ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 35

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
7 ta' Frar 2019


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/219 tal-31 ta' Jannar 2019 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti Bulot de la Baie de Granville (IĠP)

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/220 tas-6 ta' Frar 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom

3

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/221 tas-6 ta' Frar 2019 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 785/2007, (KE) Nru 379/2009, (KE) Nru 1087/2009, (UE) Nru 9/2010, (UE) Nru 337/2011 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 389/2011, (UE) Nru 528/2011, (UE) Nru 840/2012, (UE) Nru 1021/2012, (UE) 2016/899, (UE) 2016/997, (UE) 2017/440 u (UE) 2017/896 fir-rigward ta' isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni u r-rappreżentant tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għal ċerti addittivi tal-għalf ( 1 )

28

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/222 tal-20 ta' Diċembru 2018 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Interim Ewro-Mediterranju dwar kummerċ u kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana (AP) tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-estensjoni tal-Pjan ta' Azzjoni UE-AP

32

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Rakkomandazzjoni Nru 1/2019 tal-Kumitat Konġunt UE-PLO tal-31 ta' Jannar 2019 li tapprova l-estensjoni tal-Pjan ta' Azzjoni UE-AP [2019/223]

35

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2019 tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-Inbid UE-Ġappun tal-1 ta' Frar 2019 dwar il-formoli li għandhom jintużaw bħala ċertifikati għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' prodotti tal-inbid li joriġinaw mill-Ġappun u l-modalitajiet li jikkonċernaw l-awtoċertifikazzjoni [2019/224]

36

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

7.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 35/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/219

tal-31 ta' Jannar 2019

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti “Bulot de la Baie de Granville” (IĠP)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-applikazzjoni ta' Franza biex id-denominazzjoni “Bulot de la Baie de Granville” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Bulot de la Baie de Granville” jenħtieġ li tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Bulot de la Baie de Granville” (IĠP) hija rreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 1.7. Ħut frisk, molluski, krustaċji u prodotti derivati minnhom skont l-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Jannar 2019.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 303, 29.8.2018, p. 7.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


7.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 35/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/220

tas-6 ta' Frar 2019

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta' Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 19(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-għan tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 (2) huwa li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 338/97 u li jiżgura l-konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) (“il-Konvenzjoni”).

(2)

Fis-sbatax-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni, ġew miftiehma ċerti bidliet fir-Riżoluzzjoni Conf. 11.20 (Rev. CoP17) tas-CITES, rigward il-kummerċ fl-ilfunjanti u r-rinoċeronti ħajjin. Fl-istess laqgħa, il-lista tar-referenzi standard għan-nomenklatura annessa mar-Riżoluzzjoni Conf. 12.11 (Rev. CoP17) tas-CITES, li tintuża biex tindika l-ismijiet xjentifiċi tal-ispeċijiet f'permessi u ċertifikati, ġiet ristrutturata u aġġornata.

(3)

Fil-laqgħa nru 67 tiegħu, il-Kumitat Permanenti tal-Konvenzjoni adotta linji gwida riveduti għat-tressiq tar-rapport annwali. Il-linji gwida jinkludu kodiċijiet riveduti li għandhom jiġu inklużi fid-deskrizzjoni tal-kampjuni, kif ukoll l-unitajiet ta' kejl li għandhom jintużaw fil-permessi u fiċ-ċertifikati.

(4)

Il-bidliet fir-Riżoluzzjonijiet Conf. 11.20 u Conf. 12.11 tas-CITES, u l-kodiċijiet u l-unitajiet ta' kejl riveduti, jeħtieġ li jiġu riflessi fir-Regolament (KE) Nru 865/2006.

(5)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 865/2006 jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Kummerċ tal-Fawna u l-Flora Selvaġġi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 865/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

Jiddaħħal l-Artikolu 5b li ġej:

“Artikolu 5b

Kontenut speċifiku tal-permessi u taċ-ċertifikati għar-rinoċeronti ħajjin u għall-iljunfanti ħajjin

Il-permessi u ċ-ċertifikati maħruġin skont l-Artikolu 4 jew l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 338/97 għall-importazzjoni jew għall-esportazzjoni mill-ġdid tar-rinoċeronti ħajjin jew tal-iljunfanti ħajjin minn popolazzjonijiet inklużi fl-Anness B ta' dak ir-Regolament għandhom jinkludu kundizzjoni li tiddikjara li l-qrun jew l-avorju minn dawk l-annimali jew minn uliedhom ma jistgħux jidħlu f'kummerċ jew f'attivitajiet kummerċjali fi ħdan l-Unjoni. Barra minn hekk, ir-rinoċeronti ħajjin jew l-iljunfanti ħajjin minn dawk il-popolazzjonijiet ma għandhomx ikunu soġġetti għall-kaċċa għat-trofej barra mill-firxa storika tagħhom”;

(2)

L-Annessi VII u VIII huma sostitwiti bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Frar 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  OJ L 61, 3.3.1997, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 tal-4 ta' Mejju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (ĠU L 166, 19.6.2006, p. 1).


ANNESS

“ANNESS VII

Kodiċijiet li jridu jiġu inklużi fid-deskrizzjoni tal-kampjuni u unitajiet ta' kejl li jridu jintużaw fil-permessi u ċ-ċertifikati skont l-Artikolu 5(1) u (2)

Deskrizzjoni

Kodiċi tat-term. kumm.

Unità preferuta

Unità alternattiva

Spjegazzjoni

baliena

BAL

kg

numru

lanżit f'ħalq il-baliena

qoxra ta' siġra

BAR

kg

 

qoxra ta' siġra (naturali, imnixxfa jew magħmula trab; mhux ipproċessata)

ġisem

BOD

numru

kg

annimali mejtin sostanzjalment sħaħ, inkluż ħut frisk jew ipproċessat, fkieren tal-baħar ibbalzmati, friefet ibbalzmati, rettili fl-alkoħol, trofej tal-kaċċa sħaħ ibbalzmati, eċċ.

għadam

BON

kg

numru

għadam, inkluż ixdqa

calipee

CAL

kg

 

calipee jew calipash (il-qarquċa tal-fekruna tal-baħar għas-soppa)

karapaċa

CAP

numru

kg

qxur sħaħ naturali jew mhux maħduma tal-ispeċijiet Testudines

tinqix

CAR

kg

numru

prodotti mnaqqxa għajr l-avorju, l-għadam u l-qrun - pereżempju l-qroll u l-injam (inkluż oġġetti tal-artiġjanat).

Nota: It-tinqix tal-avorju għandu jiġi speċifikat bħala tali (ara isfel - “IVC”). Barra minn hekk, għall-ispeċijiet li minnhom jistgħu jitnaqqxu aktar minn tip ta' prodott wieħed (eż. qarn u għadam), il-kodiċi tat-terminu kummerċjali għandu jindika t-tip ta' prodott fil-kummerċ (eż. tinqix tal-għadam “BOC” jew tinqix tal-qarn “HOC”), fejn possibbli.

tinqix - għadam

BOC

kg

numru

tinqix tal-għadam

tinqix - qarn

HOC

kg

numru

tinqix tal-qarn

tinqix - avorju

IVC

kg

numru

tinqix tal-avorju, inkluż eż. biċċiet maħduma żgħar tal-avorju (imqabad tas-skieken, settijiet tal-iskakki, settijiet tal-mahjong, eċċ.). Nota: In-nejbiet sħaħ imnaqqxa għandhom jiġu rrappurtati bħala nejbiet (ara “TUS” hawn isfel). Il-ġojjellerija li ssir mill-avorju mnaqqax għandu jiġi rrappurtat bħala “ġojjellerija - avorju” (ara “IJW” hawn isfel).

kavjar

CAV

kg

 

bajd mejjet ipproċessat u mhux fertilizzat mill-ispeċijiet kollha ta' Acipenseriformes; magħruf ukoll bħala “roe” (għenieqed ta' bajd)

laqx

CHP

kg

 

laqx tal-injam, speċjalment Aquilaria spp., Gyrinops spp. u Pterocarpus santalinus

difer

CLA

numru

kg

dwiefer – eż. ta' Felidae, Ursidae jew Crocodylia (Nota: “dwiefer tal-fekruna tal-baħar” – ġeneralment ikunu qxur u mhux dwiefer reali)

drapp

CLO

m2

kg

drapp – jekk id-drapp ma jkunx magħmul kollu kemm hu mix-xagħar ta' speċi tas-CITES, il-piż tax-xagħar tal-ispeċi kkonċernata għandu jiġi rreġistrat, jekk possibbli, taħt “HAI”

qroll (naturali)

COR

numru

kg

qroll u blat tal-qroll naturali jew mhux maħdum (kif ukoll blat ħaj u substrat) [kif iddefinit fir-Riżoluzzjoni Conf. 11.10 (Rev. CoP15)]. Il-blat tal-qroll għandu jiġi rreġistrat bħala “Scleractinia spp.”

Nota: il-kummerċ għandu jiġi rreġistrat bin-numru ta' biċċiet biss jekk il-kampjuni tal-qroll jiġu ttrasportati fl-ilma.

Il-blat ħaj (ittrasportat f'kaxex, fl-umdu) għandu jiġi rrapportat f'kg; is-substrat tal-qroll għandu jiġi rrapportat bin-numru ta' biċċiet (billi dawn jiġu ttrasportati fl-ilma bħala s-substrat li miegħu jkunu maqbudin l-qrolliet mhux tas-CITES).

kożmetiċi

COS

g

ml

kożmetiċi li fihom estratti ta' speċijiet elenkati fis-CITES. Il-kwantità għandha tirrifletti l-ammont ta' speċijiet preżenti elenkati fis-CITES.

kultura

CUL

numru ta' flasks, eċċ.

 

kulturi ta' pjanti mnisslin artifiċjalment

derivattivi

DER

kg/l

 

derivattivi (għajr dawk inklużi xi mkien ieħor f'din it-tabella)

pjanti mnixxfin

DPL

numru

 

pjanti mnixxfin – eż. kampjuni ta' erbarju

widna

EAR

numru

 

widnejn – ġeneralment tal-iljunfanti

bajd

EGG

numru

kg

bajd sħiħ mejjet jew imbattal (ara wkoll “kavjar”)

bajd (ħaj)

EGL

numru

kg

bajd ħaj fertilizzat – ġeneralment ta' għasafar u rettili, iżda jinkludi wkoll ħut u invertebrati

qoxra ta' bajda

ESH

g/kg

 

qoxra ta' bajda naturali jew mhux maħduma, għajr bajd sħiħ

estratt

EXT

kg

l

estratt – ġeneralment estratti ta' pjanti

rix

FEA

kg/numru ta' ġwienaħ

numru

rix – fil-każ ta' oġġetti (eż. stampi) magħmula mir-rix, irreġistra n-numru ta' oġġetti

fibra

FIB

kg

m

fibri – eż. fibri minn pjanti, iżda jinkludu fibri tal-pali tat-tennis

pinna

FIN

kg

 

pinen jew biċċiet ta' pinen friski, iffriżati jew imnixxfa (inkluż flipers)

ħut żagħżugħ (fingerlings)

FIG

kg

numru

ħut żgħir, bl-età ta' sena jew sentejn, għall-kummerċ tal-akkwarji, għall-imfaqas jew għal operazzjonijiet ta' rilaxx

fjura

FLO

kg

 

fjuri

qasrija għall-fjuri

FPT

numru

 

qsari għall-fjuri, magħmula minn partijiet ta' pjanta - eż. fibri tad-diksonja (nota: pjanti ħajjin innegozjati fl-hekk imsejħa “qsari tal-komunità” għandhom jiġu rreġistrati bħala “pjanti ħajjin”, mhux bħala qsari għall-fjuri)

saqajn iż-żrinġ

LEG

kg

 

saqajn iż-żrinġ

frott

FRU

kg

 

frott

sieq

FOO

numru

 

saqajn – eż. tal-iljunfanti, tar-rinoċeronti, tal-ippopotamu, tal-iljuni, tal-kukkudrilli, eċċ.

prodott tal-pil (kbir)

FPL

numru

 

prodotti manifatturati kbar tal-pil - eż. kutri tal-pil tal-ors jew tal-linċi, jew prodotti oħra tal-pil ta' daqs sostanzjali

prodott tal-pil (żgħir)

FPS

numru

 

prodotti manifatturati żgħar tal-pil - inkluż ħendbegs, ornamenti għaċ-ċwievet, portmonijiet, imħaded, tirqim, eċċ.

marrara

GAL

kg

 

marrara

bużżieqa tal-marrara

GAB

numru

kg

bużżieqa tal-marrara

biċċa ħwejjeġ

GAR

numru

 

ħwejjeġ tal-ilbies - inkluż ingwanti u kpiepel, iżda mhux żraben. Tinkludi wkoll tirqim jew tiżjin fuq il-ħwejjeġ

organi ġenitali

GEN

kg

numru

organi ġenitali maskili

skwami tal-garġi

GIL

numru

 

skwami tal-garġi (eż. għall-klieb il-baħar)

għerq għat-tilqim

GRS

numru

 

għeruq għat-tilqim (mingħajr it-tilqim)

xagħar

HAI

kg

g

xagħar – inkluż ix-xagħar tal-annimali kollha, eż. tal-iljunfanti, tal-yak, tal-vicuña, tal-guanaco

prodotti tax-xagħar

HAP

numru

g

prodotti magħmula mix-xagħar (eż. brazzuletti tax-xagħar tal-iljunfanti)

qarn

HOR

numru

kg

qrun – inkluż il-qrun taċ-ċriev

ġojjellerija

JWL

numru

g

ġojjellerija - inkluż brazzuletti, ġiżirajjen, u oġġetti oħra tal-ġojjellerija minn prodotti għajr l-avorju (eż. injam, qroll, eċċ.)

ġojjellerija - avorju

IJW

numru

g

ġojjellerija magħmula mill-avorju

prodott tal-ġilda (kbir)

LPL

numru

 

prodotti manifatturati kbar tal-ġilda – eż. valiġġetti, għamara, bagalji, bagolli tal-ivvjaġġar

prodott tal-ġilda (żgħir)

LPS

numru

 

prodotti manifatturati żgħar tal-ġilda - eż. ċinturini, qfieli, sruġ tar-roti, portafolli għaċ-ċekkijiet jew għal karti ta' kreditu, ħendbegs, ornamenti għaċ-ċwievet, notebooks, portmonijiet, żraben, boroż tat-tabakk, kartieri, ċineġ tal-arloġġi u tirqim

ħaj

LIV

numru

kg

annimali u pjanti ħajjin

werqa

LVS

kg

numru

weraq

zokk ta' siġra

LOG

m3

 

l-injam kollu mhux maħdum, bil-qoxra jew mingħajru, imnixxef jew le, jew kwadrat fuq fuq, għall-ipproċessar speċifikament fi njam isserrat, polpa tal-injam jew fuljetti. Nota: il-kummerċ ta' zkuk tal-injam maqtugħin għal għan speċjali nnegozjati skont il-piż (eż. lignum vitae, Guaniacum spp.) għandu jiġi rreġistrat f'kg

laħam

MEA

kg

 

laħam, inkluż il-laħam tal-ħut jekk mhux sħiħ (ara “ġisem”), laħam frisk jew mhux ipproċessat, kif ukoll il-laħam kollu pproċessat (eż. affumikat, nej, imnixxef, iffriżat jew fil-landa)

mediċina

MED

kg/l

 

mediċina

misk

MUS

g

 

misk

żejt

OIL

kg

l

żejt - eż. minn fkieren tal-baħar, bumerini, balieni, ħut, pjanti varji

ġawhra

PRL

numru

 

ġawhra (eż. għal Strombus gigas)

tasti tal-pjanu

KEY

numru

 

tasti tal-pjanu tal-avorju (eż. pjanu standard ikun fih 52 tast tal-pjanu tal-avorju)

biċċa tal-għadam

BOP

kg

 

biċċiet tal-għadam, mhux manifatturati

biċċa tal-qrun

HOP

kg

 

biċċiet tal-qrun, mhux manifatturati – inkluż skart

biċċa tal-avorju

IVP

kg

 

biċċiet tal-avorju, mhux manifatturati — inkluż skart

pjanċa

PLA

m2

 

pjanċi tal-ġildiet - inkluż twapet jekk ikunu magħmulin minn diversi ġildiet

triplaj

PLY

m2

m3

materjal magħmul minn tliet folji tal-injam jew aktar, inkollati u ppressati ma' xulxin, u ġeneralment imqiegħda b'mod li l-vini tas-saffi suċċessivi jiġu f'angolu

trab

POW

kg

 

trab

pupa

PUP

numru

 

pupi tal-friefet

għerq

ROO

numru

kg

għeruq, basal, basal tuberuż jew tuberi

Nota: Għall-unitajiet tassonomiċi Aquilaria spp. u Gyrinops spp. li jipproduċu l-injam tal-agar, l-unità preferuta hija “kg”. L-unità alternattiva hija “numru”

tapit

RUG

numru

 

twapet

rostru tal-pixxisega

ROS

numru

kg

rostru tal-pixxisega

injam isserrat

SAW

m3

 

injam sempliċement isserrat mit-tul jew prodott minn proċess ta' tixlif fuq il-profil; normalment bi ħxuna ta' aktar minn 6 mm. Nota: il-kummerċ tal-injam isserrat għal għan speċjali ta' injam innegozjat skont il-piż (eż. lignum vitae, Guaiacum spp.) għandu jiġi rreġistrat f'kg

qxur

SCA

kg

 

qxur - eż. tal-fekruna tal-baħar, ta' rettili oħrajn, tal-ħut, tal-pangolini

żerriegħa

SEE

kg

 

żrieragħ

qoxra

SHE

numru

kg

qxur naturali jew mhux maħduma tal-molluski

ġenb

SID

numru

 

ġnub jew faldi tal-ġlud; ma tinkludix oqsfa Tinga tal-kukkudrill (ara taħt “ġilda”)

skeletru

SKE

numru

 

skeletri sostanzjalment sħaħ

ġilda

SKI

numru

 

ġlud sostanzjalment sħaħ, naturali jew ikkunzati, inkluż l-oqfsa Tinga tal-kukkudrill, it-tirqim estern tal-ġisem, bil-qxur jew mingħajrhom

biċċa tal-ġilda

SKP

kg

 

biċċiet tal-ġilda - inkluż skart, naturali jew ikkunzat

kranju

SKU

numru

 

kranji

soppa

SOU

kg

l

soppa - eż. tal-fekruna tal-baħar

kampjun (xjentifiku)

SPE

kg/l/ml/numru

 

kampjuni xjentifiċi - inkluż demm, tessut (eż. kilwa, milsa, eċċ.), preparazzjonijiet istoloġiċi, kampjuni ppreżervati għal mużew, eċċ.

zokk ta' pjanta

STE

numru

kg

zkuk tal-pjanti

Nota: Għall-unitajiet tassonomiċi Aquilaria spp. u Gyrinops spp. li jipproduċu l-injam tal-agar, l-unità preferuta hija “kg”. L-unità alternattiva hija “numru”

bużżieqa tal-ħut

SWI

kg

 

organu idrostatiku, inkluż isinglass/kolla tal-isturjun

denb

TAI

numru

kg

dnieb - eż. tal-caiman (għall-ġilda) jew tal-volpi (għat-tirqim tal-ħwejjeġ, kullari, boas, eċċ.), inkluż id-dnieb taċ-ċetaċji

sinna

TEE

numru

kg

snien - eż. tal-balieni, tal-iljuni, tal-ipoppotami, tal-kukkudrilli, eċċ.

injam

TIM

m3

kg

injam naturali għajr zkuk isserrati u njam isserrat

trofew

TRO

numru

 

trofej - il-partijiet kollha ta' trofej ta' annimal wieħed jekk jiġu esportati flimkien: eż. il-qrun (2), il-kranju, il-ġilda tar-ras u tal-għonq, il-ġilda tad-dahar, id-denb u s-saqajn (jiġifieri għaxar kampjuni) jikkostitwixxu trofew wieħed. Madankollu, jekk pereżempju l-kranju u l-qrun huma l-uniċi kampjuni ta' annimal li jiġu esportati, dawn l-oġġetti flimkien għandhom jiġu rreġistrati bħala trofew wieħed. Inkella l-oġġetti għandhom jiġu rreġistrati separatament. Ġisem sħiħ ibbalzmat jiġi rreġistrat taħt “BOD”. Ġilda weħidha tiġi rreġistrata taħt “SKI”. Il-kummerċ fi “muntatura sħiħa”, “muntatura tal-ispallejn” u “nofs muntatura”, flimkien ma' kwalunkwe parti korrispondenti għall-istess annimal esportati flimkien fuq l-istess liċenzja, għandu jiġi rrappurtat bħala “1 TRO”.

proboxxide

TRU

numru

kg

proboxxide ta' ljunfant. Nota: Proboxxide ta' ljunfant esportata ma' oġġetti ta' trofew oħra mill-istess annimali fuq l-istess liċenzja bħala parti minn trofew tal-kaċċa għandha tiġi rappurtata bħala “TRO”.

nejba

TUS

numru

kg

nejbiet sostanzjalment sħaħ, maħduma jew le. Tinkludi nejbiet tal-iljunfanti, tal-ipoppotami, tal-walrus, tan-narwhal, iżda mhux snien oħrajn

folji tal-fuljetta

 

 

 

 

fuljetta rotatorja

VEN

m3

kg

safef jew pjanċi rqaq tal-injam ta' ħxuna uniformi, is-soltu 6 mm jew inqas, normalment imqaxxra (fuljetta rotatorja) jew imqattgħa (fuljetta mqattgħa), għall-użu fil-manifattura tat-triplaj, għall-għamara, għall-kontenituri, eċċ.

fuljetta mqattgħa

VEN

m2

kg

xama'

WAX

kg

 

xama'

prodott tal-injam

WPR

numru

kg

prodotti manifatturati tal-injam, inkluż prodotti tal-injam lesti bħal għamara jew strumenti mużikali

Leġġenda tal-unitajiet ta' kejl

Unità ta' kejl

Kodiċi tal-unità

grammi

g

kilogrammi

kg

litri

l

ċentimetri kubi

cm3

millilitri

ml

metri

m

metri kwadri

m2

metri kubi

m3

numru ta' kampjuni

numru

Nota: Jekk ma tiġi speċifikata ebda unità ta' kejl, wieħed għandu jassumi li tkun in-numru (eż. ta' annimali ħajjin).

ANNESS VIII

Referenzi standard għan-nomenklatura li għandhom jintużaw skont l-Artikolu 5(4) sabiex jindikaw ismijiet xjentifiċi ta' speċijiet fil-permessi u ċ-ċertifikati

FAWNA

 

 

Unità tassonomika kkonċernata

Referenza tassonomika

MAMMALIA

 

 

l-unitajiet tassonomiċi kollha tal-MAMMALIA

għajr ir-rikonoxximent tal-ismijiet li ġejjin għall-forom selvaġġi tal-ispeċijiet (flok l-ismijiet għall-forom domestiċi):

Bos gaurus, Bos mutus, Bubalus arnee, Equus africanus, Equus przewalskii, u

għajr l-unità tassonomika mniżżla taħt l-ordnijiet differenti tal-Mammalia aktar 'l isfel

Wilson, D. E. & Reeder, D. M. (ed.) (2005): Mammal Species of the World. A Taxonomic and Geographic Reference. Third edition, Vol. 1-2, xxxv + 2142 pp. Baltimore (John Hopkins University Press).

ARTIODACTYLA

Camelidae

Lama guanicoe

Wilson, D. E. & Reeder, D. M. (1993): Mammal Species of the World: a Taxonomic and Geographic Reference. Second edition. xviii + 1207 pp., Washington (Smithsonian Institution Press).

CETACEA

Balaenopteridae

Balaenoptera omurai

Wada, S., Oishi, M. & Yamada, T. K. (2003): A newly discovered species of living baleen whales. - Nature, 426: 278-281.

 

Delphinidae

Orcaella heinsohni

Beasly, I., Robertson, K. M. & Arnold, P. W. (2005): Description of a new dolphin, the Australian Snubfin Dolphin, Orcaella heinsohni sp. n. (Cetacea, Delphinidae). -- Marine Mammal Science, 21(3): 365-400.

 

Delphinidae

Sotalia fluviatilis

Sotalia guianensis

Caballero, S., Trujillo, F., Vianna, J. A., Barrios-Garrido, H., Montiel, M. G., Beltrán-Pedreros, S., Marmontel, M., Santos, M. C., Rossi-Santos, M. R. & Baker, C. S. (2007). Taxonomic status of the genus Sotalia: species level ranking for “tucuxi” (Sotalia fluviatilis) and “costero” (Sotalia guianensis) dolphins. - Marine Mammal Science, 23: 358-386.

 

Delphinidae

Sousa plumbea

Sousa sahulensis

Jefferson, T. A.& Rosenbaum, H. C. (2014): Taxonomic revision of the humpback dolphins (Sousa spp.), and description of a new species from Awstralja. - Marine Mammal Science, 30(4): 1494-1541.

 

Delphinidae

Tursiops australis

Charlton-Robb, K., Gershwin, L.-A., Thompson, R., Austin, J., Owen, K. & McKechnie, S. (2011): A new dolphin species, the Burrunan Dolphin Tursiops australis sp. nov., endemic to southern Australian coastal waters. - PLoS ONE, 6 (9): e24047.

 

Iniidae

Inia araguaiaensis

Hrbek, T., da Silva, V. M. F., Dutra, N., Gravena, W., Martin, A. R. & Farias, I. P. (2014): A new species of river dolphin from Brazil or: How little do we know our biodiversity. - PLoS ONE 83623: 1-12.

 

Phocoenidae

Neophocaena asiaeorientalis

Jefferson, T. A. & Wang, J. Y. (2011): Revision of the taxonomy of finless porpoises (genus Neophocaena): The existence of two species. - Journal of Marine Animals and their Ecology, 4 (1): 3-16.

 

Physeteridae

Physeter macrocephalus

Rice, D. W., (1998): Marine Mammals of the World: Systematics and Distribution - Society of Marine Mammalogy Special Publication Number 4, The Society for Marine Mammalogy, Lawrence, Kansas.

 

Platanistidae

Platanista gangetica

Rice, D. W., (1998): Marine Mammals of the World: Systematics and Distribution - Society of Marine Mammalogy Special Publication Number 4, The Society for Marine Mammalogy, Lawrence, Kansas.

 

Ziphiidae

Mesoplodon hotaula

Dalebout, M. L., Scott Baker, C., Steel, D., Thompson, K., Robertson, K. M., Chivers, S. J., Perrin, W. F., Goonatilake, M., Anderson, C. R., Mead, J. G., Potter, C. W., Thompson, L., Jupiter, D. and Yamada, T. K. (2014): Resurrection of Mesoplodon hotaula Deraniyagala 1963: A new species of beaked whale in the tropical Indo-Pacific. - Marine Mammal Science, 30 (3): 10811108.

PRIMATI

Atelidae

Ateles geoffroyi

Rylands, A. B., Groves, C. P., Mittermeier, R. A., Cortes-Ortiz, L. & Hines, J. J. (2006): Taxonomy and distributions of Mesoamerican primates. - In: A. Estrada, P. Garber, M. Pavelka and L. Luecke (eds), New Perspectives in the Study of Mesoamerican Primates: Ecology, Behavior and Conservation, pp. 29-79. Springer, New York, USA.

 

Aotidae

Aotus jorgehernandezi

Defler, T. R. & Bueno, M. L. (2007): Aotus diversity and the species problem. – Primate Conservation, 22: 55-70.

 

Cebidae

Callithrix manicorensis

Garbino, T. & Siniciato, G. (2014): The taxonomic status of Mico marcai (Alperin 1993) and Mico manicorensis (van Roosmalen et al. 2000) (Cebidae, Callitrichinae) from Southwestern Brazilian Amazonia. - International Journal of Primatology, 35 (2): 529-546. (għal Mico marcai iggruppat ma' Mico manicorensis u ttrattat bħala Callithrix manicorensis skont is-CITES)

 

Cebidae

Cebus flavius

Oliveira, M. M. de & Langguth, A. (2006): Rediscovery of Marcgrave's Capuchin Monkey and designation of a neotype for Simia flava Schreber, 1774 (Primates, Cebidae). - Boletim do Museu Nacional do Rio de Janeiro, N.S., Zoologia,523: 1-16.

 

Cebidae

Mico rondoni

Ferrari, S. F., Sena, L., Schneider, M. P. C. & Júnior, J. S. S. (2010): Rondon's Marmoset, Mico rondoni sp. n., from southwestern Brazilian Amazonia. - International Journal of Primatology, 31: 693-714.

 

Cebidae

Saguinus ursulus

Gregorin, R. & de Vivo, M. (2013): Revalidation of Saguinus ursula Hoffmannsegg (Primates: Cebidae: Callitrichinae). - Zootaxa, 3721 (2): 172-182.

 

Cebidae

Saimiri collinsi

Merces, M. P., Alfaro, J. W. L., Ferreira, W. A. S., Harada, M. L. & Júnior, J. S. S. (2015): Morphology and mitochondrial phylogenetics reveal that the Amazon River separates two eastern squirrel monkey species: Saimiri sciureus and S. collinsi. - Molecular Phylogenetics and Evolution, 82: 426-435.

 

Cercopithecidae

Cercopithecus lomamiensis

Hart, J.A., Detwiler, K.M., Gilbert, C.C., Burrell, A.S., Fuller, J.L., Emetshu, m., Hart, T.B., Vosper, A., Sargis, E.J. & Tosi, A.J. (2012): Lesula: A new species of Cercopithecus monkey endemic to the Democratic Republic of Congo and implications for conservation of Congo's Central Basin. - PLoS ONE, 7 (9): e44271.

 

Cercopithecidae

Macaca munzala

Sinha, A., Datta, A., Madhusudan, M. D. & Mishra, C. (2005): Macaca munzala: A new species from western Arunachal Pradesh, northeastern India. - International Journal of Primatology,26(4): 977-989: doi: 10.1007/s10764-005-5333-3.

 

Cercopithecidae

Rhinopithecus strykeri

Geismann, T., Lwin, N., Aung, S. S., Aung, T. N., Aung, Z. M., Hla, T. H., Grindley, M. & Momberg, F. (2011): A new species of snub-nosed monkey, genus Rhinopithecus Milne-Edwards, 1872 (Primates, Colobinae), from Northern Kachin State, Northeastern Myanmar. - Amer. J. Primatology, 73: 96-107.

 

Cercopithecidae

Rungwecebus kipunji

Davenport, T. R. b., Stanley, W. t., Sargis, E. j., de Luca, D. w., Mpunga, N. E., Machaga, S. J. & Olson, L. E. (2006): A new genus of African monkey, Rungwecebus: Morphology, ecology, and molecular phylogenetics. - Science,312: 1378-1381.

 

Cercopithecidae

Trachypithecus villosus

Brandon- Jones, d., Eudey, A. A., Geissmann, t., Groves, C. p., Melnick, D. j., Morales J. C., Shekelle, M. & Steward, C.-B. (2004): Asian primate classification. - International Journal of Primatology, 25: 97-163.

 

Cercopithecidae

Cheirogaleus lavasoensis

Thiele, d., Razafimahatratra, E. & Hapke, A. (2013): Discrepant partitioning of genetic diversity in mouse lemurs and dwarf lemurs - biological reality or taxonomic bias? - Molecular Phylogenetics and Evolution, 69: 593-609.

 

Cercopithecidae

Microcebus gerpi

Radespiel, U., Ratsimbazafy, J. H., Rasoloharijaona, S., Raveloson, H., Andriaholinirina, N., Rakotondravony, R., Randrianarison, R. M. & Randrianambinina, B. (2012): First indications of a highland specialist among mouse lemurs (Microcebus spp.) and evidence for a new mouse lemur species from eastern Madagascar. - Primates, 53: 157-170.

 

Cercopithecidae

Microcebus marohita

Microcebus tanosi

Rasoloarison, R. M., Weisrock, D. W., Yoder, A. D., Rakotondravony, D. & Kappeler, P. M. [2013]: Two new species of mouse lemurs (Cheirogaleidae: Microcebus) from Eastern Madagascar. International Journal of Primatology, 34: 455-469.

 

Hylobatidae

Nomascus annamensis

Van Ngoc Thinh, Mootnick, A. R., Vu Ngoc Thanh, Nadler, T. & Roos, C. (2010): A new species of crested gibbon from the central Annamite mountain range. - Vietnamese Journal of Primatology, 4: 1-12.

 

Lorisidae

Nycticebus kayan

Munds, R.A., Nekaris, K.A.I. & Ford, S.M. (2013): Taxonomy of the bornean slow loris, with new species Nycticebus kayan (Primates, Lorisidae). - American Journal of Primatology, 75: 46-56.

 

Pitheciidae

Cacajao melanocephalus Cacajao oukary

Ferrari, S. F., Guedes, P. G., Figueiredo-Ready, W. M. B. & Barnett, A. A. (2014): Reconsidering the taxonomy of the Black-faced Uacaris, Cacajao melanocephalus group (Mammalia: Pitheciidae), from the northern Amazon Basin. - Zootaxa, 3866 (3): 353-370.

 

Pitheciidae

Callicebus aureipalatii

Wallace, R. B., Gómez, H., Felton, A. & Felton, A. (2006): On a new species of titi monkey, genus Callicebus Thomas (Primates, Pitheciidae), from western Bolivia with preliminary notes on distribution and abundance. - Primate Conservation, 20: 29-39.

 

Pitheciidae

Callicebus caquetensis

Defler, T. R., Bueno, M. L. & García, J. (2010): Callicebus caquetensis: a new and Critically Endangered titi monkey from southern Caquetá, Colombia. - Primate Conservation, 25: 1-9.

 

Pitheciidae

Callicebus vieira

Gualda-Barros, J., Nascimento, F. O. & Amaral, M. K. (2012): A new species of Callicebus Thomas, 1903 (Primates, Pitheciidae) from the states of Mato Grosso and Pará, Brazil. - Papéis Avulsos de Zoologia (São Paulo), 52: 261-279.

 

Pitheciidae

Callicebus miltoni

Dalponte, J. C., Silva, F. E. & Silva Júnior, J. S. (2014): New species of titi monkey, genus Callicebus Thomas, 1903 (Primates, Pitheciidae), from Southern Amazonia, Brazil. - Papéis Avulsos de Zoologia, São Paulo, 54: 457-472.

 

Pitheciidae

Pithecia cazuzai

Pithecia chrysocephala

Pithecia hirsuta

Pithecia inusta

Pithecia isabela

Pithecia milleri

Pithecia mittermeieri

Pithecia napensis

Pithecia pissinattii

Pithecia rylandsi

Pithecia vanzolinii

Marsh, L.K. (2014): A taxonomic revision of the saki monkeys, Pithecia Desmarest, 1804. - Neotropical Primates, 21: 1-163.

 

Tarsiidae

Tarsius lariang

Merker, S. & Groves, C.P. (2006): Tarsius lariang: A new primate species from Western Central Sulawesi. - International Journal of Primatology, 27(2): 465-485.

 

Tarsiidae

Tarsius tumpara

Shekelle, m., Groves, C., Merker, S. & Supriatna, J. (2010): Tarsius tumpara: A new tarsier species from Siau Island, North Sulawesi. - Primate Conservation, 23: 55-64.

PROBOSCIDEA

Elephantidae

Loxodonta africana

Wilson, D. E. & Reeder, D. m. (1993): Mammal Species of the World: a Taxonomic and Geographic Reference. Second edition. xviii + 1207 pp., Washington (Smithsonian Institution Press).

SCANDENTIA

Tupaiidae

Tupaia everetti

Roberts, T. E., Lanier, H. C., Sargis, E. J. & Olson, L. E. (2011): Molecular phylogeny of treeshrews (Mammalia: Scandentia) and the timescale of diversification in Southeast Asia. - Molecular Phylogenetics and Evolution, 60 (3): 358-372.

 

Tupaiidae

Tupaia palawanensis

Sargis, E. J., Campbell, K. K. & Olson, L. E.(2014): Taxonomic boundaries and craniometric variation in the treeshrews (Scandentia, Tupaiidae) from the Palawan faunal region. - Journal of Mammalian Evolution, 21 (1): 111-123.

AVES

APODIFORMES

 

ismijiet ta' għasafar fuq il-livelli tal-ordni u tal-familja

Morony, J. J., Bock, W. J. & Farrand, J., Jr. (1975): Reference List of the Birds of the World. American Museum of Natural History. 207 pp.

 

 

l-ispeċijiet kollha ta' għasafar - għajr l-unitajiet tassonomiċi msemmija isfel

Dickinson, E.C. (ed.)(2003): The Howard and Moore Complete Checklist of the Birds of the World. Revised and enlarged 3rd Edition. 1039 pp. London (Christopher Helm).

flimkien ma'

Dickinson, E.C. (2005): Corrigenda 4 (02.06.2005) to Howard & Moore Edition 3 (2003). http://www.naturalis.nl/sites/naturalis.en/contents/i000764/corrigenda%204_final.pdf (disponibbli fuq is-sit web tas-CITES)

 

Trochilidae

Chlorostilbon lucidus

Pacheco, J. F. & Whitney, B. M. (2006): Mandatory changes to the scientific names of three Neotropical birds. - Bull. Brit. Orn. Club, 126: 242-244.

 

Trochilidae

Eriocnemis isabellae

Cortés-Diago, A., Ortega, L. A., Mazariegos-Hurtado, L. & Weller, A.-A. (2007): A new species of Eriocnemis (Trochilidae) from southwest Colombia. - Ornitologia Neotropical, 18:161-170.

 

Trochilidae

Phaethornis aethopyga

Piacentini, V. Q., Aleixo, A. & Silveira, L. F. (2009): Hybrid, subspecies or species? The validity and taxonomic status of Phaethornis longuemareus aethopyga Zimmer, 1950 (Trochilidae). - Auk, 126: 604-612.

FALCONIFORMES

Accipitridae

Aquila hastata

Parry, S. J., Clark, W. S. & Prakash, V. (2002) On the taxonomic status of the Indian Spotted Eagle Aquila hastata. - Ibis, 144: 665-675.

 

Accipitridae

Buteo socotraensis

Porter, R. F. & Kirwan, G. M. (2010): Studies of Socotran birds VI. The taxonomic status of the Socotra Buzzard. - Bulletin of the British Ornithologists' Club, 130 (2): 116-131.

 

Falconidae

Micrastur mintoni

Whittaker, A. (2002): A new species of forest-falcon (Falconidae: Micrastur) from southeastern Amazonia and the Atlantic rainforests of Brazil. - Wilson Bulletin, 114: 421-445.

PASSERIFORMES

Muscicapidae

Garrulax taewanus

Collar, N. J. (2006): A partial revision of the Asian babblers (Timaliidae). - Forktail, 22: 85-112.

PSITTACIFORMES

Cacatuidae

Cacatua goffiniana

Roselaar, C. S. & Michels, J. P. (2004): Nomenclatural chaos untangled, resulting in the naming of the formally undescribed Cacatua species from the Tanimbar Islands, Indonesia (Psittaciformes: Cacatuidae). -- Zoologische Verhandelingen, 350: 183-196.

 

Loriidae

Trichoglossus haematodus

Collar, N. J. (1997) Family Psittacidae (Parrots). In del Hoyo, J., Elliot, A. and Sargatal, J. (eds.), Handbook of the Birds of the World, 4 (Sandgrouse to Cuckoos): 280-477. Barcelona (Lynx Edicions).

 

Psittacidae

Aratinga maculata

Nemesio, A. & Rasmussen, C. (2009): The rediscovery of Buffon's “Guarouba” or “Perriche jaune”: two senior synonyms of Aratinga pintoi Silveira, Lima & Höfling, 2005 (Aves: Psittaciformes). - Zootaxa, 2013: 1-16.

 

Psittacidae

Forpus modestus

Pacheco, J. F. & Whitney, B. M. (2006): Mandatory changes to the scientific names of three Neotropical birds. - Bull. Brit. Orn. Club, 126: 242-244.

 

Psittacidae

Pionopsitta aurantiocephala

Gaban-Lima, R., Raposo, M. A. & Höfling, E. (2002): Description of a new species of Pionopsitta (Aves: Psittacidae) endemic to Brazil. - Auk, 119: 815-819.

 

Psittacidae

Poicephalus robustus

Poicephalus fuscicollis

Coetzer, W.G., Downs, C.T., Perrin, M.R. & Willows-Munro, S. (2015): Molecular Systematics of the Cape Parrot (Poicephalus robustus). Implications for Taxonomy and Conservation. - PLoS ONE, 10(8):e0133376. doi: 10.1371/journal.pone.0133376.

 

Psittacidae

Psittacula intermedia

Collar, N. J. (1997) Family Psittacidae (Parrots). In del Hoyo, J., Elliot, A. and Sargatal, J. (eds.), Handbook of the Birds of the World, 4 (Sandgrouse to Cuckoos): 280-477. Barcelona (Lynx Edicions).

 

Psittacidae

Pyrrhura griseipectus

Olmos, F., Silva, W. A. G. & Albano, C. (2005: Grey-breasted Conure Pyrrhura griseipectus, an overlooked endangered species. - Cotinga, 24: 77-83.

 

Psittacidae

Pyrrhura parvifrons

Arndt, T. (2008): Anmerkungen zu einigen Pyrrhura-Formen mit der Beschreibung einer neuen Art und zweier neuer Unterarten. - Papageien, 8: 278-286.

STRIGIFORMES

Strigidae

Glaucidium mooreorum

Da Silva, J. M. C., Coelho, G. & Gonzaga, P. (2002): Discovered on the brink of extinction: a new species of pygmy owl (Strigidae: Glaucidium) from Atlantic forest of northeastern Brazil. - Ararajuba, 10(2): 123-130.

 

Strigidae

Ninox burhani

Indrawan, M. & Somadikarta, S. (2004): A new hawk-owl from the Togian Islands, Gulf of Tomini, central Sulawesi, Indonesia. - Bulletin of the British Ornithologists' Club, 124: 160-171.

 

Strigidae

Otus thilohoffmanni

Warakagoda, D. H. & Rasmussen, P. C. (2004): A new species of scops-owl from Sri Lanka. - Bulletin of the British Ornithologists' Club, 124(2): 85-105.

REPTILIA

CROCODYLIA & RHYNCHOCEPHALIA

 

Crocodylia & Rhynchocephalia għajr l-unitajiet tassonomiċi msemmija isfel

Wermuth, H. & Mertens, R. (1996) (reprint): Schildkröte, Krokodile, Brückenechsen. xvii + 506 pp. Jena (Gustav Fischer Verlag).

 

Crocodylidae

Crocodylus johnstoni

Tucker, A. D. (2010): The correct name to be applied to the Australian freshwater crocodile, Crocodylus johnstoni [Krefft, 1873]. - Australian Zoologist, 35(2): 432-434.

 

Sphenodontidae

Sphenodon spp.

Hay, J. M., Sarre, S. D., Lambert, D. m., Allendorf, F. W. & Daugherty, C. H. (2010): Genetic diversity and taxonomy: a reassessment of species designation in tuatara (Sphenodon: Reptilia). - Conservation Genetics, 11 (93): 1063-1081.

SAURIA

 

għad-delimitazzjoni tal-familji fi ħdan is-Sauria

Pough, F. H., Andrews, R. M., Cadle, J. E., Crump, M. L., Savitzky, A. H. & Wells, K. D. (1998): Herpetology. Upper Saddle River/New Jersey (Prentice Hall).

 

Agamidae

Saara spp.

Uromastyx spp.

Wilms, T. M., Böhme, W., Wagner, P., Lutzmann, N. & Schmitz, A. (2009): On the phylogeny and taxonomy of the genus Uromastyx Merrem, 1820 (Reptilia: Squamata: Agamidae: Uromastycinae) - resurrection of the genus Saara Gray, 1845. - Bonner zool. Beiträge, 56(1-2): 55-99.

 

Chamaeleonidae

Chamaleonidae spp.

Glaw, F. (2015): Taxonomic checklist of chamaeleons (Squamata: Chamaeleonidae). — Vertebrate Zoology, 65(2): 167-246.

(http://www.senckenberg.de/files/content/forschung/publikationen/vertebratezoology/vz65-2/01_vertebrate_zoology_65-2_glaw_167-246.pdf)

 

Cordylidae

Cordylidae spp. għajr l-unità tassonomika msemmija isfel

Stanley, E. L., Bauer, A. M., Jackman, T. R., Branch, W. R. & P. le F. N. (2011): Between a rock and a hard polytomy: rapid radiation in the rupicolous girdled lizards (Squamata: Cordylidae). - Molecular Phylogenetics and Evolution, 58(1): 53-70.

 

Cordylidae

Cordylus marunguensis

Greenbaum, E., Stanley, E. L., Kusamba, C., Moninga, W. m., Goldberg, S. R. & Cha (2012): A new species of Cordylus (Squamata: Cordylidae) from the Marungu Plateau of south-eastern Democratic Republic of the Congo. - African Journal of Herpetology, 61 (1): 14-39.

 

Gekkonidae

Dactylonemis spp.

Hoplodactylus spp.

Mokopirirakau spp.

Nielsen, S. V., Bauer, A. M., Jackman, T. R., Hitchmough, R. A. & Daugherty, C. H. (2011): New Zealand geckos (Diplodactylidae): Cryptic diversity in a post-Gondwanan lineage with trans-Tasman affinities. - Molecular Phylogenetics and Evolution, 59 (1): 1-22.

 

Gekkonidae

Nactus serpensinsula

Kluge, A.G. (1983): Cladistic relationships among gekkonid lizards. - Copeia, 1983(no. 2): 465-475.

 

Gekkonidae

Naultinus spp.

Nielsen, S. V., Bauer, A. M., Jackman, T. R., Hitchmough, R. A. & Daugherty, C. H. (2011): New Zealand geckos (Diplodactylidae): Cryptic diversity in a post-Gondwanan lineage with trans-Tasman affinities. - Molecular Phylogenetics and Evolution, 59 (1): 1-22.

 

Gekkonidae

Phelsuma spp.

Rhoptropella spp.

Glaw, F. & Rösler, H. (2015): Taxonomic checklist of the day geckos of the genera Phelsuma Gray, 1825 and Rhoptropella Hewitt, 1937 (Squamata: Gekkonidae). - Vertebrate Zoology, 65(2): 167-246)

(http://www.senckenberg.de/files/content/forschung/publikationen/vertebratezoology/vz65-2/02_vertebrate_zoology_65-2_glaw-roesler_247-283.pdf)

 

Gekkonidae

Toropuku spp.

Tukutuku spp.

Woodworthia spp.

Nielsen, S. V., Bauer, A. M., Jackman, T. R., Hitchmough, R. A. & Daugherty, C. H. (2011): New Zealand geckos (Diplodactylidae): Cryptic diversity in a post-Gondwanan lineage with trans-Tasman affinities. - Molecular Phylogenetics and Evolution, 59 (1): 1-22.

 

Gekkonidae

Uroplatus spp. għajr l-unitajiet tassonomiċi msemmija isfel

Raxworthy, C.J. (2003): Introduction to the reptiles. - In: Goodman, S.M. & Bernstead, J.P. (eds.), The natural history of Madagascar: 934-949. Chicago.

 

Gekkonidae

Uroplatus finiavana

Ratsoavina, F.M., Louis jr., E.E., Crottini, A., Randrianiaina, R.-D., Glaw, F. & Vences, M. (2011): A new leaf tailed gecko species from northern Madagascar with a preliminary assessment of molecular and morphological variability in the Uroplatus ebenaui group. - Zootaxa, 3022: 39-57.

 

Gekkonidae

Uroplatus giganteus

Glaw, F., Kosuch, J., Henkel, W. F., Sound, P. and Böhme, W. (2006): Genetic and morphological variation of the leaf-tailed gecko Uroplatus fimbriatus from Madagascar, with description of a new giant species. - Salamandra, 42: 129-144.

 

Gekkonidae

Uroplatus pietschmanni

Böhle, A. & Schönecker, P. (2003): Eine neue Art der Gattung Uroplatus Duméril, 1805 aus OstMadagaskar (Reptilia: Squamata: Gekkonidae). - Salamandra, 39(3/4): 129-138.

 

Gekkonidae

Uroplatus sameiti

Raxworthy, C.J., Pearson, R.G., Zimkus, B.M., Reddy, S., Deo, A.J., Nussbaum, R.A. & Ingram, C.M. (2008): Continental speciation in the tropics: contrasting biogeographic patterns of divergence in the Uroplatus leaf-tailed gecko radiation of Madagascar. - Journal of Zoology, 275: 423-440.

 

Iguanidae

Iguanidae spp. għajr l-unitajiet tassonomiċi msemmija isfel

Hollingsworth, B. D. (2004): The Evolution of Iguanas: An Overview of Relationships and a Checklist of Species. pp. 19-44. In: Alberts, A. C., Carter, R. L., Hayes, W. K. & Martins, E. P. (Eds), Iguanas: Biology and Conservation. Berkeley (University of California Press).

 

Iguanidae

Brachylophus bulabula

Keogh, J. S., Edwards, D. L., Fisher, R. N. & Harlow, P. S. (2008): Molecular and morphological analysis of the critically endangered Fijian iguanas reveals cryptic diversity and a complex biogeographic history. - Phil. Trans. R. Soc. B, 363(1508): 3413-3426.

 

Iguanidae

Conolophus marthae

Gentile, G. & Snell, H. (2009): Conolophus marthae sp. nov. (Squamata, Iguanidae), a new species of land iguana from the Galápagos archipelago. - Zootaxa, 2201: 1-10.

 

Iguanidae

Cyclura lewisi

Burton, F. J. (2004): Revision to Species Cvclura nubila lewisi, the Grand Cayman Blue Iguana - Caribbean Journal of Science, 40(2): 198-203.

 

Iguanidae

Phrynosoma blainvillii

Phrynosoma cerroense

Phrynosoma wigginsi

Montanucci, R.R. (2004): Geographic variation in Phrynosoma coronatum (Lacertilia, Phrynosomatidae): further evidence for a peninsular archipelago. - Herpetologica, 60: 117.

 

Teiidae

Teiidae spp.

Harvey, M. B., Ugueto, G. N. & Gutberlet, R. L. Jr. (2012): Review of teiid morphology with a revised taxonomy and phylogeny of the Teiidae (Lepidosauria: Squamata). - Zootaxa, 3459: 1-156.

 

Varanidae

Varanidae spp.

għajr l-unitajiet tassonomiċi msemmija isfel

Böhme, W. (2003): Checklist of the living monitor lizards of the world (family Varanidae) - Zoologische Verhandelingen. Leiden, 341: 1-43.

flimkien ma'

Koch, A., Auliya, M. & Ziegler, T. (2010): Updated Checklist of the living monitor lizards of the world (Squamata: Varanidae). - Bonn zool. Bull., 57(2): 127-136.

 

Varanidae

Varanus bangonorum

Varanus dalubhasa

Welton, L. J., Travers, S. L., Siler, C. D. & Brown, R. M. (2014): Integrative taxonomy and phylogeny-based species delimitation of Philippine water monitor lizards (Varanus salvator complex) with descriptions of two new cryptic species. - Zootaxa, 3881 (3): 201-227.

 

Varanidae

Varanus hamersleyensis

Maryan, B., Oliver, P. M., Fitch, A. J. & O'Connell, M. (2014): Molecular and morphological assessment of Varanus pilbarensis (Squamata: Varanidae), with a description of a new species from the southern Pilbara, Western Awstralja. - Zootaxa, 3768 (2): 139-158.

 

Varanidae

Varanus nesterovi

Böhme, W., Ehrlich, K., Milto, K. D., Orlov, N. & Scholz, S. (2015): A new species of desert monitor lizard (Varanidae: Varanus: Psammosaurus) from the western Zagros region (Iraq, Iran). - Russian Journal of Herpetology, 22 (1): 41-52.

 

Varanidae

Varanus samarensis

Koch, A., Gaulke, M. & Böhme, W. (2010): Unravelling the underestimated diversity of Philippine water monitor lizards (Squamata: Varanus salvator complex), with the description of two new species and a new subspecies. - Zootaxa, 2446: 1-54.

 

Varanidae

Varanus sparnus

Doughty, P., Kealley, L., Fitch, A. & Donnellan, S. C. (2014): A new diminutive species of Varanus from the Dampier Peninsula, western Kimberley region, Western Awstralja. - Records of the Western Australian Museum, 29: 128-140.

SERPENTES

 

Loxocemidae spp.

Pythonidae spp.

Boidae spp.

Bolyeriidae spp.

Tropidophiidae spp.

Viperidae spp.

għajr iż-żamma tal-ġeneri Acrantophis, Sanzinia, Calabaria, Lichanura, ir-rikonoxximent ta' Epicrates maurus bħala speċi valida, u għajr l-ispeċijiet imsemmija isfel

McDiarmid, R. W., Campbell, J. A. & Touré, T. A. (1999): Snake Species of the World. A Taxonomic and Geographic Reference. Volume 1, Washington, DC. (The Herpetologists' League).

 

Boidae

Candoia paulsoni

Candoia superciliosa

Smith, H. M., Chiszar, d., Tepedelen, K. & van Breukelen, F. (2001): A revision of the bevelnosed boas (Candoia carinata complex) (Reptilia: Serpentes). - Hamadryad, 26(2): 283-315.

 

Boidae

Corallus batesii

Henderson, R. W., Passos, P. & Feitosa, D. (2009); Geographic variation in the Emerald Treeboa, Corallus caninus (Squamata: Boidae). - Copeia, 2009 (3): 572-582.

 

Boidae

Epicrates crassus

Epicrates assisi

Epicrates alvarezi

Passos, P. & Fernandes, R. (2008): Revision of the Epicrates cenchria complex (Serpentes: Boidae). - Herpetol. Monographs, 22: 1-30.

 

Boidae

Eryx borrii

Lanza, B. & Nistri, A. (2005): Somali Boidae (genus Eryx Daudin 1803) and Pythonidae (genus Python Daudin 1803) (Reptilia Serpentes). - Tropical Zoology, 18(1): 67-136.

 

Boidae

Eunectes beniensis

Dirksen, L. (2002): Anakondas. NTV Wissenschaft.

 

Colubridae

Xenochrophis piscator

Xenochrophis schnurrenbergeri

Xenochrophis tytleri

Vogel, G. & David, P. (2012): A revision of the species group of Xenochrophis piscator (Schneider, 1799) (Squamata: Natricidae). - Zootaxa, 3473: 1-60.

 

Elapidae

Micrurus ruatanus

McCranie, J. R. (2015): A checklist of the amphibians and reptiles of Honduras, with additions, comments on taxonomy, some recent taxonomic decisions, and areas of further studies needed. - Zootaxa, 3931 (3): 352-386.

 

Elapidae

Naja atra

Naja kaouthia

Wüster, W. (1996): Taxonomic change and toxinology: systematic revisions of the Asiatic cobras (Naja naja species complex) - Toxicon, 34: 339-406.

 

Elapidae

Naja mandalayensis

Slowinski, J. B. & Wüster, W. (2000.): A new cobra (Elapidae: Naia) from Myanmar (Burma) - Herpetologica, 56: 257-270.

 

Elapidae

Naja oxiana

Naja philippinensis

Naja sagittifera

Naja samarensis

Naja siamensis

Naja sputatrix

Naja sumatrana

Wüster, W. (1996): Taxonomic change and toxinology: systematic revisions of the Asiatic cobras (Naja naja species complex) - Toxicon, 34: 339-406.

 

Pythonidae

Leiopython bennettorum

Leiopython biakensis

Leiopython fredparkeri

Leiopython huonensis

Leiopython hoserae

Schleip, W. D. (2008): Revision of the genus Leiopython Hubrecht 1879 (Serpentes: Pythonidae) with the redescription of taxa recently described by Hoser (2000) and the description of new species. Journal of Herpetology, 42(4): 645-667.

 

Pythonidae

Morelia clastolepis

Morelia kinghorni

Morelia nauta

Morelia tracyae

Harvey, M. B., Barker, D. B., Ammerman, L. K. & Chippindale, P. T. (2000): Systematics of pythons of the Morelia amethistina complex (Serpentes: Boidae) with the description of three new species - Herpetological Monographs, l4: 139-185.

 

Pythonidae

Python bivittatus

Jacobs, H. J., Auliya, M. & Böhme, W. (2009): Zur Taxonomie des Dunklen Tigerpythons, Python molurus bivittatus KUHL, 1820, speziell der Population von Sulawesi. - Sauria, 31: 5-16.

 

Pythonidae

Python breitensteini

Python brongersmai

Keogh, J. S., Barker, D. G. & Shine, R. 2001. Heavily exploited but poorly known: systematics and biogeography of commercially harvested pythons (Python curtus group) in Southeast Asia - Biological Journal of the Linnean Society, 73: 113-129.

 

Pythonidae

Python kyaiktiyo

Zug, G.R., Grotte, S. W. & Jacobs, J. F. (2011): Pythons in Burma: Short-tailed python (Reptilia: Squamata). - Proc. biol. Soc. Washington, 124(2): 112-136.

 

Pythonidae

Python natalensis

Broadley, D. G. (1999): The southern African python, Python natalensis A. Smith 1840, is a valid species. - African Herp News, 29: 31-32.

 

Tropidophiidae

Tropidophis spp.

għajr l-unitajiet tassonomiċi msemmija isfel

Hedges, S.B. (2002): Morphological variation and the definition of species in the snake genus Tropidophis (Serpentes, Tropidophiidae). - Bulletin of the Natural History Museum, London (Zoology), 68 (2): 83-90.

 

Tropidophiidae

Tropidophis celiae

Hedges, B. S., Estrada, A. R. & Diaz, L. M. (1999): New snake (Tropidophis) from western Cuba - Copeia, 1999(2): 376-381.

 

Tropidophiidae

Tropidophis grapiuna

Curcio, F. F., Sales Nunes, P. M., Suzart Argolo, A. J., Skuk, G. & Rodrigues, M. T. (2012): Taxonomy of the South American dwarf boas of the genus Tropidophis Bibron, 1840, with the description of two new species from the Atlantic forest (Serpentes: Tropidophiidae). - Herpetological Monographs, 26 (1): 80-121.

 

Tropidophiidae

Tropidophis hendersoni

Hedges, B. S. & Garrido, O. (2002): A new snake of the genus Tropidophis (Tropidophiidae) from Eastern Cuba - Journal of Herpetology, 36:157-161.

 

Tropidophiidae

Tropidophis morenoi

Hedges, B. S., Garrido, O. & Diaz, L. M. (2001): A new banded snake of the genus Tropidophis (Tropidophiidae) from north-central Cuba - Journal of Herpetology, 35: 615-617.

 

Tropidophiidae

Tropidophis preciosus

Curcio, F. F., Sales Nunes, P. M., Suzart Argolo, A. J., Skuk, G. & Rodrigues, M. T. (2012): Taxonomy of the South American dwarf boas of the genus Tropidophis Bibron, 1840, with the description of two new species from the Atlantic forest (Serpentes: Tropidophiidae). - Herpetological Monographs, 26 (1): 80-121.

 

Tropidophiidae

Tropidophis spiritus

Hedges, B. S. & Garrido, O. (1999): A new snake of the genus Tropidophis (Tropidophiidae) from central Cuba - Journal of Herpetology, 33: 436-441.

 

Tropidophiidae

Tropidophis xanthogaster

Domínguez, M., Moreno, L. V. & Hedges, S. B. (2006): A new snake of the genus Tropidophis (Tropidophiidae) from the Guanahacabibes Peninsula of Western Cuba. - Amphibia-Reptilia, 27(3): 427-432.

TESTUDINES

 

Ismijiet tal-ordnijiet tat-Testudines

Wermuth, H. & Mertens, R. (1996) (reprint): Schildkröte, Krokodile, Brückenechsen. xvii + 506 pp. Jena (Gustav Fischer Verlag).

 

 

ismijiet tal-ispeċijiet u tal-familja - għajr iż-żamma tal-ismijiet li ġejjin: Mauremys iversoni, Mauremys pritchardi, Ocadia glyphistoma, Ocadia philippeni, Sacalia pseudocellata, u għajr l-unitajiet tassonomiċi msemmija isfel

Fritz, U. & Havaš, P. (2007): Checklist of Chelonians of the World. - Vertebrate Zoology, 57(2): 149-368. Dresden. ISSN 1864-5755 [mingħajr l-appendiċi tagħha]

 

Emydidae

Graptemys pearlensis

Ennen, J. R., Lovich, J. E., Kreiser, B. R., Selman, W. & Qualls, C. P. (2010): Genetic and morphological variation between populations of the Pascagoula Map Turtle (Graptemys gibbonsi) in the Pearl and Pascagoula Rivers with description of a new species. - Chelonian Conservation and Biology, 9(1): 98-113.

 

Geoemydidae

Batagur affinis

Praschag, P., Sommer, R. S., McCarthy, C., Gemel, R. & Fritz, U. (2008): Naming one of the world's rarest chelonians, the southern Batagur. - Zootaxa, 1758: 61-68.

 

Geoemydidae

Batagur borneoensis,

Batagur dhongoka,

Batagur kachuga,

Batagur trivittata

Praschag, P., Hundsdörfer, A. K. & Fritz, U. (2007): Phylogeny and taxonomy of endangered South and South-east Asian freshwater turtles elucidates by mtDNA sequence variation (Testudines: Geoemydidae: Batagur, Callagur, Hardella, Kachuga, Pangshura). - Zoologica Scripta, 36: 429-442.

 

Geoemydidae

Cuora bourreti

Cuora picturata

Spinks, P.Q., Thomson, R.C., Zhang, Y.P., Che, J., Wu, Y. & Shaffer, H.B. (2012): Species boundaries and phylogenetic relationships in the critically endangered Asian box turtle genus Cuora. Molecular Phylogenetics and Evolution, 63: 656-667. doi:10.1016/j.ympev.2012.02.014.

 

Geoemydidae

Cyclemys enigmatica,

Cyclemys fusca

Cyclemys gemeli

Cyclemys oldhamii

Fritz, U., Guicking, D., Auer, M., Sommer, R. s., Wink, M. & Hundsdörfer, A. K. (2008): Diversity of the Southeast Asian leaf turtle genus Cyclemys: how many leaves on its tree of life? - Zoologica Scripta, 37: 367-390.

 

Geoemydidae

Mauremys reevesii

Barth, D., Bernhard, D., Fritzsch, G. & U. Fritz (2004): The freshwater turtle genus Mauremys (Testudines, Geoemydidae) - a textbook example of an east-west disjunction or a taxonomic misconcept? - Zoologica Scripta, 33: 213-221.

 

Testudinidae

Centrochelys sulcata

Turtle Taxonomy Working Group [van Dijk, P. P., Iverson, J. B., Rhodin, A. G. J., Shaffer, H. B. & Bour, R.] (2014): Turtles of the world, 7th edition: Annotated checklist of taxonomy, synonymy, distribution with maps, and conservation status. 000. v7. - Chelonian Research Monographs, 5 doi: 10.3854/crm.5.000.checklist.v7.2014.

 

Testudinidae

Chelonoidis carbonarius

Chelonoidis denticulatus

Chelonoidis niger

Olson, S.L. & David, N. (2014): The gender of the tortoise genus Chelonoidis Fitzinger, 1835 (Testudines: Testudinidae). - Proceedings of the Biological Society of Washington, 126(4): 393-394.

 

Testudinidae

Gopherus morafkai

Murphy, R. W., Berry, K. H., Edwards, T., Levitón, A. E., Lathrop, A. & Riedle, J. D. (2011): The dazed and confused identity of Agassiz's land tortoise, Gopherus agassizii (Testudines, Testudinidae) with the description of a new species, and its consequences for conservation. - Zookeys, 113: 39-71.

 

Testudinidae

Homopus solus

Branch, W. R. (2007): A new species of tortoise of the genus Homopus (Chelonia: Testudinidae) from southern Namibia. - African Journal of Herpetology, 56(1): 1-21.

 

Testudinidae

Kinixys nogueyi

Kinixys zombensis

Kindler, C., Branch, W. R., Hofmeyr, M. D., Maran, J., Široký, P., Vences, M., Harvey, J., Hauswaldt, J. S., Schleicher, A., Stuckas, H. & Fritz, U. (2012): Molecular phylogeny of African hinge-back tortoises (Kinixys): implications for phylogeography and taxonomy (Testudines: Testudinidae). - Journal of Zoological Systematics and Evolutionary Research, 50: 192-201.

 

Trionychidae

Lissemys ceylonensis

Praschag, P., Stuckas, H., Päckert, M., Maran, J. & Fritz, U. (2011): Mitochondrial DNA sequences suggest a revised taxonomy of Asian flapshell turtles (Lissemys Smith, 1931) and the validity of previously unrecognized taxa (Testudines: Trionychidae). - Vertebrate Zoology, 61(1): 147-160.

 

Trionychidae

Nilssonia gangeticus

Nilssonia hurum

Nilssonia nigricans

Praschag, P., Hundsdörfer, A.K., Reza, A.H.M.A. & Fritz, U. (2007): Genetic evidence for wildliving Aspideretes nigricans and a molecular phylogeny of South Asian softshell turtles (Reptilia: Trionychidae: Aspideretes, Nilssonia). - Zoologica Scripta, 36:301-310.

AMPHIBIA

 

 

Amphibia spp.

Lista tassonomika tal-ispeċijiet tal-amfibji elenkati fl-Appendiċijiet tas-CITES u fl-Annessi tar-Regolament 338/97. Informazzjoni dwar l-ispeċijiet misluta minn Frost, D. R. (ed.) (2015), Amphibian Species of the World: a taxonomic and geographic reference, an online reference (http://research.amnh.org/herpetology/amphibia/index.html) Verżjoni 6.0 ta' Mejju 2015 b'kummenti addizzjonali mill-Ispeċjalist tan-Nomenklatura tal-Kumitat tal-Annimali tas-CITES.

ELASMOBRANCHII, ACTINOPTERI, COELACANTHI U DIPNEUSTI

 

 

L-ispeċijiet kollha tal-ħut, għajr il-ġeneru Hippocampus

Lista tassonomika tal-ispeċijiet tal-ħut elenkati fl-Appendiċijiet tas-CITES u fl-Annessi tar-Regolament 338/97 (Elasmobranchii, Actinopteri, Coelacanthi, u Dipneusti, għajr il-ġeneru Hippocampus). Informazzjoni misluta minn Eschmeyer, W.N. & Fricke, R. (eds.): Catalog of Fishes, an online reference (http://researcharchive.calacademy.org/research/Ichthyology/catalog/fishcatmain.asp), verżjoni aġġornata tat-3 ta' Frar 2015.

SYNGNATHIFORMES

Syngnathidae

Hippocampus spp.

Horne, M. L. (2001): A new seahorse species (Syngnathidae: Hippocampus) from the Great Barrier Reef - Records of the Australian Museum, 53: 243-246.

Kuiter, R. H. (2001): Revision of the Australian seahorses of the genus Hippocampus (Syngnathiformes: Syngnathidae) with a description of nine new species - Records of the Australian Museum, 53: 293-340.

Kuiter, R. H. (2003): A new pygmy seahorse (Pisces: Syngnathidae: Hippocampus) from Lord Howe Island - Records of the Australian Museum, 55: 113-116.

Lourie, S. A. & Randall, J. E. (2003): A new pygmy seahorse, Hippocampus denise (Teleostei: Syngnathidae), from the Indo-Pacific - Zoological Studies, 42: 284-291.

Lourie, S. A., Vincent, A. C. J. & Hall, H. J. (1999): Seahorses. An identification guide to the world's species and their conservation. Project Seahorse (ISBN 0 9534693 0 1) (It-tieni edizzjoni disponibbli fuq CD-ROM).

 

Syngnathidae

Hippocampus dahli

Kuiter, R. H. (2001): Revision of the Australian seahorses of the genus Hippocampus (Syngnathiformes: Syngnathidae) with a description of nine new species - Records of the Australian Museum, 53: 293-340.

 

Syngnathidae

Hippocampus debelius

Gomon, M. F. & Kuiter, R. H. (2009): Two new pygmy seahorses (Teleostei: Syngnathidae: Hippocampus) from the Indo-West Pacific. - Aqua, Int. J. of Ichthyology, 15(1): 37-44.

 

Syngnathidae

Hippocampus paradoxus

Foster, R. & Gomon, M. F. (2010): A new seahorse (Teleostei: Syngnathidae: Hippocampus) from south-western Awstralja. - Zootaxa, 2613: 61-68.

 

Syngnathidae

Hippocampus patagonicus

Piacentino, G. L. M. and Luzzatto, D. C. (2004): Hippocampus patagonicus sp. nov., new seahorse from Argentina (Pisces, Syngnathiformes). -- Revista del Museo Argentino de Ciencias Naturales, 6(2): 339-349.

 

Syngnathidae

Hippocampus planifrons

Kuiter, R. H. (2001): Revision of the Australian seahorses of the genus Hippocampus (Syngnathiformes: Syngnathidae) with a description of nine new species - Records of the Australian Museum, 53: 293-340.

 

Syngnathidae

Hippocampus pontohi

Lourie, S. A. & Kuiter, R. H. (2008): Three new pygmy seahorse species from Indonesia (Teleostei: Syngnathidae: Hippocampus). - Zootaxa, 1963: 54-68.

 

Syngnathidae

Hippocampus satomiae

Hippocampus severnsi

Lourie, S. A. & Kuiter, R. H. (2008): Three new pygmy seahorse species from Indonesia (Teleostei: Syngnathidae: Hippocampus). - Zootaxa, 1963: 54-68.

 

Syngnathidae

Hippocampus tyro

Randall, J. & Lourie, S. A. (2009): Hippocampus tyro, a new seahorse (Gasterosteiformes: Syngnathidae) from the Seychelles. - Smithiana Bulletin, 10: 19-21.

 

Syngnathidae

Hippocampus waleanus

Gomon, M. F. & Kuiter, R. H. (2009): Two new pygmy seahorses (Teleostei: Syngnathidae: Hippocampus) from the Indo-West Pacific. -- Aqua, Int. J. of Ichthyology, 15(1): 37-44.

ARACHNIDA

ARANEAE

Theraphosidae

Aphonopelma albiceps

Aphonopelma pallidum

Brachypelma spp.

għajr l-unitajiet tassonomiċi msemmija isfel

Lista tassonomika tal-ispeċijiet tal-brimb elenkati fis-CITES, informazzjoni misluta minn Platnick, N. (2006), The World Spider Catalog, an online reference, verżjoni 6.5 tas-7 ta' April 2006.

 

Theraphosidae

Brachypelma ruhnaui iggruppat ma' Brachypelma albiceps u ttrattat bħala Aphonopelma albiceps skont is-CITES

Platnick, N. I. (2014): The World Spider Catalogue, V15. http://platnick.sklipkani.cz/html/

 

Theraphosidae

Brachypelma kahlenbergi

Rudloff, J.-P. (2008): Eine neue Brachypelma-Art aus Mexiko (Araneae: Mygalomorphae: Theraphosidae: Theraphosinae). - Arthropoda, 16(2): 26-30.

SCORPIONES

Scorpionidae

Pandinus spp.

għajr l-unitajiet tassonomiċi msemmija isfel

Lourenco, W. R. & Cloudsley-Thompson, J. C. (1996): Recognition and distribution of the scorpions of the genus Pandinus Thorell, 1876 accorded protection by the Washington Convention - Biogeographica, 72(3): 133-143.

 

 

Pandinus roeseli

Lourenco, W. R. (2014): Further considerations on the identity and distribution of Pandinus imperator (C. L. Koch, 1841) and description of a new species from Cameroon (Scorpiones: Scorpionidae). - Entomologische Mitteilungen aus dem Zoologischen Museum Hamburg, 17(192): 139-151.

INSECTA

COLEOPTERA

Lucanidae

Colophon spp.

Bartolozzi, L. (2005): Description of two new stag beetle species from South Africa (Coleoptera: Lucanidae). - African Entomology, 13(2): 347-352.

LEPIDOPTERA

Papilionidae

Ornithoptera spp.

Trogonoptera spp.

Troides spp.

Matsuka, H. (2001): Natural History of Birdwing Butterflies. 367 pp. Tokyo (Matsuka Shuppan). (ISBN 4-9900697-0-6).

HIRUDINOIDEA

ARHYNCHOBDELLIDA

Hirudinidae

Hirudo medicinalis

Hirudo verbana

Nesemann, H. & Neubert, E. (1999): Annelida: Clitellata: Branchiobdellida, Acanthobdellea, Hirudinea. - Süßwasserfauna von Mitteleuropa, vol. 6/2, 178 pp., Berlin (Spektrum Akad. Verlag). ISBN 3-8274-0927-6.

BIVALVIA

VENEROIDA

Tridacnidae

Tridacna ningaloo

Penny, S. & Willan, R.C. (2014): Description of a new species of giant clam (Bivalvia: Tridacnidae) from Ningaloo Reef, Western Awstralja. - Molluscan Research, 34 (3): 201-211.

 

Tridacnidae

Tridacna noae

Su, Y., Hung, J.-H., Kubo, H. & Liu, L.-L. (2014): Tridacna noae (Röding, 1798) - a valid giant clam species separated from T. maxima (Röding, 1798) by morphological and genetic data. - Raffles Bulletin of Zoology, 62: 124-135.

ANTHOZOA U HYDROZOA

 

L-ispeċijiet kollha elenkati fis-CITES

Lista tassonomika tal-ispeċijiet tal-qroll kollha elenkati fis-CITES, abbażi tal-informazzjoni kkompilata minn UNEP-WCMC 2012


FLORA

 

 

Unità tassonomika kkonċernata

Referenza tassonomika

Referenza ġenerali

Ismijiet ġeneriċi

Għall-ismijiet ġeneriċi tal-pjanti kollha elenkati fl-Appendiċijiet, għajr jekk jeħdulhom posthom listi standard adottati mill-CoP.

The Plant-Book, second edition, [D. J. Mabberley, 1997, Cambridge University Press (stampat mill-ġdid b'korrezzjonijiet fl-1998)] għall-ismijiet ġeneriċi tal-pjanti kollha elenkati fl-Appendiċijiet tal-Konvenzjoni, għajr jekk jeħdulhom posthom listi standard adottati mill-Konferenza tal-Partijiet)

Referenza ġenerali

Ismijiet ġeneriċi

Għas-sinonimi ġeneriċi mhux imsemmija f'The Plant-Book, għajr jekk jeħdulhom posthom listi standard adottati mill-CoP.

A Dictionary of Flowering Plants and Ferns, 8th edition, (J. C. Willis, revised by H. K. Airy Shaw, 1973, Cambridge University Press) għas-sinonimi ġeneriċi mhux imsemmija f'The Plant-Book, għajr jekk jeħdulhom posthom listi standard adottati mill-Konferenza tal-Partijiet kif imsemmija isfel.

AMARYLLIDACEAE, PRIMULACEAE

 

Cyclamen, Galanthus u Sternbergia

Lista tal-basal tas-CITES (A. P. Davis et al., 1999, ikkompilata mir-Royal Botanic Gardens, Kew, ir-Renju Unit) bħala linja gwida meta ssir referenza għall-ismijiet ta' speċijiet ta' Cyclamen, Galanthus u Sternbergia.

APOCYNACEAE

 

Pachypodium spp.

Lista tal-ispeċijiet ta' Aloe u Pachypodium tac-CITES (U. Eggli et al., 2001, ikkompilata minn Städtische Sukkulenten-Sammlu ng, Zurich, l-Iżvizzera, bi sħab mar-Royal Botanic Gardens, Kew, ir-Renju Unit) u l-aġġornament tiegħu: An Update and Supplement to the CITES Aloe & Pachypodium Checklist [J. M. Lüthy (2007), CITES l-Awtorità ta' Ġestjoni tas-CITES tal-Iżvizzera, Berna, l-Iżvizzera] bħala linja gwida meta ssir referenza għal ismijiet ta' speċijiet ta' Aloe u Pachypodium.

 

 

Hoodia spp.

Plants of Southern Africa: an annotated checklist. Germishuizen, G. & Meyer N. L. (eds.) (2003). Strelitzia 14: 150-151. National Botanical Institute, Pretoria, l-Afrika t'Isfel bħala linja gwida meta ssir referenza għall-ismijiet ta' speċijiet ta' Hoodia.

CACTACEAE

 

Il-Cactaceae kollha.

Lista tal-Cactaceae tas-CITES, it-tielet edizzjoni (2016, ikkompilata minn D. Hunt) bħala linja gwida meta ssir referenza għal ismijiet ta' speċijiet ta' Cactaceae. Disponibbli bħala pdf fit-taqsima tas-CITES tas-sit web tar-Royal Botanic Gardens, Kew, ir-Renju Unit. https://www.kew.org/sites/default/files/CITES%20Cactaceae%20Checklist_CCC3_170629.pdf.

CYCADACEAE, STANGERIACEAE u ZAMIACEAE

 

Il-Cycadaceae, Stangeriaceae u Zamiaceae kollha.

The World List of Cycads: CITES and Cycads: Lista tal-2013 (Roy Osborne, Michael A. Calonje, Ken D. Hill, Leonie Stanberg and Dennis Wm. Stevenson) fi CITES and Cycads a user's guide (Rutherford, C. et al., Royal Botanic Gardens, Kew, ir-Renju Unit 2013), bħala linja gwida meta ssir referenza għal ismijiet ta' speċijiet ta' Cycadaceae, Stangeriaceae u Zamiaceae.

DICKSONIACEAE

 

Speċijiet Dicksonia tal-Amerki.

Dicksonia species of the Americas (2003, ikkompilata mill-Ġnien Botaniku ta' Bonn u l-Aġenzija Federali għall-Konservazzjoni tan-Natura, Bonn, il-Ġermanja) bħala linja gwida meta ssir referenza għall-ismijiet tal-ispeċijiet ta' Dicksonia.

DROSERACEAE, NEPHENTACEAE, SARRACENIACEAE

 

Dionaea, Nepenthes u Sarracenia.

CITES Carnivorous Plant Checklist, (B. von Arx et al., 2001, Royal Botanic Gardens, Kew, ir-Renju Unit) bħala linja gwida meta ssir referenza għal ismijiet ta' speċijiet ta' Dionaea, Nepenthes u Sarracenia.

EBANACEAE

 

Diospyros spp. - popolazzjonijiet ta' Madagascar.

The genus Diospyros in Madagascar: a Preliminary Checklist for CITES Parties (CVPM 2016), abbażi tal-Catalogue of the Vascular Plants of Madagascar, disponibbli fuq is-sit web tal-Catalogue. Din ir-referenza għandha tintuża bħala linja gwida meta ssir referenza għall-ismijiet tal-ispeċijiet ta' Diospyros minn Madagascar. Ara http://www.tropicos.org/ProlectWebPortal.aspx?pagename=Diospyros&prolectid=17. Ħolqa għall-paġna: http://www.tropicos.org/Name/40031908?proiectid=17 u l-pdf jista' jitniżżel minn: http://www.tropicos.org/docs/MadCat/Diospyros%20checklist%2028.03.2016.pdf

EUPHORBIACEAE

 

Speċijiet sukkulenti ta' Euphorbia.

The CITES Checklist of Succulent Euphorbia Taxa (Euphorbiaceae), it-tieni edizzjoni (S. Carter u U. Eggli, 2003, ippubblikat mill-Aġenzija Federali għall-Konservazzjoni tan-Natura, Bonn, il-Ġermanja) bħala linja gwida meta ssir referenza għall-ismijiet tal-ispeċijiet tat-tengħud sukkulenti.

LEGUMINACEAE

 

Dalbergia spp. - popolazzjonijiet ta' Madagascar

A Preliminary Dalbergia checklist for Madagascar for CITES (CVPM 2014), abbażi tal-Catalogue of the Vascular Plants of Madagascar, disponibbli bħala pdf fuq is-sit web tas-CITES bħala SC65 Inf.21. Din ir-referenza għandha tintuża bħala linja gwida meta ssir referenza għall-ismijiet tal-ispeċijiet ta' Dalbergia minn Madagascar. Ara: https://cites.org/sites/default/files/eng/com/sc/65/Inf/E-SC65-Inf-21.pdf

LILIACEAE

 

Aloe spp.

Lista tal-ispeċijiet ta' Aloe u Pachypodium tas-CITES (U. Eggli et al., 2001, ikkompilata minn Städtische Sukkulenten-Sammlu ng, Zurich, l-Iżvizzera, bi sħab mar-Royal Botanic Gardens, Kew, ir-Renju Unit) u l-aġġornament tiegħu: An Update and Supplement to the CITES Aloe & Pachypodium Checklist [J. M. Lüthy (2007), l-Awtorità ta' Ġestjoni tas-CITES tal-Iżvizzera, Berna, l-Iżvizzera] bħala linja gwida meta ssir referenza għall-ismijiet ta' speċijiet ta' Aloe u Pachypodium.

ORCHIDACEAE

 

Laelia, Paphiopedilum, Phalaenopsis, Phragmipedium, Pleione u Sophronitis (Vol. 1, 1995) u Cymbidium, Dendrobium, Disa, Dracula uand Encyclia (Vol. 2, 1997), u Aerangis, Angraecum, Ascocentrum, Bletilla, Brassavola, Calanthe, Catasetum, Miltonia, Miltonioides u Miltoniopsis, Renanthera, Renantherella, Rhynchostylis, Rossioglossum, Vanda u Vandopsis (Vol. 3, 2001); u Aerides, Coelogyne, Comparettia u Masdevallia

Il-Lista tal-orkidej tas-CITES (ikkompilata mir-Royal Botanic Gardens, Kew, ir-Renju Unit) bħala linja gwida meta ssir referenza għall-ismijiet tal-ispeċijiet ta' Cattleya, Cypripedium, Laelia, Paphiopedilum, Phalaenopsis, Phragmipedium, Pleione u Sophronitis (Vol. 1, 1995) u Cymbidium, Dendrobium, Disa, Dracula u Encyclia (Vol. 2, 1997), u Aerangis, Angraecum, Ascocentrum, Bletilla, Brassavola, Calanthe, Catasetum, Miltonia, Miltonioides u Miltoniopsis, Renanthera, Renantherella, Rhynchostylis, Rossioglossum, Vanda u Vandopsis (Vol. 3, 2001); u Aerides, Coelogyne, Comparettia u Masdevallia (Vol. 4, 2006).

 

 

Bulbophyllum spp.

Lista tas-CITES għal Bulbophyllum u unitajiet tassonomiċi marbutin (Orchidaceae). Sieder, A., Rainer, H., Kiehn, M. (2007): L-indirizz tal-awturi: Department of Biogeography and Botanical Garden of the University of Vienna; Rennweg 14, A-1030 Vienna (l-Awstrija) bħala linja gwida meta ssir referenza għall-ismijiet ta' speċijiet ta' Bulbophyllum.

PALMAE

 

Dypsis decipiens u Dypsis decaryi.

Proposed Standard Reference for two CITES-listed palms endemic to Madagascar (CVPM 2016), abbażi tal-Catalogue of the Vascular Plants of Madagascar, disponibbli bħala pdf fuq is-sit web tal-US Fish & Wildlife Service. Din għandha tintuża bħala linja gwida meta ssir referenza għal Dypsis decipiens u Dypsis decaryi. Ara: http://www.fws.gov/international/

TAXACEAE

 

Speċijiet ta' Taxus.

World Checklist and Bibliography of Conifers (A. Farjon, 2001) bħala linja gwida meta ssir referenza għall-ismijiet tal-ispeċijiet ta' Taxus.

ZYGOPHYLLACEAE

 

Guaiacum spp.

Usta de especies, nomenclatura y distribución en el género Guaiacum. Davila Aranda. P. & Schippmann, U. (2006): Medicinal Plant Conservation 12:50 bħala linja gwida meta ssir referenza għall-ismijiet tal-ispeċijiet ta' Guaiacum.


7.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 35/28


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/221

tas-6 ta' Frar 2019

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 785/2007, (KE) Nru 379/2009, (KE) Nru 1087/2009, (UE) Nru 9/2010, (UE) Nru 337/2011 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 389/2011, (UE) Nru 528/2011, (UE) Nru 840/2012, (UE) Nru 1021/2012, (UE) 2016/899, (UE) 2016/997, (UE) 2017/440 u (UE) 2017/896 fir-rigward ta' isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni u r-rappreżentant tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għal ċerti addittivi tal-għalf

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, 6-fitażi, endo-1,4-beta-ksilanażi, subtiliżina, alfa-amilażi, endo-1,3(4)-beta-glukanażi, preparazzjoni ta'Bacillus amyloliquefaciens (PTA-6507), Bacillus amyloliquefaciens (NRRL B-50013) and Bacillus amyloliquefaciens (NRRL B-50104) ġew awtorizzati mir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 785/2007 (2), (KE) Nru 379/2009 (3), (KE) Nru 1087/2009 (4), (UE) Nru 9/2010 (5) u (UE) Nru 337/2011 (6) u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2011 (7), (UE) Nru 528/2011 (8), (UE) Nru 840/2012 (9), (UE) Nru 1021/2012 (10), (UE) 2016/899 (11), (UE) 2016/997 (12), (UE) 2017/440 (13) u (UE) 2017/896 (14).

(2)

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni, Danisco Animal Nutrition, entità legali Danisco (UK) Ltd, ippreżenta applikazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 fejn jipproponi li jżid mal-awtorizzazzjonijiet ikkonċernati l-isem tar-rappreżentant tiegħu u, fil-każ tal-awtorizzazzjonijiet mogħtija mir-Regolamenti (KE) Nru 1087/2009 u (UE) Nru 9/2010, li jinbidel l-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni.

(3)

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni ppreżenta d-data rilevanti li ssostni l-fatt li sa mit-30 ta' Marzu 2019 il-kumpanija Genencor International B.V. se tkun ir-rappreżentant tiegħu għall-addittivi tal-għalf ikkonċernati. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni ssottometta wkoll l-informazzjoni rilevanti biex juri li Finnfeeds International Limited biddlet isimha għal Danisco (UK) Ltd.

(4)

Il-bidla proposta tat-termini tal-awtorizzazzjonijiet hija purament amministrattiva fin-natura tagħha u ma tirrikjedix valutazzjoni mill-ġdid tal-addittivi kkonċernati. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel tgħarrfet bl-applikazzjoni.

(5)

Biex jippermettu lil Genencor International B.V. jaġixxi bħala r-rappreżentant tad-detentur tal-awtorizzazzjonijiet, huwa meħtieġ li jinbidlu t-termini tal-awtorizzazzjonijiet ikkonċernati.

(6)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 785/2007, (KE) Nru 379/2009, (KE) Nru 1087/2009, (UE) Nru 9/2010, (UE) Nru 337/2011 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 389/2011, (UE) Nru 528/2011, (UE) Nru 840/2012, (UE) Nru 1021/2012, (UE) 2016/899, (UE) 2016/997, (UE) 2017/440 u (UE) 2017/896 jeħtieġ, għaldaqstant, li jiġu emendati kif jixraq.

(7)

Peress li d-data sottomessa mid-detentur tal-awtorizzazzjoni turi li Genencor International B.V. se jaġixxi bħala r-rappreżentant tiegħu b'effett mit-30 ta' Marzu 2019, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 785/2007

Fit-tieni kolonna tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 785/2007, il-kliem “Danisco Animal Nutrition” huma sostitwiti mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rappreżentata minn Genencor International B.V.”.

Artikolu 2

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 379/2009

1.   Fit-titolu, il-kliem “Danisco Animal Nutrition, entità legali Danisco (UK) Limited” huwa sostitwit mill-kliem “Danisco (UK) Ltd li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V.”.

2.   Fit-tieni kolonna tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 379/2009, il-kliem “Danisco Animal Nutrition, entità legali Danisco (UK) Limited” huma sostitwiti mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rappreżentata minn Genencor International B.V.”.

Artikolu 3

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1087/2009

1.   Fit-titolu, il-kliem “Danisco Animal Nutrition, entità legali Finnfeeds International Limited” huwa sostitwit mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V.”.

2.   Fit-tieni kolonna tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1087/2009, il-kliem “Danisco Animal Nutrition, entità legali Finnfeeds International Limited” huma sostitwiti mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rappreżentata minn Genencor International B.V.”.

Artikolu 4

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 9/2010

1.   Fit-titolu, il-kliem “Danisco Animal Nutrition, Finnfeeds International Limited” huwa sostitwit mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V.”.

2.   Fit-tieni kolonna tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 9/2010 il-kliem “Danisco Animal Nutrition (entità legali): Danisco (UK) Limited)” huma sostitwiti mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V.”.

Artikolu 5

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 337/2011

1.   Fit-titolu, il-kliem “Danisco Animal Nutrition” huwa sostitwit mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V.”.

2.   Fit-tieni kolonna tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 337/2011, il-kliem “Danisco Animal Nutrition” huma sostitwiti mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rappreżentata minn Genencor International B.V.”.

Artikolu 6

Emenda tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 389/2011

1.   Fit-titolu, il-kliem “Danisco Animal Nutrition” huwa sostitwit mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V.”.

2.   Fit-tieni kolonna tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 389/2011, il-kliem “Danisco Animal Nutrition” huma sostitwiti mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rappreżentata minn Genencor International B.V.”.

Artikolu 7

Emenda tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 528/2011

1.   Fit-titolu, il-kliem “Danisco Animal Nutrition” huwa sostitwit mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V.”.

2.   Fit-tieni kolonna tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 528/2011, il-kliem “Danisco Animal Nutrition” huma sostitwiti mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rappreżentata minn Genencor International B.V.”.

Artikolu 8

Emenda tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 840/2012

1.   Fit-titolu, il-kliem “Danisco Animal Nutrition” huwa sostitwit mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V.”.

2.   Fit-tieni kolonna tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 840/2012, il-kliem “Danisco Animal Nutrition, entità legali Danisco (UK) Limited” huma sostitwiti mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rappreżentata minn Genencor International B.V.”.

Artikolu 9

Emenda tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1021/2012

1.   Fit-titolu, il-kliem “Danisco Animal Nutrition” huwa sostitwit mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V.”.

2.   Fit-tieni kolonna tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1021/2012 il-kliem “Danisco Animal Nutrition (entità legali: Danisco (UK) Limited)” huma sostitwiti mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V.”.

Artikolu 10

Emenda tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/899

1.   Fit-titolu, il-kliem “Danisco (UK) Ltd” huma sostitwiti mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V.”.

2.   Fit-tieni kolonna tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/899, il-kliem “Danisco (UK) Ltd” huma sostitwiti mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rappreżentata minn Genencor International B.V.”.

Artikolu 11

Emenda tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/997

1.   Fit-titolu, il-kliem “Danisco (UK) Ltd” huma sostitwiti mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V.”.

2.   Fit-tieni kolonna tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/997, il-kliem “Danisco (UK) Ltd” huma sostitwiti mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rappreżentata minn Genencor International B.V.”.

Artikolu 12

Emenda tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/440

1.   Fit-titolu, il-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition” huma sostitwiti mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V.”.

2.   Fit-tieni kolonna tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/440, il-kliem “Danisco (UK) Ltd,, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition” huma sostitwiti mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rappreżentata minn Genencor International B.V.”.

Artikolu 13

Emenda tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/896

1.   Fit-titolu, il-kliem “Danisco (UK) Ltd” huma sostitwiti mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V.”.

2.   Fit-tieni kolonna tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/896, il-kliem “Danisco (UK) Ltd” huma sostitwiti mill-kliem “Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rappreżentata minn Genencor International B.V.”.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-30 ta' Marzu 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Frar 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 785/2007 tal- 4 ta' Lulju 2007 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-6-fitażi EC 3.1.3.26 (Fizime XP 5000G Fizime XP 5000L) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 175, 5.7.2007, p. 5).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 379/2009 tat-8 ta' Mejju 2009 li tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid tas-6-fitażi EC 3.1.3.26 bħala addittiv fl-għalf għal tiġieġ għat-tismin, dundjani għat-tismin, tiġieġ li jbid, papri għat-tismin, ħnienes (miftuma), ħnieżer għat-tismin u ħnieżer nisa (detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition, entità legali Danisco (UK) Limited (ĠU L 116, 9.5.2009, p. 6).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1087/2009 tat-12 ta' Novembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' enżimi tal-endo-1,4-beta-ksilanażi prodotti minn Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588), subtiliżina prodotta minn Bacillus subtilis (ATCC 2107) u alfa-amilażi prodott minn Bacillus amyloliquefaciens (ATCC 3978) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, għall-papri u għad-dundjani għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition, entità legali Finnfeeds International Limited) (ĠU L 297, 13.11.2009. p. 4).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 9/2010 tat- 23 ta' Diċembru 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi prodotti minn Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, tiġieġ tal-bajd, papri u dundjani għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition, Finnfeeds International Limited (ĠU L 3, 7.1.2010, p. 10).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 337/2011 tas-7 ta' April 2011 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-ksilanażi u endo-1,3(4)-beta-glukanażi bħala addittiv fl-għalf għat-tajr tal-irziezet, għall-ħnienes miftuma u qżieqeż għas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition) (ĠU L 94, 8.4.2011, p. 19).

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2011 tad-19 ta' April 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni enżimatika tal-endo-1,4-beta-ksinalażi, tas-subtiliżina u tal-alfa-amilażi bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tal-bajd (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition) (ĠU L 104, 20.4.2011, p. 7).

(8)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 528/2011 tat-30 ta' Mejju 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' endo-1,4-β-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer għas-simna (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition) (ĠU L 143, 31.5.2011, p. 10).

(9)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 840/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 rigward l-awtorizzazzjoni tas-6-fitażi (EC 3.1.3.26) prodotta mis-Schizosaccharomyces pombe (ATCC 5233) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi tat-tjur kollha għat-tismin għajr it-tiġieġ għat-tismin, id-dundjani għat-tismin u l-papri għat-tismin u l-ispeċi tat-tjur kollha tal-bajd għajr it-tiġieġ tal-bajd (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition) (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 14).

(10)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1021/2012 tas-6 ta' Novembru 2012 dwar l-awtorizzazzjoni ta' endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588) bħala addittiv għall-għalf għal speċi tat-tjur minuri minbarra l-papri (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition) (ĠU L 307, 7.11.2012, p. 68).

(11)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/899 tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-awtorizzazzjoni ta' 6-fitażi prodott mit-Trichoderma reesei (ATCC SD-6528) bħala addittiv fl-għalf għal kull speċi ta' tjur u speċi tal-ħnieżer kollha (ħlief ħnienes mhux miftuma) (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco (UK) Ltd) (ĠU L 152, 9.6.2016, p. 15).

(12)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/997 tal-21 ta' Ġunju 2016 rigward l-awtorizzazzjoni ta' endo-1,4-beta-ksilanażi EC 3.2.1.8 prodotta mit-Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588) u endo-1,3(4)-beta-glukanażi EC 3.2.1.6 prodotta mit-Trichoderma reesei (ATCC SD 2106) bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer li jreddgħu u speċijiet minuri ta' porċini (detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco (UK) Ltd) (ĠU L 164, 22.6.2016, p. 4).

(13)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/440 tat-13 ta' Marzu 2017 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Bacillus amyloliquefaciens (PTA-6507), Bacillus amyloliquefaciens (NRRL B-50013) u Bacillus amyloliquefaciens (NRRL B-50104) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd, speċijiet minuri ta' tjur tas-simna u speċijiet minuri ta' tjur imrobbija għall-bajd (id-detentriċi tal-awtorizzazzjoni Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition) (ĠU L 67, 14.3.2017, p. 74).

(14)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/896 tal-24 ta' Mejju 2017 dwar l-awtorizzazzjoni ta'preparazzjoni tas-6-fitażi prodott mit-Trichoderma reesei (ATCC SD-6528) bħala addittiv fl-għalf fl-għamla solida għal kull speċi ta' tjur u speċi tal-ħnieżer kollha (ħlief ħnienes mhux miftuma) (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco (UK) Ltd (ĠU L 138, 25.5.2017, p. 123).


DEĊIŻJONIJIET

7.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 35/32


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/222

tal-20 ta' Diċembru 2018

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Interim Ewro-Mediterranju dwar kummerċ u kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana (AP) tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-estensjoni tal-Pjan ta' Azzjoni UE-AP

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Interim Ewro-Mediterranju dwar kummerċ u kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim ta' Assoċjazzjoni Interim”) ġie ffirmat fl-24 ta' Frar 1997 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1997.

(2)

Il-Partijiet jaqblu li l-Pjan ta' Azzjoni attwali għall-UE u l-Awtorità Palestinjana (Pjan ta' Azzjoni UE-AP) jkompli jirrifletti s-sħubija privileġġata bejn l-UE u l-AP u jappoġġa l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Interim.

(3)

Skont l-Artikolu 63 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Interim, il-Kumitat Konġunt jista' jieħu deċiżjonijiet u jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa.

(4)

Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta r-rakkomandazzjoni dwar l-estensjoni tal-Pjan ta' Azzjoni UE-AP bi tliet snin permezz ta' proċedura bil-miktub.

(5)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt peress li r-rakkomandazzjoni se jkollha effetti legali.

(6)

L-estensjoni tal-Pjan ta' Azzjoni UE-AP bi tliet snin se tagħti opportunità sħiħa lill-Partijiet biex fis-snin li ġejjin ikomplu jagħmlu progress fil-kooperazzjoni tagħhom, inkluż permezz tal-possibbiltà li jiġu negozjati prijoritajiet ta' sħubija,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Interim Ewro-Mediterranju dwar kummerċ u kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-estensjoni tal-Pjan ta' Azzjoni UE-AP għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' rakkomandazzjoni tal-Kumitat Konġunt mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. KÖSTINGER


(1)  ĠU L 187, 16.7.1997, p. 3.


ABBOZZ

RAKKOMANDAZZJONI Nru …/… TAL-KUMITAT KONĠUNT UE-PLO

ta' …

li tapprova l-estensjoni tal-Pjan ta' Azzjoni UE-AP

IL-KUMITAT KONĠUNT UE-PLO,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Interim Ewro-Mediterranju dwar kummerċ u kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża, min-naħa l-oħra (1),

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Interim Ewro-Mediterranju dwar kummerċ u kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim ta' Assoċjazzjoni Interim”) ġie ffirmat fl-24 ta' Frar 1997 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1997.

(2)

Skont l-Artikolu 63 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Interim, il-Kumitat Konġunt jista' jieħu deċiżjonijiet u jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa.

(3)

L-Artikolu 10 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Konġunt jipprevedi l-possibbiltà li jittieħdu deċiżjonijiet permezz ta' proċedura bil-miktub bejn is-sessjonijiet jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu li jsir dan.

(4)

L-estensjoni tal-Pjan ta' Azzjoni UE-AP bi tliet snin se tagħti l-opportunità lill-Partijiet biex fis-snin li ġejjin ikomplu jagħmlu progress fil-kooperazzjoni tagħhom, inkluż permezz tal-possibbiltà li jiġu negozjati prijoritajiet ta' sħubija,

ADOTTA R-RAKKOMANDAZZJONI LI ĠEJJA:

Artikolu 1

Il-Kumitat Konġunt, permezz ta' proċedura bil-miktub, jirrakkomanda li l-Pjan ta' Azzjoni UE-AP jiġi estiż bi tliet snin mid-data tal-adozzjoni tal-estensjoni.

Artikolu 2

Din ir-Rakkomandazzjoni għandha ssir effettiva fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …, […].

Għall-Kumitat Konġunt UE-PLO

Il-President


(1)  ĠU L 187, 16.7.1997, p. 3.


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

7.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 35/35


RAKKOMANDAZZJONI Nru 1/2019 TAL-KUMITAT KONĠUNT UE-PLO

tal-31 ta' Jannar 2019

li tapprova l-estensjoni tal-Pjan ta' Azzjoni UE-AP [2019/223]

IL-KUMITAT KONĠUNT UE-PLO,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Interim Ewro-Mediterranju dwar kummerċ u kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża, min-naħa l-oħra (1),

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Interim Ewro-Mediterranju dwar kummerċ u kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim ta' Assoċjazzjoni Interim”) ġie ffirmat fl-24 ta' Frar 1997 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1997.

(2)

Skont l-Artikolu 63 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Interim, il-Kumitat Konġunt jista' jieħu deċiżjonijiet u jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa.

(3)

L-Artikolu 10 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Konġunt jipprevedi l-possibbiltà li jittieħdu deċiżjonijiet permezz ta' proċedura bil-miktub bejn is-sessjonijiet jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu li jsir dan.

(4)

L-estensjoni tal-Pjan ta' Azzjoni UE-AP bi tliet snin se tagħti l-opportunità lill-Partijiet biex fis-snin li ġejjin ikomplu jagħmlu progress fil-kooperazzjoni tagħhom, inkluż permezz tal-possibbiltà li jiġu negozjati prijoritajiet ta' sħubija,

ADOTTA R-RAKKOMANDAZZJONI LI ĠEJJA:

Artikolu 1

Il-Kumitat Konġunt, permezz ta' proċedura bil-miktub, jirrakkomanda li l-Pjan ta' Azzjoni UE-AP jiġi estiż bi tliet snin mid-data tal-adozzjoni tal-estensjoni.

Artikolu 2

Din ir-Rakkomandazzjoni għandha ssir effettiva fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Jannar 2019.

Għall-Kumitat Konġunt UE-PLO

Il-President

Kherieh RASSAS


(1)  ĠU L 187, 16.7.1997, p. 3.


7.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 35/36


DEĊIŻJONI Nru 1/2019 TAL-GRUPP TA' ĦIDMA DWAR L-INBID UE-ĠAPPUN

tal-1 ta' Frar 2019

dwar il-formoli li għandhom jintużaw bħala ċertifikati għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' prodotti tal-inbid li joriġinaw mill-Ġappun u l-modalitajiet li jikkonċernaw l-awtoċertifikazzjoni [2019/224]

IL-GRUPP TA' ĦIDMA DWAR L-INBID,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika, u b'mod partikolari l-Artikoli 2.28 u 2.35 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika (“il-Ftehim”) jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2019.

(2)

L-Artikolu 22.4 tal-Ftehim jistabbilixxi Grupp ta' Ħidma dwar l-Inbid li huwa responsabbli, fost l-oħrajn, għall-implimentazzjoni u għat-tħaddim effettivi tat-Taqsima C tal-Kapitolu 2 u tal-Anness 2-E tal-Ftehim.

(3)

Skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 2.28 tal-Ftehim, ċertifikat awtentikat skont il-liġijiet u r-regolamenti tal-Ġappun, inkluż awtoċertifikat stabbilit minn produttur awtorizzat mill-awtorità kompetenti tal-Ġappun, huwa biżżejjed bħala dokumentazzjoni li sservi ta' evidenza li r-rekwiżiti għall-importazzjoni u għall-bejgħ fl-Unjoni Ewropea ta' prodotti tal-inbid li joriġinaw mill-Ġappun imsemmija fl-Artikolu 2.25, 2.26 jew 2.27 tal-Ftehim ġew issodisfati.

(4)

Skont is-subparagrafu 2(a) tal-Artikolu 2.28 tal-Ftehim, il-formoli li għandhom jintużaw għaċ-ċertifikati u l-informazzjoni li għandha titniżżel fuq iċ-ċertifikati għandhom jiġu adottati b'deċiżjoni tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-Inbid stabbilit skont l-Artikolu 22.4 tal-Ftehim.

(5)

Skont is-subparagrafu 2(a) tal-Artikolu 2.35 tal-Ftehim, il-modalitajiet li jikkonċernaw l-awtoċertifikazzjoni għandhom jiġu adottati mill-Grupp ta' Ħidma dwar l-Inbid,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-formola li għandha tintuża għaċ-ċertifikati awtentikati b'konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti tal-Ġappun tinsab fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

2.   Il-formola li għandha tintuża għall-awtoċertifikati stabbiliti mill-produtturi awtorizzati mill-awtorità kompetenti tal-Ġappun tinsab fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

3.   Il-modalitajiet li jikkonċernaw l-awtoċertifikazzjoni mill-produtturi awtorizzati mill-awtorità kompetenti tal-Ġappun jinsabu fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-formoli u l-modalitajiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni skont is-subparagrafu 2(a) tal-Artikolu 2.28 tal-Ftehim għandhom jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2019.

Għall-Grupp ta' Ħidma dwar l-Inbid, il-Presidenti tiegħu

Antonia GAMEZ MORENO

Il-Kap tal-Unità A4 L-Asja u l-Awstralasja

Id-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

Il-Kummissjoni Ewropea

Kazuya OTSUKA

Id-Direttur tad-Diviżjoni tal-Affarijiet Ekonomiċi marbutin mal-Unjoni Ewropea

L-Uffiċċju tal-Affarijiet Ekonomiċi

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Gappun


ANNESS I

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

ANNESS II

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

ANNESS III

MODALITAJIET TAL-AWTOĊERTIFIKAZZJONI

1.

L-Istitut Nazzjonali ta' Riċerka dwar il-Produzzjoni tal-Birra, taħt is-sorveljanza tal-Ministeru tal-Finanzi tal-Ġappun,

(i)

jaħtar individwalment lill-produtturi awtorizzati fil-Ġappun biex ifasslu l-awtoċertifikati msemmija fl-Artikolu 2.28 tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika;

(ii)

jissorvelja u jispezzjona lill-produtturi awtorizzati; u

(iii)

jgħarraf lill-Unjoni Ewropea:

darbtejn fis-sena, fix-xhur ta' Jannar u ta' Lulju, bl-ismijiet u bl-indirizzi tal-produtturi awtorizzati, flimkien man-numri ta' reġistrazzjoni uffiċjali tagħhom; u

mingħajr dewmien, b'kull bidla fl-ismijiet u fl-indirizzi tal-produtturi awtorizzati jew bl-irtirar ta' xi wieħed minnhom.

2.

L-Unjoni Ewropea tippubblika u taġġorna mingħajr dewmien l-ismijiet u l-indirizzi tal-produtturi awtorizzati fil-lista intitolata “Il-korpi kompetenti tal-pajjiżi terzi, il-laboratorji maħtura u l-produtturi u l-proċessuri tal-inbid awtorizzati għat-tfassil tad-dokumenti VI-1 għall-importazzjoni tal-inbid fl-UE”, li tinsab fis-sit web uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea fl-indirizz elettroniku li ġej: ec.europa.eu/agriculture/sites/agriculture/files/wine/lists/06.pdf.