ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 55 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 62 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
* |
||
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
25.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 55/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/320
tat-12 ta' Diċembru 2018
li jissupplimenta d-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 3(3)(g) ta' dik id-Direttiva sabiex jiżgura l-lokalizzazzjoni ta' min qed iċempel f'komunikazzjonijiet ta' emerġenza minn apparat mobbli
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 3(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Kif iddikjarat fil-premessa 14 tad-Direttiva 2014/53/UE, it-tagħmir tar-radju jista' jkun strumentali fil-provvista tal-aċċess għas-servizzi tal-emerġenza u għalhekk jenħtieġ li, fil-każijiet xierqa, ikun iddisinjat b'mod li jkollu l-karatteristiċi meħtieġa biex jiġu aċċessati dawk is-servizzi. |
(2) |
Is-sistema stabbilita skont il-programm Galileo abbażi tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) hija sistema globali ta' navigazzjoni bis-satellita (“GNSS”), kompletament proprjetà tal-Unjoni u kkontrollata minnha, li tipprovdi servizz ta' pożizzjonament preċiż ħafna taħt kontroll ċivili. Is-sistema Galileo tista' tintuża flimkien ma' GNSS oħrajn. |
(3) |
L-Istrateġija Spazjali għall-Ewropa (3) adottata fl-2016 tħabbar miżuri li jintroduċu l-użu ta' servizzi ta' pożizzjonament u ta' navigazzjoni Galileo fil-mowbajls. |
(4) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-5 ta' Diċembru 2017 (4), il-Kunsill appoġġa l-iżvilupp ta' suq downstream b'saħħtu għal applikazzjonijiet u servizzi spazjali, u enfasizza li jenħtieġ li jittieħdu miżuri adegwati, inklużi dawk regolatorji, fejn xieraq, biex tinkiseb il-kompatibbiltà sħiħa tal-apparat mibjugħ fl-Unjoni mas-sistema Galileo u biex jitħeġġeġ l-użu ta' apparati kompatibbli mal-Galileo fis-suq globali. |
(5) |
Id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) tipprevedi l-iskjerament tan-numru uniku Ewropew għas-sejħiet ta' emerġenza (“112”) fl-Unjoni kollha u tobbliga lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-impriżi li jipprovdu lill-utenti aħħarin b'servizz ta' komunikazzjoni elettronika li jippermetti li jsiru sejħiet lil numru jew diversi numri tal-pjan nazzjonali ta' numerazzjoni, jagħmlu l-informazzjoni dwar il-lokalizzazzjoni ta' min qed iċempel disponibbli għall-awtoritajiet li jkunu qed jieħdu ħsieb is-sejħiet ta' emerġenza tal-anqas fir-rigward tan-numru uniku Ewropew tas-sejħiet ta' emerġenza “112”. |
(6) |
Il-mowbajls li jinżammu fl-idejn b'kapaċitajiet tal-informatika avvanzati (“apparat mobbli”) jikkonstitwixxu l-kategorija ta' tagħmir tat-telekomunikazzjoni bir-radju li tintuża l-aktar fl-Unjoni biex isiru sejħiet lin-numru uniku Ewropew għall-emerġenza “112”. |
(7) |
Il-livell ta' preċiżjoni tal-lokalizzazzjoni tat-tagħmir tar-radju li jkun qed jaċċessa servizzi ta' emerġenza huwa fundamentali biex jiżgura li l-aċċess meħtieġ għal dawk is-servizzi ikun effettiv. Attwalment, il-lokalizzazzjoni ta' min qed iċempel f'komunikazzjonijiet ta' emerġenza minn apparat mobbli tiġi stabbilita bl-użu ta' Cell-ID bbażat fuq iż-żona ta' kopertura tat-torri tat-telefonija ċellulari li jkun qed jaqbad mal-apparat mobbli. Iż-żona ta' kopertura tat-torri tat-telefonija ċellullari tvarja minn 100 metru sa diversi kilometri. F'ċerti każijiet, b'mod partikolari fil-muntanji, fil-bliet u f'bini kbir, dan jista' jwassal għal żbalji sinifikanti fil-pożizzjonament ta' min qed iċempel b'emerġenza. |
(8) |
Identifikazzjoni tal-lokalizzazzjoni ta' min qed iċempel ibbażata fuq Cell-ID ikkumplimentata b'informazzjoni Wi-Fi u GNSS tippermetti lokalizzazzjoni ħafna aktar preċiża ta' min qed iċempel u tippermetti sforzi ta' salvataġġ aktar rapidi u aktar effiċjenti, kif ukoll l-aħjar użu tar-riżorsi. |
(9) |
Soluzzjonijiet ibbażati fuq il-lokalizzazzjoni ta' min qed iċempel ibbażati fuq il-GNSS diġà ġew skjerati fi tmien Stati Membri u ċerti pajjiżi terzi. |
(10) |
Fir-rigward tas-sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq is-servizz 112, ir-Regolament (UE) 2015/758 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) diġà jeżiġi li r-riċevituri f'dawk is-sistemi jkunu kompatibbli mas-servizzi ta' pożizzjonament provduti mis-sistemi Galileo u EGNOS. |
(11) |
Għar-raġunijiet stabbiliti, jenħtieġ li l-apparat mobbli jaqa' wkoll fil-kategorija ta' tagħmir tar-radju li tappoġġa ċerti karatteristiċi li jiżguraw l-aċċess għas-servizzi ta' emerġenza msemmija fl-Artikolu 3(3)(g) tad-Direttiva 2014/53/UE. Jenħtieġ li l-apparat mobbli ġdid ikun kapaċi jipprovdi aċċess għall-informazzjoni dwar il-lokalizzazzjoni Wi-Fi u GNSS fil-komunikazzjonijiet ta' emerġenza u jenħtieġ li l-funzjoni tal-pożizzjonament tal-lokalizzazzjoni tkun kompatibbli u tinteraġixxi mas-servizzi provduti mill-programm Galileo. |
(12) |
Id-Direttiva 2014/53/UE hija limitata għall-espressjoni tar-rekwiżiti essenzjali. Sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-konformità ma' dawk ir-rekwiżiti, hija tipprevedi l-preżunzjoni tal-konformità għat-tagħmir tar-radju li jikkonforma mal-istandards armonizzati volontarji li jiġu adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) għall-iskop tal-espressjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati ta' dawk ir-rekwiżiti. |
(13) |
Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) u l-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) ġew mitluba jabbozzaw, b'appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/53/UE, standards armonizzati għat-tagħmir tar-radju (M/536) (8). |
(14) |
Jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jkunu provduti b'perjodu ta' żmien suffiċjenti biex jipproċedu bl-adattamenti meħtieġa għall-apparat mobbli li għandhom l-intenzjoni li jqiegħdu fis-suq. Jenħtieġ li xejn f'dan ir-Regolament ma jiġi interpretat bħala li jipprevjeni lill-operaturi ekonomiċi milli jikkonformaw miegħu sa mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu. |
(15) |
Il-Kummissjoni wettqet konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell tal-esperti, matul ix-xogħol preparatorju tal-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament u kkonsultat il-Grupp ta' Esperti dwar il-Politika Spazjali fil-laqgħat tiegħu tal-14 ta' Novembru 2017 u tal-14 ta' Marzu 2018, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Artikolu 3(3)(g) tad-Direttiva 2014/53/UE għandhom japplikaw għall-mowbajls li jinżammu fl-idejn b'karatteristiċi simili għal dawk ta' kompjuter mil-lat ta' kapaċità biex jittrattaw u jaħżnu d-data.
2. Il-konformità mal-paragrafu 1 għandha tiġi żgurata permezz ta' soluzzjonijiet tekniċi li jippermettu li tiġi riċevuta u pproċessata data mill-Wi-Fi u data minn Sistemi Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita kompatibbli u interoperabbli tal-anqas mas-sistema Galileo msemmija fir-Regolament (UE) Nru 1285/2013, u li jippermettu li dik id-data tkun disponibbli għat-trażmissjoni fil-komunikazzjonijiet ta' emerġenza.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mis-17 ta' Marzu 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1285/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-implimentazzjoni u l-esplojtazzjoni tas-sistemi Ewropej tar-radjunavigazzjoni bis-satellita u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 876/2002 u r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 1).
(3) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Strateġija Spazjali għall-Ewropa (COM (2016)705 final).
(4) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5 ta' Diċembru 2017 dwar “L-Evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-programmi Galileo u EGNOS u tal-prestazzjoni tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea”, 15435/17.
(5) Id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51).
(6) Ir-Regolament (UE) 2015/758 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 li jikkonċerna rekwiżiti għall-approvazzjoni skont it-tip għall-iskjerament tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 77).
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).
(8) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 5376 final tal-4 ta' Awwissu 2015 dwar talba għal standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni rigward it-tagħmir tar-radju biex tappoġġja d-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
25.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 55/4 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/321
tat-18 ta' Frar 2019
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1232
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda (“NM”) annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti. |
(2) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1232 (3), oġġett magħmul minn ħadid fondut bil-grafit sferojdali (ħadid duttili, EN-GJS-500-7) ġie kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 7325 99 10, bħala oġġetti oħrajn ikkastjati ta' ħadid fondut malleabbli. |
(3) |
Il-klassifikazzjoni fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1232 kienet ibbażata fuq in-Noti ta' Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda għall-kodiċi NM 7307 19 10 li ddefinixxew il-ħadid fondut malleabbli u skont dawk in-noti, l-espressjoni “malleabbli” kienet tinkludi l-ħadid fondut bil-grafit sferojdali. |
(4) |
Fil-Kawżi Magħquda C-397/17 u C-398/17, Profit Europe (4), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-fittings fonduti ta' tubi jew pajpijiet tal-ħadid fondut bil-grafit sferojdali jridu jiġu klassifikati taħt is-subintestatura 7307 19 90. |
(5) |
Il-Qorti tal-Ġustizzja bbażat id-deċiżjoni tagħha fuq is-sejba li l-ħadid fondut bil-grafit sferojdali u l-ħadid fondut malleabbli huma differenti f'dak li għandu x'jaqsam ma' kompożizzjoni u mal-metodu ta' produzzjoni tagħhom u li minkejja li l-ħadid fondut bil-grafit sferojdali għandu karatteristiċi simili għal dawk tal-ħadid fondut malleabbli (EN-GJM), xorta waħda jikkostitwixxi kategorija separata fil-klassifikazzjoni ta' ħadid fondut (EN-GJS). |
(6) |
Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li f'dak ir-rigward dawk in-Noti ta' Spjegazzjoni, sakemm dawn jiddikjaraw li “l-espressjoni” malleabbli “tinkludi l-ħadid fondut bil-grafit sferojdali”, dawn se jkollhom l-effett li l-kunċett ta' “ħadid fondut malleabbli” jiġi estiż għal kategorija oħra ta' ħadid fondut u hemm bżonn, għaldaqstant, li jiġu injorati. |
(7) |
Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja hija applikabbli b'analoġija għall-prodott kopert mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1232 peress li dak il-prodott jikkorrispondi għall-istandard EN-GJS-500-7 u l-klassifikazzjoni tiegħu bħala oġġett ta' ħadid malleabbli kienet ibbażata fuq it-test tan-Noti ta' Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda għall-kodiċi NM 7307 19 10, test li skont il-Qorti tal-Ġustizzja jbiddel l-ambitu tas-subintestatura tan-NM 7307 19 10. |
(8) |
Il-klassifikazzjoni tal-oġġett kopert mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1232 għalhekk mhijiex f'konformità mas-sejbiet tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha fil-Kawżi Maqgħuda C-397/17 u C-398/17. |
(9) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1232 jenħtieġ għalhekk li jitħassar u li jiġi sostitwit. |
(10) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda skont il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1232 jitħassar.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Frar 2019.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Stephen QUEST
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1232 tat-3 ta' Lulju 2017 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 177, 8.7.2017, p. 23).
(4) Is-Sentenza tat-12 ta' Lulju 2018, Profit Europe, C-397/17 u C 398/17, EU:C:2018:564.
ANNESS
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi - NM) |
Raġunijiet |
(1) |
(2) |
(3) |
Oġġett tond b'dijametru ta' madwar 500 mm u li jiżen madwar 23 kg. Huwa magħmul minn ħadid fondut bil-grafit sferojdali (ħadid duttili, EN-GJS-500-7). L-oġġett huwa miżbugħ bil-bitumen iswed għall-protezzjoni kontra l-korrużjoni. L-oġġett huwa ċċertifikat skont l-istandard EN 124 (għotjien tal-gandotti u tappieri tal-ħofor għall-ispezzjonar għaż-żoni pedonali u għal dawk tal-vetturi) u jintuża bħala tappiera tad-drenaġġ (pereżempju, għall-katusi tad-drenaġġ tal-ilma tax-xita). Ara l-istampa (1). |
7325 99 90 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata bir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u bil-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 7325 , 7325 99 u 7325 99 90 . Qed tiġi eskluża l-klassifikazzjoni tal-oġġett taħt il-kodiċi tan-NM 7325 10 00 bħala oġġetti oħrajn ikkastjati ta' ħadid fondut mhux malleabbli minħabba li l-ħadid fondut mhux malleabbli ma jibdilx il-forma taħt stress kompressiv, filwaqt li l-ħadid fondut sferojdali jibdel il-forma taħt stress tensili u wkoll taħt stress kompressiv sa ċertu punt. Għalhekk il-ħadid fondut bil-grafit sferojdali bħala tali ma jistgħax jitqies bħala ħadid mhux malleabbli (ara, b'analoġija, is-sentenza tat-12 ta' Lulju 2018, Profit Europe, il-Kawżi Magħquda C-397/17 u C-398/17, EU:C:2018:564). Il-klassifikazzjoni tal-oġġett taħt il-kodiċi tan-NM 7325 99 10 bħala oġġetti oħrajn ikkastjati qed tiġi eskluża wkoll minħabba li l-ħadid fondut bil-grafit sferojdali u l-ħadid fondut malleabbli huma differenti fir-rigward tal-kompożizzjoni u tal-metodu tal-produzzjoni tagħhom. Minkejja li l-ħadid fondut bil-grafit sferojdali għandu karatteristiċi simili għal dawk tal-ħadid fondut malleabbli (EN-GJM), madankollu jikkostitwixxi kategorija separata (EN-GJS) (ara, b'analoġija, is-sentenza tat-12 ta' Lulju 2018, Profit l-Ewropa, il-Kawżi Magħquda C-397/17 u C-398/17). Għaldaqstant, l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 7325 99 90 , bħala “oġġetti oħrajn ikkastjati ta' ħadid ieħor”. |
(1) L-istampa qiegħda hemm biss għal skopijiet ta' informazzjoni.
DEĊIŻJONIJIET
25.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 55/7 |
DEĊIŻJONI (UE) 2019/322 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-31 ta' Jannar 2019
dwar id-delegazzjoni tas-setgħa ta' adozzjoni ta' deċiżjonijiet dwar is-setgħat superviżorji mogħtija taħt id-dritt nazzjonali (BĊE/2019/4)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1)(d) u (e), u l-Artikoli 4(3) u 9(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2017/933 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' Novembru 2016 dwar qafas ġenerali għad-delegazzjoni ta' setgħat ta' teħid ta' deċiżjonijiet għal strumenti legali relatati ma' kompiti superviżorji (BĊE/2016/40) (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,
Billi:
(1) |
Fil-qafas tal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) iwettaq il-kompitu esklussiv ta' superviżjoni fuq l-istituzzjonijiet ta' kreditu bl-għan li jiżgura applikazzjoni konsistenti ta' standards superviżorji, irawwem stabbiltà finanzjarja u jiżgura kundizzjonijiet indaqs. |
(2) |
L-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 jipprovdi li l-BĊE għandu japplika d-dritt tal-Unjoni kollu releventi, u fejn dak id-dritt tal-Unjoni ikun jikkonsisti f'Direttivi, il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi dawk id-Direttivi. |
(3) |
Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, bl-għan li jwettaq il-kompiti mogħtija lilu, il-BĊE għandu s-setgħat u l-obbligi kollha stabbiliti fir-Regolament (UE) Nr 1024/2013 u s-setgħat u l-obbligi kollha li l-awtoritajiet kompetenti għandhom skont id-dritt tal-Unjoni rilevanti. Il-kompetenza tal-BĊE testendi għall-eżerċizzju ta' setgħat superviżorji mogħtija skont id-dritt nazzjonali li mhumiex ipprovduti b'mod espliċitu fid-dritt tal-Unjoni sakemm dawn is-setgħat jaqgħu fil-kompiti tal-BĊE taħt l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 u jsostnu funzjoni superviżorja. Il-BĊE, bħala l-awtorità kompetenti, huwa meħtieġ li jadotta għadd sostanzjali ta' deċiżjonijiet kull sena rigward is-setgħat superviżorji mogħtija taħt id-dritt nazzjonali. |
(4) |
Sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet, deċiżjoni ta' delega hija meħtieġa b'rabta mal-adozzjoni ta' tali deċiżjonijiet. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea rrikonoxxiet li d-delega ta' awtorità hija meħtieġa biex tippermetti lil istituzzjoni li tkun meħtieġa tadotta numru konsiderevoli ta' deċiżjonijiet biex twettaq dmirijietha. B'mod simili, hija rrikonoxxiet il-ħtieġa li tiżgura li korpi li jieħdu deċiżjonijiet ikunu kapaċi jiffunzjonaw bħala prinċipju inerenti tas-sistemi istituzzjonali kollha (3). |
(5) |
Id-delegazzjoni ta' setgħat ta' teħid ta' deċiżjonijiet għandha tkun limitata, proporzjonata, u l-kamp ta' applikazzjoni tad-delegazzjoni għandu jkun speċifikat b'mod ċar. |
(6) |
Id-Deċiżjoni (UE) 2017/933 (BĊE/2016/40) tispeċifika l-proċedura li għandha tiġi segwita għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet superviżorji u l-persuni li lilhom jistgħu jiġu ddelegati setgħat ta' teħid ta' deċiżjonijiet. Dik id-Deċiżjoni ma taffettwax l-eżerċitar tal-kompiti superviżorji tal-BĊE u hija mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Bord Superviżorju li jipproponi abbozzi ta' deċiżjonijiet kompluti lill-Kunsill Governattiv. |
(7) |
Meta l-kriterji għall-adozzjoni ta' deċiżjoni ddelegata, kif stipulat f'din id-Deċiżjoni, ma jiġux sodisfatti, id-deċiżjonijiet għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' nuqqas ta' oġġezzjoni stipulata fl-Artikolu 26(8) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 u speċifikata ulterjorment fl-Artikolu 13g tad-Deċiżjoni BĊE/2004/2 (4). Barra minn hekk, il-proċedura ta' nuqqas ta' oġġezzjoni għandha tintuża wkoll jekk il-kapijiet ta' unitajiet ta' ħidma jkollhom tħassib rigward l-issodisfar tal-kriterji ta' valutazzjoni għad-deċiżjonijiet ta' setgħat nazzjonali minħabba l-kumplessità tal-valutazzjoni. |
(8) |
Id-deċiżjonijiet superviżorji tal-BĊE jistgħu jkunu soġġetti għal rieżami amministrattiv skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 u kif speċifikat ulterjorment fid-Deċiżjoni BĊE/2014/16 (5). Fil-każ ta' tali rieżami amministrattiv, il-Bord Superviżorju għandu jqis l-opinjoni tal-Bord Amministrattiv ta' Reviżjoni u jissottometti abbozz ta' deċiżjoni ġdida lill-Kunsill Governattiv għal adozzjoni taħt il-proċedura ta' nuqqas ta' oġġezzjoni. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“deċiżjonijiet ta' setgħat nazzjonali” tfisser deċiżjonijiet meħuda mill-BĊE fl-eżerċitar tas-setgħat superviżorji tiegħu mogħtija taħt id-dritt nazzjonali li mhumiex ipprovduti b'mod espliċitu fid-dritt tal-Unjoni; |
(2) |
“akkwist ta' parteċipazzjoni” tfisser l-akkwist ta' parteċipazzjoni diretta jew indiretta ta' kapital jew ta' drittijiet ta' vot f'entità oħra, inkluż b'riżultat tal-istabbiliment ta' entità ġdida, minbarra l-akkwist ta' parteċipazzjoni kwalifikanti fit-tifsira tal-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6); |
(3) |
“fużjoni” tfisser (a) operazzjoni li permezz tagħha kumpanija waħda jew aktar, meta jiġu xolti bi jew mingħajr likwidazzjoni, jittrasferixxu l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tagħhom lil kumpanija eżistenti jew kumpanija ġdida, bi skambju għall-ħruġ lill-azzjonisti tagħhom ta' titoli jew ishma li jirrappreżentaw il-kapital ta' dik il-kumpanija eżistenti jew kumpanija ġdida, jew (b) kwalunkwe tranżazzjoni li hija fużjoni taħt id-dritt nazzjonali rilevanti; |
(4) |
“ħall ta' fużjoni” tfisser (a) operazzjoni li permezz tagħha kumpanija waħda jew aktar jaqsmu parti mill-assi u l-obbligazzjonijiet tagħhom u jiffurmaw kumpanija ġdida li żżomm dawn l-assi u l-obbligazzjonijiet, jew (b) kwalunkwe tranżazzjoni li hija ħall ta' fużjoni taħt id-dritt nazzjonali rilevanti; |
(5) |
“pajjiż jew territorju terz” tfisser pajjiż jew territorju barra miż-Żona Ekonomika Ewropea; |
(6) |
“parti relatata” tfisser persuna fiżika li tkun relatata ma' istituzzjoni ta' kreditu jew membru qrib ħafna tal-familja ta' dik il-persuna jew persuna ġuridika li hija relatata ma' istituzzjoni ta' kreditu, skont id-dritt nazzjonali rilevanti; |
(7) |
“deċiżjoni SREP” tfisser id-deċiżjoni adottata mill-BĊE abbażi tal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 wara l-eżami superviżorju u l-proċess ta' valutazzjoni annwali fit-tifsira tal-Artikolu 97 tad-Direttiva 2013/36/UE; |
(8) |
“proporzjon tal-kopertura tal-likwidità” (LCR) tfisser il-proporzjon kif definit fl-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 (7); |
(9) |
“standards superviżorji u regolatorji ekwivalenti” huma rekwiżiti jew arranġamenti superviżorji u regolatorji applikati minn pajjiż jew territorju terz li huma rikonoxxuti mill-Kummissjoni Ewropea bħala ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni skont l-Artikoli 107(4) u 114(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Il-pajjiżi u t-territorji terzi rilevanti huma elenkati fl-Annessi I u IV għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/908/UE (9); |
(10) |
“deċiżjoni ta' delega” u “deċiżjoni ddelegata” għandhom l-istess tifsira bħal fil-punti (2) u (4) tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (UE) 2017/933 (BĊE/2016/40), rispettivament; |
(11) |
“kapijiet ta' unitajiet ta' ħidma” tfisser il-kapijiet tal-unitajiet ta' ħidma tal-BĊE li lilhom tiġi ddelegata s-setgħa li jadottaw deċiżjonijiet ta' setgħat nazzjonali; |
(12) |
“proċedura ta' nuqqas ta' oġġezzjoni” tfisser il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26(8) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, u speċifikata ulterjorment fl-Artikolu 13g tad-Deċiżjoni BĊE/2004/2; |
(13) |
“deċiżjoni negattiva” tfisser deċiżjoni li ma tagħtix, jew li ma tagħtix kompletament, il-permess kif mitlub mill-entità sinifikanti taħt superviżjoni. Deċiżjoni b'dispożizzjonijiet anċillari bħal kundizzjonijiet jew obbligi għandha titqies bħala deċiżjoni negattiva sakemm tali dispożizzjonijiet anċillari (a) ma jiżgurawx li tali entità taħt superviżjoni tissodisfa r-rekwiżiti tad-dritt nazzjonali rilevanti u ma ġewx miftiehma bil-miktub, jew (b) ma jiddikjarawx sempliċiment mill-ġdid wieħed jew aktar mir-rekwiżiti eżistenti li l-istituzzjoni trid tikkonforma magħhom skont dispożizzjoni rilevanti tad-dritt nazzjonali jew ma jeħtiġux informazzjoni dwar l-issodisfar ta' wieħed jew aktar minn dawk ir-rekwiżiti; |
(14) |
“entità sinifikanti taħt superviżjoni” tfisser entità sinifikanti taħt superviżjoni kif iddefinita fil-punt (16) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/17) (10); |
(15) |
“fergħa” tfisser fergħa kif definita fl-Artikolu 4(1)(17) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
(16) |
“uffiċċju rappreżentattiv” tfisser uffiċċju li jippromwovi jew jassisti fl-attivitajiet ta' entità taħt superviżjoni iżda li ma jagħmilx in-negozju ta' istituzzjoni ta' kreditu; |
(17) |
“servizzi ta' appoġġ mhux ċentrali” tfisser servizzi amministrattivi, servizzi lill-klijenti, ġbir ta' dejn, firem elettroniċi jew servizzi simili oħrajn b'rabta man-negozju ta' istituzzjoni ta' kreditu; |
(18) |
“gwida tal-BĊE” tfisser kwalunkwe dokument, adottat mill-Kunsill Governattiv fuq proposta tal-Bord Superviżorju u ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-BĊE u li jagħti gwida dwar l-interpretazzjoni ta' rekwiżiti legali mill-BĊE. |
Artikolu 2
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
1. Din id-Deċiżjoni tispeċifika l-kriterji għad-delegazzjoni ta' setgħat ta' teħid ta' deċiżjonijiet lill-kapijiet ta' unitajiet ta' ħidma tal-BĊE għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet ta' setgħat nazzjonali.
2. Id-delegazzjoni ta' setgħat ta' teħid ta' deċiżjonijiet hija mingħajr preġudizzju għall-valutazzjoni superviżorja li trid issir għat-teħid ta' deċiżjonijiet ta' setgħat nazzjonali.
Artikolu 3
Delegazzjoni ta' deċiżjonijiet ta' setgħat nazzjonali
1. Skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni (UE) 2017/933 (BĊE/2016/40), il-Kunsill Governattiv fil-preżenti jiddelega lill-kapijiet ta' unitajiet ta' ħidma tal-BĊE, innominati mill-Bord Eżekuttiv skont l-Artikolu 5 ta' dik id-Deċiżjoni, is-setgħa li jadottaw deċiżjonijiet ta' setgħat nazzjonali b'rabta ma' dan li ġej: (a) akkwist ta' parteċipazzjonijiet; (b) akkwist ta' assi jew obbigazzjonijiet; (c) bejgħ ta' parteċipazzjonijiet; (d) bejgħ ta' assi jew obbligazzjonijiet; (e) fużjonijiet; (f) ħall ta' fużjonijiet; (g) operazzjonijiet f'pajjiżi jew territorji terzi; (h) esternalizzazzjoni; (i) emendi għall-istatuti; (j) ħatriet ta' awdituri esterni; (k) kreditu lil partijiet relatati.
2. Id-deċiżjonijiet ta' setgħat nazzjonali msemmija fl-ewwel paragrafu għandhom ikunu adottati permezz ta' deċiżjoni ddelegata jekk il-kriterji rilevanti għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet iddelegati stipulati fl-Artikoli 4 sa 14 ikunu sodisfatti.
3. Id-deċiżjonijiet ta' setgħat nazzjonali m'għandhomx ikunu adottati permezz ta' deċiżjoni ddelegata jekk id-dritt nazzjonali tirrikjedi l-approvazzjoni superviżorja ta' miżuri strateġiċi tal-istituzzjonijiet ta' kreditu jew jekk il-kumplessità tal-valutazzjoni tirrikjedi li jiġu adottati taħt il-proċedura ta' nuqqas ta' oġġezzjoni.
4. Kwalunkwe delegazzjoni ta' setgħat ta' teħid ta' deċiżjonijiet tapplika kemm għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet superviżorji kif ukoll għall-approvazzjoni ta' valutazzjonijiet pożittivi mill-BĊE fejn deċiżjoni superviżorja mhijiex meħtieġa taħt id-dritt nazzjonali.
5. Id-deċiżjonijiet negattivi m'għandhomx ikunu adottati permezz ta' deċiżjoni ddelegata.
6. Fejn deċiżjoni ma tistax tkun adottata permezz ta' deċiżjoni ddelegata, din għandha tkun adottata skont il-proċedura ta' nuqqas ta' oġġezzjoni.
Artikolu 4
Kriterji għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet iddelegati dwar l-akkwist ta' parteċipazzjonijiet
1. Id-deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni ta' akkwist ta' parteċipazzjonijiet f'istituzzjonijiet ta' kreditu jew f'istituzzjonijiet mhux ta' kreditu minn entità sinifikanti taħt superviżjoni għandhom jittieħdu permezz ta' deċiżjoni ddelegata jekk il-kriterji kollha li ġejjin ikunu sodisfatti:
(a) |
l-impatt fuq il-fondi proprji tal-entità sinifikanti taħt superviżjoni akkwirenti huwa limitat, li jfisser li:
|
(b) |
l-impatt fuq is-sitwazzjoni tal-likwidità tal-entità sinifikanti taħt superviżjoni akkwirenti huwa limitat, li jfisser li:
|
(c) |
l-entità fil-mira tinsab fi Stat Membru tal-Unjoni jew fiż-Żona Ekonomika Ewropea, jew f'pajjiż jew territorju terz bi standards superviżorji u regolatorji ekwivalenti. |
2. Il-valutazzjoni tal-akkwist ta' parteċipazzjonijiet għandha ssir skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali, waqt li titqies ukoll kwalunkwe gwida tal-BĊE applikabbli u/jew pożizzjonijiet ta' politika, gwidi jew atti simili tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
Artikolu 5
Kriterji għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet iddelegati dwar l-akkwist ta' assi jew obbligazzjonijiet
1. Id-deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni tal-akkwist ta' assi jew f'istituzzjonijiet ta' kreditu jew f'istituzzjonijiet mhux ta' kreditu minn entità sinifikanti taħt superviżjoni għandhom jittieħdu permezz ta' deċiżjoni ddelegata jekk il-kriterji kollha li ġejjin ikunu sodisfatti:
(a) |
l-impatt fuq il-fondi proprji tal-entità sinifikanti taħt superviżjoni akkwirenti, b'riżultat tal-akkwist, huwa limitat, li jfisser li:
|
(b) |
l-impatt fuq is-sitwazzjoni tal-likwidità tal-entità sinifikanti taħt superviżjoni akkwirenti, b'riżultat tal-akkwist, huwa limitat, li jfisser li:
|
(c) |
il-valur tal-assi u l-obbligazzjonijiet akkwistati ma jaqbiżx 25 % tal-assi totali tal-entità sinifikanti taħt superviżjoni akkwirenti fil-livell individwali. |
2. Il-valutazzjoni tal-akkwist ta' assi jew obbligazzjonijiet għandha ssir skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali, waqt li titqies ukoll kwalunkwe gwida tal-BĊE applikabbli u/jew pożizzjonijiet ta' politika, gwidi jew atti simili tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
Artikolu 6
Kriterji għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet iddelegati dwar il-bejgħ ta' parteċipazzjonijiet
1. Id-deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni tal-bejgħ ta' parteċipazzjonijiet minn entità sinifikanti taħt superviżjoni għandhom jittieħdu permezz ta' deċiżjoni ddelegata jekk il-kriterji kollha li ġejjin ikunu sodisfatti:
(a) |
l-impatt fuq il-fondi proprji tal-entità sinifikanti taħt superviżjoni li qed tbiegħ huwa limitat, li jfisser li:
|
(b) |
l-impatt fuq is-sitwazzjoni tal-likwidità tal-entità sinifikanti taħt superviżjoni li qed tbiegħ huwa limitat, li jfisser li:
|
2. Il-valutazzjoni tal-bejgħ ta' parteċipazzjonijiet għandha ssir skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali, waqt li titqies ukoll kwalunkwe gwida tal-BĊE applikabbli u/jew pożizzjonijiet ta' politika, gwidi jew atti simili tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
Artikolu 7
Kriterji għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet iddelegati dwar il-bejgħ ta' assi jew obbligazzjonijiet
1. Id-deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni ta' bejgħ ta' assi jew obbligazzjonijiet minn entità sinifikanti taħt superviżjoni għandhom jittieħdu permezz ta' deċiżjoni ddelegata jekk il-kriterji kollha li ġejjin ikunu sodisfatti:
(a) |
l-impatt fuq il-fondi proprji tal-entità sinifikanti taħt superviżjoni li qed tbiegħ, b'riżultat tal-bejgħ tal-assi jew tal-obbligazzjonijiet, huwa limitat, li jfisser li:
|
(b) |
l-impatt fuq is-sitwazzjoni tal-likwidità tal-entità sinifikanti taħt superviżjoni li qed tbiegħ, b'riżultat tal-bejgħ tal-assi jew tal-obbligazzjonijiet, huwa limitat, li jfisser li:
|
(c) |
Il-valur tal-assi jew tal-obbligazzjonijiet mibjugħin ma jaqbiżx 25 % tal-assi totali tal-entità sinifikanti taħt superviżjoni li qed tbiegħ fil-livell individwali. |
2. Il-valutazzjoni tal-bejgħ ta' assi jew obbligazzjonijiet għandha ssir skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali, waqt li titqies ukoll kwalunkwe gwida tal-BĊE applikabbli u/jew pożizzjonijiet ta' politika, gwidi jew atti simili tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
Artikolu 8
Kriterji għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet iddelegati dwar il-fużjonijiet
1. Id-deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni ta' fużjonijiet li jinvolvu mill-inqas entità sinifikanti taħt superviżjoni waħda għandhom jittieħdu permezz ta' deċiżjoni ddelegata jekk il-kriterji kollha li ġejjin ikunu sodisfatti:
(a) |
l-impatt fuq il-fondi proprji tal-entità sinifikanti taħt superviżjoni li jirriżulta mill-fużjoni huwa limitat, li jfisser li:
|
(b) |
l-impatt fuq is-sitwazzjoni tal-likwidità tal-entità sinifikanti taħt superviżjoni li jirriżulta mill-fużjoni huwa limitat, li jfisser li:
|
(c) |
l-istruttura ta' governanza tal-entità sinifikanti taħt superviżjoni li tirriżulta mill-fużjoni ma tqajjimx tħassib superviżorju. |
2. Is-setgħat tat-teħid ta' deċiżjonijiet fl-ebda ċirkustanza m'għandhom jiġu ddelegati lill-kapijiet tal-unitajiet ta' ħidma fir-rigward ta' dan li ġej:
(a) |
fużjonijiet bejn entità sinifikanti taħt superviżjoni u entità oħra li ma tappartjenix għall-istess grupp tal-entità sinifikanti taħt superviżjoni; jew |
(b) |
fużjonijiet transkonfinali bejn entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni li jappartjenu għall-istess grupp. |
3. Il-valutazzjoni tal-fużjonijiet għandha ssir skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali, waqt li titqies ukoll kwalunkwe gwida tal-BĊE applikabbli u/jew pożizzjonijiet ta' politika, gwidi jew atti simili tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
Artikolu 9
Kriterji għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet iddelegati dwar ħall ta' fużjonijiet
1. Id-deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni ta' ħall ta' fużjonijiet li jinvolvu mill-inqas entità sinifikanti taħt superviżjoni waħda għandhom jittieħdu permezz ta' deċiżjoni ddelegata jekk il-kriterji kollha li ġejjin ikunu sodisfatti:
(a) |
l-impatt fuq il-fondi proprji tal-entità jew tal-entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni li jirriżulta mill-ħall tal-fużjoni huwa limitat, li jfisser li:
|
(b) |
l-impatt fuq is-sitwazzjoni tal-likwidità tal-entità jew tal-entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni li jirriżulta mill-ħall tal-fużjoni huwa limitat, li jfisser li:
|
(c) |
l-istruttura ta' governanza tal-entità jew tal-entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni li tirriżulta mill-ħall tal-fużjoni ma tqajjimx tħassib superviżorju. |
2. Is-setgħat tat-teħid ta' deċiżjonijiet fl-ebda ċirkustanza m'għandhom jiġu ddelegati lill-kapijiet tal-unitajiet ta' ħidma fir-rigward ta' dan li ġej:
(a) |
ħall ta' fużjonijiet li jirriżulta fl-istabbiliment ta' entità oħra li ma tappartjenix għall-istess grupp tal-entità sinifikanti taħt superviżjoni; jew |
(b) |
ħall ta' fużjonijiet li jirriżulta fl-istabbiliment ta' entità oħra f'pajjiż jew territorju differenti minn dak li fih l-entità sinifikanti taħt superviżjoni hija stabbilita. |
3. Il-valutazzjoni ta' ħall ta' fużjoni għandha ssir skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali, waqt li titqies ukoll kwalunkwe gwida tal-BĊE applikabbli u/jew pożizzjonijiet ta' politika, gwidi jew atti simili tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
Artikolu 10
Kriterji għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet iddelegati dwar operazzjonijiet f'pajjiżi jew territorji terzi
1. Id-deċiżjonijiet li japprovaw l-istabbiliment ta' fergħa minn entità sinifikanti taħt superviżjoni f'pajjiż jew f'territorju terz għandhom jittieħdu permezz ta' deċiżjoni ddelegata jekk il-kriterji kollha li ġejjin ikunu sodisfatti:
(a) |
il-fergħa hija stabbilita f'pajjiż jew territorju terz bi standards superviżorji u regolatorji ekwivalenti; |
(b) |
it-total ta' assi tal-fergħa kif stmati fil-programm tal-operazzjonijiet ma jaqbżux l-10 % tat-total ta' assi tal-entità sinifikanti taħt superviżjoni; u |
(c) |
il-fergħa tagħmel tranżazzjonijiet li jsiru primarjament fil-pajjiż jew it-territorju terz fejn il-fergħa hija stabbilita. |
2. Id-deċiżjonijiet dwar l-operazzjonijiet li ġejjin minn entità sinifikanti taħt superviżjoni għandhom jittieħdu permezz ta' deċiżjoni ddelegata:
(a) |
l-għeluq ta' fergħa; |
(b) |
il-bidliet fl-istrutturi tal-fergħa; |
(c) |
l-istabbiliment jew l-għeluq ta' uffiċċju rappreżentattiv; u |
(d) |
il-provvediment ta' servizzi bankarji f'pajjiż jew territorju terz mingħajr l-istabbiliment ta' preżenza fiżika hemmhekk fil-forma ta' fergħa jew sussidjarja, |
sakemm l-operazzjonijiet rilevanti ma jsirux f'pajjiż inkluż fil-lista fl-Anness għar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 (11).
3. Il-valutazzjoni ta' operazzjonijiet f'pajjiżi jew territorji għandha ssir skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali, waqt li titqies ukoll kwalunkwe gwida tal-BĊE applikabbli u/jew pożizzjonijiet ta' politika, gwidi jew atti simili tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
Artikolu 11
Kriterji għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet iddelegati dwar l-esternalizzazzjoni
1. Id-deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni ta' esternalizzazzjoni ta' attivitajiet minn entità sinifikanti taħt superviżjoni għandhom jittieħdu permezz ta' deċiżjoni ddelegata jekk wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin ikunu sodisfatti:
(a) |
il-fornitur tas-servizz huwa parti mill-istess grupp bħall-entità sinifikanti taħt superviżjoni (esternalizzazzjoni intragrupp) u huwa stabbilit fl-Unjoni; jew |
(b) |
il-fornitur tas-servizz huwa entità taħt superviżjoni stabbilita fl-Unjoni u awtorizzata li twettaq is-servizzi esternalizzati; jew |
(c) |
l-esternalizzazzjoni tikkonċerna servizzi ta' appoġġ mhux ċentrali u l-fornitur tas-servizz huwa stabbilit fl-Unjoni jew fiż-Żona Ekonomika Ewropea. |
2. Il-valutazzjoni ta' proġetti ta' esternalizzazzjoni għandha ssir skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali, waqt li titqies ukoll kwalunkwe gwida tal-BĊE applikabbli u/jew pożizzjonijiet ta' politika, gwidi jew atti simili tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
Artikolu 12
Kriterji għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet iddelegati dwar l-emendi għall-istatuti
1. Id-deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni ta' emendi għall-istatuti ta' entità sinifikanti taħt superviżjoni għandhom jittieħdu permezz ta' deċiżjoni ddelegata fil-każijiet li ġejjin:
(a) |
emendi li huma purament formali, inkluż it-tibdil tal-isem u l-indirizz; |
(b) |
emendi li sempliċiment jittrasponu rekwiżiti statutorji ta' natura leġiżlattiva jew regolatorja; |
(c) |
emendi li jimplimentaw deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva jew li jsiru fuq talba tal-BĊE; |
(d) |
emendi li jirrigwardaw il-kapital tal-ishma tal-entità sinifikanti taħt superviżjoni jekk id-deċiżjoni dwar il-fondi proprji (eż. dwar il-klassifikazzjoni ta' strumenti kapitali bħala strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni jew it-tnaqqis ta' fondi proprji) hija ddelegata wkoll; |
(e) |
emendi għall-istatuti ta' sussidjarja sabiex dawn jiġu allinjati mal-istatuti tal-impriża prinċipali jekk l-emendi għal dawn tal-aħħar ġew approvati mill-BĊE. |
2. Il-valutazzjoni tal-emendi għall-istatuti għandha ssir skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali, waqt li titqies ukoll kwalunkwe gwida tal-BĊE applikabbli u/jew pożizzjonijiet ta' politika, gwidi jew atti simili tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
Artikolu 13
Kriterji għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet iddelegati dwar il-ħatriet jew il-bidliet ta' awdituri esterni
1. Id-deċiżjonijiet dwar il-ħatriet jew il-bidliet ta' awdituri esterni ta' entità sinifikanti taħt superviżjoni għandhom jittieħdu permezz ta' deċiżjoni ddelegata fejn tali deċiżjonijiet jikkostitwixxu, taħt id-dritt nazzjonali rilevanti, l-eżerċizzju ta' superviżjoni prudenzjali skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013.
2. Is-setgħat ta' teħid ta' deċiżjonijiet fl-ebda ċirkustanza m'għandhom jiġu ddelegati lill-kapijiet ta' unitajiet ta' ħidma fir-rigward ta' (a) deċiżjonijiet li jirrigwardaw is-sostituzzjoni ta' awditur estern minn ieħor maħtur mill-awtorità superviżorja kompetenti, jew (b) deċiżjonijiet li jirrigwardaw il-ħatra ta' awditur estern fuq direzzjoni tal-awtorità superviżorja kompetenti.
3. Il-valutazzjoni tal-idoneità ta' awdituri esterni għandha ssir skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali, waqt li titqies ukoll kwalunkwe gwida tal-BĊE applikabbli u/jew pożizzjonijiet ta' politika, gwidi jew atti simili tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
Artikolu 14
Kriterji għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet iddelegati dwar kreditu lil partijiet relatati
1. Id-deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni tal-għoti ta' kreditu minn entità sinifikanti taħt superviżjoni lil parti relatata għandhom jittieħdu permezz ta' deċiżjoni ddelegata jekk il-kriterji kollha li ġejjin ikunu sodisfatti:
(a) |
l-iskopertura totali tal-entità sinifikanti taħt superviżjoni lejn il-parti relatata ma taqbiżx EUR 5 miljun; u |
(b) |
it-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli għall-għoti ta' kreditu mhumiex aktar favorevoli minn dawk li bihom jingħata kreditu lil klijenti li mhumiex partijiet relatati, jew tal-anqas huma simili għal dawk applikabbli għall-istess tip ta' operazzjonijiet konklużi ma' impjegati li mhumiex partijiet relatati mal-entità sinifikanti taħt superviżjoni. |
2. Il-valutazzjoni tal-għoti ta' kreditu lil parti relatata għandha ssir skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali, waqt li titqies ukoll kwalunkwe gwida tal-BĊE applikabbli u/jew pożizzjonijiet ta' politika, gwidi jew atti simili tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
Artikolu 15
Dispożizzjoni tranżitorja
Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika f'każijiet fejn l-applikazzjoni li titlob l-approvazzjoni għal kwalunkwe waħda mill-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1) tkun ġiet ippreżentata lill-BĊE qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 16
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-31 ta' Jannar 2019.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.
(2) ĠU L 141, 1.6.2017, p. 14.
(3) Ara, pereżempju, is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta' Settembru 1986, AKZO Chemie BV u AKZO Chemie UK Ltd vs Il-Kummissjoni, 5/85, ECLI:EU:C:1986:328, punt 37; u s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta' Mejju 2005, Carmine Salvatore Tralli vs Il-BĊE, C-301/02 P, ECLI:EU:C:2005:306, punt 59.
(4) Id-Deċiżjoni BĊE/2004/2 tad-19 ta' Frar 2004 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 80, 18.3.2004, p. 33).
(5) Id-Deċiżjoni BĊE/2014/16 tal-14 ta' April 2014 dwar l-istabbiliment ta' Bord Amministrattiv ta' Rieżami u r-Regoli Operattivi tiegħu (ĠU L 175, 14.6.2014, p. 47).
(6) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(7) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 1).
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(9) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/908/UE tat-12 ta' Diċembru 2014 dwar l-ekwivalenza ta' rekwiżiti superviżorji u regolatorji ta' ċerti pajjiżi u territorji terzi għall-finijiet tat-trattament ta' skoperturi skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 359, 16.12.2014, p. 155).
(10) Ir-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma' awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament Qafas tal-MSU) (BĊE/2014/17) (ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1).
(11) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 tal-14 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidentifika pajjiżi terzi b'riskju kbir b'nuqqasijiet strateġiċi (ĠU L 254, 20.9.2016, p. 1).
25.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 55/16 |
DEĊIŻJONI (UE) 2019/323 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-12 ta' Frar 2019
li tinnomina kapijiet ta' unitajiet ta' xogħol għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet iddelegati fuq poteri superviżorji mogħtija taħt id-dritt nazzjonali (BĊE/2019/5)
IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 11.6 tiegħu,
Wara li ra d-Deċiżjoni (UE) 2017/933 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' Novembru 2016 dwar qafas ġenerali għad-delegazzjoni ta' setgħat ta' teħid ta' deċiżjonijiet għal strumenti legali relatati ma' kompiti superviżorji (BĊE/2016/40) (1) u b'mod partikolari l-Artikoli 4 u 5 tagħha,
Wara li ra d-Deċiżjoni (UE) 2019/322 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar id-delegazzjoni tas-setgħa li jiġu adottati deċiżjonijiet fuq poteri superviżorji mogħtija taħt id-dritt nazzjonali (BĊE/2019/4) (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BĊE/2004/2 tad-19 ta' Frar 2004 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,
Billi:
(1) |
Ġiet stabbilita proċedura għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet iddelegati speċifiċi biex tindirizza n-numru konsiderevoli ta' deċiżjonijiet illi l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irid jadotta għat-twettiq tal-kompiti superviżorji tiegħu. |
(2) |
Deċiżjoni ta' delega hija effettiva mal-adozzjoni ta' deċiżjoni mill-Bord Eżekuttiv li tinnomina kap ta' unità tax-xogħol jew aktar biex jieħu deċiżjonijiet abbażi ta' deċiżjoni ta' delega. |
(3) |
L-importanza tad-deċiżjoni ta' delega u n-numru ta' indirizzati li lilhom iridu jintbagħtu d-deċiżjonijiet iddelegati għandhom jiġu kkunsidrati mill-Bord Eżekuttiv fin-nomina ta' kapijiet ta' unitajiet ta' xogħol. |
(4) |
Il-President tal-Bord Superviżorju ġie kkonsultat dwar il-kapijiet ta' unitajiet ta' xogħol li lilhom għandha tiġi ddelegata s-setgħa biex jadottaw deċiżjonijiet dwar poteri superviżorji mogħtija taħt id-dritt nazzjonali. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Deċiżjonijiet iddelegati dwar poteri superviżorji mogħtija taħt id-dritt nazzjonali
Deċiżjonijiet iddelegati skont id-Deċiżjoni (UE) 2019/322 (BĊE/2019/4) jiġu adottati minn wieħed mill-kapijiet ta' unitajiet ta' xogħol li ġejjin:
(a) |
id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali Superviżjoni Mikroprudenzjali I, jekk is-superviżjoni tal-entità jew grupp taħt superviżjoni relevanti hija mwettqa mid-Direttorat Ġenerali Superviżjoni Mikroprudenzjali I; |
(b) |
id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali Superviżjoni Mikroprudenzjali II, jekk is-superviżjoni tal-entità jew grupp taħt superviżjoni relevanti hija mwettqa mid-Direttorat Ġenerali Superviżjoni Mikroprudenzjali II; jew |
(c) |
jekk Direttur Ġenerali ma jkunx disponibbli, id-Deputat Direttur Ġenerali tagħhom. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-12 ta' Frar 2019.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 141, 1.6.2017, p. 14.
(2) Ara l-paġna 7 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.