|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 64 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 62 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
||
|
|
|
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
|
* |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
5.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 64/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/352
tal-4 ta' Marzu 2019
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 tal-5 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (1), u b'mod partikolari fl-Artikolu 14(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-5 ta' Marzu 2014 il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 208/2014. |
|
(2) |
Abbażi ta' rieżami mill-Kunsill, l-entrata għal persuna waħda jenħtieġ li titħassar u l-Anness I jenħtieġ li jkun supplimentat b'informazzjoni dwar id-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 208/2014 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 208/2014 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Marzu 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
A. ANTON
ANNESS
L-Anness għar-Regolament (UE) Nru 208/2014 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
it-taqsima “Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 2” hija emendata kif ġej:
|
|
(2) |
it-taqsima li ġejja hija miżjuda: “B. Id-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva taħt il-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali tal-Ukrajna L-Artikolu 42 tal-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali tal-Ukrajna (‘Kodiċi ta' Proċedura Kriminali’) jipprevedi li kull persuna li tkun suspettata jew mixlija fi proċedimenti kriminali tgawdi d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Dawn jinkludu: id-dritt li wieħed ikun infurmat bir-reat kriminali li jkun ġie ssuspettat jew akkużat bih; id-dritt li jkun infurmat, espressament u fil-pront, bid-drittijiet tiegħu skont il-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali; id-dritt li jkollu, meta jkun talab mill-ewwel darba, aċċess għal avukat tad-difiża; id-dritt li jippreżenta petizzjonijiet għal azzjonijiet proċedurali; u d-dritt li jikkontesta d-deċiżjonijiet, l-azzjonijiet u l-ommissjonijiet mill-investigatur, il-prosekutur pubbliku u l-imħallef inkwirenti. L-Artikolu 306 tal-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali jipprevedi li lmenti kontra deċiżjonijiet, atti jew omissjonijiet tal-investigatur jew il-prosekutur pubbliku għandhom jiġu kkunsidrati minn imħallef inkwirenti ta' Qorti lokali fil-preżenza tar-rikorrenti jew l-avukat tad-difiża jew ir-rappreżentant legali tiegħu. Barra minn hekk, l-Artikolu 309 tal-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali jispeċifika d-deċiżjonijiet tal-imħallfin inkwirenti li jistgħu jiġu kkontestati b'appell, u li deċiżjonijiet oħra jistgħu jkunu soġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju fil-kuntest ta' proċeduri preparatorji fil-Qorti. Barra minn hekk, għadd ta' azzjonijiet investigattivi proċedurali huma possibbli biss soġġett għal deċiżjoni mill-imħallef inkwirenti jew Qorti (pereżempju s-sekwestru ta' proprjetà skont l-Artikolu 164, u l-miżuri ta' detenzjoni skont l-Artikolu 176 tal-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali). L-applikazzjoni tad-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ta' kull wieħed mill-persuni elenkati 1. Viktor Fedorovych Yanukovych L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Yanukovych ġew irrispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b'mod partikolari minn għadd ta' deċiżjonijiet tal-Qorti dwar is-sekwestru ta' proprjetà u deċiżjoni tal-Qorti tal-1 ta' Novembru 2018 li tagħti permess għall-arrest u t-taħrik u t-tressiq tal-persuna suspettata l-Qorti, kif ukoll minn deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tat-8 ta' Ottubru 2018 li rrifjuta l-applikazzjoni tal-prosekutur għal investigazzjoni speċjali qabel il-proċess in absentia. 2. Vitalli Yuriyovych Zakharchenko L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Zakharchenko ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b'mod partikolari mid-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tal-21 ta' Mejju 2018 u tat-23 ta' Novembru 2018 li jagħtu permess sabiex is-Sur Zakharchenko jinżamm bl-għan li jitressaq il-Qorti biex jipparteċipa fis-seduta ta' smigħ tal-petizzjoni għall-applikazzjoni ta' detenzjoni f'kustodja. 3. Viktor Pavlovych Pshonka L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Pshonka ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b'mod partikolari mid-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tat-12 ta' Marzu 2018 u tat-13 ta' Awwissu 2018 li jagħtu permess sabiex is-Sur Pshonka jinżamm bl-għan li jitressaq il-Qorti biex jipparteċipa fis-seduta ta' smigħ tal-petizzjoni għall-applikazzjoni ta' detenzjoni f'kustodja. 6. Viktor Ivanovych Ratushniak L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Ratushniak ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b'mod partikolari mid-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tal-21 ta' Mejju 2018 u tat-23 ta' Novembru 2018 li jagħtu permess sabiex is-Sur Ratushniak jinżamm bl-għan li jitressaq il-Qorti biex jipparteċipa fis-seduta ta' smigħ tal-petizzjoni għall-applikazzjoni ta' detenzjoni f'kustodja. 7. Oleksandr Viktorovych Yanukovych L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Yanukovych ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b'mod partikolari mid-deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tas-7 ta' Frar 2018 li rrifjuta l-applikazzjoni tal-prosekutur għal investigazzjoni speċjali qabel il-proċess in absentia, f'għadd ta' deċiżjonijiet tal-Qorti dwar is-sekwestru ta' proprjetà u fid-deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tas-27 ta' Ġunju 2018 li tħassar ir-riżoluzzjoni tal-prosekuzzjoni li tiċħad il-mozzjoni tad-difiża sabiex tingħalaq l-investigazzjoni. 9. Artem Viktorovych Pshonka L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Pshonka ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b'mod partikolari mid-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tat-12 ta' Marzu 2018 u tat-13 ta' Awwissu 2018 li jagħtu permess sabiex is-Sur Pshonka jinżamm bl-għan li jitressaq il-Qorti biex jipparteċipa fis-seduta ta' smigħ tal-petizzjoni għall-applikazzjoni ta' detenzjoni f'kustodja. 11. Mykola Yanovych Azarov L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Azarov ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b'mod partikolari mid-deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tat-8 ta' Settembru 2018 li tagħti permess għal investigazzjoni speċjali in absentia kif ukoll mid-deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tas-16 ta' Awwissu 2018 li tagħti permess sabiex is-Sur Azarov jinżamm bil-ħsieb li jitressaq il-qorti biex jipparteċipa fis-seduta ta' smigħ tal-petizzjoni għall-applikazzjoni ta' detenzjoni f'kustodja, kif ukoll minn għadd ta' deċiżjonijiet tal-Qorti dwar sekwestri ta' proprjetà. 12. Serhiy Vitalyovych Kurchenko L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Kurchenko ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b'mod partikolari mid-deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tas-7 ta' Marzu 2018 li tagħti permess biex issir investigazzjoni speċjali in absentia. 13. Dmytro Volodymyrovych Tabachnyk L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Tabachnyk ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b'mod partikolari mid-deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tat-8 ta' Mejju 2018 li tagħti permess sabiex is-Sur Tabachnyk jinżamm bl-għan li jitressaq il-qorti biex jipparteċipa fis-seduta ta' smigħ tal-petizzjoni għall-applikazzjoni ta' detenzjoni f'kustodja. 15. Serhiy Hennadiyovych Arbuzov L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Arbuzov ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b'mod partikolari minn għadd ta' deċiżjonijiet tal-Qorti dwar is-sekwestri ta' proprjetà kif ukoll l-annullament tas-sekwestri tal-proprjetà. 17. Oleksandr Viktorovych Klymenko L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Klymenko ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b'mod partikolari mid-deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tal-5 ta' Ottubru 2018 li tagħti permess biex issir investigazzjoni speċjali in absentia. 18. Edward Stavytskyi L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Stavytskyi ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri minn għadd ta' deċiżjonijiet tal-Qorti dwar is-sekwestru ta' proprjetà, id-deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tat-22 ta' Novembru 2017 li tagħti permess biex issir investigazzjoni speċjali in absentia, mill-istruzzjonijiet tal-prosekutur tat-2 ta' Jannar 2018 lill-investigatur biex jinnotifika lis-suspettati u l-avukati tad-difiża tagħhom bit-tlestija tal-investigazzjoni ta' qabel il-proċess u mill-fatt li fit-8 ta' Mejju 2018 l-akkuża ġiet riferuta lill-Qorti Distrettwali ta' Sviatoshynskyi ta' Kiev għal eżami fuq il-merti. L-informazzjoni turi wkoll li ma kien hemm ebda deċiżjoni valida preċedenti mill-prosekuzzjoni biex ma tibdiex investigazzjoni kriminali, u li għaldaqstant il-proċedimenti kriminali rilevanti ma kisrux il-prinċipju ta' ne bis in idem.”. |
|
5.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 64/5 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/353
tal-4 ta' Marzu 2019
li jemenda għall-295 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Fit-28 ta' Frar 2019, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid annotazzjoni waħda mal-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet tiegħu li għalihom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u riżorsi finanzjarji. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Marzu 2019.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, tiddaħħal l-entrata li ġejja taħt l-intestatura “Persuni naturali”:
“Hamza Usama Muhammad bin Laden. Data tat-twelid: 9.5.1989. Post tat-twelid: Jeddah, l-Arabja Sawdija. Nazzjonalità: Sawdija. Informazzjoni oħra: (a) Iben Usama bin Laden (mejjet); (b) Imħabbar minn Aiman Muhammed Rabi al-Zawahiri bħala membru uffiċjali ta' Al-Qaida. Talab lis-segwaċi tal-Al-Qaida jagħmlu attakki terroristiċi. Huwa meqjus bħala s-suċċessur l-aktar probabbli ta' al-Zawahiri. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 28.2.2019.”
DEĊIŻJONIJIET
|
5.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 64/7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/354
tal-4 ta' Marzu 2019
li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-5 ta' Marzu 2014 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/119/PESK (1). |
|
(2) |
Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2014/119/PESK, jenħtieġ li l-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi tiġi estiża sas-6 ta' Marzu 2020, l-entrata għal persuna waħda jenħtieġ li titħassar u l-Anness jenħtieġ li jkun supplimentat b'informazzjoni dwar id-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/119/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2014/119/PESK hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 5, it-tieni paragrafu jinbidel b'dan li ġej: “Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-6 ta' Marzu 2020.”; |
|
(2) |
l-Anness huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Marzu 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
A. ANTON
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK tal-5 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 66, 6.3.2014, p. 26).
ANNESS
L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/119/PESK huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
it-taqsima “Lista ta' persuni, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 1” hija emendata kif ġej:
|
|
(2) |
it-taqsima li ġejja hija miżjuda: “B. Id-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva taħt il-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali tal-Ukrajna L-Artikolu 42 tal-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali tal-Ukrajna (‘Kodiċi ta' Proċedura Kriminali’) jipprevedi li kull persuna li tkun suspettata jew mixlija fi proċedimenti kriminali tgawdi d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Dawn jinkludu: id-dritt li wieħed ikun infurmat bir-reat kriminali li jkun ġie ssuspettat jew akkużat bih; id-dritt li jkun infurmat, espressament u fil-pront, bid-drittijiet tiegħu skont il-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali; id-dritt li jkollu, meta jkun talab mill-ewwel darba, aċċess għal avukat tad-difiża; id-dritt li jippreżenta petizzjonijiet għal azzjonijiet proċedurali; u d-dritt li jikkontesta d-deċiżjonijiet, l-azzjonijiet u l-ommissjonijiet mill-investigatur, il-prosekutur pubbliku u l-imħallef inkwirenti. L-Artikolu 306 tal-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali jipprevedi li lmenti kontra deċiżjonijiet, atti jew omissjonijiet tal-investigatur jew il-prosekutur pubbliku għandhom jiġu kkunsidrati minn imħallef inkwirenti ta' Qorti lokali fil-preżenza tar-rikorrenti jew l-avukat tad-difiża jew ir-rappreżentant legali tiegħu. Barra minn hekk, l-Artikolu 309 tal-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali jispeċifika d-deċiżjonijiet tal-imħallfin inkwirenti li jistgħu jiġu kkontestati b'appell, u li deċiżjonijiet oħra jistgħu jkunu soġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju fil-kuntest ta' proċeduri preparatorji fil-Qorti. Barra minn hekk, għadd ta' azzjonijiet investigattivi proċedurali huma possibbli biss soġġett għal deċiżjoni mill-imħallef inkwirenti jew Qorti (pereżempju s-sekwestru ta' proprjetà skont l-Artikolu 164, u l-miżuri ta' detenzjoni skont l-Artikolu 176 tal-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali). Applikazzjoni tad-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ta' kull wieħed mill-persuni elenkati 1. Viktor Fedorovych Yanukovych L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Yanukovych ġew irrispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b'mod partikolari f'għadd ta' deċiżjonijiet tal-Qorti dwar is-sekwestru ta' proprjetà u f'deċiżjoni tal-Qorti tal-1 ta' Novembru 2018 li tagħti permess għall-arrest u t-taħrik u t-tressiq ta' suspettati l-Qorti, kif ukoll minn deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tat-8 ta' Ottubru 2018 li rrifjuta l-applikazzjoni tal-prosekutur għal investigazzjoni speċjali qabel il-proċess in absentia. 2. Vitalli Yuriyovych Zakharchenko L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Zakharchenko ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b'mod partikolari fid-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tal-21 ta' Mejju 2018 u tat-23 ta' Novembru 2018 li jagħtu permess sabiex is-Sur Zakharchenko jinżamm bl-għan li jitressaq il-Qorti biex jipparteċipa fis-seduta ta' smigħ tal-petizzjoni għall-applikazzjoni ta' detenzjoni f'kustodja. 3. Viktor Pavlovych Pshonka L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Pshonka ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b'mod partikolari mid-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tat-12 ta' Marzu 2018 u tat-13 ta' Awwissu 2018 li jagħtu permess sabiex is-Sur Pshonka jinżamm bl-għan li jitressaq il-Qorti biex jipparteċipa fis-seduta ta' smigħ tal-petizzjoni għall-applikazzjoni ta' detenzjoni f'kustodja. 6. Viktor Ivanovych Ratushniak L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Ratushniak ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b'mod partikolari fid-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tal-21 ta' Mejju 2018 u tat-23 ta' Novembru 2018 li jagħtu permess sabiex is-Sur Ratushniak jinżamm bl-għan li jitressaq il-Qorti biex jipparteċipa fis-seduta ta' smigħ tal-petizzjoni għall-applikazzjoni ta' detenzjoni f'kustodja. 7. Oleksandr Viktorovych Yanukovych L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Yanukovych ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b'mod partikolari fid-deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tas-7 ta' Frar 2018 li rrifjuta l-applikazzjoni tal-prosekutur għal investigazzjoni speċjali qabel il-proċess in absentia, f'għadd ta' deċiżjonijiet tal-Qorti dwar is-sekwestru ta' proprjetà u fid-deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tas-27 ta' Ġunju 2018 li tħassar ir-riżoluzzjoni tal-prosekuzzjoni li tiċħad il-mozzjoni tad-difiża sabiex tingħalaq l-investigazzjoni. 9. Artem Viktorovych Pshonka L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Pshonka ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b'mod partikolari fid-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tat-12 ta' Marzu 2018 u tat-13 ta' Awwissu 2018 li jagħtu permess sabiex is-Sur Pshonka jinżamm bl-għan li jitressaq il-Qorti biex jipparteċipa fis-seduta ta' smigħ tal-petizzjoni għall-applikazzjoni ta' detenzjoni f'kustodja. 11. Mykola Yanovych Azarov L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Azarov ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b'mod partikolari fid-deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tat-8 ta' Settembru 2018 li tagħti permess għal investigazzjoni speċjali in absentia kif ukoll id-deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tas-16 ta' Awwissu 2018 li tagħti permess sabiex is-Sur Azarov jinżamm bil-ħsieb li jitressaq il-qorti biex jipparteċipa fis-seduta ta' smigħ tal-petizzjoni għall-applikazzjoni ta' detenzjoni f'kustodja, kif ukoll minn għadd ta' deċiżjonijiet tal-Qorti dwar sekwestri ta' proprjetà. 12. Serhiy Vitalyovych Kurchenko L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Kurchenko ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b'mod partikolari fid-deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tas-7 ta' Marzu 2018 li tagħti permess biex issir investigazzjoni speċjali in absentia. 13. Dmytro Volodymyrovych Tabachnyk L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Tabachnyk ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b'mod partikolari fid-deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tat-8 ta' Mejju 2018 li tagħti permess sabiex is-Sur Tabachnyk jinżamm bl-għan li jitressaq il-Qorti biex jipparteċipa fis-seduta ta' smigħ tal-petizzjoni għall-applikazzjoni ta' detenzjoni f'kustodja. 15. Serhiy Hennadiyovych Arbuzov L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Arbuzov ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b'mod partikolari f'għadd ta' deċiżjonijiet tal-Qorti dwar sekwestri ta' proprjetà kif ukoll l-annullament ta' sekwestri tal-proprjetà. 17. Oleksandr Viktorovych Klymenko L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Klymenko ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b'mod partikolari fid-deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tal-5 ta' Ottubru 2018 li tagħti permess biex issir investigazzjoni speċjali in absentia. 18. Edward Stavytskyi L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Stavytskyi ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri permezz ta' għadd ta' deċiżjonijiet tal-Qorti dwar is-sekwestru ta' proprjetà, id-deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tat-22 ta' Novembru 2017 li tagħti permess biex issir investigazzjoni speċjali in absentia, mill-istruzzjonijiet tal-prosekutur tat-2 ta' Jannar 2018 lill-investigatur biex jinnotifika lis-suspettati u l-avukati tad-difiża tagħhom bit-tlestija tal-investigazzjoni ta' qabel il-proċess u mill-fatt li fit-8 ta' Mejju 2018 l-akkuża ġiet riferuta lill-Qorti Distrettwali Sviatoshynskyi ta' Kiev għal eżami fuq il-merti. L-informazzjoni turi wkoll li ma kien hemm ebda deċiżjoni valida preċedenti mill-prosekuzzjoni biex ma tibdiex investigazzjoni kriminali, u li għaldaqstant il-proċedimenti kriminali rilevanti ma kisrux il-prinċipju ta' ne bis in idem.”. |
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
5.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 64/11 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2019 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE
tal-25 ta' Frar 2019
li jagħtu kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA) fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu għas-sena finanzjarja 2017 [2019/355]
IL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(6) tal-Anness III tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 5/2013 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tas-7 ta' Novembru 2013 dwar l-Istatuti taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA) (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tal-Anness tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 3/2006 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-KE tas-27 ta' Settembru 2006 dwar ir-Regolament Finanzjarju taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA) (3), b'mod partikolari l-Artikolu 26(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet finanzjarji taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali għas-sena finanzjarja 2017 li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2017,
Wara li kkunsidra r-rapport tal-Awdituri dwar il-kontijiet taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2017,
Wara li ħa nota tat-tweġibiet mogħtija mid-Direttur taċ-Ċentru għall-kummenti magħmula mill-Awdituri,
Wara li ħa nota tal-approvazzjoni, mill-Bord taċ-Ċentru, tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji u tar-rapport tal-Awdituri taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali għas-sena finanzjarja 2017,
Billi:
|
(1) |
Id-dħul taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2017 ikkonsista prinċipalment minn kontribuzzjonijiet mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp li jammonta għal EUR 14 792 000. |
|
(2) |
L-implimentazzjoni ġenerali tal-baġit taċ-Ċentru mid-Direttur matul is-sena finanzjarja 2017 kienet tali li jenħtieġ li d-Direttur jingħata kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' dak il-baġit, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-Kumitat, fuq il-bażi tar-rapport tal-Awdituri u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji għas-sena finanzjarja korrispondenti, b'dan jagħti kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu għas-sena finanzjarja 2017.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Frar 2019.
Għall-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE
Il-President
Luminița Teodora ODOBESCU
(1) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
Rettifika
|
5.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 64/12 |
Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 tal-20 ta' Settembru 2016 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, gruppi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 255 tal-21 ta' Settembru 2016 )
Fil-werrej u fil-paġna 1, it-titolu,
minflok:
“Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 tal-20 ta' Settembru 2016 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, gruppi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom”,
aqra:
“Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 tal-20 ta' Settembru 2016 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom”;
Fil-paġna 8, l-Anness I, it-titolu,
minflok:
“Lista ta; persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u gruppi msemmija fl-Artikolu 3”,
aqra:
“Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 3”.