ż-ZORAs u tippreżentah lill-Kummissjoni flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha dwar id-deċiżjoni tal-Ftuħ (ir-“Rapporti PT”). EIL u LNG Lussemburgu huma deskritti fir-Rapporti tal-PT bħala l-“Investitur” li jieħu r-riskji kollha marbuta man-negozji u li jwettaq il-funzjonijiet ewlenin relatati ma' tal-aħħar filwaqt li fl-istess ħin dawn l-entitajiet huma koperti b'mod sħiħ mill-perspettiva ta' riskju mill-Kuntratti Forward (166). Engie spjegat li minn perspettiva ta' pprezzar ta' trasferiment, sabiex tiġi ddeterminata r-remunerazzjoni tal-emittent taż-ZORA, huwa possibbli li minn sellef iż-ZORA jiġi amalgamat max-xerrej tal-ishma konvertiti skont il-Kuntratti Forward.

(132)

Meta wieħed iqis li l-intervent ta' EIL u LNG Lussemburgu huwa newtrali minn perspettiva ekonomika u kummerċjali, il-Kummissjoni, fil-laqgħa tal-1 ta' Ġunju 2017, talbet li tiġi spjegata l-ħtieġa ta' dawn l-entitajiet biex jiġi ffinanzjat it-trasferiment tal-assi. Engie kkonfermat li setgħet strutturat il-finanzjament tat-trasferiment tal-attivitajiet b'mod differenti. Filwaqt li jeżistu modi oħra kif din l-operazzjoni tista' tiġi strutturata, l-istruttura preżenti ġiet magħżula minħabba li pprovdiet aktar flessibilità għall-ġestjoni tal-kumpaniji u aktar għażliet għal operazzjonijiet futuri, li huma kriterji importanti għall-organizzazzjoni ta' grupp ta' kumpaniji.

5.1.   ENGIE TIĊĦAD LI HEMM XI VANTAĠĠ

(133)

Engie targumenta li l-kumpaniji kkonċernati ma jibbenefikawx minn xi vantaġġ peress li ma jibbenefikawx minn xi tnaqqis ta' taxxa mhux ġustifikat. Engie tgħid li d-deduzzjoni tal-Akkumulazzjonijiet ZORA ma tikkostitwixxix vantaġġ kompetittiv. Barra minn hekk, Engie tqis li ma jistax ikun hemm vantaġġ kompetittiv mill-kombinazzjoni tar-reġim applikat għal minn issellef iż-ZORAs u r-reġim applikat għal minn sellef, peress li dan il-vantaġġ ma seħħx minħabba li ma saritx konverżjoni ta' GSTM ZORA u d-deċiżjoni li ma jintużax l-Artikolu 22bis LIR għal LNG ZORA.

5.2.   ENGIE TIĊĦAD LI L-MIŻURI KKONTESTATI HUMA SELETTIVI.

(134)

L-ewwel nett, Engie tqis li d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati ma jinvolvu l-ebda miżura individwali ta' għajnuna.

(135)

Engie tikkontesta s-sistema ta' referenza użata mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-Ftuħ. Engie tqis li l-Artikoli 109(1) u 164 LIR mhumiex applikabbli, l-ewwel wieħed għax jikkonċerna biss individwi u t-tieni wieħed għaliex ma jikkonċernax is-self. Is-sistema korretta ta' referenza hija kkostitwita mill-Artikoli 18 sa 45 LIR, li jinkorporaw il-prinċipji fundamentali tal-liġi tat-taxxa tal-Lussemburgu għad-determinazzjoni tal-bażi taxxabbli ta' kumpanija, pereż. il-prinċipju tal-prudenza (l-Artikolu 23 LIR), ir-rabta tal-karta tal-bilanċ tat-taxxa mal-karta tal-bilanċ kummerċjali (l-Artikolu 40 LIR) u d-deduċibbiltà tal-ispejjeż tan-negozju (l-Artikolu 45 LIR).

(136)

Skont Engie, id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati ma jitbegħdux mis-sistema ta' referenza applikabbli. Iż-żieda tad-dejn hija spiża finanzjarja għal minn jissellef. Din l-ispiża finanzjarja tiġi kontabbilizzata fil-kontijiet annwali u hija deduċibbli f'konformità mal-prinċipju li l-karta tal-bilanċ tat-taxxa hija rabuta mal-karta tal-bilanċ kummerċjali u mad-deduzzjoni tal-ispejjeż operazzjonali. Min-naħa l-oħra, fil-każ ta' Akkumulazzjoni ZORA negattiva, it-tnaqqis tad-dejn iwassal għal kontabbilizzazzjoni ta' dħul taxxabbli. Il-konverżjoni sussegwenti tas-self f'ishma ma tpoġġix f'dubju l-kwalifikazzjoni inizjali tal-istrument bħala dejn. Rigward EIL u LNG Lussemburgu, l-Artikolu 22bis LIR jagħtihom il-possibbiltà jagħżlu, fiż-żmien tal-konverżjoni, differiment ta' taxxa. LNG Lussemburgu ma għażlitx dan ir-reġim wara l-konverżjoni parzjali ta' LNG ZORA fl-2014 u kkontabbilizzat profitt taxxabbli. GSTM ZORA u l-bqija ta' LNG ZORA ma wasslu għall-ebda konverżjoni sal-lum. Ma ġie realizzat ebda dħul u ma seta' jsir l-ebda użu mir-reġim fakultattiv tal-Artikolu 22bis LIR. Għalhekk, Engie tqis li kemm fis-sustanza tagħhom kif ukoll fl-implimentazzjoni tagħhom, id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati ma jidderogawx mis-sistema ta' referenza.

(137)

Fuq il-bażi tar-rapporti tal-PT, Engie targumenta li l-metodu użat biex jiġi stmat il-marġni taxxabbli fil-livell ta' min issellef (jiġifieri r-remunerazzjoni ta' min issellef) jirrappreżenta approssimazzjoni affidabbli ta' riżultat ibbażat fuq is-suq f'konformità mal-prinċipju ta' distakkament. Il-funzjonijiet, ir-riskji u l-assi tal-entitajiet legali differenti ġew remunerati skont prodotti simili fis-suq. Iż-żewġ Rapporti tal-PT ippreżentati jivvalutaw il-funzjonijiet u r-riskji mwettqa minn min issellef (LNG Supply jew GSTM) u l-“Investitur” (li mhuwiex identifikat b'mod preċiż) u jikkonkludu li kważi r-riskji kollha huma mġarrba mill-“Investitur” filwaqt li min issellef huwa involut fil-ġestjoni ta' kuljum tan-negozji ttrasferiti. Ir-rapporti tal-PT jidentifikaw il-metodu tal-prezz kumparabbli mhux kontrollat (Comparable Uncontrolled Price) (167) bħala l-metodu rilevanti biex tiġi vvalutata n-natura ta' distakkament ta' ZORA u r-remunerazzjoni ta' fondi negozjati fil-borża bħala remunerazzjoni komparabbli. Fl-aħħar nett, ir-Rapporti tal-PT jikkonkludu li r-rimunerazzjoni ta' min issellef hija konformi mar-remunerazzjoni ta' fondi negozjati fil-borża u b'hekk trid titqies li hija distakkata.

(138)

Skont Engie, il-konferma mid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati tal-applikazzjoni kkombinata tad-dispożizzjonijiet ikkonċernati tal-liġi tal-Lussemburgu hija konsistenti mal-objettiv tas-sistema tat-taxxa tal-kumpaniji tal-Lussemburgu li tintaxxa l-profitti ta' kwalunkwe kumpanija soġġetta għat-taxxa fil-Lussemburgu wara li tittieħed f'kunsiderazzjoni r-remunerazzjoni tal-istrumenti tad-dejn. Kull min jissellef ikun soġġett għall-istess trattament tat-taxxa, jiġifieri d-deduċibbiltà tal-ispejjeż finanzjarji. Bl-istess mod, kull min isellef, li jikkonkludi self simili, ikun soġġett għall-istess trattament tat-taxxa, jiġifieri tassazzjoni ta' profitt ta' kontabbiltà fil-mument tal-ħlas lura, ħlief jekk jagħżel differiment tat-taxxa.

(139)

Engie kkontestat ukoll kull abbuż tal-liġi. L-entitajiet involuti fit-tranżazzjonijiet huma kollha entitajiet legali. Barra minn hekk, it-tranżazzjonijiet ikkontestati għandhom raġunament ekonomiku li huwa l-finanzjament tat-trasferiment ta' attivitajiet. Għalhekk, Engie tqis li l-Lussemburgu ma eżentax l-Akkumulazzjonijiet ZORA mit-taxxi u lanqas approva xi evażjoni tat-taxxa jew abbuż tal-liġi nazzjonali.

(140)

It-tieni, Engie tqis li, peress li d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati sempliċiment jikkonfermaw il-liġi nazzjonali applikabbli, huma għandhom jiġu vvalutati bħala skema. F'dan ir-rigward, Engie tqis li skemi bħal dawn, kif iċċarat mid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati, mhumiex selettivi. Huma ta' natura ġenerali peress li huma applikabbli, individwalment jew b'mod kumulattiv, mingħajr distinzjoni għall-operaturi ekonomiċi kollha mingħajr ebda kundizzjoni. L-applikabbiltà tagħhom mhix soġġetta għall-ħruġ ta' deċiżjonijiet tat-taxxa li f'dan il-każ intalbu għal raġunijiet ta' ċertezza legali. Kull impriża f'sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli fid-dawl tal-objettiv tas-sistema tat-taxxa, jiġifieri t-tassazzjoni tal-profitti, tista' tibbenefika minn dawn l-iskemi. Għalhekk, skont Engie, dawn ma joħolqux, bl-effetti tagħhom, xi diskriminazzjoni jew differenzazzjoni bejn l-impriżi.

(141)

It-tielet, l-Engie ssostni li l-miżuri inkwistjoni jirriżultaw mill-prinċipji ta' gwida tas-sistema tat-taxxa tal-Lussemburgu, b'mod partikolari mill-prinċipju tal-prudenza.

(142)

Engie tikkontesta li s-sistema tat-taxxa tal-kumpaniji tal-Lussemburgu għandha l-objettiv li jintaxxa l-profitti rreġistrati fil-kontijiet. Is-sistema ta' referenza hija s-sistema tat-taxxa tal-kumpaniji tal-Lussemburgu, inkluż l-Artikolu 166 LIR, li l-applikazzjoni tiegħu ġiet approvata fid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati.

(143)

Engie tindika wkoll li d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati ma jidderogawx mill-Artikolu 166 LIR. Skont is-sistema tat-taxxa tal-kumpaniji tal-Lussemburgu, kwalunkwe dividend jew qligħ kapitali rreġistrat minn kontribwent ma jistax jiġi intaxxat jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 166 LIR. Engie tinnota li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 166 LIR ġew issodisfati meta LNG Supply naqqset il-kapital tagħha bil-kanċellazzjoni tal-ishma ġodda li nħarġu. Għalhekk, Engie tqis li d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati ma jitbegħdux mir-regoli fiskali applikabbli u ma wasslux għal tnaqqis fit-taxxi, li kienu jkunu dovuti fin-nuqqas tagħhom.

(144)

Engie tikkunsidra wkoll, f'konformità mal-Artikoli 99 u 101 tal-Kostituzzjoni tal-Lussemburgu li l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Lussemburgu ma jistgħux jidderogaw mill-kondizzjonijiet stretti stabbiliti fl-Artikolu 166 LIR.

(145)

Engie tinnota li d-deċiżjoni tal-Ftuħ tirreferi għal miżura ta' għajnuna individwali potenzjali u mhux għall-Artikolu 166 LIR, li huwa skema. Fil-każ li l-Kummissjoni ma kinitx se tikkunsidra l-Artikolu 166 LIR bħala deroga minnu nnifsu, iżda tixħet dubju biss fuq l-applikazzjoni tiegħu fid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati, il-Kummissjoni naqset milli turi li d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jidderogaw mill-Artikolu 166 LIR.

(146)

Engie targumenta li l-estensjoni tar-reġim tal-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet - li inizjalment ġie introdott fil-Lussemburgu fl-1940 - kienet skont l-objettiv li jinbena s-suq intern. Skont Engie, dan huwa preċiżament l-objettiv tad-Direttiva 90/435/KEE. Engie tqis li din id-Direttiva ma tirrikjedix tassazzjoni tal-profitti li jkunu se jiġu distribwiti.

(147)

Fir-rigward tar-raġunament fil-livell ta' grupp, Engie tindika li l-valutazzjoni tas-selettività hija pertinenti biss fil-livell ta' entità ġuridika individwali u mhux fil-livell ta' grupp. L-Engie tifhem li f'deċiżjonijiet passati (168), il-Kummissjoni kkunsidrat li analiżi fil-livell ta' grupp ma kinitx ġustifikata.

(148)

Skont Engie, is-sistema tat-taxxa tal-kumpaniji tal-Lussemburgu ma tinvolvi l-ebda prinċipju ta' trattament simetriku bejn kumpaniji residenti għal finijiet tat-taxxa li jkunu parti mill-istess tranżazzjoni u lanqas “regoli ta' rbit” kif rakkomandat mill-OECD (169). Engie ttenni li kull entità tal-grupp kienet intaxxata f'konformità mar-regoli applikabbli kif ikkonfermat mid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati.

(149)

Engie tispjega li t-tranżazzjonijiet li t-trattament tat-taxxa tagħhom kien approvat mid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jsegwu objettiv ekonomiku, jiġifieri li jiġi ffinanzjat it-trasferiment tal-assi. Għalhekk, skont Engie, il-kriterji tal-Artikolu 6 StAnpG ma ġewx issodisfatti f'dan il-każ.

(150)

Skont Engie, il-benefiċjarji tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati ma ġewx ittrattati b'mod differenti minn kumpaniji oħra li ma jibbenefikawx minn tali deċiżjonijiet tat-taxxa, minħabba li d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jikkonfermaw biss l-applikazzjoni korretta tar-regoli tat-taxxa applikabbli fil-Lussemburgu. Għalhekk, id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati la jiddiskriminaw de jure u lanqas de facto lil impriżi oħra f'sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli ma' dik ta' Engie fid-dawl tal-objettivi tas-sistema tat-taxxa tal-Lussemburgu.

5.3.   NUQQAS TA' RKUPRU

(151)

Fl-aħħar nett, Engie targumenta li fil-każ li l-Kummissjoni kellha tikkwalifika d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati bħala għajnuna inkompatibbli mas-suq intern, ma setgħetx tordna l-irkupru tagħhom mingħajr ma tikser numru ta' prinċipji tal-liġi ġenerali, jiġifieri l-prinċipji taċ-ċertezza legali, l-aspettattivi leġittimi, l-amministrazzjoni tajba u t-trattament ugwali.

(152)

B'mod partikolari, skont Engie, il-Kummissjoni tista' biss turi l-eżistenza ta' vantaġġ selettiv billi timponi b'mod retroattiv l-interpretazzjoni tagħha stess tal-liġi tat-taxxa tal-Lussemburgu biex tikkonkludi li din kienet applikata ħażin f'dan il-każ. L-inċertezza legali li tirriżulta għandha tkun limitata min-nonretroattività tal-effetti tad-deċiżjoni.

6.   VALUTAZZJONI TAL-MIŻURI TA' GĦAJNUNA

(153)

Kif deskritt fil-premessa 92, id-deċiżjoni tal-Ftuħ qajmet tliet dubji ewlenin. F'din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni se tiffoka l-valutazzjoni tagħha fuq it-tielet dubju, jiġifieri l-effett tad-deduċibbiltà tal-Akkumulazzjonijiet ZORA u l-eżenzjoni tad-dħul korrispondenti, u se tispjega għaliex id-dubji espressi fid-deċiżjoni tal-Ftuħ ma naqsux.

6.1.   EŻISTENZA TA' GĦAJNUNA

(154)

Skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat kull għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, fi kwalunkwe forma, li twassal għal distorsjoni jew għal theddida ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni billi tiffavorixxi lil ċerti impriżi jew il-provvediment ta' ċerti oġġetti, hija inkompatibbli mas-suq intern peress li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(155)

Sabiex miżura tiġi klassifikata bħala għajnuna fl-ambitu tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f'dik id-dispożizzjoni (170). Għalhekk, irid ikun hemm, l-ewwel nett, intervent mill-Istat jew permezz ta' riżorsi tal-Istat; it-tieni, dan l-intervent irid ikun jista' jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri; it-tielet, irid ikun jikkonferixxi għajnuna selettiva lil impriża u, ir-raba', irid ikun ifixkel jew jhedded li jfixkel il-kompetizzjoni (171).

(156)

Fir-rigward tal-ewwel kundizzjoni għal konstatazzjoni ta' għajnuna, id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati nħarġu mill-amministrazzjoni tat-taxxa tal-Lussemburgu, li hija organu tal-Istat tal-Lussemburgu. Dawk id-deċiżjonijiet tat-taxxa kienu jinvolvu aċċettazzjoni minn dik l-amministrazzjoni ta' ċertu trattament tat-taxxa. Abbażi ta' dawk id-deċiżjonijiet, il-kumpaniji tal-grupp Engie LNG Supply, LNG Lussemburgu, LNG Holding, GSTM, EIL u CEF stabbilixxew l-obbligazzjoni tagħhom għat-taxxa tal-kumpaniji fil-Lussemburgu fuq bażi annwali. Dawk id-deċiżjonijiet tat-taxxa huma sussegwentement użati minn dawk il-kumpaniji tal-grupp Engie għad-dikjarazzjonijiet annwali tagħhom tat-taxxa tal-kumpaniji, li ġew aċċettati mill-amministrazzjoni tat-taxxa tal-Lussemburgu bħala li jikkorrispondu għall-obbligazzjoni tagħhom għat-taxxa tal-kumpaniji fil-Lussemburgu. Il-vantaġġ tat-taxxa mogħti fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati huwa għalhekk imputabbli lil-Lussemburgu.

(157)

Fir-rigward tal-finanzjament tal-miżuri permezz ta' riżorsi tal-Istat, il-Qorti tal-Ġustizzja konsistentement sostniet li miżura li permezz tagħha l-awtoritajiet pubbliċi jagħtu lil ċerti impriżi eżenzjoni mit-taxxa li, għalkemm ma tinvolvix trasferiment pożittiv ta' riżorsi tal-Istat, tqiegħed lill-persuni li għalihom tapplika f'sitwazzjoni finanzjarja aktar favorevoli minn ta' kontribwenti oħra, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat (172). F'dan il-każ, id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jikkonfermaw li l-Akkumulazzjonijiet ZORA huma spejjeż deduċibbli għal finijiet ta' taxxa fil-livell ta' LNG Supply u ta' GSTM, filwaqt li d-dħul korrispondenti, ladarba jiġi realizzat fil-livell ta' LNG Holding u CEF rispettivament, ikun eżentat mit-tassazzjoni. B'konsegwenza ta' dan, l-ammonti tal-Akkumulazzjonijiet ZORA, li jirrappreżentaw porzjon imdaqqas mill-profitti ġġenerati minn LNG Supply u GSTM, jibqgħu mhux intaxxati fil-Lussemburgu. Għaldaqstant, it-trattament tat-taxxa mogħti abbażi tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jista' jingħad li jnaqqsu l-obbligazzjoni tat-taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji tal-grupp Engie fil-Lussemburgu u għalhekk iwassal għal telf ta' riżorsi tal-Istat. Dan huwa minħabba li kwalunkwe spiża tal-kumpaniji tal-grupp Engie ddikjarata deduċibbli għal finijiet ta' taxxa fil-Lussemburgu, kif ukoll kull dħul tal-kumpaniji tal-grupp Engie ddikjarat eżentat mit-taxxa fil-Lussemburgu jirriżultaw f'telf ta' dħul mit-taxxa li, li kieku kien ikun disponibbli għal-Lussemburgu (173). Għalhekk, il-miżuri huma ffinanzjati permezz ta' riżorsi tal-Istat.

(158)

Fir-rigward tat-tieni kundizzjoni għal konstatazzjoni ta' għajnuna, il-kumpaniji li jibbenefikaw mid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati huma parti minn Engie group, grupp multinazzjonali li jopera fi swieq varji tal-enerġija f'diversi Stati Membri, u għalhekk kwalunkwe għajnuna favur tagħhom tista' taffettwa l-kummerċ intra-Unjoni. Bl-istess mod, meta pprovda trattament tat-taxxa favorevoli lill-Engie, il-Lussemburgu potenzjalment ġibed lejh investiment lejn Stati Membri li ma setgħux jew li mhux se joffru trattament tat-taxxa favorevoli bl-istess mod. Peress li d-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata ssaħħaħ il-pożizzjoni kompetittiva tal-benefiċjarju tagħha meta mqabbel ma' impriżi oħra li jikkompetu fil-kummerċ intra-UE, din trid titqies li tista' taffettwa tali kummerċ (174).

(159)

Bl-istess mod, fir-rigward tar-raba' kundizzjoni għal konstatazzjoni ta' għajnuna, miżura mogħtija mill-Istat titqies li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni meta tkun tista' ttejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tal-benefiċjarju tagħha meta mqabbel ma' impriżi oħra li jikkompeti magħhom (175).

(160)

B'mod partikolari, Engie hija attiva fl-elettriku, fil-gass naturali u fl-LNG, fis-servizzi tal-effiċjenza fl-enerġija u fi swieq oħra relatati f'diversi Stati Membri tal-UE. Dawn huma kollha swieq li fihom Engie tiffaċċja kompetizzjoni minn impriżi oħra. Kif se jintwera, it-trattament tat-taxxa mogħti abbażi tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jeħles lil Engie minn obbligazzjoni tat-taxxa li li kieku kienet tkun obbligata ġġarrab fil-ġestjoni ta' kuljum tal-attivitajiet normali tagħha. Għalhekk, l-għajnuna mogħtija abbażi ta' dawn id-deċiżjonijiet tat-taxxa għandha titqies li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi ssaħħaħ il-pożizzjoni finanzjarja ta' Engie fis-swieq li fihom topera. It-trattament tat-taxxa mogħti fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jillibera riżorsi li Engie tista' tuża, pereżempju biex tinvesti fl-operazzjonijiet tan-negozju tagħha, tagħmel investimenti ulterjuri jew ittejjeb ir-remunerazzjoni tal-azzjonisti, b'hekk toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-swieq fejn topera għax jeħles lil Engie minn obbligazzjoni tat-taxxa li li kieku kien ikollha tħallas u li impriżi kompetituri jkollhom iġarrbu. Għalhekk, f'dan il-każ, ir-raba' kundizzjoni għal konstatazzjoni ta' għajnuna hija ssodisfata wkoll.

(161)

Fir-rigward tat-tielet kundizzjoni għal sejba ta' għajnuna, il-funzjoni ta' deċiżjoni tat-taxxa hija li jiġi kkonfermat minn qabel il-mod kif tapplika s-sistema tat-taxxa ordinarja għal każ partikolari fid-dawl tal-fatti u ċ-ċirkostanzi speċifiċi tiegħu. Madankollu, bħal kwalunkwe miżura oħra tat-taxxa, it-trattament tat-taxxa mogħti fuq il-bażi ta' deċiżjoni tat-taxxa jrid jirrispetta r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Meta deċiżjoni tat-taxxa tapprova trattament tat-taxxa li ma jirriflettix dak li jirriżulta minn applikazzjoni normali tas-sistema tat-taxxa ordinarja, mingħajr ġustifikazzjoni, il-miżura tagħti vantaġġ selettiv lid-destinatarju tagħha sa fejn dak it-trattament tat-taxxa jirriżulta fit-titjib tal-pożizzjoni finanzjarja ta' dik l-imapriża fl-Istat Membru meta mqabbla ma' impriżi f'sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli fid-dawl tal-objettiv tas-sistema tat-taxxa.

(162)

F'konformità mad-dubji espressi fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ (176), il-Kummissjoni tqis li t-trattament tat-taxxa approvat mid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jikkostitwixxi vantaġġ selettiv. L-eżistenza ta' dan il-vantaġġ selettiv jista' jiġi stabbilit b'analiżi tal-effetti tat-trattament tat-taxxa mogħti lil Engie minn angoli differenti. Fit-Taqsima 6.2, il-Kummissjoni se tistabbilixxi l-eżistenza ta' vantaġġ selettiv billi tanalizza l-effetti tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati fil-livell individwali tal-entitajiet azzjonarji LNG Holding u CEF. Fit-Taqsima 6.3, il-Kummissjoni se tistabbilixxi l-eżistenza ta' vantaġġ selettiv billi tanalizza l-effetti tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati fil-livell ta' grupp. Fl-aħħar nett, fit-Taqsima 6.4 il-Kummissjoni se turi li, meta ma applikax ir-regoli domestiċi tiegħu kontra l-abbuż tat-taxxa, il-Lussemburgu ta vantaġġ selettiv lil Engie.

6.2.   VANTAĠĠ SELETTIV STABBILIT PERMEZZ TAL-ANALIZZI L-EFFETTI TAT-TRATTAMENT TAT-TAXXA FIL-LIVELL TA' LNG HOLDING U CEF

(163)

Kull meta miżura adottata mill-Istat ittejjeb il-pożizzjoni finanzjarja netta ta' impriża, ikun hemm vantaġġ għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat (177). Sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta' vantaġġ, għandha ssir referenza għall-effett tal-miżura stess (178). Fir-rigward ta' miżuri fiskali, vantaġġ jista' jingħata permezz ta' tipi differenti ta' tnaqqis tal-piż tat-taxxa ta' impriża u, b'mod partikolari, permezz ta' tnaqqis fil-bażi taxxabbli jew fl-ammont ta' taxxa dovut (179).

(164)

Id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati japprovaw trattament tat-taxxa li fuq il-bażi tiegħu GSTM, EIL, CEF, LNG Supply, LNG Lussemburgu u LNG Holding iddeterminaw il-profitt taxxabbli tagħhom għal finijiet ta' taxxa tad-dħul tal-kumpaniji fuq bażi annwali. Dak it-trattament tat-taxxa, min-naħa tiegħu, jiddetermina l-obbligazzjoni tat-taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji fil-Lussemburgu matul il-perjodu kopert mid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati u għalhekk x'aktarx jipprovdi vantaġġ selettiv.

(165)

Konsegwentement, fir-rigward tal-argument ta' Engie fil-premessa 133 li ma jistax ikun hemm vantaġġ minħabba li t-trattament tat-taxxa ma seħħx minħabba n-nuqqas ta' konverżjoni ta' GSTM ZORA, il-Kummissjoni tosserva li l-eżistenza tal-vantaġġ ma tiddependix fuq il-konverżjoni taż-ZORAs, anki jekk, kif spjegat fit-Taqsima 8, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ammont ta' rkupru, il-vantaġġ jimmaterjalizza biss fil-mument li fih id-dħul li jirċievu CEF u LNG Holding jiġi eżentat (180).

(166)

Barra minn hekk, kif ukoll biex jiġu indirizzati xi osservazzjonijiet imqajma mil-Lussemburgu (181) u minn Engie (182), il-Kummissjoni tfakkar li din id-Deċiżjoni ma tikkonċernax ir-reġim ta' eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet stabbilit fl-Artikolu 166 LIR bħala tali, iżda pjuttost l-applikazzjoni ta' reġim bħal dan għaċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, kif approvat mill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Lussemburgu meta ħarġu d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati. Fil-fatt, it-trattament tat-taxxa li qed jiġi valutat jikkonsisti f'li ġiet permessa l-applikazzjoni tal-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet fuq dħul riċevut minn LNG Holding u minn CEF li ġie mill-parteċipazzjoni tagħhom, rispettivament, f'LNG Supply u f'GSTM, u dan jikkorrispondi ekonomikament għal ammonti mnaqqsa bħala spejjeż (l-Akkumulazzjonijiet ZORA) fil-livell ta' LNG Supply u GSTM. L-effett kombinat tad-deduċibbiltà tal-ammont tal-Akkumulazzjonijiet ZORA u l-eżenzjoni tad-dħul korrispondenti huwa li prattikament il-profitt kollu realizzat minn LNG Supply u minn GSTM effettivament baqa' mhux intaxxat (183). Kif spjegat fit-Taqsima 6.2.1, dan it-trattament tat-taxxa jidderoga mill-qafas ta' referenza, li huwa s-sistema tat-taxxa tal-kumpaniji tal-Lussemburgu. Barra minn hekk, dan jikkostitwixxi diskriminazzjoni mhux ġustifikata fil-konfront ta' impriżi oħra soġġetti għall-istess qafas ta' referenza fil-Lussemburgu, li jkun intaxxat fuq it-totalità tal-profitt tagħhom.

(167)

L-Artikolu 107 tat-Trattat jipprojbixxi biss għajnuna li “tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi ta' ċerti prodotti”, jiġifieri, tipprojbixxi miżuri li jagħtu vantaġġ selettiv (184). Sabiex tikklassifika miżura tat-taxxa nazzjonali bħala selettiva skont dik l-analiżi, il-Qorti tal-Ġustizzja fasslet l-hekk imsejjaħ test fi tliet stadji. Skont dan it-test, il-Kummissjoni trid tibda billi tidentifika s-sistema ta' referenza. Wara, trid turi li l-miżura tat-taxxa inkwistjoni hija deroga minn dik is-sistema ta' referenza, sa fejn din tiddifferenzja bejn l-operaturi li, fid-dawl tal-objettiv li timmira lejh dik is-sistema, huma f'sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli (selettività prima facie(185). Fl-aħħar nett, miżura tat-taxxa li tikkostitwixxi deroga mill-applikazzjoni tas-sistema ta' referenza tista' madankollu tkun ġustifikata jekk l-Istat Membru kkonċernat ikun jista' juri li din il-miżura tirriżulta direttament mill-prinċipji bażiċi jew ta' gwida ta' dik is-sistema tat-taxxa (186). Jekk dak huwa l-każ, il-miżura tat-taxxa ma tkunx selettiva. L-oneru tal-prova f'dan l-aħħar pass huwa tal-Istat Membru.

(168)

Għalhekk, l-analiżi tal-eżistenza ta' vantaġġ selettiv trid tibda bl-identifikazzjoni tas-sistema ta' referenza applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat. Huwa skont dik is-sistema ta' referenza li jrid jiġi ddeterminat jekk il-miżura tikkostitwixxix deroga li twassal għal trattament favorevoli meta mqabbla ma' impriżi oħra f'sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli fid-dawl tal-objettivi tas-sistema.

(169)

Sistema ta' referenza hija magħmula minn sett konsistenti ta' regoli li japplikaw abbażi ta' kriterji oġġettivi għall-impriżi kollha li jaqgħu fl-ambitu tagħha kif definit mill-objettiv tagħha. Dawk ir-regoli jiddefinixxu mhux biss l-ambitu tas-sistema, iżda wkoll il-kundizzjonijiet li taħthom tapplika s-sistema, id-drittijiet u l-obbligi tal-impriżi soġġetti għaliha u t-teknikalitajiet tal-funzjonament tas-sistema (187). Fil-każ tat-taxxi, is-sistema ta' referenza hija bbażata fuq elementi bħall-bażi tat-taxxa, il-persuni taxxabbli, l-avveniment taxxabbli u r-rati tat-taxxa (188).

(170)

F'dan il-każ, il-Kummissjoni se tistabbilixxi fit-Taqsima 6.2.1. li t-trattament tat-taxxa mogħti abbażi tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jikkostitwixxi deroga mis-sistema ġenerali tat-taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji tal-Lussemburgu. Fit-Taqsima 6.2.2, se turi li dan it-trattament tat-taxxa jidderoga wkoll minn sistema ta' referenza aktar ristretta li tikkonsisti esklużivament mir-regoli tas-sistema ġenerali tat-taxxa fuq id-dħatul tal-kumpaniji tal-Lussemburgu li jirregolaw l-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet u t-tassazzjoni tad-distribuzzjonijiet tal-profitti.

6.2.1.   DEROGA MIS-SISTEMA TAT-TAXXA FUQ ID-DĦUL TAL-KUMPANIJI TAL-LUSSEMBURGU LI TWASSAL GĦAL DISKRIMINAZZJONI

6.2.1.1.    Qafas ta' referenza: Sistema tat-taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji tal-Lussemburgu

(171)

Id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati nħarġu favur bosta kumpaniji ta' Engie residenti fil-Lussemburgu sabiex jiddeterminaw l-obbligazzjoni tagħhom lejn it-taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji skont ir-regoli ordinarji tat-tassazzjoni tad-dħul tal-kumpaniji fil-Lussemburgu. Fid-dawl ta' dan, il-Kummissjoni tqis li s-sistema ta' referenza fil-każ preżenti hija magħmula minn dawn ir-regoli, jiġifieri s-sistema ġenerali tat-taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji tal-Lussemburgu.

(172)

F'dan il-każ, id-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi (189) jindikaw li s-sistema tat-taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji tapplika għall-kumpaniji kollha residenti fil-Lussemburgu sabiex jiddeterminaw l-obbligazzjoni tagħhom tat-taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji.

(173)

Skont l-Artikolu 159(1) LIR, il-kumpaniji kollha bl-uffiċċju prinċipali jew bil-ġestjoni ċentrali fit-territorju tal-Lussemburgu, għal finijiet ta' taxxa, jitqiesu bħala residenti fil-Lussemburgu u huma soġġetti għat-taxxa tal-kumpaniji. Skont l-Artikolu 159(2) LIR, il-kumpaniji residenti huma soġġetti għat-taxxa fuq it-totalità tal-profitt tagħhom (sur l'ensemble des revenus du kontributive). B'mod konsistenti ma' din id-dispożizzjoni, l-Artikolu 163 LIR jistipula li t-taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji hija applikabbli fuq il-profitt taxxabbli realizzat mill-kontribwent f'sena kalendarja partikolari.

(174)

Il-profitt taxxabbli (revenu imposable) ta' kontribwenti kumpaniji jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-profitt kontabbilistiku tagħhom. L-Artikolu 18 LIR (190) jispjega kif jiġi ddeterminat il-profitt annwali tal-kontribwent. Skont din id-dispożizzjoni, il-profitt huwa d-differenza bejn l-assi netti investiti fi tmiem il-perjodu tas-sena tat-taxxa u l-assi netti investiti fil-bidu tal-perjodu tas-sena tat-taxxa, flimkien mal-irtirar għall-użu personali, bit-tnaqqis ta' kontribuzzjonijiet addizzjonali mwettqa matul is-sena.

(175)

Għalhekk, sabiex jiġi ddeterminat il-profitt li se jkun soġġett għat-taxxa huwa l-ewwel meħtieġ li jiġu ddeterminati l-valuri tal-assi netti investiti tal-kumpanija li se jintużaw għal skopijiet ta' taxxa. Għal dan l-għan, l-Artikolu 23 LIR (191) jispjega li l-valur tal-assi netti għandu jiġi determinat skont ir-regoli u l-prinċipji tal-kontabbiltà u l-Artikolu 40 (192) jistabbilixxi l-prinċipju li l-karta tal-bilanċ tat-taxxa trid tintrabat mal-karta tal-bilanċ kummerċjali, skont liema prinċipju l-valuri fil-karta tal-bilanċ tat-taxxa jenħtieġ li jikkorrispondu għall-valuri fil-karta tal-bilanċ kummerċjali sakemm ma tapplikax regola tat-taxxa speċifika li teħtieġ l-użu ta' valur differenti (193). Dan ifisser li, skont is-sistema ġenerali tat-taxxa tal-kumpaniji tal-Lussemburgu, il-profitt kontabilistiku ta' kumpanija huwa inkluż fil-bażi tat-taxxa tagħha, sakemm dispożizzjoni speċifika tal-liġi ma tindikax mod ieħor.

(176)

Bħala konklużjoni, is-sistema tat-taxxa tal-kumpaniji tal-Lussemburgu tapplika għall-kumpaniji kollha bl-uffiċċju ewlieni jew bil-ġestjoni ċentrali fit-territorju tal-Lussemburgu, u l-bażi għall-kalkolu tal-profitt taxxabbli huwa l-profitt kontabbilistiku. Għalhekk, l-objettiv tas-sistema tat-taxxa tal-kumpaniji tal-Lussemburgu hija t-tassazzjoni tal-profitt tal-kumpaniji kollha soġġetti għat-taxxa fil-Lussemburgu, kif determinat fil-kontijiet tagħhom.

(177)

Dan fil-prinċipju la huwa kkontestat mil-Lussemburgu u lanqas minn Engie (194). Skont il-Lussemburgu (195), is-sistema ta' referenza tikkonsisti, l-ewwel nett, mill-Artikoli 18, 40 u 23 LIR, li jikkonċernaw id-determinazzjoni tal-bażi tat-taxxa, ir-rabta tal-karta tal-bilanċ kummerċjali mal-karta tal-bilanċ tat-taxxa u l-prinċipju tal-prudenza (196) u t-tieni nett mill-Artikolu 22bis LIR. Skont Engie (197), is-sistema ta' referenza hija kkostitwita mill-Artikoli 18 sa 45 LIR, li jinkorporaw il-prinċipji fundamentali tal-liġi tat-taxxa tal-Lussemburgu għad-determinazzjoni tal-bażi tat-taxxa ta' kumpanija, pereż. il-prinċipju tal-prudenza, ir-rabta tal-karta tal-bilanċ tat-taxxa mal-karta tal-bilanċ kummerċjali u d-deduċibbiltà tal-ispejjeż tan-negozju (198). Engie taqbel espressivament li l-objettiv tas-sistema tat-taxxa tal-kumpaniji tal-Lussemburgu hija t-tassazzjoni tal-profitt tal-kumpaniji kollha soġġetti għat-taxxa fil-Lussemburgu. (199)

(178)

Id-definizzjoni tas-sistema ġenerali tat-taxxa tal-kumpaniji tal-Lussemburgu bħala l-qafas ta' referenza hija konformi mal-każistika tal-Qorti, li konsistentement sostniet li fil-każ ta' miżuri li jikkonċernaw id-determinazzjoni tal-obbligazzjoni tat-taxxa fuq id-dħul ta' kumpanija, is-sistema ta' referenza li għandha tiġi kkunsidrata hija s-sistema ta' taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji tal-Istat Membru inkwistjoni li tapplika għall-impriżi kollha, u mhux id-dispożizzjonijiet speċifiċi ta' dik is-sistema applikabbli biss għal ċerti kontribwenti jew għal ċerti tranżazzjonijiet. Pereżempju, fil-World Duty Free, kawża li tikkonċerna r-regoli li jirregolaw l-investimenti f'parteċipazzjonijiet azzjonarji, il-Qorti approvat il-pożizzjoni tal-Kummissjoni li s-sistema ta' referenza kienet is-sistema tat-taxxa tal-kumpaniji Spanjola u mhux ir-regoli speċifiċi li jirregolaw it-trattament tat-taxxa ta' dawk l-investimenti (200).

(179)

Il-Kummissjoni tqis li l-limitazzjoni tal-qafas ta' referenza għal dispożizzjonijiet speċifiċi tal-liġi ġenerali tat-taxxa tad-dħul li jkunu mmirati għal ċerti tranżazzjonijiet jew ċerti impriżi tkun tfisser li l-identifikazzjoni tas-sistema ta' referenza f'każ partikolari tkun totalment dipendenti fuq jekk l-Istat Membru inkwistjoni jkunx adotta regoli tat-taxxa speċifiċi, minflok ma tħares lejn l-objettiv tas-sistema tat-taxxa. Billi jiġu adottati regoli speċifiċi applikabbli biss għal ċerti impriżi jew tranżazzjonijiet, l-Istat Membru jista' jargumenta li t-trattament tat-taxxa ta' dawn il-kumpaniji jew it-tranżazzjonijiet qatt ma jikkostitwixxi deroga mill-qafas ta' referenza. Dan jipproteġi li dawk il-miżuri kontra l-applikazzjoni tal-Artikolu 107 tat-Trattat u b'hekk il-kontroll tal-għajnuna mill-Istat ma jibqax effettiv. Fi kliem ieħor, l-aċċettazzjoni ta' dan l-approċċ ifisser li l-kwalifika ta' miżura bħala deroga mis-sistema ta' referenza tkun kompletament dipendenti fuq it-teknika regolatorja użata mill-Istat Membru. Kif il-Qorti diġà ddeċidiet, dan huwa inkompatibbli mal-prinċipju stabbilit sew li skontu l-Artikolu 107 tat-Trattat jiddefinixxi miżura bħala għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-effetti tagħha, u għalhekk indipendentement mit-tekniki użati (201).

(180)

Il-Lussemburgu ma jikkontestax b'mod espliċitu li l-qafas ta' referenza huwa s-sistema ġenerali tat-taxxa tal-kumpaniji. Madankollu, iqis li l-objettiv tat-taxxa fuq il-profitti li jagħmlu l-kumpaniji soġġetti għat-taxxa fil-Lussemburgu la huwa kkunsidrat u lanqas rifless fid-dispożizzjonijiet tal-liġi tat-taxxa fuq id-dħul u li d-dispożizzjonijiet tal-liġi ma jistgħux jiġu interpretati bħala li jeħtieġu li l-profitt kollu magħmul minn kumpanija soġġetta għat-taxxa fil-Lussemburgu għandu jkun intaxxat, fiċ-ċirkostanzi kollha, anke kontra t-test tal-liġi (202). Il-Lussemburgu u Engie invokaw f'dan ir-rigward il-prinċipju tal-legalità, li jgħid li l-mod kif it-taxxi huma determinati huwa stabbilit mil-liġi, li għandha tkun interpretata b'mod strett, u jekk ċerta sitwazzjoni ma tkunx stipulata b'mod ċar mil-liġi (silenzju tal-leġiżlatur), din ma tistax tkun soġġetta għal tassazzjoni (203).

(181)

Il-Kummissjoni ma taqbilx ma' din l-allegazzjoni.

(182)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni ma tifhimx kif it-tassazzjoni tal-profitt tal-kumpaniji kollha soġġetti għat-taxxa ma tistax tkun l-objettiv ta' sistema tat-taxxa tal-kumpaniji. Fil-fatt, il-Kummissjoni tinnota li l-Lussemburgu ma jipproponix objettiv alternattiv fil-kummenti tiegħu. It-tieni nett, il-Kummissjoni tinnota wkoll li Engie taqbel mal-fatt li l-objettiv tas-sistema tat-taxxa tal-kumpaniji tal-Lussemburgu hija t-tassazzjoni tal-profitt tal-kumpaniji kollha soġġetti għat-taxxa fil-Lussemburgu (204). It-tielet, kif deskritt fil-premessi 172 sa 176, qari sempliċi tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi jkun biżżejjed biex jiġi konkluż li s-sistema tat-taxxa tal-kumpaniji tal-Lussemburgu għandha l-għan li tintaxxa l-profitt tal-kumpaniji kollha soġġetti għat-taxxa fil-Lussemburgu, kif determinat abbażi tal-kontijiet tagħhom.

(183)

Meta jinvokaw il-prinċipju tal-legalità, il-Lussemburgu u Engie jidhru li qed jirreferu għall-eżistenza ta' eċċezzjoni jew lakuna fil-liġi tat-taxxa tal-Lussemburgu li kienet twassal għal nontassazzjoni effettiva ta' virtwalment il-profitti kollha magħmula minn LNG Supply u minn GSTM fil-Lussemburgu. L-essenza ta' dan l-argument hija li f'dawk il-każijiet dawn l-eċċezzjonijiet jew lakuni jkunu parti mis-sistema ta' referenza u għalhekk ma jistax ikun hemm deroga.

(184)

Il-Kummissjoni ma taċċettax dan l-argument. Peress li l-istrutturi mfassla minn Engie fis-sentenzi tat-taxxa kkontestati huma — kif il-Lussemburgu u Engie jammettu (205) — miftuħa għal kull operatur fis-suq, dan ifisser li kull impriża tista' tittrasferixxi n-negozju tagħha għand sussidjarja, twaqqaf struttura ta' finanzjament simili u tispiċċa tiġi intaxxata biss fuq porzjon marġinali tal-profitti tagħha, bħal Engie. Fi kliem ieħor, skont dan l-argument, kwalunkwe kontribwent fil-Lussemburgu jista' jagħżel li jiġi intaxxat fuq it-totalità tal-profitt tiegħu jew jibqa' virtwalment mhux intaxxat. Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta din il-konklużjoni. Dan mhux biss jikser il-karatteristika ġenerali ta' kwalunkwe sistema tat-taxxa li skontha l-ammont ta' taxxi li għandhom jitħallsu ma jistax jiġi ddeterminat b'mod unilaterali mill-kontribwent, iżda wkoll il-prinċipju bażiku — komuni għal kull Stat Membru — li t-taxxi fuq id-dħul għandhom jiġu imposti skont l-abbiltà tal-kontribwent li jħallas. Barra minn hekk, dan iqiegħed f'riskju l-kapaċità mill-Istat li jimmobilizza r-riżorsi meħtieġa biex jiffinanzja l-baġit tiegħu, u b'hekk irendi mhux effettiva lis-sistema tat-taxxa tiegħu.

(185)

Fil-prattika, l-approċċ li qed jiddefendu l-Lussemburgu u Engie jwassal biex il-kontroll tal-għajnuna mill-Istat ma jkunx effettiv, peress li l-Istati Membri jitħallew jintroduċu fis-sistemi tat-taxxa tagħhom - b'mod intenzjonali jew le - eċċezzjonijiet mhux ġustifikati mill-prinċipju ġenerali ta' tassazzjoni tal-profitt li minnhom jistgħu jibbenefikaw kategoriji sħaħ ta' impriżi jew ta' tranżazzjonijiet. Minħabba li eċċezzjonijiet bħal dawn ikunu parti mill-qafas ta' referenza, dawn qatt ma jistgħu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat.

(186)

Bħala argument relatat, il-Lussemburgu jiddikjara wkoll li l-qafas ta' referenza għandu jiġi definit b'referenza għal korp ta' regoli espressament stipulat mil-leġiżlatur nazzjonali u mhux għal “prinċipju” jew “objettiv” allegat, li l-interpretazzjoni tiegħu tmur lil hinn mit-termini ċari u preċiżi tal-liġi (206).

(187)

Il-Kummissjoni ma taqbilx li sistema ta' referenza ma tistax tiġi definita b'referenza għall-objettivi tagħha, bħat-tassazzjoni tal-profitt tal-kumpaniji kollha soġġetti għat-taxxa. Għall-kuntrarju, dan huwa l-mod standard li bih il-ġurisprudenza tal-Qorti ddefinixxiet il-qafas ta' referenza fil-każijiet ta' għajnuna mill-Istat fil-qasam tat-taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji (207). Tabilħaqq, il-Kummissjoni hija meħtieġa tiddefinixxi l-objettiv tas-sistema sabiex tistabbilixxi s-selettività, billi fid-dawl ta' dak l-objettiv biss tista' turi jekk impriżi li huma esklużi mill-vantaġġ humiex f'sitwazzjoni legali u fattwali li hija komparabbli ma' dik tal-benefiċjarji tal-miżura inkwistjoni (208). Fi kwalunkwe każ, l-objettiv tas-sistema tat-taxxa tal-kumpaniji tal-Lussemburgu, li tapplika għall-kontribwenti kumpaniji kollha soġġetti għat-taxxa fil-Lussemburgu, huwa definit fil-liġi, kif ġie spjegat fil-premessi minn 172 sa 176 u, għal darb' oħra, il-Lussemburgu ma identifika l-ebda objettiv alternattiv. Għaldaqstant, dan l-argument ma għandux jintlaqa'.

(188)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-sistema ta' referenza applikabbli hija s-sistema tat-taxxa tal-kumpaniji tal-Lussemburgu, li l-objettiv tagħha huwa t-tassazzjoni tal-profitt tal-kumpaniji kollha soġġetti għat-taxxa fil-Lussemburgu (209). Il-fatt li jista' jkun hemm xi eċċezzjonijiet jew aġġustamenti fil-mod kif tiġi ddeterminata l-bażi tat-taxxa, kif jallegaw il-Lussemburgu (210) jew Engie (211), ma jdgħajjifx din il-konklużjoni. Huwa għalhekk skont dik is-sistema ta' referenza li jrid jiġi ddeterminat jekk it-trattament tat-taxxa mogħti fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jikkostitwixxix deroga li twassal għal trattament favorevoli meta mqabbla ma' impriżi oħra f'sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli fid-dawl tal-objettivi tas-sistema (212).

(189)

LNG Holding u CEF jistgħu jitqiesu f'sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli għall-kontribwenti kumpaniji kollha soġġetti għat-taxxa fil-Lussemburgu fid-dawl tal-objettiv tas-sistema ġenerali tat-taxxa tal-kumpaniji tal-Lussemburgu, jiġifieri t-tassazzjoni tal-profitt tal-kumpaniji kollha soġġetti għat-taxxa fil-Lussemburgu. Fid-dawl ta' dak l-objettiv, il-kontribwenti kumpaniji kollha li huma kapaċi jiġġeneraw profitt huma, bħala kwistjoni ta' prinċipju, f'sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli meta tiġi vvalutata l-obbligazzjoni tat-taxxa tad-dħul korporattiv tagħhom fil-Lussemburgu.

(190)

Il-fatt li — għall-kuntrarju ta' kontribwenti oħra — LNG Holding u CEF jirċievu distribuzzjonijiet tal-profitt minn entitajiet b'parteċipazzjoni fihom li jistgħu jkunu soġġetti għal eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet skont l-Artikolu 166 LIR ma jagħmilx lil dawn iż-żewġ entitajiet mhux komparabbli ma' kontribwenti li ma jibbenefikawx minn din l-eżenzjoni fid-dawl tal-objettiv tas-sistema. L-eżenzjoni stipulata skont din id-dispożizzjoni tingħata biss lil ċertu tip ta' dħul sakemm jintlaħqu xi kundizzjonijiet. Madankollu, in-natura tad-dħul li tagħmel il-kumpanija (id-distribuzzjoni tal-profitti eliġibbli taħt l-Artikolu 166 LIR jew profitt kummerċjali ieħor magħmul mill-kumpanija), u l-bqija tal-kundizzjonijiet stabbiliti skont l-Artikolu 166 LIR (213) ma għandhomx impatt fuq l-objettiv tas-sistema, li huwa t-tassazzjoni tal-profitt tal-kumpaniji kollha soġġetti għat-taxxa fil-Lussemburgu (214). Tabilħaqq, jekk il-benefiċċju minn ċerta eżenzjoni mit-taxxa tal-kumpaniji jkun biżżejjed biex impriża ma tkunx tista' titqabbel ma' impriżi oħra li ma jibbenefikawx minn dik l-eżenzjoni, l-eżenzjonijiet mit-taxxa tal-kumpaniji, min-natura tagħhom, qatt ma jkunu jitqiesu bħala selettivi.

6.2.1.2.    Deroga mill-qafas ta' referenza li twassal għal diskriminazzjoni

(191)

Fid-dawl tal-qafas ta' referenza deskritt fil-punt 6.2.1.1, il-bażi tal-valutazzjoni tal-obbligazzjoni tat-taxxa tad-dħul korporattiv tagħhom hija l-istess għall-kontribwenti kumpaniji kollha fil-Lussemburgu, jiġifieri l-ammont tal-profitt nett kif determinat fil-kontijiet tagħhom (215).

(192)

It-trattament tat-taxxa approvat mid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jippermetti eżenzjoni ta' dħul riċevut minn LNG Holding u CEF: id-dħul li jirriżulta mill-parteċipazzjoni tagħhom f'LNG Supply u GSTM, rispettivament. Billi d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati u l-ftehimiet iffirmati mill-partijiet, u li l-Lussemburgu jammetti b'mod espliċitu (216), juru li hemm rabta diretta u ċara bejn dak id-dħul u l-Akkumulazzjonijiet ZORA mnaqqsa mill-bażi tat-taxxa ta' LNG Supply u GSTM rispettivament. Fil-fatt, kwalunkwe profitt li għamlu LNG Supply u GSTM li jaqbeż il-Marġni LNG u l-marġni GSTM jitnaqqas mill-bażijiet tat-taxxa tagħhom fil-forma ta' Akkumulazzjonijiet ZORA (u b'hekk jibqa' mhux intaxxat). Il-profitt taxxabbli tas-sussidjarji huwa għalhekk limitat għall-Marġni LNG u l-Marġni GSTM. Il-profitt mhux intaxxat imnaqqas fil-forma ta' Akkumulazzjonijiet ZORA mbagħad jiġi inkorporat fl-Ishma ta' LNG u fl-Ishma ta' GSTM, li huma, bis-saħħa taż-ZORAs u tal-Kuntratti Forward, riċevuti mal-konverżjoni minn LNG Holding u CEF rispettivament. Madankollu, meta l-profitt inkorporat fl-Ishma ta' LNG u fl-Ishma ta' GSTM jiġi realizzat bħala dħul fil-livell ta' LNG Holding u CEF, din jista' jibbenefika mill-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet (217), u b'hekk jibqa' wkoll mhux intaxxata fil-livell ta' dawk il-kumpaniji.

(193)

Il-konsegwenza hija li prattikament il-profitt kollu realizzat minn LNG Supply u GSTM jitħalla rispettivament għand LNG Holding u CEF, u mhux intaxxat. Madankollu, dak il-profitt huwa realizzat minn kumpaniji soġġetti għat-taxxa fil-Lussemburgu u huwa rreġistrat fil-kontijiet, l-ewwel ta' LNG Supply u GSTM, u aktar tard ta' LNG Holding u CEF. Konsegwentement, skont is-sistema ordinarja ta' tassazzjoni, għandu jkun soġġett għal tassazzjoni fil-Lussemburgu. Għaldaqstant, it-trattament tat-taxxa mogħti fuq il-bażi tad-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata jikkostitwixxi deroga mill-qafas ta' referenza.

(194)

Il-Lussemburgu jerġa' jqajjem il-prinċipju tal-legalità. Huwa jqis li t-termini tad-dispożizzjonijiet tal-liġi li ġew applikati fid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati huma ċari u ma jaċċettax interpretazzjoni ratio legis jew skont l-objettivi tagħhom. Peress li t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi ġie rispettat, ma jistax ikun hemm deroga u għalhekk ma hemmx vantaġġ (218).

(195)

B'dan l-argument, il-Lussemburgu jikkunsidra essenzjalment li miżura ma tistax tikkostitwixxi vantaġġ selettiv jekk tikkonforma mal-liġi nazzjonali, minħabba li f'dan il-każ ma tikkostitwixxix deroga. Fil-fehma tal-Kummissjoni, dan l-argument huwa ineffettiv. Kif diġà ġie spjegat, il-miżuri ta' għajnuna mill-Istat huma vvalutati fir-rigward tal-effetti tagħhom. Għalhekk, id-definizzjoni ta' miżura bħala għajnuna ma tistax tiddependi fuq il-legalità tagħhom taħt l-ordni ġuridiku nazzjonali. Kieku dan kien il-każ, prattikament l-ebda miżura mill-Istat ma tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat (219). Għall-kuntrarju, kull meta l-applikazzjoni ta' dispożizzjoni waħda jew aktar tal-liġi għal każ speċifiku tagħti lok għal eċċezzjoni mir-regola ġenerali stabbilita fis-sistema ta' referenza (f'dan il-każ, it-tassazzjoni tal-profitt tal-kumpaniji kollha soġġetti għat-taxxa fil-Lussemburgu), dak it-trattament tat-taxxa jrid jitqies li jikkostitwixxi deroga. Barra minn hekk, jekk din id-deroga twassal għal diskriminazzjoni fil-konfront ta' impriżi f'sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli fid-dawl tal-objettiv tas-sistema, it-trattament tat-taxxa inkwistjoni jrid jitqies a priori selettiv, u dan irrispettivament minn jekk it-termini tad-dispożizzjonijiet applikati ġewx irrispettati jew le.

(196)

Bħala konsegwenza, it-trattament tat-taxxa mogħti fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jidderoga mis-sistema ġenerali tat-taxxa tal-kumpaniji tal-Lussemburgu u għalhekk jikkostitwixxi vantaġġ ekonomiku għal LNG Holding u CEF. Il-fatt li teżisti fil-liġi tat-taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji ta' għadd ta' derogi oħra ma jneħħix in-natura derogatorja tat-trattament tat-taxxa mogħti fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati (220).

(197)

Barra minn hekk, kif stabbilit fit-Taqsima 6.2.1.1, LNG Holding u CEF huma f'sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli għall-kontribwenti kumpaniji kollha soġġetti għat-taxxa tal-kumpaniji fil-Lussemburgu. Għalhekk, it-trattament tat-taxxa mogħti lil LNG Holding u CEF abbażi tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jagħti vantaġġ lil dawn iż-żewġ kumpaniji meta mqabbel mal-kontribwenti kumpaniji l-oħra kollha f'sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli fid-dawl tal-objettiv tat-taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji tal-Lussemburgu.

(198)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-vantaġġ mogħti fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati huwa prima facie selettiv.

(199)

Fi kwalunkwe każ, anki kieku jitqiesu biss il-kontribwenti kumpaniji li huma soġġetti għar-regoli dwar l-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet u t-tassazzjoni tad-distribuzzjonijiet tal-profitti li jinsabu f'sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli ma' LNG Holding u CEF, fit-Taqsima 6.2.2 il-Kummissjoni se turi wkoll li dawk il-kontribwenti kumpaniji huma esklużi wkoll mill-vantaġġ tat-taxxa mogħti lil LNG Holding u CEF.

6.2.2.   DEROGA MIR-REGOLI TAS-SISTEMA TAT-TAXXA FUQ IL-KUMPANIJI TAL-LUSSEMBURGU DWAR L-EŻENZJONI TAL-PARTEĊIPAZZJONIJIET U T-TASSAZZJONI FUQ ID-DISTRIBUZZJONIJIET TAL-PROFITTI

6.2.2.1.    Qafas ta' referenza: Ir-regoli tas-sistema tat-taxxa tal-kumpaniji tal-Lussemburgu dwar l-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet u t-tassazzjoni fuq id-distribuzzjonijiet tal-profitti

(200)

Engie ssostni li l-aġġustamenti imposti mil-liġi tat-taxxa għall-profitt iddeterminati fil-karta tal-bilanċ kummerċjali tal-kontribwent, u b'mod partikolari r-reġim ta' eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet, huma parti mill-qafas ta' referenza (221). Fil-prattika, b'din l-allegazzjoni Engie qed tipprova tirrestrinġi l-qafas ta' referenza għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-liġi tat-taxxa fuq id-dħul li jirregolaw l-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet u t-tassazzjoni fuq id-distribuzzjonijiet tal-profitti. Skont dan il-qafas ta' referenza ristrett, il-valutazzjoni tal-impriżi li jinsabu f'sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli ma' LNG Holding u CEF se tkun neċessarjament limitata għal dawk il-kontribwenti li għalihom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet. Madankollu, kif se jintwera f'din it-Taqsima, taħt dan il-qafas ta' referenza aktar ristrett it-trattament tat-taxxa mogħti abbażi tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati huwa wkoll prima facie selettiv.

(201)

L-Artikolu 164(1) LIR jipprevedi li, sabiex tiġi ddeterminata l-bażi tat-taxxa ta' kumpanija, huwa irrilevanti jekk il-profitt ikunx tqassam jew le. Dan ifisser li l-profitt imqassam minn kumpanija ma jnaqqasx il-bażi tat-taxxa tagħha, jiġifieri mhuwiex deduċibbli. Bħala konsegwenza, il-profitt jista' jiġi distribwit biss wara t-taxxa. Kif spjegat fil-premessa 87, l-Artikolu 164(2) LIR japplika għad-distribuzzjonijiet ta' kwalunkwe tip lill-azzjonisti.

(202)

Min-naħa l-oħra, il-benefiċjarji jirreġistraw il-profitt imqassam fil-kontijiet tagħhom bħala dħul. Skont il-prinċipju tal-irbit tal-karta tal-bilanċ kummerċjali mal-karta tal-bilanċ tat-taxxa, dan id-dħul, li huwa parti mill-profitt realizzat minn dawk il-kumpaniji u b'hekk irreġistrat fil-kontijiet tagħhom, fil-prinċipju jiġi inkluż fil-bażi tat-taxxa tagħhom. Dik l-inklużjoni għalhekk twassal għal tassazzjoni ekonomika doppja, sakemm ma tiġix applikata l-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 166 LIR (222). L-eżenzjoni taħt din id-dispożizzjoni tapplika għal dħul li jiġi minn “parteċipazzjonijiet”, terminu li mhuwiex definit fil-liġi. Madankollu, kif iċċara l-Lussemburgu, il-parteċipazzjonijiet kollha li d-dħul minnhom jista' jibbenefika mill-eżenzjoni skont l-Artikolu 166 LIR (inklużi l-ishma) huma koperti wkoll mill-obbligu taħt l-Artikolu 164 LIR (bl-eċċezzjoni tal-parteċipazzjonijiet f'entitajiet barranin) (223). Għalhekk, skont is-sistema ordinarja tat-taxxa tal-kumpaniji tal-Lussemburgu, l-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet tapplika fuq il-profitt wara t-taxxa (jiġifieri ma tistax tiġi applikata għal ammonti mnaqqsa mill-bażi tat-taxxa tal-entità tad-distribuzzjoni) (224).

(203)

Wara d-Digriet tal-21 ta' Diċembru 2001, l-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet hija applikabbli mhux biss għall-profitt imqassam mill-entità bil-parteċipazzjoni fiha, iżda wkoll għall-qligħ kapitali li jirriżulta minn parteċipazzjonijiet eliġibbli għar-reġim (225). Qligħ kapitali huwa d-dħul li jirriżulta mid-differenza bejn il-valur tar-realizzazzjoni ta' parteċipazzjoni (fil-każ ta' bejgħ jew kanċellazzjoni) u l-valur tal-akkwist tagħha. Il-qligħ kapitali li jirriżulta minn parteċipazzjonijiet jirrifletti jew profitt li diġà sar mill-entità bil-parteċipazzjoni fiha iżda li għadu ma ġiex iddistribwit jew profitt li jkun mistenni li jiġi realizzat fil-ġejjieni, u għalhekk, mhux imqassam lanqas. Skont l-Artikoli 18 LIR u 40 LIR, il-profitt kollu jrid neċessarjament jiġi inkluż fil-bażi tat-taxxa tal-entità bil-parteċipazzjoni fiha. Barra minn hekk, peress li ma ġiex distribwit mill-entità bil-parteċipazzjoni fiha l-profitt ma jistax, b'definizzjoni, ikun l-oġġett ta' xi tnaqqis. Għaldaqstant, anki fil-każ ta' qligħ kapitali, l-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet hija applikabbli għal dħul li ma jistax jikkorrispondi għall-ammonti mnaqqsa mill-bażi tat-taxxa tal-entità bil-parteċipazzjoni fiha (bħall-Akkumulazzjonijiet ZORA).

(204)

Fi kliem ieħor, taħt qafas ta' referenza ristrett magħmul esklussivament mir-regoli dwar l-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet u t-tassazzjoni tad-distribuzzjonijiet tal-profitti, l-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet hija applikabbli għal dħul li ma jikkorrispondix għall-ammonti mnaqqsa mill-bażi tat-taxxa tal-entità bil-parteċipazzjoni fiha, u dan irrispettivament minn jekk dak id-dħul ikunx ikkwalifikat bħala distribuzzjoni ta' profitti jew bħala qligħ kapitali.

(205)

LNG Holding u CEF huma f'sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli mal-kontribwenti kumpaniji kollha li jirċievu dħul minn parteċipazzjonijiet u li għalhekk huma soġġetti għar-regoli dwar l-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet u tat-tassazzjoni tad-distribuzzjonijiet tal-profitti fil-Lussemburgu. Dawk l-impriżi għandhom l-istess tip ta' strumenti bħal LNG Holding u CEF (parteċipazzjonijiet) u d-dħul riċevut minn dawn l-istrumenti huwa tal-istess natura tad-dħul riċevut minn LNG Holding u minn CEF, li fil-prinċipju jikkwalifika għall-applikazzjoni tal-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet.

6.2.2.2.    Deroga mill-qafas ta' referenza li twassal għal diskriminazzjoni

(206)

Id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jippermettu lil LNG Holding u lil CEF (entitajiet residenti għal finijiet ta' taxxa fil-Lussemburgu) li japplikaw l-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet fuq dħul li jikkorrispondi ekonomikament għal ammonti mnaqqsa bħala spejjeż (Akkumulazzjonijiet ZORA) fil-livell ta', rispettivament, LNG Supply u GSTM (ukoll residenti fil-Lussemburgu).

(207)

Fil-fatt, id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jikkonfermaw li kull profitt li sar minn LNG Supply u minn GSTM li jaqbeż il-Marġni LNG u l-Marġni GSTM (u għalhekk imnaqqas mill-bażijiet tat-taxxa tagħhom fil-forma ta' Akkumulazzjonijiet ZORA) huwa inkorporat fl-Ishma ta' LNG u fl-Ishma ta' GSTM. Dawk l-ishma huma, skont iz-ZORAs u l-Kuntratti Forward, riċevuti mal-konverżjoni minn LNG Holding u CEF rispettivament. Wara, meta l-profitt inkorporat fl-Ishma ta' LNG u fl-Ishma ta' GSTM jiġi realizzat bħala dħul fil-livell ta' LNG Holding u CEF, ikun jista' jibbenefika mill-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet (226).

(208)

L-eżistenza ta' rabta diretta u ċara bejn id-dħul li jibbenefika mill-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet fil-livell tal-Holdings u l-ammonti mnaqqsa bħala spejjeż fil-livell tas-Sussidjarji hija evidenti fil-każ tal-konverżjoni parzjali ta' LNG ZORA. F'dan il-każ, kif juru d-dikjarazzjonijiet tat-taxxa, id-dħul realizzat minn LNG Holding bħala riżultat tal-konverżjoni parzjali u tal-kanċellazzjoni tal-Ishma ta' LNG Supply fl-2014 jikkorrispondi b'mod ekonomiku għall-Akkumulazzjonijiet ZORA mnaqqsa minn LNG Supply bejn l-2009 u l-2014, li LNG Holding irċeviet permezz ta' LNG ZORA u tal-Kuntratt Forward LNG (227). Dan ġie kkonfermat b'mod ċar mil-Lussemburgu: “La plus-value comptable de 506,2 MUSD réalisée par LNG Holding correspond économiquement à l'accroissement de valeur de LNG Supply entre 2009 et 2014” (228).

(209)

L-applikazzjoni tal-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet għal dħul fil-livell ta' Holdings li jikkorrispondi ekonomikament għal ammonti mnaqqsa bħala spejjeż fil-livell tas-Sussidjarji tikkostitwixxi eċċezzjoni għall-qafas ta' referenza deskritt fit-Taqsima 6.2.2.1 hawn fuq li jgħid li l-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet hija applikabbli għad-dħul li ma jikkorrispondix għal ammonti mnaqqsa mill-bażi tat-taxxa tal-entità bil-parteċipazzjoni fiha. L-effett ta' din id-deroga huwa li prattikament il-profitt kollu ġġenerat minn LNG Supply u minn GSTM qatt ma jiġi soġġett għal tassazzjoni fil-Lussemburgu. B'konsegwenza t-trattament tat-taxxa approvat mid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jtejjeb il-pożizzjoni finanzjarja ta' LNG Holding u ta' CEF. Fil-fatt, skont is-sistema ordinarja deskritta fit-Taqsima 6.2.2.1 hawn fuq, id-dħul li jirċievu dawn l-entitajiet ma kienx ikun imnaqqas (fil-forma ta' Akkumulazzjonijiet ZORA) fil-livell tas-Sussidjarji. Dak id-dħul kien ikun aktar baxx minħabba li l-profitt korrispondenti kien ikun preċedentement soġġett għal tassazzjoni għand is-Sussidjarji.

(210)

Il-Lussemburgu u Engie jikkontestaw l-applikabilità tal-Artikolu 164(2) LIR għall-Akkumulazzjonijiet ZORA. Fi kliem ieħor, il-Lussemburgu u Engie jikkontestaw li l-Akkumulazzjonijiet ZORA jistgħu jitqiesu bħala distribuzzjonijiet ta' profitti.

(211)

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar li LNG Holding tikkwalifika espressament il-profitt li jirriżulta mill-kanċellazzjoni tal-Ishma ta' LNG Supply bħala “dividendi eżentati”, jiġifieri bħala distribuzzjoni ta' profitt, fid-dikjarazzjoni tat-taxxa tagħha tas-sena 2014 (229).

(212)

Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessi 207 u 208, teżisti rabta diretta u ċara bejn id-dħul li jista' jiġi eżentat fil-livell ta' LNG Holding u ta' CEF u l-ammonti mnaqqsa minn LNG Supply u GSTM bħala spejjeż (l-Akkumulazzjonijiet ZORA). Għalhekk, minn perspettiva ekonomika, id-dħul riċevut minn LNG Holding u minn CEF huwa ekwivalenti għal distribuzzjoni tal-profitti (230).

(213)

Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tfakkar li l-kwalifika formali tal-profitt eżentat fil-livell ta' LNG Holding u ta' CEF bħala distribuzzjoni ta' profitt jew bħala qligħ kapitali hija irrilevanti. Fil-fatt, kif spjegat fit-Taqsima 6.2.2.1, skont il-qafas ta' referenza ristrett magħmul esklussivament mir-regoli dwar l-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet u tat-tassazzjoni tad-distribuzzjonijiet tal-profitti, l-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet hija applikabbli għal dħul li ma jikkorrispondix għall-ammonti mnaqqsa mill-bażi tat-taxxa tal-entità bil-parteċipazzjoni fiha, u dan irrispettivament minn jekk dak id-dħul ikunx ikkwalifikat bħala distribuzzjoni ta' profitti jew bħala qligħ kapitali (231).

(214)

Bħala konklużjoni, it-trattament tat-taxxa mogħti lil LNG Holding u lil CEF fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jidderoga mir-regoli ġenerali tas-sistema tat-taxxa tal-kumpaniji tal-Lussemburgu li tirregola l-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet u t-tassazzjoni tad-distribuzzjonijiet tal-profitti.

(215)

Barra minn hekk, din id-deroga tagħti lok għal diskriminazzjoni meta mqabbla ma' impriżi oħra li huma f'sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli ma' dik ta' LNG Holding u CEF fid-dawl tal-objettiv tas-sistema. Fil-fatt, kontribwenti kumpaniji oħra li jirċievu dħul minn parteċipazzjonijiet u għalhekk huma soġġetti għar-regoli dwar l-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet u tat-tassazzjoni tad-distribuzzjonijiet tal-profitti fil-Lussemburgu huma esklużi mill-benefiċċju tal-vantaġġ tat-taxxa mogħti lil LNG Holding u lil CEF, anki jekk huma f'sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli fid-dawl tal-objettiv tas-sistema. Huwa minnu li dawk il-kontribwenti kollha jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni taħt l-Artikolu 166 LIR. Madankollu, l-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet kienet tiġi applikata għal dħul relattivament aktar baxx, (jiġifieri profitt wara t-taxxa tal-entità bil-parteċipazzjoni fiha), kif spjegat fil-premessa 209.

(216)

Il-Lussemburgu jgħid li l-Artikolu 166 LIR ma jeħtieġx, biex jiġi applikat, li l-qligħ li jirriżulta mill-parteċipazzjonijiet irid ikun ġie intaxxat qabel u li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 164 LIR mhumiex kundizzjoni sine qua non għall-applikazzjoni tal-Artikolu 166 LIR (232). Bl-istess mod, Engie tqis li l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 166 LIR kollha ġew rispettati, għalhekk ma jistax ikun hemm deroga (233). Kemm il-Lussemburgu kif ukoll Engie jikkontestaw li l-objettiv tal-Artikolu 166 LIR huwa l-evitar tat-tassazzjoni doppja b'diversi argumenti relatati, fost l-oħrajn, mad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/121 (234) (“id-Direttiva dwar il-kumpaniji prinċipali u sussidjarji”).

(217)

Il-Kummissjoni jkollha tirrifjuta din il-linja ta' argument.

(218)

L-ewwel nett, il-fatt li ma hemmx rabta espliċita bejn l-Artikolu 166 LIR u l-Artikolu 164(1) u (2) LIR mhuwiex rilevanti. Il-Lussemburgu kkonferma espressament (235) li l-parteċipazzjonijiet kollha eliġibbli għall-eżenzjoni taħt l-Artikolu 166 LIR jaqgħu wkoll taħt l-Artikolu 164(1) u (2) LIR fil-livell tal-entità bil-parteċipazzjoni fiha (236). Il-konsegwenza ta' dan hija li taħt il-qafas ta' referenza deskritt fit-Taqsima 6.2.2.1, l-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet hija applikabbli għal dħul li ma jistax jikkorrispondi għal ammonti mnaqqsa mill-bażi tat-taxxa tal-entità bil-parteċipazzjoni fiha. Bħala eċċezzjoni għal din ir-regola, id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jippermettu l-applikazzjoni tal-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet fil-livell tal-Holdings (entitajiet residenti għal finijiet ta' taxxa fil-Lussemburgu) għal dħul li jikkorrispondi ekonomikament għall-ammonti mnaqqsa bħala spejjeż (l-Akkumulazzjonijiet Zora) fil-livell tas-Sussidjarji (ukoll residenti fil-Lussemburgu). Għaldaqstant, it-trattament tat-taxxa mogħti fuq il-bażi tad-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata jidderogaw mill-qafas ta' referenza.

(219)

It-tieni, anki fin-nuqqas ta' rabta espliċita bejn iż-żewġ dispożizzjonijiet, il-komplementarjetà tal-Artikolu 166 LIR u l-Artikolu 164(1) u (2) LIR hija neċessarja sabiex tiġi żgurata l-konsistenza loġika tas-sistema tat-taxxa. Jekk l-istess ammont jista' jitnaqqas bħala spiża fil-livell tal-entità bil-parteċipazzjoni fiha u jkun eżentat bħala dħul fil-livell tal-benefiċjarju, dak il-profitt jevita t-tassazzjoni fil-Lussemburgu. Din l-interpretazzjoni tippermetti lil kwalunkwe grupp korporattiv jevita faċilment l-objettiv tas-sistema tat-taxxa tal-kumpaniji tal-Lussemburgu, li huwa li jintaxxa l-profitt tal-kumpaniji kollha soġġetti għat-taxxa fil-Lussemburgu, billi jqassam lill-azzjonist tiegħu l-profitt kollu preċedenti mhux intaxxat tas-sussidjarji (237). Barra minn hekk, interpretazzjoni bħal din tkun ukoll inkonsistenti mal-objettiv li tiġi evitata tassazzjoni doppja jew tripla (238).

(220)

L-Artikolu 107 tat-Trattat jiddefinixxi miżuri ta' għajnuna b'rabta mal-effetti ekonomiċi tagħhom fis-suq, mhux b'rabta mal-legalità tagħhom skont l-ordni ġuridiku nazzjonali, mat-tekniki leġiżlattivi użati jew mal-intenzjoni tal-leġiżlatur. Konsegwentement, sal-punt li l-effett flimkien tad-deduċibbiltà tal-Akkumulazzjonijiet ZORA u l-eżenzjoni tad-dħul korrispondenti huwa li prattikament il-profitt kollu realizzat mis-Sussidjarji ma jkunx ġie ntaxxat fil-livell tal-Holdings, u b'hekk jagħti lok għal diskriminazzjoni ma' impriżi f'sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli, il-miżura tal-Istat li tapprova tali trattament tat-taxxa trid prima facie titqies li tagħti vantaġġ selettiv. Din il-konklużjoni hija irrispettivament minn jekk ġewx rispettati l-kundizzjonijiet tal-Artikoli 166 u 164 LIR, minn jekk hemmx rabta espliċita bejn dawn id-dispożizzjonijiet jew mill-objettiv tad-Direttiva dwar il-kumpaniji prinċipali u sussidjarji.

(221)

Engie tirreferi għas-sentenza tal-Qorti fil-kawża tas-Service Public Fédéral Finances (239) li tinterpreta d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-kumpaniji prinċipali u sussidjarji li kienu fis-seħħ fiż-żmien meta nħarġu d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati (240). Skont Engie, il-Qorti kkonfermat f'dik is-sentenza li d-Direttiva dwar il-Kumpaniji Prinċipali u Sussidjarji — applikabbli għal sitwazzjonijiet transfruntiera — ma teħtieġx li l-profitt soġġett għall-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet ikun ġie ntaxxat qabel. Engie tqis li bl-applikazzjoni tal-istess reġim ta' eżenzjoni għal sitwazzjonijiet interni, il-Lussemburgu għażel li jiżgura trattament ugwali bejn gruppi korporattivi b'sussidjarji fil-Lussemburgu u gruppi korporattivi b'sussidjarji fi Stati Membri oħra. Peress li ż-żewġ sitwazzjonijiet huma fattwalment identiċi u l-istess dispożizzjonijiet huma applikabbli fiż-żewġ każijiet, Engie tqis li l-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet ma tistax titqies li tapplika biss fis-sitwazzjoni transfruntiera imma mhux f'dik interna.

(222)

Fil-bidu, il-Kummissjoni tiċċara li din id-Deċiżjoni tikkonċerna sitwazzjoni purament interna, li fiha l-kumpaniji kollha involuti fit-tranżazzjonijiet differenti previsti fid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati huma reżidenti għall-finijiet tat-taxxa fil-Lussemburgu. Il-vantaġġ selettiv ġej minn deroga li tikkonsisti mill-fatt li l-profitt realizzat minn żewġ sussidjarji tal-grupp Engie reżidenti fil-Lussemburgu baqa' prattikament mhux intaxxati fil-livell tal-azzjonisti tagħhom, li huwa wkoll reżidenti fil-Lussemburgu. Għalhekk, il-Kummissjoni ma investigatx jekk miżura simili, applikata għal sitwazzjoni li fiha l-entitajiet b'parteċipazzjoni fihom ma kinux reżidenti tat-taxxa fil-Lussemburgu, tkunx tikkostitwixxi vantaġġ selettiv ukoll.

(223)

Il-Kummissjoni tirrifjuta l-argument li l-Lussemburgu jrid neċessarjament japplika għal sitwazzjoni purament interna trattament aktar favorevoli milli jkun japplika għall-istess tranżazzjoni fuq livell transfruntier. Tirriżulta diskrepanza minħabba d-differenzi fil-kwalifika legali — u għalhekk fit-trattament tat-taxxa — ta' strument jew tranżazzjoni transfruntiera skont il-liġijiet ta' żewġ ġurisdizzjonijiet tat-taxxa differenti, li twassal għal nontassazzjoni. Tali diskrepanzi, madankollu, ma għandhomx fil-prinċipju jseħħu f'sitwazzjoni purament interna, fejn il-loġika interna u l-koerenza tas-sistema huma mmirati preċiżament lejn il-prevenzjoni ta' dawn it-tip ta' lakuni. Huwa magħruf sew li sabiex jiġi limitat l-evitar tat-taxxa, l-Unjoni, l-OECD u l-komunità internazzjonali tat-taxxa qegħdin jagħmlu sforzi biex inaqqsu d-differenzi fil-leġiżlazzjonijiet tat-taxxa u jagħlqu d-diskrepanzi u d-diskrepanzi eżistenti. Għalhekk li wieħed jargumenta, kif tidher li tagħmel Engie, li l-Lussemburgu għandu japplika d-diskrepanzi transfruntiera eżistenti wkoll fuq livell intern, anki kontra l-loġika tas-sistema tat-taxxa, mhux biss huwa legalment inkonsistenti, iżda jmur ukoll kontra dawn l-isforzi.

(224)

Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, u b'mod partikolari s-sentenza tas-Service public federal Finances, ma tgħid xejn differenti. Dan il-każ jikkonċerna liġi Belġjana li estendiet l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-kumpanija prinċipali u sussidjarja anki għal sitwazzjonijiet purament interni. Il-Qorti Belġjana rreferiet lill-Qorti tal-Ġustizzja mistoqsija għal sentenza preliminari rigward l-interpretazzjoni tad-Direttiva (241). Is-sentenza tikkonferma li l-objettiv tad-Direttiva huwa li jiġu eliminati każijiet ta' tassazzjoni doppja ta' profitti mqassma minn sussidjarji lill-kumpaniji prinċipali tagħhom u li jiġu eliminati żvantaġġi għal kumpaniji transfruntiera minħabba trattament tat-taxxa anqas vantaġġjuż tar-relazzjonijiet transfruntiera bejn kumpaniji prinċipali u sussidjarji meta mqabbla ma' relazzjonijiet purament interni (242). Fid-dawl ta' dan l-ispirtu, u f'konformità mal-ġurisprudenza dwar il-libertajiet fundamentali, il-Qorti tgħid li “il-libertajiet ta' moviment iggarantiti mit-Trattat jipprekludu lil Stat Membru milli jitratta b'mod inqas vantaġġuż id-dividendi ta' oriġini barranija milli d-dividendi ta' oriġini nazzjonali, sakemm din id-differenza fi trattament ma tikkonċernax sitwazzjonijiet li ma jistgħux jiġu mqabbla oġġettivament jew jekk tkun iġġustifikata minn raġunijiet imperattivi ta' interess pubbliku” (243). Fi kliem ieħor, din is-sentenza sempliċiment tapplika l-ġurisprudenza stabbilita sew li skontha l-libertajiet fundamentali jipprevjenu lill-Istati Membri milli jittrattaw sitwazzjonijiet domestiċi aktar favorevoli minn sitwazzjonijiet transfruntiera komparabbli. Madankollu dan mhuwiex veru bil-kontra: L-Istati Membri mhumiex meħtieġa, kif jidher li qed tissuġġerixxi Engie, li jestendu għal sitwazzjonijiet purament interni trattament tat-taxxa aktar favorevoli applikabbli għal sitwazzjonijiet transfruntiera, b'mod partikolari jekk dak it-trattament aktar favorevoli jirriżulta minn diskrepanzi jew lakuni li jwasslu għal nontassazzjoni (244).

(225)

L-argument li skontu l-vantaġġ tat-taxxa mogħti lil LNG Holding u lil CEF abbażi tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati huwa ta' applikazzjoni ġenerali, peress li kwalunkwe impriża oħra tista' potenzjalment ikollha aċċess għal benefiċċju simili billi tirreplika l-istruttura implimentata minn Engie, huwa wkoll ineffettiv. Skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti, il-fatt li l-għadd ta' impriżi li jistgħu jitolbu intitolament taħt miżura nazzjonali huwa kbir ħafna jew li dawk l-impriżi jappartjenu għal diversi setturi ekonomiċi mhuwiex biżżejjed sabiex tiġi ddubitata n-natura selettiva tal-miżura (245). L-istess prinċipju jista' jiġi applikat f'każijiet fejn il-vantaġġ jirriżulta minn deċiżjoni tat-taxxa li tapplika kombinazzjoni ta' dispożizzjonijiet tal-liġi għal sett speċifiku ta' fatti meta dawn il-fatti jkunu jistgħu jiġu rreplikati minn impriżi oħra. Il-Qorti stabbilixxiet ukoll li l-Kummissjoni mhijiex meħtieġa, sabiex tistabbilixxi s-selettività ta' miżura, li tidentifika ċerti karatteristiċi speċifiċi li huma karatteristiċi ta' u komuni għall-impriżi li jistgħu jkunu jirċievu vantaġġ tat-taxxa, li bihom ikunu jistgħu jintgħażlu minn dawk l-impriżi li huma esklużi mill-vantaġġ (246).

(226)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li taħt qafas ta' referenza aktar ristrett li jikkonsisti esklussivament mir-regoli ġenerali tat-taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji tal-Lussemburgu li jirregolaw l-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet u t-tassazzjoni tad-distribuzzjonijiet tal-profitti, il-vantaġġ mogħti fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati huwa prima facie selettiv billi jiffavorixxi lil LNG Holding u lil CEF meta mqabbla mal-impriżi li huma f'sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli.

6.2.3.   NUQQAS TA' ĠUSTIFIKAZZJONI

(227)

Skont il-ġurisprudenza stabbilita, il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat ma jirreferix għal miżuri tal-Istat li jiddistingwu bejn l-impriżi u li huma, għalhekk, prima facie selettivi, fejn dik id-differenzazzjoni tirriżulta min-natura u mil-loġika tas-sistema u li huwa l-Istat Membru kkonċernat li jrid jippruvaha (247).

(228)

Miżura li toħloq eċċezzjoni għall-applikazzjoni tas-sistema ġenerali tat-taxxa tista' tkun iġġustifikata min-natura u mill-istruttura kumplessiva tas-sistema tat-taxxa jekk l-Istat Membru kkonċernat ikun jista' juri li l-miżura tirriżulta direttament mill-prinċipji bażiċi jew ta' gwida tas-sistema tat-taxxa tiegħu jew meta din tkun ir-riżultat ta' mekkaniżmi inerenti meħtieġa għall-funzjonament u l-effettività tas-sistema (248). F'dak ir-rigward, trid issir distinzjoni bejn, minn naħa, l-objettivi attribwiti għal reġim partikolari ta' taxxa, li huma esterni għaliha u min-naħa l-oħra l-mekkaniżmi inerenti fis-sistema tat-taxxa nnifisha, li huma meħtieġa biex jinkisbu dawn l-objettivi (249).

(229)

La l-Lussemburgu u lanqas l-Engie ma ressqu ġustifikazzjoni possibbli għat-trattament favorevoli approvat mid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati favur LNG Holding u CEF. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar li l-oneru ta' din il-ġustifikazzjoni jaqa' fuq l-Istat Membru. Għalhekk, fin-nuqqas ta' kwalunkwe ġustifikazzjoni mressqa mil-Lussemburgu, il-Kummissjoni jkollha tikkonkludi li l-vantaġġ tat-taxxa mogħti lil LNG Holding u lil CEF ma jistax jiġi ġġustifikat min-natura jew l-iskema ġenerali tas-sistema tat-taxxa tal-kumpaniji tal-Lussemburgu.

(230)

Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni ma setgħet tidentifika l-ebda raġuni possibbli li tiġġustifika t-trattament preferenzjali għal LNG Holding u CEF li jista' jingħad li tirriżulta direttament mill-prinċipji intrinsiċi, bażiċi jew ta' gwida tas-sistema ta' referenza jew li hija r-riżultat ta' mekkaniżmi inerenti meħtieġa għall-funzjonament u l-effettività tas-sistema (250).

(231)

Il-Kummissjoni tinnota li, skont il-Kunsill tal-Istat tal-Lussemburgu (251), wieħed mill-objettivi tar-reġim ta' eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet ikkontemplati fl-Artikolu 166 LIR huwa li tiġi evitata tassazzjoni doppja jew tripla għal raġunijiet ta' ekwità fiskali (252). It-tassazzjoni doppja tirreferi għal sitwazzjonijiet fejn l-istess profitt jiġi ntaxxat darbtejn mill-istess kontribwent (imsejħa wkoll tassazzjoni legali doppja) jew fir-rigward ta' żewġ kontribwenti differenti (tassazzjoni ekonomika doppja). Il-Kummissjoni taċċetta li eżenzjoni mit-tassazzjoni li għandha l-għan li tevita t-tassazzjoni ekonomika doppja tista' tkun ġustifikata min-natura u mill-istruttura ġenerali tas-sistema tat-taxxa (253). Għalhekk, l-applikazzjoni tal-eżenzjoni skont l-Artikolu 166 LIR biex tiġi evitata t-tassazzjoni ekonomika doppja jew tripla tista' tirriżulta direttament minn prinċipji bażiċi jew ta' gwida tas-sistema tat-taxxa tagħha.

(232)

Madankollu, il-vantaġġ mogħti fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati ma jikkonsistix esklussivament fl-applikazzjoni tal-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet, iżda fl-applikazzjoni tagħha fil-livell tal-Holdings għal dħul li jikkorrispondi ekonomikament għall-ammonti mnaqqsa bħala spejjeż (l-Akkumulazzjonijiet ZORA) mis-Sussidjarji, li jwasslu għal nontassazzjoni bis-saħħa ta' LNG Holding u CEF ta' virtwalment il-profitt kollu realizzat minn LNG Supply u GSTM. F'dawn iċ-ċirkostanzi, it-trattament tat-taxxa mogħti lil LNG Holding u CEF abbażi tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati ma jistax iservi l-għan li tiġi evitata tassazzjoni ekonomika doppja. L-applikazzjoni kombinata tal-eżenzjoni u t-tnaqqis hija determinata fid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati u b'hekk l-amministrazzjoni tat-taxxa tal-Lussemburgu kienet konxja li qatt ma seta' jkun hemm tassazzjoni ekonomika doppja. Bħala konsegwenza, it-trattament tat-taxxa mogħti fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati mhux relatat mal-objettiv li tiġi evitata tassazzjoni ekonomika doppja (potenzjali jew reali) jew mat-taxxa tripla jew kwalunkwe raġuni oħra relatata mal-ekwità fiskali. Għalhekk, dawn l-objettivi ma jistgħux jiġu invokati b'mod validu bħala ġustifikazzjoni għad-differenza fit-trattament li tirriżulta mill-miżuri kkontestati.

(233)

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li, kif enfasizzat il-Qorti fil-passat, sabiex l-eżenzjonijiet mit-taxxa jkunu ġustifikati min-natura jew mill-iskema ġenerali tas-sistema tat-taxxa tal-Istat Membru kkonċernat, l-Istati Membri jridu jiżguraw li dawk l-eżenzjonijiet ikunu konsistenti mal-prinċipju tal-proporzjonalità u ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ, fis-sens li l-objettiv leġittimu li jkun fil-mira ma jkunx jista' jintlaħaq b'miżuri b'firxa iżgħar (254). F'dan il-każ, l-applikazzjoni tal-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet għal dħul riċevut minn LNG Holding u minn CEF li tikkorrispondi ekonomikament għall-ammonti mnaqqsa bħala spejjeż (l-Akkumulazzjonijiet ZORA) minn LNG Supply u GSTM bl-ebda mod ma tista' titqies proporzjonata biex tiġi evitata t-tassazzjoni ekonomika doppja u lanqas ma tikkontribwixxi għall-prinċipju tal-ekwità fiskali. Is-sitwazzjoni hija pjuttost bil-maqlub: il-miżuri kkontestati jippermettu lil LNG Holding u lil CEF, u lil Engie bħala grupp, li jibbenefikaw minn nontassazzjoni doppja. Għalhekk, l-applikazzjoni tal-eżenzjoni mit-taxxa f'dan il-każ tmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ u proporzjonat biex jintlaħaq dan l-objettiv.

(234)

F'dan ir-rigward, skont il-Qorti, benefiċċju jrid ikun konsistenti mhux biss mal-karatteristiċi inerenti tas-sistema tat-taxxa inkwistjoni iżda wkoll fir-rigward tal-mod li bih dik is-sistema tkun implimentata (255). F'dan il-każ, il-vantaġġ tat-taxxa mogħti fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati huwa inkonsistenti mhux biss ma' wieħed mill-objettivi tal-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet iżda wkoll mal-loġika tas-sistema li fiha huwa mdaħħal ir-reġim, li hija t-tassazzjoni tal-profitt tal-kumpaniji kollha soġġetti għat-taxxa fil-Lussemburgu (256).

(235)

Bħala konklużjoni, il-vantaġġ tat-taxxa mogħti lil LNG Holding u lil CEF ma jistax jiġi ġġustifikat min-natura u mil-loġika tas-sistema.

6.2.4.   KONKLUŻJONI DWAR IL-VANTAĠĠ SELETTIV FIL-LIVELL TA' LNG HOLDING U TA' CEF

(236)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-vantaġġ tat-taxxa mogħti lil LNG Holding u lil CEF fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati huwa selettiv.

6.3.   VANTAĠĠ SELETTIV STABBILIT PERMEZZ TAL-ANALIZZI L-EFFETTI TAT-TRATTAMENT TAT-TAXXA FIL-LIVELL TA' GRUPP

(237)

Mingħajr preġudizzju għall-konklużjoni fil-premessa 236, analiżi tal-effetti tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati fil-livell tal-grupp u mhux biss tal-entitajiet legali individwali twassal għall-istess konklużjoni: it-trattament tat-taxxa mogħti fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jagħti vantaġġ selettiv lil Engie.

(238)

F'dan il-kuntest, Engie targumenta li s-selettività f'miżuri fiskali tista' tiġi misjuba biss fil-livell tal-kontribwent individwali u mhux fil-livell ta' grupp u tirreferi għad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni f'FIAT (257) u Groepsrentebox (258).

(239)

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li, skont id-dikjarazzjonijiet tat-taxxa pprovduti mil-Lussemburgu, mill-2015 l-entitajiet GSTM, EIL, LNG Supply, LNG Lussemburgu u LNG Holding ifformaw unità fiskali permezz ta' CEF għall-finijiet tat-taxxa tal-Lussemburgu fejn CEF operat bħala l-kumpanija prinċipali tal-unità (259). Għalhekk skont il-liġi tat-taxxa tal-Lussemburgu, dawk il-kumpaniji ma kinux ittrattati mill-2015 bħala entitajiet separati, iżda ħallsu t-taxxi tagħhom fuq bażi konsolidata, jiġifieri daqslikieku kienu kontribwent wieħed (260). Il-Kummissjoni tqis li din iċ-ċirkostanza biss kienet diġà tiġġustifika valutazzjoni kombinata, mill-inqas mill-2015.

(240)

Fi kwalunkwe każ, anki jekk dawn l-entitajiet ma jiffurmawx unità fiskali, l-argument ta' Engie ma jistax jiġi aċċettat. Kif spjegat ukoll fit-Taqsima 6.6, mill-kliem stess tal-Artikolu 107 tat-Trattat jidher li r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat janalizzaw l-effetti ekonomiċi tal-miżuri tal-Istat fir-rigward ta' “impriżi” u mhux ta' entitajiet ġuridiċi separati. Impriża trid tinftiehem bħala unità ekonomika anki jekk tikkonsisti minn diversi persuni ġuridiċi (261). Sabiex tiddetermina jekk bosta entitajiet jiffurmawx unità ekonomika, il-Qorti tal-Ġustizzja tħares lejn l-eżistenza ta' sehem ta' kontroll jew rabtiet funzjonali, ekonomiċi jew organiċi (262). F'dan il-każ, GSTM, EIL, LNG Supply, LNG Lussemburgu u LNG Holding huma kkontrollati b'mod sħiħ minn CEF, li min-naħa tagħha hija kkontrollata minn Engie S.A. Għalhekk, dawk l-entitajiet kollha għandhom jitqiesu bħala li huma parti minn impriża waħda.

(241)

Barra minn hekk, il-vantaġġ mogħti fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jikkonsisti fl-applikazzjoni ta' eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet, fil-livell ta' Holdings, għal dħul li jikkorrispondi ekonomikament għall-ammonti mnaqqsa bħala spejjeż (l-Akkumulazzjonijiet ZORA) mis-Sussidjarji. Għalhekk, sabiex tiġi ddeterminata l-eżistenza ta' vantaġġ huwa loġiku li jiġu vvalutati wkoll l-effetti kkombinati tal-miżuri tat-taxxa fiż-żewġ livelli. Il-fatt li l-liġi tat-taxxa fuq id-dħul tal-Lussemburgu tikkonċerna entitajiet individwali ma jdgħajjifx din il-konklużjoni. Fil-fatt, il-Kummissjoni tinnota li t-talbiet għal deċiżjonijiet tat-taxxa ppreżentati mill-konsulent tat-taxxa jikkonċernaw it-trattament tat-taxxa tal-entitajiet ġuridiċi kollha tal-grupp Engie involuti fit-tranżazzjonijiet u li dawn l-entitajiet huma kollha soġġetti għat-taxxa fil-Lussemburgu.

(242)

Din iċ-ċirkostanza tagħmel dan il-każ differenti mill-każijiet Groepsrentebox u FIAT. F'Groepsrentebox, il-Kummissjoni ddeċidiet li tivvaluta l-iskema fil-livell individwali billi l-miżura inkwistjoni kienet tapplika għal entitajiet individwali (263). Bl-istess mod, f'FIAT, il-miżura (id-deċiżjoni tat-taxxa) ikkonċernat biss il-profitt taxxabbli ta' entità ġuridika waħda, filwaqt li l-kontropartijiet fit-tranżazzjoni kienu reżidenti fi Stat Membru ieħor. Konsegwentement, kwalunkwe dħul inqas mit-taxxa, li kien il-bażi tal-vantaġġ f'dak il-każ, kien neċessarjament ibbażat fuq ir-riżultati tal-entità reżidenti fil-Lussemburgu u ma kienx jeħtieġ li jqis impatt newtrali possibbli tal-miżura fil-livell ta' kumpaniji oħra fil-grupp FIAT bħala riżultat tat-trattament tagħhom minn Stati Membri oħra (264).

(243)

Għall-kuntrarju, f'dan il-każ, l-effett tal-miżura (nontassazzjoni ta' parti mill-profitt realizzat minn xi entitajiet fil-Lussemburgu) ġejja mill-applikazzjoni flimkien ta' eżenzjoni u ta' tnaqqis fil-livell tal-entitajiet differenti tal-grupp, li kollha huma residenti għal finijiet ta' taxxa fil-Lussemburgu. B'hekk, valutazzjoni tal-effett ikkombinat tad-deċiżjonijiet tat-taxxa fil-livell tal-grupp Engie fil-Lussemburgu hija adegwata biex jiġi apprezzat b'mod sħiħ ir-riżultat tat-trattament tat-taxxa.

(244)

Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tfakkar li mhijiex marbuta bil-prattika deċiżjonali tagħha. Kull miżura ta' għajnuna potenzjali trid tiġi vvalutata abbażi tal-merti tagħha stess skont il-kriterji oġġettivi tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, sabiex anki jekk intwera li teżisti prattika ta' deċiżjoni kuntrarja, dan ma jkunx jista' jaffettwa l-konstatazzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni (265).

6.3.1.   IS-SISTEMA TA' REFERENZA

(245)

Kif stabbilit fit-Taqsima 6.2.1.1, f'dan il-każ is-sistema ta' referenza hija s-sistema tat-taxxa tal-kumpaniji tal-Lussemburgu, li għandha l-għan li tintaxxa l-profitt tal-kumpaniji kollha soġġetti għat-taxxa fil-Lussemburgu. Il-bażi għall-kalkolu tal-profitt taxxabbli huwa l-profitt kontabbilistiku realizzat mill-kontribwent (il-prinċipju tar-rabta tal-karti tal-bilanċ kummerċjali mal-karta tal-bilanċ tat-taxxa). Dan l-objettiv japplika għall-kontribwenti kumpaniji kollha fil-Lussemburgu.

(246)

It-tranżazzjonijiet ikkonċernati mid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati huma tranżazzjonijiet intragrupp li jikkonsistu, l-ewwel nett, mit-trasferiment ta' ċerti assi lis-Sussidjarji ta' Engie soġġetti għat-taxxa fil-Lussemburgu u, it-tieni nett, mil-finanzjament ta' dawk it-trasferimenti mill-Holdings, li huma wkoll soġġetti għat-taxxa fil-Lussemburgu (266).

(247)

Meta wieħed iqis li t-trattament tat-taxxa ta' dawk it-tranżazzjonijiet intragrupp iridu jiġu vvalutati fl-isfond tas-sistema tat-taxxa tal-kumpaniji tal-Lussemburgu u sabiex jiġi ddeterminat jekk it-trattament tat-taxxa mogħti lill-Engie abbażi tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jidderogawx minn dik is-sistema ta' referenza, il-Kummissjoni se tillimita l-analiżi tagħha għal paragun ma' tranżazzjoni ta' finanzjament intragrupp oħra tal-istess tip u, konsegwentement, se tivvaluta r-regoli tas-sistema tat-taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji tal-Lussemburgu li tirregola t-tranżazzjonijiet ta' finanzjament intragrupp bejn entitajiet fi grupp reżidenti fil-Lussemburgu.

(248)

Il-Kummissjoni se tistabbilixxi li, skont is-sistema tat-taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji tal-Lussemburgu, il-ħlas ta' remunerazzjoni fil-qafas ta' tranżazzjoni ta' finanzjament (267) bejn żewġ gruppi ta' entitajiet soġġetti għat-taxxa fil-Lussemburgu ma jistax jirriżulta fi tnaqqis tal-bażi kombinata tat-taxxa tal-grupp fil-Lussemburgu, u dan irrispettivament min-natura tal-mezzi ta' finanzjament użati jew tal-livell tar-remunerazzjoni. “Il-bażi kombinata tat-taxxa” trid, f'dan il-kuntest, tinftiehem bħala s-somma tal-bażijiet tat-taxxa tal-entitajiet kollha tal-grupp involuti fi tranżazzjoni ta' finanzjament intragrupp li hija soġġetta għat-taxxa fil-Lussemburgu.

(249)

Skont is-sistema tat-taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji tal-Lussemburgu, il-mezzi ta' finanzjament jistgħu jinqasmu f'żewġ kategoriji: l-ewwel, strumenti ta' parteċipazzjoni, bħal ishma, li l-profitt tagħhom jista' jikkwalifika għall-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet skont l-Artikolu 166 LIR (“parteċipazzjonijiet”); u t-tieni, strumenti u kuntratti oħra li l-profitt tagħhom ma jistax jibbenefika mill-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet (“strumenti nonparteċipattivi”).

(250)

Fil-każ ta' strumenti nonparteċipattivi, skont il-prinċipji tal-kontabbiltà tal-Lussemburgu u dawk internazzjonali (268), il-pagament tar-remunerazzjoni (bħall-pagament tal-imgħax fuq self) jiddaħħal fil-kontijiet ta' min jissellef bħala spiża. L-istess ammont jiġi rreġistrat f'xi stadju bħala dħul minn min sellef.

(251)

Fir-rigward tat-trattament tat-taxxa, li jsegwi l-prinċipju tar-rabta tal-karta tal-bilanċ kummerċjali u ma' dik tat-taxxa (269), id-dħul kontabbilizzat minn min isellef fil-prinċipju se jkun taxxabbli, filwaqt li l-ispiża kontabbilizzata minn min jissellef fil-prinċipju se tkun deduċibbli għal finijiet ta' taxxa. Għalhekk, il-ħlas tar-remunerazzjoni li tiġi minn strument nonparteċipattiv ma jwassalx għal tnaqqis tal-bażi kombinata tat-taxxa tal-grupp fil-Lussemburgu meta mqabbel mal-bażi kombinata tat-taxxa qabel il-ħlas (270).

(252)

Fil-każ ta' parteċipazzjonijiet, bħall-ishma, il-ħlas tar-remunerazzjoni jieħu l-forma ta' distribuzzjoni tal-profitti. Minn perspettiva ta' kontabbiltà, l-ammonti distribwiti jiġu kontabbilizzati mill-benefiċjarju (l-entità li jkollha l-parteċipazzjoni) bħala dħul. Madankollu, is-somom distribwiti skont id-definizzjoni kienu parti mill-profitt tal-entità ta' distribuzzjoni, jiġifieri ma ġewx kontabbilizzati bħala spiża (271).

(253)

Rigward it-trattament tat-taxxa, kif spjegat fil-premessi 201 u 202, skont l-Artikolu 164(1) u (2) LIR, l-entità tad-distribuzzjoni ma tistax tnaqqas mill-bażi tat-taxxa tagħha l-profitt imqassam. Barra minn hekk, skont il-prinċipju tar-rabta tal-karta tal-bilanċ kummerċjali u ma' dik tat-taxxa, anki l-benefiċjarju se jinkludi l-profitt imqassam fil-bażi tat-taxxa tiegħu. Dan ifisser li d-distribuzzjoni tal-profitti se twassal għal tassazzjoni ekonomika doppja sakemm ma tikkwalifikax għall-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet skont l-Artikolu 166 LIR (272). Għalhekk, id-distribuzzjoni tal-profitti li jiġu minn parteċipazzjoni ma twassalx għal tnaqqis tal-bażi kombinata tat-taxxa tal-grupp fil-Lussemburgu meta mqabbel mas-sitwazzjoni qabel id-distribuzzjoni.

(254)

Bħala konklużjoni, skont is-sistema tat-taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji tal-Lussemburgu, il-ħlas ta' rimunerazzjoni fil-qafas ta' tranżazzjoni ta' finanzjament intragrupp bejn entitajiet reżidenti għal finijiet tat-taxxa fil-Lussemburgu, kemm jekk permezz ta' parteċipazzjoni jew permezz ta' strument nonparteċipattiv, ma jistax jirriżulta fi tnaqqis tal-bażi kombinata tat-taxxa tal-grupp fil-Lussemburgu.

(255)

Il-Lussemburgu jargumenta li fid-definizzjoni tas-sistema ta' referenza, il-Kummissjoni bilfors trid tagħmel referenza għat-test tal-liġi. F'dan ir-rigward, huwa sostna li l-prinċipju skont liema l-ħlas tar-remunerazzjoni (jew id-distribuzzjoni tal-profitti) relatat ma' tranżazzjoni ta' finanzjament intragrupp bejn entitajiet reżidenti fil-Lussemburgu ma jistax iwassal għal tnaqqis tal-bażi kombinata tat-taxxa tal-grupp fil-Lussemburgu mhuwiex stipulat fil-liġi.

(256)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tfakkar li, għall-kuntrarju ta' dak li qed jgħid il-Lussemburgu, l-objettiv tas-sistema tat-taxxa tal-Lussemburgu, jiġifieri t-tassazzjoni tal-profitti tal-kumpaniji kollha soġġetti għat-taxxa fil-Lussemburgu, jinsab fil-liġi kif spjegat fil-premessi 171 sa 176. Il-prinċipju li l-ħlas ta' rimunerazzjoni relatata ma' tranżazzjoni ta' finanzjament intragrupp bejn entitajiet soġġetti għat-taxxa fil-Lussemburgu ma jistax jirriżulta fi tnaqqis tal-bażi kombinata tat-taxxa tal-grupp jista' jiġi derivat direttament minn dan l-objettiv. Tabilħaqq, jekk il-pagament ta' remunerazzjoni jista' jagħti lok għal tnaqqis tal-bażi kombinata tat-taxxa tal-grupp fil-Lussemburgu meta mqabbel mal-bażi tat-taxxa ta' qabel il-pagament, allura parti mill-profitt ta' minn sellef u/jew ta' minn issellef taħrab it-taxxa, peress li ma tiġi inkluża fl-ebda bażi tat-taxxa. Dan ir-riżultat ikun f'kontradizzjoni fil-beraħ mal-objettiv tas-sistema. Barra minn hekk, possibbiltà bħal din trendi s-sistema tat-taxxa tal-Lussemburgu diskriminatorja, peress li tippermetti lil kumpaniji ta' grupp jeskludu parti mill-profitt tagħhom mill-bażi tat-taxxa tagħhom, possibbiltà li ma tingħatax lill-kumpaniji indipendenti.

(257)

It-tieni, jekk l-LIR ma tirreferix b'mod espliċitu għat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament jew għar-rimunerazzjoni ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament, din tistabbilixxi b'mod ċar u mhux ambigwu kif il-pagament tar-rimunerazzjoni għandu jiġi ntaxxat għal kull kategorija ta' strumenti ta' finanzjament. Il-Kummissjoni wriet fil-premessi 249 sa 254, abbażi tal-liġi tat-taxxa tal-Lussemburgu, li l-pagament ta' rimunerazzjoni relatata ma' tranżazzjoni ta' finanzjament intragrupp bejn entitajiet soġġetti għat-taxxa fil-Lussemburgu ma jistax iwassal għal tnaqqis tal-bażi kombinata tat-taxxa.

6.3.2.   KOMPARABBILTÀ MA' GRUPPI KORPORATTIVI IMPENJATI FI TRANŻAZZJONIJIET TA' FINANZJAMENT INTRAGRUPP BEJN ENTITAJIET FI GRUPP RESIDENTI FIL-LUSSEMBURGU

(258)

Il-Kummissjoni tqis li l-gruppi korporattivi kollha involuti fi tranżazzjonijiet ta' finanzjament intragrupp bejn entitajiet ta' grupp residenti fil-Lussemburgu huma f'sitwazzjoni legali u fattwali kumparabbli ma' Engie, u dan irrispettivament min-natura tal-istrument ta' finanzjament użat.

(259)

Ġie spjegat fit-Taqsima 6.3.1 li l-objettiv tas-sistema tat-taxxa huwa t-tassazzjoni tal-profitt tal-kumpaniji kollha soġġetti għat-taxxa fil-Lussemburgu. Kontra dan il-prinċipju, il-gruppi korporattivi kollha involuti fi tranżazzjonijiet ta' finanzjament intragrupp bejn entitajiet ta' grupp residenti fil-Lussemburgu huma neċessarjament komparabbli, peress li l-istrument ta' finanzjament magħżul u l-ammont tar-rimunerazzjoni għall-finanzjament ma għandhomx x'jaqsmu ma' dan il-prinċipju (273).

(260)

It-tip ta' strument magħżul għall-finanzjament jista' jkollu impatt fuq it-tip ta' rimunerazzjoni, id-dati u l-modalitajiet tal-pagament ta' tali remunerazzjoni, kif ukoll fuq id-drittijiet assenjati lil “minn isellef” jew lid-“detentur” tal-istrument. Pereżempju, fil-każ ta' ishma ordinarji, li huma strumenti ta' parteċipazzjoni, ir-remunerazzjoni tieħu l-forma ta' distribuzzjoni ta' profitt, li l-ammont u t-termini tiegħu huma tipikament deċiżi mill-korpi korporattivi tal-entità li toħroġ l-ishma. Barra minn hekk, ma hemmx obbligu li l-ammont tal-finanzjament jiġi rimborżat. L-ishma ordinarji jistgħu wkoll jagħtu d-dritt tal-vot fil-laqgħa tal-azzjonisti u li jiġu rrappreżentati fil-bord tad-diretturi, fil-bord superviżorju jew f'korpi korporattivi oħra. B'kuntrast, fil-każ ta' strumenti nonparteċipattivi, bħal self, it-termini u l-ammont tar-remunerazzjoni (imgħax) jiġu stabbiliti miż-żewġ partijiet fil-ftehim u min isellef fil-prinċipju ma jkollux dritt jipparteċipa jew jikkontrolla b'xi mod il-ġestjoni ta' min issellef. Barra minn hekk, hemm obbligu kuntrattwali biex jiġi rimborżat il-valur nominali tas-self.

(261)

Il-Kummissjoni tqis li l-ebda waħda minn dawn id-differenzi ma taffettwa b'xi mod il-prinċipju bażiku li, skont is-sistema tat-taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji tal-Lussemburgu, il-profitt kollu realizzat mill-kumpaniji jrid ikun soġġett għat-tassazzjoni u li għalhekk il-pagament tar-remunerazzjoni għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament intragrupp bejn kumpaniji residenti fil-Lussemburgu ma jistax iwassal għal tnaqqis tal-bażi kombinata tat-taxxa tal-grupp fil-Lussemburgu. Skont dan il-prinċipju, l-għażla ta' strument ta' finanzjament minflok ieħor ma tagħmilx kumpanija anqas komparabbli.

(262)

Fil-fatt, fil-każ tal-istrumenti ta' parteċipazzjoni, bħal ishma, diġà ġie spjegat fit-Taqsima 6.3.1 li skont l-Artikolu 164(1) u (2) LIR, il-profitti mqassma jkollhom jiġu inklużi, u għalhekk soġġetti għat-taxxa, għall-inqas fil-bażi tat-taxxa tal-entità bil-parteċipazzjoni fiha. Fil-każ ta' strumenti nonparteċipattivi, pereżempju self, l-imgħax imħallas minn min issellef huwa deduċibbli mill-bażi tat-taxxa tiegħu iżda jiġi inkluż bħala dħul taxxabbli fil-bażi tat-taxxa tas-sellief. Għalhekk, minkejja d-differenzi fit-termini u l-modalitajiet tar-remunerazzjoni u tar-rimborż tal-finanzjament, kif ukoll fid-drittijiet u fl-obbligi tal-partijiet, fiż-żewġ każijiet il-pagament tar-remunerazzjoni ma jwassalx għal tnaqqis fil-bażi kombinata tat-taxxa tal-kumpaniji involuti fit-tranżazzjoni.

(263)

Il-Kummissjoni tqis li l-argumenti magħmula mil-Lussemburgu li l-istruttura implimentata minn Engie tipprovdi aktar flessibbiltà minn tranżazzjoni diretta bejn il-Holdings u Sussidjarji u li tippermetti lil Engie tiffinanzja n-negozji akkwistati u fl-istess ħin tillimita l-profil tar-riskju tas-Sussidjarji (274) mhumiex effettivi, peress li l-ebda waħda minn dawn ir-raġunijiet ma għandha xi effett fir-rigward tal-prinċipju li, skont is-sistema tat-taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji tal-Lussemburgu, il-pagament tar-rimunerazzjoni għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament intragrupp bejn kumpaniji residenti fil-Lussemburgu ma jistax iwassal għal tnaqqis tal-bażi kombinata tat-taxxa tal-grupp fil-Lussemburgu.

(264)

Għalhekk, jista' jiġi konkluż li l-gruppi korporattivi kollha involuti fi tranżazzjonijiet ta' finanzjament intragrupp bejn kumpaniji residenti fil-Lussemburgu huma f'sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli ma' Engie. L-intervent tas-Selliefa fl-istruttura li waqqfet Engie ma jaffettwax din il-konklużjoni peress li s-Selliefa huma residenti fil-Lussemburgu wkoll u l-għan ta' dawk l-istrutturi jibqa' li jiġi ffinanzjat it-trasferiment tal-assi, kif jammettu l-Lussemburgu u Engie.

6.3.3.   DEROGA MILL-QAFAS TA' REFERENZA LI TWASSAL GĦAL DISKRIMINAZZJONI

(265)

Il-Kummissjoni tqis li t-trattament tat-taxxa mogħti abbażi tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jidderoga mit-trattament tat-taxxa tat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament intragrupp bejn entitajiet fi grupp residenti fil-Lussemburgu skont is-sistema tat-taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji tal-Lussemburgu.

(266)

Minn naħa waħda, l-Akkumulazzjonijiet ZORA, meta pożittivi, jiġu rreġistrati kull sena bħala spiża deduċċibbli mis-Sussidjarji. Min-naħa l-oħra, mal-konverżjoni tal-LNG ZORA, l-Ishma ta' LNG Supply — li jinkludu l-Akkumulazzjonijiet ZORA — jiġu immedjatament trasferiti għand LNG Holding skont il-Kuntratt Forward LNG. Għalhekk, l-LNG Holding tirċievi r-rimunerazzjoni għall-finanzjament ipprovdut lil LNG Supply (li LNG Supply tkun naqqset mill-bażi tat-taxxa tagħha). Madankollu, LNG Holding tikkontabbilizza l-Ishma ta' LNG Supply fil-kontijiet tagħha skont il-valur nominali ta' ZORA, jiġifieri ma tinkludix l-Akkumulazzjonijiet ZORA.

(267)

Għaldaqstant, id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jippermettu sitwazzjoni fejn ir-remunerazzjoni mħallsa minn LNG Supply għall-finanzjament li tkun irċeviet, jiġifieri l-ħruġ ta' ishma għal ammont ugwali għall-Akkumulazzjonijiet ZORA, twassal għal tnaqqis fil-bażi tat-taxxa ta' LNG Supply (il-valur tal-Akkumulazzjonijiet Zora) li ma kienx ġie kkumpensat (u mhux se tiġi kkumpensat fil-futur) permezz ta' żieda fil-bażi tat-taxxa ta' LNG Holding (jew ta' żieda effettiva fil-bażi tat-taxxa ta' LNG Lussemburgu).

(268)

Ir-raġunament ta' hawn fuq irid jiġi traspost mutatis mutandis għal GSTM, EIL u CEF (275),

(269)

Fil-qosor, id-deċiżjonijiet tat-taxxa japprovaw trattament tat-taxxa tar-remunerazzjoni mħallsa minn LNG Supply u minn GSTM għall-finanzjament ipprovdut, rispettivament, minn LNG Holding u minn CEF, li jippermetti tnaqqis fil-bażi kombinata tat-taxxa tal-grupp Engie fil-Lussemburgu.

(270)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li t-trattament tat-taxxa mogħti lil Engie abbażi tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jidderoga mis-sistema ta' referenza u b'hekk jikkostitwixxi vantaġġ ekonomiku għall-grupp Engie.

(271)

Skont il-Qorti, il-valutazzjoni tas-selettività tinvolvi “tiftix ta' jekk l-esklużjoni ta' ċerti operaturi mill-benefiċċju ta' vantaġġ fiskali li jirriżulta minn miżura li tidderoga minn sistema komuni fiskali tikkostitwixxix trattament diskriminatorju fir-rigward tagħhom” (276).

(272)

Kif stabbilit fit-Taqsima 6.3.2, il-gruppi kollha involuti fi tranżazzjonijiet ta' finanzjament intragrupp bejn kumpaniji residenti fil-Lussemburgu huma f'sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli ma' Engie fid-dawl tal-objettivi tas-sistema. Madankollu, gruppi bħal dawn mhux se jkollhom aċċess għall-vantaġġ mogħti lil Engie peress li, kif ġie stabbilit fit-Taqsima 6.3.1, skont is-sistema tat-taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji tal-Lussemburgu, il-ħlas ta' rimunerazzjoni fil-qafas ta' tranżazzjoni ta' finanzjament bejn żewġ entitajiet ta' grupp residenti fil-Lussemburgu ma jistax jirriżulta fi tnaqqis tal-bażi kombinata tat-taxxa tal-grupp fil-Lussemburgu, u dan ikun xi jkun it-tip ta' strument ta' finanzjament jew kuntratt użat jew il-livell tar-remunerazzjoni. Għalhekk, il-miżuri inkwistjoni jikkostitwixxu diskriminazzjoni fir-rigward ta' dawn l-operaturi.

(273)

Konsegwentement, il-vantaġġ mogħti lil Engie fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati huwa prima facie selettiv.

(274)

Il-Lussemburgu (277) u Engie (278) jaffermaw li l-gruppi korporattivi li jużaw bħala strument ta' finanzjament ZORA dirett bejn żewġ entitajiet residenti fil-Lussemburgu, jiġifieri mingħajr entità intermedjarja u kuntratt forward prepagat, ikollhom aċċess għall-istess vantaġġ ta' Engie, jiġifieri tnaqqis fil-bażi kombinata tat-taxxa tal-grupp fil-Lussemburgu, u li konsegwentement, ma hemm l-ebda deroga mill-qafas ta' referenza.

(275)

Il-Kummissjoni tixtieq tfakkar mill-bidu nett li, sabiex tkun stabbilita s-selettività, mhuwiex meħtieġ li jintwera li kull impriża f'sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli hija eskluża mill-vantaġġ mogħti lill-benefiċjarju tal-miżura. Huwa biżżejjed li jintwera, kif il-Kummissjoni diġà għamlet fil-premessa (271), li “ċerti operaturi” li jkunu f'sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli fid-dawl tal-objettiv tas-sistema, ikunu esklużi mill-benefiċċju tal-vantaġġ tat-taxxa mogħti lill-benefiċjarju (279). Għalhekk, anki jekk kategorija speċifika ta' impriżi — gruppi korporattivi li jużaw ZORA diretta — tista' tibbenefika wkoll mill-istess trattament tat-taxxa ta' Engie, din iċ-ċirkustanza fiha nfisha ma tkunx biżżejjed biex jiġi konkluż li l-vantaġġ mogħti lil Engie mhux prima facie selettiv.

(276)

Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tqis li, kuntrarju għal dak li jsostnu l-Lussemburgu u Engie, grupp li juża ZORA dirett bejn żewġ entitajiet residenti fil-Lussemburgu ma jibbenefikax mill-istess trattament tat-taxxa bħal ta' Engie.

(277)

Dan huwa fil-fatt ikkonfermat mid-dikjarazzjonijiet tat-taxxa pprovduti mil-Lussemburgu, li juri li t-trattament tat-taxxa ta' ZORA isegwi t-trattament tat-taxxa ta' kwalunkwe strument nonparteċipattiv (280): is-Sussidjarji jirreġistraw kull sena bħala spiża deduċibbli mit-taxxa l-provvedimenti għall-pagamenti futuri tal-Akkumulazzjonijiet ZORA (281) u, mal-konverżjoni, LNG Lussemburgu tirreġistra l-Akkumulazzjonijiet ZORA bħala dħul taxxabbli (282).

(278)

Fi kliem ieħor, bħal fil-każ ta' kwalunkwe strument nonparteċipattiv ieħor, il-pagament tar-remunerazzjoni relatata maż-ZORAs (jiġifieri l-konverżjoni tal-Akkumulazzjonijiet ZORA) ma jwassalx għal tnaqqis tal-bażi kombinata tat-taxxa tal-grupp fil-Lussemburgu meta mqabbel mal-bażi tat-taxxa eżistenti qabel dak il-pagament (283).

(279)

Il-Lussemburgu jargumenta (284) li f'każ ta' konverżjoni ta' ZORA dirett, il-profitt li jirriżulta mill-pagament tar-remunerazzjoni, jiġifieri mill-konverżjoni ta' Akkumulazzjonijiet ZORA, ma jkunx intaxxat fil-livell tas-Sellief jekk dan jagħżel li japplika r-reġim speċjali skont l-Artikolu 22bis LIR. Skont din id-dispożizzjoni, il-konverżjoni ta' self f'parteċipazzjonijiet fil-kapital tal-kumpanija ma tagħtix lok għal xi qligħ kapitali, u għalhekk ma għandha tkun dovuta l-ebda taxxa fuq id-dħul korporattiv mal-konverżjoni, l-istess kif jiġri fl-istrutturi mwaqqfa minn Engie.

(280)

Il-Kummissjoni ma taċċettax dan l-argument. L-Artikolu 22bis LIR ma jwassalx għan-nontassazzjoni tal-Akkumulazzjonijiet ZORA konvertiti f'ishma. L-ewwel nett, minħabba li l-Artikolu 22bis LIR ma jkunx applikabbli għall-Akkumulazzjoijiet ZORA; u t-tieni nett, għaliex anki kieku kien japplika, l-effett tiegħu ma jkunx eżenzjoni permanenti mit-tassazzjoni tal-Akkumulazzjonijiet ZORA fil-livell tal-benefiċjarju.

(281)

Fil-fatt l-Artikolu 22bis LIR ma jkunx applikabbli għall-Akkumulazzjoijiet ZORA. Din id-dispożizzjoni tiddistingwi b'mod ċar il-qligħ kapitali li jirriżulta mill-konverżjoni tal-istrument ta' finanzjament f'ishma mir-remunerazzjoni ta' dan l-istrument qabel il-konverżjoni tiegħu u espressament tistipula li dawn l-ishma ma jistgħux jibbenefikaw mill-eżenzjoni skont l-Artikolu 22bis LIR: “en cas de conversion d'un emprunt capitalisant convertible, l'intérêt capitalisé se rapportant à la période d'exploitation en cours précédant la conversion est imposable au moment de l'échange ” (285). It-termini “emprunt capitalisant convertible” u “intérêt capitalisé” mhumiex definiti fil-liġi. Madankollu, skont il-Lussemburgu, iż-ZORAs huma self konvertibbli. Barra minn hekk, l-Akkumulazzjonijiet ZORA ma jitħallsux kull sena iżda jiġu miżjuda għall-prezz tal-ħruġ taż-ZORA biss mal-konverżjoni sabiex jiġi stabbilit l-ammont li għandu jiġi kkonvertit f'ishma. Ma hemmx differenza bejn “intérêt capitalisé” li jkun ikkonvertit f'ishma fil-mument tal-konverżjoni ta' self u l-Akkumulazzjonijiet ZORA. Konsegwentement, mal-konverżjoni, il-parti tal-ishma li jkunu għadhom kif inħarġu, li tikkorrispondi għall-Akkumulazzjonijiet ZORA hija taxxabbli u għandha tiġi inkluża fil-bażi tat-taxxa tal-benefiċjarju.

(282)

Għalhekk, f'dan il-każ l-eżenzjoni skont l-Artikolu 22bis LIR tista' fit-teorija tapplika biss għall-ishma li jikkorrispondu għall-valur nominali taż-ZORA iżda mhux għall-ishma li jikkorrispondu għall-Akkumulazzjonijiet taż-Zora, li għandhom jiġu inklużi direttament fil-bażi tat-taxxa tal-benefiċjarju.

(283)

Barra minn hekk, anki jekk l-Artikolu 22bis LIR kien applikabbli għall-Akkumulazzjonijiet Zora, dan ma jwassalx għal eżenzjoni permanenti ta' dan il-profitt. Fil-fatt, huwa ċar mill-kliem tal-Artikolu 22bis (4) LIR li din id-dispożizzjoni sempliċiment tippermetti differiment temporanju tat-tassazzjoni (286). Il-fatt li mhuwiex maħsub biex jiffaċilita n-nontassazzjoni, kif jissuġġerixxu l-Lussemburgu u Engie, huwa kkonfermat b'mod ċar mill-amministrazzjoni tat-taxxa tal-Lussemburgu fiċ-Ċirkulari tas-27 ta' Novembru 2002 li tikkonċerna l-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni (“Ċirkulari 22bis”) (287). Din iċ-Ċirkulari tispjega li l-qligħ kapitali li jirriżulta mill-konverżjoni jiġi ttrasferit biss għall-assi riċevuti bi skambju (f'dan il-każ, l-ishma) iżda jibqa' fil-prinċipju taxxabbli meta jiġu realizzati (288).

(284)

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni wriet li l-vantaġġ mogħti lil Engie fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati ma jkunx disponibbli għal impriżi oħra f'sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli ma' ta' Engie fid-dawl tal-objettiv tas-sistema. Għalhekk, dan il-vantaġġ irid jitqies prima facie bħala selettiv. Din il-konklużjoni mhijiex imdgħajfa mill-fatt li l-istruttura implimentata minn Engie hija fil-prinċipju miftuħa għal kwalunkwe grupp fil-Lussemburgu. Hija ġurisprudenza stabbilita li l-fattur determinanti għall-valutazzjoni tas-selettività huwa li l-miżura tidderoga mill-qafas ta' referenza ġenerali u b'hekk tagħti lok għal diskriminazzjoni, li hija dak li l-Kummissjoni stabbilixxiet f'din it-Taqsima (289).

6.3.4.   NUQQAS TA' ĠUSTIFIKAZZJONI

(285)

La l-Lussemburgu u lanqas l-Engie ma ressqu ġustifikazzjoni possibbli għat-trattament favorevoli approvat mid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati favur Engie. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar li l-oneru ta' din il-ġustifikazzjoni jaqa' fuq l-Istat Membru.

(286)

Għalhekk, fin-nuqqas ta' kwalunkwe ġustifikazzjoni mressqa mil-Lussemburgu, il-Kummissjoni jkollha tikkonkludi li l-vantaġġ tat-taxxa mogħti lil Engie ma jistax jiġi ġġustifikat min-natura jew mill-iskema ġenerali ta' dik is-sistema.

(287)

Fir-rigward ta' kwalunkwe ġustifikazzjoni li l-Lussemburgu jista', b'mod ipotetiku — li ma għamilx — iqajjem fir-rigward tal-evitar ta' tassazzjoni ekonomika doppja, il-Kummissjoni tirreferi għall-valutazzjoni tagħha fit-Taqsima 6.2.3.

6.3.5.   KONKLUŻJONI DWAR IL-VANTAĠĠ SELETTIV FIL-LIVELL TAL-GRUPP

(288)

Fid-dawl ta' dak li ntqal, u mingħajr preġudizzju għall-konklużjonijiet tal-premessa 6.2.4, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-vantaġġ tat-taxxa mogħti lil Engie fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati huwa ta' natura selettiva.

6.4.   VANTAĠĠ SELETTIV LI JIRRIŻULTA MIN-NUQQAS TA' APPLIKAZZJONI TAR-REGOLI TAT-TAXXA TAL-LUSSEMBURGU DWAR L-ABBUŻ TAD-DRITT (L-ARTIKOLU 6 STANPG)

(289)

Bħala linja ta' raġunament alternattiva, il-Kummissjoni tqis ukoll li d-dubji tagħha espressi fil-premessa 158 tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ, jiġifieri, jekk in-nuqqas ta' tassazzjoni tal-grupp Lussemburgiż idderogax mir-regoli domestiċi tiegħu stess dwar l-abbuż tad-dritt fil-qasam tat-tassazzjoni ma naqsux.

(290)

Kif stabbilit fit-Taqsima 6.2.1.1, il-qafas ta' referenza huwa s-sistema tat-taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji tal-Lussemburgu, li għandha l-għan li tintaxxa l-profitt tal-kumpaniji kollha soġġetti għat-taxxa fil-Lussemburgu. Il-bażi għall-kalkolu tal-profitt taxxabbli huwa l-profitt iddeterminat fil-kontijiet tagħhom. Dan l-objettiv japplika għall-kontribwenti kumpaniji kollha reżidenti fil-Lussemburgu.

(291)

Ir-regoli kontra l-abbuż tat-taxxa huma s-sett ta' regoli mfassla biex jevitaw li l-kontribwenti jevitaw l-objettiv ewlieni tas-sistema ta' referenza, jiġifieri t-tassazzjoni tal-profitt korporattiv. Għalhekk, dawn ir-regoli jridu jinftiehmu bħala parti inerenti mis-sistema ta' referenza, peress li dawn jiżguraw il-konsistenza interna tas-sistema u jimmiraw li jinkisbu l-objettivi fundamentali tagħha.

6.4.1.   KUNDIZZJONIJIET GĦALL-APPLIKAZZJONI TA' REGOLI KONTRA L-ABBUŻ TAT-TAXXA

(292)

L-Artikolu 6 StAnpG jipprojbixxi li t-taxxi jiġu evażi jew mitigati permezz ta' abbuż minn forom jew minn kostruzzjonijiet li huma legali taħt il-liġi ċivili. Skont din id-dispożizzjoni, jekk il-forma legali jew il-kostruzzjoni li ddawwar tranżazzjoni ma tkunx xierqa f'termini tas-sustanza tagħha, it-taxxa għandha tiġi vvalutata skont is-sustanza tat-tranżazzjoni, daqslikieku ġiet konkluża fil-forma legali xierqa (290). Skont il-Lussemburgu, din id-dispożizzjoni tippermetti lill-amministrazzjoni tat-taxxa tinjora kostruzzjonijiet legali jew tranżazzjonijiet konklużi esklussivament għal raġunijiet ta' taxxa u mhux motivati minn xi kunsiderazzjoni ekonomika, madankollu mingħajr ma tillimita l-għażliet disponibbli għall-kontribwent (291).

(293)

Skont iċ-Ċirkolari Amministrattiva tal-21 ta' Awwissu 1989 (iċ-“Ċirkolari tal-1989”) (292), l-Artikolu 6 StAnpG huwa applikabbli għall-proċeduri kollha tat-taxxa, inklużi d-deċiżjonijiet tat-taxxa maħruġa mill-amministrazzjoni tat-taxxa tal-Lussemburgu. Meta toħroġ deċiżjoni, l-amministrazzjoni tat-taxxa tal-Lussemburgu trid tiżgura li l-istruttura u/jew it-tranżazzjonijiet kif ippreżentati mill-kontribwent fit-talba għad-deċiżjoni ma tikkostitwixxix abbuż tal-liġi kif deskritt fl-Artikolu 6 StAnpG. Dan ifisser li l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Lussemburgu ma għandhomx jagħtu deċiżjonijiet vinkolanti bħal deċiżjonijiet tat-taxxa f'każ li r-raġuni prinċipali tal-kontribwent li jitlob tali deċiżjoni tkun li jikseb benefiċċju tat-taxxa (293). Iċ-Ċirkolari tal-1989 tikkonferma wkoll li huwa rekwiżit obbligatorju għall-amministrazzjoni tat-taxxa tal-Lussemburgu li teskludi l-eżistenza ta' abbuż potenzjali tal-liġi qabel ma tagħti deċiżjoni tat-taxxa (294).

(294)

Skont il-Lussemburgu, fuq il-bażi tal-ġurisprudenza rilevanti, sabiex miżura tikkostitwixxi abbuż tal-liġi, jeħtieġ li jiġu ssodisfati erba' kriterji: l-ewwel, l-użu ta' forom ta' liġi privata jew ta' istituzzjonijiet mill-kontribwent; it-tieni, eżitu ta' evitar tat-taxxa jew ta' tnaqqis fl-obbligazzjoni tat-taxxa ta' kwalunkwe tip għall-kontribwent; it-tielet, l-użu ta' mezzi legali inadegwati mill-kontribwent; u r-raba', in-nuqqas ta' raġunijiet mhux relatati mat-taxxa biex jiġġustifikaw il-mezzi legali magħżula mill-kontribwent. (295)

(295)

L-ewwel kriterju jeżiġi li l-istruttura ta' tranżazzjoni partikolari, kif imfassla mill-kontribwent, tuża forom ta' liġi privata jew istituzzjonijiet (“Formen und Gestaltungsmöglichkeiten des bürgerlichen Rechts”). Peress li ma hemmx definizzjoni eżatta tas-sustanza tal-forom tal-liġi privata u istituzzjonijiet, la fl-Artikolu 6 StAnpG u lanqas fil-ġurisprudenza, huwa madankollu mifhum li dawn għandhom jiġu definiti bħala kwalunkwe mezz legali li ma jkunx relatat mal-liġi pubblika. Bħala tali, l-inkorporazzjoni ta' kumpanija u l-implimentazzjoni ta' kuntratti ta' finanzjament intragrupp għandhom jitqiesu bħala l-użu mill-kontribwent ta' forma ta' liġi privata jew istituzzjoni (296).

(296)

It-tieni kriterju jeżiġi li permezz tal-istruttura abbużiva, il-kontribwent ikun jista' jnaqqas l-obbilgazzjoni tiegħu tat-taxxa (“Minderung der Steuerpflicht”) billi jevita t-taxxa, permezz ta' eżenzjoni mit-taxxa jew billi jnaqqas il-bażi tat-taxxa (297).

(297)

It-tielet kriterju jeżiġi li l-kontribwent juża mezz legali mhux xierqa (“unangemessene rechtliche Gestalung”) fil-qafas tal-istruttura potenzjalment abbużiva. Skont il-Lussemburgu (298), dan ifisser li l-mezzi magħżula jridu jippermettu lill-kontribwent jikseb effett tat-taxxa li ma jistax ikun konformi mal-intenzjoni tal-leġiżlatur (299). Skont il-Lussemburgu, biex tintlaħaq din il-kundizzjoni, huwa meħtieġ li r-riżultat ekonomiku segwit ikun jista' jinkiseb b'tal-inqas żewġ mezzi, li waħda minnhom ma tkunx xierqa. L-użu ta' mezzi mhux xierqa jrid jippermetti ffrankar tat-taxxa li ma kienx ikun possibbli bl-użu ta' mezz xieraq ieħor.

(298)

Ir-raba' kriterju huwa n-nuqqas ta' raġunijiet mhux relatati mit-taxxa biex jiġġustifika l-mezzi legali magħżula mill-kontribwent sabiex jinkisbu l-objettivi ekonomiċi tat-tranżazzjoni jew tal-istruttura. Skont il-Lussemburgu (300) l-ġurisprudenza tgħid li raġunijiet mhux tat-taxxa, bħal raġunijiet ekonomiċi, iridu jkunu reali u jipprovdu biżżejjed benefiċċju ekonomiku għall-kontribwent (301). L-eżistenza ta' dawn ir-raġunijiet ekonomiċi hija biżżejjed biex ma tiġix applikata d-dispożizzjoni ta' kontra l-abbuż.

6.4.2.   APPLIKAZZJONI TAL-KUNDIZZJONIJIET GĦALL-KAŻ PREŻENTI

(299)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mil-Lussemburgu, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-amministrazzjoni tat-taxxa tal-Lussemburgu ma kellhiex toħroġ id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati, minħabba li l-istrutturi stabbiliti minn Engie huma abbużivi fl-ambitu tal-Artikolu 6 StAnpG.

(300)

Fil-fatt, it-tranżazzjonijiet ippreżentati minn Engie fit-talbiet għal deċiżjoni tat-taxxa jissodisfaw il-kundizzjonijiet deskritti fit-Taqsima 6.4.1 għall-applikazzjoni tal-Artikolu 6 StAnpG.

6.4.2.1.    Użu ta' forom ta' liġi privata jew istituzzjonijiet

(301)

Mhuwiex qed jiġi kkontestat li Engie użat forom tal-liġi privata jew istituzzjonijiet sabiex timplimenta l-istrutturi deskritti fid-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata: il-kuntratti Forward u selfiet konvertibbli bħaż-ZORAs. Għalhekk, l-ewwel kriterju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 6 StAnpG huwa ssodisfat.

6.4.2.2.    Tnaqqis tal-obbligazzjoni tat-taxxa

(302)

Huwa evidenti, kif stabbilit fit-Taqsimiet 6.2.1, 6.2.2 u 6.3.3, li d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jippermettu lil Engie tnaqqas b'mod sinifikanti l-obbligazzjoni tat-taxxa tagħha fil-livell ta' grupp fil-Lussemburgu, peress li l-profitt realizzat mill-attivitajiet ittrasferiti lis-Sussidjarji (LNG Business u Financing and Treasury Business) jibqgħu virtwalment mhux intaxxat. Għalhekk, it-tieni kriterju għar-rikonoxximent ta' abbuż tad-dritt huwa ssodisfat ukoll.

6.4.2.3.    L-użu ta' mezzi legali mhux xierqa

(303)

It-tielet kriterju jirrikjedi, bħala l-ewwel pass, li jiġi stabbilit l-objettiv ekonomiku tat-tranżazzjoni inkwistjoni. B'hekk biss ikun possibbli li jiġi ddeterminat jekk dan l-objettiv jistax jinkiseb b'mezzi differenti minn dawk magħżula mill-kontribwent. Fit-tieni stadju, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit jekk il-mezz magħżul mill-kontribwent mhuwiex mhux xieraq, fis-sens li jippermetti għal tnaqqis fit-taxxa li ma jistax ikun konformi mal-intenzjoni tal-leġiżlatur u li ma kienx ikun possibbli bl-użu ta' xi mezz xieraq ieħor.

(304)

F'dan il-każ jidher, l-ewwel nett, li r-riżultat ekonomiku ta' Engie permezz tal-istrutturi deskritti fid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati huwa l-finanzjament tal-akkwist ta' LNG Business u ta' Financing and Treasury Business mis-Sussidjarji. Lanqas ma huwa kkontestat li l-istess riżultat ekonomiku jista' jinkiseb permezz ta' diversi mezzi oħra ta' finanzjament: ekwità diretta jew strumenti ta' dejn bejn is-Sussidjarji u l-Holdings (302).

(305)

It-tieni nett, kif il-Kummissjoni stabbilixxiet fit-Taqsimiet 6.2 u 6.3, l-effett tal-istrutturi li ħolqot Engie huwa prattikament n-nontassazzjoni tal-profitt realizzat mis-Sussidjarji fil-Lussemburgu. Ir-riżultat mhuwiex kompatibbli mal-objettiv fundamentali tas-sistema tat-taxxa tal-kumpaniji tal-Lussemburgu, li huwa t-tassazzjoni tal-profitt tal-kumpaniji soġġetti għat-taxxa fil-Lussemburgu. Għaldaqstant, dan l-effett ma jistax ikun konformi mal-intenzjoni tal-leġiżlatur. Barra minn hekk, effett bħal dan ma kienx ikun possibbli kieku t-trasferiment tal-attivitajiet lis-Sussidjarji ġie ffinanzjat permezz ta' ekwità diretta jew strumenti ta' dejn. Għalhekk, l-istrutturi li użat Engie ma jikkostitwixxux mezzi legali xierqa biex jiffinanzjaw it-trasferiment tal-attivitajiet lis-Sussidjarji.

6.4.2.4.    Nuqqas ta' raġunijiet mhux relatati mat-taxxa

(306)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ma setgħet tidentifika l-ebda raġuni ekonomika li hija reali u li tipprovdi biżżejjed benefiċċju ekonomiku għall-istrutturi kumplessi li ħolqot Engie apparti milli tiffranka b'mod sinifikanti mit-taxxa.

(307)

Il-Lussemburgu jsostni (303) li l-istrutturi implimentati permezz tal-Kuntratti Forward u taż-ZORAs ikunu meħtieġa biex jiffinanzjaw l-akkwist tan-negozji mis-Sussidjarji. Dan l-argument huwa żbaljat. Fil-fatt, kif juru d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati, il-finanzjament huwa pprovdut mill-Holdings lis-Selliefa, li fl-istess jum jagħmluh disponibbli għas-Sussidjarji. Fi kliem ieħor, huma l-Holdings li qed jipprovdu l-finanzjament lis-Sssidjarji biex jakkwistaw l-assi.

(308)

Il-Kummissjoni tinnota li l-Ftehim dwar it-Trasferiment ta' LNG u l-Proposta ta' Trasferiment ta' GSTM diġà kienu jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-finanzjament tat-trasferiment tan-negozji. Il-Ftehim ta' Trasferiment LNG jispeċifika li bi skambju għall-assi riċevuti, LNG Supply għandha toħroġ lil LNG Trading ċedoli għal ammont ekwivalenti għall-ammont nominali taż-ZORA (304). Fl-istess linja, il-Proposta ta' Trasferiment GSTM tgħid li CEF se tittrasferixxi fergħa ta' attività bi skambju ma' ċedola mingħand GSTM (305). Dawn iċ-ċedoli juru li t-trasferiment ta' assi kien diġà ġie ffinanzjat mill-Holdings bi strumenti ta' dejn. Fi kliem ieħor, il-Kuntratti Forward u ż-ZORAs kienu strutturi purament żejda, li jissostitwixxu tranżazzjonijiet ta' dejn dirett diġà eżistenti bejn il-Holdings u s-Sussidjarji (306). Ir-rwol tas-Selliefa bħala sempliċi entitajiet pass-through mingħajr possibbiltà li jagħmlu xi profitt jikkonferma li l-intervent tagħhom ma għandu l-ebda skop ekonomiku ieħor ħlief li jippermetti l-iffrankar tat-taxxa.

(309)

Il-Lussemburgu jargumenta wkoll li l-istrutturi kumplessi implimentati minn Engie jipprovdu aktar flessibbiltà u jippermettulha tiffinanzja n-negozji akkwistati filwaqt li fl-istess ħin tillimita l-profil tar-riskju tas-Sussidjarji. Dan l-argument ukoll mhuwiex sostanzjat. Fil-fatt, l-istess għan seta' jinkiseb permezz ta' ħruġ dirett ta' ishma mis-Sussidjarji lill-Holdings. Tranżazzjoni ta' ekwità diretta bejn il-Holdings u s-Sussidjarji tipprovdi l-istess protezzjoni lis-Sussidjarji bħall-istruttura kumplessa maħluqa minn Engie. L-istrutturi li ħolqot Engie jistgħu jassorbu telf għal ammont ugwali għan-nominali taż-ZORAs. F'każ li t-telf jaqbeż il-valur nominali taż-ZORAs, jiġi affettwat il-kapital tas-Sussidjarji. F'każ ta' injezzjoni ta' kapital għal ammont ugwali għan-nominali taż-ZORA, is-Sussidjarji kien ikollhom eżattament l-istess bafer kapitali, qabel mal-kapital inizjali jiġi affettwat mit-telf. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tirrifjuta l-argument li ż-żieda ta' saff addizzjonali (is-Selliefa) u l-użu ta' prodotti finanzjarji kumplessi (iż-ZORA u l-Kuntratti Forward) minflok injezzjonijiet sempliċi ta' kapital jistgħu jżidu l-flessibbiltà. Għall-kuntrarju, dan joħloq xi kwistjonijiet ta' riskju operazzjonali għall-grupp: l-użu ta' entitajiet pass-through, minflok ma jġib il-flessibbiltà, joħloq piż amministrattiv, jinvolvi riskju ta' eżekuzzjoni għall-Holdings u jżid l-ispejjeż tat-tranżazzjoni.

(310)

Bħala konklużjoni, l-istrutturi kumplessi li ħolqot Engie jistgħu jitqiesu bħala ekonomikament ekwivalenti għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament dirett bejn il-Holdings u s-Sussidjarji, sew jekk fil-forma ta' strumenti ta' ekwità jew ta' dejn. Tkun xi tkun il-forma li kellha titqies bħala ekwivalenti ekonomiku għall-istrutturi kumplessi li ħolqot Engie, din kienet twassal għat-tassazzjoni tal-profitt sottostanti. Dan ifisser li, fi kwalunkwe każ, ma hemm l-ebda raġuni ekonomika reali u li tipprovdi biżżejjed benefiċċju ekonomiku għal Engie biex tagħżel l-istrutturi kumplessi stabbiliti fid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati għajr li tiffranka b'mod sinifikanti mit-taxxa.

(311)

Għalhekk, il-kriterji tal-Artikolu 6 StAnpG huma ssodisfati u għalhekk l-istrutturi kumplessi li ħolqot Engie kellhom jitqiesu abbużivi mill-amministrazzjoni tat-taxxa tal-Lussemburgu. Skont iċ-Ċirkolari tal-1989, l-amministrazzjoni tat-taxxa għandha biss tagħti deċiżjoni tat-taxxa meta r-raġuni ewlenija għal din id-deċiżjoni ma tkunx benefiċċju tat-taxxa. Konsegwentement, bl-approvazzjoni tat-talbiet għad-deċiżjoni tat-taxxa, l-amministrazzjoni tat-taxxa tal-Lussemburgu applikat ħażin il-liġi u tat vantaġġ lil Engie fil-forma ta' esklużjoni mit-tassazzjoni ta' kważi l-profitt kollu realizzat minn żewġ sussidjarji tagħha (LNG Supply u GSTM) fil-Lussemburgu (307).

(312)

Billi l-vantaġġ mogħti lil Engie fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati huwa bbażat fuq applikazzjoni ħażina tal-liġi li, fid-definizzjoni tagħha, mhijiex disponibbli għal impriżi oħra, il-Kummissjoni tikkonkludi skont dan ir-raġunament li dan il-vantaġġ huwa ta' natura selettiva.

6.5.   KONKLUŻJONI DWAR L-EŻISTENZA TA' GĦAJNUNA

(313)

Peress li t-trattament tat-taxxa mogħti fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, dan irid jitqies li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fl-ambitu ta' dik id-dispożizzjoni. Dik l-għajnuna tirriżulta fi tnaqqis tal-imposti li normalment għandhom jiġġarrbu minn Engie matul l-operazzjonijiet tan-negozju tagħha u għalhekk għandu jitqies li jagħti għajnuna operatorja lil Engie.

6.6.   IL-BENEFIĊJARJI TAL-GĦAJNUNA

(314)

Fit-Taqsima 6.2, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-trattament tat-taxxa mogħti abbażi tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jagħti vantaġġ selettiv lil LNG Holding u lil CEF fl-ambitu tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, peress li dawn iwasslu għal tnaqqis tal-profitt taxxabbli ta' dawk l-entitajiet u, b'hekk, tal-obbligazzjoni tat-taxxa tal-kumpaniji tagħhom fil-Lussemburgu. LNG Holding u CEF jiffurmaw parti mill-grupp Engie.

(315)

Ir-regoli dwar l-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet jikkonċernaw il-profitt imqassam minn kumpanija waħda fi grupp lil kumpanija oħra. F'dan il-każ, id-deċiżjoni tapprova l-eżenzjoni ta' dħul fil-livell ta' LNG Holding u ta' CEF li jikkorrispondi ekonomikament għal ammonti mnaqqsa bħala spejjeż fil-livell ta', rispettivament, LNG Supply u GSTM, u b'hekk tagħti lok għal nontassazzjoni effettiva ta' prattikament il-profitt kollu realizzat minn LNG Supply u minn GSTM, minbarra marġni limitat. Għalhekk hemm sitwazzjoni ta' deduzzjoni u eżenzjoni li, kif indikat fil-premessa 243, għandha impatt pożittiv fuq l-obbligazzjoni tat-taxxa ta' Engie fil-Lussemburgu.

(316)

Bl-istess mod, entitajiet ġuridiċi separati jistgħu jitqiesu li jiffurmaw unità ekonomika waħda għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Dik l-unità ekonomika mbagħad titqies bħala l-impriża rilevanti li qed tibbenefika mill-miżura tal-għajnuna. Kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, “li l-kunċett ta' impriża, meta jitqiegħed f'dan il-kuntest, għandu jinftiehem bħala li jkopri unità ekonomika anki jekk, mill-perspettiva ġuridika, din l-unità ekonomika hija magħmula minn diversi persuni fiżiċi jew ġuridiċi” (308). Sabiex tiddetermina jekk bosta entitajiet jiffurmawx unità ekonomika, il-Qorti tal-Ġustizzja tħares lejn l-eżistenza ta' sehem ta' kontroll jew rabtiet funzjonali, ekonomiċi jew organiċi (309). F'dan il-każ, kemm LNG Holding kif ukoll CEF huma kkontrollati bis-sħiħ minn Engie S.A., il-kumpanija prinċipali possedenti tal-grupp Engie.

(317)

Konsegwentement, kwalunkwe trattament tat-taxxa favorevoli mogħti lil LNG Holding u lil CEF mill-amministrazzjoni tat-taxxa tal-Lussemburgu mhux biss huwa ta' benefiċċju għal dawn l-entitajiet, iżda għal Engie fl-intier tagħha, billi jipprovdi riżorsi finanzjarji addizzjonali lill-grupp kollu. Għalhekk, minkejja l-fatt li dak il-grupp huwa organizzat f'personalitajiet ġuridiċi differenti u d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jikkonċernaw it-trattament tat-taxxa ta' entitajiet individwali, dak il-grupp irid jitqies bħala unità ekonomika waħda li tibbenefika mill-miżura tal-għajnuna kkuntestata (310).

(318)

Barra minn hekk, il-konklużjoni tal-premessa 317 hija msaħħa mill-konstatazzjonijiet tat-Taqsimiet 6.3 u 6.4, fejn il-Kummissjoni stabbiliet li t-trattament tat-taxxa mogħti abbażi tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jagħti vantaġġ selettiv fl-ambitu tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat lill-Grupp Engie fil-Lussemburgu, peress li dawn iwasslu għal tnaqqis tal-bażi kombinata tat-taxxa tal-grupp f'dan l-Istat Membru.

6.7.   IL-KOMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA

(319)

L-għajnuna mill-Istat għandha titqies kompatibbli mas-suq intern jekk taqa' f'xi waħda mill-kategoriji elenkati fl-Artikolu 107(2) tat-Trattat u tista' titqies kompatibbli mas-suq intern jekk il-Kummissjoni jirriżultalha li taqa” f'xi waħda mill-kategoriji elenkati fl-Artikolu 107(3) tat-Trattat. Madankollu, huwa l-Istat Membru li jagħti l-għajnuna li jerfa' l-oneru li jipprova li l-għajnuna mill-Istat mogħtija minnu hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107(2) jew 107(3) tat-Trattat.

(320)

Il-Lussemburgu ma invoka l-ebda waħda mir-raġunijiet għal konstatazzjoni tal-kompatibbiltà skont xi waħda minn dawk id-dispożizzjonijiet għall-għajnuna mill-Istat li huwa ta fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati. Engie ma invokat l-ebda raġuni minn dawn lanaqs.

(321)

Barra minn hekk, peress li t-trattament tat-taxxa mogħti fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jeħles lil Engie minn obbligazzjoni tat-taxxa li kieku kienet tkun obbligata ġġarrab fl-immaniġġjar ta' kuljum tal-attivitajiet normali, l-għajnuna mogħtija fuq il-bażi ta' dawk id-deċiżjonijiet tat-taxxa tikkostitwixxi għajnuna operattiva. Bħala regola ġenerali, tali għajnuna normalment ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3) tat-Trattat minħabba li ma tiffaċilitax l-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet jew ta' ċerti oqsma ekonomiċi. Barra minn hekk, il-vantaġġi tat-taxxa inkwistjoni mhumiex limitati fiż-żmien, jonqsu jew proporzjonati għal dak li huwa meħtieġ biex jinstab rimedju għal falliment speċifiku tas-suq jew biex jiġi ssodisfat kwalunkwe objettiv ta' interess ġenerali fl-oqsma kkonċernati. Għalhekk ma setgħux jitqiesu kompatibbli.

(322)

Konsegwentement, l-għajnuna mill-Istat mogħtija lill-grupp Engie mil-Lussemburgu hija inkompatibbli mas-suq intern.

6.8.   L-ILLEGALITÀ TAL-GĦAJNUNA

(323)

Skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat, l-Istati Membri huma obbligati jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe pjan għall-għoti ta' għajnuna (obbligu ta' notifika) u ma jistgħu jimplimentaw l-ebda miżura ta' għajnuna proposta qabel ma l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni finali dwar l-għajnuna inkwistjoni (obbligu ta' waqfien).

(324)

Il-Kummissjoni tinnota li l-Lussemburgu ma nnotifika lill-Kummissjoni dwar l-ebda pjan li jagħti l-miżura ta' għajnuna kkontestata, u lanqas ma rrispetta l-obbligu ta' waqfien stabbilit fl-Artikolu 108(3) tat-Trattat. Għaldaqstant, skont l-Artikolu 1(f) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (311), it-trattament tat-taxxa mogħti abbażi tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jikkostitwixxi għajnuna illegali, li ngħatat bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat.

7.   L-ALLEGATI IRREGOLARITAJIET PROĊEDURALI

(325)

Il-Lussemburgu sostna (312) li l-Kummissjoni kisret id-dritt tiegħu li jinstema', peress li l-fokus tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni allegatament inbidel minn meta ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Ftuħ, kif muri permezz tal-Ittra tal-11 ta' Diċembru 2017. Skont il-Lussemburgu, il-Kummissjoni missha jew għalqet il-proċedura li kienet għaddejja u fetħet każ ġdid jew adottat deċiżjoni biex testendi d-Deċiżjoni tal-Ftuħ sabiex tagħti lil-Lussemburgu l-opportunità jagħti l-opinjonijiet tiegħu b'mod xieraq dwar l-allegat fokus ġdid tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

(326)

Barra minn hekk, Engie ssostni (313) li d-dritt tagħha ta' difiża nkiser peress li ma ngħatatx l-opportunità tippreżenta l-kummenti tagħha dwar l-analiżi tal-Kummissjoni tad-deċiżjonijiet tat-taxxa tal-Lussemburgu fil-perjodu bejn l-2009 u l-2016 li jirreferu għall-eżistenza ta' ZORA jew ta' “Ftehimiet ta' Self Konvertibbli b'Mod Obbligatorju” u t-trattament tat-taxxa u tal-kontabbiltà rispettiv tagħhom.

(327)

Il-Kummissjoni tqis li d-drittijiet proċedurali tal-Lussemburgu u ta' Engie ġew rispettati bis-sħiħ f'dan il-każ.

(328)

L-ewwel u qabel kollox il-Kummissjoni tinnota li l-ambitu tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat baqgħet l-istess bejn id-Deċiżjoni tal-ftuħ u l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni. Iż-żewġ deċiżjonijiet jikkonċernaw l-istess deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati, l-istess benefiċjarji (LNG Holding, CEF kif ukoll il-grupp Engie) u l-istess tħassib dwar l-għajnuna mill-Istat (dwar jekk it-trattament tat-taxxa mogħti lil LNG Holding, lil CEF u lill-grupp Engie abbażi tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati, jikkonformax mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat).

(329)

Fid-Deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji inizjali tagħha dwar il-kompatibbiltà mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat tat-trattament tat-taxxa mogħti abbażi tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati lill-entitajiet differenti tal-grupp Engie fil-Lussemburgu. L-għan ta' fażi ta' investigazzjoni fil-fond wara Deċiżjoni ta' ftuħ huwa li jitressqu elementi addizzjonali ta' fatt u liġi għall-attenzjoni tal-Kummissjoni. Dawk l-elementi jistgħu jkomplu jiżviluppaw jew jindirizzaw id-dubji inizjali tal-Kummissjoni kif stipulati f'deċiżjoni ta' ftuħ. Għaldaqstant, fl-aħħar ta' dik il-proċedura, l-analiżi tal-Kummissjoni setgħet inbidlet, li jimplika li d-deċiżjoni finali tista' tvarja xi ftit mid-deċiżjoni tal-ftuħ, mingħajr ma dawk id-differenzi jaffettwaw il-legalità tad-deċiżjoni finali (314).

(330)

Kien b'konsegwenza tas-sottomissjonijiet bil-miktub li ngħataw mil-Lussemburgu u minn Engie dwar it-tħassib dwar l-għajnuna mill-Istat li tqajjem mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ li l-analiżi tal-Kummissjoni kompliet tiżviluppa f'dan il-każ. Pereżempju, il-Lussemburgu ċċara matul il-proċedura amministrattiva (315) li wara r-rimborż parzjali tal-LNG ZORA, li seħħ fl-2014, LNG, Lussemburgu ma għażiltx ir-reġim fakultattiv tal-Artikolu 22bis(2) LIR, iżda li kwalunkwe profitt taxxabbli li jirriżulta mill-konverżjoni taż-ZORA ġie rifless b'telf korrispondenti li jitnaqqas mit-taxxa fil-Kuntratt Forward LNG. It-test tal-Kuntratti Forward ingħata mil-Lussemburgu wara d-Deċiżjoni ta' ftuħ, fil-21 ta' Novembru 2016, u r-rwol ta' LNG Lussemburgu u EIL bħala entitajiet intermedjarji u l-funzjonament tal-Artikolu 22bis (2) ġie spjegat fid-dettall mil-Lussemburgu u minn Engie lill-Kummissjoni fil-laqgħa tal-1 ta' Ġunju 2017.

(331)

Madankollu, is-suġġett tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, jiġifieri t-trattament tat-taxxa ta' entitajiet differenti tal-grupp Engie fil-Lussemburgu bħala riżultat tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati, qatt ma nbidel mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-ftuħ. L-istess jgħodd għad-dubji ewlenin tal-Kummissjoni rigward il-konformità tal-miżuri kkontestati mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat (316). Kien biss fl-interess tat-trasparenza li s-servizzi tal-Kummissjoni bagħtu l-Ittra tal-11 ta' Diċembru 2017 lil-Lussemburgu, li din imbagħad bgħat lil Engie.

(332)

Fir-rigward ta' Engie, il-Kummissjoni tfakkar li, bħala parti interessata, hija għandha biss id-dritt tressaq kummenti bħala tweġiba għad-Deċiżjoni ta' ftuħ u mhux fuq l-informazzjoni ppreżentata mil-Lussemburgu wara d-Deċiżjoni ta' ftuħ. Madankollu, Engie ngħatat, u fil-fatt użat, opportunità tippreżenta l-kummenti tagħha lill-Kummissjoni f'diversi okkażjonijiet, kemm bil-miktub kif ukoll bil-fomm.

(333)

Konsegwentement, il-Kummissjoni tqis li d-drittijiet proċedurali tal-Lussemburgu u ta' Engie ġew rispettati f'dan il-każ.

8.   IRKUPRU

(334)

L-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2015/1589 jistabbilixxi obbligu fuq il-Kummissjoni li tordna l-irkupru ta' għajnuna illegali u inkompatibbli. Dik id-dispożizzjoni tistipula wkoll li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex jirkupra l-għajnuna illegali li jinstab li tkun inkompatibbli. L-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) 2015/1589 jistabbilixxi li l-għajnuna li għandha tiġi rkuprata tinkludi l-imgħax mid-data li fiha l-għajnuna illegali kienet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sad-data tal-irkupru effettiv tagħha. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (317) jelabora dwar il-metodi li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-imgħax ta' rkupru. Fl-aħħar nett, l-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) 2015/1589 jgħid li “irkupru għandu jsir mingħajr dewmien u f'konformità mal-proċeduri tal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, sakemm jippermettu li l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni ssir b'mod immedjat u effettiv”.

8.1.   GĦAJNUNA ĠDIDA

(335)

Skont l-Artikolu 1(c) tar-Regolament (UE) 2015/1589 “għajnuna ġdida” tfisser kull għajnuna, jiġifieri, skemi ta' għajnuna u għajnuna individwali, li mhijiex għajnuna eżistenti, inklużi bidliet f'għajnuna eżistenti.

(336)

Skont l-Artikolu 17 Regolament (UE) 2015/1589, is-setgħa tal-Kummissjoni li tirkupra l-għajnuna hija soġġetta għal perjodu ta' limitazzjoni ta' 10 snin. Il-perjodu ta' limitazzjoni jibda dakinhar li fih l-għajnuna illegali tingħata lill-benefiċarju bħala għajnuna individwali jew bħala għajnuna taħt skema ta' għajnuna. Kull azzjoni meħudha mill-Kummissjoni jew minn Stat Membru, li jaġixxi fuq it-talba tal-Kummissjoni, fir-rigward tal-għajnuna illegali tinterrompi l-perjodu ta' limitazzjoni. Ma' kull interruzzjoni l-perjodu ta' limitazzjoni jerġa' jibda jiddekorri mill-bidu. Il-perjodu ta' limitazzjoni jkun sospiż sakemm id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tkun is-suġġett tal-proċedimenti pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Fl-aħħar, kull għajnuna li fir-rigward tagħha jkun skada l-perjodu ta' limitazzjoni titqies li hija għajnuna eżistenti.

(337)

F'dan il-każ, id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati nħarġu mill-amministrazzjoni tat-taxxa tal-Lussemburgu u l-għajnuna ngħatat inqas minn 10 snin qabel id-data li fiha l-Kummissjoni ppreżentat l-ewwel talba tagħha għal informazzjoni lil-Lussemburgu dwar id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati (it-23 ta' Marzu 2015) (318). B'konsegwenza, kull għajnuna mogħtija lil Engie fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati tikkostitwixxi għajnuna ġdida.

8.2.   L-EBDA PRINĊIPJU ĠENERALI TAL-LIĠI MA JIPPREVJENI L-IRKUPRU

(338)

L-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2015/1589 jipprevedi li l-Kummissjoni ma għandhiex teħtieġ l-irkupru tal-għajnuna jekk dan imur kontra xi prinċipju ġenerali tal-liġi tal-Unjoni.

8.2.1.   ĊERTEZZA LEGALI U ASPETTATTIVI LEĠITTIMI

8.2.1.1.    Argumenti ppreżentati mil-Lussemburgu u minn Engie

(339)

Il-Lussemburgu u Engie jinvokaw il-prinċipji taċ-ċertezza legali u tal-aspettattivi leġittimi biex jevitaw l-irkupru ta' għajnuna illegali u inkompatibbli billi jużaw argumenti simili.

(340)

Fir-rigward taċ-ċertezza legali, il-Lussemburgu jargumenta li dan il-prinċipju jimpedixxi l-irkupru f'dan il-każ minħabba l-“kumplessità tal-analiżi tal-iskemi tat-taxxa skont l-għajnuna mill-Istat” u minħabba li l-Kummissjoni tkun qed timponi l-interpretazzjoni tagħha tal-liġi Lussemburgiża (319). Il-Lussemburgu jinvoka r-rieda tajba tiegħu meta japplika d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati b'mod li jikkorrispondi strettament mal-applikazzjoni konsistenti tiegħu mil-Lussemburgu (320). Imbagħad jirreferi (321) għad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tas-17 ta' Lulju 2013 dwar Spanish tax lease system (322) u d-deċiżjonijiet f'1929 Holding (323) u f'Belgian Coordination Centres (324) u jargumenta li, fid-dawl ta' dawn il-każijiet, kwalunkwe deċiżjoni negattiva jenħtieġ li tidħol fis-seħħ biss għall-ġejjieni wara perjodu tranżizzjonali.

(341)

Engie ssostni wkoll li l-Kummissjoni qed tadotta approċċ innovattiv (325) u qed timponi b'mod retroattiv l-interpretazzjoni tagħha stess tal-liġi tat-taxxa tal-Lussemburgu, u qed titbiegħed minn xi prinċipji tal-liġi tat-taxxa tal-Lussemburgu (il-prinċipju li l-karta tal-bilanċ tintrabat mal-karta tal-bilanċ kummerċjali) u qed turi nuqqas ta' konsistenza mal-qafas ta' referenza definit fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ FIAT (326). Engie tirreferi wkoll għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-iskema tat-taxxa applikabbli għal gruppi ta' interess ekonomiku (327) li fiha l-Kummissjoni jkollha rkupru limitat fuq il-bażi li l-ġestjoni allegatament ħażina tal-fajl ħolqot inċertezza legali (328).

(342)

Fl-aħħar nett, il-Lussemburgu (329) u Engie (330) jargumentaw li l-irkupru jwassal għal riskju ta' riperkussjonijiet ekonomiċi serji jew ta' tfixkil serju kemm għal-Lussemburgu kif ukoll għal Engie.

(343)

Fir-rigward tal-prinċipju tal-aspettativi leġittimi, Engie invokat argumenti u preċedenti simili għal dawk li qajjem il-Lussemburgu b'rabta maċ-ċertezza legali (il-bona fide tal-Lussemburgu fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet dwar it-taxxa u r-referenza għad-deċiżjonijiet dwar 1929 Holding u dwar Belgian Coordination Centres) (331). Hija ssostni wkoll li l-irkupru ma jistax isir minħabba s-sentenza Unicredito (332), li allegatament tippermetti lil impriża tagħżel dak li huwa l-inqas intaxxat għal tranżazzjoni (333).

8.2.1.2.    Valutazzjoni

(344)

Filwaqt li l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni jispiraw il-qafas legali kollu tal-Unjoni, il-Qorti tat interpretazzjoni restrittiva ħafna għal dawn il-prinċipji fil-kuntest tal-irkupru. Il-prinċipju taċ-ċertezza legali huwa prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li jipprevedi l-prevedibbiltà tar-regoli u tal-effetti legali tagħhom. Skont il-ġurisprudenza, il-prinċipju taċ-ċertezza legali jipprevjeni lill-Kummissjoni milli ttawwal b'mod indefinit l-eżerċizzju tas-setgħat tagħha (334). Il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat ukoll li l-unika raġuni li fuqha jista' jiġi invokat dak il-prinċipju f'każijiet eċċezzjonali, hija meta l-Kummissjoni tkun manifestament naqset milli taġixxi u kisret b'mod ċar id-dover ta' diliġenza tagħha fl-eżerċizzju tas-setgħat superviżorji tagħha (335).

(345)

F'dan il-każ, peress li d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati qatt ma ġew innotifikati lill-Kummissjoni mil-Lussemburgu, u lanqas ma kienu disponibbli pubblikament, il-Kummissjoni saret taf dwarhom biss fil-25 ta' Ġunju 2015, meta l-Lussemburgu wieġeb għat-talba tagħha għal informazzjoni tal-25 ta' Marzu 2015. Għalhekk, ma kien hemm l-ebda dewmien mhux ġustifikat u lanqas ma kien hemm ksur mill-Kummissjoni tal-obbligi tagħha ta' diliġenza fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħha li jistgħu jiġġustifikaw l-applikazzjoni ta' dan il-prinċipju sabiex jiġi evitat l-irkupru.

(346)

Il-fatt li l-Lussemburgu jikkunsidra li huwa applika in bona fede l-liġi tiegħu stess b'mod li jqis korrett u konsistenti mal-prattika preċedenti tiegħu, jew li ma jaqbilx mal-interpretazzjoni tas-sistema ta' referenza adottata mill-Kummissjoni, huwa irrelevanti għall-finijiet tal-obbligu ta' rkupru tiegħu. L-aċċettazzjoni tal-argument tal-Lussemburgu twassal għar-riżultat inaċċettabbli li Stat Membru li b'mod konsistenti jagħti għajnuna illegali u inkompatibbli ma jkunx obbligat li jirkupraha lura. Dan ifisser ukoll li s-sempliċi fatt li miżura ta' għajnuna ġiet implimentata f'konformità mal-interpretazzjoni tal-Istat Membru tal-liġi nazzjonali proprja jista' jiġi invokat sabiex jiġi evitat l-irkupru. Din il-konklużjoni tipperikola l-infurzar tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat fir-rigward ta' kwalunkwe miżura ta' għajnuna li tqieset bħala illegali u inkompatibbli, peress li l-obbligu ta' rkupru ma jistax ikun ibbażat fuq l-intenzjoni tal-Istati Membri meta ngħatat l-għajnuna, iżda fuq id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni maħluqa minn dik l-għajnuna. Barra minn hekk, il-“kumplessità” allegata tal-analiżi tal-miżuri tat-taxxa mill-Kummissjoni mhijiex argument aċċettabbli fir-rigward tal-obbligu ta' rkupru stabbilit mir-Regolament (UE) 2015/1589.

(347)

Fir-rigward tal-allegat “approċċ ġdid” li fuqu hija bbażata d-deċiżjoni attwali, il-Kummissjoni tirrifjutaha din l-affermazzjoni. L-analiżi mwettqa mill-Kummissjoni hija konsistenti mad-deċiżjonijiet preċedenti tagħha u mal-ġurisprudenza: l-eżistenza ta' vantaġġ selettiv ġiet ivvalutata skont ir-regoli ordinarji tat-tassazzjoni tal-profitt korporattiv fil-Lussemburgu. F'dan ir-rigward, filwaqt li l-Istati Membri jgawdu minn awtonomija fiskali fil-qasam tat-tassazzjoni diretta, kwalunkwe miżura fiskali li jadotta Stat Membru trid tikkonforma mar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, li jorbtu lill-Istati Membri u għandhom prevalenza fuq il-leġiżlazzjoni domestika tagħhom (336). Il-fatt li l-Lussemburgu jew Engie ma jistgħux jaqblu dwar l-interpretazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet jew li l-fatti li fuqhom hija bbażata din id-Deċiżjoni huma differenti minn dawk li fuqhom huma bbażati deċiżjonijiet oħra preċedenti ma jagħmilx l-approċċ tal-Kummissjoni “innovattiv”. Barra minn hekk, kif diġà ntwera, il-qafas ta' referenza definit mill-Kummissjoni f'din id-Deċiżjoni huwa kompletament konsistenti mad-deċiżjonijiet preċedenti tagħha mhux biss fil-każ FIAT, iżda wkoll fil-każ ta' Amazon u tal-ġurisprudenza tal-Qorti (337).

(348)

Fir-rigward tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi, dan il-prinċipju jista' jiġi invokat minn kwalunkwe persuna f'sitwazzjoni fejn istituzzjoni tal-Unjoni “tkun ikkawżatilha aspettattivi li huma ġġustifikati” (338). Limitazzjonijiet importanti japplikaw biex jiġi invokat dak il-prinċipju. L-ewwel nett, il-Qorti qalet li dan il-prinċipju ma jistax jiġi invokat sakemm il-persuna li qed tagħmel it-talba “ma ngħatatx assigurazzjonijiet preċiżi min-naħa tal-amministrazzjoni” (339). Dawn l-assigurazzjonijiet kellhom jingħataw mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni (340). It-tieni, l-Istati Membri ma jistgħux jinvokaw dak il-prinċipju f'każijiet fejn ikunu naqsu milli jinnotifikaw il-miżura ta' għajnuna lill-Kummissjoni (341). It-tielet nett, l-allegat nuqqas ta' azzjoni tal-Kummissjoni huwa irrilevanti meta miżura ta' għajnuna ma tkunx ġiet innotifikata lilha (342) u, konsegwentement, is-silenzju tal-Kummissjoni ma jistax jiġi interpretat bħala awtorizzazzjoni impliċita tal-miżura li tista' twassal għal aspettattivi leġittimi (343). F'dan il-każ, la l-Lussemburgu ma nnotifika d-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata lill-Kummissjoni u lanqas il-Kummissjoni ma tat assigurazzjonijiet preċiżi lil-Lussemburgu li d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati ma jikkostitwixxux għajnuna. Għalhekk, il-Lussemburgu ma jistax juża l-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi.

(349)

Minkejja li l-Lussemburgu u Engie serħu fuq l-prassi deċiżjonali preċedenti tal-Kummissjoni kemm fil-kuntest taċ-ċertezza legali kif ukoll tal-aspettattivi leġittimi, il-Kummissjoni tfakkar, bħala kwistjoni preliminari, li mhijiex marbuta mal-prassi tagħha tat-teħid tad-deċiżjonijiet (344). Barra minn hekk, il-każijiet imsemmija ma jsostnux l-argumenti tal-Lussemburgu u ta' Engie.

(350)

F'Belgian Coordination Centres, ir-raġuni għaliex il-Kummissjoni ma ordnatx l-irkupru tal-għajnuna kien minħabba li ma kinitx sabet oġġezzjoni f'deċiżjoni preċedenti rigward skema Belġjana b'karatteristiċi simili. Il-Kummissjoni għalhekk qieset li d-deċiżjoni preċedenti tagħha dwar il-miżura Belġjana tat aspettattiva leġittima lill-benefiċjarji dwar l-iskema l-ġdida li vvalutat f'dak iż-żmien. Bl-istess mod, fid-Deċiżjoni tagħha dwar l-iskema tat-taxxa applikabbli għall-gruppi b'interess ekonomiku, il-Kummissjoni qiset li żewġ ċirkostanzi eċċezzjonali ġġustifikaw in-nonirkupru tal-għajnuna mogħtija: l-ewwel nett, il-Kummissjoni damet biex teżerċita s-setgħat tagħha biex teżamina l-iskema, peress li ma kinitx segwiet diversi ittri ppreżentati minn Franza, u t-tieni, il-benefiċjarji fl-iskema ġew żgwidati dwar il-legalità tagħha minħabba deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni meta qieset li miżura simili ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna. Preċiżament, l-inċertezza maħluqa minn din id-deċiżjoni preċedenti ġġustifikat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ Spanish tax lease li ma tirkuprax l-għajnuna mogħtija qabel il-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni dwar l-iskema tat-taxxa applikabbli għal raggruppamenti ta' interess ekonomiku. L-ebda waħda minn dawn iċ-ċirkostanzi ma teżisti f'dan il-każ. Lanqas ma l-Kummissjoni kellha xi dewmien eċċezzjonali jew ma l-Lussemburgu jew Engie ġew żgwidati minn xi deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni dwar arranġament tat-taxxa simili.

(351)

Ir-referenza għal 1929 Holding hija ugwalment ineffettiva. F'dan il-każ, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-ebda għajnuna ma għandha tiġi rkuprata minħabba n-natura tal-iskema ta' għajnuna eżistenti li kienet ġiet adottata fl-1929, jiġifieri qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat. Imbagħad iddeċidiet li tagħti perjodu tranżizzjonali biex tintemm l-iskema minħabba xi ċirkostanzi eċċezzjonali seħħew f'dak il-każ, jiġifieri l-perjodu eċċezzjonalment twil li matulu kienet fis-seħħ l-iskema (76 sena) u l-fatt li t-tneħħija immedjata tal-miżura kien ikun jista' jkollha konsegwenzi relattivament serji għall-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku fil-Lussemburgu, fejn 13 000-il kumpanija holding kienu attivi f'pajjiż b'popolazzjoni attiva ta' mhux aktar minn 110 000 ħaddiem. Għal darb'oħra l-ebda waħda minn dawn iċ-ċirkostanzi ma teżisti f'dan il-każ: lanqas ma tistal-għajnuna mogħtija fil-każ preżenti titqies bħala għajnuna eżistenti, u lanqas ma jista' jkun hemm xi konsegwenzi ekonomiċi serji għal-Lussemburgu mill-irkupru tal-għajnuna mingħand Engie. Il-Kummissjoni tirrifjuta wkoll l-argumenti dwar il-konsegwenzi ekonomiċi serji tal-irkupru fuq Engie. Kif il-Qorti diġà stabbiliet, l-irkupru ma jistax ikun affettwat miċ-ċirkostanzi marbuta mas-sitwazzjoni ekonomika tal-benefiċjarju (345).

(352)

L-irkupru lanqas ma huwa impedit mill-ġurisprudenza tal-Qorti f'Unicredito. Din is-sentenza kulma tgħid huwa li fl-istadju tal-irkupru l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jqisu trattament tat-taxxa aktar favorevoli mit-trattament ordinarju li kien jingħata lill-benefiċjarju “fin-nuqqas ta' għajnuna illegali u skont regoli domestiċi li huma kompatibbli mad-dritt Komunitarju” (346). Għalhekk, il-fatt li impriża tista' tagħżel “l-għażla l-inqas taxxabbli” għal tranżazzjoni jew “trattament tat-taxxa aktar favorevoli mis-sistema ordinarja” bl-ebda mod ma jipprevjeni l-irkupru meta tali alternattiva jew trattament jikkostitwixxi preċiżament il-miżura ta' għajnuna illegali indirizzata mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

8.2.2.   IL-PRINĊIPJU TAL-AMMINISTRAZZJONI TAJBA

(353)

Engie targumenta li d-Deċiżjoni ta' Ftuħ ma għandhiex motivazzjoni suffiċjenti. B'mod partikolari, skont Engie, il-Kummissjoni ddedikat paragrafu wieħed biss għall-applikazzjoni tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati tal-preżunzjoni ta' selettività ta' miżuri individwali u għall-affermazzjoni ta' deroga allegata mir-regoli tal-Lussemburgu dwar l-abbuż tad-dritt. Dan in-nuqqas ta' raġunament iwassal għal ksur tal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba li jimpedixxi wkoll l-irkupru (347).

(354)

Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta li kien hemm kwalunkwe ksur tal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba. Il-Kummissjoni saret taf dwar l-eżistenza tal-miżuri ta' għajnuna fil-25 ta' Ġunju 2015 biss, meta l-Lussemburgu wieġeb għat-talba tagħha għal informazzjoni tal-25 ta' Marzu 2015. Għalhekk, ma kien hemm ebda dewmien mhux ġustifikat fil-proċedura.

(355)

Dwar in-nuqqas ta' motivazzjoni, il-Kummissjoni tfakkar li d-Deċiżjoni ta' Ftuħ trid biss “tiġbor fil-qosor l-elementi rilevanti ta' fatt u ta' liġi, li tinkludi evalwazzjoni provviżorja tal-miżura tal-Istat inkwistjoni intiża sabiex tiddetermina jekk din għandhiex in-natura ta' għajnuna, u li tesponi r-raġunijiet li joħolqu d-dubji dwar il-kompatibbiltà tagħha mas-suq komuni” (348). Minħabba n-natura preliminari tal-valutazzjoni, l-irkupru ma jistax jiġi evitat permezz ta' perċezzjoni ta' nuqqas ta' raġunament fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tfakkar li l-allegat nuqqas ta' raġunament tal-preżunzjoni ta' selettività ta' miżuri individwali huwa argument ineffettiv minħabba li l-Kummissjoni ma tibbażax din id-Deċiżjoni fuq dik il-preżunzjoni.

8.2.3.   IL-PRINĊIPJU TA' TRATTAMENT UGWALI

(356)

Fl-aħħar nett, Engie tinvoka ksur tal-prinċipju ta' trattament ugwali, billi argumentat li deċiżjoni ta' rkupru taffettwa biss l-Engie u l-ebda kontribwent ieħor li bbenefika mill-istess trattament tat-taxxa (349). Madankollu, il-Qorti diġà kkunsidrat li l-fatt li impriżi oħrajn jingħataw għajnuna mill-Istat, anki kompetituri, huwa irrilevanti biex jiġi ddeterminat jekk miżura partikolari tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat (350). Peress li l-irkupru huwa l-konsegwenza loġika ta' eżistenza ta' għajnuna illegali, dan ir-raġunament irid japplika a fortiori għall-ħlas lura tal-għajnuna illegali mill-Istat.

(357)

Bħala konklużjoni, l-ebda prinċipju ġenerali tad-dritt ma jipprevjeni l-irkupru f'dan il-każ.

8.3.   METODOLOĠIJA TAL-IRKUPRU

(358)

L-obbligu fuq Stat Membru li jabolixxi għajnuna illegali meqjusa mill-Kummissjoni bħala inkompatibbli mas-suq intern huwa mfassal biex jistabbilixxi mill-ġdid is-sitwazzjoni kompetittiva li kienet teżisti qabel fis-suq. F'dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li dak l-objettiv jintlaħaq meta l-benefiċjarju jkun ħallas lura l-ammonti mogħtija f'għajnuna illegali, u b'hekk jitlef il-vantaġġ li jkun ibbenefika minnu għall-kuntrarju tal-kompetituri tiegħu fis-suq, u tkun ġiet irrestawrata s-sitwazzjoni ta' qabel ma ngħatat l-għajnuna.

(359)

L-ebda dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni ma tirrikjedi li l-Kummissjoni, meta tordna l-ħlas lura ta' għajnuna ddikjarata inkompatibbli mas-suq intern, tistabbilixxi l-ammont eżatt tal-għajnuna li għandu jitħallas lura (351). Pjuttost, huwa biżżejjed li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tinkludi informazzjoni li tippermetti lid-destinatarju tad-deċiżjoni jiddetermina dak l-ammont mingħajr diffikultà (352). Id-dritt tal-Unjoni jitlob biss li l-irkupru tal-għajnuna li ngħatat kontra l-liġi jirrestawra l-pożizzjoni tal-istatus quo ante u li dak il-ħlas lura jsir skont ir-regoli tad-dritt nazzjonali (353). Għaldaqstant, il-Kummissjoni tista' tillimita ruħha li tiddikjara li hemm obbligu ta' ħlas lura tal-għajnuna inkwistjoni u tħalli f'idejn l-awtoritajiet nazzjonali biex jikkalkulaw l-ammont eżatt tal-għajnuna li għandu jitħallas lura (354).

(360)

Fir-rigward ta' għajnuna illegali mill-Istat fil-forma ta' miżuri tat-taxxa, l-ammont li għandu jiġi rkuprat għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi ta' tqabbil bejn it-taxxa effettivament imħallsa u l-ammont li kellu jitħallas fin-nuqqas tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati. Id-differenza bejn iż-żewġ valuri tirrappreżenta l-għajnuna mogħtija lill-benefiċjarju, li trid tiġi rkuprata għal kollox.

(361)

Kif spjegat fit-Taqsima 6, l-għajnuna mogħtija fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jikkonsisti fl-applikazzjoni ta' eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet fil-livell ta' LNG Holding u ta' CEF għal dħul li jikkorrispondi ekonomikament għall-ammonti mnaqqsa bħala spejjeż fil-livell ta' LNG Supply u ta' GSTM rispettivament (355). Din l-applikazzjoni kombinata ta' eżenzjoni u tnaqqis għall-istess ammonti ħalliet prattikament il-profitt kollu realizzat minn LNG Supply u GSTM mhux intaxxat. Għalhekk, il-vantaġġ effettivament jimmaterjalizza fil-mument li fih tiġi applikata l-eżenzjoni tal-parteċipazzjoni, fil-livell ta' LNG Holding u ta' CEF, fuq id-dħul li jikkorrispondi għall-Akkumulazzjonijiet Zora li qabel kienu mnaqqsa fil-livell ta' LNG Supply u ta' GSTM rispettivament. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li, sal-31 ta' Diċembru 2016 (356), GSTM ZORA kien għadu ma ġiex ikkonvertit f'Ishma ta' GSTM, li jfisser li fir-rigward ta' din it-tranżazzjoni, l-eżenzjoni tal-parteċipazzjoni għadha ma ġietx applikata. Bħala konsegwenza, l-għajnuna mogħtija fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet tat-taxxa tal-GSTM għadha ma mmaterjalizzatx u għalhekk ma hemm l-ebda ammont ta' rkupru (ħlief jekk GSTM ZORA kien ikkonvertit f'Ishma ta' GSTM, dawn l-ishma ġew ikkanċellati jew mibjugħa u l-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet ġiet applikata fuq il-profitt korrispondenti bejn l-31 ta' Diċembru 2016 u d-data ta' din id-Deċiżjoni).

(362)

B'kuntrast ma' dan, LNG ZORA ġie parzjalment ikkonvertit fl-2014 u l-Ishma ta' LNG Supply riċevuti minn LNG Holding mal-konverżjoni ġew ikkanċellati fl-istess sena, u dan wassal għal dħul ta' USD 506,2 miljun għal-LNG Holding. Dan id-dħul baqa' mhux intaxxat skont l-applikazzjoni tal-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet. Dan l-ammont jikkorrispondi għall-ispiża mnaqqsa, bħala Akkumulazzjonijiet ZORA, fil-livell ta' LNG Supply.

(363)

L-ammont li jrid jiġi rkuprat għandu jiġi stabbilit fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq: L-ewwel, billi jittieħed kwalunkwe dħul irreġistrat fid-dikjarazzjonijiet tat-taxxa ta' LNG Holding li jikkorrispondi għal Akkumulazzjonijiet ZORA kkonvertiti li qabel kienu mnaqqsa fil-livell ta' LNG Supply (357); u t-tieni, billi jiġu applikati għall-ammont li jirriżulta r-regoli ordinarji tat-tassazzjoni tal-profitt korporattiv fil-Lussemburgu, inklużi t-taxxa standard fuq id-dħul korporattiv, it-taxxa muniċipali, is-soprataxxi u t-taxxa fuq il-ġid. Is-somma li tirriżulta tikkostitwixxi l-ammont ta' għajnuna li għandu jiġi rkuprat sabiex jiġi eliminat il-vantaġġ selettiv mogħti mil-Lussemburgu fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati. Sas-sena fiskali 2016 inkluża, il-Kummissjoni tinnota li l-ammont ta' dħul irreġistrat fid-dikjarazzjonijiet tat-taxxa ta' LNG Holding li jikkorrispondi għall-Akkumulazzjonijiet ZORA kkonvertiti mnaqqsa fil-livell ta' LNG Supply kien ta' USD 506,2 miljun, mogħti fis-sena fiskali 2014 (358).

(364)

Il-metodoloġija deskritta fil-premessa 363 għandha tapplika għal CEF, fil-każ li xi ammont ta' għajnuna mmaterjalizza permezz tal-konverżjoni (totali jew parzjali) ta' GSTM ZORA f'Ishma ta' GSTM, il-kanċellazzjoni jew il-bejgħ tagħhom, u l-applikazzjoni sussegwenti tal-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet fid-dikjarazzjonijiet tat-taxxa ta' CEF sad-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni. L-istess japplika għal kwalunkwe għajnuna addizzjonali mogħtija lil LNG Holding fid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni bħala riżultat ta' kwalunkwe konverżjoni ulterjuri ta' LNG ZORA, il-kanċellazzjoni jew il-bejgħ ta' Ishma ta' LNG Supply korrispondenti u l-applikazzjoni tal-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet fid-dikjarazzjonijiet tat-taxxa ta' LNG Holding.

8.4.   ENTITÀ LI MINGĦANDHA TRID TIĠI RKUPRATA L-GĦAJNUNA

(365)

Fid-dawl tal-kummenti fit-Taqsimiet 6.6 u 8.3, il-Kummissjoni tqis li l-Lussemburgu għandu, l-ewwel nett, jirkupra l-għajnuna illegali u inkompatibbli li diġà mmetarjalizzat mingħand LNG Holding (359). Jekk LNG Holding ma tkunx f'pożizzjoni li tħallas lura l-ammont sħiħ tal-għajnuna riċevuta b'riżultat tad-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata, il-Lussemburgu għandu jirkupra l-ammonti li jifdal mingħand Engie S.A. jew/u mingħand kwalunkwe suċċessur tagħha jew kumpaniji tal-grupp, minħabba li dik l-entità tikkontrolla l-grupp Engie, li huwa l-unità ekonomika waħdanija li tibbenefika mill-għajnuna. B'dan il-mod, il-vantaġġ mhux dovut mogħti fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jiġi eliminat u s-sitwazzjoni li kienet teżisti qabel fis-suq tiġi restawrata permezz tal-irkupru.

9.   IL-MONITORAĠĠ TAL-IMPLIMENTAZZJONI TAD-DEĊIŻJONI

(366)

Kif spjegat fit-Taqsima 6.2, hija l-applikazzjoni tal-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet fil-livell ta' LNG Holding u ta' CEF għal dħul li jikkorrispondi ekonomikament għal ammonti mnaqqsa bħala spejjeż fil-livell ta' LNG Supply u GSTM (Akkumulazzjonijiet ZORA) li toħloq vantaġġ mhux dovut u li tikkostitwixxi b'mod materjali l-għajnuna mogħtija mil-Lussemburgu fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati. Il-Kummissjoni ma tpoġġix f'dubju bħala tali l-legalità skont il-liġi tat-taxxa tal-Lussemburgu tal-istruttura kollha stabbilita minn Engie għat-trasferiment taż-żewġ negozji. Huwa sempliċement toġġezzjona għall-effetti prattiċi ta' din l-istruttura fuq l-obbligazzjoni tat-taxxa totali tal-grupp Engie, jiġifieri li virtwalment il-profitti kollha magħmula minn LNG Supply u GSTM effettivament tħallew mhux intaxxati. B'mod partikolari, il-Kummissjoni teħtieġ lil-Lussemburgu biex, inter alia, ma japplikax l-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet fil-livell tal-Holdings għal kwalunkwe dħul li jikkorrispondi għal ammonti li qabel kienu mnaqqsa mill-bażi tat-taxxa tas-Sussidjarji.

(367)

Peress li l-Ftehimiet ZORA se jiskadu fl-2024 u fl-2026 (360), parti kbira mill-vantaġġ mogħti lil Engie permezz tad-deċiżjonijiet ikkontestati effettivament jimmaterjalizzaw fil-futur, skont l-għażliet ta' Engie rigward meta tikkonverti ż-ZORAs f'ishma ta' LNG Supply u ta' GSTM, u l-kanċellazzjoni jew il-bejgħ sussegwenti tagħhom. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni tqis li, minbarra l-obbligu tal-irkupru tal-għajnuna diġà materjalizzata kif deskritt fit-Taqsima 8, il-Lussemburgu jrid ma jaċċettax l-applikazzjoni tal-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet, fil-livell ta' LNG Holding u ta' CEF, għal dħul li jikkorrispondi għal Akkumulazzjonijiet ZORA li diġà kienu tnaqqsu rispettivament minn LNG Supply u GSTM, irrispettivament minn jekk dan iseħħx fid-dati tal-maturità tal-Ftehimiet ZORA fl-2024 u fl-2026, qabel jew anki wara l-2026 (361).

(368)

Peress li parti kbira mill-għajnuna mogħtija lil Engie għadha ma materjalizzatx, u sabiex jiġi verifikat li dan mhux se jseħħ fil-futur, il-Kummissjoni se jkollha bżonn tirċievi mingħand il-Lussemburgu, fost l-oħrajn, id-dikjarazzjonijiet tat-taxxa, il-kontijiet statutorji u l-valutazzjonijiet finali tat-taxxa tal-entitajiet li ġejjin tal-grupp Engie: Engie LNG Supply, S.A., Engie Treasury Management S.à.r.l., Engie LNG Holding S.à.r.l., Engie Invest International S.A. (inklużi d-dikjarazzjonijiet tat-taxxa u l-valutazzjonijiet tat-taxxa skont ir-reġim ta' unità fiskali waħda) (362), Engie LNG (il-Lussemburgu) S.à.r.l. u Electrabel Invest Lussemburgu S.A.. Il-Kummissjoni se jkollha bżonn ukoll tirċievi kwalunkwe deċiżjonijiet tat-taxxa ġodda, maħruġa mil-Lussemburgu favur l-entitajiet elenkati hawn fuq jew kwalunkwe entità oħra tal-grupp Engie, dwar it-trattament tat-taxxa tal-istrutturi mwaqqfa minn Engie fid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati. Din l-informazzjoni hija meħtieġa biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa ta' din id-Deċiżjoni matul iż-żmien. Fil-fatt, il-Kummissjoni mbagħad se tivverifika għal kull sena finanzjarja li, fost l-oħrajn, l-ebda eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet ma ġiet applikata fil-livell ta' Engie LNG Holding S.à.r.l. u ta' Engie Invest International S.A. fuq dħul li jikkorrispondi għall-Akkumulazzjonijiet ZORA imnaqqsa fil-livell ta', rispettivament, Engie LNG Supply, S.A., u Engie Treasury Management S.à.r.l. Dan l-obbligu ta' monitoraġġ huwa irrispettivament minn jekk it-tranżazzjoni proposta deskritta fil-premessa (22) hijiex finalizzata jew le, jiġifieri jekk il-kumpanija prinċipali ta' Engie LNG Supply, S.A., hijiex tal-grupp Engie jew tal-Grupp Total. Barra minn hekk, jekk Engie tiddeċiedi li tirrevedi l-istrutturi stabbiliti fid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati, il-Lussemburgu għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar il-bidliet rilevanti u l-impatt tagħhom fuq it-total tal-obbligazzjoni fiskali fil-Lussemburgu tal-Grupp Engie. L-obbligi stabbiliti f'din il-premessa jibqgħu sakemm l-ishma ta' LNG Supply u ta' GSTM jiġu kkonvertiti kompletament u sussegwentement ikkanċellati jew mibjugħa.

10.   KONLUŻJONI

(369)

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni ssib li l-Lussemburgu, bi ksur tal-Artikoli 107(1) u 108(3) tat-Trattat, illegalment ta għajnuna mill-Istat lil Engie abbażi tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati. Il-Lussemburgu huwa meħtieġ jirkupra dik l-għajnuna mill-Istat bis-saħħa tal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2015/1589 minn LNG Holding jew jekk dan tal-aħħar jonqos milli jħallas lura l-ammont sħiħ tal-għajnuna, minn Engie S.A. jew minn kwalunkwe suċċessur tagħha, jew kumpaniji tal-grupp għall-ammont pendenti tal-għajnuna. Il-Lussemburgu għandu jiżgura wkoll li fil-futur ma tingħata l-ebda għajnuna addizzjonali lil Engie jew lil kwalunkwe kumpanija tal-grupp tagħha bħala riżultat ta' trattament tat-taxxa stabbilit fid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati. Għaldaqstant, il-Kummissjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna mill-Istat mogħtija lil Engie S.A., u lill-kumpaniji kollha li huma kkontrollati direttament jew indirettament minn Engie S.A. abbażi tad-deċiżjoni tat-taxxa maħruġa mill-amministrazzjoni tat-taxxa tal-Luxemburgu fid-9 ta' Settembru 2008 kif emendata u kumplimentata mid-deċiżjonijiet tat-taxxa tat-30 ta' Settembru 2008, tat-3 ta' Marzu 2009, tad-9 ta' Marzu 2012 u tat-13 ta' Marzu 2014, u fuq il-bażi tad-deċiżjoni tat-taxxa maħruġa mill-amministrazzjoni tat-taxxa tal-Lussemburgu fid-9 ta' Frar 2010, kumplimentata mid-deċiżjoni tat-taxxa tal-15 ta' Ġunju 2012, implimentata b'mod illegali mil-Lussemburgu bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea hija inkompatibbli mas-suq intern.

Artikolu 2

1.   Il-Lussemburgu għandu jirkupra l-għajnuna inkompatibbli u illegali msemmija fl-Artikolu 1 mingħand Engie LNG Holding S.à.r.l.

2.   Kull somma li tibqa' mhux rekuperabbli mingħand Engie LNG S.à.r.l, wara l-irkupru msemmi fil-paragrafu preċedenti, għandha tiġi rkuprata mingħand Engie S.A. jew/u kwalunkwe suċċessur tagħha, jew kumpaniji tal-grupp.

3.   L-ammonti li għandhom jiġu rkuprati għandhom jinkludu l-imgħax mid-data li fiha tpoġġew għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji sal-irkupru effettiv tagħhom.

4.   L-imgħax għandu jiġi kkalkulat fuq bażi komposta skont il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 794/2004.

5.   Il-Lussemburgu għandu jwaqqaf il-miżura ta' għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 b'effett mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

1.   L-irkupru tal-għajnuna mogħtija skont il-miżuri msemmija fl-Artikolu 1 għandu jkun immedjat u effettiv.

2.   Il-Lussemburgu għandu jiżgura li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba' xhur mid-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

1.   Fi żmien xahrejn wara n-notifika ta' din id-Deċiżjoni, il-Lussemburgu għandu jippreżenta l-informazzjoni dwar il-metodoloġija użata biex jiġi kkalkulat l-ammont eżatt tal-għajnuna.

2.   Il-Lussemburgu għandu jżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali li ttieħdu sabiex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni sakemm tiġi rkuprata l-għajnuna mogħtija skont il-miżuri msemmija fl-Artikolu 1. Il-Lussemburgu għandu jissottometti minnufih, fuq sempliċi talba tal-Kummissjoni, informazzjoni dwar il-miżuri diġà meħuda u dawk ippjanati sabiex jikkonforma ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ġunju 2018.

Għall-Kummissjoni

Margrethe VESTAGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 36, 3.2.2017, p. 13.

(2)  Din l-ittra ntbagħtet bir-referenza SA.37267 (2013/CP) - Pratiques en matière de ruling fiscal - Lussemburgu.

(3)  Fl-2015, il-grupp GDF Suez ingħata l-isem ġdid ta' Engie; ara l-websajt ta' Engie (http://www.engie.com/en/group/history-engie-group/).

(4)  Bl-isem ġdid ta' Engie LNG Supply, S.A mill-2015. “LNG” tfisser liquefied natural gas (gass naturali likwifikat).

(5)  Bl-isem ġdid ta' Engie Treasury Management S.à.r.l. mill-2015

(6)  Minkejja li t-tifsira preċiża tal-akronimu ZORA mhijiex speċifikata fil-fajl, u ma ġietx iċċarata mil-Lussemburgu, il-Kummissjoni tippreżumi li ZORA tfisser “Żero-intérêts Obligation Remboursable en Actions”.

(7)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Settembru 2016 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.44888 (2016/NN) (ex 2016/EO), “Għajnuna mill-Istat possibbli lil GDF Suez” (ĠU C 36, 3.2.2017, p. 13).

(8)  Cf. nota f'qiegħ il-paġna 1.

(9)  Ara l-websajt ta' Engie (http://www.engie.com/en/group/history-engie-group/).

(10)  Ara l-websajt ta' Engie (http://www.engie.com/en/journalists/press-releases/gdf-suez-becomes-engie/).

(11)  Fl-2014, hija kienet tħaddem qrib 650 impjant tal-enerġija mad-dinja kollha (Engie, Key Figures, http://library.engie.com//uid_3b0d9abd-abf7-404d-913f-0c30f10eb8d0/beevirtua/beevirtua.html#app=3d20&9557-source=xmlConfs/init.xml&adf3-lang=en&ccb3-pageId=0).

(12)  Fil-31 ta' Diċembru 2016 (http://www.engie.com/wp-content/uploads/2017/03/chifres-cles-2016-v1_va.jpg).

(13)  ENGIE, Key Figures (http://www.engie.com/wp-content/uploads/2017/03/chifres-cles-2016-v1_va.jpg).

(14)  ENGIE, Results 2016, Appendices FY 2016 (http://www.engie.com/en/investors/results/2016-results/). EUR 3,8 biljun ġew iġġenerati fl-Amerika Latina, EUR 4,7 biljun fl-Amerika ta' Fuq, EUR 5,5 biljun fl-Asja, fil-Lvant Nofsani u fl-Oċeanja u EUR 0,3 biljun fl-Afrika.

(15)  Ibid. 15,1 % fl-Amerika Latina, 5,9 % fl-Amerika ta' Fuq u 11,6 % fil-bqija tad-dinja.

(16)  Bl-isem ġdid ta' Engie Invest International S.A. mill-2015.

(17)  Ara l-kontijiet statutorji mhux awditjati tas-CEF mill-31 ta' Diċembru 2014.

(18)  Ara https://www.engie.com/wp-content/uploads/2015/06/gsii-co.pdf.

(19)  Ara t-talba għad-deċiżjoni tat-taxxa tal-15 ta' Ġunju 2012, paġna 2.

(20)  Li ngħatat l-isem ġdid ta' Engie LNG Holding S.à.r.l. fl-2015.

(21)  Ara l-kontijiet statutorji ta' LNG Holding mill-31 ta' Diċembru 2013.

(22)  Skont it-talba għal deċiżjoni tat-taxxa tad-9 ta' Settembru 2008, l-assi ewlenin ta' dak iż-żmien kienu: ftehim ta' kapaċità tat-terminal ta' LNG, ftehim ta' swap fir-rigward ta' dan it-terminal, ftehim ta' bejgħ u xiri ta' LNG ma' Jemen LNG LLC, ftehim ta' kiri fit-tul u ftehim ta' ħażna. Il-lista sħiħa ta' assi trasferiti tinsab fl-Anness 1 tal-Ftehim dwar it-Trasferiment ta' Negozju tat-30 ta' Ottubru 2009 bejn GDF Suez LNG Trading S.A u LNG Supply.

(23)  Fil-11 ta' April 2018, il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni, skont l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004 (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1), biex ma topponix l-akkwist minn Total S.A. tal-kontroll sħiħ ta' partijiet min-negozju ta' LNG ta' Engie, inkluż ta' LNG Supply.

(24)  Inqas minn 1 % tal-profitt attwalment realizzat mis-sussidjarja mill-attivitajiet kummerċjali tagħha.

(25)  F'każ li s-sussidjarja jkollha telf matul il-ħajja taż-ZORA, l-Akkumulazzjoni ZORA tkun negattiva u tnaqqas il-valur nominali taż-ZORA.

(26)  Pereżempju, minħabba li tikkanċella l-ishma li tirċievi skont il-Kuntratt Forward.

(27)  Għalkemm id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati stipulaw li l-entità intermedjarja ma tkunx intaxxata bis-saħħa tal-applikazzjoni ta' dispożizzjoni speċjali skont il-liġi tat-taxxa tal-Lussemburgu (l-Artikolu 22bis) li tippermetti d-diferiment tat-tassazzjoni fuq il-qligħ kapitali li jirriżulta mill-konverżjoni ta' selfiet f'parteċipazzjonijiet, il-Lussemburgu għarraf sussegwentement li fl-unika konverżjoni li seħħet sad-data ta' din id-Deċiżjoni, il-kumpaniji ma għamlux użu minn din id-dispożizzjoni. Fi kwalunkwe każ, irrispettivament mill-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni speċjali, l-entità intermedjarja mhijiex se tirrealizza profitt mal-konverżjoni.

(28)  Fil-fatt, is-sussidjarja hija ntaxxata biss fuq inqas minn 1 % tal-profitt fil-fatt realizzat mill-attivitajiet kummerċjali tagħha.

(29)  Ara l-premessa 22.

(30)  Ara l-premessa 20.

(31)  Ara t-talba għad-deċiżjoni tat-taxxa LNG tal-2008, it-Taqsima 1.

(32)  Madankollu, din il-bidla fl-istruttura tat-trasferiment tal-assi ma għandha l-ebda impatt fuq it-trattament tat-taxxa tal-kumpaniji differenti.

(33)  Il-ġestjoni effettiva ta' LNG Trading ġiet trasferita fin-Netherlands (ara t-talba għal deċiżjoni tat-taxxa tat-30 ta' Settembru 2008). Il-kumpanija kienet sussegwentement likwidata fl-1 ta' Ottubru 2012 (ara l-ittra mibgħuta mil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2015 taħt ir-referenza SA 37.267 (2013/CP) — Pratiques en matière de ruling fiscal – Lussemburgu).

(34)  Dan iseħħ, mhux aktar tard mill-iskadenza taż-ZORA, ara l-premessa 34(2).

(35)  L-implimentazzjoni dettaljata tal-istruttura kienet kif ġej: LNG Business ġie akkwistat minn LNG Supply għal żewġ riċevibbli, wieħed ta' USD [7–12-il] miljun, u wieħed li jirrappreżenta l-valur ġust tas-suq ta' LNG Business bit-tnaqqis ta' USD [7–12-il] miljun. It-tieni riċevibbli kien ittrasferit minn LNG Trading lil LNG Holding, li min-naħa tagħha ttrasferitu lil LNG Lussemburgu kontra l-Kuntratt Forward LNG. LNG Lussemburgu ittrasferixxiet ir-riċevibbli lil LNG Supply kontra LNG ZORA (ara t-talba għad-deċiżjoni tat-taxxa tal-2009, Taqsima 1).

(36)  Ippreżentat mil-Lussemburgu fis-16 ta' Ġunju 2017.

(37)  Ara l-Ftehim tat-Trasferiment ta' LNG, il-klawżola 2.1.

(38)  Ara l-Ftehim tat-Trasferiment ta' LNG, il-klawżoli 2.1, 3 u 4.3.

(39)  Ippreżentat mil-Lussemburgu fil-21 ta' Novembru 2016.

(40)  Ara l-Ftehim LNG ZORA, il-klawżola 2.

(41)  Ara l-Ftehim LNG ZORA, il-klawżola 5.

(42)  Ara l-Ftehim LNG ZORA, il-klawżola 4.

(43)  Ara l-Ftehim LNG ZORA, il-klawżola 4 u 5.

(44)  Ara l-Ftehim LNG ZORA, il-klawżola 2.

(45)  Ara l-Ftehim LNG ZORA, il-klawżola 5.2, cf. flimkien mad-definizzjonijiet fil-klawżola 1.

(46)  Ippreżentat mil-Lussemburgu fil-21 ta' Novembru 2016.

(47)  Ara l-Ftehim Forward LNG, il-klawżola 2. Id-differenza bejn il-prezz tat-trasferiment tal-Assi LNG skont il-Ftehim tat-Trasferiment tan-Negozju (USD 657 miljun) u l-“prezz tal-ħruġ” ta' LNG ZORA u l-prezz skont il-Kuntratt Forward LNG (USD 646 miljun) tikkorrispondi għaċ-ċedola ta' USD 11-il miljun maħruġa minn LNG Supply li mhijiex inkluża fl-istruttura tal-finanzjament (ara n-nota f'qiegħ il-paġna35).

(48)  Ara l-Ftehim Forward LNG, il-klawżola 3.

(49)  It-talba għal deċiżjoni tat-taxxa LNG tal-2008 tgħid li “iż-ZORA se jakkumula sad-daqs tal-profitti ta' qabel it-taxxa ta' [LNG Supply] bit-tnaqqis ta' marġni nett […]. Iż-żieda fil-valur tal-obbligu skont iz-ZORA se twassal għal deduzzjoni korrispondenti għal [LNG Supply]” (it-talba għal deċiżjoni tat-taxxa LNG tal-2008, paġna 2). Din iż-żieda fl-obbligu tissemma fit-talba għal deċiżjoni tat-taxxa LNG tal-2008 bħala “dovuti taż-ZORA” jew “spiża fuq iż-ZORA”.

(50)  It-talba għal deċiżjoni tat-taxxa LNG tal-2012 tiċċara li “il-firxa netta ta' [1/(50–100)%] tal-valur tal-assi grossi” għandha titqies li tirreferi għall-valur medju tal-assi ffinanzjati permezz taż-ZORA, filwaqt li “il-fatturat gross” għandu jitqies bħala d-dħul totali ta' LNG Supply skont il-kontijiet tagħha, inkluż id-dħul u l-ispejjeż li jirriżultaw mill-ispejjeż fuq l-imgħax imġarrab u d-differenzi fil-kambju relatati mal-attivitajiet differenti ta' LNG Supply.

(51)  Ara t-talba għal deċiżjoni tat-taxxa LNG tal-2008, paġna 5, paragrafu 6, u għall-ispjegazzjoni, paġna 3.

(52)  Ara t-talba għal deċiżjoni tat-taxxa LNG tal-2008, paġna 2. Dan ifisser li l-Akkumulazzjonijiet ZORA jista' wkoll ikunu negattivi fil-każ li LNG Supply tagħmel telf.

(53)  Ara t-talba għal deċiżjoni tat-taxxa LNG tal-2008, paġna 3.

(54)  It-talba għal deċiżjoni tat-taxxa LNG tal-2008 (nota f'qiegħ il-paġna 4) tagħraf, li “fin-nuqqas ta' kwalunkwe rekwiżit speċifiku skont il-liġi tal-Lussemburgu u biex tiġi riflessa s-sustanza tar-remunerazzjoni taż-ZORA, jista' jiġi rakkomandat lil [LNG Lussemburgu] biex tikkontabbilizza d-dħul matul il-ħajja taż-ZORA. Dan jirriżulta f'żieda fil-valur taż-ZORA fil-kontijiet ta' [LNG Lussemburgu], sakemm il-valur reali taż-ZORA ma jkunx inqas”.

(55)  L-Artikolu 22bis(2) LIR jgħid hekk: “Par dérogation à l'article 22, alinéa 5, les opérations d'échange visées aux numéros 1 à 4 ci-dessous ne conduisent pas à la réalisation des plus-values inhérentes aux biens échangés, à moins que, dans les cas visés aux numéros 1, 3 et 4, soit le créancier, soit l'associé ne renoncent à l'application de la présente disposition: 1. lors de la conversion d'un emprunt: l'attribution au créancier de titres représentatifs du capital social du débiteur. En cas de conversion d'un emprunt capitalisant convertible, l'intérêt capitalisé se rapportant à la période de l'exercice d'exploitation en cours précédant la conversion est imposable au moment de l'échange”. Fil-prattika, dan ifisser li għall-finijiet tat-taxxa tal-Lussemburgu, il-prezz storiku tal-akkwist kif ukoll id-data storika tal-akkwist taż-ZORA se jintużaw għall-ishma li jinħarġu f'dak iż-żmien.

(56)  Ara t-talba għal deċiżjoni tat-taxxa LNG tal-2008, paragrafu 7, paġna 5.

(57)  Ara t-talba għal deċiżjoni tat-taxxa LNG tal-2008, paragrafu 7, paġna 5.

(58)  Ara t-talba għal deċiżjoni tat-taxxa LNG tal-2008, paġna 3.

(59)  Ara t-talba għal deċiżjoni tat-taxxa LNG tal-2008, paġna 3.

(60)  Ara t-talba għal deċiżjoni tat-taxxa LNG tal-2008, paġna 4 (enfasi miżjuda mill-Kummissjoni).

(61)  Ara t-talba għal deċiżjoni tat-taxxa LNG tal-2008, paġna 9.

(62)  Ara t-talba għal deċiżjoni tat-taxxa LNG tal-2008, it-Taqsima 3.1.

(63)  Ara t-talba għal deċiżjoni tat-taxxa LNG tal-2008, it-Taqsima 3.2.

(64)  Ara l-kontijiet statutorji tal-2010 ta' LNG Supply, nota 9.

(65)  Ara, għal kull sena, Déclaration pour l'impôt sur le revenu des collectivités et pour l'impôt commercial, l-Anness 1.

(66)  Ara, għall-2014 Déclaration pour l'impôt sur le revenu des collectivités et pour l'impôt commercial, l-Anness 1.

(67)  Ara, għal kull sena, Déclaration pour l'impôt sur le revenu des collectivités et pour l'impôt commercial, l-Anness 1.

(68)  Ara, għal kull sena, Déclaration pour l'impôt sur le revenu des collectivités et pour l'impôt commercial, l-Anness 2.

(69)  Skont id-Déclaration pour l'impôt sur le revenu des collectivités et pour l'impôt commercial għall-2014, l-Anness 2, l-Akkumulazzjoni ZORA li tikkorrispondi għall-2014 kienet ta' USD [250–350]. miljun. Dan ifisser li l-ammont li bih l-Akkumulazzjonijiet ZORA akkumulati fil-fatt tnaqqas fl-2017 kien ta' USD [450–550] miljun (li jikkorrispondi għas-somma ta' USD [250–350] miljun u USD 193,8 miljun).

(70)  Iċ-ċifra tikkorrispondi għall-kalkolu tal-Marġni LNG kif rifless fl-Anness 3 tad-Déclaration pour l'impôt sur le revenu des collectivités et pour l'impôt commercial għall-2011. Kalkolu simili jinstab fid-dikjarazzjoni tat-taxxa ta' snin oħra.

(71)  Skont id-Déclaration pour l'impôt sur le revenu des collectivités et pour l'impôt commercial tal-2011, l-Anness 3, dan l-ammont ġie kkonvertit f'EUR [2 500 000-3 500 000].

(72)  Inkluż EUR [100 000-300 000], għall-impôt commercial communal u EUR [550 000-750 000] għal impôt sur le revenu des collectivités.

(73)  Ara l-kontijiet statutorji tal-2014 ta' LNG Supply, nota 8.

(74)  Ara l-premessi 46 u 47. Madankollu, kif indikat fin-nota ta' qiegħ il-paġna69, l-ammont li bih fil-fatt tnaqqsu l-Akkumulazzjonijiet ZORA akkumulati kien ta' USD [450–550] miljun.

(75)  L-ammont ta' USD 699,9 miljun jinkludi wkoll l-Akkumulazzjoni ZORA li tikkorrispondi għall-2014 (ara n-noti ta' qiegħ il-paġna69 u74).

(76)  Ara l-kontijiet statutorji tal-2014 ta' LNG Supply, nota 7.

(77)  Ara l-kontijiet statutorji tal-2015 ta' LNG Supply, nota 8.

(78)  Ara l-kontijiet statutorji tal-2016 ta' LNG Supply, nota 8.

(79)  Ara d-Déclaration pour l'impôt sur le revenu des collectivités et pour l'impôt commercial de l'année 2013, Anness 1.

(80)  Ara l-premessa (38).

(81)  Ara d-Déclaration pour l'impôt sur le revenu des collectivités et pour l'impôt commercial de l'année 2013, Anness 1.

(82)  Ara d-Déclaration pour l'impôt sur le revenu des collectivités et pour l'impôt commercial de l'année 2014, Annessi 1 u 2.

(83)  Ara l-kontijiet statutorji tal-2015 ta' LNG Lussemburgu, nota 4 u 5.

(84)  Ara l-kontijiet statutorji tal-2016 ta' LNG Lussemburgu, nota 3 u 6.

(85)  Ara, pereżempju l-kontijiet statutorji tal-2013 ta' LNG Holding, nota 3.

(86)  Ara għal kull sena mill-2012 id-Déclaration pour l'impôt sur le revenu des collectivités et pour l'impôt commercial, Détails concernant les participations visées à l'Article 166 L.I.R.

(87)  Ara l-kontijiet statutorji tal-2014 ta' LNG Holding, nota 3. L-ammont tal-qligħ kapitali jikkorrispondi bejn wieħed u ieħor għall-ammont tal-Akkumulazzjonijiet ZORA akkumulati konvertiti (ara n-nota f'qiegħ il-paġna 74).

(88)  Ara l-kontijiet statutorji tal-2015 u tal-2016 ta' LNG Holding, nota 3.

(89)  Dan iseħħ, mhux aktar tard mill-iskadenza taż-ZORA, ara l-premessa 60(2).

(90)  L-implimentazzjoni dettaljata tal-istruttura kienet kif ġej: CEF tittrasferixxi l-Financing and Treasury Business lil GSTM kontra ċedoli mingħand GSTM. CEF se tbigħ iċ-ċedoli lil EIL kontra tieni ċedola maħruġa minn EIL lil CEF għall-istess ammont. GSTM imbagħad se toħroġ GSTM Zora lil EIL bi skambju għall-ewwel ċedola. EIL se tiffinanzja l-investiment f'GSTM ZORA permezz tal-Kuntratt Forward GSTM li tkun għamlet ma' CEF. Bħala korrispettiv għall-Kuntratt Forward GSTM, CEF se tħallas ammont daqs it-tieni ċedola, li se tkun paċuta (ara t-talba għal deċiżjoni tat-taxxa GSTM tal-2010 Talba, Taqsima I).

(91)  Skont il-paragrafu 5 tat-talba għal deċiżjoni tat-taxxa GSTM tal-2012 “iż-ZORA maħruġ minn GSTM jista' jiżdied. L-aspettattiva hija li l-ammont totali maħruġ taħt iż-ZORA se jammonta għal bejn EUR [7-12] u [37-42] biljun”. Skont il-kontijiet u d-dikjarazzjonijiet tat-taxxa ta' GSTM, mill-31 ta' Diċembru 2016 l-ammont ta' GSTM ZORA ma żdidx.

(92)  “Proposition de cession d'une branche d'activités déposé ou registre de commerce e des sociétés de Lussemburgu”, ppreżentata mil-Lussemburgu fis-16 ta' Ġunju 2017.

(93)  Ara l-Proposition de cession d'une branche d'activités – Mémorial C – 13 mai 2011 – section 1: “En considération de cette cession de Branche d'Activités, la Société Bénéficiaire émettra un billet à ordre dont le montant s'élève à: EUR 1 036 912 506,84”.

(94)  Ippreżentat mil-Lussemburgu fil-21 ta' Novembru 2016.

(95)  Il-Ftehim tal-2014 kien iffirmat flimkien ma' talba oħra ta' finanzjament u jinkludi kwalunkwe ammont li nġibed qabel.

(96)  Ara l-Ftehim GSTM ZORA, il-klawżola 2.

(97)  Ara l-Ftehim GSTM ZORA, il-klawżola 5.

(98)  Ara l-Ftehim GSTM ZORA, il-klawżola 4.

(99)  Ara l-Ftehim GSTM ZORA, il-klawżoli 4 u 5.

(100)  Ara l-Ftehim GSTM ZORA, il-klawżola 2.

(101)  Ara l-Ftehim GSTM ZORA, il-klawżola 5.2, cf. flimkien mad-definizzjonijiet fil-klawżola 1.

(102)  Ippreżentat mil-Lussemburgu fil-21 ta' Novembru 2016.

(103)  Ara l-Ftehim Forward GSTM, il-klawżola 2.

(104)  Ara l-Ftehim Forward GSTM, il-klawżola 3.

(105)  Ara t-talba għal deċiżjoni tat-taxxa GSTM tal-2010, paġna 2.

(106)  Ara t-talba għal deċiżjoni tat-taxxa GSTM tal-2010, paġna 2.

(107)  Ara t-talba għal deċiżjoni tat-taxxa GSTM tal-2010, paġna 5, paragrafu 5.

(108)  Ara t-talba għal deċiżjoni tat-taxxa GSTM tal-2012, paġna 2. “APA” tfisser ftehim preliminari ta' pprezzar.

(109)  Ara d-Déclaration pour l'impôt sur le revenu des collectivités et pour l'impôt commercial de l'année 2011, Anness 3.

(110)  Circulaire du directeur des contributions no 164/2 du 28 janvier 2011.

(111)  Ara ċ-Ċirkolari 164/2, il-paragrafu 4.2.

(112)  Ara d-Déclaration pour l'impôt sur le revenu des collectivités et pour l'impôt commercial de l'année 2012, Anness 3.

(113)  Ara l-ittra tal-Lussemburgu tat-23 ta' Mejju 2016.

(114)  Ara t-talba għal deċiżjoni tat-taxxa GSTM tal-2010, paġna 2. Fl-istess linja, it-talba għal deċiżjoni tat-taxxa GSTM tal-2012 tgħid: “sal-punt li t-trattament kontabilistiku jkun differenti mill-akkumulazzjonijiet annwali skont il-ftehim ZORA, għal skopijiet ta' taxxa GSTM xorta se tirrapporta l-Marġni biss”.

(115)  Ara Taqsima 2.2.3.4.

(116)  Ara t-talba għal deċiżjoni tat-taxxa GSTM tal-2010, paġna 3, u n-noti f'qiegħ il-paġna 3 u 4, inklużi argumenti identiċi għal dawk użati fit-talba għal deċiżjoni tat-taxxa LNG tal-2008 (ara l-premessa 38).

(117)  Ara t-talba għal deċiżjoni tat-taxxa GSTM tal-2010, paġna 3.

(118)  Ara t-talba għal deċiżjoni tat-taxxa 2010 GSTM tal-2010, paragrafu 6, paġna 6.

(119)  Ara Taqsima 2.2.3.5.

(120)  Ara t-talba għal deċiżjoni tat-taxxa GSTM tal-2010, paġna 3.

(121)  Ara t-talba għal deċiżjoni tat-taxxa GSTM tal-2010, paragrafu 2, paġna 5 (enfasi miżjuda mill-Kummissjoni).

(122)  Ara wkoll in-noti ta' spjegazzjoni tal-karta tal-bilanċ ta' GSTM fil-31 ta' Diċembru 2011, Déclaration pour l'impôt sur le revenu des collectivités et pour l'impôt commercial de l'année 2011 GSTM, Anness 3.

(123)  Ara, għal kull sena, Déclaration pour l'impôt sur le revenu des collectivités et pour l'impôt commercial, l-Anness 1.

(124)  Ara, għal kull sena, Déclaration pour l'impôt sur le revenu des collectivités et pour l'impôt commercial, l-Anness 1.

(125)  Ara, għal kull sena, Déclaration pour l'impôt sur le revenu des collectivités et pour l'impôt commercial, l-Anness 2.

(126)  Il-grafika turi d-Déclaration pour l'impôt sur le revenu des collectivités et pour l'impôt commercial għall-2011, Anness 3.

(*1)  Ikkalkolat fuq bażi ta’ kull xahar.

(127)  Ara l-premessa 65.

(128)  Ara d-Déclaration pour l'impôt sur le revenu des collectivités et pour l'impôt commercial għall-2012, Anness 3.

(129)  Ara d-Déclaration pour l'impôt sur le revenu des collectivités et pour l'impôt commercial għall-2012, Anness 3.

(130)  Ara, għal kull sena, il-karta tal-bilanċ ta' EIL fid-Déclaration pour l'impôt sur le revenu des collectivités et pour l'impôt commercial, Anness 1.

(131)  Ara l-premessa 68.

(132)  Ara għal kull sena d-Déclaration pour l'impôt sur le revenu des collectivités et pour l'impôt commercial, Détails concernant les participations visées à l'Article 166 L.I.R.

(133)  Artikolu 159(1) LIR: “Sont considérés comme contribuables résidents passibles de l'impôt sur le revenu des collectivités, les organismes à caractère collectif énumérés ci-après, pour autant que leur siège statutaire ou leur administration centrale se trouve sur le territoire du Grand-Duché”. Artikolu 159(2) LIR: “L'impôt sur le revenu des collectivités porte sur l'ensemble des revenus du contribuable”.

(134)  Artikolu 163(1) LIR: “L'impôt sur le revenu des collectivités frappe le revenu imposable réalisé par le contribuable pendant l'année du calendrier.

(135)  It-taxxa tal-kumpaniji tal-Lussemburgu tikkonsisti minn taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji fuq il-profitti (“impôt sur le revenu des collectivités” jew “IRC”), intaxxati bir-rata ta' 21 %, u, għall-kumpaniji stabbiliti fil-Belt tal-Lussemburgu, taxxa muniċipali fuq il-profitti kummerċjali (“impôt commercial”), intaxxati bir-rata ta' 6,75 %. Barra minn hekk, hemm soprataxxa ta' 5 % fuq ir-rata tat-taxxa ta' 21 % għal fond ta' impjieg ikkalkulat fuq l-IRC. Fl-2012, is-soprataxxa ta' solidarjetà żdiedet minn 5 % għal 7 % b'effett mis-sena fiskali 2013. Bil-bidliet introdotti għas-sena tat-taxxa 2013, ir-rata aggregata tat-taxxa fuq id-dħul żdiedet minn 28,80 % għal 29,22 % għal kumpaniji stabbiliti fil-Belt tal-Lussemburgu. Barra minn hekk, il-kumpaniji tal-Lussemburgu huma soġġetti wkoll għal taxxa annwali fuq il-ġid li tinġabar bir-rata ta' 0,5 % fuq il-valur nett dinji tal-kumpanija fl-1 ta' Jannar ta' kull sena.

(136)  Artikolu 23(1) LIR: “(…) l'évaluation des biens de l'actif net investi doit répondre aux règles prévues aux alinéas suivants et, en ce qui concerne les exploitants obligés à la tenue d'une comptabilité régulière, aux principes d'une comptabilité pareille”.

(137)  Artikolu 40(1) LIR: “Lorsque les prescriptions régissant l'évaluation au point de vue fiscal n'exigent pas une évaluation à un montant déterminé, les valeurs à retenir au bilan fiscal doivent être celles du bilan commercial ou s'en rapprocher le plus possible dans le cadre des prescriptions prévisées, selon que les valeurs du bilan commercial répondent ou ne répondent pas aux même prescriptions.

(138)  Artikolu 97(1) LIR: “Sont considérés comme revenus provenant de capitaux mobiliers: 1. les dividendes, parts de bénéfice et autres produits alloués, sous quelque forme que ce soit, en raison des actions, parts de capital, parts bénéficiaires ou autres participations de toute nature dans les collectivités visées aux articles 159 et 160”.

(139)  Avis du Conseil d'Etat du 2 avril 1965 concernant l'article 242 du projet de loi sur l'impôt sur le revenu:La considération que les bénéfices sociaux produits par une société filiale et traversant une société mère avant d'être distribués aux actionnaires de celle-ci, sont exposés à une triple imposition qu'il faut éviter pour des raisons d'équité fiscale et d'ordre économique” (enfasi miżjuda mill-Kummissjoni).

(140)  Id-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE tat-23 ta' Lulju 1990 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti (ĠU L 225, 20.8.1990, p. 6).

(141)  Artikolu 166(1) LIR: “les revenus d'une participation (…) sont exonérés lorsque à la date de la mise à disposition des revenus, le bénéficiaire détient ou s'engage à détenir ladite participation pendant une période ininterrompue d'au moins douze mois et que pendant toute cette période le taux de participation ne descend pas au-dessous du seuil de 10 pour cent ou le prix d'acquisition au-dessous de 1 200 000 euros”.

(142)  Règlement grand-ducal du 21 décembre 2001 portant exécution de l'article 166, alinéa 9, numéro 1 de la loi modifiée du 4 décembre 1967 concernant l'impôt sur le revenu.

(143)  Artikolu 166(9) LIR: “Un règlement grand-ducal pourra: 1. étendre l'exonération, sous les conditions et modalités à déterminer, aux revenus dégagés par la cession de la participation, 2. prévoir, dans les conditions à spécifier, que les pertes de cession ne sont pas déductibles”. L-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-21 ta' Diċembru 2001: “Lorsqu'un contribuable visé à l'article 166, alinéa 1 er, numéros 1 à 4, cède des titres d'une participation directe détenue dans le capital social d'une société visée à l'alinéa 2, numéros 1 à 3 du même article, le revenu dégagé par la cession est exonéré, lorsqu'à la date de l'aliénation des titres le cédant détient ou s'engage à détenir ladite participation pendant une période ininterrompue d'au moins 12 mois et que pendant toute cette période le taux de participation ne descend pas au-dessous du seuil de 10 % ou le prix d'acquisition au-dessous de 6 000 000a d'euros”.

(144)  Artikolu 164(1) LIR: “Pour déterminer le revenu imposable, il est indifférent que le revenu soit distribué ou non aux ayants droits.

(145)  Artikolu 164(2) LIR: “Sont à considérer comme distribution dans le sens de l'alinéa qui précède, les distributions de quelque nature qu'elles soient, faites à des porteurs d'actions, de part bénéficiaires ou de fondateurs, de parts de jouissance ou de tous autres titres, y compris les obligations à revenu variable donnant droit à une participation au bénéfice annuel ou au bénéfice de liquidation.

(146)  Artikolu 22(5) LIR: “L'échange de biens est à considérer comme cession à titre onéreux du bien donné en échange, suivie de l'acquisition à titre onéreux du bien reçu en échange. Le prix de cession du bien donné en échange correspond à sa valeur estimée de réalisation”.

(147)  L-Artikolu 22bis(2) -1 jgħid hekk: “Par dérogation à l'Article 22, alinéa 5, les opérations d'échange visées aux numéros 1 à 4 ci-dessous ne conduisent pas à la réalisation des plus-values inhérentes aux biens échangés, à moins que, dans les cas visés aux numéros 1, 3 et 4, soit le créancier, soit l'associé ne renoncent à l'application de la présente disposition: 1. lors de la conversion d'un emprunt: l'attribution au créancier de titres représentatifs du capital social du débiteur. En cas de conversion d'un emprunt capitalisant convertible, l'intérêt capitalisé se rapportant à la période de l'exercice d'exploitation en cours précédant la conversion est imposable au moment de l'échange”. Barra minn hekk, l-Artikolu 22bis (4) jipprevedi dan li ġej: “Dans le chef de l'associé, le prix et la date d'acquisition des titres reçus en échange correspondent au prix et à la date d'acquisition des titres donnés en échange. En cas de paiement d'une soulte à l'associé, le prix d'acquisition des titres reçus en échange est à diminuer du montant de ladite soulte”.

(148)  L-Artikolu 6 StAnpG jipprevedi: “Durch Missbrauch von Formen und Gestaltungsmöglichkeiten des bürgerlichen Rechts kann die Steuerpflicht nicht umgangen oder gemindert werden. Liegt ein Missbrauch vor, so sind die Steuern so zu erheben, wie sie bei einer den wirtschaftlichen Vorgängen, Tatsachen und Verhältnissen angemessenen rechtlichen Gestaltung zu erheben wären.

(149)  Ara d-Deċiżjoni tal-Ftuħ, Taqsima 4.2.1.

(150)  Ara d-Deċiżjoni tal-Ftuħ, Taqsima 4.2.2.1.

(151)  Ara d-Deċiżjoni tal-Ftuħ, Taqsima 4.2.2.2.

(152)  Ara d-Deċiżjoni tal-Ftuħ, Taqsima 4.2.3.

(153)  Ara d-Deċiżjoni tal-Ftuħ, premessi 151-155.

(154)  Ara d-Deċiżjoni tal-Ftuħ, premessa 156.

(155)  Ara d-Deċiżjoni tal-Ftuħ, premessa 152.

(156)  Ara d-Deċiżjoni tal-Ftuħ, premessa 158.

(157)  Ara l-osservazzjonijiet tal-Lussemburgu dwar id-deċiżjoni tal-Ftuħ, paragrafu 168.

(158)  Ara l-osservazzjonijiet tal-Lussemburgu dwar id-deċiżjoni tal-Ftuħ, paragrafu 170.

(159)  Ara d-Deċiżjoni tal-Ftuħ, premessa 152.

(160)  Ara l-premessa 97.

(161)  Ara l-osservazzjonijiet tal-Lussemburgu dwar id-deċiżjoni tal-Ftuħ, paġna 8: “Un ZORA constitue un contrat qui documente une dette ainsi que son remboursement, de sorte qu'on ne voit pas la pertinence de l'article 164 LIR en l'espèce”. “Les ZORAs ont, d'un point de vue fiscal luxembourgeois, les caractéristiques essentielles d'une dette et non d'une participation au capital”.

(162)  Artikolu 162 LIR: “(1) Les dispositions du titre 1er de la présente loi sont applicables pour la détermination du revenu imposable et des revenus nets qui le composent, pour la détermination du bénéfice de cession ou de liquidation et pour la déclaration, l'établissement et la perception de l'impôt, à moins qu'il n'en soit autrement disposé ci-après ou que l'application de ces disposition ne se justifie pas eu égard à la nature spéciale des organismes à caractère collectif. (2) En exécution de l'alinéa qui précède, un règlement grand-ducal spécifiera les dispositions applicables aux organismes à caractère collectif.

(163)  Ara l-osservazzjonijiet mil-Lussemburgu għall-Ittra tal-11 ta' Diċembru 2017, ir-risposta għall-mistoqsija 1.b: “Hormis l'exception faite aux sociétés étrangères […], toutes les participations dont les revenus peuvent bénéficier du régime d'éxonération au titre de l'article 166 LIR sont aussi couvertes par les dispositions de l'article 164 de la LIR”.

(164)  Il-kawża C-70/16 P Comunidad Autónoma de Galicia u Retegal vs. il-Kummissjoni ECLI:EU:C:2017:1002.

(165)  Engie ddikjarat ukoll li LNG Supply għandha madwar [1–40] impjegat full-time u GSTM madwar [1–10] impjegat full-time. Engie kkonfermat ukoll li l-LNG Lussemburgu ma għandha l-ebda attività oħra ħlief li żżomm LNG ZORA u l-Kuntratt Forward LNG.

(166)  Ara r-Rapport tal-PT, taqsimiet 6.1.2 u 6.1.3.

(167)  Il-Metodu tal-Prezz Kumparabbli mhux Kontrollat huwa wieħed mill-ħames metodi tal-ipprezzar ta' trasferiment rikonoxxuti mill-OECD fil-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar l-Ipprezzar tat-Trasferimenti għall-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Amministrazzjonijiet tat-Taxxa.

(168)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/809/KE tat-8 ta' Lulju 2009 dwar l-iskema Groepsrentebox li l-Olanda qiegħda tippjana li timplimenta (C 4/07 (ex N 465/06)) (ĠU L 288, 4.11.2009, p. 26). Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2326 tal-21 ta' Ottubru 2015 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.38375 (2014/C) (ex 2014/NN) implimentata mil-Lussemburgu għal Fiat (ĠU L 351, 22.12.2016, p. 1).

(169)  Azzjoni 2 tal-proġett tal-Erożjoni tal-Bażi u Trasferiment tal-Profitt.

(170)  Ara l-Kawża C-399/08 P Il-Kummissjoni vs. Deutsche Post ECLI:EU:C:2010:481, il-paragrafu 38 u l-ġurisprudenza msemmija fih.

(171)  Ikawżi konġunti C-20/15 P Il-Kummissjoni vs. World Duty Free ECLI:EU:C:2016:981, il-paragrafu 53 u l-ġurisprudenza msemmija fihom.

(172)  Ara l-Kawżi Konġunti C-106/09 P u C-107/09 PIl-Kummissjoni vs.. il-Gvern ta' Ġibiltà u r-Renju Unit ECLI:EU:C:2011:732, il-paragrafu 72 u l-ġurisprudenza msemmija fihom.

(173)  Ara l-Kawżi Konġunti C-106/09 P u C-107/09 PIl-Kummissjoni vs.. il-Gvern ta' Ġibiltà u r-Renju Unit ECLI:EU:C:2011:732, il-paragrafu 72 u l-ġurisprudenza msemmija.

(174)  Il-Kawża C-126/01 GEMO SA ECLI:EU:C:2003:622, paragrafu 41 u l-ġurisprudenza ċitata.

(175)  Ara l-Kawża 730/79 Phillip Morris ECLI:EU:C:1980:209, paragrafu 11 u l-Kawżi Konġunti T-298/97, T-312/97 eċċ. Alzetta ECLI:EU:T:2000:151, paragrafu 80.

(176)  Ara d-Deċiżjoni tal-Ftuħ, premessa 152.

(177)  Ara l-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“l-Avviż dwar il-Kunċett tal-għajnuna”) (ĠU C 262, 19.7.2016, p. 1) paragrafu 67 u l-ġurisprudenza msemmija.

(178)  Il-kawża 173/73 l-Italja vs. il-Kummissjoni ECLI:EU:C:1974:71, paragrafu 13.

(179)  Ara l-kawża C-66/02 l-Italja vs. il-Kummissjoni ECLI:EU:C:2005:768, paragrafu 78; Il-kawża C-222/04, Cassa di Risparmio di Firenze u Oħrajn ECLI:EU:C:2006:8, il-paragrafu 132; Il-kawża C-522/13 Ministerio de Defensa u Navabi ECLI:EU:C:2014:2262, il-paragrafi 21 sa 31.

(180)  Barra minn hekk, parti minn LNG ZORA ġiet ikkonvertita.

(181)  Il-kummenti tal-Lussemburgu għall-Ittra tal-11 ta' Diċembru 2017, paġna 5.

(182)  Il-kummenti ta' Engie għall-Ittra tal-11 ta' Diċembru 2017, paġna 33.

(183)  B'mod aktar speċifiku, il-profitt kollu magħmul minn dawn iż-żewġ entitajiet bit-tnaqqis tal-Marġni LNG u tal-Marġni GSTM (it-tnejn li huma inizjalment stabbiliti għal [1/(50–100)%] tal-valur tal-assi tagħhom).

(184)  Ara l-kawża C-6/12 P Oy ECLI:EU:C:2013:525, paragrafu 17; Il-kawża C-522/13 Ministerio de Defensa u Navantia ECLI:EU:C:2014:2262, paragrafu 32.

(185)  Ara l-Kawżi Konġunti C-20/15 P u C-21/15 PIl-Kummissjoni vs. World Duty Free Group ECLI:EU:C:2016:981, paragrafu 57 u l-ġurisprudenza msemmija.

(186)  Ara l-Kawża Konġnti C-78/08 sa C-80/08 Paint Graphos ECLI:EU:C:2011:550, paragrafu 65.

(187)  Ara l-Avviż dwar il-Kunċett tal-għajnuna, paragrafu 133.

(188)  L-Avviż dwar il-Kunċett tal-għajnuna, paragrafu 134.

(189)  Ara Taqsima 2.3.1.

(190)  Għalkemm fil-prinċipju applikabbli għal persuni fiżiċi, skont l-Artikolu 162 LIR, din id-dispożizzjoni hija applikabbli wkoll għal kontribwenti kumpaniji.

(191)  Għalkemm fil-prinċipju applikabbli għal persuni fiżiċi, skont l-Artikolu 162 LIR, din id-dispożizzjoni hija applikabbli wkoll għal kontribwenti kumpaniji.

(192)  Għalkemm fil-prinċipju applikabbli għal persuni fiżiċi, skont l-Artikolu 162 LIR, din id-dispożizzjoni hija applikabbli wkoll għal kontribwenti kumpaniji.

(193)  Bħala tali, il-prinċipji kollha tal-kontabbiltà, inkluż il-prinċipju tal-prudenza, jenħtieġ li jitqiesu bħala parti mis-sistema ta' referenza. F'dan il-każ, il-prinċipju tal-prudenza jispjega l-eżistenza ta' differenza temporanja bejn il-mument li fih is-Sussidjarji kkontabbilizzaw l-Akkumulazzjonijiet ZORA bħala spejjeż u l-mument li fih is-Selliefa kkontabbilizzaw id-dħul korrispondenti.

(194)  Ara madankollu l-premessa 180.

(195)  Ara l-premessi 106 sa 108.

(196)  Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 193.

(197)  Ara l-premessa 135.

(198)  Id-deduċibbiltà tal-ispejjeż tan-negozju hija biss riflessjoni tal-fatt li l-bażi għall-kalkolu tal-profitt taxxabbli tal-kumpaniji huwa l-profitt kif stabbilit fil-kontijiet tagħhom, billi dak il-profitt jikkorrispondi għad-dħul realizzat bit-tnaqqis tal-ispejjeż tan-negozju u ta' spejjeż oħra mġarrba.

(199)  “La confirmation de l'application cumulative des articles visés par les décisions fiscales anticipatives est conforme à l'objectif du système luxembourgeois, d'imposer sur le bénéfice toute société assujettie à l'impôt au Lussemburgu après prise en compte de la rémunération des instruments de dette émis par le contribuable” (osservazzjonijiet minn Engie għad-deċiżjoni tal-Ftuħ, Sommarju Eżekuttiv, Taqsima III(B)(a)(iv). Enfasi miżjuda mill-Kummissjoni).

(200)  Kawżi Konġunti C-20/15 P u C-21/15 P Il-Kummissjoni vs. World Duty Free Group ECLI:EU:C:2016:981, paragrafu 92: “[fi] d-deċiżjonijiet ikkontestati, il-Kummissjoni, sabiex tikklassifika l-miżura inkwistjoni bħala miżura selettiva, qagħdet fuq il-fatt li l-vantaġġ tat-taxxa konferit minn dik il-miżura ma kienx ta' benefiċċju, bla diskriminazzjoni, għall-operaturi ekonomiċi kollha li kienu oġġettivament f'sitwazzjoni komparabbli, fid-dawl tal-objettiv tas-sistema ordinarja tat-taxxa Spanjol, minħabba li impriżi residenti li jakkwistaw ishma tal-istess tip f'kumpaniji residenti għal finijiet ta' taxxa fi Spanja ma setgħux jiksbu dak il-vantaġġ” (enfasi miżjuda mill-Kummissjoni); bl-istess mod, ara l-paragrafi 22 u 68. bl-istess mod ara l-kawża C-217/03 il-Belġju u Forum 187 vs. il-Kummissjoni ECLI:EU:C:2005:266, paragrafu 95; il-Kawża C-88/03 il-Portugall vs. il-Kummissjoni ECLI:EU:C:2006:511, paragrafu 56; il-Kawża C-519/07 P il-Kummissjoni vs. Koninklijke FrieslandCampina ECLI:EU:C:2009:556, paragrafi 2 sa 7; u l-Kawżi Konġnti C-78/08 sa C-80/08 Paint Graphos ECLI:EU:C:2011:550, paragrafu 50. Ara wkoll l-Avviż dwar il-Kunċett tal-għajnuna, paragrafu 134.

(201)  Ara l-Kawżi Konġunti C-106/09 P u C-107/09 P Il-Kummissjoni vs. il-Gvern ta' Ġibiltà u r-Renju Unit ECLI:EU:C:2011:732, il-paragrafi 92 sa 95. Dwar il-valutazzjoni tal-miżuri fir-rigward tal-effetti tagħhom, ara wkoll British Aggregates vs. Il-Kummissjoni, paragrafi 85 u 89 u l-ġurisprudenza ċċitata, u l-Kawża C 279/08 P Il-Kummissjoni vs. in-Netherlands, ECLI:EU:C:2011:551, paragrafu 51.

(202)  Ara l-kummenti tal-Lussemburgu għall-Ittra tal-11 ta' Diċembru 2017, paġna 2.

(203)  Ara l-kummenti tal-Lussemburgu għall-Ittra tal-11 ta' Diċembru 2017, paġna 2. Il-kummenti ta' Engie għall-Ittra tal-11 ta' Diċembru 2017, paġna 30.

(204)  Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 199.

(205)  Ara l-kummenti tal-Lussemburgu għall-Ittra tal-11 ta' Diċembru 2017, paġna 8. kummenti minn Engie għad-deċiżjoni tal-Ftuħ, paragrafi 125–126.

(206)  Ara l-kummenti tal-Lussemburgu għall-Ittra tal-11 ta' Diċembru 2017, paġna 2.

(207)  Ara, pereżempju, fil-Kawża C-217/03 il-Belġju u Forum 187 vs. il-Kummissjoni ECLI:EU:C:2005:266 fejn, l-istess bħal f'din is-Sentenza, il-Qorti ddefiniet il-qafas ta' referenza b'referenza għall-prinċipju li l-kumpaniji huma ntaxxati fuq il-profitt kummerċjali tagħhom: “Sabiex jiġi deċiż jekk metodu ta' valutazzjoni ta' dħul taxxabbli bħal dak stabbilit skont ir-reġim għaċ-ċentri ta' koordinazzjoni jagħtihomx vantaġġ, huwa meħtieġ, kif tissuġġerixxi l-Kummissjoni fil-punt 95 tad-deċiżjoni kkontestata, li dak ir-reġim jiġi mqabbel mas-sistema tat-taxxa ordinarja, abbażi tad-differenza bejn il-profitti u l-ħruġ ta' impriża li twettaq l-attivitajiet tagħha f'kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ħielsa” (paragrafu 95); Fl-istess sens ara l-Kawżi Konġnti C-78/08 sa C-80/08 Paint Graphos ECLI:EU:C:2011:550, paragrafu 50: “Jidher mill-informazzjoni disponibbli għall-Qorti, l-ewwel, li, għall-fini tal-kalkolu tat-taxxa tal-kumpaniji, il-bażi ta' valutazzjoni tas-soċjetajiet kooperattivi kkonċernati tal-produtturi u tal-ħaddiema hija ddeterminata bl-istess mod bħal dak ta' tipi oħra ta' impriżi, jiġifieri fuq il-bażi tal-ammont ta' profitt nett iggwadanjat bħala riżultat tal-attivitajiet tal-impriża fi tmiem is-sena tat-taxxa. Għalhekk it-taxxa tal-kumpaniji trid titqies bħala reġim legali ta' referenza għall-iskop li jiġi determinat jekk il-miżura inkwistjoni tistax tkun selettiva” (enfasi miżjuda mill-Kummissjoni). Ara wkoll il-Kawżi Konġunti C-106/09 P u C-107/09 P Il-Kummissjoni vs. il-Gvern ta' Ġibiltà u r-Renju Unit ECLI:EU:C:2011:732, paragrafu 95: “Fil-fatt, f'dan ir-rigward hemm lok li jiġi rrilevat li, kuntrarjament għal dak li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet fir-rigward tal-punti 143, 144 u 150 tad-deċiżjoni kontenzjuża, minn dawn il-punti jirriżulta li l-Kummissjoni eżaminat l-eżistenza ta' vantaġġi selettivi għall-kumpanniji “off-shore” fir-rigward tas-sistema fiskali inkwistjoni li tapplika formalment għall-impriżi kollha. Jidher għaldaqstant li d-deċiżjoni kontenzjuża tidentifika din is-sistema bħala l-kuntest ta' riferiment li fir-rigward tiegħu l-kumpanniji “off-shore” huma, fil-fatt, iffavorizzati”. Aktar reċentement, il-Kawżi C-236/16 u C-237/16 ANGED vs. Generalitat de Catalunya ECLI:EU:C:2018:280, paragrafi 42 sa 45.

(208)  Ara l-Kawżi Konġunti C-20/15 P u C-21/15 P Il-Kummissjoni vs. World Duty Free Group ECLI:EU:C:2016:981, paragrafu 54 u l-ġurisprudenza msemmija u wkoll il-paragrafu 86.

(209)  Ara l-Kawżi Konġunti C-78/08 sa C-80/08, Paint Graphos, ECLI:EU:C:2011:550, paragrafu 54, fejn il-Qorti tikkonferma li l-objettiv tar-reġim tat-taxxa tal-kumpaniji huwa t-tassazzjoni tal-profitti tal-kumpaniji.

(210)  Ara l-kummenti tal-Lussemburgu għall-Ittra tal-11 ta' Diċembru 2017, paġna 2.

(211)  Il-kummenti ta' Engie għall-Ittra tal-11 ta' Diċembru 2017, paragrafi 22 u 23.

(212)  Fi kwalunkwe każ, fit-Taqsima 6.2.2 l-Kummissjoni se turi li, jekk jitqies qafas ta' referenza aktar ristrett, limitat għar-regoli dwar l-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet u t-tassazzjoni tad-distribuzzjonijiet tal-profitti, it-trattament tat-taxxa mogħti fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati xorta waħda jikkostitwixxi deroga li twassal għal trattament favorevoli meta mqabbel ma' impriżi oħra f'sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli.

(213)  Perjodu ta' 12-il xahar ta' żamma ta' parteċipazzjoni u parteċipazzjoni ta' mill-inqas 10 % tal-kapital tal-entità b'parteċipazzjoni fiha jew prezz ta' xiri ta' EUR 1,2 miljun.

(214)  Fil-fatt, l-impriżi li jirċievu dħul tal-istess natura iżda li ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 166 LIR (pereżempju, minħabba li l-parteċipazzjoni tkun inqas minn 5 % jew minħabba li nżammet għal inqas minn 12-il xahar) ma jibbenefikawx mill-istess eżenzjoni.

(215)  Dan ġie kkonfermat mil-Lussemburgu matul il-laqgħa tal-1 ta' Ġunju 2017. B'mod partikolari, meta l-Kummissjoni staqsiet matul il-laqgħa dwar jekk l-aġġustament tat-taxxa kkontemplat taħt l-Artikolu 164(3) LIR jistax jitqies bħala wieħed mid-derogi mill-prinċipju tal-“accrochement” skont l-Artikolu 40 LIR, il-Lussemburgu ċċara li “kwalunkwe dispożizzjoni tat-taxxa, li tipprevedi aġġustament tal-karta tal-bilanċ kummerċjali titqies bħala eċċezzjoni”.

(216)  Ara l-ittra mil-Lussemburgu tat-12 ta' Mejju 2017, ir-risposta għall-mistoqsija 2.ii: “La plus-value comptable de 506,2 MUSD réalisée par LNG Holding correspond économiquement à l'accroissement de valeur de LNG Supply entre 2009 et 2014”.

(217)  Ara t-Taqsimiet 2.2.3.3, 2.2.3.4, 2.2.3.5, 2.2.4.3, 2.2.4.4 u 2.2.4.5.

(218)  Ara l-kummenti tal-Lussemburgu għall-Ittra tal-11 ta' Diċembru 2017, paġna 4.

(219)  Ħlief f'każijiet ta' applikazzjoni ħażina tal-liġi nazzjonali.

(220)  Il-kawża C-217/03 il-Belġju u Forum 187 vs. il-Kummissjoni ECLI:EU:C:2005:266, paragrafu 120;

(221)  Il-kummenti ta' Engie għall-Ittra tal-11 ta' Diċembru 2017, paragrafi 22 u 24.

(222)  Ara l-premessa 85.

(223)  Ara l-osservazzjonijiet mil-Lussemburgu għall-Ittra tal-11 ta' Diċembru 2017, ir-risposta għall-mistoqsija 1.b: “Hormis l'exception faite aux sociétés étrangères précédemment développé, toutes les participations dont les revenus peuvent bénéficier du régime d'exonération au titre de l'article 166 LIT sont aussi couvertes par les dispositions de l'article 164 de la LIR” (enfażi miżjuda mill-Kummissjoni).

(224)  Ara, f'dan ir-rigward, Steichen, Alain, Manuel de Droit fiscal. Droit fiscal général, Les cours de l'Université du Luxemburg, 2015, paġna 644: “L'article 166 LIR visant à éliminer la double imposition économique, la philosophie sous-jacente à cet article est qu'il s'applique aux revenus après impôts distribués par les sociétés. L'article 166 LIT doit donc être lu ensemble avec l'article 164 al. 2 LIR qui définit les distributions qui ne sont pas déductibles de la base imposable de la société opérant le paiement […]. Outre la cohérence logique entre l'article 166 LIR et 164 al. 2 LIR (peut n'être exonéré chez le bénéficiaire ce qui n'est pas déductible chez le débiteur di revenu; tout ce qui n'est pas déductible chez le débiteur du revenu doit pouvoir être exonéré chez le créancier du revenu) […]”.

(225)  Ara l-premessa 86. L-eżenzjoni mit-taxxa tal-qligħ kapitali li jirriżulta minn parteċipazzjonijiet issegwi l-istess loġika tal-eżenzjoni mit-taxxa tad-distribuzzjonijiet tal-profitti. Fin-nuqqas tal-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet, l-istess profitt ikun inkluż fil-bażi tat-taxxa kemm tal-entità tal-emissjoni kif ukoll tal-entità li jkollha l-parteċipazzjoni, u b'hekk tagħti lok għal tassazzjoni ekonomika doppja.

(226)  Ara t-Taqsimiet 2.2.3.3, 2.2.3.4, 2.2.3.5, 2.2.4.3, 2.2.4.4 u 2.2.4.5.

(227)  Ara l-premessi 49, 53 u 57.

(228)  Ara l-ittra mil-Lussemburgu tat-12 ta' Mejju 2017, ir-risposta għall-mistoqsija 2.ii:

(229)  Déclaration pour l'impôt sur le revenu des collectivités et pour l'impôt commercial of LNG Holding for the year 2014, formulaire modèle 506 A, “Détails concernant les participations visées à l'Article 166 LIR” dwar LNG Supply, Taqsima 3), linja 19: “dividendes exonérés”.

(230)  Il-fatt li, formalment, LNG Supply ma kellhiex laqgħa tal-azzjonist li approvat distribuzzjoni ta' dividendi huwa irrilevanti. LNG Holding hija l-unika azzjonista kemm ta' LNG Supply kif ukoll tal-entità li qed tagħti LNG ZORA (LNG Lussemburgu). Għalhekk, din tista' fi kwalunkwe ħin tiddeċiedi b'mod unilaterali meta tikkonverti ż-ZORA l-istess kif tista' tiddeċiedi meta tapprova d-distribuzzjoni tal-profitti ta' LNG Supply f'laqgħa tal-azzjonisti.

(231)  Ara l-premessa 204).

(232)  Ara l-kummenti tal-Lussemburgu għall-Ittra tal-11 ta' Diċembru 2017, paġni 4, 6 u r-risposti għall-mistoqsija 1.b u 1.c.

(233)  Ara l-kummenti ta' Engie għall-Ittra tal-11 ta' Diċembru 2017, paragrafi 26 sa 31.

(234)  Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/121 tas-27 ta' Jannar 2015 li temenda d-Direttiva 2011/96/UE dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti (ĠU L 21. 28.1.2015, p. 1).

Fil-kummenti tiegħu għall-Ittra tal-11 ta' Diċembru 2017, il-Lussemburgu jispjega li l-emenda riċenti introdotta fid-Direttiva dwar il-kumpaniji prinċipali u sussidjarji fl-2015 - fejn l-applikazzjoni tal-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet fuq il-profitti mqassma tiddependi fuq in-nondeduċibbiltà ta' dawn il-profitti mill-kumpanija sussidjarja - ma kinitx tkun meħtieġa jekk l-objettiv tal-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet kien li tiġi evitata t-tassazzjoni doppja (paġna 4). Engie tirreferi wkoll għal objettivi oħra ta' din id-Direttiva (ara l-kummenti għall-Ittra tal-11 ta' Diċembru 2017, il-paragrafi 35–43).

(235)  Ara l-kummenti tal-Lussemburgu għall-Ittra tal-11 ta' Diċembru 2017, ir-risposta għall-mistoqsija 1.b: “Hormis l'exception faite aux sociétés étrangères précédemment développé, toutes les participations dont les revenus peuvent bénéficier du régime d'exonération au titre de l'article 166 LIT sont aussi couvertes par les dispositions de l'article 164 de la LIR” (enfażi miżjuda mill-Kummissjoni).

(236)  Ħlief jekk l-entità bil-parteċipazzjoni fiha ma tkunx residenti għal finijiet ta' taxxa fil-Lussemburgu, f'liema każ l-Artikolu 164 LIR ma jkunx applikabbli.

(237)  Ara, f'dan ir-rigward, Steichen, Alain fin-nota f'qiegħ il-paġna 224.

(238)  Ara l-parir tal-Kunsill tal-Istat dwar l-Artikolu 166 LIR (premessa 83); ara wkoll id-Deċiżjoni TAL-Kummissjoni 2006/940/KE tad-19 ta' Lulju 2006 dwar l-iskema ta' għajnuna C 3/2006 implimentata mil-Lussemburgu għall-kumpaniji azzjonarji tal-1929 u kumpaniji azzjonarji biljunari (ĠU L 366, 21.12.2006, p. 47), premessa 63.

(239)  Ara l-Kawża C-48/07 État belge – Service public fédéral Finances ECLI:EU:C:2008:758, paragrafi 37 u 45.

(240)  Is-sentenza tirreferi għad-Direttiva 90/435/KEE.

(241)  Il-Qorti tgħid b'mod espliċitu fis-sentenza li għalkemm il-qorti tar-rinviju hija marbuta bl-interpretazzjoni tagħha tad-Direttiva, il-punt sa fejn din l-interpretazzjoni tapplika għal sitwazzjoni interna “hija kwistjoni ta' liġi domestika u konsegwentement taqa' taħt il-ġuriżdizzjoni esklussiva tal-qrati tal-Istat Membru” (paragrafu 27).

(242)  Ibid., paragrafu 37.

(243)  Ibid., il-paragrafi 46 u 47 (enfasi miżjuda mill-Kummissjoni).

(244)  Fil-fatt, il-libertajiet fundamentali jittrattaw sitwazzjonijiet transfruntiera. Sitwazzjonijiet purament interni mhumiex koperti u fil-prinċipju hija permessa diskriminazzjoni bil-kontra mill-perspettiva tad-dritt tal-UE (ara l-Kawżi C-60/91 Batista Morais ECLI:EU:C:1992:140, paragrafu 7; C-29/94 sa C-35/94 Jean-Louis Aubertin ECLI:EU:C:1995:39, paragrafi 9-11; C-332/90 Steen vs. Deutsche Bundespost ECLI:EU:C:1992:40; C-139/12 Caixa d'Estalvis i Pensions de Barcelona vs. Generalidad de Cataluña ECLI:EU:C:2014:174, paragrafi 42 u 45, C-591/15 The Gibraltar Betting and Gaming Association Limited vs. Commissioners for Her Majesty's Revenue and Customs ECLI:EU:C:2017:449, paragrafu 33.

Aktar minn hekk, billi s-sitwazzjonijiet domestiċi ma jistgħux jiġu ttrattati b'mod aktar favorevoli minn sitwazzjonijiet transfruntiera komparabbli, LNG Holding u CEF ma għandhomx jirċievu vantaġġi li ma jingħatawx f'sitwazzjonijiet transfruntiera. F'dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li skont l-Artikolu 166 para 2bis — introdott fl-LIR fl-2016 bħala riżultat tat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/86/UE, l-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet ma tkunx applikabbli f'sitwazzjonijiet transfruntiera f'każijiet fejn id-dħul riċevut mill-benefiċjarju jista' jkun deduċibbli fl-Istat Membru tal-entità bil-parteċipazzjoni fiha: “[…] l'exonération ne s'applique pas aux revenus visés par la directive 2011/96/UE du Conseil du 30 novembre 2011 concernant le régime fiscal commun applicable aux sociétés mères et filiales d'Etats membres différents, qui proviennent d'une participation détenue directement dans le capital social d'un organisme à caractère collectif qui est un résident d'un autre Etat membre de l'Union européenne et visé par l'article 2 de la directive 2011/96/UE, dans la mesure où ils sont déductibles dans cet Etat membre ou lorsqu'ils sont alloués dans le cadre d'un montage ou d'une série de montages qui, ayant été mis en place pour obtenir, à titre d'objectif principal ou au titre d'un des objectifs principaux, un avantage fiscal allant à l'encontre de l'objet ou de la finalité de cette directive, n'est pas authentique compte tenu de l'ensemble des faits et circonstances pertinents. Au sens de la présente disposition, un montage, qui peut comprendre plusieurs étapes ou parties, ou une série de montages est considéré comme non authentique dans la mesure où ce montage ou cette série de montages n'est pas mis en place pour des motifs commerciaux valables qui reflètent la réalité économique”.

(245)  Kawżi konġunti C-20/15 P u C-21/15 P World Duty Free ECLI:EU:C:2016:981, paragrafu 80, kawża C-409/00 Spanja vs. il-Kummissjoni, paragrafu 48; Kawża C-279/08 P il-Kummissjoni vs. in-Netherlands ECLI:EU:C:2011:551, paragrafu 50.

(246)  Kawżi konġunti C-20/15 P u C-21/15 P World Duty Free ECLI:EU:C:2016:981, paragrafu 78.

(247)  Kawża C-88/03 Portugall vs. Kummissjoni ECLI:EU:C:2006:511, paragrafi 52 u 80 u l-ġurisprudenza msemmija.

(248)  Kawżi konġunti C-78/08 sa C-80/08 Paint Graphos ECLI:EU:C:2011:550, paragrafu 69.

(249)  Kawża C-88/03 il-Portugall vs. il-Kummissjoni ECLI:EU:C:2006:511, paragrafu 81.

(250)  Kawżi konġunti C-78/08 sa C-80/08 Paint Graphos ECLI:EU:C:2011:550, paragrafu 69.

(251)  Ara l-premessa 83.

(252)  Ara l-parir tal-Kunsill tal-Istat dwar l-Artikolu 166 LIR (premessa (86)). Ara wkoll id-Deċiżjoni 2006/940/KE 63. Dan l-objettiv huwa kkonfermat mill-fatt li l-kumpaniji mhux reżidenti jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni mogħtija fl-Artikolu 166 tal-LIR biss jekk ikunu soġġetti għal taxxa li tikkorrispondi għat-taxxa tal-kumpaniji tal-Lussemburgu. Fi kliem ieħor, l-eżenzjoni ma tapplikax fin-nuqqas ta' tassazzjoni minn qabel tal-profitt, jiġifieri jekk ma jkunx hemm tassazzjoni doppja.

(253)  B'analoġija, ara l-Kawżi Konġunti C-78/08 sa C-80/08, Paint Graphos, ECLI:EU:C:2011:550, il-paragrafu 71, li fih il-Qorti rreferiet għall-possibbiltà li tibbaża fuq in-natura jew fuq l-iskema ġenerali tas-sistema tat-taxxa nazzjonali bħala ġustifikazzjoni għall-fatt li s-soċjetajiet kooperattivi li jiddistribwixxu l-profitti kollha tagħhom lill-membri tagħhom ma jiġux intaxxati bħala kumpaniji, sakemm dik it-taxxa tinġabar mill-membri individwali.

(254)  Kawżi konġunti C-78/08 sa C-80/08 Paint Graphos ECLI:EU:C:2011:550, paragrafu 75. Ara wkoll il-kawża T-287/11 Heitkamp BauHolding vs. il-Kummissjoni ECLI:EU:T:2016:60, paragrafu 160 u T-620/11 GFKL Financial Services AG ECLI:EU:T:2016:59, paragrafu 154.

(255)  Kawżi konġunti C-78/08 sa C-80/08 Paint Graphos ECLI:EU:C:2011:550, paragrafu 73. Ara wkoll T-287/11 Heitkamp BauHolding vs. il-Kummissjoni ECLI:EU:T:2016:60, paragrafu 160; u T-620/11 GFKL Financial Services AG ECLI:EU:T:2016:59, paragrafu 154.

(256)  Fil-fatt, skont il-loġika tas-sistema, il-profitt iġġenerat minn kumpanija jista' jkun soġġett għal tassazzjoni aktar minn darba (pereżempju, fil-każ ta' distribuzzjoni tal-profitt li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet biex jibbenefikaw mill-eżenzjoni taħt l-Artikolu 166 LIR) iżda bl-ebda mod ma jistgħu ma jkunux soġġetti għal tassazzjoni.

(257)  Id-Deċiżjoni (UE) 2016/2326 (ĠU L 351, 22.12.2016, p. 1).

(258)  Id-Deċiżjoni 2009/809/KE, p. 26.

(259)  Ara d-dikjarazzjoni tat-taxxa ta' LNG Lussemburgu, Anness 3.

(260)  F'unità fiskali (régime d'intégration fiscal), kumpanija prinċipali tista' tiġi ntaxxata bħala grupp flimkien ma' waħda jew aktar mis-sussidjarji tagħha. Għal finijiet ta' taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji, dan ifisser li s-sussidjarji jitqiesu bħala li ġew assorbiti mill-kumpanija prinċipali.

(261)  Kawża C-170/83 Hydrotherm ECLI:EU:C:1984:271, paragrafu 11. Ara wkoll il-Kawża T-137/02 Pollmeier Malchow vs. il-Kummissjoni ECLI:EU:T:2004:304, paragrafu 50.

(262)  Kawża C-480/09 P Acea Electrabel Produzione SpA vs. il-Kummissjoni ECLI:EU:C:2010:787 paragrafi 47 sa 55; Kawża C-222/04 Cassa di Risparmio di Firenze SpA u Oħrajn ECLI:EU:C:2006:8, paragrafu 112.

(263)  Ara Groeprentebox, premessa 80.

(264)  Ara FIAT, premessa 198: “Barra minn hekk, anke jekk id-deċiżjonijiet finanzjarji jistgħu jkunu mistennija li jittieħdu fl-aħjar interess ta' grupp sħiħ, it-taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji tal-Lussemburgu tinġabar mill-entitajiet individwali, mhux mill-gruppi, u d-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata tirrigwarda biss il-profitt taxxabbli ta' FFT, sabiex kwalunkwe dħul inqas mit-taxxa ikun ibbażat individwalment fuq ir-riżultati ta' dik il-kumpanija” (enfasi miżjuda mill-Kummissjoni). Ara wkoll l-istess deċiżjoni, premessa 314.

(265)  Ara C-138/09 Todaro Nunziatina & C. ECLI:EU:C:2010:291, paragrafu 21.

(266)  Il-finanzjament mill-Holdings jsir permezz ta' Kuntratti Forward li jkunu daħlu fihom il-Holdings u s-Selliefa u l-Ftehimiet Żora ffirmati bejn is-Selliefa u s-Sussidjarji. Dan la huwa kkontestat mil-Lussemburgu u lanqas minn Engie (ara d-deskrizzjoni tat-tranżazzjonijiet ipprovduti mil-Lussemburgu fil-kummenti tiegħu għad-deċiżjoni tal-Ftuħ, it-taqsimiet 2.1 u 2.2). Id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati approvaw ukoll li Holdings “għandhom jitqiesu bħala s-sidien tal-ishma […] sa mill-mument li [huma] jidħlu fil-Kuntratt Forward” (ara t-talba għal deċiżjoni tat-taxxa LNG tal-2008, il-paġna 4 u t-talba għal deċiżjoni tat-taxxa GSTM tal-2010, paġna 4), li turi li Holdings huma meqjusa li jipprovdu l-finanzjament).

(267)  Il-ħlas ta' remunerazzjoni fil-qafas ta' tranżazzjoni ta' finanzjament għandu jinftiehem bħala kwalunkwe pagament li jsir minn min jissellef lis-sellief, fi flus jew fi kwalunkwe assi finanzjarju ieħor, inkluż l-ekwità proprja ta' min jissellef, li ma għandux l-għan li jifdi/jirrimborża l-finanzjament jew, f'każ ta' tifdija/rimborż, li jaqbeż l-ammont iffinanzjat inizjalment.

(268)  Ara IAS 32 u l-loi du 19 décembre 2002 concernant le registre des sociétés ainsi que la comptabilité et les comptes annuels des entreprises.

(269)  Artikolu 40 LIR. Ara l-premessa 84.

(270)  Il-fatt li jista' jkun hemm, f'xi każijiet, differenza temporanja bejn il-mument li fih min jissellef jikkontabbilizza l-ispiża u l-mument li fih min isellef jikkontabbilizza d-dħul korrispondenti ma jbiddilx din il-konklużjoni. Minn perspettiva ta' kontabbiltà, din id-differenza temporanja hija ġġustifikata mill-prinċipju tal-prudenza, li skontu dħul jiġi rreġistrat meta jiġi rrealizzat, jiġifieri meta jkun ċert, filwaqt li spiża trid tiġi rreġistrata malli r-realizzazzjoni tagħha ssir probabbli jew anki potenzjali.

(271)  Ara l-IAS 32, il-paragrafu 35 “Distribuzzjonijiet lid-detenturi ta' strumenti azzjonarji għandhom ikunu rikonoxxuti mill-entità direttament f'ekwità, netti minn kwalunkwe benefiċċju tat-taxxa relata” u l-paragrafu 36 “l-fidi u l-finanzjamenti mill-ġdid ta' strumenti finanzjarji huma rikonoxxuti bħala bidliet fl-ekwità”.

(272)  Dan ifisser li, minn perspettiva ta' grupp, l-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet kulma tagħmel huwa li telimina żvantaġġ ikkawżat mit-tassazzjoni ekonomika doppja.

(273)  Fil-fatt, il-bażi kombinata tat-taxxa tal-grupp fil-Lussemburgu trid tibqa' l-istess wara l-pagament tar-remunerazzjoni. Kif spjegat fit-Taqsima 6.3.1, bħala eċċezzjoni għal din ir-regola, il-bażi kombinata tat-taxxa tista', f'xi sitwazzjonijiet eċċezzjonali, iżżid li tagħti lok għal tassazzjoni ekonomika doppja, jiġifieri fil-każ ta' distribuzzjoni ta' profitti meta l-parteċipazzjoni ma tikkwalifikax għall-applikazzjoni tal-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet skont l-Artikolu 166 LIR.

(274)  Ara l-kummenti tal-Lussemburgu għall-Ittra tal-11 ta' Diċembru 2017.

(275)  Ladarba jkun hemm konverżjoni u kanċellazzjoni tal-ishma tal-GSTM, peress li huwa permess bl-istess mod mid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati.

(276)  Ara l-Kawżi Konġunti C-20/15 P u C-21/15 P World Duty Free ECLI:EU:C:2016:981, paragrafi 71.

(277)  Ara l-kummenti tal-Lussemburgu għall-Ittra tal-11 ta' Diċembru 2017, paġna 8.

(278)  Ara l-kummenti ta' Engie għall-Ittra tal-11 ta' Diċembru 2017, paragrafi 89, 93 u 94.

(279)  Kawżi konġunti C-20/15 P u C-21/15 P World Duty Free ECLI:EU:C:2016:981, paragrafu 71.

(280)  Dan huwa konsistenti mal-pożizzjoni tal-Lussemburgu li ż-ZORAs iridu jitqiesu bħala strumenti nonparteċipattivi (ara l-osservazzjonijiet tal-Lussemburgu għall-Ittra tal-11 ta' Diċembru 2017, risposta għall-mistoqsija 1.d).

(281)  Ara t-Taqsimiet 2.2.3.7.1 u 2.2.4.6.1.

(282)  Ara t-Taqsima 2.2.3.7.2.

(283)  F'każ ta' tnaqqis fil-valur taż-ZORA minħabba akkumulazzjoni negattiva tal-Akkumulazzjonijiet ZORA, l-ispiża kkontabbilizzata mis-Selliefa minħabba t-tnaqqis fil-valur tal-pretensjoni tagħhom għandha tikkorrispondi għal dħul kontabbilizzat mis-Sussidjarji minħabba tnaqqis fl-obbligazzjonijiet tagħhom.

(284)  Ara l-kummenti tal-Lussemburgu għall-Ittra tal-11 ta' Diċembru 2017, paġna 8.

(285)  L-Artikolu 22bis (2) alinéa 1 LIR (enfasi miżjuda mill-Kummissjoni).

(286)  22bis(4) LIR: “Dans le chef de l'associé, le prix et la date d'acquisition des titres reçus en échange correspondent au prix et à la date d'acquisition des titres donnés en échange”.

(287)  Circulaire du Directeur des Contributions Directes LIR no22bis/1 du 27 novembre 2002.

(288)  Ara ċ-Ċirkulari 22bis: “la plus-value inhérente aux titres donnés en changes est transférée sur les titres nouvellement acquis et devient en principe imposable lors de la réalisation ultérieure de ces derniers” (enfasi miżjuda mill-Kummissjoni).

Jista' jiġi argumentat li, ladarba jiġu realizzati, il-profitt ikun eżentat billi tiġi applikata l-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet skont l-Artikolu 166 LIR. Anki dan l-argument ikun ħażin. Fil-fatt, iċ-Ċirkulari 22bis tikkjarifika li, preċiżament sabiex jiġi evitat l-użu tal-Artikolu 22bis LIR biex jiġi evitat l-obbligu li l-profitt kollu jkun soġġett għat-tassazzjoni, dan ir-reġim ma jistax jintuża biex il-qligħ kapitali jiġi eżentat b'mod permanenti mit-tassazzjoni liema qligħ kapitali kien ikun taxxabbli li kieku ma ġietx applikata din id-dispożizzjoni (Ara ċ-Ċirkolari 22bis: “L'objectif de l'Article 22bis LIR consiste à déterminer les opérations d'échanges de titres qui peuvent être réalisées dans la neutralité fiscale. L'Article 22bis LIR ne vise cependant pas à exempter de manière définitive des plus-values, qui à défaut de cette mesure auraient été imposables dans le chef du cédant, mais à reporter leur imposition dans le temps” (enfasi miżjuda mill-Kummissjoni).

Fi kwalunkwe każ, l-applikazzjoni tal-Artikolu 166 LIR għal dħul temporanjament differit bis-saħħa tal-applikazzjoni tal-Artikolu 22bis LIR u li jikkorrispondi għal ammonti mnaqqsa mill-bażi tat-taxxa ta' min issellef tkun tikkostitwixxi vantaġġ selettiv f'konformità mar-raġunament żviluppat mill-Kummissjoni fit-Taqsima 6.2.

(289)  Kawżi konġunti C-20/15 P u C-21/15 P World Duty Free ECLI:EU:C:2016:981, paragrafu 80.

(290)  Ara Taqsima 2.3.4.

(291)  Ara l-kummenti mil-Lussemburgu għall-ittra tal-11 ta' Diċembru 2017, ir-risposta għall-mistoqsija 2.a.

(292)  Note de service du directeur des contributions L.G/N.S no 3 du 21 août 1989.

(293)  Ara ċ-Ċirkolari tal-1989: “5. Des renseignements à l'effet de lier l'administration ne sont pas fournis dans les cas où la préoccupation d'obtenir un avantage fiscal est le souci primordial (p.ex. l'examen des schémas aux fins d'épargner des impôts dits “Steuersparmodelle”, la fixation des limites pour échapper aux éléments constitutifs de la simulation ou de l'abus de droit).

(294)  Peress li l-Artikolu 6 StAnpG biss iddefinixxi l-abbuż tal-liġi fil-liġi Lussemburgiża, din id-dispożizzjoni għandha tiġi applikata fil-qafas taċ-Ċirkolari tal-1989.

(295)  Il-Kummenti mil-Lussemburgu tal-Ittra tal-11 ta' Diċembru 2017 jinkludu deskrizzjoni ta' dawn l-erba' kriterji u spjegazzjoni ta' kif dawn għandhom jiġu applikati.

(296)  Ara l-kummenti mil-Lussemburgu għall-Ittra tal-11 ta' Diċembru 2017, ir-risposta għall-mistoqsija 2.a

(297)  Ara l-kummenti mil-Lussemburgu għall-Ittra tal-11 ta' Diċembru 2017, ir-risposta għall-mistoqsija 2.a

(298)  Ara l-kummenti mil-Lussemburgu għall-Ittra tal-11 ta' Diċembru 2017, ir-risposta għall-mistoqsija 2.a

(299)  Fit-tweġiba tiegħu għall-Ittra tal-11 ta' Diċembru 2017, il-Lussemburgu jikkwota s-sentenza tal-1 ta' Awwissu 2017 tal-Cour Administrative du Grand-Duché de Lussemburgu, no 39009C: mezzi li jippermettu lill-kontribwent “d'atteindre un objectif économique d'une manière telle que cette voie permet l'obtention d'un effet fiscal que le législateur ne peut pas être considéré comme ayant voulu accorder dans le cadre d'une application de la loi fiscale conforme à son intention”.

(300)  Ara l-Kummenti mil-Lussemburgu għall-Ittra tal-11 ta' Diċembru 2017, ir-risposta għall-mistoqsija 2.a.

(301)  Il-Lussemburgu jikkwota fl-Ittra tiegħu tas-16 ta' Frar 2016, is-sentenzi tal-Cour Administrative du Grand-Duché de Lussemburgu, no 35979C u no 35978C: “[I]l ne suffit pas que le contribuable fasse simplement état de motifs économiques pour que ceux-ci doivent nécessairement être admis comme valables, mais il faut que ces motifs puissent être considérés comme réels et présentent par eux-mêmes un avantage économique suffisant au-delà du seul bénéfice fiscal obtenu.

(302)  Il-Kummissjoni tfakkar li fil-każ ta' ZORA dirett, il-profitt sottostanti jenħtieġ li jkun soġġett għat-tassazzjoni kif stabbilit fil-premessi 279 sa 283.

(303)  Ara l-kummenti tal-Lussemburgu dwar id-deċiżjoni tal-Ftuħ, paġna 16.

(304)  Ara l-premessa 34(1).

(305)  Ara l-premessa 62(1).

(306)  Fl-istess linja, l-implimentazzjoni dettaljata tal-istrutturi (ara n-noti ta' qiegħ il-paġna 35 u 90) turi li fiż-żewġ każijiet in-negozji ġew trasferiti kontra ċedoli maħruġa mis-Sussidjarji lill-Holdings. Għalhekk, il-Kuntratti Forward u ż-ZORAs sempliċiment jissostitwixxu l-finanzjament mill-Holdings li diġà kien fis-seħħ.

(307)  Ara wkoll il-Komunikazzjoni dwar l-Avviż dwar il-Kunċett tal-Għajnuna, il-premessa 174(c).

(308)  Kawża C-170/83 Hydrotherm ECLI:EU:C:1984:271, paragrafu 11. Ara wkoll il-Kawża T-137/02 Pollmeier Malchow vs. il-Kummissjoni ECLI:EU:T:2004:304, paragrafu 50.

(309)  Kawża C-480/09 P Acea Electrabel Produzione SpA vs. il-Kummissjoni ECLI:EU:C:2010:787 paragrafi 47 sa 55; Kawża C-222/04 Cassa di Risparmio di Firenze SpA u Oħrajn ECLI:EU:C:2006:8, paragrafu 112.

(310)  Ara, b'analoġija, il-Kawża 323/82 Intermills ECLI:EU:C:1984:345, paragrafu 11. Ara wkoll il-Kawżi Konġunti C-182/03 u C-217/03 il-Belġju u Forum 187 vs. il-Kummissjoni ECLI:EU:C:2005:266, paragrafu 102: “il-Kummissjoni kienet korretta tgħid li r-regoli li jirregolaw id-determinazzjoni tad-dħul taxxabbli jikkostitwixxu vantaġġ għaċ-ċentri ta' koordinazzjoni u għall-gruppi li jappartjenu għalihom”.

(311)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta' Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).

(312)  Ara l-kummenti tal-Lussemburgu għall-Ittra tal-11 ta' Diċembru 2017, paġna 3.

(313)  Ara l-kummenti ta' Engie għall-Ittra tal-11 ta' Diċembru 2017, paragrafi 98 sa 102.

(314)  Kawża T-424/05 l-Italja vs. il-Kummissjoni ECLI:EU:T:2009:49, paragrafu 69; u l-Kawżi T-231/06 u T-237/06 in-Netherlands u NOS vs. il-Kummissjoni ECLI:EU:T:2010:525, paragrafu 50. Ara wkoll il-Kawża T-242/12 (SNCF) vs. il-Kummissjoni ECLI:EU:T:2015:1003, paragrafi 345 sa 367.

(315)  Ara l-premessa 113.

(316)  Ara d-Deċiżjoni ta' ftuħ, premessi (152), (156), (158) u (160).

(317)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 659/1999 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat KE (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).

(318)  Ara t-Taqsima 1 tal-Proċedura u t-Taqsima 2 dwar iż-żmien kemm tad-deċiżjonijiet kif ukoll tal-għoti tal-għajnuna.

(319)  Kummenti tal-Lussemburgu dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ, paġna 20.

(320)  Kummenti tal-Lussemburgu dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ, paġna 21.

(321)  Kummenti tal-Lussemburgu dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ, paġna 20.

(322)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/200/UE tas-17 ta' Lulju 2013 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.21233 C/11 (exCP 137/06) mogħtija minn Spanja — Reġim tat-taxxa applikabbli għal ċerti ftehimiet ta' lokazzjoni finanzjarja magħruf ukoll bħala s-Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni“ (ĠU L 114, 16.4.2014, p. 1).

(323)  Id-Deċiżjoni 2006/940/KE, premessi 102-113.

(324)  Decision 2003/755/KE of 17 February 2003 on the aid scheme implemented by Belgium for coordination centres established in Belgium (ĠU L 282, 30.10.2003, p. 25), premessi 117-120.

(325)  Il-kummenti ta' Enġie għad-Deċiżjoni tal-ftuħ, paragrafi 336-339.

(326)  Il-kummenti ta' Enġie għad-Deċiżjoni tal-ftuħ, paragrafi 346 u 349.

(327)  Commission Decision of 20 December 2006 on the aid scheme SA.16608 implemented by France under Article 39 CA of the General Tax Code (ĠU L 112, 30.4.2007, p. 41).

(328)  Il-kummenti ta' Enġie għad-Deċiżjoni tal-ftuħ, paragrafi 354.

(329)  Kummenti tal-Lussemburgu dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ, paġna 21.

(330)  Il-kummenti ta' Enġie għad-Deċiżjoni tal-ftuħ, paragrafi 356.

(331)  Il-kummenti ta' Enġie għad-Deċiżjoni tal-ftuħ, paragrafi 323-333.

(332)  Ara l-Kawża C-148/04 Unicredito Italiano SpA vs. Agenzia delle Entrate ECLI:EU:C:2005:774, paragrafu 119.

(333)  Il-kummenti ta' Enġie għad-Deċiżjoni tal-ftuħ, paragrafi 334.

(334)  Kawża C-74/00 Falck y A. di Bolzano vs. il-Kummissjoni ECLI:EU:C:2002:524, paragrafu 140.

(335)  Kawża C-408/04 P il-Kummissjoni vs. Salzgitter, ECLI:EU:C:2008:236, paragrafi 100-107.

(336)  Ara l-Kawżi Konġunti C-182/03 u C-217/03 il-Belġju u Forum 187 ASBL vs. il-Kummissjoni ECLI:EU:C:2006:416, paragrafu 81; il-Kawżi Konġunti C-106/09 P u C-107/09 P Il-Kummissjoni vs. il-Gvern ta' Ġibiltà u r-Renju Unit ECLI:EU:C:2011:732; Il-kawża C-417/10 3M Italia ECLI:EU:C:2012:184, paragrafu 25, u l-Ordni fil-Kawża C-529/10 Safilo ECLI:EU:C:2012:188, paragrafu 18; Ara wkoll il-Kawża T-538/11 il-Belġju vs. il-Kummissjoni ECLI:EU:T:2015:188, paragrafu 66.

(337)  Ara l-premessa 174.

(338)  Ara l-Kawżi Konġunti C-182/03 u C-217/03 il-Belġju u Forum 187 vs. il-Kummissjoni ECLI:EU:C:2005:266, paragrafu 147, Kawża 265/85 Van den Bergh en Jurgens ua Van Dijk Food Products Lopik vs. il-Kummissjoni [1987] ECR 1155, paragrafu 44.

(339)  Id.

(340)  Ara pereżempju l-Kawża T-243/09, FEDECOM vs il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2012:497, paragrafu 91 u l-ġurisprudenza kkwotata.

(341)  Ara l-Kawżi Konġunti C-471/09 P sa C-473/09 P Territorio Histórico de Vizcaya – Diputación Foral de Vizcaya u oħrajn vs il-Kummissjoni ECLI:EU:C:2011:521, paragrafu. 64: “Sur ce point, il convient de rappeler qu'un État membre, dont les autorités ont octroyé une aide en violation des règles de procédure prévues à l'Article 88 CE, ne saurait, en principe, invoquer la confiance légitime des bénéficiaires pour se soustraire à l'obligation de prendre les mesures nécessaires en vue de l'exécution d'une décision de la Commission lui ordonnant de récupérer l'aide. Admettre une telle possibilité reviendrait, en effet, à priver les dispositions des Articles 87 CE et 88 CE de tout effet utile, dans la mesure où les autorités nationales pourraient ainsi se fonder sur leur propre comportement illégal pour mettre en échec l'efficacité des décisions prises par la Commission en vertu de ces dispositions du traité CE”. Fl-istess sens ara l-Kawżi Konġunti C-465/09 sa C-470/09 Diputacion Foral de Vizcaya e.a./Kummissjoni, ECLI:EU:C:2011:372, paragrafu 150; u l-Kawża C-372/97 l-Italja vs il-Kummissjoni ECLI:EU:C:2003:275, paragrafu 112.

(342)  Ara l-Kawżi Konġunti C-471/09 P sa C-473/09 P Territorio Histórico de Vizcaya – Diputación Foral de Vizcaya u oħrajn vs il-Kummissjoni ECLI:EU:C:2011:521, paragrafu 68. Ara wkoll il-Kawża C-183/02 P Demesa and Territorio Histórico de Álava vs il-Kummissjoni ECLI:EU:C:2004:701, paragrafu 52.

(343)  Ara l-Kawżi Konġunti C-471/09 P sa C-473/09 P Territorio Histórico de Vizcaya – Diputación Foral de Vizcaya u oħrajn vs il-Kummissjoni ECLI:EU:C:2011:521, paragrafu 76.

(344)  Ara C-138/09 Todaro Nunziatina & C. ECLI:EU:C:2010:291, paragrafu 21.

(345)  Kawża C-52/84, il-Kummissjoni vs. il-Belġju ECLI:EU:C:1986:3, paragrafu 14. Il-ġurisprudenza msemmija minn Engie fil-kummenti tagħha b'sostenn għal dan l-argument (in-noti 168–170 ta' qiegħ il-paġna) hija irrilevanti. Mhux biss dawn is-sentenzi ma għandhomx x'jaqsmu ma' deċiżjonijiet ta' rkupru ta' għajnuna mill-Istat (għax jirreferu għal-limitazzjoni tal-effetti tas-sentenzi tal-Qorti f'talbiet għal deċiżjonijiet preliminari) iżda, jekk xejn, jikkonfermaw il-pożizzjoni tal-Kummissjoni li l-possibbiltà li jiġu limitati l-effetti ta' att tal-UE hija “pjuttost eċċezzjonali” (ara l-Kawżi Konġunti C-367/93 sa C-377/93 Roders BV ECLI:EU:C:1995:261, paragrafu 43).

(346)  Ara l-Kawża C-148/04 Unicredito Italiano SpA vs. Agenzia delle Entrate ECLI:EU:C:2005:774, paragrafu 119.

(347)  Il-kummenti ta' Engie għad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, paragrafi 358-367.

(348)  C-194/09 P Alcoa Trasformazioni ECLI:EU:C:2011:497, paragrafu 102.

(349)  Il-kummenti ta' Engie għad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, paragrafi 368 - 372.

(350)  Kawza T-214/95 Het Vlaamse Gewest (Flemish Region) vs. il-Kummissjoni ECLI:EU:T:1998:77, paragrafi 54.

(351)  Għalkemm fil-kuntest ta' “impossibbiltà ta' rkupru” u ta' bla “diffikultà biex jiġi kkwantifikat l-ammont tal-għajnuna”.

(352)  Ara l-Kawża C-441/06 P Il-Kummissjoni vs. Franza ECLI:EU:C:2007:616, paragrafu 29 u l-ġurisprudenza msemmija fiha.

(353)  Kawżi konġunti T-427/04 u T-17/05 Franza u France Telecom vs. il-Kummissjoni ECLI:EU:T:2009:474, paragrafu 297.

(354)  Kawżi konġunti T-427/04 u T-17/05 Franza u France Telecom vs. il-Kummissjoni ECLI:EU:T:2009:474, paragrafu 299.

(355)  B'mod partikolari, ara l-Premessi 157, 192 u 241.

(356)  Id-data tar-rapporti finanzjarji l-aktar riċenti ta' GSTM ippreżentati mil-Lussemburgu.

(357)  F'dan ir-rigward, il-kwalifikazzjoni ta' dan id-dħul fil-kontijiet statutorji jew fid-dikjarazzjonijiet tat-taxxa ta' LNG Holding bħala “qligħ kapitali”, “dividendi” jew xi ħaġa oħra huwa irrilevanti.

(358)  Ara l-Premessa 56.

(359)  Anki mingħand GSTM, jekk ikun immaterjalizza xi ammont ta' għajnuna sad-data tal-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

(360)  Ara l-Premessi 34 u 60.

(361)  Dan ifisser, f'termini prattiċi, li l-Lussemburgu huwa obbligatli ma joħroġ l-ebda valutazzjoni tat-taxxa għal LNG Holding u CEF li fiha jaċċetta l-eżenzjoni tal-parteċipazzjonijiet b'dawn il-kundizzjonijiet.

(362)  Dawn huma l-ismijiet il-ġodda tal-kumpaniji rilevanti: Ara n-noti f'qiegħ il-paġna 4, 5, 16 u 20.


20.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 78/63


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/422

tal-20 ta' Settembru 2018

dwar l-għajnuna mill-Istat SA 36112 (2016/C) (ex 2015/NN) implimentata mill-Italja għall-Awtorità tal-Port ta' Napli u Cantiere del Mediterraneo S.p.A.

(notifikata bid-dokument C(2018) 6037)

(Il-verżjoni Taljana biss hija awtentika)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) u, b'mod partikolari, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li talbet lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw il-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjoni(jiet) iċċitata/i hawn fuq (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

F'Marzu 2006, il-Kummissjoni talbet informazzjoni mill-awtoritajiet Taljani dwar l-appoġġ potenzjali mill-Istat lil Cantieri del Mediterraneo S.p.A. (“CAMED”) rigward ix-xogħlijiet ippjanati fuq baċir imbattal mill-ilma li jinsab fil-Port ta' Napli (baċir Nru 3). Wara t-tweġiba tal-awtoritajiet Taljani tat-3 ta' April 2006, il-Kummissjoni la aġixxiet u lanqas investigat il-kwistjoni wara l-kummenti Taljani, u s-servizzi tal-Kummissjoni għalqu l-fajl internament, hekk kif l-appoġġ tqies bħala li ma kien jinvolvi ebda għajnuna mill-Istat. L-Italja qatt ma nnotifikat formalment lill-Kummissjoni l-miżuri inkwistjoni.

(2)

Fil-21 ta' Jannar 2013, kumpanija li ssewwi l-bastimenti fil-Port ta' Napli esprimiet tħassib fir-rigward tal-finanzjament ipprovdut mill-awtoritajiet pubbliċi fl-Italja għal tliet proġetti ta' investiment allegatament imwettqa bejn l-2006 u l-2014 għar-rinnovazzjoni ta' tliet baċiri mbattlin mill-ilma (bacini di carenaggio) mħaddmin minn CAMED permezz ta' kuntratt ta' konċessjoni. Il-każ kien irreġistrat bħala SA.36112 (2013/CP) – Allegata għajnuna lil Cantieri del Mediterraneo. Fis-27 ta' Ġunju 2013, l-ilmentatur ipprovda lill-Kummissjoni b'informazzjoni addizzjonali.

(3)

Bejn it-28 ta' Frar 2013 u t-12 ta' Ġunju 2013, il-Kummissjoni talbet informazzjoni mill-awtoritajiet Taljani fid-dawl tal-allegazzjonijiet tal-ilmentatur.

(4)

Fil-21 ta' Ottubru 2013, is-servizzi tal-Kummissjoni kkomunikaw lill-ilmentatur is-sejbiet preliminari tagħhom dwar l-allegata għajnuna mill-Istat lil CAMED u infurmaw lill-ilmentatur li, abbażi tal-informazzjoni disponibbli f'dak iż-żmien, l-allegati miżuri ma dehrux li kienu jikkostitwixxu għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, minħabba li l-preżenza ta' vantaġġ lil CAMED dehret li kienet eskluża. Is-servizzi tal-Kummissjoni spjegaw li f'dak l-istadju ma kien hemm ebda indikazzjoni li l-għajnuna operattiva kienet ingħatat fil-livell tal-operatur, hekk kif CAMED ma dehritx li ġiet meħlusa mill-kostijiet li normalment kien ikollha ġġorr fil-ġestjoni ta' kuljum jew fl-attivitajiet normali tagħha.

(5)

Bejn id-19 ta' Novembru 2013 u l-10 ta' Frar 2015, l-ilmentatur ippreżenta aktar informazzjoni. B'mod partikolari, l-ilmentatur esprima tħassib li l-miżuri kienu jirrappreżentaw għajnuna illegali għal investiment lill-Awtorità tal-Port ta' Napli u għajnuna operatorja illegali lil CAMED. Is-servizzi tal-Kummissjoni talbu informazzjoni addizzjonali mill-awtoritajiet Taljani fis-17 ta' Ġunju 2014, fl-14 ta' Novembru 2014 u fit-12 ta' Marzu 2015, li għalihom l-awtoritajiet Taljani wieġbu fl-1 ta' Awwissu 2014, fit-3 u fid-29 ta' Settembru 2014, fil-11 ta' Frar 2015 u fl-10 ta' Ġunju 2015. Billi l-informazzjoni disponibbli wriet li l-finanzjament pubbliku diġà ngħata, fl-4 ta' Ġunju 2015, is-servizzi tal-Kummissjoni infurmaw lill-Italja li l-miżuri ser ikunu rreġistrati bħala għajnuna illegali (2015/NN) - Għajnuna għall-Investiment lill-Awtorità tal-Port ta' Napli u lil Cantieri del Mediterraneo S.p.A., u r-regoli proċedurali applikabbli ser ikunu dawk stabbiliti fil-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (2).

(6)

Fil-21 ta' Settembru 2015, is-servizzi tal-Kummissjoni ltaqgħu mal-awtoritajiet Taljani u l-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali fis-7 ta' Ottubru 2015, li għaliha l-awtoritajiet Taljani wieġbu fid-9 ta' Novembru 2015. Fil-11 ta' Novembru 2015, is-servizzi tal-Kummissjoni ltaqgħu mal-ilmentatur.

(7)

Permezz ta' ittra datata t-28 ta' Ġunju 2016, il-Kummissjoni għarrfet lill-awtoritajiet Taljani li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE fir-rigward tal-għajnuna.

(8)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura (“id-Deċiżjoni tal-Ftuħ”) kienet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3) fis-7 ta' Ottubru 2016. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar l-għajnuna/il-miżuri.

(9)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti minn żewġ partijiet interessati: CAMED u l-ilmentatur. Hija bagħtithom lill-awtoritajiet Taljani, li ngħatat l-opportunità li tirreaġixxi; il-kummenti tagħha waslu permezz ta' ittra datata t-12 ta' Jannar 2017.

(10)

Il-Kummissjoni bagħtet mistoqsijiet addizzjonali lill-Italja fid-9 u fis-16 ta' Novembru 2017, li għalihom huma wieġbu fl-24 ta' Novembru 2017.

2.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-GĦAJNUNA

2.1.   Sfond u l-benefiċjarji tal-għajnuna

(11)

Il-Port ta' Napli jinsab fir-reġjun ta' Campania u huwa amministrat minn PAN.

(12)

Fil-Port ta' Napli, hemm tliet baċiri mbattlin mill-ilma li huma proprjetà tal-Istat (baċiri Nri 1, 2 u 3) u żewġ baċiri f'wiċċ l-ilma li huma proprjetà ta' żewġ operaturi privati (baċiri Nri 5 u 6).

(13)

Il-baċiri mbattlin mill-ilma Nri 1, 2 u 3 jintużaw sabiex jiġu pprovduti attivitajiet ta' tiswija tal-bastimenti minn CAMED u, fil-prinċipju, minn kwalunkwe kumpanija oħra li tagħmel tiswija tal-bastimenti skont “Ir-Regolament għall-operat tal-baċiri għat-tiswija tal-bastimenti tal-Port ta' Napli” (4) adottat fl-2002 u mmodifikat aktar tard (ir-“Regolament tal-2002”) (5). Skont l-awtoritajiet Taljani, il-baċiri mbattlin mill-ilma kollha fil-Port ta' Napli għandhom ikunu disponibbli għall-utenti interessati kollha (eż. kumpaniji oħrajn li jagħmlu tiswijiet tal-bastimenti) abbażi ta' ċerti regoli oġġettivi u definiti minn qabel.

(14)

L-awtoritajiet Taljani spjegaw li, wara d-deċiżjoni tal-irtirar mill-Port ta' Napli mill-Fincantieri Group - wieħed mill-akbar operaturi tas-settur tal-bini tal-bastimenti f'dak iż-żmien - fl-aħħar tas-seklu li għadda, il-baċiri kienu jinsabu fi stat ħażin ħafna. F'dak iż-żmien, CAMED (6) kienet attiva bħala kumpanija li tagħmel tiswijiet tal-bastimenti fil-Port ta' Napli permezz ta' att ta' konċessjoni tal-art validu mill-1909 sal-2008. Skont l-awtoritajiet Taljani, CAMED qablet li tinvesti fiż-żona, diment li PAN timpenja ruħha li tagħmel għadd ta' investimenti strutturali fuq il-baċiri mbattlin mill-ilma Nri 1, 2 u 3. Wara talba ppreżentata minn CAMED fl-1999 lil PAN, din tal-aħħar qablet li twettaq xogħlijiet sabiex timmodernizza u tagħmel il-baċir imbattal mill-ilma Nru 3 adegwat għall-użu (“il-Ftehim tal-2001”) (7).

(15)

Fl-2001, CAMED talbet minn PAN l-awtorizzazzjoni sabiex twettaq għadd ta' xogħlijiet fuq il-baċiri bi skambju għal estensjoni għal 40 sena tal-konċessjoni tal-art eżistenti (concessione demaniale). Wara t-talba ta' CAMED, PAN bdiet il-proċedura amministrattiva skont il-liġi Taljana għall-għoti ta' kuntratt għall-konċessjoni tal-art (8). PAN ippubblikat fir-reġistru tal-Muniċipalità u fir-reġistru tagħha stess it-talba ta' CAMED għal konċessjoni tal-art, flimkien mal-pjan tan-negozju għal perjodu ta' 20 jum (mit-18 ta' Jannar 2002 sas-6 ta' Frar 2002). Il-pubblikazzjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet jew il-proposti alternattivi tagħhom. Skont il-proċedura, f'każ ta' oġġezzjonijiet jew ilmenti, id-deċiżjoni dwar l-għoti tal-konċessjoni tittieħed mill-Ministru kompetenti.

(16)

Minħabba li PAN ma rċeviet ebda osservazzjoni wara l-pubblikazzjoni tat-talba ta' CAMED, hija tat lil CAMED l-att dwar il-konċessjoni tal-art (atto di concessione demaniale) Nru 125 tad-29 ta' Lulju 2004 (“il-Konċessjoni tal-2004”) għall-operat u l-użu tat-tliet baċiri mbattlin mill-ilma, bl-obbligu li tagħmilhom disponibbli għall-utenti interessati kollha (pereżempju, kumpaniji oħrajn li jagħmlu tiswija tal-bastimenti) skont ir-Regolament tal-2002. CAMED qablet li tittermina l-konċessjoni tal-art preċedenti, li kienet ilha valida mill-1909. Skont il-Konċessjoni tal-2004, CAMED għandha d-dritt li topera u tuża l-baċiri mbattlin mill-ilma għal 30 sena, li jibdew mit-28 ta' Lulju 2003, minflok l-40 sena mitluba, bi skambju għal miżata fis-sena għall-użu tal-art, ikkalkolata fuq il-bażi ta' parametri legali fissi (EUR/metru kwadru) u aġġustata kull sena għall-inflazzjoni skont id-Digriet Ministerjali tal-15 ta' Novembru 1995. Il-miżata għall-użu tal-art imħallsa matul il-perjodu 2004-2017 hija ppreżentata fit-Tabella 1.

Tabella 1

Miżati ta' konċessjoni

(f'EUR)

Sena

Miżata ta' konċessjoni fis-sena

2004

124 117

2005

103 300

2006

139 900

2007

147 800

2008

146 341

2009

154 392

2010

149 148

2011

153 321

2012

159 071

2013

143 671

2014

142 178

2015

132 664

2016

133 658

2017

133 257

(17)

Skont l-Artikolu 1 tal-Konċessjoni tal-2004, it-tul tal-konċessjoni jippermetti l-amortizzament tal-investimenti preċedenti u programm ġdid ta' investimenti minn CAMED b'valur ta' EUR 24 miljun (lira Taljana 47 662 miljun) (9). Skont il-Konċessjoni tal-2004, CAMED ipprovdiet ukoll garanzija (cauzione) ta' EUR 275 000 fir-rigward tal-obbligi previsti taħt il-konċessjoni.

(18)

Skont l-Artikolu 3 tal-Konċessjoni tal-2004, PAN impenjat ruħha wkoll li twettaq xogħlijiet strutturali fuq iż-żona mogħtija lil CAMED sal-2006 u b'mod aktar speċifiku li: (i) tadatta l-impjant tal-ippompjar tal-baċiri Nri 1 u 2; (ii) tibni kaxxun iċċertifikat ġdid ta' baċir imbattal mill-ilma (barche-porte) għall-baċiri Nri 1, 2 u 3; (iii) tiżviluppa mill-ġdid il-ħitan (paramenti) u l-qiegħ (platea) għall-baċir Nru 2; (iv) twettaq żvilupp strutturali mill-ġdid tal-mollijiet (banchine) u tal-ħitan għall-baċir Nru 2 u l-moll 33b.

(19)

Wara d-Deċiżjoni tal-Ftuħ, l-awtoritajiet Taljani kkjarifikaw li CAMED wettqet investimenti fl-ammont ta' EUR 24 610 420 f'konformità mal-Konċessjoni tal-2004 u investimenti addizzjonali fl-ammont ta' EUR 17 931 075 sal-2016.

2.2.   Allegazzjoni ta' għajnuna mill-Istat mill-ilmentatur

(20)

Fl-ewwel sottomissjoni, l-ilmentatur sostna li CAMED irċeviet għajnuna fiż-żewġ livelli: (i) bħala operatur (jiġifieri maniġer tal-baċiri mbattlin mill-ilma), permezz ta' tnaqqis tal-kostijiet għar-rinnovazzjoni tal-infrastruttura (għajnuna operatorja), u (ii) bħala utent tal-infrastruttura (pereżempju, bħala kumpanija li tagħmel tiswija tal-bastimenti), minħabba li l-infrastruttura, li fil-prinċipju għandha tkun miftuħa għall-utenti finali kummerċjali kollha fuq bażi mhux diskriminatorja, kienet fil-fatt użata biss minn CAMED. L-ilment kien fih ukoll allegazzjonijiet ta' antitrust li mhumiex rilevanti għad-deċiżjoni preżenti u li għalihom l-ilmentatur kien id-destinatarju ta' deċiżjoni separata li ġiet adottata fl-24 ta' Lulju 2014.

(21)

Skont l-ilmentatur, il-vantaġġ li rċeviet CAMED ġej mit-twettiq tax-xogħlijiet li ġejjin (“l-Interventi”):

(1)

Intervent Nru 1: Rinnovazzjoni strutturali ta' xi partijiet mill-baċir Nru 3 (ammont ta' għajnuna: EUR 12 928 537).

(2)

Intervent Nru 2: Adattament tal-impjant tal-ippompjar tal-baċiri Nri 1 u 2, tiġdid tal-ħitan tal-moll maġenb il-baċir Nri 2 (ammont ta' għajnuna: EUR 23 170 000).

(3)

Intervent Nru 3: Tiswija u tisħiħ tal-moll intern tal-baċir Nru 3 (Molo Cesario Console) (ammont ta' għajnuna: EUR 13 000 000).

(22)

Bis-sottomissjoni tad-19 ta' Novembru 2013, l-ilmentatur estenda l-kamp ta' applikazzjoni tal-ilment, fejn sostna li l-Interventi taw għajnuna lil PAN, skont il-prattika tal-każistika tal-Kummissjoni (10). Skont l-ilmentatur, ser ikun hemm ukoll għajnuna fil-livell tal-konċessjonarja (CAMED) minħabba li l-konċessjoni ma ġietx fdata permezz ta' offerta pubblika, miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja. L-ilmentatur issottolinja wkoll in-nuqqas ta' kwalunkwe evidenza li tikkonkludi li l-miżata għall-użu tal-art imħallsa minn CAMED tista' teskludi kwalunkwe vantaġġ. Skont l-ilmentatur, il-metodoloġija prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali għall-iffissar tal-miżati għall-użu tal-art (ara l-premessa 16) ma tippermettix li jiġi rifless il-valur miżjud tal-infrastruttura wara l-interventi possibbli, minħabba li dan jikkonsisti f'ammont fiss ta' EUR/metru kwadru.

(23)

Fl-1 ta' Ottubru 2015, l-ilmentatur ipprovda wkoll lista ta' deċiżjonijiet ta' PAN (delibere Nru 308/2015, Nru 181/2015, Nru 233/2015, Nru 277/2015, Nru 279/2015, Nru 281/2015, Nru 293/2015, Nru 302/2015) għal xogħlijiet li għandhom jitwettqu fil-baċiri mbattlin mill-ilma, bħala evidenza tal-ksur tal-obbligu ta' waqfien totali.

2.3.   Il-kummenti tal-Italja dwar l-allegata miżura ta' għajnuna mill-Istat/Finanzjament tal-proġett ta' investiment u l-bażi ġuridika

(24)

L-awtoritajiet Taljani kkjarifikaw qabel l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ li parti biss mix-xogħlijiet previsti għar-rinnovazzjoni tal-baċir imbattal mill-ilma Nru 3 tlestew fl-2006, wara proċedura ta' akkwist pubbliku (Intervent Nru 1), filwaqt li x-xogħlijiet previsti mill-Interventi 2 u 3 ma kinux tlestew f'dak iż-żmien. Mill-proġett kollu miftiehem ma' CAMED fil-Ftehim tal-2001 u fil-Konċessjoni tal-2004, parti waħda biss fil-fatt twettqet kompletament.

(25)

Skont l-Italja, id-dritt legali li tirċievi l-finanzjament kien diġà ngħata lil PAN fl-1998 skont l-Artikolu 9 tal-Liġi 413/1998, li jistabbilixxi li l-Ministeru tat-Trasport u t-Trasport Marittimu (il-“Ministeru”) għandu jadotta programm ta' investimenti fil-portijiet abbażi tat-talbiet tal-Awtoritajiet tal-Port (11). Jidher li l-programm ta' investimenti ġie adottat permezz ta' żewġ digrieti maħruġa mill-Ministeru u ġie mmodifikat sussegwentement. L-ewwel digriet tas-27 ta' Ottubru 1999 (12) (id-“Digriet Ministerjali tas-27 ta' Ottubru 1999”) jelenka 20 port li jibbenifikaw mill-finanzjament nazzjonali u t-tieni digriet (13) (id-“Digriet Ministerjali tat-2 ta' Mejju 2001”) jestendi dik il-lista għal 25 port. Abbażi ta' dawk id-digrieti, l-Awtoritajiet tal-Port huma awtorizzati li jissellfu jew li jitolbu operazzjonijiet finanzjarji oħrajn għal ammont totali ta' 100 biljun lira Taljana (madwar EUR 51 miljun). Il-Ministeru jħallas lura direttament lill-istituzzjonijiet finanzjarji kull sena (14). Għalhekk, skont l-Italja, il-miżuri favur PAN ingħataw fl-1998 permezz tal-Liġi 413/1998.

(26)

Wara d-Deċiżjoni tal-Ftuħ, l-awtoritajiet Taljani pprovdew kjarifiki addizzjonali dwar l-ammonti ta' investimenti mill-Istat Taljan u minn PAN.

Intervent Nru 1

(27)

L-awtoritajiet Taljani indikaw li x-xogħlijiet fuq l-Intervent Nru 1 bdew fil-21 ta' Ottubru 2002 u tlestew fl-24 ta' Jannar 2006. Il-kostijiet imġarrba fiż-żmien meta ġiet adottata d-deċiżjoni preżenti jammontaw għal EUR 12 859 854,50.

Intervent Nru 2

(28)

L-Intervent Nru 2 kien koffinanzjat mill-Ministeru fl-ammont ta' EUR 14 971 621,41. L-ammont ta' EUR 5 498 378,59, li għandu jiġi avvanzat parzjalment minn PAN u mbagħad irrimborżat permezz ta' għotjiet ta' flus mill-Ministeru, madankollu ma tħallasx mill-Ministeru.

(29)

Għall-Intervent Nru 2, PAN ipprovdiet riżorsi proprji ta' EUR 2 700 000 (Delibera 89/2016 tat-22 ta' Marzu 2016) u EUR 5 830 000 (Delibera 175/2017 tal-31 ta' Mejju 2017).

(30)

Ix-xogħlijiet fuq l-Intervent Nru 2 bdew fil-5 ta' Novembru 2012 u sa issa għadhom ma tlestewx. Il-kostijiet imġarrba fiż-żmien meta ġiet adottata din id-Deċiżjoni jammontaw għal EUR 11 192 515,79. Il-kostijiet totali għal dan l-intervent huma pproġettati li jammontaw għal EUR 29 000 000.

Intervent Nru 3

(31)

Fl-aħħar nett, l-Intervent Nru 3 huwa ffinanzjat parzjalment permezz ta' riżorsi proprji ta' PAN (EUR 5 091 000, ipprovduti f'Delibera 356/2014 tal-24 ta' Diċembru 2014).

(32)

Sa Diċembru 2017, ix-xogħlijiet fir-rigward tal-Intervent Nru 3 kienu għadhom ma bdewx (ix-xogħlijiet ingħataw fid-19 ta' Lulju 2017) u l-kostijiet imġarrba kienu jammontaw għal EUR 6 880,50. Il-kostijiet totali għal dan l-intervent huma pproġettati li jammontaw għal EUR 15 900 000.

(33)

Il-kost totali tal-proġett ta' investiment (jiġifieri, it-tliet interventi kollha) huwa ta' EUR 57 759 874,5, li nqasam fi tliet partijiet kif muri fit-Tabella 2.

Tabella 2

Investimenti pubbliċi ppjanati

L-Ammonti ta'

Intervent

Tħallsu?

Data tal-pagament

Kost tal-investiment ippjanat

1.

Rinnovazzjoni strutturali ta' xi partijiet mill-baċir Nru 3

9 760 629,57

Iva

8.1.2003

21.12.2004

14.7.2005

26.10.2005

12.12.2011

12 859 854,50

3 099 224,93

Iva

31.12.2002

26.4.2004

19.4.2005

6.10.2005

24.4.2006

2.

Adattament tal-impjant tal-ippompjar tal-baċiri Nri 1 u 2, tiġdid tal-ħitan tal-moll maġenb il-baċir Nru 2

8 300 000,00

Iva

4.8.2006

27.12.2006

29.12.2006

29 000 000,00

6 671 621,41

Iva

1.9.2011

22.3.2013

17.12.2014

2 700 000,00 (kontribuzzjoni proprja ta' PAN)

Iva

23.3.2016

5 498 378,59 (li għandhom jiġu avvanzati minn PAN u rrimborżati mill-Istat Taljan)

Le

Mhux applikabbli

5 830 000,00

(kontribuzzjoni proprja ta' PAN)

Iva

31.5.2017

3.

Tiswija u tisħiħ tal-moll intern tal-baċir Nru 3

10 809 000,00

Iva

18.11.2014

15 900 000

5 091 000,00 (kontribuzzjoni proprja ta' PAN)

Iva

24.12.2014

Finanzjament totali minn PAN

13 621 000,00

Finanzjament totali mill-Istat Taljan

44 138 854,50

Total

57 759 854,50

(34)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-finanzjament mill-Istat Taljan diġà mogħti jew impenjat għal dan il-proġett kien jammonta għal EUR 44 138 854,50. Prinċipalment, dan ħa l-forma ta' rimborż dirett magħmul lill-istituzzjonijiet finanzjarji għas-self li daħlet għalih PAN mingħand il-Ministeru, kif ukoll għotjiet diretti lil PAN mill-baġit nazzjonali Taljan. L-awtoritajiet Taljani spjegaw li l-ammont li fadal ta' EUR 13 621 000 (li minnhom EUR 2 700 000 u EUR 5 830 000 kienu għall-Intervent Nru 2 u EUR 5 091 000 għall-Intervent Nru 3) ġie pprovdut minn PAN mir-riżorsi proprji tagħhom, akkumulat fil-kuntest tal-eżerċitar tal-attività ekonomika tagħha tal-ġestjoni tal-port.

2.4.   Raġunijiet għall-bidu tal-proċedura

(35)

Fit-28 ta' Ġunju 2016, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni sabiex tiftaħ investigazzjoni formali fir-rigward tal-miżuri msemmija fuq bil-għan li tindirizza d-dubji tagħha dwar jekk dawn il-miżuri jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat skont is-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE u jekk humiex kompatibbli mas-suq intern.

2.4.1.   Dubji dwar il-preżenza tal-għajnuna lil PAN

(36)

Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni kkunsidrat b'mod preliminari li l-miżuri jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont is-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE minħabba li PAN irċeviet riżorsi tal-Istat sabiex tammeljora l-faċilitajiet għat-tiswija tal-bastimenti li huma kummerċjalment sfruttati minnha. PAN – bħala entità li twettaq attività ekonomika f'isem il-proprjetarju, jiġifieri l-Istat Taljan – tista' tiġi kkwalifikata bħala impriża. Għalhekk, dak it-trasferiment jidher li jammonta għal trasferiment ta' riżorsi tal-Istat u huwa imputabbli lill-Istat.

(37)

Barra minn hekk, skont id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-finanzjament pubbliku jidher li jagħti vantaġġ ekonomiku selettiv lil PAN. Il-Kummissjoni qajmet dubji dwar jekk PAN hijiex meħtieġa li twettaq obbligi ta' servizz pubbliku (“OSP”) li ġew definiti b'mod ċar u li jissodisfaw l-erba' kundizzjonijiet kumulattivi ta' Altmark. Is-servizz ipprovdut minn PAN (jiġifieri l-kiri ta' faċilitajiet għat-tiswija tal-bastimenti bi skambju għal rimunerazzjoni) ma juri ebda karatteristika speċjali meta mqabbel ma' dawk ta' attivitajiet ekonomiċi oħrajn. Il-Kummissjoni qajmet dubji dwar jekk (i) PAN fil-fatt hijiex meħtieġa li twettaq OSP u dawk l-obbligi ġew definiti b'mod ċar, (ii) il-parametri li abbażi tagħhom jiġi kkalkolat il-kumpens ġewx stabbiliti minn qabel b'mod oġġettiv u trasparenti, (iii) il-kumpens ma jaqbiżx dak li huwa meħtieġ sabiex ikopri l-kostijiet imġarrba fit-twettiq tal-OSP, filwaqt li jitqiesu d-dħul rilevanti u qligħ raġonevoli għat-twettiq ta' dawk l-obbligi, (iv) l-operatur intgħażilx abbażi ta' proċedura ta' akkwist pubbliku jew jekk il-kostijiet imġarrba għat-twettiq tal-OSP humiex limitati għal dawk ta' impriża tipika (immexxija sewwa u pprovduta bil-mezzi ta' trasport adegwati sabiex tkun tista' tissodisfa r-rekwiżiti tas-servizz pubbliku meħtieġa).

(38)

Il-Kummissjoni kkunsidrat b'mod preliminari li l-proġett ta' investiment ser jippermetti lil PAN tkompli l-attività ekonomika li tikri l-baċiri mbattlin mill-ilma, settur li huwa miftuħ għall-kompetizzjoni u l-kummerċ fil-livell tal-Unjoni, kif ukoll li l-miżura tista' tfixkel il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ intra-UE.

(39)

Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni sabet li l-kwalifika tal-miżuri bħala għajnuna mill-Istat ma tirriżultax fi ksur tal-Artikolu 345 tat-TFUE, li jistabbilixxi l-prinċipju tan-newtralità bejn l-entitajiet pubbliċi u privati. Il-Kummissjoni nnotat b'mod preliminari li l-kunsiderazzjoni tal-miżuri bħala għajnuna mill-Istat ma tidhirx li tiddiskrimina kontra l-proprjetarji pubbliċi, hekk kif il-proprjetarji privati fl-istess negozju jkollhom huma wkoll iħejju pjan ta' negozju ex-ante u jwettqu l-investiment biss jekk ikun profittabbli fuq dik il-bażi. Jekk dan ma jkunx il-każ, kemm il-proprjetarji pubbliċi kif ukoll dawk privati jistgħu potenzjalment jirċievu għajnuna kompatibbli jekk jiġu rrispettati l-kundizzjonijiet kollha previsti fir-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat fis-settur tal-bini tal-bastimenti.

(40)

Barra minn hekk, fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni kkunsidrat b'mod preliminari li l-miżuri inkwistjoni ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala għajnuna eżistenti skont is-sens tal-Artikolu 1(b) tar-Regolament (UE) 2015/1589 (“ir-Regolament Proċedurali”) minħabba li l-appoġġ pubbliku għall-faċilitajiet għall-bini u t-tiswija tal-bastimenti tqies bħala li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat anki qabel is-sentenza ta' Leipzig Halle.

2.4.2.   Dubji dwar il-preżenza tal-għajnuna lil CAMED

(41)

Fir-rigward tal-għajnuna possibbli lil CAMED, il-Kummissjoni nnotat fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ li l-appoġġ pubbliku lil PAN ħelisha parzjalment mill-kostijiet tal-investiment li kwalunkwe proprjetarju privat ieħor ta' faċilitajiet għat-tiswija tal-bastimenti kien ikollu jħallas b'mod sħiħ, sabiex b'hekk tkun tista' titlob miżati aktar baxxi lil CAMED.

(42)

Il-miżuri inkwistjoni huma imputabbli lill-Istat (jiġifieri mogħtija minn PAN, li tifforma parti mill-amministrazzjoni tal-Istat anki jekk l-entità inkwistjoni tgawdi awtonomija legali minn awtoritajiet pubbliċi oħrajn). Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ li billi pprovdiet il-baċiri mbattlin mill-ilma lil CAMED potenzjalment taħt ir-rati tas-suq, PAN setgħet tirrinunzja għar-riżorsi tal-Istat.

(43)

Fin-nuqqas ta' sejħa għall-offerti u minħabba li l-miżata għall-użu tal-art li tħallas CAMED lil PAN ġiet ikkalkolata abbażi ta' parametri legali fissi, il-Kummissjoni kkunsidrat b'mod preliminari li l-arranġamenti kuntrattwali bejn PAN u CAMED jistgħu jagħtu vantaġġ ekonomiku possibbli 'il fuq mill-kundizzjonijiet tas-suq lil CAMED billi ġew ipprovduti baċiri mbattlin mill-ilma rinnovati potenzjalment taħt ir-rati tas-suq. Barra minn hekk, anki jekk jista' jiġi aċċettat li CAMED għamlet xi investimenti bi skambju għat-tlestija tal-interventi, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li l-valur tal-investimenti mwettqa minn CAMED għal PAN, flimkien mal-miżata għall-użu tal-art, jikkorrespondu għall-valur tal-interventi mwettqa minn PAN għal CAMED. B'hekk, il-Kummissjoni stiednet lill-awtoritajiet Taljani u lil partijiet terzi jikkummentaw fuq dawn il-konklużjonijiet preliminari.

(44)

Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar jekk l-erba' kundizzjonijiet ta' Altmark humiex issodisfati b'mod kumulattiv fir-rigward tal-miżuri b'appoġġ għal CAMED.

(45)

Il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-miżuri setgħu jfixklu l-kompetizzjoni u jaffettwaw il-kummerċ intra-UE.

2.4.3.   Dubji dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna

(46)

Fir-rigward tal-kompatibbiltà, il-Kummissjoni kkunsidrat b'mod preliminari li l-baċiri mbattlin mill-ilma mhumiex infrastrutturi tat-trasport, iżda faċilitajiet tal-produzzjoni għat-tarzni minħabba li jintużaw għall-bini tal-bastimenti jew għat-tiswija tal-bastimenti u mhux għal finijiet ta' trasport. Konsegwentement, l-għajnuna ma tistax tiġi vvalutata direttament skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE bħala għajnuna għall-investiment għall-infrastruttura tat-trasport.

2.4.3.1.   Il-kompatibbiltà tal-għajnuna lil PAN

(47)

Il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna lil PAN skont il-Qafas tas-SIEĠ 2011 u skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għas-settur tal-bini tal-bastimenti applikabbli fiż-żmien tal-għoti ta' kull miżura. Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni kkunsidrat b'mod preliminari li l-għoti fil-prinċipju seħħ meta kull wieħed mill-investimenti kien inkluż fil-programm ta' investimenti abbażi tat-talba tal-Awtoritajiet tal-Port. Il-Kummissjoni kienet tal-fehma li l-informazzjoni f'dan ir-rigward kienet insuffiċjenti u stiednet lill-Italja sabiex tipprovdi d-dati tal-għoti rilevanti għal kull miżura/Intervent.

(48)

Madankollu, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar il-konformità sħiħa tal-miżuri inkwistjoni minħabba li l-intensità tal-għajnuna dehret li teċċedi l-intensità tal-għajnuna massima permissibbli għall-għajnuna ta' investiment reġjonali għall-faċilitajiet għall-bini tal-bastimenti (li għalihom issir referenza fl-oqfsa suċċessivi), irrispettivament mid-data preċiża tal-għoti ta' kull miżura u taħt il-bażijiet ta' kompatibbiltà li ġejjin li jistgħu jkunu applikabbli għall-għajnuna għall-bini tal-bastimenti:

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1540/98 (15);

Il-Qafas tal-2004 dwar l-għajnuna mill-Istat għall-bini tal-bastimenti, li oriġinarjament kien applikabbli mill-1 ta' Jannar 2004 sal-31 ta' Diċembru 2006, u li wara ġie estiż darbtejn sal-31 ta' Diċembru 2008 u sal-31 ta' Diċembru 2011 (16);

Il-Qafas tal-2011 dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-bini tal-bastimenti (17), li kien applikabbli għal għajnuna mhux innotifikata wara l-31 ta' Diċembru 2011. L-applikazzjoni ta' dan il-Qafas ġiet estiża sat-30 ta' Ġunju 2014 (18);

Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-perjodu 2014-2020 mill-1 ta' Lulju 2014 (19).

(49)

Billi l-Italja ma pprovdietx l-informazzjoni meħtieġa sabiex tistabbilixxi d-data ċara tal-għoti, il-Kummissjoni ma kinitx f'pożizzjoni li twettaq valutazzjoni kompleta tal-kompatibbiltà, minħabba li ma setgħetx tidentifika l-bażi ġuridika korretta. Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni nnotat li ma setax jiġi eskluż li mill-inqas parti mill-miżuri setgħu jiġu ddikjarati kompatibbli skont ir-regoli rilevanti dwar l-għajnuna mill-Istat u stiednet lill-awtoritajiet Taljani sabiex jipprovdu analiżi tal-kompatibbiltà għal kull miżura.

2.4.3.2.   Il-kompatibbiltà tal-għajnuna lil CAMED

(50)

Il-Kummissjoni qajmet dubji dwar il-kompatibbiltà tal-miżuri taħt il-Qafas tas-SIEĠ 2011 fir-rigward tal-allegata għajnuna lil CAMED.

(51)

Madankollu, billi l-Kummissjoni ma setgħetx teskludi kompletament li mill-inqas parti mill-miżuri lil PAN setgħu jiġu ddikjarati kompatibbli skont ir-regoli rilevanti dwar l-għajnuna mill-Istat li kienu applikabbli fis-settur tal-bini tal-bastimenti fiż-żmien tal-għoti tal-miżuri, ma kienx eskluż li tali valutazzjoni jista' jinfluwenza wkoll il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà rigward l-għajnuna lil CAMED. Il-Kummissjoni stiednet lill-awtoritajiet Taljani sabiex jipprovdu analiżi tal-kompatibbiltà għal kull miżura (rigward CAMED) abbażi tal-liġi applikabbli, skont id-dati tal-għoti ta' kull miżura.

3.   KUMMENTI MILL-ITALJA

3.1.   Kummenti dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ

(52)

Fil-fehma tal-awtoritajiet Taljani, id-Deċiżjoni tal-Ftuħ tikser is-sorsi primarji tad-dritt tal-Unjoni u l-prinċipji ġenerali ta' amministrazzjoni tajba, ċertezza legali, aspettattiva leġittima u protezzjoni ġudizzjarja effettiva. L-Italja ssostni li kwalunkwe deċiżjoni tal-Kummissjoni effettivament tirrevoka deċiżjoni minn qabel li tagħlaq il-każ, li l-Kummissjoni kienet ħadet fl-2006 (20).

(53)

L-Italja ssostni wkoll li t-tlestija tal-proċedimenti f'perjodu ta' żmien raġonevoli hija prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni (21), li tipprevjeni lill-Kummissjoni milli testendi fid-diskrezzjoni tagħha t-tul tal-fażi preliminari tal-investigazzjoni mibdija wara li tirċievi ilment relatat ma' allegata għajnuna li ma tkunx ġiet innotifikata, sakemm tali miżura ma tkunx illegali (22). Skont l-awtoritajiet Taljani, dan mhuwiex il-każ fil-proċedimenti attwali.

(54)

L-awtoritajiet Taljani jirreferu għall-Artikolu 16(1) tar-Regolament Proċedurali, li abbażi tiegħu l-Kummissjoni ma għandhiex titlob l-irkupru tal-għajnuna jekk dan imur kontra prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni.

3.1.1.   Dwar il-preżenza tal-għajnuna lil PAN

(55)

Fir-rigward tal-eżistenza ta' għajnuna lil PAN, l-Italja spjegat li l-awtoritajiet tal-port mhumiex impriżi, iżda entitajiet pubbliċi mhux ekonomiċi (enti pubblici non economici), irregolati bil-liġi pubblika (pereżempju, il-Liġi Nru 84/1994, il-liġi qafas Taljana dwar il-portijiet) (23). L-awtoritajiet tal-port nazzjonali għandhom indipendenza amministrattiva, organizzattiva, regolatorja, baġitarja u finanzjarja. L-Istat Taljan ta lill-awtoritajiet tal-port il-mandat istituzzjonali li jwettqu, f'ismu u biss fl-interess pubbliku, il-funzjonijiet ta' amministrazzjoni, regolamentazzjoni u kontroll tal-portijiet Taljani. Għalhekk, l-awtoritajiet tal-port ma jisfruttawx kummerċjalment l-assi tal-proprjetà tal-Istat, iżda sempliċiment jamministrawhom, b'tali mod li jissodisfaw il-mandat istituzzjonali mogħti lilhom.

(56)

L-awtoritajiet Taljani jsostnu li l-awtoritajiet tal-port ma joffru oġġetti jew servizzi fl-ebda suq u, għalhekk, ma jwettqu ebda attività ekonomika. Skont l-Artikolu 6 tal-Liġi Nru 84/1994, l-awtoritajiet tal-portijiet ma jistgħux iwettqu l-attivitajiet fil-portijiet direttament jew indirettament (24). Barra minn hekk, l-amministrazzjoni tal-portijiet Taljani hija riżervata bil-liġi għall-awtorità tal-port b'responsabbiltà fiż-żona. Għalhekk, skont l-Italja, waqt li jwettqu l-mandat istituzzjonali tal-amministrazzjoni tal-portijiet Taljani, l-awtoritajiet tal-port ma jaġixxux f'suq miftuħ għall-kompetizzjoni billi (i) ebda parti oħra ma tista' twettaq dik l-attività u (ii) huma pprojbiti milli jwettqu attivitajiet ekonomiċi f'setturi miftuħa għall-kompetizzjoni.

(57)

Skont l-awtoritajiet Taljani, il-miżata għall-użu tal-art (canone demaniale) mhijiex kumpens għall-forniment ta' servizz ekonomiku, iżda pjuttost korrispettiv għall-okkupazzjoni privata ta' proprjetà pubblika. Il-ġbir tal-miżata, f'isem l-Istat, jaqa' taħt il-mandat istituzzjonali mogħti lill-awtoritajiet tal-port.

(58)

Skont l-awtoritajiet Taljani, huma biss il-miżati kummerċjali, li jistgħu jiġu deċiżi b'mod indipendenti mill-awtoritajiet tal-port u kkalkolati skont il-valuri fis-suq, illi jistgħu jikkwalifikaw l-attività bħala waħda ekonomika (25). Madankollu, fil-każ preżenti, il-miżata tiġi ddeterminata mid-Digriet Ministerjali Nru 595/1995 abbażi ta' parametri fissi li jirrigwardjaw iż-żona tal-proprjetà li fuqha ngħatat konċessjoni. Il-miżati jiġu applikati mill-awtoritajiet tal-portijiet Taljani kollha għall-konċessjonijiet kollha, irrispettivament mill-użu li l-konċessjonarja tkun bi ħsiebha tagħmel miż-żona inkwistjoni, jew minn kwalunkwe profitt jew telf li jista' jinkiseb. Għalhekk, il-miżata hija parti mill-piż tat-taxxa ġenerali impost fuq entitajiet li joperaw fuq art li hija proprjetà tal-Istat, mhux biss fis-settur tal-bini tal-bastimenti. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Taljani jinnotaw li l-miżata ma tistax tiġi stabbilita abbażi tal-valuri tas-suq billi ma hemm ebda suq relatat mas-sjieda u/jew il-ġestjoni tal-assi pubbliċi.

(59)

L-Italja tkompli tispjega li l-miżuri ma kinux selettivi minħabba li x-xogħlijiet fuq il-baċiri mbattlin mill-ilma tal-Port ta' Napli huma wieħed mill-bosta investimenti li l-Istat Taljan għamel f'assi li huma proprjetà tiegħu, li mhumiex relatati biss mal-portijiet. L-Istat Taljan jiffinanzja l-manutenzjoni speċifika ta' varjetà kbira ta' assi li jappartjenu lill-pubbliku, fosthom (skont il-Kodiċi tan-Navigazzjoni u l-Kodiċi Ċivili) il-portijiet Taljani, inklużi baċiri tal-ġebel.

(60)

Barra minn hekk, il-fondi pubbliċi għal xogħlijiet ta' espansjoni, modernizzazzjoni u ammeljorament tal-portijiet allokati abbażi tal-Liġi 413/1998 (u ffinanzjati mill-ġdid skont il-Liġi Nru 388/2000 u l-Liġi Nru 166/2002) kienu disponibbli għall-awtoritajiet tal-portijiet Taljani kollha (26). Il-manutenzjoni speċifika fuq il-baċiri mbattlin mill-ilma Nru 1, 2 u 3 mhijiex deċiżjoni ta' investiment ad hoc, iżda tikkostitwixxi trasferiment intern ta' fondi lill-awtoritajiet pubbliċi f'konformità mas-sistema legali nazzjonali, li tistipula li l-Istat għandu s-sjieda tal-portijiet u huwa responsabbli għall-amministrazzjoni tagħhom. L-awtoritajiet Taljani jsostnu li l-Kummissjoni ma tistax tikkontesta skont l-Artikolu 107 tat-TFUE miżuri li mhumiex selettivi iżda li huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u li jirrappreżentaw espressjoni ta' għażliet ta' politika ekonomika u industrijali ta' Stati Membri individwali.

(61)

Fir-rigward ta' vantaġġ ekonomiku possibbli lil PAN, l-awtoritajiet Taljani jqisu li – skont il-Liġi Nru 84/1994 u l-Liġi Nru 112/1998 (27) – ix-xogħlijiet ta' rinnovazzjoni speċifiċi jitħallsu mill-proprjetarju, jiġifieri l-Istat Taljan u mhux mill-maniġer tal-infrastruttura. Għalhekk, il-finanzjament pubbliku tal-kostijiet speċifiċi tal-manutenzjoni la jnaqqas kwalunkwe piż fuq l-awtorità tal-port u lanqas ma jagħtiha xi vantaġġ.

(62)

Barra minn hekk, skont l-Italja, ma hemm ebda vantaġġ ekonomiku għal PAN minħabba li l-miżuri huma meħtieġa għall-eżekuzzjoni tas-SIEĠ, jiġifieri għall-ġestjoni tal-baċiri mbattlin mill-ilma (fi ħdan il-mandat mogħti u l-projbizzjonijiet imposti fuq l-awtorità tal-port skont il-Liġi Nru 84/1994). Skont l-Italja, din l-attività mwettqa mill-awtoritajiet tal-portijiet Taljani kollha hija espressament deskritta mil-liġi nazzjonali bħala li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tas-SIEĠ. Għalhekk, il-miżuri ma jagħtu ebda vantaġġ selettiv lil PAN meta mqabbla ma' awtoritajiet ta' portijiet Taljani oħrajn.

(63)

L-awtoritajiet Taljani jirreferu għall-Protokoll 26 tat-TFUE li jagħti diskrezzjoni wiesgħa lill-awtoritajiet nazzjonali rigward is-SIEĠ u huma tal-fehma li r-rwol tal-Kummissjoni huwa limitat għall-kontroll ta' żball evidenti. Skont l-Italja, l-attività tas-SIEĠ la tikkonsisti fil-kiri ta' infrastruttura għal rimunerazzjoni u lanqas fl-użu dirett tal-infrastruttura minn PAN għat-twettiq ta' attivitajiet ta' bini tal-bastimenti. Il-kamp ta' applikazzjoni tas-SIEĠ huwa l-obbligu impost fuq l-awtoritajiet tal-portijiet Taljani mil-Liġi Nru 84/1994 sabiex jiġġestixxu l-baċiri mbattlin mill-ilma f'isem l-Istat Taljan u, b'mod partikolari, id-dmir li jwettqu u jieħdu ħsieb il-manutenzjoni speċifika ta' dawn l-assi li huma proprjetà tal-Istat, skont l-interess pubbliku.

(64)

Il-finanzi pubbliċi mogħtija mill-Istat sabiex jippermettu t-tiswija tal-baċiri mbattlin mill-ilma numri 1, 2 u 3 ma taw ebda vantaġġ lil PAN, minħabba li dan sempliċiment ikkostitwixxa trasferiment ta' riżorsi fi ħdan id-dominju pubbliku għat-twettiq ta' funzjonijiet speċifiċi mogħtija mill-Istat lill-awtoritajiet tal-port, jew b'mod alternattiv, il-ħlas lura tal-kostijiet imġarrba minn PAN sabiex tissodisfa l-obbligi imposti mil-Liġi Nru 84/1994 fuq l-awtoritajiet tal-portijiet Taljani kollha.

(65)

Fir-rigward tax-xogħlijiet ta' rinnovazzjoni, l-awtoritajiet Taljani spjegaw li l-finanzjament pubbliku ma jaqbiżx dak li huwa strettament meħtieġ sabiex jitħallsu lura l-kostijiet imġarrba minn PAN. Il-kuntratti għax-xogħlijiet ingħataw fuq il-bażi ta' proċess ta' offerta pubblika (li rriżulta fi tnaqqis fil-kostijiet meta mqabbel ma' dak li kien stmat inizjalment). Barra minn hekk, CAMED għamlet investimenti sinifikanti komplementarji għal dawk magħmula minn PAN fl-ammont ta' aktar minn EUR 40 miljun.

(66)

Fir-rigward tal-kompitu istituzzjonali tal-ġestjoni tal-portijiet f'isem l-Istat, l-Italja ddikjarat ukoll li, skont l-Artikoli 28 u 29 tal-Kodiċi dwar in-Navigazzjoni u skont l-Artikoli 822 u 823 tal-Kodiċi Ċivili, dan il-kompitu ma jistax jingħata lil entitajiet oħrajn għajr l-awtoritajiet tal-port u ferm inqas permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti. B'kuntrast, il-konċessjoni tal-assi tal-Istat inkwistjoni ngħatat lil CAMED skont il-liġi nazzjonali (28) u b'mod kompetittiv u mhux diskriminatorju u skont il-prinċipji tal-Unjoni.

(67)

L-Italja ssostni wkoll li l-miżuri la fixklu l-kompetizzjoni u lanqas affettwaw il-kummerċ fost l-Istati Membri. Is-settur tal-portijiet fl-Italja mhuwiex liberalizzat, għalhekk, l-awtoritajiet portwarji Taljani ma joperawx f'settur miftuħ għall-kompetizzjoni. Skont l-awtoritajiet Taljani, il-Kummissjoni għamlet żball fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ meta kklassifikat l-attività bħala “kiri” minflok bħala “għoti ta' konċessjoni fuq assi tal-Istat”. B'kuntrast ma' kerrej li jikri assi, konċessjonarju għandu jirrispetta l-interess pubbliku u jgħaddi minn kontrolli mwettqa mill-awtorità tal-port f'konformità mal-liġi pubblika.

(68)

Barra minn hekk, l-Italja ssostni li l-Kummissjoni kienet negliġenti meta naqset li tqis id-differenzi bejn l-Istati Membri fil-mod kif jiġġestixxu l-portijiet. Fin-nuqqas ta' approċċ uniformi fil-livell tal-Unjoni, l-Italja għażlet li żżomm il-ġestjoni tas-settur tal-portijiet fi ħdan il-mandat pubbliku. Għalhekk, billi s-settur tal-portijiet fl-Italja mhuwiex liberalizzat, u billi l-awtoritajiet tal-port ma joperawx f'settur miftuħ għall-kompetizzjoni, skont l-Italja, il-miżuri la fixklu l-kompetizzjoni u lanqas affettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri skont is-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

(69)

L-awtoritajiet Taljani jemmnu li l-klassifikazzjoni tal-miżuri bħala għajnuna mill-Istat tkun ksur tal-Artikolu 345 tat-TFUE, li jistabbilixxi l-prinċipju tan-newtralità bejn l-entitajiet pubbliċi u privati. Proprjetarju privat jista' jinvesti kemm jixtieq fl-assi tiegħu, filwaqt li l-investimenti mill-Istat fl-infrastruttura tiegħu stess dejjem ikunu għajnuna mill-Istat. L-awtoritajiet Taljani ma jaqblux mal-kunsiderazzjoni preliminari mill-Kummissjoni li l-proprjetarji privati normalment jagħmlu biss investimenti li jħallu l-qligħ (eżempju ta' dan jista' jkun l-investimenti għall-finijiet ta' titjib tal-immaġini).

(70)

L-Italja tiddikjara wkoll li, skont l-Artikolu 345 tat-TFUE, id-dritt tal-Unjoni ma jista' jimponi ebda privatizzazzjoni fuq l-Istati Membri, u lanqas jirrikjedi li jinbiegħu assi li l-Istat Membru jkun iddeċieda li jżomm fis-sjieda pubblika, speċjalment fin-nuqqas ta' miżuri komuni li jilliberalizzaw is-settur. Kwalunkwe interpretazzjoni differenti tikser il-prinċipju ġenerali ta' trattament ugwali, li jagħmilha illegali li l-fatti li jkunu notevolment differenti jiġu ttrattati bl-istess mod.

(71)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma tistax twaqqaf lill-Istati Membri milli jwettqu l-manutenzjoni ta' tali assi. Id-dritt li wieħed jippreserva l-assi tiegħu stess fi stat operattiv u li jiżgura li dawn jaħdmu b'mod effiċjenti huwa fil-qalba tad-dritt tas-sjieda, li issa huwa protett ukoll mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, sors primarju tal-liġi li huwa vinkolanti wkoll fuq l-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

(72)

Fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-miżuri bħala għajnuna eżistenti, l-Italja tirrimarka li l-Kummissjoni – fil-konklużjonijiet preliminari mibgħuta lill-ilmentatur fl-2013 – iddikjarat li l-baċiri mbattlin mill-ilma kkonċernati huma parti mill-proprjetà marittima tal-Istat. L-awtoritajiet Taljani jirrimarkaw li sakemm ingħatat is-sentenza ta' Leipzig Halle, il-Kummissjoni nnifisha qieset l-investiment fl-infrastruttura, inkluż f'żoni ta' portijiet, bħala attività li taqa' barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107 tat-TFUE. Fil-perjodu li fih ġew deċiżi x-xogħlijiet fuq il-baċiri numri 1, 2 u 3 fil-Port ta' Napli (jiġifieri qabel l-2001), l-appoġġ pubbliku għall-infrastruttura normalment ma kienx jikkostitwixxi għajnuna, iżda pjuttost miżuri ġenerali derivati mis-sovranità tal-Istat fir-rigward tal-politika ekonomika, l-ippjanar u l-iżvilupp tal-art.

(73)

L-awtoritajiet Taljani jirreferu wkoll għall-Avviż dwar il-kunċett ta' għajnuna (29), li jiddikjara li minħabba l-inċertezza li kienet teżisti qabel ingħatat is-sentenza ta' Aéroports de Paris, l-awtoritajiet pubbliċi setgħu leġittimament iqisu li l-finanzjament pubbliku tal-infrastruttura mogħti qabel dik is-sentenza ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat u li, għaldaqstant, dawn il-miżuri ma kellhomx bżonn jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni. Għalhekk, l-Italja hija tal-fehma li dawk il-miżuri ma jistgħux jitqiegħdu fid-dubju abbażi tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat fid-dawl tal-prinċipji ta' ċertezza legali u aspettattivi leġittimi (30).

(74)

Fir-rigward tal-konklużjoni preliminari tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ li l-appoġġ mill-Istat għall-faċilitajiet għall-bini u t-tiswija tal-bastimenti dejjem tqies bħala għajnuna mill-Istat (anki qabel ingħatat is-sentenza ta' Leipzig Halle), l-awtoritajiet Taljani għamlu l-osservazzjonijiet li ġejjin. Skont l-Italja, il-Kummissjoni tirreferi b'mod żbaljat fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 94/374/KE (31). L-Italja tiddikjara li, skont dik id-Deċiżjoni, diversi miżuri ta' appoġġ pubbliku maħsuba sabiex jassistu lill-“faċilitajiet għat-tiswija tal-bastimenti f'baċir imbattal mill-ilma” jistgħu jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107 tat-TFUE. B'hekk, id-Deċiżjoni kienet relatata mal-“faċilitajiet”, jiġifieri s-superstrutturi tal-port (strutturi mobbli, krejnijiet, eċċ.) li huma proprjetà ta' konċessjonarji individwali, u mhux mal-infrastruttura portwarja tal-Istat. Id-Deċiżjoni tiddikjara espressament li (i) il-finanzjament pubbliku lill-entità li tiġġestixxi port Taljan “huwa relatat mal-ġestjoni ta' infrastrutturi reġjonali u, għalhekk, ma jikkostitwixxi ebda għajnuna mill-Istat” u (ii) il-miżuri għall-“finanzjament tal-infrastrutturi li għandhom jitwaqqfu minn korp pubbliku … ma jistgħux jitqiesu bħala għajnuna mill-Istat skont is-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE”, li tikkonferma li, sakemm ingħatat is-sentenza ta' Leipzig Halle, il-Kummissjoni nnifisha kkunsidrat l-investiment fl-infrastruttura, inkluż fiż-żoni tal-portijiet, bħala attività li ma taqax fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107 tat-TFUE.

(75)

L-Italja ttenni l-argument li l-awtoritajiet tal-portijiet Taljani ma joperawx f'suq li huwa miftuħ għall-kompetizzjoni. Skont ġurisprudenza stabbilita sewwa, l-għajnuna implimentata fi swieq mhux liberalizzati tikkostitwixxi l-għajnuna eżistenti li tista' titqies biss bħala inkompatibbli ex nunc u, bħala tali, mhuwiex meħtieġ li din titħallas lura.

3.1.2.   Dwar il-preżenza tal-għajnuna lil CAMED

(76)

Fir-rigward tal-allegata għajnuna lil CAMED, l-awtoritajiet Taljani spjegaw li skont il-liġi Taljana, ix-xogħlijiet straordinarji għar-rinnovazzjoni tal-baċiri mbattlin mill-ilma jaqgħu fil-qasam ta' responsabbiltà tal-proprjetarju (jiġifieri l-Istat) u mhux tal-operatur tal-infrastruttura. B'mod simili għal kuntratt ta' kiri, ix-xogħlijiet ordinarji jaqgħu fil-qasam ta' responsabbiltà tal-operatur, filwaqt li l-proprjetarju għandu jiżgura li l-infrastruttura tibqa' adegwata għall-użu li huwa permess għall-operatur taħt il-kuntratt ta' konċessjoni għat-tul kollu tiegħu. Fi tmiem il-perjodu ta' konċessjoni, l-infrastruttura tibqa' proprjetà tal-Istat. Skont l-awtoritajiet Taljani, dan huwa l-każ mhux biss għall-Konċessjoni tal-2004 mogħtija lil CAMED, iżda għall-konċessjonijiet kollha għall-użu u l-operat tal-proprjetajiet tal-Istat (32).

(77)

Għalhekk, l-Italja ssostni li l-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni trasversali u ġenerali, minħabba li skont il-mudell pubbliku li abbażi tiegħu l-leġiżlatura Taljana organizzat is-settur tal-portijiet, kull awtorità portwarja Taljana (mhux biss il-PAN) dejjem irċeviet u qed tkompli tirċievi fondi pubbliċi maħsuba sabiex jiffinanzjaw xogħol infrastrutturali fuq assi tal-Istat. Minn dan isegwi li l-impriżi kollha (mhux biss CAMED) li joperaw fiż-żona tal-port fil-portijiet Taljani kollha (mhux biss f'Napli) u fis-setturi ekonomiċi kollha (mhux biss fis-settur tal-bini tal-bastimenti) “ibbenefikaw” minn “għajnuna” li hija identika għal dik li allegatament gawdiet minnha CAMED. L-awtoritajiet Taljani jsostnu li l-operaturi ekonomiċi kollha li kisbu konċessjoni fuq proprjetà tal-Istat: (i) ipparteċipaw fi proċess miftuħ u kompetittiv, (ii) setgħu jużaw iż-żoni, l-assi u l-infrastruttura mibnija u msewwija bl-użu ta' fondi pubbliċi u (iii) ħallsu miżata għall-użu tal-art skont il-liġi nazzjonali. Għaldaqstant, CAMED ma kisbet l-ebda vantaġġ selettiv meta mqabbla ma' impriżi oħrajn li jinsabu f'sitwazzjonijiet legali u fattwali komparabbli, bħal kumpaniji oħrajn li jibnu l-bastimenti, operaturi tat-terminal, kumpaniji tat-trasport marittimu, eċċ. (33). Barra minn hekk, CAMED hija meħtieġa mir-Regolament tal-2002 li tagħti aċċess għall-infrastruttura tal-Istat lil operaturi oħrajn taħt kundizzjonijiet ugwali u fuq il-bażi ta' kriterji ta' prijorità trasparenti u mhux diskriminatorji, skont it-tariffi ppubblikati, li fil-fehma tal-awtoritajiet Taljani, ikompli jtenni n-nuqqas ta' selettività tal-miżuri.

(78)

Il-miżata għall-użu tal-art imħallsa minn CAMED għall-użu tal-proprjetà tal-Istat hija stabbilita skont il-liġi nazzjonali u, b'mod partikolari, skont id-Digriet Ministerjali Nru 595/1995. PAN ma kellhiex il-possibbiltà li titlob lil CAMED tħallas miżati aktar baxxi, anki minħabba li din mhijiex miżata kummerċjali nnegozjata bejn il-partijiet skont il-miżati tas-suq. Il-miżati għall-użu tal-art jiġu ddeterminati b'mod oġġettiv u huma identiċi għall-konċessjonijiet kollha tal-proprjetà fis-settur marittimu għal attivitajiet ta' dan it-tip, b'hekk, b'mod mhux selettiv. Għalhekk, il-miżura ma naqqsitx il-kostijiet li għandhom jitħallsu minn PAN u lanqas ma ppermettitilha li titlob miżati aktar baxxi lil CAMED.

(79)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Taljani huma tal-fehma li mhuwiex meħtieġ, matul il-perjodu ta' konċessjoni, li l-konċessjonarju ta' assi tal-Istat jinvesti ammont li, meta jkun ikkombinat mal-miżata mħallsa, ikun daqs l-ammont ta' kwalunkwe manutenzjoni speċifika mwettqa mill-Istat bħala l-uniku proprjetarju tal-assi. Il-konċessjonarju – għall-użu temporanju tal-assi – ma għandux dmir li jġorr l-istess piżijiet finanzjarji li jkollu jġorr proprjetarju sabiex iżomm dawn l-assi f'kundizzjoni operattiva, sabiex b'hekk iżid il-valur tagħhom.

(80)

L-awtoritajiet Taljani jiddikjaraw ukoll li d-Deċiżjoni tal-Ftuħ ma tqisx il-fatt li, għalkemm ma kienx meħtieġ, CAMED wettqet pjan konsiderevoli ta' investimenti komplementarji għal dawk imwettqa minn PAN, li jaqbżu l-EUR 40 miljun.

(81)

L-awtoritajiet Taljani huma tal-fehma li bil-proġett ta' investiment CAMED ma kisbet ebda vantaġġ, minħabba li l-Konċessjoni tal-2004 ingħatat lil CAMED permezz ta' proċedura miftuħa u pubblika (ara l-premessa 15) u CAMED għandha d-dritt li topera infrastruttura li trid tkun adegwata għall-użu miftiehem. Barra minn hekk, fil-fehma tal-awtoritajiet Taljani, id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (34) dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni ma tapplikax għal offerti li jirrigwardjaw konċessjonijiet ta' żoni ta' portijiet. Għalhekk, PAN ma kinitx meħtieġa li toħroġ sejħa għall-offerti għall-għoti ta' konċessjoni relattiva għal dawk il-baċiri mbattlin mill-ilma u, b'mod partikolari, fir-rigward ta' konċessjoni mogħtija aktar minn 10 snin qabel daħlet fis-seħħ dik id-Direttiva.

(82)

L-Italja ssostni wkoll li l-miżuri la jfixklu l-kompetizzjoni u lanqas jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri, minħabba li ma jsaħħux il-pożizzjoni ta' impriża waħda kontra oħrajn attivi fl-istess settur. Taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-2002, kwalunkwe impriża tista' titlob li tuża l-baċiri, irrispettivament mill-post tal-istabbiliment tagħha. Għalhekk, skont l-awtoritajiet Taljani, il-miżuri ma għandhom ebda effett fuq l-investiment transkonfinali u/jew il-kundizzjonijiet tal-istabbiliment.

(83)

Skont l-Italja, il-Kummissjoni ma tistax tikkontesta miżura pubblika ġenerali li hija applikabbli fit-territorju nazzjonali kollu u għall-impriżi kollha li joperaw hemmhekk, billi ssostni li l-miżura tagħti vantaġġ lil dawk l-operaturi meta mqabbla mal-kundizzjonijiet li jitgawdew mill-impriżi stabbiliti u li joperaw fi Stati Membri oħrajn. Fil-fatt, l-għoti jew le ta' vantaġġ selettiv għandu jiġi ddeterminat biss fuq bażi nazzjonali, minħabba li, fin-nuqqas ta' regoli komuni madwar l-Unjoni kollha, paragun mal-kundizzjonijiet offruti lill-impriżi fi Stati Membri differenti effettivament iqabbel is-sitwazzjonijiet legali u fattwali differenti li jinħolqu minn disparitajiet leġiżlattivi u regolatorji bejn l-Istati Membri u, b'hekk, ifixklu l-għan u l-funzjonament tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat.

(84)

L-awtoritajiet Taljani jtennu l-argumenti li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-miżuri bħala għajnuna eżistenti (ara l-premessa 75).

3.1.3.   Dwar il-kompatibbiltà tal-allegata għajnuna lil PAN u CAMED

(85)

L-Italja ma taqbilx mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-għoti seħħ meta kull wieħed mill-investimenti kien inkluż fil-programm ta' investimenti abbażi tat-talbiet tal-Awtoritajiet tal-Port. L-Italja ttenni li d-data tal-għoti ta' skema ta' għajnuna mill-Istat trid tiġi identifikata bħala ż-żmien li fih daħlet fis-seħħ il-bażi ġuridika li ħolqot dritt għall-allegata benefiċjarja li tikseb il-miżuri ta' appoġġ, u mhux id-data tal-adozzjoni tal-miżuri ta' implimentazzjoni sussegwenti u potenzjalment numerużi. L-Italja tinnota li l-miżuri ta' implimentazzjoni kollha identifikati mill-Kummissjoni jagħmlu referenza espressa għall-atti ta' finanzjament mill-ġdid skont il-Liġi Nru 413/1998, li hija għalhekk il-bażi ġuridika ġenwina għall-azzjoni, kif ukoll għad-diversi deċiżjonijiet meħuda minn PAN fl-2001 u l-konċessjoni mogħtija lil CAMED fl-2004.

(86)

Skont l-Italja, il-miżuri ma għandhomx jiġu vvalutati abbażi tal-Oqfsa tal-Bini tal-Bastimenti (ara l-premessa 48), minħabba li l-miżuri jikkonċernaw biss il-manutenzjoni speċifika tal-infrastruttura portwarja tal-Istat. Fil-fehma tal-awtoritajiet Taljani, l-allegata għajnuna mhijiex maħsuba sabiex tippromwovi żieda fil-produttività tal-installazzjonijiet eżistenti f'tarzna, jiġifieri tas-superstruttura tal-port (strutturi mobbli, krejnijiet, eċċ.), iżda sabiex titwettaq manutenzjoni speċifika f'ċerti elementi tal-infrastruttura portwarja li huma l-proprjetà unika tal-Istat. Dan isir bil-għan li dawn ma jibqgħux jintużaw, b'mod partikolari f'termini ta' sikurezza, u minħabba l-fatt li l-utenti kollha tal-port jistgħu jiksbu aċċess għalihom fuq l-istess livell u taħt kundizzjonijiet mhux diskriminatorji. B'hekk, il-kompatibbiltà tal-miżuri inkwistjoni ma tistax tiġi vvalutata abbażi ta' regoli settorjali rigward l-għajnuna għall-bini tal-bastimenti.

(87)

Skont l-Italja, il-miżuri huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(2)(b) u l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE, minħabba li jimmiraw li jirrestawraw il-proprjetà tal-Istat wara t-Tieni Gwerra Dinjija u t-terremot tal-1980 li affettwa l-belt ta' Napli. L-allegati miżuri ta' għajnuna huma proporzjonati minħabba li l-finanzjament pubbliku huwa limitat għal dak li kien strettament meħtieġ u x-xogħlijiet għall-manutenzjoni speċifika ngħataw permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti miftuħa u kompetittiva li għamlitha possibbli li jitnaqqsu l-kostijiet meta mqabbla mal-estimi oriġinali. L-awtoritajiet Taljani jinnotaw ukoll li CAMED wettqet investimenti sinifikanti, billi naqqset l-intensità tal-kontribuzzjoni pubblika għal madwar 40 % tal-kostijiet totali tal-investiment. Il-miżuri huma aktar proporzjonati minħabba li – abbażi tal-liġi applikabbli għal konċessjonijiet pubbliċi – ix-xogħlijiet imwettqa mill-konċessjonarju jibqgħu fis-sjieda tal-Istat fl-aħħar tal-konċessjoni u CAMED ma tkun intitolata għal ebda kumpens jew ħlas lura. L-Italja ttenni li l-allegati miżuri ta' għajnuna huma ta' benefiċċju għall-ekonomija ta' reġjun żvantaġġat li huwa reġjun megħjun skont l-Artikolu 107(3)(a) tat-TFUE.

(88)

F'Novembru 2017, l-awtoritajiet Taljani ppreżentaw aktar informazzjoni, li fiha huma tennew il-fehma tagħhom li r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat applikabbli għall-bini tal-bastimenti ma jikkostitwixxux il-bażi ġuridika korretta sabiex tiġi vvalutata l-kompatibbiltà tal-għajnuna. Madankollu, l-awtoritajiet Taljani pprovdew il-kummenti li ġejjin.

(89)

Fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mogħtija lil PAN, l-Italja kkonfermat li PAN ma ppreżentat ebda applikazzjoni għall-għajnuna (billi invokat ir-regoli rilevanti dwar il-bini tal-bastimenti) qabel il-bidu tax-xogħlijiet fuq kull wieħed mill-investimenti. L-awtoritajiet Taljani kkonfermaw il-pożizzjoni tagħhom li l-fondi ntużaw għall-manutenzjoni tal-infrastruttura tal-port eżistenti u li dawn ma jikkostitwixxu ebda għajnuna għall-faċilitajiet tal-bini tal-bastimenti.

(90)

Fl-aħħar nett, l-Italja ssostni li l-ammonti li qed jiġu vvalutati ma setgħux jiġu rkuprati, hekk kif l-istatut tal-limitazzjonijiet stabbilit mill-Artikolu 17 tar-Regolament Proċedurali skada.

4.   KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI

4.1.   Kummenti minn CAMED

(91)

CAMED issostni li l-legalità tal-miżuri inkwistjoni diġà ġiet eżaminata u kienet aċċertata fl-2006, meta l-Kummissjoni talbet informazzjoni mill-awtoritajiet Taljani u sussegwentement itterminat il-proċedura. B'hekk, id-Deċiżjoni tal-Ftuħ tikkostitwixxi revoka illegali ta' dik id-deċiżjoni ta' terminazzjoni, magħmula aktar minn 10 snin wara l-ewwel miżura, li tikser il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni ta' amministrazzjoni tajba, ċertezza legali u protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

(92)

Barra minn hekk, CAMED tqis li l-miżuri inkwistjoni ma jikkostitwixxu ebda għajnuna mill-Istat la għal PAN u lanqas għaliha nnifisha, minħabba li jikkonċernaw il-ġestjoni u l-amministrazzjoni ordinarji ta' kategorija ta' assi partikolari minflok attività ekonomika speċifika, jiġifieri, proprjetà pubblika li tappartjeni lill-Istat. L-ebda waħda mill-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE ma ġiet issodisfata.

(93)

CAMED ittenni l-argumenti tal-Italja li l-awtoritajiet tal-port huma entitajiet pubbliċi mhux ekonomiċi pprojbiti skont il-Liġi Nru 84/1994 milli jinvolvu ruħhom fi kwalunkwe attività ekonomika jew milli jipprovdu servizzi portwarji. Skont CAMED, l-awtoritajiet tal-portijiet Taljani lanqas ma huma liberi li jiddeterminaw l-ammont ta' miżati tal-Istat miġbura mingħand il-konċessjonarji f'isem l-Istat, minħabba li dawn ġew stabbiliti fid-Digriet Ministerjali Nru 595/1995.

(94)

Skont CAMED, ix-xogħol ma jagħti ebda vantaġġ ekonomiku lil PAN jew lilha nnifisha. Il-manutenzjoni rimedjali tal-assi pubbliċi inkwistjoni bil-liġi taqa' esklussivament għand l-Istat bħala l-proprjetarju tagħhom u, barra minn hekk, hija meħtieġa u strumentali għall-provvediment ta' OSP. Bħala tali, il-miżuri ma jeħilsux lil CAMED minn kwalunkwe piż finanzjarju u ma jagħtuha ebda vantaġġ.

(95)

CAMED tirrimarka wkoll li meta l-miżuri pubbliċi kienu ppjanati u approvati, hija ma kinitx il-konċessjonarja tal-art pubblika kkonċernata, minħabba li kienet għadha trid isseħħ il-proċedura ta' sejħa għall-offerti miftuħa u kompetittiva. Għalhekk, PAN impenjat ruħha li tidħol għall-investiment, irrispettivament mill-identità tal-konċessjonarja futura. Kwalunkwe impriża setgħet ippreżentat offerta kompetittiva għall-konċessjoni u setgħet kisbet l-assi taħt konċessjoni. B'hekk, il-proċedura tgħaddi mit-test tal-operatur fl-ekonomija tas-suq u ma tagħti ebda vantaġġ lill-offerent rebbieħ.

(96)

CAMED tiddikjara wkoll li l-miżuri kkonċernati mhumiex selettivi minħabba li dan huwa metodu standard ta' intervent mill-Istat li, b'mod ġenerali (u mhux biss għall-portijiet jew għall-industrija tal-bini tal-bastimenti), ifittex li jżomm kwantità kbira u varjetà ta' assi pubbliċi u infrastruttura f'kundizzjoni operattiva bla periklu. Dan japplika b'mod partikolari għal dawk l-assi li l-Istat iddeċieda li għandhom ikunu ta' proprjetà pubblika - deċiżjoni eżentata mir-rieżami mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 345 tat-TFUE. F'dan il-każ, ix-xogħol kien ippjanat u awtorizzat ukoll bħala parti minn programm ta' finanzjament imniedi fl-1998 mil-liġi nazzjonali għall-kostruzzjoni ta' infrastruttura għall-espansjoni, il-modernizzazzjoni u l-iżvilupp mill-ġdid tal-portijiet Taljani kollha.

(97)

Skont CAMED, dan juri wkoll in-natura mhux selettiva tal-miżuri, kemm fir-rigward ta' (i) il-pożizzjoni ta' PAN relattiva għall-awtoritajiet tal-port l-oħrajn kollha, li rċevew l-istess finanzjament pubbliku sabiex iwettqu xogħol fuq assi u infrastruttura ta' proprjetà pubblika fil-portijiet fil-ġuriżdizzjoni territorjali tagħhom; u (ii) il-pożizzjoni ta' CAMED relattiva għal kumpaniji oħrajn li joperaw fl-industrija tal-bini tal-bastimenti u fi bnadi oħrajn, kemm jekk fil-Port ta' Napli kif ukoll jekk f'xi port Taljan ieħor.

(98)

Barra minn hekk, fil-fehma ta' CAMED, skont ir-regoli li jirregolaw l-użu tal-infrastruttura pubblika li fuqha twettaq ix-xogħol ta' manutenzjoni, kwalunkwe impriża hija intitolata li jkollha aċċess fuq talba għall-baċiri operati minnha taħt il-konċessjoni, abbażi ta' kriterji trasparenti u mhux diskriminatorji u bi ħlas għall-pagament tat-tariffi pubbliċi. L-aċċess għall-infrastruttura huwa fuq livell ekwu ma' utenti potenzjali oħrajn, mhux biss għal kumpaniji oħrajn li jagħmlu tiswijiet tal-bastimenti, iżda għal kwalunkwe parti interessata li tuża l-infrastruttura, pereżempju, kumpaniji tat-trasport marittimu, operaturi ta' servizzi portwarji, aġenti tat-trasport marittimu u kumpaniji tal-immaniġġjar tal-bastimenti. CAMED tqis li dan iservi bħala konferma ulterjuri tan-natura mhux selettiva tal-miżuri għar-rinnovazzjoni tal-baċiri, li ma jiffavorixxux lil 'ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti oġġetti'.

(99)

CAMED ittenni wkoll l-argumenti tal-Italja dwar in-nuqqas ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni jew l-effett fuq il-kummerċ fost l-Istati Membri.

(100)

CAMED temmen li, fi kwalunkwe każ, il-miżuri jkunu kompatibbli mas-suq intern kemm skont l-Artikolu 107(2) tat-TFUE, minħabba li huwa mmirat sabiex jirkupra “l-ħsara kkawżata minn diżastru naturali jew okkorrenzi eċċezzjonali”, f'dan il-każ l-ibbumbardjar u t-terremot tal-1980; kif ukoll skont l-Artikolu 107(3) tat-TFUE, minħabba li l-miżuri għandhom għan ta' interess komuni. Barra minn hekk, il-miżuri huma proporzjonati minħabba l-investimenti mwettqa minn CAMED innifisha (fl-ammont ta' EUR 42 541 495) li naqqsu l-intensità tal-intervent mill-Istat għal madwar 40 % tal-kostijiet totali. Skont l-informazzjoni pprovduta, CAMED investiet EUR 11,1 miljun fil-baċiri, u l-ammonti li fadal f'oġġetti oħrajn relatati ma', pereżempju, il-merkanzija/l-art koperta mill-miżata tal-konċessjoni, il-magażinaġġ u l-bini, il-kostijiet tat-trasport, l-IT u t-tagħmir tal-uffiċċju.

(101)

Fl-aħħar nett, CAMED tiddikjara li jekk il-miżuri jitqiesu bħala għajnuna, l-għajnuna tikkostitwixxi l-għajnuna eżistenti, minħabba li l-istatut tal-limitazzjonijiet tal-Artikolu 17 tar-Regolament Proċedurali skada.

4.2.   Kummenti mill-Ilmentatur

(102)

L-ilmentatur jaqbel mal-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni li PAN għandha titqies bħala impriża involuta f'attivitajiet ekonomiċi. L-ilmentatur jikkunsidra li sa issa għandu jkun fatt mhux ikkontestat li l-portijiet nazzjonali jwettqu attivitajiet ekonomiċi, f'kompetizzjoni ma' xulxin u ma' portijiet Ewropej u Mediterranji oħrajn, meta wieħed iqis il-kjarifiki mressqa mill-Kummissjoni fil-prattika tal-każistika tagħha. Pereżempju, fid-deċiżjoni tagħha li tmur lura għall-2012 (35), il-Kummissjoni qieset li l-Awtorità tal-Port ta' Augusta kienet impriża li twettaq l-attività ekonomika tagħha li tikkonsisti fl-esplojtazzjoni tal-infrastruttura tal-port li hija proprjetà tal-Istat permezz tal-lokazzjoni ta' din l-infrastruttura lill-operaturi portwarji, bi skambju għal miżata ta' konċessjoni. Dan huwa preċedent għal PAN minħabba li l-Awtorità tal-Port ta' Augusta topera abbażi tal-istess regoli nazzjonali (36).

(103)

Fir-rigward tal-miżata ta' konċessjoni, l-ilmentatur jemmen li din ġiet stabbilita skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, (37) li tqieset b'mod żbaljat bħala applikabbli ladarba l-konċessjoni ma tikkonċernax esklussivament l-użu tal-baċiri għall-finijiet tal-bini tal-bastimenti, iżda wkoll il-ġestjoni tal-baċiri mbattlin mill-ilma minn CAMED. Bħala tali, l-ilmentatur jallega li billi tat l-għotja diretta tal-konċessjoni lil CAMED mingħajr ma organizzat offerta, PAN irrinunzjat għad-dritt tagħha li tirċievi miżata għall-ġestjoni tal-baċiri mbattlin mill-ilma, minħabba li PAN tipperċepixxi biss miżata għall-konċessjoni tal-art. L-ilmentatur jispeċifika wkoll li l-Artikolu 6 tal-kuntratt ta' konċessjoni jistabbilixxi espressament li CAMED għandha tħallas il-miżata lil PAN “bħala korrispettiv għal din il-konċessjoni” u mhux permezz ta' tassazzjoni.

(104)

L-ilmentatur jaqbel mal-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni rigward in-natura pubblika tar-riżorsi u s-selettività tal-miżuri li minnhom tibbenifika PAN. L-ilmentatur jallega wkoll speċifikament li l-miżuri ma jistgħux jirrappreżentaw sempliċi trasferiment tar-riżorsi fost l-amministrazzjonijiet pubbliċi. Tabilħaqq, skont il-Liġi Nru 84/1994, għalkemm l-awtoritajiet tal-port huma entitajiet pubbliċi mhux ekonomiċi li għandhom personalità legali skont il-liġi pubblika, huma għandhom awtonomija monetarja u amministrattiva kbira u l-iskrutinju ministerjali ma japplikax għall-għoti ta' konċessjonijiet li jirrigwardjaw, inter alia, il-ġestjoni tal-baċiri mbattlin mill-ilma.

(105)

L-ilmentatur jaqbel mal-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni li l-miżuri ma jissodisfawx l-erba' kundizzjonijiet tal-każ ta' Altmark u, għalhekk, li l-amministrazzjoni tal-baċiri mbattlin mill-ilma mwettqa minn PAN ma tirrappreżentax servizz ta' interess ekonomiku ġenerali u tat vantaġġ ekonomiku lil PAN.

(106)

L-ilmentatur jaqbel mal-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni li l-miżuri jistgħu jfixklu l-kompetizzjoni bejn il-portijiet Ewropej u jaffettwaw il-kummerċ fost l-Istati Membri. B'mod partikolari, l-ilmentatur itenni li l-portijiet Taljani jikkompetu ma' diversi portijiet Ewropej f'suq kompetittiv u, konsegwentement, li l-argument tal-awtoritajiet Taljani li d-domanda għall-infrastruttura tat-tiswija tal-bastimenti hija fuq skala lokali għandu jiġi miċħud.

(107)

L-ilmentatur jaqbel mal-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni rigward l-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat għal CAMED minħabba li PAN setgħet irrinunzjat għar-riżorsi pubbliċi billi tassenja lil CAMED il-konċessjoni tal-baċiri mbattlin mill-ilma għal prezz li huwa taħt il-prezz tas-suq. L-ilmentatur jappoġġja wkoll il-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni li CAMED irċeviet vantaġġ ekonomiku kemm minħabba li l-konċessjoni ġiet assenjata mhux permezz ta' offerta xierqa, iżda permezz ta' proċedura differenti (li l-pubbliċità tagħha tqieset li kienet lokali biss), kif ukoll minħabba li l-miżata ta' konċessjoni kienet iddeterminata fuq bażi ta' parametru fiss (mingħajr kunsiderazzjoni għall-infrastruttura li biha hija mgħammra ż-żona) u mhux fuq bażi tal-prezz tas-suq. L-ilmentatur jispjega mill-ġdid li l-konċessjoni tinkludi mhux biss id-dritt għall-użu tal-infrastruttura tal-Istat għall-bini tal-bastimenti, iżda wkoll għall-ġestjoni tal-baċiri mbattlin mill-ilma. Tabilħaqq, il-mod kif tiġi ddeterminata l-miżata tal-konċessjoni jirrifletti ż-żewġ attivitajiet imwettqa minn CAMED u l-valur ekonomiku veru tal-konċessjoni.

(108)

L-ilmentatur jallega wkoll li l-ġestjoni tal-baċiri mbattlin mill-ilma hija servizz ta' valur ekonomiku konsiderevoli li jista' jiġi stmat bħala li jirrappreżenta fatturat annwali għal CAMED ta' bejn EUR 6 miljun u EUR 9 miljun (kontra miżata annwali mħallsa minn CAMED li tammonta għal EUR 137 409,68) u, għalhekk, li l-valur fuq it-tul totali tal-konċessjoni għall-ġestjoni tal-baċiri pubbliċi huwa bejn EUR 180 miljun u EUR 270 miljun. B'mod partikolari, id-dħul mill-miżati riċevut minn CAMED huwa magħmul mill-miżati mħallsin għal: (i) l-użu tal-baċiri mbattlin mill-ilma u (ii) il-forniment minn CAMED ta' servizzi assoċjati oħrajn (pereżempju, attività meħtieġa għad-dħul, il-ħruġ u l-manutenzjoni ta' bastiment f'baċir jew il-provvista tal-elettriku). L-ilmentatur jenfasizza li CAMED tista' tistabbilixxi l-miżati liberament mingħajr ebda kontroll ta' PAN u li l-miżati mitluba minn CAMED huma eċċessivi u ferm ogħla mill-miżati mitluba minn maniġers ta' tip simili ta' infrastruttura li tinsab f'portijiet oħrajn (f'Novembru 2012, CAMED żiedet il-miżati b'aktar minn 300 %).

(109)

L-ilmentatur jaqbel mal-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet kumulattivi tal-Kawża Altmark mhumiex issodisfati għal CAMED u konsegwentement li ma jistax jitqies li l-attivitajiet ta' CAMED jirrappreżentaw OSP. L-ilmentatur huwa tal-fehma li, jekk xejn, huwa biss l-operat tal-baċir imbattal mill-ilma Nru 3 li jista' jikkostitwixxi servizz pubbliku, minħabba li jirrappreżenta l-akbar baċir fil-Port ta' Napli. Barra minn hekk, bħala stat ta' fatt, il-baċiri mbattlin mill-ilma ġestiti minn CAMED mhumiex verament miftuħa għal utenti terzi. CAMED hija utenta privileġġata li tipprevjeni lil operaturi oħrajn tal-port milli jkollhom aċċess ħieles. Barra minn hekk, il-miżati li tirrikjedi CAMED sabiex tagħti aċċess lil utenti terzi għall-infrastruttura huma allegatament 'il fuq mill-prezz tas-suq.

(110)

Skont l-ilmentatur, il-miżuri jfixklu l-kompetizzjoni fuq żewġ livelli. L-ewwel nett, bħala maniġer tal-infrastruttura, CAMED irċeviet vantaġġ fuq il-kompetituri potenzjali tagħha billi (i) kienet ingħatat il-konċessjoni sabiex tiġġestixxi l-baċiri mbattlin mill-ilma mingħajr proċedura ta' sejħa għall-offerti u (ii) tħallas livell baxx mhux ġustifikat ta' miżati lil PAN, filwaqt li titlob miżati eċċessivi lil kumpaniji oħrajn li jagħmlu tiswijiet tal-bastimenti li jkunu jridu jużaw il-baċiri. It-tieni nett, bħala impriża li tagħmel tiswijiet tal-bastimenti, CAMED irċeviet vantaġġ bħala utent indebitament privileġġat tal-baċiri pubbliċi.

(111)

Fir-rigward tal-effett fuq il-kummerċ, l-ilmentatur jenfasizza li d-domanda għall-infrastruttura tal-bini tal-bastimenti ġejja primarjament minn operaturi internazzjonali, li ta' spiss ikunu jappartjenu għal gruppi multinazzjonali kbar.

(112)

F'dak li għandu x'jaqsam mal-kompatibbiltà tal-miżuri ta' għajnuna mas-suq intern, l-ilmentatur jaqbel mal-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni li l-baċiri mbattlin mill-ilma mhumiex infrastrutturi tat-trasport u, bħala tali, ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE. Barra minn hekk, l-ilmentatur huwa tal-fehma li l-miżuri ma jissodisfawx il-kriterji tal-kompatibbiltà ta' (i) l-Artikolu 107(3)(a) jew (c) li jirrigwardja l-għajnuna reġjonali jew (ii) il-qafas tas-SIEĠ tal-2011 jew (iii) ir-regoli settorjali dwar l-għajnuna mill-Istat fis-settur tal-bini tal-bastimenti.

(113)

Fl-aħħar nett, l-ilmentatur jappoġġja l-fehma tal-Kummissjoni li l-miżuri ta' għajnuna ngħataw fiż-żmien meta x-xogħlijiet rilevanti ġew inklużi fil-programm ta' investiment imfassal abbażi tat-talbiet ta' PAN, u mhux fl-1998 (kif sostnut mill-awtoritajiet Taljani) permezz tal-Artikolu 9 tal-Liġi Nru 413/1998.

5.   VALUTAZZJONI

(114)

Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, “kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.

(115)

Għalhekk, il-kwalifika ta' miżura bħala għajnuna skont is-sens ta' din id-dispożizzjoni tippresupponi li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin: (i) il-miżura trid tkun imputabbli lill-Istat u ffinanzjata permezz ta' riżorsi tal-Istat; (ii) trid tagħti vantaġġ lill-benefiċjarju tagħha; (iii) dak il-vantaġġ irid ikun selettiv; u (iv) il-miżura trid tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

5.1.   L-eżistenza ta' għajnuna lill-Awtorità tal-Port ta' Napli

5.1.1.   Il-kunċett ta' impriża

(116)

Skont il-liġi Taljana, l-awtoritajiet tal-port huma entitajiet pubbliċi mhux ekonomiċi li jimmiraw li jiżguraw il-manutenzjoni u l-iżvilupp ġenerali tal-infrastruttura tal-port. Għal dak il-għan, ir-riżorsi finanzjarji għad-dispożizzjoni ta' awtorità tal-port jistgħu jintużaw esklussivament għall-ġestjoni tal-port u għat-twettiq tal-funzjonijiet attribwiti lilha bil-liġi (ara l-premessa 55).

(117)

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (38) (il-“Qorti tal-Ġustizzja”) konsistentement iddefinixxiet l-impriżi bħala entitajiet involuti f'attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus ġuridiku tagħhom u l-mod kif inhuma ffinanzjati. Il-Qorti tal-Ġustizzja konsistentement sostniet li kwalunkwe attività li tikkonsisti fl-offerta ta' oġġetti u servizzi f'suq partikolari hija attività ekonomika (39).

(118)

Għalhekk, il-klassifikazzjoni ta' entità partikolari bħala impriża tiddependi kompletament fuq in-natura tal-attivitajiet tagħha. Dan il-prinċipju ġenerali għandu tliet konsegwenzi importanti: (i) l-istatus tal-entità skont il-liġi nazzjonali mhuwiex deċiżiv, (ii) l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat bħala tali ma tiddependix fuq jekk l-entità twaqqfitx biex tiġġenera l-profitti, u (iii) il-klassifikazzjoni ta' entità bħala impriża hija dejjem relattiva għal attività speċifika.

(119)

Il-miżuri inkwistjoni jikkonċernaw il-finanzjament għar-rinnovazzjoni strutturali tal-infrastruttura għat-tiswija tal-bastimenti (baċiri mbattlin mill-ilma) li tinsab f'port li huwa proprjetà tal-Istat Taljan, li jeżerċita d-drittijiet tal-proprjetà tiegħu permezz ta' PAN, li taġixxi bħala maniġer. Il-Kummissjoni ssib li l-baċiri mbattlin mill-ilma mhumiex infrastruttura tal-port iżda faċilitajiet ta' produzzjoni għat-tarzni li għandhom jintużaw għall-bini tal-bastimenti jew għal attivitajiet ta' tiswija tal-bastimenti. Il-prattika deċiżjonali tal-Kummissjoni ilha żmien twil tqis il-bini tal-bastimenti bħala attività ekonomika li tinvolvi kummerċ bejn l-Istati Membri (40).

(120)

Il-baċiri mbattlin mill-ilma huma kummerċjalment sfruttati minn PAN, li titlob miżati fuq l-użu tal-art għall-użu tagħhom. F'dan ir-rigward, kuntrarju għal dak li jsostnu l-awtoritajiet Taljani (ara l-premessi 57 u 58), dawk il-miżati jirrappreżentaw kumpens għall-forniment ta' servizz ekonomiku (jiġifieri l-lokazzjoni tal-faċilitajiet tat-tiswija tal-bastimenti għal rimunerazzjoni). Il-miżati jikkostitwixxu wieħed mis-sorsi ta' introjtu għal PAN, li jippermettulha tiffinanzja l-attivitajiet tagħha, li jinkludu investimenti sabiex il-baċiri mbattlin mill-ilma jinżammu operattivi. Iż-żamma tal-baċiri mbattlin mill-ilma fi stat ta' tħaddim tajjeb sabiex jakkomodaw it-tiswija tal-bastimenti tippermetti lil PAN tevita tnaqqis fl-attivitajiet ta' ġestjoni tagħha fir-rigward tal-Port u tattira kumpaniji li jagħmlu tiswija tal-bastimenti. Fil-fatt, mingħajr ma jsiru tali xogħlijiet, il-baċiri mbattlin mill-ilma ma jkunux jistgħu jitħaddmu kif suppost u, fuq medda twila ta' żmien, PAN ma tkunx tista' tkompli bl-attività kummerċjali tagħha li tikrihom bi ħlas. F'dan ir-rigward, il-Konċessjoni tal-2004 tispeċifika fl-Art. 1 li “l-konċessjoni tingħata għall-finijiet tat-twettiq ta' attivitajiet ta' tiswija u konverżjoni ta' bastimenti u opri tal-baħar għar-rikreazzjoni, kif ukoll għall-ġestjoni tal-baċiri mbattlin mill-ilma …” (41), sabiex b'hekk tispeċifika minn qabel l-użu eżatt tal-art pubblika inkwistjoni.

(121)

Għalkemm ma jistax jiġi eskluż li, minħabba l-funzjonijiet pubbliċi tagħha, PAN tista' twettaq ukoll attivitajiet fil-mandat pubbliku, id-deċiżjoni preżenti tikkonċerna biss il-ġestjoni tal-faċilitajiet tal-baċiri mbattlin mill-ilma megħjuna u l-kiri tagħhom għal rimunerazzjoni. Skont il-ġurisprudenza stabbilita, il-klassifikazzjoni ta' entità bħala impriża hija dejjem relattiva għal attività speċifika. Entità li twettaq kemm attivitajiet ekonomiċi kif ukoll dawk mhux ekonomiċi għandha titqies bħala impriża fir-rigward ta' dawk ekonomiċi biss. Għalhekk, il-Kummissjoni ma għandhiex bżonn tieħu pożizzjoni dwar jekk il-bqija tal-attivitajiet ta' PAN (jiġifieri għajr il-kiri tal-faċilitajiet tat-tiswija tal-bastimenti bi ħlas) jikkostitwixxux attivitajiet ekonomiċi.

5.1.2.   L-imputabbiltà u r-riżorsi tal-Istat

(122)

Ir-riżorsi mogħtija għall-proġetti ta' investiment ġew ittrasferiti lil PAN mill-baġit tal-Istat. Kif ġie indikat fit-Taqsima 5.1.1, PAN tista' tiġi kkwalifikata bħala impriża għall-finijiet tad-deċiżjoni preżenti, bħala entità li twettaq attività ekonomika f'isem il-proprjetarju, li huwa l-Istat Taljan. Għalhekk, dak it-trasferiment jammonta għal trasferiment ta' riżorsi tal-Istat u huwa imputabbli lill-Istat.

5.1.3.   Is-selettività

(123)

Sabiex titqies bħala għajnuna mill-Istat, miżura trid tkun speċifika jew selettiva fis-sens li trid tiffavorixxi biss lil ċerti impriżi u/jew il-produzzjoni ta' ċerti oġġetti.

(124)

Billi l-każ preżenti jikkonċerna l-miżuri ta' għajnuna mogħtija individwalment lil PAN, l-eżistenza ta' vantaġġ ekonomiku twassal għall-preżunzjoni li l-miżuri huma selettivi (42).

(125)

Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni ssib li l-miżuri inkwistjoni jiffavorixxu lil PAN meta mqabbla ma' impriżi oħrajn li huma f'sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli ma' dik ta' PAN. Il-Liġi 413/1998 tistabbilixxi li l-Ministeru, wara t-talbiet mill-Awtoritajiet tal-Port, għandu joħroġ programm ta' investimenti. Fuq it-talba ta' PAN, il-programm ta' investimenti ġie adottat b'żewġ Digrieti Ministerjali (tas-27 ta' Ottubru 1999 u tat-2 ta' Mejju 2001) (ara l-premessa 25). Anki jekk għadd ta' awtoritajiet ta' portijiet oħrajn elenkati f'dak il-Programm ta' Investiment (43) setgħu jużaw fondi pubbliċi sabiex iwettqu investimenti f'portijiet Taljani oħrajn, il-Kummissjoni ssib li l-miżuri jiffavorixxu b'mod selettiv il-faċilità tal-bini tal-bastimenti ta' PAN. Tabilħaqq, PAN irċeviet finanzjament mill-Istat sabiex tespandi, timmodernizza u tammeljora l-faċilità tal-bini tal-bastimenti li hija tiġġestixxi, kuntrarjament għal maniġers oħrajn ta' faċilitajiet tal-bini tal-bastimenti li mhumiex elenkati fil-programm ta' investimenti, pereżempju, minħabba li ma kinux jikkostitwixxu awtoritajiet tal-port. Tali maniġers mhux elenkati ta' faċilitajiet tal-bini tal-bastimenti huma f'sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli ma' PAN, iżda kellhom jespandu, jimmodernizzaw jew jammeljoraw l-infrastruttura tal-bini tal-bastimenti mingħajr ma jirċievu dak il-finanzjament mill-Istat. Skont il-Qorti, la għadd kbir ta' impriżi eliġibbli (li jistgħu saħansitra jinkludu l-impriżi kollha ta' settur partikolari), u lanqas id-diversità u d-daqs tas-setturi li għalihom jappartjenu, ma jipprovdu raġunijiet sabiex jiġi konkluż li miżura tal-Istat tikkostitwixxi miżura ġenerali ta' politika ekonomika (44). Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li l-miżuri huma selettivi wkoll minħabba li jiffavorixxu lil maniġer ta' faċilitajiet għall-bini u t-tiswija tal-bastimenti, meta mqabbel ma' maniġers ta' faċilitajiet ta' manifattura jew tiswija f'setturi oħrajn tal-ekonomija. Dawn tal-aħħar huma f'sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli minħabba li huma jeżerċitaw ukoll l-attività ekonomika tagħhom abbażi tal-faċilitajiet ta' manifattura jew tiswija li jiġġestixxu. Madankollu, huma għandhom isegwu l-attività ekonomika tagħhom mingħajr ma jibbenifikaw mill-appoġġ għall-investiment mogħti lil PAN.

5.1.4.   Vantaġġ ekonomiku

(126)

Il-finanzjament pubbliku ta' EUR 44 138 854,50 huwa pprovdut permezz ta' għotjiet jew ripagamenti ta' self ikkuntrattat minn PAN ma' istituzzjonijiet finanzjarji kif ippreżentat fit-Tabella 2 ta' hawn fuq. Għotja hija strument finanzjarju mhux rifondibbli li ma jkollu l-ebda kost finanzjarju. Bl-istess mod, ir-ripagament mill-Istat tas-self li daħlet għalih impriża u li jwassal sabiex ma jkunx hemm kostijiet finanzjarji li jitħallsu minn dik l-impriża bħala l-benefiċjarja mhuwiex disponibbli taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, hekk kif dan jeħles lill-impriża mill-obbligi finanzjarji li normalment ikollha tiffaċċja. Fis-suq, dawn l-istrumenti ta' finanzjament ma jkunux disponibbli għall-benefiċjarju. Għalhekk, il-finanzjament pubbliku pprovdut jagħti vantaġġ ekonomiku lil PAN.

(127)

Madankollu, mis-sentenza ta' Altmark jirriżulta li l-kumpens mogħti mill-Istat jew permezz ta' riżorsi tal-Istat lill-impriżi inkonsiderazzjoni għall-OSP imposti fuqhom ma jagħti ebda vantaġġ bħal dan lill-impriżi kkonċernati u, b'hekk, ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont is-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, diment li jiġu ssodisfati erba' kundizzjonijiet kumulattivi (45):

L-ewwel nett, l-impriża benefiċjarja fil-fatt hija meħtieġa li twettaq l-OSP u dawk l-obbligi ġew definiti b'mod ċar. Billi d-definizzjoni tas-SIEĠ hija fi ħdan il-kompetenza tal-Istati Membri, is-setgħat tal-Kummissjoni huma, fil-prinċipju, limitati għall-verifika ta' jekk l-Istat Membru għamilx żball evidenti meta ddefinixxa s-servizz bħala SIEĠ.

It-tieni nett, il-parametri li abbażi tagħhom jiġi kkalkolat il-kumpens ġew stabbiliti minn qabel b'mod oġġettiv u trasparenti. Il-ħtieġa li jiġu stabbiliti minn qabel il-parametri tal-kumpens ma tfissirx li l-kumpens għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi ta' formula speċifika. Minflok, dak li huwa importanti huwa li jkun ċar mill-bidu nett kif għandu jiġi stabbilit il-kumpens. Ġeneralment, l-att rilevanti li jafda l-OSP irid mill-inqas jispeċifika l-kontenut u t-tul ta' żmien tal-OSP, l-impriża u t-territorju kkonċernati, il-parametri għall-kalkolu, il-kontroll u r-rieżami tal-kumpens, kif ukoll l-arranġamenti għall-evitar u l-irkupru ta' kwalunkwe kumpens żejjed.

It-tielet nett, il-kumpens ma jistax jaqbeż dak li huwa meħtieġ sabiex jiġu koperti l-kostijiet kollha, jew parti minnhom, li jkunu saru sabiex jitwettqu l-obbligi ta' servizz pubbliku, filwaqt li jitqiesu d-dħul rilevanti u qligħ raġonevoli għat-twettiq ta' dawk l-obbligi.

Ir-raba' nett, meta l-impriża li tkun ser twettaq l-obbligi ta' servizz pubbliku ma tintgħażilx fi proċedura ta' akkwist pubbliku, il-livell ta' kumpens meħtieġ ikun ġie ddeterminat abbażi ta' analiżi tal-kostijiet li impriża tipika, immexxija sewwa u pprovduta b'mezzi ta' trasport adegwati sabiex tkun tista' tissodisfa r-rekwiżiti neċessarji ta' servizz pubbliku, kienet iġġarrab fit-twettiq ta' dawk l-obbligi, filwaqt li jitqiesu d-dħul rilevanti u qligħ raġonevoli għat-twettiq tal-obbligi.

(128)

F'dan il-każ (ara l-premessa 62), l-Italja sostniet li l-Artikolu 1.g) tad-Digriet Ministerjali tal-14 ta' Novembru 1994 impona OSP fuq l-awtoritajiet tal-portijiet Taljani kollha. Għalhekk, il-Kummissjoni ser tivvaluta jekk ġewx issodisfati l-erba' kriterji ta' Altmark kollha.

(129)

Skont il-ġurisprudenza, (46) billi l-ewwel kundizzjoni ta' Altmark hija maħsuba biex tiżgura t-trasparenza u ċ-ċertezza legali, hija tirrikjedi li jiġu ssodisfati żewġ kriterji minimi: (i) l-impriża għandha tkun effettivament fdata bl-implimentazzjoni ta' obbligi ta' servizz pubbliku, u (ii) in-natura, it-tul ta' żmien u l-kamp ta' applikazzjoni ta' dawk l-obbligi jridu jiġu definiti b'mod ċar. Fin-nuqqas ta' definizzjoni ċara ta' tali kriterji oġġettivi, mhuwiex possibbli li jiġi vverifikat jekk attività partikolari tistax tiġi koperta mill-kunċett ta' SIEĠ. Dawk iż-żewġ kriterji minimi huma ta' applikazzjoni stretta u mhumiex koperti mid-diskrezzjoni wiesgħa tal-Istati Membri. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkontrolla l-issodisfar tagħhom strettament u f'dan l-istadju ma tapplikax it-test ta' żball evidenti. Dak it-test ta' żball evidenti jiġi applikat biss fi stadju sussegwenti, bil-għan li jiġi kkontrollat jekk is-servizzi u l-obbligi effettivament fdati u definiti b'mod ċar humiex xierqa għal deżinjazzjoni bħala SIEĠ. Huwa biss f'dak l-aħħar stadju li l-eżistenza ta' falliment tas-suq tista' tkun rilevanti.

(130)

Fil-każ preżenti, in-natura, it-tul ta' żmien u l-kamp ta' applikazzjoni tal-obbligu ta' servizz pubbliku allegatament fdat lil PAN ma ġewx definiti b'mod ċar. Kuntrarju għal dak li jsostnu l-awtoritajiet Taljani (ara l-premessa 63), il-liġi nazzjonali (l-Artikolu 1.g) tad-Digriet Ministerjali tal-14 ta' Novembru 1994) tiddeskrivi biss f'termini ġenerali ħafna l-obbligu impost fuq l-awtoritajiet tal-portijiet kollha, li jikkonsisti fil-ġestjoni tal-baċiri mbattlin mill-ilma (“gestione di (…) bacini di carenaggio per il settore industriale”), mingħajr aktar speċifikazzjonijiet. L-Artikolu 1.g ma jiddefinixxix it-tul ta' żmien tal-allegat obbligu ta' servizz pubbliku. Barra minn hekk, tali dispożizzjoni espressa b'mod ġenerali ma tiddefinixxix b'mod ċar in-natura u l-kamp ta' applikazzjoni tal-obbligu.

(131)

Fi kwalunkwe każ, fir-rigward ta' jekk l-allegati obbligi ta' servizz pubbliku humiex addattati għal deżinjazzjoni bħala SIEĠ, il-Kummissjoni ssib li l-awtoritajiet Taljani għamlu żball evidenti. L-awtoritajiet Taljani ma pprovdew ebda evidenza li turi li PAN, billi tikri faċilitajiet għat-tiswija tal-bastimenti bi ħlas, tipprovdi attività li mhijiex disponibbli fis-suq taħt kundizzjonijiet komparabbli ta' prezz, kwalità, kontinwità u aċċess għas-servizz. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-eżistenza ta' (jew il-possibbiltà li jinbnew) baċiri mbattlin mill-ilma oħrajn u baċiri f'wiċċ l-ilma tal-istess daqs fil-Port ta' Napli u f'portijiet ġirien oħrajn tista' teskludi l-klassifikazzjoni tal-ġestjoni ta' baċir imbattal mill-ilma speċifiku mill-Awtorità tal-Port bħala SIEĠ. Barra minn hekk, il-faċilitajiet issussidjati ma jipprovdu ebda benefiċċju ġenerali għas-soċjetà, iżda sempliċiment servizz lill-kumpaniji li jagħmlu tiswija tal-bastimenti fiż-żona ta' Napli (47). F'Enirisorse(48) il-Qorti kkonfermat li l-operat ta' kwalunkwe port kummerċjali ma jikkostitwixxix awtomatikament l-operat ta' servizz ta' interess ekonomiku ġenerali. Konsegwentement, il-Kummissjoni tqis li s-servizzi ekonomiċi pprovduti minn PAN ma juru ebda karatteristika speċjali meta mqabbla mal-kiri ta' faċilitajiet għat-tiswija tal-bastimenti fis-suq (49) u ma jindirizzaw ebda falliment tas-suq.

(132)

Fir-rigward tat-tieni kundizzjoni u t-tielet kundizzjoni ta' Altmark, il-Kummissjoni tosserva dan li ġej. Id-Digriet Ministerjali tal-14 ta' Novembru 1994 ma jipprovdi ebda kwantifikazzjoni jew parametri oġġettivi u trasparenti sabiex ikun jista' jiġi kkalkolat minn qabel il-kumpens għall-OSP allegatament ipprovdut minn PAN. Barra minn hekk, l-atti dwar l-għoti (ara l-premessa 125) ma jispeċifikawx aktar l-allegat kumpens għal OSP.

(133)

Għalhekk, ma jistax jiġi stabbilit jekk kwalunkwe kumpens mogħti jaqbiżx dak li huwa meħtieġ sabiex ikopri l-kostijiet rilevanti mġarrba fit-twettiq tal-allegat OSP, inkluż profitt raġonevoli.

(134)

Fir-rigward tar-raba' kundizzjoni ta' Altmark, il-Kummissjoni tinnota li, skont l-Italja, l-OSP ma kienx u ma jistax jiġi fdat lil PAN permezz ta' proċedura ta' akkwist pubbliku skont il-liġi Taljana (ara l-premessa 66).

(135)

Skont is-sentenza ta' Altmark, meta l-impriża li tkun ser twettaq OSP ma tkunx intgħażlet wara proċedura ta' akkwist pubbliku sabiex jintgħażel offerent li jkun kapaċi jipprovdi dawn is-servizzi bl-inqas kost għall-komunità, il-livell ta' kumpens meħtieġ irid jiġi ddeterminat abbażi ta' analiżi tal-kostijiet li kieku kienet iġġarrab impriża tipika, li tkun immexxija sewwa u li tkun ipprovduta bil-mezzi adegwati sabiex tkun tista' tissodisfa l-OSP, fit-twettiq ta' dawk l-obbligi, filwaqt li jitqiesu d-dħul rilevanti u qligħ raġonevoli għat-twettiq tal-obbligi.

(136)

L-awtoritajiet Taljani ma pprovdew ebda analiżi komprensiva tal-kostijiet ta' impriża bħal din ipprovduta bil-mezzi adegwati sabiex twettaq l-allegat OSP. Huma lanqas ma indikaw li tali analiżi twettqet bl-iskop li tiddetermina l-metodoloġija sabiex jiġi kkalkolat il-kumpens.

(137)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni ssib li l-erba' kundizzjonijiet mhumiex issodisfati b'mod kumulattiv; b'hekk, il-miżuri kkonċernati jinvolvu vantaġġ ekonomiku.

5.1.5.   Tfixkil tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ

(138)

Skont ġurisprudenza stabbilita, meta l-appoġġ finanzjarju mogħti minn Stat Membru jsaħħaħ il-pożizzjoni ta' impriża meta mqabbla ma' impriżi oħrajn li jikkompetu fil-kummerċ intra-UE, ikun hemm mill-inqas effett potenzjali fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u l-kompetizzjoni (50).

(139)

Il-Kummissjoni tinnota l-argumenti tal-Italja li skont il-liġi nazzjonali, il-ġestjoni tal-portijiet taqa' fil-mandat pubbliku u l-awtoritajiet tal-port ma joperawx f'settur li huwa liberalizzat u miftuħ għall-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(140)

Kif indikat fil-premessi 118 u 119, dan il-proġett ta' investiment, billi jirrestawra l-baċiri mbattlin mill-ilma għal kundizzjonijiet adegwati, ser jippermetti lil PAN tkompli l-attività ekonomika tal-kiri tal-baċiri mbattlin mill-ilma u, b'hekk, ittejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tagħha. Għalkemm PAN hija attiva f'suq upstream tal-kiri tal-infrastruttura tal-bini jew tat-tiswija tal-bastimenti, il-fatt li tali infrastruttura hija ssussidjata u mbagħad tintuża sabiex tipprovdi servizzi ta' bini u tiswija tal-bastimenti fil-livell downstream tfixkel il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ fil-livell tal-UE. Dan għaliex is-settur tal-bini jew tat-tiswija tal-bastimenti huwa miftuħ għall-kompetizzjoni u l-kummerċ fil-livell tal-Unjoni. Għal dik ir-raġuni, ir-regoli speċifiċi għas-settur applikabbli għall-bini tal-bastimenti jistabbilixxu qafas għal intervent pubbliku possibbli f'dawk il-faċilitajiet (51). Barra minn hekk, PAN tikkompeti kontra maniġers oħrajn li jistgħu jikru l-infrastruttura tal-bini jew tat-tiswija tal-bastimenti fl-Unjoni u, b'hekk, topera f'suq li huwa miftuħ għall-kompetizzjoni u l-kummerċ fil-livell tal-Unjoni.

(141)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri inkwistjoni jistgħu jfixklu l-kompetizzjoni u jaffettwaw il-kummerċ intra-UE.

5.1.6.   Dwar l-allegat ksur tal-Artikolu 345 tat-TFUE

(142)

L-awtoritajiet Taljani jsostnu li l-kunsiderazzjoni tal-miżuri bħala għajnuna mill-Istat tkun ksur tal-Artikolu 345 tat-TFUE li jistabbilixxi l-prinċipju tan-newtralità bejn l-entitajiet pubbliċi u privati. Proprjetarju privat jista' jinvesti kemm jixtieq fil-faċilitajiet ta' tiswija tal-bastimenti, filwaqt li l-investimenti mill-Istat fuq l-infrastruttura tiegħu jkunu dejjem għajnuna mill-Istat.

(143)

Il-Kummissjoni tinnota li l-ordni ġuridiku tal-Unjoni huwa newtrali fir-rigward tas-sistema ta' sjieda tal-proprjetà u bl-ebda mod ma jippreġudika d-dritt tal-Istati Membri li jaġixxu bħala operaturi ekonomiċi. Madankollu, meta l-awtoritajiet pubbliċi jwettqu direttament jew indirettament tranżazzjonijiet ekonomiċi fi kwalunkwe forma, (52) huma soġġetti għar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat. It-tranżazzjonijiet ekonomiċi mwettqa minn korpi pubbliċi (inklużi impriżi pubbliċi) ma jagħtux vantaġġ lill-kontroparti tagħhom u, għalhekk, ma jikkostitwixxu ebda għajnuna, jekk jitwettqu skont il-kundizzjonijiet normali tas-suq (53).

(144)

Il-Kummissjoni ssib li meta pprovda l-finanzjament tal-Istat lil PAN, l-Istat Taljan ma wettaqx l-investiment f'konformità mal-'prinċipju ta' investitur f'ekonomija tas-suq'. L-ewwel nett, dak il-prinċipju mhuwiex applikabbli f'sitwazzjoni fejn awtorità pubblika tippreżenta lilha nnifisha bħala l-awtorità li torganizza u tiddelega servizz pubbliku. L-applikabbiltà ta' dak il-prinċipju hija neċessarjament eskluża, minħabba li, skont id-definizzjoni, l-Istat Membru qed jaġixxi bħala awtorità pubblika fl-organizzazzjoni u d-delega tal-allegat servizz pubbliku (54). It-tieni nett, anki jekk il-prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq kien applikabbli, il-Kummissjoni tqis li operatur privat fl-istess settur kien iħejji pjan ta' negozju ex-ante u kien iwettaq l-investiment biss jekk dan ikun profittabbli fuq dik il-bażi. Kunsiderazzjonijiet oħrajn (pereżempju, it-tisħiħ tal-immaġini, kif imsemmi mill-Italja, ara l-premessa 69) jistgħu jiġu kkunsidrati b'mod eċċezzjonali fl-analiżi tal-profittabbiltà, iżda jkunu jridu jiġu ssostanzjati b'evidenza oġġettiva, li ma ġietx ipprovduta mill-awtoritajiet Taljani.

(145)

Kif ġie ddikjarat fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, l-awtoritajiet Taljani ppreżentaw analiżi finanzjarja bbażata fuq id-differenza fil-finanzjament ikkalkolata bħala d-differenza bejn il-valur skontat tal-introjtu operatorju mistenni tal-investiment u l-kostijiet tal-investiment skontati tal-proġett. Ir-riżultati ta' dan il-kalkolu juru li, matul perjodu ta' referenza ta' 25 sena, il-proġett għandu valur preżenti nett finanzjarju negattiv ta' – EUR 44 274 286,68.

(146)

Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-kwalifika tal-miżuri bħala għajnuna mill-Istat ma tikkawża ebda ksur tal-Artikolu 345 tat-TFUE.

5.1.7.   Klassifikazzjoni tal-miżuri bħala għajnuna eżistenti

(147)

L-Italja ssostni li l-miżuri inkwistjoni jikkostitwixxu l-għajnuna eżistenti skont is-sens tal-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament Proċedurali, li jiddefinixxi l-għajnuna eżistenti bħala “għajnuna li titqies li hija għajnuna eżistenti minħabba li jista' jiġi stabbilit li, fiż-żmien meta daħlet fis-seħħ, ma kienet tikkostitwixxi ebda għajnuna u, sussegwentement, saret għajnuna minħabba l-evoluzzjoni tas-suq intern u mingħajr ma nbidlet mill-Istat Membru.” L-Artikolu 1(b)(v) jistabbilixxi wkoll li “[B]illi ċerti miżuri jsiru għajnuna wara l-liberalizzazzjoni ta' attività mid-dritt tal-Unjoni, dawn il-miżuri ma għandhomx jitqiesu bħala għajnuna eżistenti wara d-data ffissata għal-liberalizzazzjoni”.

(148)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-għajnuna ma tistax tiġi kklassifikata bħala għajnuna eżistenti minħabba li l-appoġġ mill-Istat għall-faċilitajiet tal-bini u t-tiswija tal-bastimenti dejjem tqies bħala għajnuna mill-Istat, anki qabel is-sentenza ta' Leipzig Halle (55).

(149)

Il-Kummissjoni tinnota l-argumenti tal-Italja li d-Deċiżjoni 94/374/KE dwar il-Liġi Reġjonali ta' Sqallija (ikkwotata fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, ara l-premessa 74) ma tappoġġjax il-konklużjoni li l-miżuri ta' appoġġ pubbliku għall-faċilitajiet ta' tiswija tal-bastimenti f'baċir imbattal mill-ilma dejjem kienu jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Madankollu, il-Kummissjoni ssib li din id-deċiżjoni tagħmel distinzjoni ċara bejn l-appoġġ pubbliku pprovdut lill-korp responsabbli għall-amministrazzjoni tal-port (li ma ġiex ikklassifikat bħala għajnuna mill-Istat) u l-appoġġ pubbliku pprovdut lill-istess korp pubbliku għax-xogħol ta' manutenzjoni fuq il-baċir imbattal mill-ilma (li ġie kklassifikat bħala għajnuna mill-Istat). Fi kwalunkwe każ, il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat huwa kunċett oġġettiv li huwa influwenzat biss jekk miżura tal-Istat tagħtix vantaġġ lil impriża partikolari waħda jew aktar, filwaqt li dan il-kunċett oġġettiv mhuwiex affettwat mill-prassi deċiżjonali tal-Kummissjoni (56).

(150)

Għalhekk, il-Kummissjoni ttenni l-konklużjoni tagħha li l-miżuri inkwistjoni kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat anki qabel is-sentenza ta' Leipzig Halle.

5.2.   L-eżistenza tal-għajnuna lil CAMED

(151)

Billi PAN irċeviet u ser tkompli tirċievi appoġġ pubbliku sabiex tiffinanzja l-interventi miftiehma ma' CAMED, din tal-aħħar ma kellhiex bżonn tkopri l-kostijiet kollha tal-investiment bħal kwalunkwe operatur privat ieħor ta' faċilitajiet għat-tiswija tal-bastimenti fis-suq. Il-Kummissjoni ssib li, billi pprovdiet il-baċiri mbattlin mill-ilma lil CAMED taħt ir-rati tas-suq, l-Italja tat vantaġġ ekonomiku selettiv favur CAMED.

5.2.1.   L-imputabbiltà u r-riżorsi tal-Istat

(152)

Billi PAN hija entità pubblika li tifforma parti mill-amministrazzjoni tal-Istat (anki jekk titqies li taġixxi bħala impriża privata, ara l-premessa 118), il-Kummissjoni ssib li l-miżuri huma imputabbli lill-Istat. F'każijiet fejn awtorità pubblika tagħti għajnuna lil benefiċjarju, dan it-trasferiment huwa imputabbli lill-Istat, anki jekk l-awtorità inkwistjoni jkollha awtonomija legali minn awtoritajiet pubbliċi oħrajn.

(153)

Ir-riżorsi tal-Istat jinkludu r-riżorsi kollha tas-settur pubbliku, inklużi r-riżorsi ta' entitajiet intra-Statali (deċentralizzati, federati, reġjonali jew oħrajn). Barra minn hekk, ir-rinunzja għad-dħul illi kieku kien jitħallas lill-Istat tikkostitwixxi trasferiment ta' riżorsi tal-Istat. Jekk l-awtoritajiet pubbliċi jipprovdu oġġetti jew servizzi bi prezz taħt ir-rati tas-suq, dan jimplika rinunzja tar-riżorsi tal-Istat (kif ukoll l-għoti ta' vantaġġ).

(154)

Għalhekk, il-Kummissjoni ssib li billi pprovdiet il-baċiri mbattlin mill-ilma lil CAMED taħt ir-rati tas-suq, PAN irrinunzjat ir-riżorsi tal-Istat.

5.2.2.   Is-selettività

(155)

Sabiex titqies bħala għajnuna mill-Istat, miżura trid tkun speċifika jew selettiva fis-sens li tiffavorixxi biss lil ċerti impriżi u/jew il-produzzjoni ta' ċerti oġġetti. L-Italja ssostni li l-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u trasversali, minħabba li skont il-mudell pubbliku li abbażi tiegħu l-leġiżlatura Taljana organizzat is-settur tal-portijiet, l-impriżi kollha (mhux biss CAMED) li joperaw fiż-żona tal-port fil-portijiet Taljani kollha (mhux biss Napli) u fis-setturi ekonomiċi kollha (mhux biss fis-settur tal-bini tal-bastimenti) “ibbenefikaw” minn “għajnuna” li hija identika għal dik li allegatament gawdiet minnha CAMED. Il-Kummissjoni ma taqbilx ma' din il-valutazzjoni għar-raġunijiet ta' hawn taħt.

(156)

L-ewwel nett, billi l-kuntratt ta' konċessjoni kien iffirmat speċifikament ma' CAMED, il-vantaġġ huwa preżunt bħala li ngħata lil CAMED b'mod selettiv. F'miżuri ta' għajnuna individwali, l-eżistenza ta' vantaġġ ekonomiku twassal għall-preżunzjoni li l-miżura hija selettiva (57). It-tieni nett, u fi kwalunkwe każ, il-miżuri huma selettivi minħabba li jiffavorixxu lil CAMED fir-rigward ta' impriżi oħrajn f'sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli. Kif muri fit-Taqsima 5.2.3 tad-Deċiżjoni preżenti, CAMED tista' topera l-faċilitajiet tal-bini u t-tiswija tal-bastimenti fil-port ta' Napli billi tħallas biss frazzjoni żgħira tal-kost tagħhom. B'kuntrast, tarzni oħrajn (f'portijiet oħrajn jew barra ż-żona tal-portijiet) li joperaw faċilitajiet mhux Statali u li, b'hekk, jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Digriet Ministerjali Nru 595/1995 għandhom, fil-prinċipju, iġorru huma stess il-kost sħiħ tat-twaqqif tal-faċilitajiet tagħhom għall-bini u t-tiswija tal-bastimenti, li huma joperaw sabiex jipprovdu tali servizzi. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li l-miżuri huma selettivi wkoll minħabba li jiffavorixxu lil operatur ta' faċilitajiet għall-bini u t-tiswija tal-bastimenti, meta mqabbel ma' operaturi ta' faċilitajiet għall-manifattura jew it-tiswija f'setturi oħrajn tal-ekonomija. Dawn tal-aħħar huma f'sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli minħabba li huma jeżerċitaw ukoll l-attività ekonomika tagħhom abbażi tal-faċilitajiet ta' manifattura jew tiswija li joperaw. Madankollu, kuntrarjament għal CAMED, huma għandhom isegwu l-attività ekonomika tagħhom mingħajr ma jibbenifikaw minn prezzijiet tal-kiri taħt il-kost għall-faċilitajiet tagħhom.

5.2.3.   Vantaġġ ekonomiku

(157)

Fir-rigward ta' CAMED, il-Kummissjoni tinnota li l-kuntratt ta' konċessjoni ma ngħatax permezz ta' offerta miftuħa, iżda permezz ta' tip differenti ta' proċedura fejn operaturi oħrajn jistgħu jippreżentaw osservazzjonijiet jew proposti alternattivi kontra applikazzjoni individwali għal konċessjoni (tip ta' “proċedura ta' oppożizzjoni”, ara l-premessa 15).

(158)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li t-tariffa mħallsa minn CAMED skont il-Konċessjoni tal-2004 ma tikkorrispondix għal miżata konformi mas-suq. Il-miżata għall-użu tal-art imħallsa minn CAMED lil PAN tiġi kkalkulata abbażi ta' parametri legali fissi u tammonta għal medja ta' madwar EUR 140 201,29 kull sena li, għall-perjodu ta' konċessjoni ta' 30 sena, jammontaw għal madwar EUR 4,2 miljun (58). Dik il-miżata tiġi ddeterminata fuq il-bażi tad-Digriet Nru 595 tal-15 ta' Novembru 1995 u tqis in-numru ta' metri kwadri taż-żona pubblika li magħha hija relatata l-konċessjoni, immultiplikat b'ammont ta' unità espress f'euro, li jiżdied kull sena abbażi ta' koeffiċjent espress bħala perċentwal. L-ammont tal-unità f'euro ivarja skont l-attivitajiet koperti mill-konċessjoni. Waħda mill-attivitajiet imsemmija f'dak id-digriet hija “attivitajiet fit-tarzni” (jiġifieri tiswijiet/konverżjonijiet fis-settur tat-trasport marittimu). Madankollu, l-attività tal-ġestjoni tal-baċiri mbattlin mill-ilma li kienet fdata lil CAMED abbażi tal-Konċessjoni ma tissemmiex f'dak id-digriet.

(159)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-miżata ddeterminata fuq il-bażi tal-metodu msemmi hawn fuq hija biss kunsiderazzjoni għall-okkupazzjoni ta' proprjetà tal-Istat, iżda ma tqisx is-suġġett attwali u l-valur ekonomiku tal-konċessjoni li jirriżulta. Speċifikament, il-miżata ma tqisx il-fatt li l-konċessjoni tippermetti lil CAMED sabiex mhux biss twettaq attivitajiet ta' tiswija tal-bastimenti, iżda wkoll il-ġestjoni unika tal-baċiri mbattlin mill-ilma tal-Istat. Dan jippermetti lil CAMED titlob miżata lil operaturi portwarji oħrajn li jkunu jixtiequ jwettqu xogħol ta' tiswija fuq dawk il-baċiri (59).

(160)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li skont il-Konċessjoni tal-2004, CAMED impenjat ruħha li twettaq investimenti fl-ammont ta' EUR 24 610 420. Skont l-awtoritajiet Taljani u CAMED, il-programm ta' investiment ta' CAMED fir-realtà kien jammonta għal EUR 42 541 495 miljun (ara l-premessi 80 u 100).

(161)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li CAMED, bħala l-maniġer u l-operatur tal-baċiri mbattlin mill-ilma (jiġifieri fornitur ta' servizzi ta' tiswija tal-bastimenti), tkun responsabbli sabiex iġġorr il-kostijiet kollha tax-xogħlijiet ta' rinnovazzjoni. B'mod alternattiv, jekk il-faċilitajiet rinnovati jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha, CAMED tkun meħtieġa tħallas miżata (konċessjoni) li tirrifletti mill-inqas il-valur tal-investiment magħmul mill-Istat Taljan u PAN għar-rinnovazzjonijiet. Dan minħabba li CAMED tuża l-infrastruttura ssussidjata għat-tul tal-ħajja tagħha, għalhekk, fl-aħħar tal-perjodu tal-konċessjoni, l-Istat iżomm biss valur residwu limitat.

(162)

Il-Kummissjoni tinnota li parti biss mill-investimenti ta' CAMED tikkonċerna r-rinnovazzjoni tal-baċiri mbattlin mill-ilma (ara l-premessa 100). Il-parti (maġġuri) li jifdal tal-investimenti hija direttament imġarrba għat-tħaddim u l-immaniġġjar ta' kuljum tal-faċilitajiet li għalihom CAMED tkun fi kwalunkwe każ responsabbli.

(163)

Għalhekk, l-investimenti fl-ammont ta' EUR 42 miljun imwettqa minn CAMED għall-benefiċċju tagħha stess (jiġifieri sabiex tkopri l-kostijiet li xorta waħda tkun responsabbli li ġġorr) huma investiment privat addizzjonali minbarra l-interventi pubbliċi kollha msemmija fit-Tabella 2 u ma jistgħux jitqiesu bħala kontribuzzjoni lejn miżata ta' konċessjoni tas-suq. Lanqas il-parti ta' dan l-ammont (EUR 11,1 miljun) imwettqa minn CAMED għall-investimenti fil-baċiri (ara l-premessa 15) ma tista' titqies bħala kontribuzzjoni proprja, minħabba li fl-aħħar tal-kuntratt ta' konċessjoni ma kien hemm ebda valur (jew valur minimu ħafna) dovut lil PAN, minħabba l-amortizzament tal-assi kollha.

(164)

Barra minn hekk, kif ġie ddikjarat fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk ġiex impost OSP fuq CAMED fil-kuntest tal-ftehim ta' Konċessjoni. L-Italja sostniet qabel id-Deċiżjoni tal-Ftuħ li, minħabba li l-baċiri mbattlin mill-ilma jintużaw minn CAMED għall-forniment ta' SIEĠ, kwalunkwe investiment meħtieġ sabiex jiġi pprovdut dak is-servizz jirrappreżenta kumpens għal dak is-servizz.

(165)

Għalkemm wara d-Deċiżjoni tal-Ftuħ, l-Italja ma sostnietx aktar li ġie impost OSP fuq CAMED, għall-finijiet ta' kompletezza, il-Kummissjoni tivvaluta fil-premessi li ġejjin jekk l-erba' kundizzjonijiet ta' Altmark humiex issodisfati b'mod kumulattiv fir-rigward tal-miżuri b'appoġġ għal CAMED.

(166)

Fir-rigward tal-ewwel kundizzjoni ta' Altmark, il-kriterji minimi msemmija fil-premessa (129) mhumiex issodisfati. Speċifikament, in-natura u l-kamp ta' applikazzjoni tal-obbligu ta' servizz pubbliku allegatament fdat lil CAMED ma ġewx definiti b'mod ċar. L-obbligu huwa definit fil-Konċessjoni b'referenza sempliċi għad-dispożizzjoni fformulata b'mod ġenerali tal-Artikolu 1.g tad-Digriet Ministerjali tal-14 ta' Novembru 1994. Għalhekk, għalkemm jista' jiġi sostnut li t-tul ta' żmien tal-obbligu huwa definit permezz tat-tul ta' żmien ta' 30 sena tal-Konċessjoni, għad ma hemm ebda definizzjoni ċara tan-natura u l-kamp ta' applikazzjoni tal-allegat obbligu ta' servizz pubbliku għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (130) tad-Deċiżjoni preżenti.

(167)

Fi kwalunkwe każ, fir-rigward ta' jekk l-allegati obbligi ta' servizz pubbliku humiex xierqa għad-deżinjazzjoni bħala SIEĠ, il-Kummissjoni ma tqisx li CAMED hija meħtieġa li twettaq l-obbligi li jistgħu jiġu definiti bħala obbligi ta' servizz pubbliku. Tabilħaqq, is-servizz (l-immaniġġjar tal-baċiri mbattlin mill-ilma) diġà qed jiġi pprovdut u jista' jiġi pprovdut b'mod sodisfaċenti minn impriżi oħrajn li joperaw taħt kundizzjonijiet normali tas-suq. Is-servizz ma juri ebda karatteristika speċjali meta mqabbel ma' dawk ta' proprjetarji privati ta' servizzi ta' tiswija tal-bastimenti u maniġers ta' tali faċilitajiet u ma jindirizza l-ebda falliment tas-suq. L-awtoritajiet Taljani ma pprovdew ebda evidenza li turi li CAMED tipprovdi attività mhux ipprovduta fis-suq taħt kundizzjonijiet komparabbli ta' prezz, kwalità, kontinwità u aċċess għas-servizz. Barra minn hekk, il-faċilitajiet issussidjati ma jipprovdu ebda benefiċċju ġenerali għas-soċjetà, iżda sempliċiment servizz lill-proprjetarji tal-bastimenti fiż-żona ta' Napli (60).

(168)

Fir-rigward tat-tieni kundizzjoni ta' Altmark, il-Konċessjoni tal-2004 ma tipprovdi espliċitament ebda kwantifikazzjoni jew parametri stabbiliti minn qabel b'mod oġġettiv u trasparenti sabiex jiġi kkalkolat l-ammont ta' kumpens li PAN għandha tħallas lil CAMED bi skambju għall-obbligu li jingħata aċċess miftuħ għall-baċir imbattal mill-ilma lil kwalunkwe kumpanija oħra li tagħmel tiswijiet tal-bastimenti. Il-Konċessjoni tal-2004 ma tagħmel ebda rabta espliċita bejn dak l-obbligu u l-impenn ta' PAN li twettaq l-Interventi involuti. Barra minn hekk, il-Konċessjoni tal-2004 ma tidentifikax b'mod ċar it-telf operatorju allegatament imġarrab minn CAMED u lanqas l-ammont tal-Interventi.

(169)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-finanzjament tal-Interventi bħala kumpens lil CAMED għall-obbligu li jingħata aċċess miftuħ għall-baċiri mbattlin mill-ilma ma jistax jeskludi r-riskju ta' kumpens żejjed kif meħtieġ mit-tielet kriterju ta' Altmark. Fil-fatt, fin-nuqqas ta' kwalunkwe kalkolu jew stima tat-telf operatorju allegatament imġarrab fit-twettiq tal-OSP, ma jidhirx li huwa possibbli li jiġi vverifikat li l-ammont ta' investimenti mogħtija għall-Interventi jikkorrespondi għal tali telf operatorju, filwaqt li jitqies qligħ raġonevoli.

(170)

Fir-rigward tar-raba' kundizzjoni ta' Altmark, il-konċessjoni tal-art ingħatat lil CAMED mingħajr proċedura ta' akkwist pubbliku u l-Italja qatt ma pprovdiet l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġi vvalutat jekk l-ammont ta' investimenti mogħtija għall-Interventi jikkorrispondix għal-livell tal-kostijiet ta' impriża tipika mmexxija sewwa li tagħti aċċess miftuħ għall-baċiri mbattlin mill-ilma lil kwalunkwe kumpanija oħra li tagħmel tiswija tal-bastimenti.

(171)

Għalhekk, il-Kummissjoni ssib li l-erba' kundizzjonijiet mhumiex issodisfati b'mod kumulattiv; b'hekk, il-miżuri kkonċernati jinvolvu vantaġġ ekonomiku għal CAMED.

5.2.4.   Tfixkil tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ

(172)

It-tiswija tal-bastimenti tirrappreżenta attività ekonomika f'settur miftuħ għall-kompetizzjoni u l-kummerċ fil-livell tal-Unjoni. Għalhekk, kwalunkwe vantaġġ mogħti lil CAMED jista' jfixkel il-kompetizzjoni u jaffettwa l-kummerċ intra-UE.

5.2.5.   Klassifikazzjoni tal-miżuri bħala għajnuna eżistenti

(173)

Għar-raġunijiet analizzati fit-Taqsima 5.1.7 ta' din id-Deċiżjoni rigward PAN, il-Kummissjoni hija tal-fehma wkoll li l-miżuri favur CAMED ma jistgħux jitqiesu bħala għajnuna eżistenti.

5.3.   Il-kompatibbiltà

(174)

Il-Kummissjoni ssib li l-baċiri mbattlin mill-ilma mhumiex infrastrutturi tat-trasport, iżda faċilitajiet tal-produzzjoni għat-tarzni minħabba li jintużaw għall-bini tal-bastimenti jew għat-tiswija tal-bastimenti u mhux għal finijiet ta' trasport. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-miżuri ma jistgħux jiġu vvalutati direttament skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE bħala għajnuna għall-investiment għal infrastruttura tat-trasport, kif isostnu l-awtoritajiet Taljani (ara l-premessa (86)).

(175)

Il-Kummissjoni ssib li l-għajnuna ma tistax tiġi vvalutata abbażi tal-Artikolu 107(2)(b) tat-TFUE dwar l-għajnuna li tingħata sabiex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali jew okkorrenzi eċċezzjonali. Il-Kummissjoni tinnota li l-għajnuna tista' tinstab li hija kompatibbli skont l-Artikolu biss jekk jiġu ssodisfati kundizzjonijiet stretti ħafna, inter alia, li l-għajnuna tikkumpensa biss għall-ħsara kkawżata direttament mill-avveniment inkwistjoni u ma tirriżultax f'kumpens żejjed, li ma kinux ippruvati f'dan il-każ (61).

(176)

Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-eżami tal-kompatibbiltà tal-miżuri għal PAN u għal CAMED għandu l-ewwel isir skont il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni - Qafas tal-Unjoni Ewropea għal għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens għal servizz pubbliku (“Qafas tas-SIEĠ 2011”) (62).

(177)

Jekk il-kundizzjonijiet tal-kompatibbiltà stabbiliti fil-Qafas tas-SIEĠ 2011 ma jiġux irrispettati, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-eżami tal-kompatibbiltà tal-miżuri mogħtija lil PAN u CAMED seta' jitwettaq ukoll skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għas-settur tal-bini tal-bastimenti applikabbli fiż-żmien tal-għoti ta' kull miżura.

(178)

Il-Kummissjoni ssib li d-data tal-għoti tal-għajnuniet individwali lil PAN mhijiex id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Liġi Nru 413/1998, kif issostni l-Italja (ara l-premessa 85). Dik il-liġi hija wisq ġenerali u ma tistax tagħti lil benefiċjarju d-dritt legali li jirċievi l-għajnuna, minħabba li ma enumeratx benefiċjarji speċifiċi jew l-ammonti ta' għajnuna (63). Minflok, il-Kummissjoni ssib li d-dritt li tirċievi l-għajnuna inkwistjoni ġej mid-Digriet Ministerjali tas-27 ta' Diċembru 1999, li ġie adottat fil-kamp ta' applikazzjoni tal-qafas ġenerali stabbilit mil-Liġi 413/1998, moqri flimkien mad-Digriet Ministerjali tat-2 ta' Mejju 2001, li huma l-atti ta' implimentazzjoni effettivi tal-miżura, kif meħtieġ mil-Liġi Nru 413/1998.

(179)

Skont l-Artikolu 9 tal-Liġi 413/1998, abbażi ta' talba mill-Awtoritajiet tal-Port rilevanti, l-Artikolu 1 tad-Digriet Ministerjali tas-27 ta' Ottubru 1999 jipprevedi l-adozzjoni ta' programm ta' xogħlijiet infrastrutturali għall-espansjoni, il-modernizzazzjoni u l-iżvilupp mill-ġdid tal-portijiet u l-allokazzjoni tar-riżorsi stabbiliti f'anness għalih. Skont dak l-anness, il-Ministeru kellu jagħmel disponibbli għal PAN EUR 51,403 miljun (lira Taljana 99,53 biljun) għal xogħlijiet ta' investiment għall-baċiri mbattlin mill-ilma fil-Port ta' Napli. L-ammonti li jridu jiġu magħmula disponibbli għall-investiment infrastrutturali kollu fil-portijiet mill-2001 sal-2017 ġew stabbiliti fl-anness għad-Digriet Ministerjali tat-2 ta' Mejju 2001, li ġie adottat ukoll abbażi tal-Liġi 413/1998. Fir-rigward ta' PAN, dan id-digriet iffissa l-limitu massimu tal-finanzjament globali bħala EUR 102 miljun (lira Taljana 197,5 biljun). Dawn id-digrieti jagħtu lil PAN, inter alia, id-dritt li tikseb ir-ripagament mill-Ministeru ta' self fir-rigward tal-proġetti ta' infrastruttura tal-portijiet stabbiliti fl-anness għad-digrieti ministerjali, inklużi dawk relatati mal-baċiri mbattlin mill-ilma involuti. Dawn l-investimenti kienu diġà previsti fiż-żmien tal-Konċessjoni tal-2004 lil CAMED u l-konċessjoni nnifisha tirreferi għal dawn l-investimenti diġà stabbiliti fil-Ftehim tal-2001. Għaldaqstant, il-bażi ta' kompatibbiltà li ġejja tista' tkun applikabbli għall-għajnuna għall-bini tal-bastimenti (għajnuna reġjonali għal investiment fit-titjib jew il-modernizzazzjoni tat-tarzni eżistenti bil-għan li tittejjeb il-produttività tal-installazzjonijiet eżistenti) lil PAN u CAMED:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1540/98;

(2)

Il-Qafas tal-2004 dwar l-għajnuna mill-Istat għall-bini tal-bastimenti, li oriġinarjament kien applikabbli mill-1 ta' Jannar 2004 sal-31 ta' Diċembru 2006, u li wara ġie estiż darbtejn sal-31 ta' Diċembru 2008 u sal-31 ta' Diċembru 2011;

(3)

Il-Qafas tal-2011 dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-bini tal-bastimenti, li kien applikabbli għal għajnuna mhux innotifikata mogħtija wara l-31 ta' Diċembru 2011. L-applikazzjoni ta' dan il-Qafas ġiet estiża sat-30 ta' Ġunju 2014;

(4)

Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-perjodu 2014-2020 mill-1 ta' Lulju 2014.

(180)

L-Italja sostniet li l-bażi ta' kompatibbiltà msemmija hawn fuq għall-għajnuna għall-bini tal-bastimenti ma għandhiex tiġi applikata bħala tali u, minflok, dik il-kompatibbiltà għandha tiġi vvalutata direttament abbażi tal-Artikoli 107 tat-TFUE u fid-dawl ta' dispożizzjonijiet oħrajn tal-liġi sekondarja adottati fis-settur tal-għajnuna mill-Istat (64). L-Italja semmiet il-bumbardamenti tat-Tieni Gwerra Dinjija, it-terremoti, l-iżvilupp tal-ekonomija ta' reġjun megħjun u l-modernizzazzjoni u l-iżvilupp tal-infrastruttura tal-port.

(181)

Skont il-ġurisprudenza, huwa f'idejn l-Istat Membru li juri li ċ-ċirkostanzi ta' miżura nazzjonali huma differenti minn dawk previsti fil-linji gwida rilevanti u, b'hekk, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-miżura direttament skont l-Artikolu 107(3) tat-TFUE (65). Sal-punt li l-Italja tqis l-ibbumbardjar tat-Tieni Gwerra Dinjija u t-terremoti bħala raġuni sabiex tiddevja mil-linji gwida msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni diġà spjegat fil-premessa 175 għaliex il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(2)(b) tat-TFUE xorta waħda mhumiex issodisfati għall-miżuri inkwistjoni. Fir-rigward tal-argument dwar il-modernizzazzjoni u l-iżvilupp tal-infrastruttura tal-port bħala bażi għall-valutazzjoni tal-miżuri direttament skont it-Trattat, il-Kummissjoni spjegat ukoll fil-premessa 174 li l-baċiri mbattlin mill-ilma mhumiex infrastrutturi tat-trasport u, għalhekk, ma jistgħux jiġu vvalutati direttament skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE. Fl-aħħarnett, fir-rigward tal-argument tal-Italja dwar l-iżvilupp tal-ekonomija tar-reġjun megħjun rilevanti, il-Kummissjoni tinnota li tali għajnuna ma tiġix ivvalutata skont il-linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali applikabbli fiż-żmien meta ngħataw il-miżuri, minħabba li l-għajnuna għall-bini tal-bastimenti kienet irregolata minn regoli settorjali kif ippreżentati fil-premessa 176, fatt rikonoxxut b'mod ċar minn kull waħda mil-linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali applikabbli fiż-żmien meta ngħatat l-għajnuna (66). Jagħmel sens ukoll li l-għajnuna fuq l-assi tal-bini tal-bastimenti tiġi vvalutata skont ir-regoli settorjali speċifiċi dwar il-bini tal-bastimenti minflok abbażi tar-regoli aktar ġenerali dwar l-għajnuna reġjonali, minħabba li huma biss il-linji gwida settorjali li jistgħu jkopru l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur u, għalhekk, li jindirizzaw bl-aħjar mod l-għan komuni segwit mill-għajnuna.

5.3.1.   Valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna lil PAN

(182)

Waħda mill-kundizzjonijiet sabiex l-għajnuna titqies bħala kompatibbli skont il-Qafas tas-SIEĠ 2011 hija li l-għajnuna trid tingħata għal SIEĠ ġenwin u definit b'mod korrett kif imsemmi fl-Artikolu 106(2) tat-TFUE. Barra minn hekk, is-SIEĠ għandu jkun fdat permezz ta' att li jispeċifika l-OSP u l-metodi tal-kalkolu tal-kumpens, u l-ammont ta' kumpens ma għandux jeċċedi dak li huwa meħtieġ sabiex ikopri l-kost nett sabiex jitwettqu l-OSP, inkluż profitt raġonevoli.

(183)

L-argumenti inklużi fit-Taqsima 5.1.4 juru li l-Kummissjoni ssib li l-Italja għamlet żball evidenti ta' apprezzament fid-definizzjoni tas-servizz pubbliku impost fuq PAN. Barra minn hekk, l-atti rilevanti ma jagħtu l-ebda indikazzjoni tal-ammont ta' kumpens li għandu jingħata lil PAN għall-ġestjoni tal-baċiri mbattlin mill-ilma jew kif għandu jiġi kkalkolat tali kumpens u, għalhekk, ma jippermettux li jiġi konkluż jekk kwalunkwe kumpens mogħti huwiex limitat għal dak li huwa meħtieġ sabiex ikopri l-kostijiet rilevanti mġarrba fit-twettiq tal-allegat OSP. Barra minn hekk, kif ġie spjegat fil-premessa 167, in-natura, it-tul ta' żmien u l-kamp ta' applikazzjoni tal-allegati obbligi ta' servizz pubbliku ta' PAN ma ġewx definiti b'mod ċar.

(184)

Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-miżuri mhumiex konformi mal-kundizzjonijiet kollha tal-kompatibbiltà u b'hekk ma jistgħux jiġu ddikjarati bħala kompatibbli skont il-Qafas tas-SIEĠ 2011 fir-rigward tal-għajnuna lil PAN.

(185)

Il-Kummissjoni vvalutat ukoll jekk il-miżuri jistgħux jiġu ddikjarati bħala kompatibbli abbażi tar-regoli applikabbli dwar il-bini tal-bastimenti.

(186)

Il-Kummissjoni tinnota li, wara li jitqiesu l-atti dwar l-għoti tal-għajnuna (ara l-premessa 25 u 179), il-bażijiet legali applikabbli għad-diversi għajnuniet huma r-Regolament (KE) Nru 1540/98 u l-Qafas dwar l-għajnuna mill-Istat għall-bini tal-bastimenti, indikati bħala (i) u (ii) fil-premessa 179 (67). Il-Kummissjoni vverifikat hawn taħt jekk il-kundizzjonijiet taħt kull waħda mill-bażijiet ta' kompatibbiltà elenkati humiex irrispettati.

(187)

Sabiex tkun eliġibbli għall-għajnuna skont ir-regoli dwar il-bini tal-bastimenti, l-għajnuna trid tingħata għal investimenti fit-titjib jew l-immodernizzar tat-tarzni eżistenti, mhux marbuta ma' ristrutturar finanzjarju tat-tarzna/i kkonċernata/i, bil-għan li tittejjeb il-produttività tal-installazzjonijiet eżistenti (minbarra s-sempliċi sostituzzjonijiet tal-assi deprezzati) (68).

(188)

L-awtoritajiet Taljani ddikjaraw (ara l-premessa 86) li l-allegata għajnuna mhijiex maħsuba sabiex tippromwovi żieda fil-produttività tal-installazzjonijiet eżistenti f'tarzna, iżda pjuttost sabiex twettaq manutenzjoni speċifika ta' ċerti oġġetti ta' infrastruttura tal-port li huma l-unika proprjetà tal-Istat Taljan u li twaqqafhom milli jsiru obsoleti. Għalhekk, l-investimenti mhumiex eliġibbli għall-għajnuna skont ir-regoli dwar il-bini tal-bastimenti.

(189)

Barra minn hekk, l-Italja ma wrietx li l-għajnuna għandha effett ta' inċentiv, jiġifieri li applikazzjoni għal għajnuna ġiet sottomessa qabel id-data tal-bidu tax-xogħlijiet jew li l-għajnuna hija limitata sabiex tappoġġja n-nefqa eliġibbli kif definita fil-linji gwida applikabbli dwar l-għajnuna reġjonali (ara l-premessa 89).

(190)

Il-finanzjament pubbliku diġà mogħti għal dan il-proġett (EUR 44 138 854,50, jiġifieri 76,42 % tal-kostijiet tal-investiment totali) jaqbeż l-intensità tal-għajnuna massima permissibbli għal għajnuna għall-investiment reġjonali għall-faċilitajiet tal-bini tal-bastimenti taħt it-tliet oqfsa sussegwenti kollha li jirrigwardjaw il-Bini tal-Bastimenti (li varjaw bejn 12,5 % u 22,5 % tal-kostijiet totali tal-investiment skont l-istatus tal-għajnuna reġjonali tar-reġjun rilevanti.

(191)

Fid-dawl tal-fatt li l-kundizzjonijiet tal-kompatibbiltà msemmija fuq mhumiex issodisfati, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri ta' għajnuna favur PAN mhumiex kompatibbli mas-suq intern.

5.3.2.   Valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna lil CAMED

(192)

Kif muri fit-Taqsima 5.2.3, l-Italja għamlet żball evidenti ta' apprezzament fil-kwalifika tas-servizzi ta' tiswija tal-bastimenti lil CAMED bħala OSP. Barra minn hekk, l-atti rilevanti ma jagħtu l-ebda indikazzjoni tal-ammont ta' kumpens li għandu jingħata lil CAMED għall-obbligu li jinżamm aċċess miftuħ għall-baċiri mbattlin mill-ilma u, għalhekk, ma jippermettux li jiġi konkluż jekk kwalunkwe kumpens mogħti jaqbiżx dak li huwa meħtieġ sabiex ikopri l-kostijiet rilevanti mġarrba fit-twettiq tal-OSP. Il-Kummissjoni tinnota li l-kunsiderazzjoni tal-finanzjament tal-Interventi (fl-ammont ta' EUR 44 138 854,50 ipprovduti mill-Istat Taljan u EUR 13 621 000 ipprovduti mir-riżorsi proprji ta' PAN) bħala kumpens għall-obbligu impost fuq CAMED li jinżamm aċċess miftuħ għall-baċiri mbattlin mill-ilma ma tistax teskludi r-riskju ta' kumpens żejjed (ara l-premessa 162). Barra minn hekk, kif ġie spjegat fil-premessa 162, in-natura u l-kamp ta' applikazzjoni tal-allegati obbligi ta' servizz pubbliku ma ġewx definiti b'mod ċar.

(193)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri ma jistgħux jiġu ddikjarati bħala kompatibbli skont il-Qafas tas-SIEĠ 2011 fir-rigward tal-allegata għajnuna lil CAMED.

(194)

Fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-għajnuna lil CAMED abbażi tar-regoli dwar il-bini tal-bastimenti, il-Kummissjoni tinnota li CAMED – bħala l-maniġer u l-operatur tal-faċilitajiet megħjuna – ibbenefikat minn għajnuna operatorja (fil-forma ta' miżati ta' konċessjoni mnaqqsin) li hija maħsuba sabiex tnaqqas in-nefqa li jkollha ġġorr CAMED. Ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għas-settur tal-bini tal-bastimenti applikabbli fiż-żmien tal-għoti ta' kull miżura (ara l-premessa 179) ma jipprevedu ebda għajnuna operatorja lill-maniġers jew lill-utenti tal-faċilitajiet tal-bini tal-bastimenti. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna lil CAMED ma tistax tiġi ddikjarata bħala għajnuna kompatibbli.

6.   KONKLUŻJONI DWAR L-EŻISTENZA U L-KOMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA

(195)

Il-Kummissjoni ssib li l-Italja implimentat l-għajnuna għall-investiment illegalment lil PAN bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE.

(196)

Il-Kummissjoni ssib ukoll li l-Italja implimentat l-għajnuna operatorja illegalment lil CAMED bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE.

(197)

Minħabba li ma tista' tiġi identifikata ebda raġuni sabiex il-miżuri jinstabu li huma kompatibbli mas-suq intern, dawn għandhom jitqiesu li huma inkompatibbli.

7.   IRKUPRU

7.1.   Perjodu ta' limitazzjoni

(198)

Il-Kummissjoni tinnota li skont l-awtoritajiet Taljani, l-appoġġ pubbliku li qed jiġi vvalutat ma jistax jiġi rkuprat billi l-istatut tal-limitazzjonijiet stabbilit mill-Artikolu 17 tar-Regolament Proċedurali skada.

(199)

L-Artikolu 17(1) jiddikjara li “s-setgħat tal-Kummissjoni sabiex tirkupra l-għajnuna għandhom ikunu soġġetti għal perjodu ta' limitazzjoni ta' 10 snin”. Madankollu, skont l-Artikolu 17(2): “il-perjodu ta' limitazzjoni għandu jibda dakinhar li l-għajnuna illegali tingħata lill-benefiċjarju bħala għajnuna individwali jew bħala għajnuna f'forma ta' skema ta' għajnuna. Kull azzjoni meħuda mill-Kummissjoni jew minn Stat Membru, li jaġixxi skont it-talba tal-Kummissjoni, dwar l-għajnuna illegali, għandha tinterrompi l-perjodu ta' limitazzjoni. Kull interruzzjoni għandha terġa' tibda tiddekorri mill-bidu. Il-perjodu ta' limitazzjoni għandu jkun sospiż sakemm id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tkun is-suġġett tal-proċedimenti pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea”.

(200)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-argumenti tal-awtoritajiet Taljani ma jistgħux jiġu aċċettati. Tabilħaqq, l-azzjonijiet tal-Kummissjoni sabiex jintbagħtu talba għall-informazzjoni f'Marzu 2006, żewġ ittri ta' valutazzjoni preliminari lill-ilmentatur fl-2013 u fl-2014 u talbiet għal aktar informazzjoni lill-awtoritajiet Taljani (ara l-premessi 3, 5 u 6) interrompew il-perjodu ta' limitazzjoni u, għalhekk, l-istatut tal-perjodu ta' limitazzjonijiet ta' 10 snin ma skadiex.

7.2.   Aspettattivi leġittimi u ċertezza legali

(201)

Skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament Proċedurali, kwalunkwe għajnuna li tinstab li hija inkompatibbli mas-suq intern trid tiġi rkuprata.

(202)

Madankollu, l-Artikolu 16(1) jistabbilixxi li “[I]l-Kummissjoni ma għandhiex teħtieġ li jsir irkupru tal-għajnuna jekk dan imur kontra xi prinċipju ġenerali tal-liġi tal-Unjoni”. F'dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet li l-Kummissjoni hija meħtieġa tikkunsidra, fuq inizjattiva tagħha stess, iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jipprovdu ġustifikazzjoni, skont l-Artikolu 16(1), sabiex hija ma tordnax l-irkupru tal-għajnuna mogħtija illegalment meta tali rkupru jmur kontra xi prinċipju ġenerali tal-liġi tal-Unjoni (69).

(203)

Il-Kummissjoni tinnota li l-Italja u CAMED ressqu fil-kummenti tagħhom għad-Deċiżjoni tal-Ftuħ l-argument li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni hija illegali u tirrappreżenta ksur tal-prinċipji ġenerali ta' amministrazzjoni tajba, ċertezza legali u aspettattivi leġittimi (ara l-premessi 52-54 u 91).

(204)

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-dritt li jiġi invokat il-prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi jippresupponi li ngħataw garanziji preċiżi, inkundizzjonati u konsistenti li joriġinaw minn sorsi awtorizzati u affidabbli lill-persuna kkonċernata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni (70). Skont il-ġurisprudenza, dawn il-garanziji jistgħu jkunu espliċiti (pereżempju, komunikazzjoni diretta lill-Istat Membru dwar il-validità ta' miżura partikolari) (71) jew impliċiti (pereżempju, dewmien żejjed fil-proċedimenti, approvazzjoni ta' skemi simili fil-passat) (72). Ma tistax tinżamm aspettattiva leġittima li l-għajnuna li tingħata tkun legali, mingħajr ċirkostanzi eċċezzjonali, sakemm l-għajnuna ma tkunx ingħatat f'konformità mar-rekwiżiti ta' notifika tal-Artikolu 108 tat-TFUE (73).

(205)

Il-Kummissjoni ssib li ma hemm ebda ksur tal-prinċipju ta' aspettattiva leġittima fil-każ inkwistjoni. Tabilħaqq, kif ġie spjegat fil-premessi 147 sa 150, l-għajnuna qatt ma ġiet innotifikata lill-Kummissjoni mill-awtoritajiet Taljani. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma tat ebda assigurazzjoni preċiża, inkundizzjonata u konsistenti dwar il-miżura bħala mhux għajnuna jew bħala għajnuna kompatibbli (74).

(206)

Ir-rekwiżit fundamentali ta' ċertezza legali, kopert ukoll mill-Artikolu 16 tar-Regolament Proċedurali, huwa maħsub sabiex jiżgura l-prevedibbiltà tas-sitwazzjonijiet u r-relazzjonijiet legali rregolati mid-dritt tal-Unjoni u, b'hekk, għandu l-effett li jwaqqaf lill-Kummissjoni milli ddewwem b'mod indefinit l-eżerċitar tas-setgħat tagħha (75).

(207)

Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni, fid-dawl taċ-ċirkostanzi ferm speċifiċi ta' dan il-każ, li l-prinċipju taċ-ċertezza legali ma ġiex ikkunsidrat b'mod xieraq vis-à-vis l-awtoritajiet Taljani.

(208)

Il-Kummissjoni ssib li hemm evidenza sħiħa li tissuġġerixxi (i) li l-Kummissjoni dewmet l-eżerċitar tas-setgħat tagħha meta ġiet biex teżamina l-miżuri inkwistjoni u (ii) li l-indikazzjoni impliċita mogħtija mill-Kummissjoni lill-awtoritajiet Taljani qabel il-ftuħ mill-ġdid tal-fajl fl-2013 setgħet żgwidathom f'dak li għandu x'jaqsam mal-legalità ta' dawk il-miżuri (76).

(209)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni dewmet l-eżerċitar tas-setgħat tagħha meta ġiet biex teżamina l-miżuri inkwistjoni: il-Kummissjoni bagħtet talba għall-informazzjoni f'Marzu 2006, li għaliha l-Italja wieġbet fit-3 ta' April 2006 billi pprovdiet informazzjoni eżawrjenti li suppost kellha twassal lill-Kummissjoni sabiex tikkonkludi li l-miżura taħt skrutinju kienet fil-fatt appoġġ pubbliku. Madankollu, is-servizzi tal-Kummissjoni ma segwew dik l-ittra b'ebda mezz u, barra minn hekk, il-fajl ingħalaq. Il-fajl infetaħ mill-ġdid biss seba' snin wara, wara ilment formali fi Frar 2013. Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ fl-aħħar mill-aħħar inħarġet f'Ġunju 2016.

(210)

It-tieni nett, l-indikazzjoni impliċita mogħtija mill-Kummissjoni lill-awtoritajiet Taljani qabel il-ftuħ mill-ġdid tal-fajl fl-2013 setgħet qarrqet b'dawk l-awtoritajiet rigward il-legalità tiegħu. Permezz tal-ittra tagħhom datata t-3 ta' April 2006, l-awtoritajiet Taljani sostnew li l-baċiri mbattlin mill-ilma inkwistjoni kienu infrastruttura pubblika u, bħala tali, mhumiex soġġetti għal-Linji Gwida dwar il-Bini tal-Bastimenti. Madankollu, l-informazzjoni li l-awtoritajiet Taljani pprovdew lill-Kummissjoni suppost li kellha twassal lill-Kummissjoni sabiex tikkonkludi li l-miżura taħt skrutinju kienet fil-fatt appoġġ pubbliku għall-faċilitajiet għall-bini u t-tiswija tal-bastimenti li kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, li kellha tkun innotifikata lill-Kummissjoni. Għalhekk, anki jekk il-Kummissjoni ġiet infurmata dwar in-natura tal-proġett ta' investiment megħjun, hija ma ħaditx azzjonijiet ulterjuri u ma wettqet ebda investigazzjoni ulterjuri matul il-perjodu 2006-2013, sabiex b'hekk tat lill-Italja s-sinjal impliċitu li l-karatterizzazzjoni tagħhom ta' baċiri mbattlin mill-ilma bħala infrastruttura portwarja kienet korretta.

(211)

Is-seba' snin li għaddew bejn it-tweġiba mill-awtoritajiet Taljani għall-ittra tal-Kummissjoni u t-talba ulterjuri għall-informazzjoni mibgħuta mill-Kummissjoni lill-Italja setgħu wasslu sabiex l-Italja - f'dan il-każ speċifiku - tassumi li, minħabba s-silenzju tal-Kummissjoni, il-pożizzjoni oriġinali tal-Italja, li abbażi tagħha l-miżura kienet taqa' barra mill-mandat tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat u, b'hekk, ma kienet meħtieġa ebda notifika, ġiet approvata impliċitament mill-Kummissjoni. Filwaqt li huwa veru li, fil-prinċipju, in-nuqqas ta' reazzjoni mill-Kummissjoni għat-tweġiba ta' Stat Membru ma jistax, minnu nnifsu, jikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta' ċertezza legali, madankollu, huwa ċar li dan il-każ partikolari jinvolvi mhux biss nuqqas ta' azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni, iżda wkoll indikazzjoni impliċita mogħtija mis-servizzi tal-Kummissjoni lill-Italja, li tirriżulta f'taħlita eċċezzjonali ta' ċirkostanzi. Konsegwentement, (i) id-dewmien ta' seba' snin fil-proċess inizjali tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (billi ma segwietx l-ittra inizjali tal-awtoritajiet Taljani datata t-3 ta' April 2006), flimkien ma' (ii) in-nuqqas ta' azzjoni tal-Kummissjoni li, fiċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ preżenti, seta' kien interpretat bħala aċċettazzjoni taċita tal-pożizzjoni tal-awtoritajiet Taljani dwar l-identifikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-qafas legali għall-valutazzjoni tal-miżura, setgħu ħallew lok għal dubju dwar il-legalità tal-miżuri u waqqfu lill-awtoritajiet Taljani milli jieħdu passi sabiex iġibu l-miżuri kkonċernati f'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'mod f'waqtu.

(212)

Għalhekk, abbażi taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ preżenti u tal-elementi msemmija hawn fuq meħuda flimkien, sabiex tiġi żgurata l-prevedibbiltà tas-sitwazzjonijiet u r-relazzjonijiet legali rregolati mil-liġi tal-Unjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ preżenti jfissru li l-Italja ma għandhiex tkun meħtieġa li tirkupra kwalunkwe għajnuna inkompatibbli msemmija fit-Taqsima 5 favur PAN jew CAMED li ngħatat qabel it-talba għal informazzjoni mibgħuta mill-Kummissjoni lill-Italja fit-28 ta' Frar 2013, li permezz tagħha l-każ preżenti nfetaħ mill-ġdid.

(213)

Fir-rigward tal-għajnuna mogħtija wara t-28 ta' Frar 2013, kwalunkwe għajnuna inkompatibbli tista' tiġi rkuprata mingħand il-benefiċjarji tagħha. Tabilħaqq, il-Kummissjoni ssib li wara li ntbagħtet it-talba dettaljata għall-informazzjoni fit-28 ta' Frar 2013, l-awtoritajiet Taljani kienu infurmati bis-sħiħ dwar id-dubji tal-Kummissjoni rigward il-legalità u l-kompatibbiltà tal-għajnuna.

(214)

Madankollu, kif ġie nnotat fil-premessa 178 ta' hawn fuq, il-Kummissjoni ssib li l-miżuri kollha involuti ngħataw lil PAN qabel it-28 ta' Frar 2013, id-data tat-talba għall-informazzjoni mibgħuta mill-Kummissjoni lill-Italja wara l-ilment formali tal-2013. CAMED ingħatat ukoll il-miżuri kollha involuti qabel it-28 ta' Frar 2013, minħabba li hija kisbet id-dritt legali li tirċievi l-għajnuna bis-saħħa tal-ftehim ta' Konċessjoni tal-2004. Għalhekk, l-ebda waħda mill-miżuri ta' għajnuna li kienu s-suġġett tal-każ preżenti ma ngħatat wara t-28 ta' Frar 2013.

7.3.   Għajnuna li għandha tiġi rkuprata minn PAN u CAMED

(215)

Fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi ppreżentati f'dan il-każ, kif ġie spjegat fil-premessi 207 sa 211 u l-konklużjoni fil-premessa 214, l-Italja ma għandha tirkupra ebda ammont minn PAN jew CAMED. Għall-istess raġunijiet, din id-deċiżjoni ma tipprekludix il-pagamenti futuri dwar l-ammonti speċifiċi ta' għajnuna li kienu diġà ngħataw lil PAN (permezz tad-Digriet Ministerjali tas-27 ta' Ottubru 1999, li ġie adottat fil-kamp ta' applikazzjoni tal-qafas ġenerali stabbilit fil-Liġi 413/1998, li jinqara flimkien mad-Digriet Ministerjali tat-2 ta' Mejju 2001) u lil CAMED (permezz tal-ftehim ta' Konċessjoni tal-2004) qabel it-28 ta' Frar 2013.

(216)

Madankollu, jekk l-Italja tikkontempla li tagħti miżuri ta' għajnuna oħrajn fil-Port ta' Napli, l-Italja ovvjament tkun obbligata skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE li tinnotifika tali miżuri lill-Kummissjoni għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tagħhom mas-suq intern (ħlief, ovvjament, jekk tali miżuri jkunu eżentati kategorikament min-notifika),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

(1)   L-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' għajnuna għall-investiment mill-Italja favur PAN mogħtija permezz tad-Digriet Ministerjali tas-27 ta' Ottubru 1999, li ġie adottat fil-kamp ta' applikazzjoni tal-qafas ġenerali stabbilit fil-Liġi 413/1998, moqri flimkien mad-Digriet Ministerjali tat-2 ta' Mejju 2001, li daħlet fis-seħħ illegalment mill-Italja bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, hija inkompatibbli mas-suq intern.

(2)   L-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' miżati ta' konċessjoni indebitament baxxi mill-Awtorità tal-Port ta' Napli favur CAMED, li daħlet fis-seħħ illegalment mill-Italja permezz tal-ftehim ta' Konċessjoni tal-2004 iffirmat minn CAMED u PAN fid-29 ta' Lulju 2004, bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, hija inkompatibbli mas-suq intern.

Artikolu 2

L-Italja mhijiex obbligata li tirkupra l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Settembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Margrethe VESTAGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 369, 7.10.2016, p. 78.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1). Dak ir-Regolament ġie sostitwit mir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).

(3)  Qabbel in-nota f'qiegħ il-paġna 1.

(4)  Regolamento per l'esercizio dei bacini di carenaggio, http://porto.napoli.it/wp-content/uploads/2015/05/RegolamentoBacini.pdf.

(5)  L-aħħar modifika tar-Regolament seħħet fl-2012, http://porto.napoli.it/wp-content/uploads/2015/06/Ordinanza_N.6_03-04-2012.pdf.

(6)  L-awtoritajiet Taljani spjegaw li l-kumpanija wettqet numru ta' trasformazzjonijiet korporattivi u biddlet l-isem diversi drabi. Għall-fini ta' sempliċità, id-deċiżjoni tuża l-isem “CAMED” sabiex tirreferi għall-kumpanija, anki jekk fil-passat kienet imsejħa b'mod differenti (Bacini Napoletani S.p.A.).

(7)  Ftehim (Convenzione) bejn l-Awtorità tal-Port ta' Napli u Bacini Napoletani S.p.A. (jiġifieri CAMED) tat-12 ta' Ġunju 2001. Skont il-Ftehim tal-2001, CAMED ilha topera l-baċir imbattal mill-ilma Nru 3 mill-inqas sa mill-1959.

(8)  L-Artikolu 36 tal-Kodiċi Navali (Codice navale) u l-Artikolu 18 tar-Regolament dwar il-Kodiċi Navali (Regolamento per l' esecuzione del codice della navigazione marittima).

(9)  L-ammont ta' investiment speċifikat fil-Konċessjoni tal-2004 huwa tabilħaqq ta' EUR 24 miljun u mhux EUR 24 000 kif iddikjarat fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ.

(10)  L-ilmentatur irrefera, inter alia, għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża dwar l-għajnuna mill-Istat Nru SA.34940 (N/2012) - L-Italja - Il-Port ta' Augusta tad-19 ta' Diċembru 2012 (ĠU C 77, 15.3.2013, p. 1).

(11)  “Per la realizzazione di opere infrastrutturali di amplimento, ammodernamento e riqualificazione dei porti, il Ministero dei trasporti e della navigazione adotta un programma sulla base delle richieste delle autorità portuali o, laddove non istituite, delle autorità marittime, sentite le regioni interessate”.

(12)  “Decreto 27 ottobre 1999 Adozione del programma di opere infrastrutturali di ampliamento, ammodernamento e riqualificazione dei porti. (GU Serie Generale n.10 del 14-01-2000)”

(13)  “Decreto 2 maggio 2001 Ripartizione delle risorse di cui all'art. 9 della legge n. 413 del 1998, rifinanziate dall'art. 54, comma 1, della legge n. 488 del 1999 e dall'art. 144, comma 1, della legge n. 388 del 2000 per la realizzazione di opere infrastrutturali di ampliamento, l'ammodernamento e riqualificazione dei porti. (GU Serie Generale n.199 del 28-08-2001)”

(14)  Aktar tard ingħata wkoll finanzjament addizzjonali permezz tal-Artikolu 54, il-paragrafu 1, tal-Liġi Nru 488/1999, l-Artikolu 144, il-paragrafu 1, tal-Liġi Nru 388/2000 u l-Artikolu 36 tal-Liġi Nru 166/2002.

(15)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1540/98 tad-29 ta' Ġunju 1998 li jistabbilixxi regoli ġodda dwar l-għajnuna għall-bini tal-bastimenti (ĠU L 202, 18.7.1998, p. 1).

(16)  ĠU C 317, 30.12.2003, p. 11. Ara wkoll il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-estensjoni tal-Qafas dwar l-għajnuna mill-Istat għall-bini tal-bastimenti (ĠU C 260, 28.10.2006, p. 7) u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-estensjoni tal-Qafas dwar l-għajnuna mill-Istat għall-bini tal-bastimenti (ĠU C 173, 8.7.2008, p. 3).

(17)  ĠU C 364, 14.12.2011, p. 9.

(18)  Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-estensjoni tal-applikazzjoni tal-Qafas dwar l-għajnuna mill-Istat għall-bini tal-bastimenti (ĠU C 357, 6.12.2013, p. 1).

(19)  ĠU C 209, 23.7.2013, p. 1.

(20)  Ara s-sentenza fil-Kawża C-222/92, SFEI ECLI:EU:C:1994:396.

(21)  Ara s-sentenza fil-Kawża T-156/94, Aristrain vs Il-Kummissjoni ECLI:EU:T:1999:53.

(22)  Ara s-sentenza fil-Kawża C-362/09 P, Athinaïki Techniki vs Il-Kummissjoni ECLI:EU:C:2010:783.

(23)  Ara Legge 28 gennaio 1994, n. 84: Riordino della legislazione in materia portuale, Gazzetta Ufficiale n. 28 del 4-2-1994 - Supplemento Ordinario n. 21.

(24)  Skont din il-liġi, il-funzjonijiet ewlenin tal-awtoritajiet tal-portijiet Taljani huma: (a) il-programmazzjoni, il-koordinazzjoni u l-promozzjoni tal-attivitajiet kummerċjali u industrijali mwettqa fil-port; (b) iż-żamma ta' aċċess miftuħ għal infrastrutturi u spazji; (c) l-inkarigu lil partijiet terzi u l-kontroll ta' attivitajiet tal-port immirati sabiex jipprovdu servizzi ta' interess ġenerali lill-utenti tal-port għall-flus.

(25)  L-awtoritajiet Taljani jirreferu għas-sentenza fil-Kawża T-128/98 Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni ECLI:EU:T:2000:290. Skont l-Italja, il-possibbiltà li jiġi stabbilit b'mod liberu l-ammont tal-miżata mitluba mingħand utenti potenzjali minn maniġer tal-infrastruttura hija prekundizzjoni neċessarja u indispensabbli għall-klassifikazzjoni tal-miżata bħala kummerċjali u tal-attività bħala ekonomika.

(26)  Skont l-Italja, fil-qafas tal-pjan nazzjonali għall-ammeljorament tal-portijiet Taljani, permezz tal-adozzjoni tal-Liġi Nru 413/1998, l-awtoritajiet nazzjonali allokaw fondi għat-twettiq ta' xogħol infrastrutturali għall-espansjoni, il-modernizzazzjoni u l-ammeljorament tal-portijiet, li jawtorizzaw lill-awtoritajiet tal-port jinvestu f'xogħlijiet infrastrutturali fil-portijiet ammont totali ta' madwar EUR 50 miljun kull sena.

(27)  Skont l-Artikolu 5 tal-Liġi Nru 84/1994 u l-Artikolu 104 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 112/1998, il-piż ekonomiku tat-twettiq tax-xogħlijiet speċifiċi ta' ristrutturar fuq infrastruttura pubblika, li tagħha huwa l-uniku proprjetarju, jaqa' biss fuq l-Istat Taljan.

(28)  Il-konċessjoni ngħatat skont l-Artikolu 36 tal-Kodiċi Navali (Codice navale) u l-Artikolu 18 tar-Regolament dwar il-Kodiċi Navali (Regolamento per l' esecuzione del codice della navigazione marittima).

(29)  Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 262, 19.7.2016, p. 1).

(30)  L-Italja tinnota li s-sentenza ta' Aéroports de Paris iddeskriviet il-ġestjoni tal-ajruporti u mhux il-kostruzzjoni tal-infrastruttura bħala attività ekonomika. B'hekk, jeħtieġ li għall-inqas issir referenza għas-sentenza ta' Leipzig Halle. L-awtoritajiet Taljani jkomplu jargumentaw kontra t-traspożizzjoni ta' din is-sentenza għas-settur tal-portijiet, minħabba li hemm riskju kbir ħafna li l-applikazzjoni tagħha tfassal il-politika ekonomika u industrijali sħiħa tal-Istati Membri fis-settur tal-portijiet fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, b'effett fuq l-isferi relattivi ta' responsabbiltà tal-Unjoni u tal-Istati Membri b'mod detrimentali għall-Istati Membri.

(31)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/374/KE tat-2 ta' Frar 1994 dwar il-Liġi Reġjonali ta' Sqallija Nru 23/1991 dwar assistenza straordinarja għall-industrija u l-Artikolu 5 tal-Liġi Reġjonali ta' Sqallija Nru 8/1991 dwar, b'mod partikolari, il-finanzjament għal Sitas (ĠU L 170, 5.7.1994, p. 36).

(32)  L-awtoritajiet Taljani pprovdew ukoll eżempji ta' sitwazzjonijiet simili fejn konċessjonarji oħrajn attivi fil-Port ta' Napli ffirmaw ftehimiet simili li permezz tagħhom ix-xogħlijiet imwettqa fuq diversi elementi ta' infrastruttura ġew iffinanzjati mill-Awtorità tal-Port. Speċifikament, l-awtoritajiet Taljani jirreferu għal kuntratt ta' konċessjoni ffirmat mill-Awtorità tal-Port mal-ilmentatur f'dan il-każ għat-twettiq ta' attivitajiet ta' bini tal-bastimenti fil-Port ta' Napli, fejn ix-xogħol ta' manutenzjoni (ta' rutina) huwa r-responsabbiltà tal-konċessjonarju, filwaqt li l-Awtorità tal-Port qablet li tiffinanzja l-kostruzzjoni ta' baċir ġdid (xogħol speċifiku).

(33)  L-awtoritajiet Taljani spjegaw li, speċjalment fil-livell lokali fl-applikazzjoni tal-Liġi Nru 413/1998, l-Awtorità tal-Port ta' Napli wettqet għadd ta' miżuri, billi użat fondi pubbliċi sabiex tirrinova u timmodernizza numru kbir ta' assi u biċċiet ta' infrastruttura tal-Istat, użati minn impriżi li joperaw fis-setturi ekonomiċi kollha u mhux biss minn ditti tal-bini tal-bastimenti, filwaqt li pprovdew eżempji speċifiċi.

(34)  Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).

(35)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2012, SA.34940 – il-Port ta' Augusta (ĠU C 77, 15.3.2013, p. 1).

(36)  Liġi Nru 84/1994, il-liġi qafas Taljana dwar il-portijiet.

(37)  Digriet tal-Ministru tat-Trasport u t-Trasport Marittimu Nru 595 tal-15 ta' Novembru 1995, f'konsultazzjoni mal-Ministru tat-Teżor għall-Finanzi, intitolat “Regolament li jistabbilixxi regoli għall-istabbiliment tal-miżati għal konċessjonijiet pubbliċi marittimi” fil-ĠURI 158 tat-8 ta' Lulju 1996.

(38)  Ara, pereżempju, is-sentenza fil-Kawża C-41/90 Hofner et Elsner vs Macrotron ECLI:EU:C:1991:161, para. 21; is-sentenza fil-Kawża C-160/91 Poucet u Pistre vs AGF u Cancava ECLI:EU:C:1993:63, para. 17; is-sentenza fil-Kawża C-35/96 Il-Kummissjoni vs l-Italja ECLI:EU:C:1998:303.

(39)  Ara s-sentenza fil-Kawża 118/85 Il-Kummissjoni vs l-Italja ECLI:EU:C:1987:283, para. 7; is-sentenza fil-Kawża C- 35/96 Il-Kummissjoni vs l-Italja ECLI:EU:C:1998:303, para. 36; is-sentenza fil-Kawżi Magħquda C-180/98 sa C-184/98 Pavlov u Oħrajn ECLI:EU:C:2000:428, para. 75.

(40)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Mejju 2004 dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata minn Spanja għal aktar għajnuna għar-ristrutturar lit-tarzni pubbliċi, kawża ta' għajnuna mill-Istat C 40/00 (ex NN 61/00) (2005/173/KE).

(41)  “la concessione è assentita allo scopo di esercitarvi un cantiere di transformazioni e riparazioni di navi e/o imbarcazioni da diporto nonché per la gestione dei bacini di carenaggio in muratura …

(42)  Is-sentenza fil-Kawża T-314/15 Il-Greċja vs il-Kummissjoni ECLI:EU:T:2017:903, para. 79.

(43)  Il-Programm tas-27 ta' Ottubru 1999 jelenka 20 port li jibbenifikaw mill-finanzjament nazzjonali u l-Programm tat-2 ta' Mejju 2001 ikompli jkabbar dik il-lista (għal 25 port).

(44)  Ara, pereżempju, is-sentenza fil-Kawża C-75/97 Il-Belġju vs il-Kummissjoni ECLI:EU:C:1999:311, para. 32; is-sentenza fil-Kawża C-143/99 Adria-Wien Pipeline et Wietersdorfer & Peggauer Zementwerke, ECLI:EU:C:2001:598, para. 48.

(45)  Ara s-sentenza fil-Kawża C-280/00 Altmark Trans vs Regierungsprasidium Magdeburg ECLI:EU:C:2003:415, para. 87-88.

(46)  Is-sentenza fil-Kawżi Magħquda C-66/16 P sa C-69/16 P Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs il-Kummissjoni ECLI:EU:C:2017:999, para 72, 73 u 75; Ara wkoll l-Opinjoni tal-Avukat Ġenerali Wathelet fil-Kawżi Magħquda C-66/16 P sa C-69/16 P Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2017:654, para 112, 114-117 u 121.

(47)  Ara l-Komunikazzjoni dwar is-SIEĠ tal-2011, il-paragrafu 50.

(48)  Is-sentenza fil-Kawżi Magħquda C-34/01 sa C-38/01 Enirisorse ECLI:EU:C:2003:640, para. 33

(49)  Ara l-Komunikazzjoni C(2011) 9404 finali dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għall-kumpens mogħti għall-forniment ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, tal-20 ta' Diċembru 2011 (il-Komunikazzjoni dwar is-SIEĠ tal-2011), il-paragrafu 45.

(50)  Ara, pereżempju, is-sentenza fil-Kawża 730/79 Philip Morris vs il-Kummissjoni ECLI:EU:C:1980:209, para. 11 u s-sentenza fil-Kawża C-372/97 L-Italja vs il-Kummissjoni ECLI:EU:C:2004:234, para. 44.

(51)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Mejju 2004 dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata minn Spanja għal aktar għajnuna għar-ristrutturar lit-tarzni Spanjoli pubbliċi, kawża dwar l-għajnuna mill-Istat C 40/00 (ex NN 61/00), (2005/173/KE).

(52)  Ara, pereżempju, is-Sentenza fil-Kawża 40/85 Il-Belġju vs il-Kummissjoni ECLI:EU:C:1986:305, para. 12.

(53)  Is-sentenza fil-Kawża C-39/94 SFEI u Oħrajn ECLI:EU:C:1996:285, para. 60-61.

(54)  Is-sentenza fil-Kawża T-454/13 SNCM vs il-Kummissjoni ECLI:EU:T:2017:134, para. 233.

(55)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni 94/374/KE.

(56)  Is-sentenza fil-Kawża T-445/05 Associazione italiana del risparmio gestito και Fineco Asset Management vs il-Kummissjoni ECLI:EU:T:2009:50, para. 145.

(57)  Is-sentenza fil-Kawża T-314/15 Il-Greċja vs il-Kummissjoni ECLI:EU:T:2017:903, para. 79.

(58)  Din il-figura tirriżulta mill-estrapolazzjoni fuq perjodu tat-30 sena tal-miżata tal-konċessjoni medja li CAMED diġà ħallset għall-perjodu 2004-2017.

(59)  B'mod partikolari, il-miżata li titħallas minn operaturi portwarji oħrajn lil CAMED tkopri: (i) l-użu tal-baċiri mbattlin mill-ilma u (ii) il-forniment minn CAMED ta' “servizzi assoċjati”, bħad-dħul, il-ħruġ u l-manutenzjoni ta' bastiment fil-baċir, il-provvista tal-elettriku, l-arja kkompressata, il-krejnijiet tal-baċiri, il-monitoraġġ u s-sikurezza ambjentali.

(60)  Ara l-Komunikazzjoni dwar is-SIEĠ tal-2011, il-paragrafu 50.

(61)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SA.39622 (2014/N), Ir-Repubblika tas-Slovenja - Għajnuna li tingħata sabiex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn kisja rqiqa ta' silġ fis-Slovenja f'Jannar u Frar 2014 (is-setturi kollha għajr l-agrikoltura, il-forestrija, is-sajd u l-akkwakultura).

(62)  ĠU C 8, 11.1.2012, p. 15.

(63)  Ara s-sentenza fil-Kawża C-245/16 NEREA ECLI:EU:C:2017:521, para. 32.

(64)  Hawnhekk, l-Italja tirreferi għall-Avviż Nru 2003/C 317/06 (ĠU C 317, 30.12.2003, p. 11) u, b'mod partikolari, għall-paragrafu 12, li jiddikjara li “l-għajnuna għall-bini tal-bastimenti tista' tingħata skont l-Artikoli [107 u 108 tat-TFUE] u l-leġiżlazzjoni u l-miżuri kollha adottati fuq dawk il-bażijiet.”

(65)  Il-Kawża C-431/14 P Il-Greċja vs Il-Kummissjoni ECLI:EU:C:2016:145, il-paragrafi 70-72.

(66)  Ara l-punt 8 (u n-nota 9 f'qiegħ il-paġna) tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali għall-perjodu 2007-2013 (ĠU C 54, 4.3.2006, p. 13): “(…) xi setturi oħrajn [it-trasport u l-bini tal-bastimenti] huma soġġetti wkoll għal regoli speċifiċi li jikkunsidraw is-sitwazzjoni partikolari tas-setturi kkonċernati u li jistgħu jidderogaw totalment jew parzjalment minn dawn il-linji gwida”, ara l-punt 2 tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali (2000-2006) (ĠU C 74, 10.3.1998, p. 9): “Barra minn hekk, xi wħud mis-setturi li jkopru huma rregolati wkoll minn regoli li huma mmirati speċifikament għas-setturi inkwistjoni”.

(67)  Ara (i) ir-Regolament (KE) Nru 1540/98, li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1999 sal-31 ta' Diċembru 2003; (ii) il-Qafas tal-2004 dwar l-għajnuna mill-Istat għall-bini tal-bastimenti, li oriġinarjament kien applikabbli mill-1 ta' Jannar 2004 sal-31 ta' Diċembru 2006, u wara ġie estiż darbtejn sal-31 ta' Diċembru 2008 u sal-31 ta' Diċembru 2011.

(68)  Ara l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1540/98; il-paragrafu 26 tal-Qafas dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-Bini tal-Bastimenti tal-2003; il-premessa 13 tal-Qafas dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-Bini tal-Bastimenti tal-2011; Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar C21/2006 (ex N 635/2005) li għandha tiġi implimentata mir-Repubblika Slovakka għal Slovense lodenice Komarno, 2007/529/KE

(69)  Is-sentenza fil-Kawża 223/85 RSV vs Il-Kummissjoni ECLI:EU:C:1987:502.

(70)  Is-sentenza fil-Kawża C-537/08 P Kahla Thuringen Porzellan ECLI:EU:C:2010:769, para. 63 u l-ġurisprudenza ċċitata.

(71)  Is-sentenza fil-Kawża 267/85 Van den Bergh en Jurgens v Commission ECLI:EU:C:1987:121, para. 44.

(72)  Is-sentenza fil-Kawża 223/85 RSV vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:1987:502.

(73)  Is-sentenza fil-Kawżi Magħquda C-630/11 P sa C-633/11 P HGA Srl u oħrajn ECLI:EU:C:2013:387, para. 134.

(74)  Ara, dwar id-definizzjoni tal-prinċipju ta' aspettattiva leġittima, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi 265/85 Van den Bergh en Jurgens vs Il-Kummissjoni ECLI:EU:C:1987:121, para. 44, u C-152/88 Sofrimport vs Il-Kummissjoni ECLI:EU:C:1990:259, para. 26; is-sentenzi tal-Qorti tal-Prim'Istanza fil-Kawżi T-290/97 Mehibas Dordtselaan vs Il-Kummissjoni ECLI:EU:T:2000:8, para. 59, u T- 223/00 Kyowa Hakko Kogyo vs Il-Kummissjoni ECLI:EU:T:2003:194, para. 51; ara, dwar in-nuqqas ta' aspettattiva leġittima min-naħa ta' dawk li jirċievu għajnuna implimentata illegalment, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-183/02 P u C-187/02 P Demesa u Territorio Histórico de Álava vs Il-Kummissjoni ECLI:EU:C:2004:701, para. 44 u 45, u l-ġurisprudenza ċċitata hemmhekk.

(75)  Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-74/00 P u C-75/00 P Falck u Acciaierie di Bolzano vs Il-Kummissjoni ECLI:EU:C:2002:524, para. 140.

(76)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/256/KE tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-iskema ta' għajnuna implimentata minn Franza skont l-Artikolu 39 CA tal-Kodiċi Fiskali Ġenerali — għajnuna mill-Istat C 46/2004 (ex NN 65/2004) ĠU L 112, 30.4.2007, p. 41 u s-Sentenza fil-Kawża C-408/04 P Il-Kummissjoni vs Salzgitter ECLI:EU:C:2008:236, para. 106.