ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 17 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 62 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
DEĊIŻJONIJIET
18.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 17/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/61
tad-19 ta’ Diċembru 2018
dwar id-dokument ta’ referenza settorjali dwar l-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali settorjali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza għas-settur tal-amministrazzjoni pubblika skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS), li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 46(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 jobbliga lill-Kummissjoni tfassal dokumenti ta’ referenza settorjali għal setturi ekonomiċi speċifiċi. Id-dokumenti jridu jinkludu l-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u, meta jkun xieraq, il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza kif ukoll is-sistemi ta’ klassifikazzjoni li jidentifikaw il-livelli tal-prestazzjoni ambjentali. L-organizzazzjonijiet irreġistrati jew li qegħdin iħejju biex jiġu rreġistrati skont l-iskema ta’ ġestjoni u verifika ambjentali stabbilita b’dak ir-Regolament huma meħtieġa li jqisu dawk id-dokumenti meta jkunu qegħdin jiżviluppaw is-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali tagħhom u meta jkunu qegħdin jivvalutaw il-prestazzjoni ambjentali tagħhom fid-dikjarazzjoni ambjentali jew fid-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata tagħhom, imħejjija skont l-Anness IV ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 kien jesiġi li l-Kummissjoni tistabbilixxi pjan ta’ ħidma li jistipula lista indikattiva tas-setturi li jridu jitqiesu bħala setturi prijoritarji għall-adozzjoni ta’ dokumenti ta’ referenza settorjali u transsettorjali. Il-“Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – It-twaqqif ta’ pjan ta’ ħidma li jistabbilixxi lista indikattiva ta’ setturi għall-adozzjoni ta’ dokumenti ta’ referenza settorjali u transsettorjali, skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009, dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS)” (2) identifikat is-settur tal-amministrazzjoni pubblika bħala settur prijoritarju. |
(3) |
Minħabba l-varjetà ta’ attivitajiet li jwettqu l-amministrazzjonijiet pubbliċi differenti fl-Unjoni, jenħtieġ li d-dokument ta’ referenza settorjali għas-settur tal-amministrazzjoni pubblika jiffoka fuq il-kwistjonijiet ambjentali ewlenin għas-settur. Fir-rigward tal-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali għas-settur, jenħtieġ li jidentifika azzjonijiet konkreti għat-titjib tal-ġestjoni tal-uffiċċji, tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u tar-riżorsi, tal-mobbiltà, tal-użu tal-art, tal-kwalità tal-arja, tal-provvista tal-ilma u tal-ġestjoni tal-ilma mormi, bl-għan li jkun hemm ekonomija iżjed ċirkolari. |
(4) |
Sabiex l-organizzazzjonijiet, il-verifikaturi ambjentali u oħrajn ikollhom biżżejjed żmien biex iħejju għall-introduzzjoni tad-dokument ta’ referenza settorjali għas-settur tal-amministrazzjoni pubblika, jenħtieġ li d-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tiġi differita b’perjodu ta’ 120 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(5) |
Fit-tfassil tad-dokument ta’ referenza settorjali anness ma’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Istati Membri u lil partijiet ikkonċernati oħra skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 49 tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-dokument ta’ referenza settorjali dwar l-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali settorjali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza għas-settur tal-amministrazzjoni pubblika għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 huwa stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mit-18 ta’ Mejju 2019.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
ANNESS
1. INTRODUZZJONI
Dan id-Dokument ta’ Referenza Settorjali (SRD) huwa bbażat fuq rapport (1) xjentifiku u ta’ politika dettaljat (“Rapport dwar l-Aqwa Prattika”) li tfassal miċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea.
L-isfond ġuridiku rilevanti
Fl-1993, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1836/93 (2), ġiet introdotta l-iskema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) għall-parteċipazzjoni volontarja tal-organizzazzjonijiet. Sussegwentement, kien hemm żewġ reviżjonijiet kbar tal-EMAS:
— |
Ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3); |
— |
Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009. |
Element importanti ġdid tal-iżjed reviżjoni reċenti huwa l-Artikolu 46 dwar it-tfassil ta’ SRDs, li daħal fis-seħħ fil-11 ta’ Jannar 2010. L-SRDs iridu jinkludu l-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali (il-BEMPs), l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali għas-setturi speċifiċi u, meta jkun xieraq, il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza u s-sistemi ta’ klassifikazzjoni li jidentifikaw il-livelli ta’ prestazzjoni.
Kif tifhem u tuża dan id-dokument
L-iskema ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) hija skema għall-parteċipazzjoni volontarja tal-organizzazzjonijiet impenjati biex ikun hemm titjib ambjentali kontinwu. F’dan il-qafas, dan l-SRD jipprovdi gwida speċifika għas-settur tal-amministrazzjoni pubblika u jindika għadd ta’ alternattivi għal titjib kif ukoll l-aqwa prattiki.
Il-Kummissjoni Ewropea użat il-kontribut tal-partijiet ikkonċernati biex fasslet dan id-dokument. Grupp ta’ Ħidma Tekniku, li jinkludi esperti u partijiet ikkonċernati tas-settur, immexxi mill-JRC, iddiskuta u fl-aħħar mill-aħħar qabel dwar l-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali, dwar l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali għas-setturi speċifiċi u dwar il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza deskritti f’dan id-dokument; b’mod partikolari dawn il-parametri referenzjarji tqiesu bħala rappreżentattivi tal-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali li jinkisbu mill-organizzazzjonijiet bl-aqwa prestazzjoni fis-settur.
L-SRD għandu l-għan li jgħin u jappoġġa lill-organizzazzjonijiet kollha li beħsiebhom itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom billi jipprovdi ideat u ispirazzjoni kif ukoll gwida prattika u teknika.
L-SRD huwa indirizzat prinċipalment lill-organizzazzjonijiet li diġà huma rreġistrati fl-EMAS; it-tieni lill-organizzazzjonijiet li qed jikkunsidraw li fil-futur jirreġistraw fl-EMAS; u t-tielet lill-organizzazzjonijiet kollha li jixtiequ jitgħallmu iktar dwar l-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali sabiex itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom. B’konsegwenza ta’ dan, l-objettiv ta’ dan id-dokument huwa li jappoġġa lill-organizzazzjonijiet kollha fis-settur tal-amministrazzjoni pubblika biex jiffokaw fuq aspetti ambjentali rilevanti, kemm diretti kif ukoll indiretti, u biex isibu it-tagħrif dwar l-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali, kif ukoll l-indikaturi xierqa ta’ prestazzjoni ambjentali għas-setturi speċifiċi biex ikejlu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom, u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza.
Il-mod kif jenħtieġ li l-SRDs jitqiesu mill-organizzazzjonijiet irreġistrati fl-EMAS:
Skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009, l-organizzazzjonijiet irreġistrati fl-EMAS iridu jqisu l-SRDs f’żewġ livelli differenti:
1. |
Meta jkunu qegħdin jiżviluppaw u jimplimentaw is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tagħhom fid-dawl tar-reviżjonijiet ambjentali (l-Artikolu 4(1)(b)); Jenħtieġ li l-organizzazzjonijiet jużaw elementi rilevanti tal-SRD meta jkunu qegħdin jiddefinixxu u jirrevedu l-miri u l-objettivi ambjentali tagħhom skont l-aspetti ambjentali rilevanti identifikati fir-reviżjoni u fil-politika ambjentali, kif ukoll meta jkunu qegħdin jiddeċiedu dwar liema azzjonijiet iridu jimplimentaw biex itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom. |
2. |
Meta jkunu qegħdin iħejju d-dikjarazzjoni ambjentali (l-Artikolu 4(1)(d) u l-Artikolu 4(4)):
|
Jenħtieġ li l-elementi tal-SRDs (l-indikaturi, il-BEMPs jew il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza) li ma jitqisux rilevanti fir-rigward tal-aspetti ambjentali sinifikanti identifikati mill-organizzazzjoni fir-reviżjoni ambjentali tagħha ma jiġux irrapportati jew deskritti fid-dikjarazzjoni ambjentali.
Il-parteċipazzjoni fl-EMAS hija proċess kontinwu. Kull darba li organizzazzjoni tippjana li ttejjeb il-prestazzjoni ambjentali tagħha (u tirrevedi l-prestazzjoni ambjentali tagħha) għandha tikkonsulta l-SRD għal temi speċifiċi biex issib l-ispirazzjoni dwar liema kwistjonijiet imissha tindirizza f’approċċ ta’ pass pass.
Il-verifikaturi ambjentali tal-EMAS għandhom jikkontrollaw jekk l-SRD tqiesx mill-organizzazzjoni waqt it-tħejjija tad-dikjarazzjoni ambjentali tagħha u kif sar dan (l-Artikolu 18(5)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009).
Meta jkunu qed iwettqu awditu, il-verifikaturi ambjentali akkreditati jkollhom bżonn ta’ evidenza mill-organizzazzjoni dwar kif ikunu ntgħażlu u tqiesu l-elementi rilevanti tal-SRD fid-dawl tar-reviżjoni ambjentali. Ma għandhomx jikkontrollaw il-konformità mal-parametri referenzjarji deskritti ta’ eċċellenza, iżda għandhom jivverifikaw l-evidenza dwar kif l-SRD intuża bħala gwida biex jiġu identifikati l-indikaturi u l-miżuri volontarji xierqa li l-organizzazzjoni tista’ timplimenta biex ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tagħha.
Minħabba n-natura volontarja tal-EMAS u tal-SRD, jenħtieġ li l-organizzazzjonijiet ma jitgħabbewx b’piżijiet sproporzjonati biex jipprovdu din l-evidenza. B’mod partikolari, il-verifikaturi ma għandhomx jitolbu ġustifikazzjoni individwali għal kull wieħed jew waħda mill-aqwa prattiki, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali għas-setturi speċifiċi u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza msemmija fl-SRD u mhux ikkunsidrati rilevanti mill-organizzazzjoni fid-dawl tar-reviżjoni ambjentali tagħha. Madankollu, jistgħu jissuġġerixxu elementi addizzjonali rilevanti li l-organizzazzjoni tista’ tqis fil-futur bħala evidenza ulterjuri tal-impenn tagħha biex ikun hemm titjib kontinwu fil-prestazzjoni tagħha.
L-istruttura tad-Dokument ta’ Referenza Settorjali
Dan id-dokument fih erba’ kapitoli. Il-Kapitolu 1 jintroduċi l-isfond ġuridiku tal-EMAS u jiddeskrivi kif wieħed irid juża dan id-dokument, filwaqt li l-Kapitolu 2 jiddefinixxi l-ambitu ta’ dan l-SRD. Il-Kapitolu 3 jiddeskrivi fil-qosor l-aqwa prattiki differenti ta’ ġestjoni ambjentali (il-BEMPs) (5) u jagħti tagħrif dwar l-applikabbiltà tagħhom. Meta l-indikaturi speċifiċi tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji speċifiċi ta’ eċċellenza jkunu jistgħu jiġu fformulati għal BEMP partikolari, dawn jingħataw ukoll. Madankollu, id-definizzjoni tal-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza ma kinitx possibbli għall-BEMPs kollha peress li f’xi erjas jew id-dejta disponibbli kienet limitata jew inkella l-kundizzjonijiet speċifiċi (il-klima lokali, is-soċjetà lokali, ir-responsabbiltajiet tal-amministrazzjoni pubblika, eċċ.) ivarjaw tant li parametru referenzjarju ta’ eċċellenza ma jkunx sinifikattiv. Uħud mill-indikaturi u mill-parametri referenzjarji huma rilevanti għal aktar minn BEMP waħda u għalhekk jiġu ripetuti kull meta jkun xieraq. Fl-aħħar nett, fil-Kapitolu 4 tiġi ppreżentata tabella komprensiva b’għażla tal-iżjed indikaturi rilevanti tal-prestazzjoni ambjentali, spjegazzjonijiet assoċjati u parametri referenzjarji ta’ eċċellenza relatati.
2. AMBITU
Dan l-SRD jindirizza l-prestazzjoni ambjentali tal-attivitajiet tas-settur tal-amministrazzjoni pubblika. F’dan id-dokument, is-settur tal-amministrazzjoni pubblika jinkludi organizzazzjonijiet li jappartjenu b’mod prinċipali għad-diviżjoni li ġejja tal-kodiċijiet NACE (skont il-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6)):
— |
Il-kodiċi 84 tan-NACE: L-amministrazzjoni pubblika u d-difiża; sigurtà soċjali obbligatorja. |
L-organizzazzjonijiet reġistrati skont dan il-kodiċi NACE huma l-grupp fil-mira ta’ dan id-dokument.
Barra minn hekk, l-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali identifikati f’dan l-SRD jistgħu jkunu ta’ ispirazzjoni wkoll għal organizzazzjonijiet oħra, bħal kumpaniji b’sjieda pubblika jew kumpaniji privati li jwasslu s-servizzi f’isem l-amministrazzjonijiet pubbliċi. Dawn jistgħu jiffurmaw parti, fost l-oħrajn, mid-diviżjonijiet tal-kodiċijiet NACE li ġejjin:
— |
Il-kodiċi 2 tan-NACE: Il-forestrija, il-qtugħ tas-siġar għall-injam; |
— |
Il-kodiċi 36 tan-NACE: Il-ġbir, it-trattament u l-provvista tal-ilma; |
— |
Il-kodiċi 37 tan-NACE: Is-sistema ta’ drenaġġi; |
— |
Il-kodiċi 38 tan-NACE: L-attivitajiet ta’ ġbir, ta’ trattament u ta’ rimi tal-iskart; l-irkupru tal-materjali; |
— |
Il-kodiċi 39 tan-NACE: L-attivitajiet ta’ rimedju u servizzi oħra ta’ ġestjoni tal-iskart; |
— |
Il-kodiċi 41.2 tan-NACE: Il-kostruzzjoni ta’ binjiet residenzjali u mhux residenzjali; |
— |
Il-kodiċi 49.3.1 tan-NACE: It-trasport urban u sottourban tal-passiġġieri bl-art. |
Dan l-SRD jimmira lejn għadd ta’ aspetti li huma rilevanti għat-tipi kollha ta’ amministrazzjonijiet pubbliċi, bħall-prestazzjoni ambjentali tal-uffiċċji, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-binjiet pubbliċi u l-akkwist pubbliku ekoloġiku (jiġifieri t-Taqsimiet 3.1, 3.2.5, 3.2.7, 3.2.8, 3.2.10 u 3.11). L-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha fil-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u internazzjonali huma mistiedna jikkonsultaw dawn it-taqsimiet tad-dokument.
Madankollu, ġestjoni ambjentali effettiva għal amministrazzjoni pubblika teħtieġ ukoll li tindirizza l-qofol tal-attivitajiet tagħha, fejn jistgħu jinkisbu l-ikbar benefiċċji ambjentali. L-għan ta’ dan id-dokument huwa li dan il-kompitu jiġi ffaċilitat għall-awtoritajiet lokali u għall-muniċipalitajiet (7) filwaqt li jiffoka fuq l-aqwa prattiki li huma rilevanti għar-rwol tagħhom u għas-servizzi li jipprovdu direttament jew indirettament lill-abitanti tagħhom (eż. it-trattament tal-ilma mormi, it-trasport pubbliku lokali). L-awtoritajiet lokali jitqiegħdu fil-mira b’mod speċifiku minħabba li dawn jikkostitwixxu l-ikbar sehem ta’ amministrazzjonijiet pubbliċi fl-UE u proprju fil-livell lokali hemm l-ogħla potenzjal għal replikabbiltà u għal tagħlim mill-aqwa prattiki.
L-aspetti ambjentali prinċipali, il-pressjonijiet ambjentali assoċjati u t-taqsimiet rilevanti korrispondenti tad-dokument huma ppreżentati fit-tabella ta’ hawn taħt. L-aspetti ambjentali elenkati ntgħażlu bħala l-iktar rilevanti fis-settur. Madankollu, jenħtieġ li l-aspetti ambjentali li jridu jiġu ġestiti minn kull amministrazzjoni pubblika speċifika jiġu vvalutati każ b’każ. Fit-tabella ta’ hawn taħt ma ssir l-ebda distinzjoni bejn l-aspetti ambjentali diretti u indiretti, peress li l-operazzjonijiet li jitwettqu internament u dawk li jiġu esternalizzati jvarjaw minn każ għall-ieħor. Barra minn hekk, ħafna aspetti ambjentali jistgħu jiġu kkunsidrati kemm diretti kif ukoll indiretti, ladarba dawn jirreferu direttament għall-attivitajiet tal-amministrazzjoni pubblika iżda wkoll għall-attivitajiet kollha tar-residenti, tal-kumpaniji u tal-organizzazzjonijiet fit-territorju amministrat jew moqdi mill-amministrazzjoni pubblika.
L-iktar aspetti u pressjonijiet ambjentali rilevanti għall-amministrazzjonijiet pubbliċi u kif dawn jiġu indirizzati f’dan id-dokument
L-aspett ambjentali |
Il-pressjoni ambjentali prinċipali relatata |
It-taqsimiet rilevanti tal-SRD |
Iż-żamma tal-uffiċċji |
Il-ġenerazzjoni tal-iskart solidu Il-konsum tal-ilma Il-konsum tal-enerġija, l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra (CO2) L-emissjonijiet fl-arja (CO, SO2, NOx, il-materja partikolata, eċċ.) It-tnaqqir tar-riżorsi |
It-Taqsima 3.1 |
Jiġi kkoordinat l-użu tal-enerġija fit-territorju amministrat u jiġi ġestit l-użu tal-enerġija tal-amministrazzjoni pubblika stess |
Il-konsum tal-enerġija, l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra (CO2) |
It-Taqsima 3.2 |
Jiġu ġestiti l-mobbiltà u/jew it-trasport pubbliku |
L-emissjonijiet fl-arja (CO, SO2, NOx, il-materja partikolata, eċċ.) Il-konsum tal-enerġija, l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra (CO2) |
It-Taqsima 3.3 |
Jiġi ppjanat l-użu tal-art u jiġu ġestiti ż-żoni urbani ekoloġiċi |
L-użu tal-art It-telf tal-bijodiversità |
It-Taqsimiet 3.4 u 3.5 |
Jiġu ġestiti l-kwalità tal-arja ambjentali u l-istorbju |
L-emissjonijiet fl-arja (CO, SO2, NOx, il-materja partikolata, eċċ.) Il-ġenerazzjoni tal-istorbju |
It-Taqsimiet 3.6 u 3.7 |
Il-ġestjoni tal-iskart |
Il-ġenerazzjoni tal-iskart solidu |
It-Taqsima 3.8 |
Il-provvista tal-ilma tajjeb għax-xorb |
Il-konsum tal-ilma |
It-Taqsima 3.9 |
Jiġi ġestit it-trattament tal-ilma mormi |
L-emissjonijiet fl-ilma (il-BOD, is-COD, il-mikrosustanzi li jniġġsu, eċċ.) Il-konsum tal-enerġija, l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra (CO2) |
It-Taqsima 3.10 |
Jiġu akkwistati l-oġġetti u s-servizzi |
Il-ġenerazzjoni tal-iskart solidu Il-konsum tal-ilma Il-konsum tal-enerġija, l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra (CO2) L-emissjonijiet fl-arja (CO, SO2, NOx, il-materja partikolata, eċċ.) It-tnaqqir tar-riżorsi |
It-Taqsima 3.11 |
Tiġi promossa l-mġiba favur l-ambjent tar-residenti u tan-negozji |
Il-ġenerazzjoni tal-iskart solidu Il-konsum tal-ilma Il-konsum tal-enerġija, l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra (CO2) L-emissjonijiet fl-arja (CO, SO2, NOx, il-materja partikolata, eċċ.) L-emissjonijiet fl-ilma (is-COD, il-BOD, il-mikrosustanzi li jniġġsu, eċċ.) It-tnaqqir tar-riżorsi |
It-Taqsima 3.12 |
L-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali (il-BEMPs) deskritti fil-Kapitolu 3 ġew identifikati bħala l-iktar tekniki, azzjonijiet u miżuri rilevanti li l-amministrazzjonijiet pubbliċi jistgħu jimplimentaw biex itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom għal kull aspett ambjentali elenkat fit-tabella ta’ hawn fuq. Fl-identifikazzjoni tagħhom, tqiesu l-isfidi u l-opportunitajiet speċifiċi tal-korpi pubbliċi, mqabbla ma’ dawk tal-kumpaniji privati. Dawn jinkludu, fost l-oħrajn:
— |
proċeduri iktar riġidi ta’ akkwist; |
— |
regoli stretti ta’ finanzjament; |
— |
ħtieġa ta’ perjodi ta’ żmien itwal biex jiġu implimentati d-deċiżjonijiet; |
— |
infrastruttura antika; |
— |
baġit limitat; |
iżda wkoll:
— |
il-possibbiltà li jaċċettaw ħlas lura iktar fit-tul; |
— |
il-possibbiltà li jagħtu prijorità lil għażliet li jirriżultaw f’benefiċċji għas-soċjetà iktar milli lil ħlas lura finanzjarju; |
— |
l-istabbiltà tal-persunal; |
— |
l-opportunitajiet għal ekonomiji ta’ skala f’każ ta’ kooperazzjoni ma’ amministrazzjonijiet pubbliċi differenti fil-livelli lokali, reġjonali jew nazzjonali. |
Meta jiġu biex jikkunsidraw l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe waħda mill-BEMPs ippreżentati f’dan id-dokument, jeħtieġ li l-awtoritajiet lokali jikkunsidraw l-isfidi speċifiċi tagħhom u kif jistgħu jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet speċifiċi disponibbli (8).
3. L-AQWA PRATTIKI TA’ ĠESTJONI AMBJENTALI, L-INDIKATURI TAL-PRESTAZZJONI AMBJENTALI U L-PARAMETRI REFERENZJARJI TA’ EĊĊELLENZA GĦAS-SETTUR TAL-AMMINISTRAZZJONI PUBBLIKA
3.1. L-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali għal uffiċċji sostenibbli
Din it-taqsima hija mmirata lejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha li għandhom operazzjonijiet ibbażati fl-uffiċċji.
3.1.1. Il-ġestjoni u l-imminimizzar tal-użu tal-enerġija
Il-BEMP tkun li tiġi implimentata ġestjoni tal-enerġija skont il-prinċipji taċ-ċiklu “ippjana, agħmel, ikkontrolla, aġixxi” fl-uffiċċji b’sjieda jew b’ġestjoni tal-amministrazzjoni pubblika billi:
— |
id-dejta dwar l-użu tal-enerġija tinġabar b’mod frekwenti jew isir monitoraġġ kostanti tal-użu tal-enerġija; id-dejta tista’ tinġabar fil-livell ta’ binjiet, għal kull żona tal-binjiet (eż. il-lobby, l-uffiċċji, il-kantin/il-bar), għal kull tip ta’ sors ta’ enerġija (eż. il-gass, l-elettriku) u għal kull kategorija tal-użu aħħari (eż. it-tidwil, it-tisħin tal-post); |
— |
issir analiżi tad-dejta, jiġu stabbiliti miri, jiġu identifikati parametri referenzjarji u jintużaw għat-tqabbil mar-rendiment reali tal-bini fl-użu tal-enerġija; |
— |
jitfasslu strateġija u pjan ta’ azzjoni għat-titjib tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini tal-uffiċċji (ara t-Taqsimiet 3.2.5, 3.2.7, 3.2.8). |
Din il-BEMP hija applikabbli b’mod wiesa’ għal binjiet tal-uffiċċji b’sjieda jew b’ġestjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi. Madankollu, l-azzjonijiet li jistgħu jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ din il-BEMP jaf ikunu iktar limitati fil-binjiet mikrija.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||||||||||||||||||||||||
|
— |
3.1.2. Il-ġestjoni u l-imminimizzar tal-użu tal-ilma
Il-BEMP tkun li tiġi implimentata ġestjoni tal-ilma skont il-prinċipji taċ-ċiklu “ippjana, agħmel, ikkontrolla, aġixxi” fl-uffiċċji b’sjieda jew b’ġestjoni tal-amministrazzjoni pubblika billi:
— |
id-dejta dwar l-użu tal-ilma tinġabar b’mod frekwenti jew isir monitoraġġ kostanti tal-użu tal-ilma; id-dejta tista’ tinġabar fil-livell ta’ binjiet, għal kull żona ta’ binjiet rilevanti fejn jintuża l-ilma (eż. il-lobby, l-uffiċċji, il-kantin/il-bar), u għal kull kategorija tal-użu aħħari (eż. il-latrini, il-kċejjen); |
— |
issir analiżi tad-dejta, jiġu stabbiliti miri, jiġu identifikati parametri referenzjarji u jintużaw għat-tqabbil mal-użu reali tal-ilma; |
— |
jitfasslu strateġija u pjan ta’ azzjoni għat-tnaqqis tal-użu tal-ilma (eż. l-installazzjoni ta’ viti tal-ilma, ta’ doċoċ u ta’ valvoli li jnaqqsu l-pressa li jkunu effiċjenti, il-manutenzjoni regolari tagħhom, l-installazzjoni ta’ sistemi tal-ħżin tal-ilma tax-xita). |
Din il-BEMP hija applikabbli b’mod wiesa’ għal binjiet tal-uffiċċji b’sjieda jew b’ġestjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi, diment li l-iffrankar mistenni tal-ilma li jinkiseb jagħmel tajjeb għall-kostijiet tal-installazzjoni u tal-manutenzjoni ta’ sistemi għall-monitoraġġ u għall-ġbir tad-dejta dwar l-użu tal-ilma. Fil-binjiet mikrija, l-azzjonijiet li jistgħu jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ din il-BEMP jaf ikunu iktar limitati.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||||||||||||||||||
|
|
3.1.3. Il-ġestjoni u l-imminimizzar tal-produzzjoni tal-iskart
Il-BEMP tkun li tiġi implimentata ġestjoni avvanzata tal-iskart fl-uffiċċji b’sjieda jew b’ġestjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi, abbażi ta’:
— |
prevenzjoni: jiġu stabbiliti proċeduri u arkivji mingħajr l-użu ta’ karti, tiġi żgurata d-durabbiltà tat-tagħmir u tal-oġġetti konsumabbli (eż. permezz tal-akkwist pubbliku ekoloġiku, ara t-Taqsima 3.11), jiġi ffaċilitat l-użu mill-ġdid ta’ għamara u ta’ tagħmir tal-uffiċċji (eż. l-istabbiliment ta’ inventarju onlajn tat-tagħmir, tal-għamara u tal-oġġetti tal-kartolerija li huma disponibbli u li ma għadhomx meħtieġa u jiġi żgurat li s-servizzi kollha u l-persunal kollu jfittxu hemmhekk qabel jixtru oġġetti ġodda; jiġu pprovduti servizzi professjonali ta’ tindif, ta’ tiswija u ta’ manutenzjoni biex tiġi estiża l-ħajja tal-oġġetti); il-persunal jingħata inċentivi biex jużaw tazzi li jistgħu jerġgħu jintużaw minflok ma jużaw tazzi tal-plastik li jintużaw darba biss; jiġu pprovduti funtani tal-ilma għax-xorb (mingħajr tazzi tal-plastik) minflok fliexken tal-plastik fil-laqgħat jew fl-ispazji pubbliċi; |
— |
segregazzjoni: ikun hemm aċċess faċli għal laned taż-żibel riċiklabbli għall-iżjed tipi komuni ta’ skart u l-istabbiliment ta’ punti ta’ riċiklaġġ għat-tipi l-oħra kollha ta’ skart, sabiex tiġi mminimizzata l-ġenerazzjoni tal-iskart residwu; jinxtraw tagħmir u oġġetti konsumabbli magħmula minn materjali riċiklabbli; |
— |
monitoraġġ: jingħata rendikont regolari tal-kwantitajiet ta’ skart iġġenerat għal kull tip ta’ skart, li jkopri t-tipi kollha ta’ skart (eż. il-frazzjonijiet miġbura b’mod separat, l-iskart residwu, l-iskart perikoluż); dan jista’ jinkiseb bis-saħħa ta’ strateġiji xierqa u l-involviment ta’ persunal minn servizzi differenti. |
Din il-BEMP hija applikabbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, u hija speċifika għall-attività tal-uffiċċji. Jenħtieġ li l-miżura speċifika implimentata (eż. il-frazzjonijiet differenti li fihom l-iskart jiġi ssegregat) tirrifletti l-kundizzjonijiet speċifiċi (eż. it-tipi ta’ skart iġġenerat, id-disponibbiltà lokali ta’ servizzi ta’ riċiklaġġ għal tipi partikolari ta’ skart, il-leġiżlazzjoni lokali u l-kostijiet tal-ġestjoni tal-iskart).
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||||||||||||
|
|
3.1.4. L-imminimizzar tal-konsum tal-karti u tal-oġġetti konsumabbli tal-uffiċċji
Il-BEMP tkun li:
— |
jiġu implimentati u promossi proċeduri interni (eż. proċeduri mingħajr l-użu ta’ karti bħall-flussi tax-xogħol elettroniċi, il-firem elettroniċi u l-arkivji elettroniċi, l-ebda stampar ta’ dokumenti għal-laqgħat, l-ebda stampar ta’ bullettini/rapporti, l-istampar fuq iż-żewġ naħat tal-folji tkun l-għażla prestabbilita) li jgħinu lill-impjegati u lill-pubbliku jevitaw l-użu ta’ karti tal-uffiċċji (jiġifieri l-karti tal-copiers/tal-printers) u ta’ oġġetti konsumabbli (jiġifieri l-materjal kollu bħal pinen, lapsijiet, highlighters, kotba għan-noti li jintużaw fl-uffiċċji), u biex b’hekk tonqos id-domanda; |
— |
jintuża l-akkwist pubbliku ekoloġiku (ara t-Taqsima 3.11) biex jiġu xprunati l-għażliet b’impatt iktar baxx, eż. il-karti tal-uffiċċju li jiżnu inqas, il-prodotti li jservu iktar fit-tul, li jistgħu jerġgħu jimtlew u l-prodotti alternattivi b’impatt ambjentali baxx jew b’tossiċità baxxa. |
Din il-BEMP hija applikabbli b’mod wiesa’ għall-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||||||||||
|
|
3.1.5. L-imminimizzar tal-impatt ambjentali tal-ivvjaġġar minn post għall-ieħor u tal-ivvjaġġar fuq xogħol
Il-BEMP tkun li jiġi mminimizzat l-impatt ambjentali tal-ivvjaġġar minn post għall-ieħor u tal-ivvjaġġar fuq xogħol billi:
— |
il-persunal jiġi involut u jkun hemm bidla fl-imġiba favur l-ivvjaġġar iktar sostenibbli minn post għall-ieħor (eż. kampanji permezz ta’ għodod diġitali, inċentivi/diżinċentivi ekonomiċi, l-użu ta’ logħob soċjali jew inċentivi bi premjijiet); |
— |
jitfasslu pjanijiet ta’ vvjaġġar tal-persunal fl-organizzazzjoni kollha li jħeġġu modalitajiet sostenibbli ta’ vvjaġġar minn post għall-ieħor u ta’ vvjaġġar fuq xogħol (eż. ftehim mal-fornituri tat-trasport pubbliku lokali biex jadattaw ir-rotot għall-ħtiġijiet ta’ min jivvjaġġa minn post għall-ieħor; isir l-ibbaġitjar tal-karbonju għall-ivvjaġġar fuq xogħol); |
— |
jiġu inklużi kriterji stretti ta’ sostenibbiltà fl-akkwist pubbliku tas-servizzi tat-trasport (eż. l-użu tal-ferrovija iktar milli titjiriet għal vjaġġi qosra; tingħata preferenza lil titjiriet diretti jew lil vjaġġi multimodali iktar milli lil titjiriet konnessi); |
— |
jitnaqqas l-ivvjaġġar minn post għall-ieħor bil-karozza meta jkun hemm it-trasport pubbliku disponibbli u jitħeġġeġ l-użu effiċjenti tal-karozzi (eż. jitnaqqsu l-vjaġġi bil-karozza b’passiġġier uniku billi jiġi promoss l-użu ta’ karozza waħda għall-istess vjaġġ fost l-impjegati); |
— |
jiġi ffaċilitat ix-xogħol mill-bogħod għall-impjegati, biex b’hekk jitnaqqsu l-ħtiġijiet tat-trasport b’mod ġenerali (eż. l-introduzzjoni tax-xogħol mill-bogħod u tax-xogħol mid-dar, l-installazzjoni ta’ faċilitajiet għal laqgħat virtwali). |
Din il-BEMP hija applikabbli għat-tipi u għall-iskali kollha ta’ amministrazzjonijiet pubbliċi. Madankollu, il-miżuri speċifiċi li jridu jiġu implimentati jvarjaw skont il-kundizzjonijiet lokali, bħal pereżempju l-kuntest ġeografiku u d-disponibbiltà tat-trasport pubbliku.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||||||||||||||||||||
|
|
3.1.6. L-imminimizzar tal-impatt ambjentali tal-kantins u tal-kafetteriji
Il-BEMP tkun li:
— |
jiġu akkwistati servizzi ta’ kantins jew ta’ kafetteriji, jew l-ikel u x-xorb għall-kantins u għall-kafetteriji jiġu ġestiti internament, filwaqt li jiġu introdotti rekwiżiti ta’ sostenibbiltà bħal ikel organiku staġjonali, tiġi żgurata d-disponibbiltà ta’ għażliet veġetarjani/vegani u jiġi evitat (meta jkun possibbli) li l-prodotti jiġu offruti f’imballaġġ tal-plastik li jintuża darba biss; jintgħażlu fornituri tas-servizzi li jistgħu joffru servizzi mingħajr l-użu ta’ oġġetti tal-plastik li jintużaw darba biss bħal tazzi, platti u pożati (ara wkoll it-Taqsima 3.11); |
— |
jitwettqu kampanji ta’ involviment tal-persunal li jippromwovu għażliet sostenibbli tal-ikel; |
— |
tiġi xprunata bidla fl-imġiba fil-kantins u fil-kafetteriji bl-għażla tal-arkitettura (jiġifieri jinbidel il-mod kif jiġu ppreżentati l-għażliet li jistgħu jwasslu biex għażla partikolari tkun il-preferenza naturali jew prestabbilita) u bil-politika tal-ipprezzar (jiġifieri prezz iktar baxx għal għażliet iktar sostenibbli tal-ikel); |
— |
tiġi implimentata politika tat-tnaqqis tal-ħela tal-ikel billi jiġu implimentati porzjonijiet imċekkna tal-ikel, jiġu offruti porzjonijiet ta’ daqsijiet differenti, isir ippjanar attent tal-menus bil-quddiem, eċċ. |
Din il-BEMP hija applikabbli għat-tipi u għall-iskali kollha ta’ uffiċċji tal-amministrazzjoni pubblika li jkollhom faċilitajiet interni ta’ kantin jew ta’ kafetterija.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||||||
|
— |
3.1.7. L-imminimizzar tal-impatt ambjentali tal-organizzazzjoni ta’ laqgħat u ta’ avvenimenti
Il-BEMP tkun li:
— |
tiġi introdotta sistema ta’ ġestjoni sostenibbli tal-avvenimenti; is-sistema ta’ ġestjoni jaf tiġi implimentata mill-amministrazzjoni pubblika stess, u/jew il-kuntratturi/il-fornituri li jitqabbdu jenħtieġ li jkollhom sistema ta’ ġestjoni fis-seħħ; il-fornituri u l-lukandi jista’ jkollhom sistema ta’ ġestjoni ambjentali wkoll (eż. l-EMAS); |
— |
ikun hemm komunikazzjoni mal-partijiet ikkonċernati kollha (mill-fornituri, sad-delegati u l-komunità inġenerali) u komunikazzjoni ma’ dawk involuti f’avveniment u/jew se jattenduh, dwar il-miżuri li huma jistgħu jieħdu biex inaqqsu l-impatt ambjentali biex jattendu l-avveniment (eż. jużaw b’mod korrett il-laned taż-żibel segregati, jagħżlu l-ilma tal-vit u l-fliexken tal-ilma li jistgħu jerġgħu jintużaw mill-ġdid, jagħżlu mezzi sostenibbli tat-trasport); |
— |
l-għażla tal-post tal-avveniment jew tal-laqgħa ssir billi jiġu kkunsidrati kriterji ambjentali (eż. ikun ikkollegat tajjeb mat-trasport pubbliku, ikun bini b’impatt ambjentali mnaqqas, ikun post b’sistema ta’ ġestjoni ambjentali fis-seħħ); |
— |
jintgħażlu l-prodotti u s-servizzi meħtieġa għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat u ta’ avvenimenti billi jiġi implimentat l-akkwist pubbliku ekoloġiku (ara t-Taqsima 3.11) u jiġu limitati l-gadgets u l-kontenut tal-pakketti tal-konferenzi (eż. fuljetti, pen drives, badges); |
— |
jiġu akkwistati servizzi ta’ catering, jew l-ikel u x-xorb mis-servizzi tal-catering jiġu ġestiti internament, filwaqt li jiġu introdotti rekwiżiti ta’ sostenibbiltà bħal ikel organiku staġjonali, tiġi żgurata d-disponibbiltà ta’ għażliet veġetarjani/vegani u jiġi evitat (meta jkun possibbli) li l-prodotti jiġu offruti f’imballaġġ tal-plastik li jintuża darba biss; jintgħażlu fornituri tas-servizzi li jistgħu joffru servizzi mingħajr l-użu ta’ platti, ta’ tazzi u ta’ pożati tal-plastik li jintużaw darba biss, u jkunu disponibbli funtani tal-ilma għax-xorb minflok fliexken tal-ilma (ara wkoll it-Taqsimiet 3.1.6 u 3.11). |
Din il-BEMP hija applikabbli għat-tipi u għall-iskali kollha ta’ amministrazzjonijiet pubbliċi li jorganizzaw laqgħat u avvenimenti.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||||
|
— |
3.2. L-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali għall-enerġija sostenibbli u għat-tibdil fil-klima
Din it-taqsima hija mmirata lejn l-awtoritajiet lokali, kemm fil-kapaċità tagħhom bħala amministrazzjoni u fornituri tas-servizzi b’firxa wiesgħa ta’ operazzjonijiet diretti li jużaw l-enerġija, kif ukoll fir-rwol tagħhom ta’ gwida fit-territorju li huma responsabbli għalih. Il-BEMPs f’din it-taqsima huma maqsuma f’erba’ gruppi:
— |
il-BEMPs ta’ politika, marbuta mal-miżuri ta’ politika li awtorità lokali tista’ ddaħħal fis-seħħ biex tixpruna l-enerġija sostenibbli, kemm internament u kemm fit-territorju amministrat, kif ukoll il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għat-tibdil fil-klima; |
— |
il-BEMPs fir-rigward ta’ operazzjonijiet diretti, dwar kif l-awtoritajiet lokali jistgħu jnaqqsu l-użu tal-enerġija u jgħaddu għall-enerġija rinnovabbli fil-binjiet u fl-infrastrutturi tagħhom stess; |
— |
il-BEMPs fir-rigward tar-rwol regolatorju u tal-ippjanar tal-muniċipalitajiet; |
— |
il-BEMPs fir-rigward tal-influwenza tal-muniċipalitajiet fit-territorju tagħhom, fir-rigward tar-rwol eżemplari li s-settur pubbliku jista’ jkollu u kif l-awtoritajiet lokali jistgħu jwasslu għal azzjonijiet mir-residenti u mill-organizzazzjonijiet. |
Il-BEMPs ta’ politika
3.2.1. L-istabbiliment ta’ inventarju dwar l-użu tal-enerġija u l-emissjonijiet fit-territorju tal-muniċipalità
Il-BEMP tkun li:
— |
tinġabar b’mod sistematiku d-dejta dwar l-użu tal-enerġija u l-emissjonijiet fit-territorju tal-muniċipalità; l-ambitu tal-inventarju jinkludi l-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet fit-territorju mis-setturi kollha, fosthom l-industrija, il-kummerċ/is-servizzi, l-agrikoltura, il-kostruzzjoni, l-abitazzjoni u t-trasport; |
— |
id-dejta li tinġabar tiġi rrapportata pubblikament u tintuża biex jiġu identifikati azzjonijiet li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra fit-territorju (ara t-Taqsima 3.2.2). |
Din il-BEMP hija applikabbli għall-awtoritajiet lokali kollha.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||||
|
— |
3.2.2. L-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni dwar l-enerġija u l-klima
Il-BEMP tkun li jiġi stabbilit pjan ta’ azzjoni muniċipali dwar l-enerġija u l-klima bbażat fuq l-inventarju dwar l-użu tal-enerġija u l-emissjonijiet (ara t-Taqsima 3.2.1). Il-pjan ta’ azzjoni jinkludi miri f’terminu qasir u twil ibbażati fuq ix-xjenza u l-evidenza li jistgħu jintlaħqu bl-implimentazzjoni ta’ għadd ta’ azzjonijiet iddefiniti (eż. jitnaqqas l-użu tal-enerġija tal-binjiet privati u tan-negozji, jitnaqqas l-użu tal-enerġija tal-binjiet muniċipali u tas-servizzi pubbliċi lokali, jittejjeb it-trasport pubbliku).
Din il-BEMP hija applikabbli għall-awtoritajiet lokali kollha.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||||||||
|
|
3.2.3. L-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ strateġija għall-adattament għat-tibdil fil-klima fit-territorju tal-muniċipalità
Il-BEMP tkun li tiġi stabbilita strateġija olistika ta’ adattament għat-tibdil fil-klima għat-territorju tal-muniċipalità li tippermetti l-protezzjoni tal-ambjent mibni u naturali kontra l-effetti u l-impatti avversi tat-tibdil fil-klima (eż. l-għargħar, il-mewġiet ta’ sħana, in-nixfa). L-istrateġija ta’ adattament għat-tibdil fil-klima tista’ tkompli tibni fuq strateġiji oħra ta’ adattament lokali u reġjonali, u jenħtieġ li tiżgura li dawn ikunu kkollegati ma’ xulxin. Jeħtieġ li l-istrateġija tkun koerenti ma’ politiki u ma’ strateġiji rilevanti oħra u tiġi kkunsidrata minnhom (eż. il-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-mogħdijiet tal-ilma).
Din il-BEMP hija applikabbli għall-awtoritajiet lokali kollha. Jenħtieġ li l-ambitu tal-istrateġija ta’ adattament jiġi żviluppat b’rabta mal-kuntest speċifiku tal-amministrazzjoni pubblika. Il-miżuri li jinsabu fl-istrateġija jeħtieġ li jwieġbu għall-impatti previsti tat-tibdil fil-klima fuq it-territorju.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||||||
|
|
Il-BEMPs fir-rigward tal-operazzjonijiet diretti
3.2.4. L-implimentazzjoni ta’ tidwil tat-toroq li jkun effiċjenti fl-użu tal-enerġija
Il-BEMP tkun li:
— |
jitwettaq l-awditjar tas-sistema tat-tidwil tat-toroq; |
— |
jittejbu l-luminarji biex jiġi evitat li t-tidwil ikun iħares ’il fuq u li jkun intrużiv, u jiġi mmassimizzat it-tidwil utli; |
— |
jitnaqqsu l-livelli tat-tidwil skont il-ħtiġijiet reali (jiġifieri jiġi evitat it-tidwil eċċessiv); |
— |
jiġu ssostitwiti l-bozoz u jintgħażlu teknoloġiji li jkunu effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija (eż. l-LEDs) filwaqt li jitqiesu d-durabbiltà, l-indiċi tal-apparenza tal-kulur (13) u t-temperatura tal-kulur tad-dawl (14); |
— |
jiġi implimentat tidwil li jitbaxxa billejl (jiġifieri l-qawwa tat-tidwil titnaqqas tard billejl); |
— |
jiġi introdott tidwil intelliġenti tat-toroq (eż. jintużaw sensuri li b’mod temporanju jżidu l-livelli tat-tidwil meta tiġi identifikata l-preżenza ta’ xi persuna). |
Din il-BEMP hija applikabbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha direttament jew indirettament (permezz ta’ kumpanija pubblika jew privata) li jiġġestixxu l-provvista tat-tidwil tat-toroq. F’xi każijiet, jista’ jkun li l-investimenti meħtieġa biex jiġu implimentati l-miżuri elenkati jkunu limitazzjoni u jaffettwaw l-għażla ta’ miżuri speċifiċi li jridu jiġu implimentati, iżda ġeneralment l-iffrankar tal-enerġija jpatti għalihom u jirriżulta f’perjodi raġonevoli biex l-investimenti jagħtu l-frott.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||||||
|
|
3.2.5. It-titjib tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-binjiet pubbliċi
Il-BEMP tkun li tiġi mmassimizzata l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-binjiet pubbliċi u jiġi mminimizzat l-użu tal-enerġija tagħhom. Dan jista’ jinkiseb permezz tat-titjib tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u tal-integrità tal-qafas tal-bini (il-ħitan, is-soqfa, u l-ħġieġ) u permezz tal-issiġillar tal-arja, kif ukoll permezz tal-installazzjoni ta’ tagħmir effiċjenti fl-użu tal-enerġija u permezz tal-kummissjonar tas-sistemi tal-enerġija.
Kemm il-binjiet pubbliċi l-ġodda kif ukoll dawk eżistenti jistgħu jiksbu rendiment aħjar fl-użu tal-enerġija mill-istandards minimi stabbiliti fil-kodiċijiet nazzjonali tal-bini (15) u jkunu ddisinjati jew rinnovati bħala binjiet b’użu tal-enerġija qrib iż-żero (NZEB) qabel ma nħareġ l-obbligu tal-UE (16).
Meta jiġu ddefiniti l-miżuri biex tittejjeb l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-binjiet, jeħtieġ li ma jiġix ikkunsidrat biss ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija li jrid jintlaħaq, iżda wkoll l-impatti ambjentali ġenerali tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-binjiet (17). Dawn jistgħu jiġu mminimizzati, fost l-oħrajn, billi jintgħażlu materjali sostenibbli tal-bini għall-enerġija primarja u b’inkorporazzjoni baxxa, li fil-fażi tad-disinn, jiżguraw adattabbiltà faċli biex jappoġġaw l-użu mill-ġdid tal-bini fil-futur u r-rinnovazzjoni faċli (eż. pjanijiet flessibbli tal-ispazju tal-art) kif ukoll il-possibbiltà ta’ żarmar għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-materjali u tal-elementi tal-bini.
Din il-BEMP hija applikabbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha diment li jistgħu jimpenjaw ir-riżorsi finanzjarji meħtieġa għat-titjib tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fil-binjiet pubbliċi. Jaf ikun iktar diffiċli li din il-BEMP tiġi implimentata fil-proprjetajiet mikrija. Barra minn hekk, il-livell tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija li jista’ jinkiseb f’kull każ speċifiku se jkun affettwat mill-karatteristiki tal-bini (eż. bini antik).
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||||||||
|
|
3.2.6. It-titjib tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-abitazzjonijiet soċjali
Il-BEMP tkun li tittejjeb l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-abitazzjonijiet soċjali, kemm għal binjiet eżistenti li jkunu qed jiġu rrinnovati u kemm għal binjiet ġodda, kif deskritt hawn fuq għal binjiet pubbliċi (ara t-Taqsima 3.2.5). Għall-abitazzjonijiet soċjali, il-BEMP tkun li r-residenti lokali jkunu involuti fil-proċess ta’ ppjanar tar-rinnovazzjoni jew tad-disinn tal-bini l-ġdid, sabiex jitqiesu l-ħtiġijiet tagħhom u jkunu mgħarrfa bil-benefiċċji tal-bini b’użu tal-enerġija qrib iż-żero u kif jużawhom.
Din il-BEMP hija applikabbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi li jiġġestixxu l-abitazzjonijiet soċjali. L-ammont ta’ investiment meħtieġ jaf ikun ostaklu rilevanti għall-implimentazzjoni tagħha. Madankollu, il-benefiċċji soċjali rilevanti (it-titjib fil-benesseri, it-tnaqqis tal-prekarjetà enerġetika) u l-benefiċċji finanzjarji (l-iffrankar tal-enerġija jekk il-kostijiet tal-enerġija jitħallsu b’mod ċentrali, jew proporzjon ogħla ta’ kerrejja li jħallsu l-kera tagħhom jekk ikunu responsabbli gћall-kostijiet tal-enerġija tagħhom stess) jisbqu l-investimenti.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||||||||
|
|
3.2.7. Il-ksib tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fil-binjiet pubbliċi permezz ta’ kuntratti għar-rendiment fl-użu tal-enerġija
Il-BEMP tkun li jiġu implimentati kuntratti għar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-binjiet pubbliċi. L-amministrazzjoni pubblika taħtar kumpanija ta’ servizz tal-enerġija (l-ESCo) sabiex tidentifika t-titjib xieraq fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija għall-binjiet pubbliċi, tiżviluppahom, tpoġġihom fis-seħħ, tipprovdi garanzija li se jinkiseb livell stabbilit ta’ ffrankar tal-enerġija, tieħu r-responsabbiltà għar-riskju tal-investiment u, f’ħafna każijiet, tħejji l-arranġamenti tal-finanzjament biex jitħallsu l-proġetti. B’hekk l-amministrazzjonijiet pubbliċi jkunu jistgħu jtejbu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fil-binjiet pubbliċi mingħajr il-ħtieġa li jiffinanzjaw il-kostijiet tal-investiment bil-quddiem.
Jeżistu żewġ tipi ta’ kuntratti għar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija:
— |
il-kuntratti ta’ ffrankar kondiviż, li bihom l-ESCo u l-amministrazzjoni pubblika jikkondividu l-iffrankar tal-kostijiet b’persentaġġ prestabbilit għal numru fiss ta’ snin; |
— |
il-kuntratti ta’ ffrankar iggarantit, li bihom l-ESCo tiggarantixxi ċertu livell ta’ ffrankar tal-enerġija għall-amministrazzjoni pubblika, li tirċievi kont orħos tal-enerġija. Madankollu, l-iffrankar reali jkun ogħla minn dak iggarantit u l-ESCo taqla’ d-differenza. |
L-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha jistgħu japplikaw l-ikkuntrattar għar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija biex jintroduċu xi titjib fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fil-binjiet tagħhom. Dan huwa rilevanti b’mod speċifiku għall-amministrazzjonijiet pubbliċi u/jew għall-proġetti li għalihom inkella jkun diffiċli li jsir l-investiment meħtieġ minħabba nuqqas ta’ kapaċità finanzjarja jew nuqqas ta’ kapaċità teknika u ta’ ġestjoni fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||
|
— |
3.2.8. It-titjib tar-rendiment fl-użu tal-enerġija ta’ binjiet pubbliċi eżistenti permezz tal-monitoraġġ, tal-ġestjoni tal-enerġija u tat-trawwim ta’ bidla fl-imġiba
Il-BEMP tkun li:
— |
jitħarreġ il-persunal ewlieni b’responsabbiltà diretta għall-ġestjoni tal-bini u tal-enerġija għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija; jeħtieġ li t-taħriġ jinkludi sessjonijiet tat-teorija u tal-prattika bl-appoġġ ta’ manwali u ta’ gwidi xierqa; |
— |
il-persunal kollu jiġi involut f’azzjonijiet li jinfluwenzaw l-użu tal-enerġija (eż. biex jintefa d-dawl, biex tiġi stabbilita temperatura ambjentali korretta), filwaqt li jsir enfasi b’mod speċifiku fuq membri rrispettati ferm u influwenti tal-persunal (eż. l-aqwa membri għall-bidla fl-imġiba); |
— |
jiġu ppjanati u mmexxija kampanji ta’ bidla fl-imġiba biex jixprunaw l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fl-amministrazzjoni pubblika; l-ewwel nett, l-udjenza fil-mira ta’ kull kampanja jeħtieġ li tiġi identifikata u mbagħad ikunu jistgħu jiġu promossi kif suppost azzjonijiet speċifiċi għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fost il-persunal fil-mira; |
— |
jiġu adottati Ċertifikati tar-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija u Ċertifikati li Juru r-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija, li jikklassifikaw ir-rendiment ta’ bini fl-użu tal-enerġija, sabiex jintwerew b’mod prominenti fil-bini jew jintużaw bħala għodda ta’ involviment f’kampanji speċifiċi ta’ sensibilizzazzjoni. |
Din il-BEMP hija applikabbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||||||
|
— |
3.2.9. L-implimentazzjoni ta’ netwerks ta’ tisħin u/jew ta’ tkessiħ distrettwali
Il-BEMP tkun li jiġu implimentati netwerks ta’ tisħin u/jew ta’ tkessiħ distrettwali li jipprovdu t-tisħin tal-post u l-misħun jew it-tkessiħ tal-post lill-bini pubbliku u/jew lill-unitajiet domestiċi, rispettivament. Billi jiġu ġġenerati f’unitajiet ċentrali, it-tisħin u/jew it-tkessiħ ipprovduti lin-netwerk jistgħu jkunu ġejjin minn sistemi ta’ ġenerazzjoni kkombinata tas-sħana u tal-elettriku jew minn impjanti tat-triġenerazzjoni. Meta jkun possibbli, jistgħu jinkisbu benefiċċji ambjentali billi dawn is-sistemi jitħaddmu bil-bijomassa rinnovabbli jew billi jintużaw l-enerġija ġeotermali jew is-sħana residwa minn impjanti industrijali.
Din il-BEMP hija applikabbli għall-awtoritajiet lokali kollha. Hija rilevanti b’mod speċifiku għal żoni li jkunu għadhom kemm inbnew u għal rinnovazzjonijiet maġġuri ta’ stabbilimenti ta’ binjiet pubbliċi jew ta’ infrastrutturi pubbliċi oħra (eż. pixxini). Hemm xi limitazzjoni għal żoni popolati b’densità baxxa u meta d-domanda għat-tisħin u għat-tkessiħ tvarja b’mod konsiderevoli.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||
|
— |
3.2.10. L-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fil-post u ta’ sistemi żgħar ta’ ġenerazzjoni kkombinata tas-sħana u tal-elettriku (mini-CHP) fil-binjiet pubbliċi u fl-abitazzjonijiet soċjali
Il-BEMP tkun li l-binjiet pubbliċi u l-abitazzjonijiet soċjali jiġu pprovduti b’teknoloġiji b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju biex tiġi ssodisfata d-domanda għall-enerġija. Dawn jistgħu jinkludu sistemi termali mix-xemx għall-ġenerazzjoni tas-sħana, pannelli fotovoltajċi fil-post għall-ġenerazzjoni tal-elettriku, jew, f’każ li jkun hemm biżżejjed domanda għas-sħana, sistemi fuq skala żgħira ta’ ġenerazzjoni kkombinata tas-sħana u tal-elettriku (mini-CHP) biex b’mod konġunt jiġġeneraw is-sħana u l-elettriku b’iżjed effiċjenza ġenerali. Is-sistemi mini-CHP jistgħu jitħaddmu bil-gass, jew ikollhom benefiċċji ambjentali addizzjonali jekk jitħaddmu bil-bijomassa meta jkun disponibbli sors lokali ta’ bijomassa sostenibbli.
Din il-BEMP hija applikabbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha. Madankollu, il-possibbiltà li jiġu implimentati soluzzjonijiet speċifiċi jaf tkun limitata mid-disponibbiltà lokali ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u mill-investiment finanzjarju meħtieġ.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||||||||||||||
|
|
Il-BEMPs fir-rigward tar-rwol regolatorju u tal-ippjanar tal-muniċipalitajiet
3.2.11. L-istabbiliment ta’ standards ogħla għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u ta’ rekwiżiti ta’ enerġija rinnovabbli fl-ippjanar tal-użu tal-art għal binjiet li jkunu għadhom kemm inbnew u għal binjiet li tkun qed issirilhom rinnovazzjoni maġġuri permezz ta’ regolamenti lokali dwar il-bini, permezz ta’ ppjanar urban u permezz ta’ permessi għall-bini
Il-BEMP tkun li fis-sistema lokali tal-ippjanar tiġi introdotta dispożizzjoni li l-binjiet li jkunu għadhom kemm inbnew u r-rinnovazzjonijiet fit-territorju jkollhom standards eżemplari għall-użu tal-enerġija (jiġifieri livell għoli ta’ effiċjenza fl-użu tal-enerġija u integrazzjoni tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli). Bis-saħħa tal-awtonomija lokali l-biċċa l-kbira tal-muniċipalitajiet ikunu jistgħu jmorru lil hinn mill-istandards għall-użu tal-enerġija u mir-rekwiżiti ta’ enerġija rinnovabbli stabbiliti bil-leġiżlazzjoni nazzjonali u jkunu jistgħu jimplimentaw bidliet pożittivi fil-livell lokali. Ir-rekwiżiti introdotti fis-sistema lokali tal-ippjanar jistgħu jiġu aġġornati b’mod regolari wara li jkun hemm xi żviluppi tal-industrija tal-kostruzzjoni u miri nazzjonali ġodda.
Il-BEMP tkun ukoll li jiġu kkunsidrati r-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u l-integrazzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fl-ippjanar urban u fil-permessi għall-bini biex l-organizzazzjonijiet u r-residenti jkunu meħtieġa u/jew jitħeġġu jadottaw soluzzjonijiet ta’ enerġija sostenibbli.
Din il-BEMP hija applikabbli għall-awtoritajiet lokali kollha bi rwol fl-istabbiliment ta’ kodiċi lokali tal-bini lokali u/jew fl-għoti ta’ permessi għall-bini. Madankollu, il-leġiżlazzjoni nazzjonali jaf toħloq limitazzjonijiet fuq dak li jistgħu jeħtieġu.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||||||
|
— |
Il-BEMPs fir-rigward tal-influwenza tal-muniċipalitajiet fit-territorju tagħhom
3.2.12. Ir-rwol eżemplari tas-settur pubbliku
Il-BEMP tkun li:
— |
tintwera ambizzjoni billi mhux biss jintlaħqu l-miri nazzjonali jew internazzjonali eżistenti għall-użu tal-enerġija tal-awtorità lokali stess u għall-użu tal-enerġija fit-territorju tagħha, iżda saħansitra jinqabżu, b’impenn sod mill-ogħla livelli tal-muniċipalità u l-involviment tal-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra; |
— |
it-tmexxija ssir billi wieħed ikun ta’ eżempju: il-muniċipalità tista’ timplimenta miżuri eżemplari u tikseb livelli eżemplari ta’ rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, kemm biex turi li dan huwa possibbli u kemm biex trawwem lis-suq lokali għal soluzzjonijiet ta’ enerġija sostenibbli; il-muniċipalità tista’ twettaq ukoll proġetti ewlenin biex jintwera l-impenn tal-awtorità pubblika lejn is-sostenibbiltà; |
— |
ikun hemm komunikazzjoni effettiva mal-pubbliku ġenerali: jeħtieġ li joħroġ fid-dieher li l-amministrazzjoni pubblika qed twettaq l-ambizzjoni tagħha sabiex partijiet ikkonċernati oħra jitħeġġu jagħmlu bħalha; |
— |
jiġi appoġġat il-ħolqien ta’ skemi ta’ inċentivi: jinħolqu skemi lokali għall-finanzjament tal-azzjonijiet tar-residenti biex inaqqsu l-impatt ambjentali tagħhom; |
— |
tingħata għajnuna biex jingħelbu l-ostakli istituzzjonali għall-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ enerġija sostenibbli. |
Din il-BEMP hija applikabbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi lokali kollha.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||||
|
— |
3.2.13. Is-servizzi ta’ tagħrif u ta’ konsulenza dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u dwar l-enerġija rinnovabbli għaċ-ċittadini u għan-negozji u l-istabbiliment ta’ sħubijiet pubbliċi-privati
Il-BEMP tkun li:
— |
jiġu adottati sħubijiet strateġiċi biex il-komunità inġenerali tkun involuta fl-iżvilupp u fit-twettiq ta’ skemi ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju; |
— |
jiġu stabbiliti servizzi ta’ tagħrif u ta’ konsulenza biex jgħinu lir-residenti u lin-negozji jnaqqsu l-użu tal-enerġija tagħhom; |
— |
jiġu stabbiliti proġetti pubbliċi-privati relatati mal-enerġija u wieħed jissieħeb fihom: l-amministrazzjonijiet pubbliċi jistgħu jissieħbu ma’ organizzazzjonijiet privati b’għarfien speċjalizzat fi proġetti għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u għall-enerġija rinnovabbli; |
— |
jiġu appoġġati proġetti pilota b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju: il-proġetti pilota jistgħu jgħinu biex jinstabu soluzzjonijiet ta’ effiċjenza fl-użu tal-enerġija fis-suq u ta’ enerġija rinnovabbli b’potenzjal li jiġu rreplikati mill-organizzazzjonijiet u miċ-ċittadini fit-territorju tagħhom. |
Din il-BEMP hija applikabbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha bi rwol fil-promozzjoni tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u/jew tal-enerġija rinnovabbli għar-residenti u għan-negozji.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||||
|
— |
3.2.14. L-istħarriġ termografiku tal-ambjent mibni fit-territorju tal-muniċipalità
Il-BEMP tkun li tintuża t-termografija biex tinġabar dejta fuq skali varji u biex jiġi pprovdut tagħrif viżiv dwar ir-radjazzjoni tas-sħana, sabiex wieħed jifhem fejn jeħtieġ li jinstabu soluzzjonijiet ta’ effiċjenza fl-użu tal-enerġija bħala prijorità u biex ir-residenti u l-organizzazzjonijiet lokali jkunu involuti fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-binjiet. Stħarriġ termografiku ta’ żona kbira jista’ jitwettaq b’termografija mill-ajru.
Din il-BEMP hija applikabbli għall-awtoritajiet lokali. Jeħtieġ li l-istħarriġ termografiku jitwettaq f’kundizzjonijiet speċifiċi f’termini tal-klima (jiġifieri t-temperatura, ir-riħ), tal-perjodu tas-sena (jiġifieri x-xitwa) u tal-ħin tal-jum (jiġifieri kmieni filgħodu).
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||||||
|
|
3.3. L-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali għall-mobbiltà
Din it-taqsima hija mmirata lejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi li huma responsabbli għall-mobbiltà u/jew għat-trasport pubbliku fit-territorju tagħhom.
3.3.1. L-adozzjoni ta’ pjan ta’ mobbiltà urbana sostenibbli
Il-BEMP tkun li jiġi adottat Pjan ta’ Mobbiltà Urbana Sostenibbli (SUMP) sabiex jipprovdi approċċ integrat għall-modalitajiet kollha ta’ trasport, filwaqt li jitqies l-ippjanar għall-ambjent ta’ madwarhom. Is-SUMP għandu l-għan li jtejjeb is-sikurezza u s-sigurtà, inaqqas it-tniġġis akustiku u tal-arja, inaqqas l-emissjonijiet u l-konsum tal-enerġija, itejjeb l-effiċjenza u l-kosteffettività tat-trasport u jtejjeb l-attraenza u l-kwalità tal-ambjent urban u tad-disinn urban. It-taqsimiet li ġejjin (minn 3.3.2 sa 3.3.9) jiddeskrivu miżuri li jistgħu jiġu inklużi f’SUMP.
Din il-BEMP hija applikabbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha li huma responsabbli għall-mobbiltà u/jew għat-trasport pubbliku. Fatturi lokali u kuntestwali jaf jinfluwenzaw il-miżuri speċifiċi li jistgħu jiġu inklużi fis-SUMP u l-applikabbiltà tagħhom.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||||
|
— |
3.3.2. It-trawwim tal-kultura taċ-ċikliżmu u tal-mixi permezz ta’ infrastruttura għaċ-ċikliżmu, ta’ skemi ta’ kondiviżjoni tar-roti (bike sharing) u ta’ promozzjoni tal-mixi
Il-BEMP tkun li:
— |
jiġu adottati miżuri ta’ politika u strateġiji biex titrawwem kultura taċ-ċikliżmu u tal-mixi; jeħtieġ li ċ-ċikliżmu u l-mixi jiġu rrikonoxxuti sew bħala modalitajiet separati ta’ trasport fid-dokumenti ta’ politika u tal-ippjanar u fil-pjanijiet strateġiċi tal-belt, b’miżuri speċifiċi għalihom it-tnejn; |
— |
tiġi stabbilita infrastruttura effiċjenti; l-infrastrutturi għall-mixi u għaċ-ċikliżmu huma meħtieġa sabiex il-mixi u ċ-ċikliżmu jkunu modalitajiet sikuri, rapidi u attraenti; |
— |
jiġu applikati għodod metodoloġiċi sabiex tinġabar b’mod sistematiku d-dejta dwar il-mixi u ċ-ċikliżmu; wara l-iżvilupp tal-mixi u taċ-ċikliżmu u l-evalwazzjoni tal-effett tal-miżuri implimentati, jistgħu jkomplu jiġu appoġġati t-teħid tad-deċiżjonijiet u l-għażliet biex jiġi promoss it-trasport sostenibbli; |
— |
jiġu żviluppati għodod effettivi u mmirati ta’ komunikazzjoni li jippromwovu l-mixi u ċ-ċikliżmu fost ir-residenti u dawk li jivvjaġġaw minn post għall-ieħor. |
Din il-BEMP hija applikabbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha li huma responsabbli għall-mobbiltà. Madankollu, xi fatturi lokali u kuntestwali (eż. it-topografija) jaf jillimitaw l-applikabbiltà ta’ miżuri speċifiċi li jappoġġaw u jippromwovu l-mixi u ċ-ċikliżmu.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||||||||||
|
|
3.3.3. L-implimentazzjoni ta’ skema ta’ kondiviżjoni tal-karozzi (car sharing) fuq skala kbira
Il-BEMP tkun li jiġi appoġġat u jitħeġġeġ il-ħolqien ta’ skema kbira ta’ kondiviżjoni tal-karozzi fit-territorju tal-muniċipalità. B’mod ġenerali, is-servizzi tal-kondiviżjoni tal-karozzi ma jkunux immexxija mill-belt li fiha joperaw; madankollu, il-muniċipalità tista’ tistabbilixxi infrastruttura ta’ appoġġ u tistabbilixxi politika u leġiżlazzjoni xierqa biex tintegra l-kondiviżjoni tal-karozzi fin-nisġa tal-belt u mat-trasport pubbliku. L-amministrazzjoni pubblika tista’ ssir ukoll klijent kummerċjali tas-servizz lokali ta’ kondiviżjoni tal-karozzi, tqanqal sensibilizzazzjoni pubblika, tippromwovi s-servizz u tistabbilixxi standards li l-operaturi tal-kondiviżjoni tal-karozzi jridu jissodisfaw sabiex ikunu jistgħu jieħdu vantaġġ mill-infrastruttura ta’ appoġġ tal-belt (eż. il-korsiji preferenzjali, iż-żoni bi ftit traffiku). Il-bliet jistgħu jiddeċiedu wkoll li jissussidjaw lil xi operatur tal-kondiviżjoni tal-karozzi biex jespandi jew jgħaġġel ir-rata ta’ tkabbir.
Din il-BEMP hija rilevanti b’mod partikolari għal awtoritajiet lokali b’territorju urban li jkun fih iktar minn 200 000 abitant. L-awtoritajiet lokali ta’ territorji b’popolazzjoni iċken jaf jiltaqgħu ma’ xi limitazzjonijiet fl-applikabbiltà tal-BEMP minħabba numru limitat ta’ klijenti tal-iskema ta’ kondiviżjoni tal-karozzi, kostijiet ogħla, netwerk tat-trasport pubbliku li jkun inqas żviluppat, eċċ.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||||||||||||||
|
|
3.3.4. Il-ħruġ ta’ biljetti integrati għat-trasport pubbliku
Il-BEMP tkun li jiġi introdott il-ħruġ ta’ biljetti integrati fl-għamla ta’ sistema intelliġenti li tkun kapaċi tidentifika u timponi t-tariffi għal traġitti li jużaw diversi modalitajiet ta’ trasport. Jekk l-amministrazzjoni pubblika taġixxi bħala operatur tat-trasport pubbliku (eż. permezz ta’ kumpanija sussidjarja b’sjieda tal-belt), tista’ timplimenta l-ħruġ ta’ biljetti integrati hi stess. F’każijiet meta l-muniċipalità tgħaddi s-servizzi tat-trasport pubbliku lil kumpaniji privati, is-soluzzjonijiet ta’ ħruġ ta’ biljetti integrati jistgħu jkunu meħtieġa fis-sejħa għall-offerti.
Din il-BEMP hija applikabbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha li huma responsabbli għat-trasport pubbliku. Madankollu, ’l isfel minn ċertu massa kritika ta’ utenti u ta’ tranżazzjonijiet annwali, jista’ jkun diffiċli li jiġu rkuprati l-investimenti inizjali f’termini ta’ ħin u ta’ finanzi meħtieġa biex tiġi implimentata sistema intelliġenti ta’ ħruġ ta’ biljetti integrati.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||||||
|
|
3.3.5. It-titjib fl-użu ta’ vetturi elettriċi fiż-żoni urbani
Il-BEMP tkun li jinxtraw vetturi elettriċi (jiġifieri karozzi, mopeds u muturi elettriċi) għall-flotta tal-amministrazzjoni pubblika stess. Jistgħu jiddaħħlu fis-seħħ ukoll skemi li jappoġġaw ix-xiri ta’ vetturi elettriċi mir-residenti, billi jiġi allokat xi baġit jew jintlaħqu ftehimiet mal-banek lokali għal rati tal-imgħax imnaqqsa. Barra minn hekk, l-amministrazzjoni pubblika tista’ tappoġġa l-użu ta’ vetturi elettriċi billi tippermetti ċ-ċirkolazzjoni tagħhom f’żoni ta’ traffiku ristrett jew f’korsiji preferenzjali, toħloq punti pubbliċi tal-iċċarġjar jew iżżid il-kwantità tagħhom, tnaqqas it-tassazzjoni fuq il-vetturi elettriċi, tintroduċi jew tappoġġa l-iskemi ta’ kondiviżjoni tal-vetturi elettriċi u tirreklama lir-residenti l-miżuri ta’ appoġġ għall-vetturi elettriċi.
Din il-BEMP hija applikabbli għall-awtoritajiet lokali kollha u hija rilevanti b’mod partikolari fi bliet (b’sehem kbir ta’ distanzi qosra ta’ sewqan) u f’żoni bi problemi ta’ konġestjoni tat-traffiku u ta’ tniġġis tal-arja.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||||||
|
— |
3.3.6. It-trawwim tal-kultura tal-intermodalità tal-passiġġieri
Il-BEMP tkun li jitħeġġeġ l-iżvilupp ta’ konnessjonijiet konvenjenti, sikuri, rapidi u mingħajr intoppi fost il-modalitajiet sostenibbli ta’ trasport. Is-sistemi tat-trasport intermodali jikkollegaw flimkien l-infrastruttura u s-servizzi għat-trasport pubbliku (il-karozzi tal-linja, it-trammijiet/il-ferroviji tal-passiġġieri u l-ferroviji minn post għall-ieħor), għall-mixi, għaċ-ċikliżmu, għall-kondiviżjoni tar-roti u għall-kondiviżjoni tal-karozzi. L-amministrazzjonijiet pubbliċi jistgħu jrawmu l-kultura tal-intermodalità tal-passiġġieri billi jikkooperaw ma’ diversi operaturi tat-trasport pubbliku u kumpaniji tal-kondiviżjoni tar-roti u tal-karozzi.
Din il-BEMP hija applikabbli għall-awtoritajiet lokali kollha iżda hija rilevanti b’mod partikolari għal bliet b’netwerks kumplessi tat-trasport u b’territorju estiż.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||||||||||
|
|
3.3.7. L-implimentazzjoni ta’ tariffa tal-konġestjoni
Il-BEMP tkun li tiġi implimentata tariffa tal-konġestjoni fiż-żoni tal-belt b’livell għoli ta’ konġestjoni tat-traffiku. It-tariffa tal-konġestjoni hija diżinċentiv ekonomiku (miżata) għall-użu ta’ toroq traffikużi fl-eqqel ħinijiet ta’ traffiku tal-jum. Sabiex tirnexxi, jeħtieġ li t-tariffa tal-konġestjoni tiġi implimentata bħala parti minn pakkett ta’ miżuri tat-trasport (ara l-BEMPs preċedenti fit-Taqsima 3.3) li jipprovdu alternattiva valida għall-użu ta’ karozza.
Din il-BEMP hija applikabbli għall-awtoritajiet lokali f’żoni urbani b’livell għoli ta’ konġestjoni tat-traffiku u bi tniġġis tal-arja.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||||||||||||||
|
|
3.3.8. Il-limitazzjoni tal-ispazji għall-parkeġġ mingħajr ħlas fil-bliet
Il-BEMP tkun li jiġu limitati l-ispazji għall-parkeġġ mingħajr ħlas fit-toroq taż-żoni urbani u li jitneħħew ir-rekwiżiti ta’ parkeġġ minimu (għall-parkeġġ fit-toroq u għall-garaxxijiet taħt l-art) fl-iżviluppi ta’ bini ġdid. Barra minn hekk, tista’ tiġi adottata wkoll politika formali biex kulma jmur jitneħħa kull rekwiżit preċedenti ta’ parkeġġ (għall-parkeġġ fit-toroq u għall-garaxxijiet taħt l-art) mill-iżviluppi eżistenti. Il-limitazzjoni tal-ispazji għall-parkeġġ mingħajr ħlas fit-toroq hija diżinċentiv għall-karozzi b’sjieda privata. Dawn il-miżuri huma effettivi l-iktar meta jiġu akkumpanjati b’miżuri biex titjieb id-disponibbiltà u l-affidabbiltà ta’ alternattivi validi għall-użu ta’ karozza, bħat-trasport pubbliku, iċ-ċikliżmu u l-mixi.
Din il-BEMP hija applikabbli għall-awtoritajiet lokali kollha u hija rilevanti b’mod speċifiku għall-bliet b’livell għoli ta’ konġestjoni tat-traffiku u bi tniġġis tal-arja jew bi trasport pubbliku li ma jintużax biżżejjed.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||||||||||
|
|
3.3.9. L-implimentazzjoni ta’ ċentri tas-servizz loġistiku
Il-BEMP tkun li jiġu involuti l-partijiet ikkonċernati rilevanti u tiġi appoġġata l-implimentazzjoni ta’ ċentru tas-servizz loġistiku fit-territorju tal-muniċipalità. Iċ-ċentru tas-servizz loġistiku jista’ jkun jinsab relattivament qrib ħafna taż-żona ġeografika li jaqdi, biex b’hekk ikunu jistgħu jitwettqu l-konsenji kkonsolidati f’dik iż-żona.
Din il-BEMP hija applikabbli għall-awtoritajiet lokali kollha li huma responsabbli għall-mobbiltà u hija rilevanti b’mod speċifiku għall-bliet li jirċievu volum għoli ta’ konsenji ta’ oġġetti u/jew huma soġġetti għal-livell għoli ta’ konġestjoni tat-traffiku u għal tniġġis tal-arja.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||||||||
|
|
3.4. L-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali għall-użu tal-art
Din it-taqsima hija mmirata lejn l-awtoritajiet lokali responsabbli għall-ippjanar tal-użu tal-art.
3.4.1. Il-limitazzjoni tat-tifrix urban fl-ispazji ekoloġiċi u fl-art agrikola
Il-BEMP tkun li jiġi limitat u kkontrollat it-tifrix urban b’miżuri regolatorji (eż. l-ippjanar spazjali tal-użu tal-art, ir-restrizzjoni fuq l-użu speċifiku tal-art), b’intervent ekonomiku (eż. in-negozjar fil-permessi għall-bini) u b’tibdil u b’ġestjoni istituzzjonali (eż. l-aġenziji speċjali għar-rivitalizzazzjoni urbana). Xi eżempji ta’ miżuri li jillimitaw it-tifrix urban huma t-tħeġġiġ ta’ bini fuq art abbandunata, il-minimizzazzjoni tal-ispazju ssiġillat bejn il-bini, ir-rinnovazzjoni ta’ binjiet li mhumiex jintużaw u l-promozzjoni tal-iżvilupp vertikali.
Din il-BEMP hija applikabbli għall-awtoritajiet lokali kollha li huma responsabbli għall-ippjanar tal-użu tal-art.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||||
|
— |
3.4.2. It-tnaqqis tal-effett gżira ta’ sħana urbana
Il-BEMP tkun li jittaffa l-effett gżira ta’ sħana urbana permezz tal-implimentazzjoni ta’ kombinazzjoni ta’ miżuri, bħal pereżempju ż-żoni ekoloġiċi, is-soqfa ekoloġiċi, l-użu ta’ materjali riflettivi, iż-żieda tal-effiċjenza tal-insulazzjoni tal-pajpijiet jikwu u l-evitar tad-dissipazzjoni tas-sħana residwa bl-użu tagħha mill-ġdid.
Din il-BEMP hija applikabbli għall-awtoritajiet lokali kollha li huma responsabbli għall-ippjanar tal-użu tal-art f’żoni urbani kbar. Il-muniċipalitajiet iż-żgħar huma affettwati inqas mill-effett gżira ta’ sħana urbana.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||
|
— |
3.4.3. Il-ħtieġa tal-iskular tal-ilma b’impatt baxx fil-ħamrija ssiġillata
Il-BEMP tkun li jkunu meħtieġa miżuri għall-iskular tal-ilma b’impatt baxx fil-kostruzzjoni ta’ żviluppi ġodda (inklużi żviluppi mill-ġdid maġġuri ta’ żoni mibnija eżistenti) għall-prevenzjoni u għall-kontroll tal-għargħar, tal-erożjoni u tat-tniġġis tal-ħamrija, u tat-tniġġis tal-ilma ta’ taħt l-art. Il-miżuri għall-iskular tal-ilma b’impatt baxx li jadottaw il-filosofija ta’ “Sistemi Sostenibbli tal-Iskular tal-Ilma” (SUDS) jitqiesu bħala l-aqwa prattika, peress li s-SUDS isegwu prinċipji straordinarji li:
— |
jipprovaw itejbu l-kwalità tal-iskol tal-ilma, inaqqsu l-iskol tas-superfiċe, jagħtu kontribut favur il-bijodiversità u joħolqu valur ta’ utilità tal-post; |
— |
jipprovaw jirreplikaw l-iskular naturali qabel isir l-iżvilupp, bl-iżjed mod li jirrifletti l-iskular naturali; |
— |
għandhom ġerarkija ta’ ġestjoni integrata tal-prevenzjoni, tal-kontroll tas-sors u tal-kontroll tas-sit. |
Din il-BEMP hija applikabbli għall-awtoritajiet lokali kollha li huma responsabbli għall-ippjanar tal-użu tal-art. Il-miżuri speċifiċi biex jitjieb l-iskular tal-ilma huma speċifiċi għas-sit.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||
|
— |
3.5. L-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali għal żoni urbani ekoloġiċi
Din it-taqsima hija mmirata lejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi li huma responsabbli għall-ġestjoni ta’ żoni urbani ekoloġiċi.
3.5.1. L-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni u ta’ strateġija għall-bijodiversità lokali
Il-BEMP tkun li jiġu introdotti strateġija u pjan ta’ azzjoni għall-bijodiversità lokali li l-għanijiet u l-objettivi tagħhom ikunu jistgħu jiġu ddefiniti bis-saħħa ta’ djalogu mal-esperti, mal-partijiet ikkonċernati u mar-residenti. Jeħtieġ li l-pjan ta’ azzjoni jinkludi l-miżuri li jridu jiġu implimentati, l-iskedi ta’ żmien, il-baġit disponibbli, l-istadji importanti, is-sħubijiet għall-implimentazzjoni u r-responsabbiltajiet. Ir-riżultati tal-pjan ta’ azzjoni jistgħu jiġu promossi u mxerrda mal-abitanti u mal-partijiet ikkonċernati biex titqanqal is-sensibilizzazzjoni.
Din il-BEMP hija applikabbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha li huma responsabbli għall-ġestjoni ta’ żoni urbani ekoloġiċi.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||||||
|
— |
3.5.2. Il-ħolqien ta’ netwerks ekoloġiċi u tal-ilma
Il-BEMP tkun li jiġu żviluppati netwerks ekoloġiċi u tal-ilma (18), li joħolqu mill-ġdid ċiklu tal-ilma li jirreplika dak naturali u li jikkontribwixxu għall-utilità tal-belt, billi l-ġestjoni tal-ilma ssir id f’id mal-infrastruttura ekoloġika. In-netwerks ekoloġiċi u tal-ilma jistgħu jikkombinaw u jipproteġu l-valuri idroloġiċi u ekoloġiċi tal-pajsaġġ urban filwaqt li jipprovdu miżuri reżiljenti u ta’ adattament biex jiġu indirizzati l-każijiet ta’ għargħar.
Din il-BEMP hija applikabbli għall-awtoritajiet lokali kollha.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||
|
— |
3.5.3. It-trawwim tal-kultura tal-użu ta’ soqfa ekoloġiċi
Il-BEMP tkun li tiġi żviluppata politika xierqa ta’ skemi li jappoġġaw il-kostruzzjoni ta’ soqfa ekoloġiċi fil-binjiet ġodda u eżistenti, kemm pubbliċi kif ukoll privati. Is-soqfa ekoloġiċi jistgħu jinkorporaw ukoll sistemi ta’ enerġija rinnovabbli, bħal pannelli fotovoltajċi (ara t-Taqsima 3.2.10 għal iktar tagħrif dwar il-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fil-binjiet pubbliċi u fl-abitazzjonijiet soċjali). L-iskemi ta’ politika li jappoġġaw l-użu ta’ soqfa ekoloġiċi jistgħu jinkorporaw inċentivi ekonomiċi, burokrazija mnaqqsa u appoġġ tekniku speċifiku għall-inklużjoni ta’ soqfa ekoloġiċi fil-kostruzzjoni jew fir-rinnovazzjoni tal-binjiet.
Din il-BEMP hija applikabbli għall-awtoritajiet lokali kollha li huma responsabbli għall-ippjanar tal-użu tal-art.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||||
|
— |
3.5.4. L-għoti ta’ valur ambjentali ġdid lil żoni ekoloġiċi mitluqa u lil żoni periferiċi
Il-BEMP tkun li jiġi adottat pjan biex iż-żoni ekoloġiċi mitluqa u ż-żoni periferiċi jerġgħu jingħataw il-ħajja fit-territorju tal-muniċipalità sabiex jitneħħew is-sustanzi niġġiesa mill-ħamrija u mill-ilma, jittejjeb il-ħabitat għall-organiżmi selvaġġi, jitnaqqas l-effett gżira ta’ sħana urbana u jiġu protetti kontra l-erożjoni tal-ħamrija u l-għargħar, filwaqt li jiġu offruti żoni ekoloġiċi rikreattivi għar-residenti lokali.
Din il-BEMP hija applikabbli għall-awtoritajiet lokali kollha li huma responsabbli għall-ippjanar tal-użu tal-art.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||
|
— |
3.6. L-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali għall-kwalità tal-arja ambjentali lokali
Din it-taqsima hija mmirata lejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-kwalità tal-arja.
3.6.1. It-titjib tal-kwalità tal-arja ambjentali lokali
Il-BEMP tkun li jkun hemm pjan strutturat biex tittejjeb il-kwalità tal-arja b’għanijiet aġġornati b’mod regolari, f’terminu qasir u twil, li jiġi stabbilit bil-quddiem u li jmur lil hinn mill-valuri limitu u fil-mira stabbiliti fid-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) (id-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Arja). Jeħtieġ li l-pjan ikun fih l-aspetti kollha, fosthom it-trasport (l-użu tal-karozza, il-limiti tal-veloċità, it-trasport pubbliku, eċċ.), l-installazzjonijiet industrijali, il-produzzjoni tal-enerġija, it-tipi ta’ sistemi ta’ tisħin fil-binjiet, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-binjiet u l-ippjanar tal-użu tal-art, u jeħtieġ li jiġi żviluppat f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet u mal-partijiet ikkonċernati settorjali rilevanti. Barra minn hekk, meta jkun applikabbli, l-effettività tal-pjan tista’ tittejjeb billi dan jiġi żviluppat f’koordinazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi ta’ livell ogħla u mal-muniċipalitajiet ġirien. Il-pjan biex tittejjeb il-kwalità tal-arja jista’ jinkludi wkoll it-tixrid tat-tagħrif lir-residenti dwar l-effetti u l-importanza tal-kwalità tal-arja, billi, pereżempju, jiġi promoss l-użu ta’ għażliet tat-trasport sostenibbli.
Din il-BEMP hija applikabbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-kwalità tal-arja fit-territorju tagħhom, u timmira lejn kwistjonijiet lokali speċifiċi.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||||||||||||||||
|
|
3.7. L-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali għat-tniġġis akustiku
Din it-taqsima hija mmirata lejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi li huma responsabbli biex jindirizzaw it-tniġġis akustiku.
3.7.1. Il-monitoraġġ, l-immappjar u t-tnaqqis tat-tniġġis akustiku
Il-BEMP tkun li jiġi mmappjat l-istorbju fit-territorju tal-muniċipalità u li l-pubbliku jiġi mgħarraf bl-effetti tat-tniġġis akustiku u bir-riżultati tal-immappjar permezz ta’ kampanja effettiva ta’ komunikazzjoni. Abbażi tar-riżultati tal-immappjar tal-istorbju, jeħtieġ li l-awtoritajiet lokali joħolqu pjanijiet ta’ azzjoni dwar l-istorbju biex jitnaqqsu l-livelli lokali ta’ storbju u tinżamm il-kwalità akustika ambjentali fiż-żoni li fihom din tkun tajba.
Din il-BEMP hija applikabbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha li huma responsabbli biex jindirizzaw it-tniġġis akustiku.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||||||
|
— |
3.8. L-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali għall-ġestjoni tal-iskart
Din it-taqsima hija mmirata lejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-iskart.
3.8.1. Il-kunsiderazzjoni tad-Dokument ta’ Referenza Settorjali tal-EMAS għas-settur tal-ġestjoni tal-iskart
Il-BEMP tkun li jiġu kkunsidrati l-Aqwa Prattiki ta’ Ġestjoni Ambjentali identifikati u ppreżentati fid-Dokument ta’ Referenza Settorjali tal-EMAS għas-settur tal-ġestjoni tal-iskart (20) u li jsir rapportar dwar l-indikaturi pprovduti f’dak id-dokument.
Din il-BEMP hija applikabbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-iskart.
3.9. L-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali għall-provvista tal-ilma
Din it-taqsima hija mmirata lejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi li huma responsabbli għall-provvista tal-ilma tajjeb għax-xorb fit-territorju tagħhom.
3.9.1. L-użu sħiħ ta’ miters tal-ilma fil-livell tal-unitajiet domestiċi/tal-utent finali
Il-BEMP tkun li jiġu installati miters tal-ilma għal kull unità residenzjali u għal kwalunkwe utent finali individwali ieħor (impjant industrijali, bini kummerċjali, bini pubbliku, eċċ.) sabiex il-kontijiet kollha tal-ilma jiġu bbażati fuq il-konsum reali tal-ilma. Bl-adozzjoni ta’ miters intelliġenti tal-ilma, b’mod partikolari, huwa possibbli li jsir monitoraġġ tal-użu tal-ilma mill-bogħod u f’waqtu u, pereżempju, jiġu analizzati l-mudelli ta’ konsum ta’ klijenti differenti jew jiġu identifikati d-dgħufijiet tan-netwerks tad-distribuzzjoni tal-ilma. Jekk il-kontijiet jiġu bbażati fuq il-konsum reali tal-ilma u ssir identifikazzjoni bikrija tal-anormalitajiet fl-użu tal-ilma (eż. nixxijat), dan jista’ jirriżulta fi ffrankar sinifikanti tal-ilma.
It-teknika hija applikabbli għal kull netwerk eżistenti tal-provvista tal-ilma.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||||||||||||
|
|
3.9.2. Il-minimizzazzjoni tan-nixxijat tal-ilma mis-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma
Il-BEMP tkun li:
— |
jitwettaq bilanċ dettaljat tal-ilma tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma u jkun hemm ġestjoni tal-pressa tal-ilma, filwaqt li jiġu evitati livelli għoljin; |
— |
jiġi analizzat in-netwerk tad-distribuzzjoni tal-ilma u jinqasam f’żoni adegwati b’miters distrettwali biex jiġu identifikati n-nixxijat tal-ilma permezz ta’ tagħmir akustiku manwali jew awtomatiku għall-identifikazzjoni tan-nixxijat tal-ilma; |
— |
tittieħed azzjoni fil-pront u b’mod adegwat skont il-ħsarat u nixxijat li jiġu identifikati fin-netwerk; |
— |
tiġi stabbilita bażi ta’ dejta biex jiġu elenkati u ġeoreferenzjati l-installazzjonijiet tekniċi kollha, l-età tal-pajpijiet, it-tipi ta’ pajpijiet, id-dejta idrawlika, l-interventi preċedenti, eċċ. |
Il-BEMP hija applikabbli għan-netwerks il-ġodda u għan-netwerks eżistenti tad-distribuzzjoni tal-ilma.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||||||
|
|
3.10. L-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali għall-ġestjoni tal-ilma mormi
Din it-taqsima hija mmirata lejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-ilma mormi u għas-sistemi urbani tal-iskular tal-ilma.
3.10.1. It-trattament tal-ilma mormi b’effiċjenza fl-użu tal-enerġija biex jinkisbu kundizzjonijiet ta’ nitrifikazzjoni kompluta
Il-BEMP tkun li:
— |
jkun hemm il-kapaċità installata biex minn tal-inqas il-fluss tal-ilma mormi f’temp xott jiġi ttrattat darbtejn (f’każ ta’ xita jew ta’ taħlil); |
— |
l-ilma mormi jiġi ttrattat f’kundizzjonijiet ta’ nitrifikazzjoni (proporzjon ta’ ikel għal kull mikroorganiżmu ta’ < 0,15 kg ta’ BOD5/kg ta’ MLSS (23) kuljum), titwettaq id-denitrifikazzjoni u jitneħħa l-fosforu; |
— |
jitneħħew is-solidi sospiżi permezz tal-filtrazzjoni bir-ramel (jew b’membrani mgħaddsa) fil-każ ta’ korpi tal-ilma riċeventi li jkunu sensittivi; |
— |
jiġi implimentat trattament terzjarju ieħor biex jitnaqqsu l-mikrosustanzi niġġiesa (ara t-Taqsima 3.10.2); |
— |
isir monitoraġġ kontinwu tal-komposti organiċi (il-kontenut totali ta’ karbonju organiku), l-ammonijaka, in-nitrati u l-fosforu fil-każ ta’ kapaċitajiet tal-impjanti ta’ iktar minn 100 000 ekwivalent ta’ popolazzjoni (e.p.) (24) jew ta’ tagħbija ta’ tifrigħ ta’ kuljum ta’ BOD5 ta’ iktar minn 6 000 kg; |
— |
jiġi stabbilizzat il-ħama primarju u żejjed fid-diġesturi anaerobiċi (ara t-Taqsima 3.10.3); |
— |
jitnixxef il-ħama stabbilizzat b’mod anaerobiku u jintbagħat għall-inċinerazzjoni (ara t-Taqsima 3.10.4); |
— |
jiġu adottati teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-enerġija, bħal pereżempju sistemi tal-arjazzjoni bil-bżieżaq fini tal-arja fl-istadju bijoloġiku, pompi u tagħmir li jtella’ l-ilma bil-kamin li jkunu effiċjenti fl-użu tal-enerġija. |
Din it-teknika hija applikabbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-ilma mormi, kemm fl-impjanti l-ġodda tat-trattament tal-ilma mormi u kemm f’dawk eżistenti.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||||||||||||||||
|
|
3.10.2. Il-minimizzazzjoni tal-emissjonijiet tal-ilma mormi b’kunsiderazzjoni speċjali għall-mikrosustanzi niġġiesa
Il-BEMP tkun li jitneħħew b’mod sinifikanti l-mikrosustanzi niġġiesa bl-implimentazzjoni ta’ trattament terzjarju, bħall-adsorbiment fuq il-karbonju attivat pulverizzat (PAC) jew l-ossidazzjoni b’aġenti ossidanti mingħajr il-kloru (speċifikament l-ożonu).
Din il-BEMP hija applikabbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-ilma mormi, kemm fl-impjanti l-ġodda tat-trattament tal-ilma muniċipali mormi u kemm f’dawk eżistenti; madankollu, għall-impjanti eżistenti, jista’ jkun hemm restrizzjonijiet ta’ spazju li jistgħu jingħelbu b’disinn addattat tat-tagħmir.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||||||||
|
|
3.10.3. Id-diġestjoni anaerobika tal-ħama u l-irkupru ottimali tal-enerġija
Il-BEMP tkun li jiġi stabbilizzat il-ħama primarju u żejjed fid-diġesturi anaerobiċi u li jsir użu mill-bijogass prodott, billi jintużaw pompi u tagħmir effiċjenti li jtella’ l-ilma bil-kamin, għall-ġenerazzjoni effiċjenti tal-elettriku fil-post u għat-tnixxif tal-ħama.
Din il-BEMP hija applikabbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-ilma mormi, fl-impjanti kbar il-ġodda tat-trattament tal-ilma mormi u f’dawk eżistenti, b’kapaċità ta’ iktar minn 100 000 ekwivalent ta’ popolazzjoni jew ta’ tagħbija ta’ tifrigħ ta’ kuljum ta’ BOD5 ta’ iktar minn 6 000 kg.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||||||||
|
|
3.10.4. It-tnixxif u l-inċinerazzjoni tal-ħama
Il-BEMP tkun li jitneħħa l-ilma b’mod mekkaniku u effiċjenti mill-ħama stabbilizzat b’mod anaerobiku, eż. permezz ta’ preses bil-kompartimenti tal-filtraġġ, u mbagħad jiġi ossidizzat għalkollox f’impjant tal-monoinċinerazzjoni (kif deskritt fid-dokumenti ta’ referenza dwar l-aqwa tekniki disponibbli (27) skont id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali (28)). Il-fosforu li jinsab fl-irmied tar-residwu tal-inċinerazzjoni jista’ jiġi rkuprat.
Din it-teknika hija applikabbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-ilma mormi, kemm fl-impjanti l-ġodda tat-trattament tal-ilma mormi u kemm f’dawk eżistenti. Fil-każ ta’ impjanti żgħar, il-ħama li jitneħħilu l-ilma b’mod mekkaniku jista’ jintbagħat għand impjant ċentrali separat tal-monoinċinerazzjoni tal-ħama minflok ma jiġi inċinerat fil-post.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||||
|
— |
3.10.5. Il-promozzjoni tal-użu tal-ilma rriċiklat mill-effluwenti tat-trattament tal-ilma mormi
Il-BEMP tkun li jiġi promoss l-użu tal-ilma rriċiklat mill-effluwenti tat-trattament tal-ilma mormi. Dan jista’ jintuża, eż.:
— |
għat-tisqija, inkluż it-tisqija mhux agrikola, eż. il-parks; |
— |
għall-użu urban tal-ilma mhux tajjeb għax-xorb, bħat-tindif tat-toroq, il-produzzjoni tal-borra għal stabbilimenti tal-iskijjar, il-flaxing tat-tojlits fil-binjiet pubbliċi, il-funtani pubbliċi; |
— |
għal użu industrijali, eż. it-tkessiħ; |
— |
għall-mili mill-ġdid tal-ilma ta’ taħt l-art. |
L-amministrazzjonijiet pubbliċi lokali jistgħu jiżguraw il-possibbiltà li jintuża l-ilma rriċiklat f’xi applikazzjonijiet speċifiċi bit-tqegħid ta’ sistemi xierqa ta’ trattament terzjarju u ta’ diżinfezzjoni fl-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi kif meħtieġ. F’dan il-proċess, jeħtieġ li l-amministrazzjonijiet pubbliċi lokali jinvolvu l-partijiet ikkonċernati rilevanti (eż. il-bdiewa lokali, il-kooperattivi agrikoli) li jaf ikunu interessati li jużaw l-ilma rriċiklat.
Din il-BEMP hija applikabbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha li huma responsabbli għat-trattament tal-ilma mormi. Madankollu, l-użu mill-ġdid tal-ilma huwa rilevanti b’mod partikolari fiż-żoni li fihom l-ilma huwa skars, fejn jista’ jnaqqas l-impatt fuq ir-riżorsi tal-ilma u fejn l-investimenti u l-kostijiet operattivi addizzjonali huma vijabbli ekonomikament.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||||
|
— |
3.10.6. Iż-żamma u t-trattament tat-tifwir mis-sistemi kkombinati tad-dranaġġ u tal-ilma tal-maltemp minn sistemi separati tad-dranaġġ
Fil-każ ta’ sistemi kkombinati tad-dranaġġ (29), il-BEMP tkun li jiġi ttrattat it-tifwir tat-tankijiet taż-żamma, permezz ta’ lqugħ fin (4-6 mm) u ta’ tankijiet tas-sedimenti, u skont il-kwalità tal-ilma li jirċievu, permezz ta’ filtri taż-żamma tal-ħamrija jew ta’ tekniki oħra b’effiċjenza simili tat-tneħħija ta’ solidi sospiżi, ta’ COD, ta’ metalli tqal u ta’ sustanzi organiċi niġġiesa.
Fil-każ ta’ sistemi separati tad-dranaġġ, il-BEMP tkun li jiġi ttrattat l-ilma tal-maltemp skont il-livell ta’ tniġġis tiegħu, u li jiġi rrilaxxat direttament biss l-ilma tal-maltemp mingħajr tniġġis jew b’livell baxx ta’ tniġġis.
Din il-BEMP hija applikabbli għall-awtoritajiet lokali kollha li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-ilma mormi u għas-sistemi urbani tal-iskular tal-ilma.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||||
|
— |
3.10.7. Is-sistema urbana sostenibbli tal-iskular tal-ilma
Il-BEMP tkun li jitnaqqas il-fluss tal-ilma tal-maltemp li jilħaq is-sistemi kkombinati u separati billi titjieb l-infiltrazzjoni tal-ilma fil-ħamrija (eż. jitnaqqas l-issiġillar tal-ħamrija). Dan jippermetti li jiġi limitat it-tifwir f’sitwazzjonijiet ta’ xita qliel u li jiġi żgurat li r-rilaxxi kollha tal-iskol urban jiġu ġestiti sew sabiex jiġu evitati emissjonijiet rilevanti ta’ sustanzi niġġiesa fil-korp tal-ilma riċeventi. L-awtoritajiet lokali jistgħu jippromovu s-sistemi urbani sostenibbli tal-iskular tal-ilma billi jinkludu dispożizzjonijiet xierqa, ibbażati fuq approċċ olistiku fil-livell tal-baċiri tax-xmajjar, fil-politiki lokali għall-użu tal-art (ara wkoll it-Taqsima 3.4.3).
Din il-BEMP hija applikabbli għall-awtoritajiet lokali kollha li huma responsabbli għas-sistemi urbani tal-iskular tal-ilma u għall-ippjanar tal-użu tal-art. Il-miżuri għal sistemi urbani sostenibbli tal-iskular tal-ilma jistgħu jiġu implimentati fl-iżviluppi l-ġodda u f’dawk eżistenti. Madankollu, f’żoni mibnija eżistenti jaf ikun hemm xi restrizzjonijiet (eż. in-nuqqas ta’ spazju disponibbli għall-infiltrazzjoni lokali).
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||||
|
— |
3.11. L-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali għall-akkwist pubbliku ekoloġiku
Din it-taqsima hija mmirata lejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha.
3.11.1. L-inklużjoni sistematika ta’ kriterji ambjentali fl-akkwist pubbliku kollu
Il-BEMP tkun li jiġu introdotti kriterji ambjentali għall-akkwist tal-prodotti (oġġetti, servizzi u xogħlijiet) u li fil-kriterji tas-sejħa għall-offerti, il-kost taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott jew ta’ servizz jiġi kkunsidrat bħala l-iktar ekonomiku, u mhux biss l-investiment inizjali għax-xiri tagħhom.
Il-kriterji ambjentali jistgħu jiġu introdotti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, fil-kriterji tal-għażla, fil-kriterji tal-għoti u fil-klawżoli tar-rendiment fil-kuntratti ta’ kwalunkwe sejħa għall-offerti li fiha jkun mistenni xi impatt ambjentali potenzjali rilevanti.
L-amministrazzjonijiet pubbliċi li jeħtieġu gwida għall-formulazzjoni tal-kriterji ambjentali jistgħu:
— |
jintroduċu l-kriterji komprensivi tal-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku tal-UE (30) (l-APE tal-UE), meta jkunu disponibbli għall-prodott speċifiku, fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, fil-kriterji tal-għażla, fil-kriterji tal-għoti u fil-klawżoli tar-rendiment fil-kuntratti; |
— |
meta ma jkunx hemm rakkomandazzjonijiet eżistenti dwar l-APE tal-UE, irreferi għall-Ekotikketta tal-UE, meta tkun disponibbli għall-prodott speċifiku billi tuża l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE fl-akkwist pubbliku (31); |
— |
jintroduċu bħala kriterju tal-għoti fis-sejħiet pubbliċi għall-offerti għall-akkwist ta’ oġġetti, ta’ servizzi u ta’ xogħlijiet, ir-reġistrazzjoni EMAS tal-fornituri, li tipprovdi punti addizzjonali fil-proċess ta’ evalwazzjoni tal-offerti diment li l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ ġestjoni ambjentali tkun rilevanti fir-rigward tas-suġġett tal-kuntratt. F’setturi jew f’oqsma li fihom ikun hemm għadd żgħir ta’ organizzazzjonijiet irreġistrati fl-EMAS fost l-atturi tas-suq u dan jista’ jirrestrinġi l-għadd ta’ offerti, ir-referenza tista’ tiġi estiża għas-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali abbażi ta’ standard internazzjonali (jiġifieri l-ISO 14001). Madankollu, l-amministrazzjonijiet pubbliċi jistgħu jippremjaw il-kredibbiltà u l-affidabbiltà ogħla tal-EMAS billi jagħtu iktar punti lill-organizzazzjonijiet irreġistrati fl-EMAS milli lill-organizzazzjonijiet b’sistemi oħra ta’ ġestjoni ambjentali li ma joffrux l-istess garanziji. |
Din il-BEMP hija applikabbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||||
|
|
3.12. L-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali għall-edukazzjoni ambjentali u għat-tixrid tat-tagħrif
Din it-taqsima hija mmirata lejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi li huma responsabbli għall-edukazzjoni ambjentali taċ-ċittadini u għall-provvista tat-tagħrif ambjentali lin-negozji.
3.12.1. L-edukazzjoni u t-tagħrif ambjentali għaċ-ċittadini u għan-negozji
Il-BEMP tkun li jiġu pprovduti l-edukazzjoni u t-tagħrif ambjentali liċ-ċittadini u lin-negozji bl-objettiv li:
— |
titrawwem sensibilizzazzjoni pubblika dwar il-problemi ambjentali; |
— |
jiġi pprovdut tagħrif prattiku dwar il-kontribut li ta’ kuljum iċ-ċittadini u n-negozji jistgħu jagħtu għall-protezzjoni ambjentali u għall-użu effiċjenti tar-riżorsi; |
— |
jinħolqu mudelli ġodda ta’ mġiba fost il-gruppi differenti fis-soċjetà; |
— |
iċ-ċittadini jitnebbħu biex isiru midħla tal-ambjent lokali, japprezzawh u jistabbilixxu rabta mill-ġdid man-natura; |
— |
jitqanqal fehim tal-interdipendenza ambjentali bejn iż-żoni urbani u ż-żoni rurali u naturali tal-madwar. |
Dawn l-objettivi jistgħu jinkisbu permezz billi jiġu organizzati seminars, konferenzi, sessjonijiet ta’ ħidma edukattivi għall-pubbliku ġenerali jew għal gruppi speċifiċi ta’ ċittadini, ta’ negozji jew ta’ professjonisti dwar suġġetti speċifiċi (eż. il-binjiet effiċjenti fl-użu tal-enerġija). Barra minn hekk, l-amministrazzjoni pubblika lokali tista’ tipprovdi tagħrif speċifiku dwar l-aspetti legali (u aspetti oħra) relatati mal-ambjent u dwar l-inċentivi disponibbli (eż. l-inċentivi għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija). L-attivitajiet kollha jistgħu jiġu organizzati bl-involviment u bil-kooperazzjoni tar-residenti, tal-organizzazzjonijiet lokali u tan-negozji li jappoġġaw l-edukazzjoni u t-tagħrif ambjentali taċ-ċittadini.
Din il-BEMP hija applikabbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha bi rwol li jgħarrfu lill-pubbliku bi kwistjonijiet ambjentali.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza |
||||
|
— |
4. INDIKATURI EWLENIN IRRAKKOMANDATI TAL-PRESTAZZJONI AMBJENTALI GĦAS-SETTURI SPEĊIFIĊI
It-tabella li ġejja telenka għażla ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni ambjentali għas-settur tal-amministrazzjoni pubblika. Dawn huma sottosett tal-indikaturi kollha msemmija fil-Kapitolu 3. It-tabella hija maqsuma skont l-istruttura ta’ dan id-dokument:
L-indikatur |
L-unità komuni |
Il-grupp prinċipali fil-mira |
Deskrizzjoni qasira |
Il-livell minimu rrakkomandat ta’ monitoraġġ |
L-indikatur ċentrali relatat skont l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 (it-Taqsima C.2) |
Il-parametru referenzjarju ta’ eċċellenza |
L-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali relatati |
||||||||||
IL-BEMPs GĦAL UFFIĊĊJI SOSTENIBBLI |
|||||||||||||||||
|
kWh/m2/sena kWh/FTE/sena |
L-amministrazzjonijiet pubbliċi b’sjieda ta’ uffiċċji jew li jiġġestixxu l-uffiċċji |
L-użu annwali totali tal-enerġija diviż bl-erja interna totali tal-art jew bin-numru ta’ impjegati b’ekwivalenti ta’ ingaġġ full time (FTE). L-indikatur jista’ jinqasam f’dawn il-kategoriji:
|
Il-livell tal-bini |
L-effiċjenza fl-użu tal-enerġija |
— |
Il-BEMP 3.1.1 |
||||||||||
|
kg ta’ CO2e/m2/sena kg ta’ CO2e/FTE/sena |
L-amministrazzjonijiet pubbliċi b’sjieda ta’ uffiċċji jew li jiġġestixxu l-uffiċċji |
L-emissjonijiet annwali totali tal-gassijiet b’effett ta’ serra ġġenerati mill-użu tal-binjiet tal-uffiċċji diviżi bl-erja interna totali tal-art jew bin-numru ta’ impjegati b’ekwivalenti ta’ ingaġġ full time (FTE) |
Il-livell tal-bini |
L-effiċjenza fl-użu tal-enerġija |
— |
Il-BEMP 3.1.1 |
||||||||||
|
m3/FTE/sena m3/m2/sena |
L-amministrazzjonijiet pubbliċi b’sjieda ta’ uffiċċji jew li jiġġestixxu l-uffiċċji |
Il-konsum annwali totali tal-ilma fil-binjiet tal-uffiċċji diviż bl-erja interna totali tal-art jew bin-numru ta’ impjegati b’ekwivalenti ta’ ingaġġ full time (FTE), maqsum fi (jekk rilevanti):
|
Il-livell tal-bini |
L-ilma |
(b1) L-użu tal-ilma fil-binjiet tal-uffiċċji huwa inqas minn 6,4 m3/impjegat b’ekwivalenti ta’ ingaġġ full time/sena |
Il-BEMP 3.1.2 |
||||||||||
|
kg/FTE/sena |
L-amministrazzjonijiet pubbliċi b’sjieda ta’ uffiċċji jew li jiġġestixxu l-uffiċċji |
Il-ġenerazzjoni annwali totali tal-iskart tal-uffiċċji fil-binjiet tal-uffiċċji diviża bin-numru ta’ impjegati b’ekwivalenti ta’ ingaġġ full time (FTE) |
Il-livell tal-bini |
L-iskart |
Il-ġenerazzjoni tal-iskart totali fil-binjiet tal-uffiċċji hija inqas minn 200 kg/impjegat b’ekwivalenti ta’ ingaġġ full time/sena |
Il-BEMP 3.1.3 |
||||||||||
|
% |
L-amministrazzjonijiet pubbliċi b’sjieda ta’ uffiċċji jew li jiġġestixxu l-uffiċċji |
Il-persentaġġ skont il-piż tal-iskart totali ġġenerat fl-uffiċċji li jinġabar b’mod separat għar-riċiklaġġ |
Il-livell tal-bini |
L-iskart |
L-iskart żero ġġenerat fil-binjiet tal-uffiċċji jintbagħat fil-miżbliet |
Il-BEMP 3.1.3 |
||||||||||
|
folji tal-karti/FTE/jum tax-xogħol |
L-amministrazzjonijiet pubbliċi b’sjieda ta’ uffiċċji jew li jiġġestixxu l-uffiċċji |
In-numru totali ta’ folji ta’ karti tal-uffiċċju li jintużaw kull sena diviż bin-numru ta’ impjegati b’ekwivalenti ta’ ingaġġ full time (FTE) u n-numru ta’ jiem tax-xogħol |
Il-livell ta’ organizzazzjoni |
L-effiċjenza fl-użu tal-materjal |
Il-konsum tal-karti tal-uffiċċji huwa inqas minn 15-il folja A4/impjegat b’ekwivalenti ta’ ingaġġ full time/jum tax-xogħol |
Il-BEMP 3.1.4 |
||||||||||
|
% |
L-amministrazzjonijiet pubbliċi b’sjieda ta’ uffiċċji jew li jiġġestixxu l-uffiċċji |
Il-persentaġġ ta’ karti ċċertifikati favur l-ambjent li jinxtraw għall-uffiċċji (in-numru ta’ riżmi) mill-karti totali li jinxtraw għall-uffiċċji (in-numru ta’ riżmi) |
Il-livell ta’ organizzazzjoni |
L-effiċjenza fl-użu tal-enerġija L-effiċjenza fl-użu tal-materjal L-ilma L-iskart Il-bijodiversità L-emissjonijiet |
Il-karti tal-uffiċċji li jintużaw huma 100 % minn materjal irriċiklat jew ċertifikati b’ekotikketta ta’ ISO tat-Tip I (eż. l-Ekotikketta tal-UE). |
Il-BEMP 3.1.4 |
||||||||||
|
iva/le |
L-amministrazzjonijiet pubbliċi b’sjieda ta’ uffiċċji jew li jiġġestixxu l-uffiċċji |
Il-persunal jiġi involut biex isir jaf dwar l-ivvjaġġar sostenibbli minn post għall-ieħor bis-saħħa tal-implimentazzjoni u tal-promozzjoni ta’ għodod li jixprunaw il-bidla fl-imġiba |
Il-livell ta’ organizzazzjoni |
L-emissjonijiet |
L-għodod għall-promozzjoni tal-ivvjaġġar sostenibbli minn post għall-ieħor għall-impjegati huma implimentati u promossi |
Il-BEMP 3.1.5 |
||||||||||
|
iva/le |
L-amministrazzjonijiet pubbliċi b’sjieda ta’ uffiċċji jew li jiġġestixxu l-uffiċċji |
Baġit totali tal-karbonju għall-vjaġġi fuq xogħol jiġi allokat għal perjodu definit. Għal kull traġitt li jsir, l-ekwivalenti korrispondenti tal-emissjonijiet tal-karbonju jitnaqqas mill-baġit tal-karbonju li jifdal. |
Il-livell ta’ organizzazzjoni |
L-emissjonijiet |
L-ibbaġitjar tal-karbonju huwa implimentat għall-ivvjaġġar kollu fuq xogħol |
Il-BEMP 3.1.5 |
||||||||||
|
iva/le |
L-amministrazzjonijiet pubbliċi b’sjieda ta’ uffiċċji jew li jiġġestixxu l-uffiċċji |
Il-faċilitajiet tal-vidjokonferenzi jiġu promossi fl-organizzazzjoni u jsir monitoraġġ tan-numru ta’ sigħat ta’ użu. Il-persunal kollu jista’ juża l-faċilitajiet tal-vidjokonferenzi. |
Il-livell ta’ organizzazzjoni |
L-emissjonijiet |
Il-faċilitajiet tal-vidjokonferenzi huma disponibbli għall-persunal kollu u l-użu tagħhom qed jiġi mmonitorjat u promoss |
Il-BEMP 3.1.5 |
||||||||||
|
g/ikla |
L-amministrazzjonijiet pubbliċi b’sjieda ta’ kantins u ta’ kafetteriji jew li jiġġestixxu l-kantins u l-kafetteriji |
L-ammont ta’ skart tal-ikel iġġenerat għal kull ikla servuta fil-kantins u fil-kafetteriji |
Il-livell ta’ organizzazzjoni |
L-iskart |
— |
Il-BEMP 3.1.6 |
||||||||||
IL-BEMPs GĦALL-ENERĠIJA SOSTENIBBLI U GĦAT-TIBDIL FIL-KLIMA |
|||||||||||||||||
|
kg ta’ CO2e/abitant |
L-awtoritajiet lokali kollha |
L-emissjonijiet totali annwali tal-karbonju (bħala tunnellati ta’ CO2e) tal-muniċipalità (inkluż tal-abitazzjonijiet, tal-industriji, tal-agrikoltura, tal-kummerċ/tas-servizzi bħall-kostruzzjoni) diviżi bin-numru ta’ abitanti tat-territorju |
It-territorju amministrat |
L-emissjonijiet |
— |
Il-BEMPs 3.2.1, 3.2.2 |
||||||||||
|
iva/le |
L-awtoritajiet lokali kollha |
Il-pjan ta’ azzjoni muniċipali dwar l-enerġija u l-klima, b’miri u b’azzjonijiet f’terminu qasir u twil, huwa bbażat fuq l-inventarju dwar l-użu tal-enerġija u l-emissjonijiet tat-territorju |
It-territorju amministrat |
L-emissjonijiet |
Hemm pjan ta’ azzjoni muniċipali dwar l-enerġija u l-klima fis-seħħ, li jinkludi miri u azzjonijiet u huwa bbażat fuq l-inventarju dwar l-użu tal-enerġija u l-emissjonijiet |
Il-BEMP 3.2.2 |
||||||||||
|
iva/le |
L-awtoritajiet lokali kollha |
Strateġija olistika ta’ adattament għat-tibdil fil-klima fit-territorju tal-muniċipalità tista’ tibni fuq strateġiji lokali u reġjonali oħra ta’ adattament |
It-territorju amministrat |
— |
Hemm strateġija olistika ta’ adattament għat-tibdil fil-klima fis-seħħ għat-territorju tal-muniċipalità |
Il-BEMP 3.2.3 |
||||||||||
|
kWh/abitant/sena MWh/km/sena |
L-amministrazzjonijiet pubbliċi li jiġġestixxu b’mod dirett jew indirett it-tidwil tat-toroq |
L-użu annwali tal-enerġija għat-tidwil tat-toroq ikkalkolat għal kull abitant jew għal kull km ta’ toroq imdawla |
It-territorju amministrat |
L-effiċjenza fl-użu tal-enerġija |
L-użu tal-enerġija għat-tidwil tat-toroq għal kull kilometru huwa inqas minn 6 MWh/km/sena |
Il-BEMP 3.2.4 |
||||||||||
|
kWh/m2/sena |
L-amministrazzjonijiet pubbliċi b’sjieda ta’ binjiet jew li jiġġestixxu l-binjiet |
L-użu annwali totali tal-enerġija fil-bini pubbliku kkunsidrat (filwaqt li jitqies it-tisħin tal-post, it-tkessiħ tal-post u l-elettriku), espress bħala użu tal-enerġija finali, diviż bl-erja tal-art tal-bini |
Il-livell tal-bini |
L-effiċjenza fl-użu tal-enerġija |
Għall-binjiet ġodda, il-bini jiġi ddisinjat b’użu totali tal-enerġija primarja (jiġi inkluż kull użu) li jkun inqas minn 60 kWh/m2/sena Għall-binjiet eżistenti li jkunu qed jiġu rrinnovati, il-bini jiġi ddisinjat b’użu totali tal-enerġija primarja (jiġi inkluż kull użu) li jkun inqas minn 100 kWh/m2/sena |
Il-BEMPs 3.2.5, 3.2.6, 3.2.7 u 3.2.8 |
||||||||||
|
sigħat/FTE/sena |
L-amministrazzjonijiet pubbliċi b’sjieda ta’ binjiet jew li jiġġestixxu l-binjiet |
In-numru annwali ta’ sigħat ta’ taħriġ speċifiku dwar l-ambjent għall-persunal sabiex tittejjeb l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fil-binjiet. In-numru annwali ta’ sigħat ta’ taħriġ jiġi diviż bin-numru totali ta’ impjegati b’ekwivalenti ta’ ingaġġ full time (FTE) |
Il-livell tal-bini |
L-effiċjenza fl-użu tal-enerġija |
— |
Il-BEMP 3.2.8 |
||||||||||
|
t ta’ CO2e kg ta’ CO2e/m2 |
L-awtoritajiet lokali kollha |
L-ammont ta’ emissjonijiet ta’ CO2e tas-sistemi ta’ tisħin u ta’ tkessiħ qabel u wara l-installazzjoni ta’ netwerk tat-tisħin/tat-tkessiħ distrettwali, bħala total jew għal kull unità tal-erja tal-art tal-binjiet imsaħħna jew imkessħa |
In-netwerk tat-tisħin/tat-tkessiħ distrettwali |
L-emissjonijiet |
— |
Il-BEMP 3.2.9 |
||||||||||
|
% |
L-amministrazzjonijiet pubbliċi b’sjieda ta’ binjiet jew li jiġġestixxu l-binjiet |
L-enerġija rinnovabbli (l-elettriku u s-sħana separatament) prodotta fil-post/fil-qrib, diviża bl-użu tal-enerġija (l-elettriku u s-sħana separatament) tal-binjiet pubbliċi jew tal-abitazzjonijiet soċjali |
Il-livell tal-bini |
L-effiċjenza fl-użu tal-enerġija L-emissjonijiet |
100 % tal-elettriku li jintuża f’bini pubbliku jiġi ssodisfat bil-ġenerazzjoni tal-elettriku rinnovabbli fil-post 100 % tad-domanda għall-misħun f’bini pubbliku/f’bini ta’ abitazzjoni soċjali tiġi ssodisfata bil-ġenerazzjoni tas-sħana rinnovabbli fil-post |
Il-BEMP 3.2.10 |
||||||||||
|
iva/le |
L-awtoritajiet lokali li jistabbilixxu l-kodiċi lokali tal-bini u/jew li jipprovdu l-permessi għall-bini |
Is-sistema lokali tal-ippjanar tinkludi d-dispożizzjoni li l-binjiet li jkunu għadhom kemm inbnew u r-rinnovazzjonijiet fit-territorju jkollhom standards eżemplari għall-użu tal-enerġija u jkollhom rekwiżit minimu ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli |
It-territorju amministrat |
L-effiċjenza fl-użu tal-enerġija L-emissjonijiet |
— |
Il-BEMP 3.2.11 |
||||||||||
|
iva/le |
L-amministrazzjonijiet pubbliċi li jippromwovu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-enerġija rinnovabbli għar-residenti u għan-negozji |
L-amministrazzjoni pubblika twassal servizzi ta’ tagħrif u ta’ konsulenza dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u dwar l-enerġija rinnovabbli għar-residenti u għan-negozji biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija tagħhom |
It-territorju amministrat |
L-effiċjenza fl-użu tal-enerġija L-emissjonijiet |
— |
Il-BEMP 3.2.13 |
||||||||||
|
% |
L-awtoritajiet lokali kollha |
Iż-żona tat-territorju urban tal-muniċipalità li ġiet koperta bl-istħarriġ termografiku diviża biż-żona urbana totali tal-muniċipalità |
It-territorju amministrat |
L-effiċjenza fl-użu tal-enerġija L-emissjonijiet |
Id-dejta termografika reċenti (< ħames (5) snin) b’riżoluzzjoni għolja (< 50 cm) hija disponibbli għal 100 % taż-żona mibnija fit-territorju tal-muniċipalità |
Il-BEMP 3.2.14 |
||||||||||
IL-BEMPs GĦALL-MOBBILTÀ |
|||||||||||||||||
|
% |
L-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għall-mobbiltà |
In-numru ta’ vjaġġi, fit-territorju kkunsidrat, imwettqa b’mezzi differenti tat-trasport (eż. bil-karozza, bil-karozza tal-linja, bir-rota), diviż bin-numru totali ta’ vjaġġi |
It-territorju amministrat |
L-emissjonijiet |
Il-belt għandha diviżjoni modali għaċ-ċikliżmu ta’ 20 % jew ogħla JEW il-belt żiedet id-diviżjoni modali għaċ-ċikliżmu b’minn tal-inqas 50 % matul l-aħħar ħames snin. Il-persentaġġ ta’ modalitajiet sostenibbli tat-trasport li jintużaw fil-belt (eż. il-mixi, iċ-ċikliżmu, il-karozza tal-linja, it-tramm, il-ferrovija) huwa ta’ 60 % jew ogħla |
Il-BEMPs 3.3.1, 3.3.2, 3.3.6, 3.3.7 u 3.3.8 |
||||||||||
|
iva/le |
L-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għall-mobbiltà |
Il-belt għandha politika apposta adottata b’mod politiku u tqanqal il-mixi/iċ-ċikliżmu; barra minn hekk, l-għanijiet għal titjib u għal investimenti fl-infrastruttura għall-mixi/għaċ-ċikliżmu huma ddefiniti |
It-territorju amministrat |
L-emissjonijiet |
Minn tal-inqas 10 % tal-investiment tal-belt fl-infrastruttura tat-trasport u fil-manutenzjoni huwa ddedikat għall-infrastruttura taċ-ċikliżmu |
Il-BEMP 3.3.2 |
||||||||||
|
km km ta’ korsiji tar-roti/km ta’ toroq |
L-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għall-mobbiltà |
It-tul tal-infrastruttura għaċ-ċikliżmu (il-korsiji tar-roti) jista’ jitkejjel f’termini assoluti (km) jew jiġi diviż bit-tul tan-netwerks tat-toroq għall-vetturi |
It-territorju amministrat |
L-emissjonijiet |
— |
Il-BEMP 3.3.2 |
||||||||||
|
In-numru ta’ utenti/10 000 abitant In-numru ta’ utenti/in-numru ta’ vetturi tal-iskema tal-kondiviżjoni tal-karozzi |
L-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għall-mobbiltà |
In-numru ta’ utenti tal-iskema tal-kondiviżjoni tal-karozzi jista’ jiġi kkalkolat kif ġej:
|
It-territorju amministrat |
L-emissjonijiet |
— |
Il-BEMP 3.3.3 |
||||||||||
|
In-numru ta’ abitanti/in-numru ta’ karozzi tal-iskema tal-kondiviżjoni tal-karozzi |
L-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għall-mobbiltà |
In-numru ta’ abitanti fit-territorju tal-muniċipalità huwa diviż bin-numru ta’ karozzi disponibbli fil-flotta tal-iskema tal-kondiviżjoni tal-karozzi |
It-territorju amministrat |
L-emissjonijiet |
Minn tal-inqas karozza waħda disponibbli (1) tal-iskema tal-kondiviżjoni tal-karozzi għal kull 2 500 abitant |
Il-BEMP 3.3.3 |
||||||||||
|
In-numru ta’ karozzi b’sjieda privata ssostitwiti/in-numru ta’ vetturi tal-iskema tal-kondiviżjoni tal-karozzi |
L-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għall-mobbiltà |
In-numru ta’ karozzi b’sjieda privata li ġew issostitwiti bl-iskema tal-kondiviżjoni tal-karozzi (is-sidien ma jkollhomx bżonnhom iktar) diviż bin-numru totali ta’ karozzi disponibbli fil-flotta tal-iskema tal-kondiviżjoni tal-karozzi |
It-territorju amministrat |
L-emissjonijiet |
Minn tal-inqas tmien (8) karozzi b’sjieda privata ġew issostitwiti b’kull vettura fil-flotta tal-operatur tal-iskema tal-kondiviżjoni tal-karozzi |
Il-BEMP 3.3.3 |
||||||||||
|
% |
L-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għat-trasport pubbliku |
In-numru ta’ traġitti mwettqa bit-trasport pubbliku permezz ta’ diversi modalitajiet ta’ trasport u li jitħallsu bil-biljett integrat diviż bin-numru totali ta’ traġitti mwettqa bit-trasport pubbliku permezz ta’ diversi modalitajiet ta’ trasport |
It-territorju amministrat |
L-emissjonijiet |
Minn tal-inqas 75 % tat-traġitti mħallsa bil-biljett integrat |
Il-BEMP 3.3.4 |
||||||||||
|
% |
L-awtoritajiet lokali kollha |
In-numru totali ta’ vetturi elettriċi (għal kull tip, eż. il-karozzi elettriċi, il-muturi elettriċi) fit-triq diviż bin-numru totali ta’ vetturi ta’ dak it-tip |
It-territorju amministrat |
L-emissjonijiet |
— |
Il-BEMP 3.3.5 |
||||||||||
|
In-numru ta’ punti tal-iċċarġjar/abitant |
L-awtoritajiet lokali kollha |
In-numru totali ta’ punti pubbliċi tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi diviż bin-numru ta’ abitanti tat-territorju kkunsidrat |
It-territorju amministrat |
L-emissjonijiet |
— |
Il-BEMP 3.3.5 |
||||||||||
|
% |
L-awtoritajiet lokali kollha |
Il-konċentrazzjoni ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja (il-PM10, l-ammonijaka u l-ossidu tan-nitroġenu) titkejjel b’mod regolari f’ċerti żoni tal-belt (eż. qrib l-iskejjel, il-parks, iż-żoni residenzjali). It-tnaqqis fil-konċentrazzjoni ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja huwa kkalkolat billi l-konċentrazzjoni finali (wara l-introduzzjoni ta’ ħlas għall-konġestjoni) tas-sustanza li tniġġes l-arja titnaqqas mill-konċentrazzjoni inizjali (qabel l-introduzzjoni tat-tariffa tal-konġestjoni) ta’ kull sustanza li tniġġes l-arja diviż bil-konċentrazzjoni inizjali tas-sustanza li tniġġes l-arja |
It-territorju amministrat |
L-emissjonijiet |
Il-konċentrazzjoni ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja (il-PM10, l-ammonijaka u l-ossidu tan-nitroġenu) fiż-żona li fiha tiġi imposta t-tariffa tal-konġestjoni titnaqqas b’10 % (bħala medja), meta mqabbel mas-sitwazzjoni qabel l-introduzzjoni tat-tariffa tal-konġestjoni |
Il-BEMP 3.3.7 |
||||||||||
|
% |
L-awtoritajiet lokali kollha |
In-numru ta’ vetturi privati li jkollhom aċċess għaż-żona tat-tariffa tal-konġestjoni diviż bin-numru ta’ vetturi privati li jkollhom aċċess għall-istess żona qabel l-introduzzjoni tat-tariffa tal-konġestjoni |
Iż-żona tat-tariffa tal-konġestjoni |
L-emissjonijiet |
L-aċċess ta’ vetturi mhux eżentati fiż-żona li fiha tiġi imposta t-tariffa tal-konġestjoni jitnaqqas b’20 %, meta mqabbel mas-sitwazzjoni qabel l-introduzzjoni tat-tariffa tal-konġestjoni |
Il-BEMP 3.3.7 |
||||||||||
|
% |
L-awtoritajiet lokali kollha |
Il-veloċità medja tat-trasport pubbliku wara l-implimentazzjoni ta’ tariffa tal-konġestjoni diviża bil-veloċità medja tat-trasport pubbliku qabel l-introduzzjoni tat-tariffa tal-konġestjoni. L-istess jista’ jiġi applikat għall-puntwalità tat-trasport pubbliku qabel u wara l-introduzzjoni ta’ tariffa tal-konġestjoni |
Iż-żona tat-tariffa tal-konġestjoni |
L-emissjonijiet |
Il-veloċità u l-puntwalità tas-servizzi tat-trasport pubbliku tjiebu b’5 %, meta mqabbla mas-sitwazzjoni qabel l-introduzzjoni tat-tariffa tal-konġestjoni |
Il-BEMP 3.3.7 |
||||||||||
|
% |
L-awtoritajiet lokali kollha |
In-numru medju ta’ spazji għall-parkeġġ disponibbli matul il-ħinijiet tax-xogħol diviż bin-numru totali ta’ spazji għall-parkeġġ |
It-territorju amministrat |
L-emissjonijiet |
Bejn 80 % u 90 % tal-ispazji għall-parkeġġ fit-toroq ikunu okkupati matul 90 % tas-sigħat tax-xogħol |
Il-BEMP 3.3.8 |
||||||||||
|
iva/le |
L-awtoritajiet lokali kollha |
L-amministrazzjoni pubblika tista’ tillimita l-ispazji għall-parkeġġ mingħajr ħlas (għall-parkeġġ fit-toroq u għall-garaxxijiet taħt l-art) għall-iżviluppi l-ġodda u jista’ jkollha politika formali biex kulma jmur jitneħħa kull rekwiżit preċedenti ta’ parkeġġ mill-iżviluppi eżistenti |
It-territorju amministrat |
L-emissjonijiet Il-bijodiversità |
Il-belt ma għandha l-ebda rekwiżit ta’ parkeġġ minimu (għall-parkeġġ fit-toroq u għall-garaxxijiet taħt l-art) għall-iżviluppi l-ġodda u għandha politika formali biex kulma jmur jitneħħa kull rekwiżit preċedenti ta’ parkeġġ mill-iżviluppi eżistenti |
Il-BEMP 3.3.8 |
||||||||||
|
kg ta’ CO2e/sena kg ta’ CO2e/xahar |
L-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għall-mobbiltà |
L-emissjonijiet totali ta’ CO2 mill-vetturi tal-konsenji tul perjodu speċifiku ta’ żmien (eż. kull sena, kull xahar) fiż-żona moqdija miċ-ċentru tas-servizz loġistiku |
Iż-żona moqdija miċ-ċentru tas-servizz loġistiku |
L-emissjonijiet |
It-tnaqqis ta’ 40 % tal-emissjonijiet ta’ CO2 mill-vetturi tal-konsenji fiż-żona tas-servizz, meta mqabbel mas-sitwazzjoni qabel l-implimentazzjoni taċ-ċentru tas-servizz loġistiku |
Il-BEMP 3.3.9 |
||||||||||
|
Numru ta’ konsenji/jum |
L-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għall-mobbiltà |
In-numru ta’ traġitti tal-konsenji li jsiru kuljum bil-vetturi tal-konsenji fiż-żona moqdija miċ-ċentru tas-servizz loġistiku |
Iż-żona moqdija miċ-ċentru tas-servizz loġistiku |
L-emissjonijiet |
It-tnaqqis ta’ 75 % tan-numru ta’ traġitti tal-konsenji li jsiru kuljum lejn iż-żona tas-servizz, meta mqabbel mas-sitwazzjoni qabel l-implimentazzjoni taċ-ċentru tas-servizz loġistiku |
Il-BEMP 3.3.9 |
||||||||||
IL-BEMPs GĦALL-UŻU TAL-ART |
|||||||||||||||||
|
% |
L-awtoritajiet lokali kollha responsabbli għall-ippjanar tal-użu tal-art |
L-erja taż-żona li għadha kemm inbniet (m2), filwaqt li titqies kull tip ta’ żona mibnija impermeabbli (il-binjiet, it-toroq, kwalunkwe parti mingħajr veġetazzjoni jew mingħajr ilma), diviża biż-żona mibnija fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat (eż. sena (1), ħames (5) snin, 10 snin) |
It-territorju amministrat |
Il-bijodiversità |
— |
Il-BEMP 3.4.1 |
||||||||||
|
iva/le |
L-awtoritajiet lokali kollha responsabbli għall-ippjanar tal-użu tal-art |
Il-miżuri biex jittaffa l-effett gżira ta’ sħana urbana (bħaż-żoni ekoloġiċi, is-soqfa ekoloġiċi jew l-użu ta’ materjali riflettivi) huma promossi fit-territorju amministrat kemm fil-binjiet u fiż-żoni privati kif ukoll f’dawk pubbliċi |
It-territorju amministrat |
L-emissjonijiet L-effiċjenza fl-użu tal-enerġija Il-bijodiversità |
— |
Il-BEMP 3.4.2 |
||||||||||
|
iva/le |
L-awtoritajiet lokali kollha responsabbli għall-ippjanar tal-użu tal-art |
Hemm ħtieġa għal miżuri tal-iskular tal-ilma b’impatt baxx għall-kostruzzjoni ta’ żviluppi ġodda, inklużi l-iżviluppi mill-ġdid maġġuri ta’ żoni mibnija eżistenti |
It-territorju amministrat |
Il-bijodiversità |
— |
Il-BEMP 3.4.3 |
||||||||||
IL-BEMPs GĦAL ŻONI URBANI EKOLOĠIĊI |
|||||||||||||||||
|
% |
L-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għall-ġestjoni ta’ żoni urbani ekoloġiċi |
L-erja (km2) ta’ ambjenti naturali u seminaturali fiż-żona urbana diviża biż-żona urbana totali |
It-territorju amministrat |
Il-bijodiversità |
— |
Il-BEMP 3.5.1 |
||||||||||
|
% |
L-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għall-ġestjoni ta’ żoni urbani ekoloġiċi |
L-erja (km2) ta’ żoni urbani ekoloġiċi u tal-ilma (fiż-żona urbana) diviża biż-żona urbana totali |
It-territorju amministrat |
Il-bijodiversità |
— |
Il-BEMP 3.5.2 |
||||||||||
|
% |
L-awtoritajiet lokali kollha responsabbli għall-ippjanar tal-użu tal-art |
In-numru ta’ binjiet b’soqfa ekoloġiċi diviż bin-numru totali ta’ binjiet fit-territorju tal-muniċipalità |
It-territorju amministrat |
Il-bijodiversità |
— |
Il-BEMP 3.5.3 |
||||||||||
|
iva/le |
L-awtoritajiet lokali kollha responsabbli għall-ippjanar tal-użu tal-art |
L-amministrazzjoni pubblika għandha pjan fir-rigward tal-ġestjoni ambjentali taż-żoni ekoloġiċi mitluqa u taż-żoni periferiċi biex jingħataw il-ħajja fiż-żona urbana |
It-territorju amministrat |
Il-bijodiversità |
— |
Il-BEMP 3.5.4 |
||||||||||
IL-BEMP GĦALL-KWALITÀ TAL-ARJA AMBJENTALI LOKALI |
|||||||||||||||||
|
μg/m3 |
L-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha responsabbli għall-ġestjoni tal-kwalità tal-arja |
Il-livell ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja (il-PM10, il-PM2.5, l-NO2) preżenti (il-medja annwali) fil-kampjunar taż-żona urbana f’ċerti postijiet (eż. l-iskola, il-parks, iż-żoni residenzjali) |
It-territorju amministrat |
L-emissjonijiet |
Għall-indikaturi kollha ddefiniti f’din il-BEMP, ir-riżultati jiksbu l-livelli stabbiliti fil-linji gwida dwar il-kwalità tal-arja li ġew prodotti mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa |
3.6.1 |
||||||||||
IL-BEMP GĦAT-TNIĠĠIS AKUSTIKU |
|||||||||||||||||
|
% |
L-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għall-indirizzar tat-tniġġis akustiku |
In-numru ta’ kejliet tal-livelli ta’ storbju li jaqbżu l-valuri limitu lokali, diviż bin-numru totali ta’ kejliet tal-livell ta’ storbju |
It-territorju amministrat |
— |
— |
Il-BEMP 3.7.1 |
||||||||||
IL-BEMPs GĦALL-PROVVISTA TAL-ILMA |
|||||||||||||||||
|
% |
L-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għall-provvista tal-ilma tajjeb għax-xorb |
In-numru ta’ konsumaturi b’miters individwali (fil-livell ta’ utenti individwali) diviż bin-numru totali ta’ konsumaturi |
It-territorju amministrat |
L-ilma |
Ir-rata ta’ penetrazzjoni tal-miters tal-ilma fil-livell tal-unitajiet domestiċi jew tal-utenti finali hija ta’ 99 % jew ogħla |
Il-BEMP 3.9.1 |
||||||||||
|
% |
L-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għall-provvista tal-ilma tajjeb għax-xorb |
In-numru ta’ konsumaturi bil-miters intelliġenti tal-ilma diviż bin-numru totali ta’ konsumaturi bil-miters tal-ilma |
It-territorju amministrat |
L-ilma |
Fiż-żoni li fihom l-ilma huwa skars (minn tal-inqas għal parti mis-sena), il-miters tal-ilma fil-livell tal-unitajiet domestiċi/tal-utent finali huma miters intelliġenti Il-binjiet il-ġodda kollha huma mgħammra b’miters tal-ilma (b’miters intelliġenti fiż-żoni li fihom l-ilma huwa skars) |
Il-BEMP 3.9.1 |
||||||||||
|
% |
L-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għall-provvista tal-ilma tajjeb għax-xorb |
L-ILI jiġi kkalkolat bħala telf reali annwali attwali (CARL)/telf reali annwali inevitabbli (UARL) |
It-territorju amministrat |
L-ilma |
L-Indiċi tan-Nixxijat tal-Infrastruttura huwa inqas minn 1,5 |
Il-BEMP 3.9.2 |
||||||||||
IL-BEMPs GĦALL-ĠESTJONI TAL-ILMA MORMI |
|||||||||||||||||
|
% |
L-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għall-ġestjoni tal-ilma mormi |
L-effiċjenza tat-tneħħija għal kull sustanza li tniġġes l-ilma (is-COD, il-BOD5, l-ammonijaka, in-nitroġenu totali u l-fosforu totali) tiġi kkalkolata billi l-konċentrazzjoni finali tas-sustanza li tniġġes l-ilma titnaqqas mill-konċentrazzjoni inizjali għal kull sustanza li tniġġes l-ilma, diviża bil-konċentrazzjoni inizjali tas-sustanza li tniġġes l-ilma |
L-impjant tat-trattament tal-ilma mormi |
L-ilma |
L-effiċjenzi tat-tneħħija li ntlaħqu huma: minn tal-inqas 98 % għall-BOD5, minn tal-inqas 90 % għas-COD, minn tal-inqas 90 % għall-ammonijaka, minn tal-inqas 80 % għall-komposti tan-nitroġenu organiku totali, u minn tal-inqas 90 % għall-fosforu totali |
Il-BEMP 3.10.1 |
||||||||||
|
kWh/ekwivalent ta’ popolazzjoni/sena |
L-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għall-ġestjoni tal-ilma mormi |
L-użu annwali totali tal-elettriku tat-trattament tal-ilma mormi diviż bin-numru ta’ ekwivalenti ta’ popolazzjoni li l-impjant tat-trattament tal-ilma mormi huwa ddisinjat/jitħaddem għalihom |
L-impjant tat-trattament tal-ilma mormi |
L-ilma |
L-użu tal-elettriku tal-impjant tat-trattament tal-ilma mormi huwa:
|
Il-BEMP 3.10.1 |
||||||||||
|
% |
L-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għall-ġestjoni tal-ilma mormi |
L-effiċjenza tat-tneħħija tiġi kkalkolata billi l-konċentrazzjoni finali tal-mikrosustanzi niġġiesa titnaqqas mill-konċentrazzjoni inizjali tal-mikrosustanzi niġġiesa, diviża bil-konċentrazzjoni inizjali tal-mikrosustanza niġġiesa |
L-impjant tat-trattament tal-ilma mormi |
L-ilma |
L-effiċjenza medja tat-tneħħija għall-mikrosustanzi niġġiesa hija ogħla minn 80 % |
Il-BEMP 3.10.2 |
||||||||||
|
% |
L-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għall-ġestjoni tal-ilma mormi |
Il-fluss annwali tal-ilma mormi li jsirlu trattament terzjarju għat-tneħħija tal-mikrosustanzi, diviż bil-fluss annwali totali tal-ilma mormi |
L-impjant tat-trattament tal-ilma mormi |
L-ilma |
Il-mikrosustanzi niġġiesa jitneħħew f’minn tal-inqas 90 % tal-fluss annwali tal-ilma mormi |
Il-BEMP 3.10.2 |
||||||||||
|
% |
L-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għall-ġestjoni tal-ilma mormi |
L-enerġija ġġenerata (l-elettriku u s-sħana mill-bijogass) fil-post mid-diġestjoni anaerobika tal-ħama u li tintuża fl-impjant tat-trattament tal-ilma mormi, diviża bl-ammont totali ta’ enerġija li tintuża fl-impjant tat-trattament tal-ilma mormi |
L-impjant tat-trattament tal-ilma mormi |
L-ilma |
L-elettriku u s-sħana ġġenerati mill-impjant stess permezz tal-bijogass ikopru 100 % tal-użu tal-enerġija għall-impjanti tat-trattament tal-ilma muniċipali mormi b’ammont ta’ iktar minn 10 000 ekwivalent ta’ popolazzjoni mingħajr it-tnixxif termali tal-ħama fil-post, u 50 % fil-każ ta’ impjanti bit-tnixxif termali tal-ħama fil-post |
Il-BEMP 3.10.3 |
||||||||||
|
% |
L-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għall-ġestjoni tal-ilma mormi |
Il-ħama tad-dranaġġ prodott fit-trattament tal-ilma mormi li jiġi monoinċinerat, diviż bl-ammont totali ta’ ħama tad-dranaġġ iġġenerat mit-trattament tal-ilma mormi |
L-impjant tat-trattament tal-ilma mormi |
L-ilma |
— |
Il-BEMP 3.10.4 |
||||||||||
|
% |
L-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għall-ġestjoni tal-ilma mormi |
L-ammont ta’ ilma rriċiklat prodott mit-trattament tal-ilma mormi diviż bl-ammont totali ta’ ilma mormi ttrattat |
It-territorju amministrat |
L-ilma |
— |
Il-BEMP 3.10.5 |
||||||||||
|
% |
L-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli għas-sistemi urbani tal-iskular tal-ilma u għall-ippjanar tal-użu tal-art |
Il-persentaġġ annwali tal-ilma tax-xita li huwa stmat li jinżamm u li jiġi infiltrat fl-art lokalment mill-istima totali tal-ilma tax-xita li tinżel fiż-żona urbana tal-muniċipalità |
It-territorju amministrat |
L-ilma |
— |
Il-BEMP 3.10.7 |
||||||||||
IL-BEMP GĦALL-AKKWIST PUBBLIKU EKOLOĠIKU |
|||||||||||||||||
|
% |
L-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha |
In-numru ta’ sejħiet għall-offerti li jinkludu kriterji ambjentali diviż bin-numru totali ta’ sejħiet għall-offerti (diżaggregati skont il-kategorija tal-prodotti) |
Il-livell ta’ organizzazzjoni |
L-effiċjenza fl-użu tal-enerġija L-effiċjenza fl-użu tal-materjal L-ilma L-iskart Il-bijodiversità L-emissjonijiet |
100 % tas-sejħiet għall-offerti jinkludu kriterji ambjentali li jirrikjedu minn tal-inqas il-livell ta’ prestazzjoni stabbilit fil-kriterji tal-APE tal-UE, għal prodotti li għalihom huma disponibbli kriterji tal-APE tal-UE (eż. il-karti tal-uffiċċji, l-aġenti tat-tindif, l-għamara) |
Il-BEMP 3.11.1 |
||||||||||
IL-BEMP GĦALL-EDUKAZZJONI AMBJENTALI U GĦAT-TIXRID TAT-TAGĦRIF |
|||||||||||||||||
|
% |
L-amministrazzjonijiet pubbliċi |
Il-persentaġġ ta’ ċittadini li jintlaħqu b’mod dirett u indirett permezz ta’ azzjonijiet ta’ edukazzjoni ambjentali |
It-territorju amministrat |
L-effiċjenza fl-użu tal-enerġija L-effiċjenza fl-użu tal-materjal L-ilma L-iskart Il-bijodiversità L-emissjonijiet |
—— |
Il-BEMP 3.12.1 |
(1) Ir-rapport xjentifiku u ta’ politika huwa disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-JRC fl-indirizz li ġej: http://susproc.jrc.ec.europa.eu/activities/emas/documents/PublicAdminBEMP.pdf. Il-konklużjonijiet dwar l-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali u l-applikabbiltà tagħhom kif ukoll dwar l-indikaturi speċifiċi identifikati tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza li jinsabu f’dan id-Dokument ta’ Referenza Settorjali huma bbażati fuq is-sejbiet dokumentati fir-rapport xjentifiku u ta’ politika. It-tagħrif ta’ sfond u d-dettalji tekniċi kollha jistgħu jinstabu hemmhekk.
(2) Council Regulation (KEE) Nru 1836/93 of 29 June 1993 allowing voluntary participation by companies in the industrial sector in a Community eco-management and audit scheme (OJ L 168, 10.7.1993, p. 1 ). (Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1836/93 tad-29 ta’ Ġunju 1993 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta’ kumpaniji fis-settur industrijali fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (ĠU L 168, 10.7.1993, p. 1).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fl-iskema Komunitarja għall-immaniġġjar tal-ambjent u verifika (EMAS) (ĠU L 114, 24.4.2001, p. 1).
(4) Skont l-Anness IV(B.e.) tar-Regolament dwar l-EMAS, id-dikjarazzjoni ambjentali għandu jkun fiha “sommarju tad-data disponibbli dwar il-prestazzjoni tal-organizzazzjoni f’taqbil mal-objettivi u l-miri ambjentali tagħha fir-rigward tal-impatti ambjentali sinifikattivi. Għandu jsir rappurtar dwar l-indikaturi ċentrali u l-indikaturi ta’ prestazzjoni ambjentali eżistenti rilevanti oħra kif imniżżlin fit-Taqsima C”. It-Taqsima C tal-Anness IV tiddikjara li “kull organizzazzjoni għandha tirrapporta wkoll fuq bażi annwali dwar il-prestazzjoni tagħha rigward aspetti ambjentali aktar speċifiċi kif identifikati fid-dikjarazzjoni ambjentali tagħha u, fejn disponibbli, tieħu kont ta’ dokumenti ta’ referenza settorjali kif imsemmi fl-Artikolu 46.”
(5) Deskrizzjoni dettaljata ta’ kull waħda mill-aqwa prattiki, bi gwida prattika dwar kif jiġu implimentati, hija disponibbli fir-“Rapport dwar l-Aqwa Prattika” li ġie ppubblikat mill-JRC u huwa disponibbli onlajn fuq: http://susproc.jrc.ec.europa.eu/activities/emas/documents/PublicAdminBEMP.pdf. L-organizzazzjonijiet mistiedna jikkonsultawh jekk ikunu interessati li jitgħallmu iktar dwar uħud mill-aqwa prattiki deskritti f’dan l-SRD.
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).
(7) F’dan l-SRD dwar l-EMAS, it-termini “awtoritajiet lokali” u “muniċipalitajiet” jitqiesu bħala sinonimi u jirreferu għall-korpi pubbliċi ta’ governanza u li jipprovdu s-servizzi liċ-ċittadini fil-livell lokali.
(8) L-isfidi u l-opportunitajiet speċifiċi relatati mal-BEMPs differenti huma indirizzati jew direttament f’dan id-dokument jew inkella fil-gwida prattika dwar kif jiġu implimentati l-BEMPs li hija disponibbli fir-“Rapport dwar l-Aqwa Prattika” li ġie ppubblikat mill-JRC u li huwa disponibbli onlajn fuq: http://susproc.jrc.ec.europa.eu/activities/emas/documents/PublicAdminBEMP.pdf. L-organizzazzjonijiet mistiedna jikkonsultawh biex jifhmu aħjar l-aqwa prattiki deskritti f’dan l-SRD.
(9) L-erja tal-art tista’ tiġi kkalkolata billi titqies l-erja tas-superfiċe utli tal-bini, pereżempju, is-superfiċe li tintuża fiċ-ċertifikati tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija.
(10) L-iskart residwu huwa l-frazzjoni tal-iskart li ma tintbagħatx għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ, għall-ikkompostjar jew għad-diġestjoni anaerobika.
(11) In-numru ta’ daqsijiet differenti (eż. A4, A3) tal-folji tal-karti jista’ jiġi kkonvertit għal numru ekwivalenti ta’ folji A4 (eż. folja A3 waħda hija ekwivalenti għal żewġ folji A4).
(12) Bħala parti mis-serje ta’ standards ambjentali tal-ISO 14000, l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (l-ISO) fasslet sottoserje (l-ISO 14020) speċifika għat-tikkettar ambjentali, li tkopri tliet tipi ta’ skemi ta’ tikkettar. F’dan il-kuntest, ekotikketta tat-“Tip I” hija tikketta b’diversi kriterji li ġiet żviluppata minn parti terza. Fil-livell tal-UE, xi eżempji huma l-“Ekotikketta tal-UE”, u fil-livell nazzjonali jew multilaterali, il-“Blaue Engel”, l-“Austrian Ecolabel” u n-“Nordic Swan”.
(13) L-indiċi tal-apparenza tal-kulur ta’ bozza jispeċifika l-kapaċità li l-għajn tal-bniedem tiddistingwi l-kuluri taħt tip ta’ dawl bħal dak. Indiċi għoli tal-apparenza tal-kulur huwa meħtieġ f’postijiet li fihom huwa importanti li wieħed jagħraf il-kuluri.
(14) Il-bozoz b’komponent abjad qawwi/kiesaħ jistgħu jkollhom impatti negattivi rilevanti fuq il-fawna lokali.
(15) Id-Direttiva 2010/31/UE (id-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija, l-EPBD) tirrikjedi li l-Istati Membri jistabbilixxu standards minimi għar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, li jeħtieġ li jkunu riflessi fil-kodiċijiet nazzjonali tal-bini. Id-Direttiva introduċiet sistema ta’ parametraġġ referenzjarju biex gradwalment jiżdied il-livell ta’ ambizzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, filwaqt li jinżammu taħt rieżami regolari.
(16) L-EPBD tirrikjedi li l-binjiet il-ġodda kollha jikkonsmaw livell baxx ħafna ta’ enerġija jew livell ta’ enerġija qrib iż-żero (“bini b’użu tal-enerġija qrib iż-żero”) sal-2020, jew sal-2018 jekk dawn ikunu okkupati mill-awtoritajiet pubbliċi u ta’ sjieda tagħhom.
(17) Attwalment il-Kummissjoni Ewropea qed tippilota livell(i) ta’ qafas ta’ rapportar volontarju, biex titkejjel is-sostenibbiltà ġenerali tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom. Iktar tagħrif disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/environment/eussd/buildings.htm
(18) In-netwerks ekoloġiċi u tal-ilma huma żoni naturali u seminaturali li jinkorporaw l-ispazji ekoloġiċi (u/jew tal-ilma jekk u meta jkunu kkonċernati l-ekosistemi akkwatiċi) u karatteristiki fiżiċi oħra f’żoni terrestri (inklużi ż-żoni kostali) u f’żoni tal-baħar.
(19) Id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2018 dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1).).
(20) Attwalment id-Dokument ta’ Referenza Settorjali tal-EMAS għas-settur tal-ġestjoni tal-iskart qed jiġi żviluppat. Ir-riżultati intermedji kif ukoll id-dokument finali, ladarba jiġu adottati, huma disponibbli fuq: http://susproc.jrc.ec.europa.eu/activities/emas/waste_mgmt.html.
(21) Iż-żoni li fihom l-ilma huwa skars huma dawk fejn ma hemmx biżżejjed riżorsi tal-ilma biex jissodisfaw ir-rekwiżiti medji fit-tul. Iktar tagħrif disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/environment/water/quantity/about.htm
(22) It-telf reali annwali attwali (CARL) jirrappreżenta l-ammont ta’ ilma li effettivament jintilef min-netwerk tad-distribuzzjoni (jiġifieri li ma jasalx għand l-utenti finali). It-telf annwali reali inevitabbli (UARL) iqis li dejjem se jkun hemm xi nixxija f’netwerk tad-distribuzzjoni tal-ilma. Il-UARL jiġi kkalkolat abbażi ta’ fatturi bħat-tul tan-netwerk, in-numru ta’ konnessjonijiet tas-servizz u l-pressa li biha jkun qed jaħdem in-netwerk.
(23) L-akronimi li ġejjin jintużaw fit-test tal-BEMP: BOD5: domanda bijoloġika ta’ ossiġenu fuq ħamest (5) ijiem; MLSS: solidi sospiżi ta’ likwidi mħallta (bijomassa fis-sistema tal-ħama attivat); COD: domanda kimika ta’ ossiġenu.
(24) “Ekwivalenti ta’ popolazzjoni”, jew e.p., li huwa terminu li ntuża fid-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40), ikopri t-tniġġis organiku ġġenerat mir-residenti ta’ belt, ta’ raħal jew ta’ villaġġ, u sorsi oħra bħall-popolazzjoni mhux residenti u l-industriji agroalimentari.
(25) DOC: karbonju organiku dissolt.
(26) Nℓ: litru normali, jiġifieri l-volum ta’ gass imkejjel f’kundizzjonijiet standard (il-pressa: 1,01325 bar; it-temperatura: 0 oC)
(27) Id-dokumenti ta’ referenza dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BREFs) skont id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali huma disponibbli fuq: http://eippcb.jrc.ec.europa.eu/reference/.
(28) Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).
(29) Fis-sistemi kkombinati tad-dranaġġ, l-ilma mormi u l-ilma tal-maltemp (mill-maltempati jew mix-xita) jinġabru fl-istess netwerk tad-dranaġġ. Fis-sistemi separati tad-dranaġġ, l-ilma mormi u l-ilma tal-maltemp jinġabru u jintbagħtu għal trattament jew għal rilaxx permezz ta’ netwerks separati tad-dranaġġ.
(30) Għal tagħrif dwar il-kriterji tal-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku tal-UE u għal-lista kompluta tal-prodotti koperti, jekk jogħġbok ara: http://ec.europa.eu/environment/gpp/index_en.htm.
(31) Sabiex jiġi ristrett in-numru ta’ sejħiet għall-offerti, fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tista’ ssir referenza għall-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għal dak il-grupp speċifiku ta’ prodotti jew ta’ servizzi; għall-verifika, tista’ tkun meħtieġa liċenzja valida tal-Ekotikketta tal-UE. Skont l-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65), l-awtoritajiet kontraenti jridu jaċċettaw ukoll mezzi xierqa oħra ta’ prova.
18.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 17/58 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/62
tad-19 ta’ Diċembru 2018
dwar id-dokument ta’ referenza settorjali dwar l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali settorjali u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza għas-settur tal-manifattura tal-karozzi skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 46(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 jobbliga lill-Kummissjoni tfassal dokumenti ta’ referenza settorjali għal setturi ekonomiċi speċifiċi. Id-dokumenti jridu jinkludu l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u, meta jkun xieraq, il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza kif ukoll is-sistemi ta’ klassifikazzjoni li jidentifikaw il-livelli tal-prestazzjoni ambjentali. L-organizzazzjonijiet irreġistrati jew li qegħdin iħejju biex isiru rreġistrati skont l-iskema ta’ ġestjoni u verifika ambjentali stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 huma meħtieġa li jqisu dawk id-dokumenti meta jkunu qegħdin jiżviluppaw is-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali tagħhom u meta jkunu qegħdin jivvalutaw il-prestazzjoni ambjentali tagħhom fid-dikjarazzjoni ambjentali jew fid-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata tagħhom, imħejjija skont l-Anness IV ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 kien jesiġi li l-Kummissjoni tistabbilixxi pjan ta’ ħidma li jistipula lista indikattiva tas-setturi li jridu jitqiesu bħala setturi prijoritarji għall-adozzjoni ta’ dokumenti ta’ referenza settorjali u transsettorjali. Is-settur tal-manifattura tal-karozzi ġie identifikat bħala settur prijoritarju fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – It-twaqqif ta’ pjan ta’ ħidma li jistabbilixxi lista indikattiva ta’ setturi għall-adozzjoni ta’ dokumenti ta’ referenza settorjali u transsettorjali, skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009, dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (2). |
(3) |
Id-dokument ta’ referenza settorjali għas-settur tal-manifattura tal-karozzi jenħtieġ li jiffoka fuq l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali, l-indikaturiu l-punti ta’ riferiment għall-manifatturi tal-karozzi, inklużi l-manifatturi tal-partijiet u l-komponenti, u l-faċilitajiet tat-trattament tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw. Dan jenħtieġ li jagħmel referenza għall-gwida eżistenti għall-aspsetti koperti minn strumenti oħra tal-politika tal-Unjoni, bħalma hi d-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jew id-dokumenti ta’ referenza dwar l-Aqwa Tekniki Disponibbli (BAT) żviluppati skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Għall-bqija, dan jenħtieġ li jidentifika, permezz tal-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali għas-settur, l-azzjonijiet konkreti li jtejbu l-ġestjoni ambjentali kumplessiva tal-kumpaniji fis-settur, inklużi l-aspetti diretti relatati pereżempju, mal-proċessi ta’ manifattura, u aspetti indiretti inklużi, pereżempju, il-ġestjoni tal-katina tal-provvista bil-ħsieb li titrawwem ekonomija aktar ċirkolari. |
(4) |
Sabiex l-organizzazzjonijiet, il-verifikaturi ambjentali u oħrajn ikollhom biżżejjed żmien biex iħejju għall-introduzzjoni tad-dokument ta’ referenza settorjali għas-settur tal-manifattura tal-karozzi, jenħtieġ li d-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tiġi differita b’perjodu ta’ 120 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(5) |
Fit-tfassil tad-dokument ta’ referenza settorjali anness ma’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Istati Membri u lil partijiet ikkonċernati oħra skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 49 tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-dokument ta’ referenza settorjali dwar l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali settorjali u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza għas-settur tal-manifattura tal-karozzi għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 huwa stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mit-18 ta’ Mejju 2019.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1.
(2) ĠU C 358, 8.12.2011, p. 2.
(3) Id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw (ĠU L 269, 21.10.2000, p. 34).
(4) Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).
ANNESS
1. INTRODUZZJONI
Dan id-Dokument ta’ Referenza Settorjali (SRD) għas-settur tal-manifattura tal-karozzi huwa bbażat fuq rapport xjentifiku u ta’ politika dettaljat (1) (“Best Practice Report”) żviluppat miċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea.
Sfond ġuridiku rilevanti
Fl-1993, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1836/93, ġiet introdotta l-iskema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) għall-parteċipazzjoni volontarja tal-organizzazzjonijiet (2). Sussegwentement, kien hemm żewġ reviżjonijiet kbar tal-EMAS:
— |
Ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3); |
— |
Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009. |
Element importanti ġdid fl-aktar reviżjoni reċenti, li daħlet fis-seħħ fil-11 ta’ Jannar 2010, huwa l-Artikolu 46 dwar l-iżvilupp tal-SRDs. L-SRDs iridu jinkludu l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali (BEMPs), l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali għas-setturi speċifiċi u, fejn xieraq, il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza u s-sistemi ta’ klassifikazzjoni li jidentifikaw il-livelli ta’ prestazzjoni.
Kif tifhem u tuża dan id-dokument
L-iskema ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) hija skema għall-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet impenjati lejn titjib ambjentali kontinwu. F’dan il-qafas, dan l-SRD jipprovdi gwida speċifika għas-settur tal-manifattura tal-karozzi u jindika għadd ta’ alternattivi għal titjib kif ukoll l-aqwa prassi.
Id-dokument inkiteb mill-Kummissjoni Ewropea bl-użu tal-kontribut mill-partijiet ikkonċernati. Grupp ta’ Ħidma Tekniku, magħmul minn esperti u partijiet ikkonċernati tas-settur u mmexxi mill-JRC, iddiskuta u fl-aħħar mill-aħħar qabel dwar l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali, dwar l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali speċifiċi għas-settur u dwar il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza deskritti f’dan id-dokument; b’mod partikolari dawn il-punti ta’ riferiment tqiesu bħala rappreżentattivi tal-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali li jinkisbu mill-organizzazzjonijiet bl-aqwa prestazzjoni fis-settur.
L-SRD għandu l-għan li jgħin u jappoġġa lill-organizzazzjonijiet kollha li beħsiebhom itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom billi jipprovdi ideat u ispirazzjoni kif ukoll gwida prattika u teknika.
L-SRD huwa indirizzat prinċipalment lejn l-organizzazzjonijiet li diġà huma reġistrati fl-EMAS; it-tieni, lejn l-organizzazzjonijiet li qed jikkunsidraw li fil-futur jirreġistraw fl-EMAS; u t-tielet, lejn l-organizzazzjonijiet kollha li jixtiequ jitgħallmu iktar dwar l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali sabiex itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom. B’konsegwenza ta’ dan, l-objettiv ta’ dan id-dokument huwa li jappoġġa lill-organizzazzjonijiet kollha fis-settur tal-manifattura tal-karozzi biex jiffokaw fuq aspetti ambjentali rilevanti, kemm diretti kif ukoll indiretti, u biex isibu it-tagħrif dwar l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali, kif ukoll l-indikaturi xierqa ta’ prestazzjoni ambjentali għas-setturi speċifiċi biex ikejlu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom, u l-il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza.
Il-mod kif jenħtieġ li l-SRDs jitqiesu mill-organizzazzjonijiet irreġistrati fl-EMAS:
Skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009, l-organizzazzjonijiet irreġistrati fl-EMAS iridu jqisu l-SRDs f’żewġ livelli differenti:
1. |
Meta jkunu qegħdin jiżviluppaw u jimplimentaw is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tagħhom fid-dawl tar-reviżjonijiet ambjentali (l-Artikolu 4(1)(b)): Jenħtieġ li l-organizzazzjonijiet jużaw elementi rilevanti tal-SRD meta jiddefinixxu u jirrevedu l-miri u l-objettivi ambjentali tagħhom skont l-aspetti ambjentali rilevanti identifikati fir-reviżjoni u fil-politika ambjentali, kif ukoll meta jkunu qed jiddeċiedu dwar liema azzjonijiet għandhom jimplimentaw biex itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom. |
2. |
Meta jkunu qed iħejju d-dikjarazzjoni ambjentali (l-Artikolu 4(1)(d) u l-Artikolu 4(4)):
|
Jenħtieġ li jiddeskrivu kif intużaw l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali rilevanti u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza (li jagħtu indikazzjoni tal-livell ta’ prestazzjoni ambjentali miksub minn dawk bl-aħjar prestazzjoni) sabiex jidentifikaw il-miżuri u l-azzjonijiet, u possibbilment biex jistabbilixxu l-prijoritajiet, bil-għan li (jkomplu) jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom. Madankollu, l-implimentazzjoni tal-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali jew l-issodisfar tal-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza identifikati mhix obbligatorja, minħabba li l-karattru volontarju tal-EMAS iħalli f’idejn l-organizzazzjonijiet infushom, biex jivvalutaw il-fattibbiltà tal-punti ta’ riferiment u l-implimentazzjoni tal-aqwa prassi, f’termini ta’ spejjeż u benefiċċji.
Bl-istess mod bħall-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali, l-organizzazzjonijiet jenħtieġ li jivvalutaw ir-rilevanza u l-applikabbiltà tal-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali u tal-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza skont l-aspetti ambjentali sinifikanti identifikati mill-organizzazzjoni fir-reviżjoni ambjentali tagħha, kif ukoll skont aspetti tekniċi u finanzjarji.
L-elementi tal-SRDs (indikaturi, BEMPs jew punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza) li ma jitqisux rilevanti b’rabta mal-aspetti ambjentali sinifikanti identifikati mill-organizzazzjoni fir-reviżjoni ambjentali tagħha jenħtieġ li ma jiġux irrapportati jew deskritti fid-dikjarazzjoni ambjentali.
Il-parteċipazzjoni fl-EMAS hija proċess kontinwu. Kull darba li organizzazzjoni tippjana li ttejjeb il-prestazzjoni ambjentali tagħha (u tirrevedi l-prestazzjoni ambjentali tagħha) għandha tikkonsulta l-SRD dwar temi speċifiċi biex issib ispirazzjoni dwar liema kwistjonijiet imisshom jiġu indirizzati f’approċċ ta’ pass pass.
Il-verifikaturi ambjentali tal-EMAS għandhom jiċċekkjaw jekk u kif l-SRD ġie meqjus mill-organizzazzjoni waqt it-tħejjija tad-dikjarazzjoni ambjentali tagħha (l-Artikolu 18(5)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009).
Meta jkunu qed iwettqu awditu, il-verifikaturi ambjentali akkreditati jkollhom bżonn ta’ evidenza mill-organizzazzjoni dwar kif intgħażlu u kif tqiesu l-elementi rilevanti tal-SRD fid-dawl tar-reviżjoni ambjentali. Ma għandhomx jikkontrollaw il-konformità mal-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza deskritti, iżda għandhom jivverifikaw l-evidenza dwar kif l-SRD intuża bħala gwida biex jiġu identifikati l-indikaturi u l-miżuri volontarji xierqa li l-organizzazzjoni tista’ timplimenta biex ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tagħha.
Minħabba n-natura volontarja tal-EMAS u tal-SRD, l-organizzazzjonijiet jenħtieġ li ma jitgħabbewx b’piżijiet sproporzjonati sabiex jipprovdu din l-evidenza. B’mod partikolari, il-verifikaturi ma għandhomx jitolbu ġustifikazzjoni individwali għal kull wieħed jew waħda mill-aqwa prassi, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali speċifiċi għas-settur u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza msemmija fl-SRD u mhux ikkunsidrati rilevanti mill-organizzazzjoni fid-dawl tar-reviżjoni ambjentali tagħha. Madankollu, jistgħu jissuġġerixxu elementi addizzjonali rilevanti li l-organizzazzjoni tista’ tqis fil-futur bħala evidenza ulterjuri tal-impenn tagħha lejn titjib kontinwu tal-prestazzjoni tagħha.
Struttura tad-dokument ta’ referenza settorjali
Dan id-dokument jikkonsisti f’ħames taqsimiet. It-Taqsima 1 tintroduċi l-isfond ġuridiku tal-EMAS u tiddeskrivi kif għandu jintuża dan id-dokument, filwaqt li t-taqsima 2 tiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-SRD. It-Taqsimiet 3 u 4 jiddeskrivu fil-qosor l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali (BEMPs) (5) flimkien mal-informazzjoni dwar l-applikabbiltà tagħhom, għas-subsettur tal-manifattura u għas-subsettur tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw (ELV). Qed jingħataw ukoll indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza speċifiċi meta dawn ikunu jistgħu jitfasslu għal BEMP partikolari. Madankollu, id-definizzjoni ta’ punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza ma kinitx possibbli għall-BEMPs kollha, jew minħabba d-disponibbiltà limitata tad-dejta jew minħabba l-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ kull kumpanija u/jew impjant (id-diversità tal-proċessi ta’ manifattura mħaddma f’kull faċilità tal-manifattura, il-livell ta’ integrazzjoni vertikali, eċċ.) ivarjaw tant li punt ta’ riferiment ta’ eċċellenza ma jagħmilx sens. Anki meta jingħataw il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza, dawn mhumiex intenzjonati bħala miri li jridu jilħqu l-kumpaniji kollha jew kriterji metriċi biex iqabblu l-prestazzjoni ambjentali bejn il-kumpaniji tas-settur, iżda pjuttost bħala kejl ta’ dak li huwa possibbli biex jgħin lil kumpaniji individwali jivvalutaw il-progress li jkunu għamlu u jimmotivawhom biex jitjiebu aktar. Uħud mill-indikaturi u mill-punti ta’ riferiment huma rilevanti għal aktar minn BEMP waħda u għalhekk jiġu ripetuti kull meta jkun xieraq. Fl-aħħar nett, it-Taqsima 5 tippreżenta tabella komprensiva b’għażla tal-aktar indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali rilevanti, spjegazzjonijiet assoċjati u punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza relatati.
2. IL-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI
Dan id-dokument ta’ referenza jindirizza l-prestazzjoni ambjentali tas-settur tal-manifattura tal-karozzi u xi aspetti tas-settur tat-trattament tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw. Il-grupp fil-mira ta’ dan id-dokument huma kumpaniji li jappartjenu għas-settur tal-manifattura tal-karozzi, skont il-kodiċijiet NACE li ġejjin (skont il-klassifikazzjoni statistika ta’ attivitajiet ekonomiċi stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6)):
— |
NACE 29.1 Manifattura ta’ vetturi bil-mutur |
— |
NACE 29.2 Manifattura ta’ karozzerija għal vetturi bil-mutur |
— |
NACE 29.3 Manifattura ta’ partijiet u aċċessorji għal vetturi bil-mutur |
— |
NACE 38.31 Żarmar ta’ tifrik |
Barra minn dan t’hawn fuq, rigward it-trattament tal-ELV, jistgħu jitqiesu żewġ attivitajiet addizzjonali li huma subsettijiet ta’ oqsma usa’: L-irkupru ta’ materjal magħżul (NACE 38.32, inkluż it-tqattigħ tal-ELV) u l-Bejgħ bl-ingrossa ta’ skart u ruttam (NACE 46.77, inkluż iż-żarmar tal-ELV biex jinkisbu u jinbigħu partijiet li jistgħu jintużaw mill-ġdid).
Dan id-dokument ta’ referenza jkopri azzjonijiet li l-manifatturi tal-karozzi u l-manifatturi tal-partijiet u l-komponenti tal-karozzi jkunu jistgħu jimplimentaw biex jiksbu titjib fil-prestazzjoni ambjentali fil-katina kollha tal-valur tal-karozzi, kif ippreżentata fi Figura 1. Fil-figura, is-setturi ewlenin fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan id-dokument ġew sottolineati.
Figura 1:
Ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet fil-katina ta’ valur tal-manifattura tal-karozzi
Fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet tal-manifattura tal-karozzi, hemm koperti ħafna stadji tal-proċess, inklużi: il-ħanut tax-xogħol tal-pressa, il-produzzjoni tal-karrozzerija għerija, il-ħanut tax-xogħol taż-żebgħa, il-manifattura tas-subassemblaġġ u l-komponenti, il-manifattura tas-sistema tal-motopropulsjoni u x-xażì, ix-xogħol ta’ qabel l-assemblaġġ u l-qtugħ u l-assemblaġġ finali. F’dan id-dokument, il-BEMPs ġew żviluppati biex ikunu applikabbbli b’mod wiesa’ kemm jista’ jkun għal tipi differenti ta’ impjanti. Madankollu, meta wieħed iqis il-varjazzjonijiet wiesgħa fl-integrazzjoni vertikali tal-attivitajiet t’hawn fuq fl-istess impjant, il-valutazzjoni diretta u t-tqabbil tal-prestazzjoni ambjentali bejn l-impjanti huma diffiċli; għalhekk, l-applikabbiltà u r-rilevanza tal-aqwa prassi (kif ukoll tal-indikaturi u tal-punti ta’ riferiment) ser ikollhom jiġu vvalutati fid-dawl tal-karatteristiċi ta’ kull faċilità.
It-tabella li ġejja (it-Tabella 1) tippreżenta l-aspetti ambjentali diretti u indiretti l-aktar sinifikanti għas-settur tal-manifattura tal-karozzi u li ġew inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan id-dokument ta’ referenza. Barra minn hekk, it-Tabella 1 tippreżenta l-pressjonijiet ambjentali ewlenin relatati mal-aspetti ambjentali l-aktar rilevanti u kif dawn huma indirizzati f’dan id-dokument: dawn huma indirizzati jew permezz tal-BEMPs deskritti fit-Taqsimiet 3 u 4 jew billi saret referenza għal dokumenti ta’ referenza disponibbli oħra bħad-Dokumenti ta’ Referenza dwar l-Aqwa Tekniki Disponibbli (BAT) (BREFs (7), irreferenzjati hawn skont il-kodiċi tagħhom).
Tabella 1
L-aspetti ambjentali l-aktar sinifikanti u l-pressjonijiet fis-settur tal-manifattura tal-karozzi u kif dawn jiġu indirizzati f’dan id-dokument ta’ referenza
L-aspett ambjentali ewlieni |
Il-pressjoni ambjentali relatata |
Il-BEMPs |
||||
L-enerġija/it-tibdil fil-klima |
Ir-riżorsi/l-iskart |
L-ilma |
L-emissjonijiet |
Il-bijodiversità |
||
Il-ġestjoni tal-katina tal-provvista |
|
|
|
|
|
Il-BEMPs dwar il-ġestjoni tal-katina tal-provvista (it-Taqsima 3.6) |
L-inġinerija u d-disinn |
|
|
|
|
|
Il-BEMP dwar id-disinn għas-sostenibbiltà (it-Taqsima 3.6.3) Il-BEMP dwar il-manifattura mill-ġdid tal-komponenti (it-Taqsima 3.7.1) |
L-istadju ta’ manifattura u assemblaġġ |
|
|||||
Il-ħanut tax-xogħol tal-pressa |
|
|
|
|
|
Referenza għall-BEMPs għas-settur tal-manifattura tal-Prodotti tal-Metall Iffabrikati (8) Il-BEMPs għall-ġestjoni ambjentali, tal-enerġija, tal-iskart, tal-ilma u tal-bijodiversità (it-Taqsimiet 3.1, 3.2, 3.3, 3.4, 3.5) |
Il-karrozzerija għerija |
|
|
|
|
|
Il-BEMPs għall-ġestjoni ambjentali, tal-enerġija, tal-iskart, tal-ilma u tal-bijodiversità (it-Taqsimiet 3.1, 3.2, 3.3, 3.4, 3.5) |
Il-ħanut tax-xogħol taż-żebgħa |
|
|
|
|
|
Referenza għall-BAT fil-BREFs għall-STS, STM |
Il-manifattura tas-sistema tal-motopropulsjoni u x-xażì |
|
|
|
|
|
Referenza għall-BEMPs għas-settur tal-manifattura tal-Prodotti tal-Metall Iffabrikati Il-BEMPs għall-ġestjoni ambjentali, tal-enerġija, tal-iskart, tal-ilma u tal-bijodiversità (it-Taqsimiet 3.1, 3.2, 3.3, 3.4, 3.5) |
Il-manifattura ta’ komponenti oħrajn |
|
|
|
|
|
Referenza għall-BAT fil-BREFs għal FMP, SF, IS, TAN, GLS, POL, TXT eċċ. Referenza għall-BEMPs għas-settur tal-manifattura tal-EEE (9) |
Il-linji tal-assemblaġġ |
|
|
|
|
|
Il-BEMPs għall-ġestjoni ambjentali, tal-enerġija, tal-iskart, tal-ilma u tal-bijodiversità (it-Taqsimiet 3.1, 3.2, 3.3, 3.4, 3.5) |
L-infrastruttura tal-impjant |
|
|
|
|
|
Il-BEMPs għall-ġestjoni ambjentali, tal-enerġija, tal-iskart, tal-ilma u tal-bijodiversità (it-Taqsimiet 3.1, 3.2, 3.3, 3.4, 3.5) |
Il-fażi tal-użu |
Barra mill-kamp ta’ applikazzjoni, ara Figura 1 |
|||||
L-istadju tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw (ELVs) |
|
|||||
Tindif mit-tniġġis |
|
|
|
|
|
Referenza għad-Direttivi 2000/53/KE u d-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) Il-BEMP dwar l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ ġestjoni ambjentali avvanzata (it-Taqsima 3.1.1) IL-BEMP dwar it-tindif imtejjeb mit-tniġġis tal-vetturi (it-Taqsima 4.2.1) |
L-irkupru u l-użu mill-ġdid |
|
|
|
|
|
Id-Direttivi 2000/53/KE u 2006/66/KE (ara r-referenzi hawn fuq) Il-BEMP dwar l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ ġestjoni ambjentali avvanzata (it-Taqsima 3.1.1) Il-BEMP dwar in-netwerks ta’ teħid lura tal-komponenti u l-materjali (it-Taqsima 4.1.1) |
Iż-żarmar u r-riċiklaġġ tal-komponenti |
|
|
|
|
|
Id-Direttivi 2000/53/KE u 2006/66/KE (ara r-referenzi hawn fuq) Il-BEMP dwar l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ ġestjoni ambjentali avvanzata (it-Taqsima 3.1.1) IL-BEMP dwar il-plastik u l-partijiet komposti (it-Taqsima 4.2.2) |
It-trattament wara li jitqattgħu f’biċċiet żgħar |
|
|
|
|
|
Barra mill-kamp ta’ applikazzjoni (Referenza għall-BAT fil-BREF għall-WT), ara Figura 1 |
L-aspetti ambjentali, ippreżentati fit-Tabella 1, intgħażlu bħala dawk li s-soltu jkunu l-iktar rilevanti fis-settur. Madankollu, l-aspetti ambjentali li jridu jiġu mmaniġġjati minn kumpaniji speċifiċi jridu jiġu vvalutati fuq bażi ta’ każ b’każ.
Barra minn hekk, l-implimentazzjoni tal-BEMPs tibqa’ proċess volontarju li jrid jiġi adattat għas-sitwazzjoni speċifika ta’ kull organizzazzjoni. Għalhekk, hu importanti għall-partijiet ikkonċernati li jipprijoritizzaw il-BEMPs li aktarx ikunu l-aktar utli għalihom. Il-tabella li ġejja turi l-partijiet ikkonċernati speċifiċi ikkonċernati b’dan id-dokument u li aktarx se jsibu l-BEMPs f’kull taqsima ta’ rilevanza:
Tabella 2
Il-partijiet ikkonċernati ewlenin fil-mira għal kull grupp ta’ BEMP (X = mira ewlenija, (x) = potenzjlament rilevanti wkoll)
|
Eraa |
Aspett ewlieni |
Partijiet ikkonċernati |
|||||
OEMs (11) |
Fornituri tal-1 Saff |
Fornituri tat-2 Saff u oħrajn |
Manifatturi mill-ġdid |
ATFs (12) |
Magni tat-tqattigħ |
|||
IL-MANIFATTURA |
IL-MANIFATTURA TRASVERSALI |
Il-ġestjoni ambjentali |
X |
X |
X |
X |
X |
(x) |
Il-ġestjoni tal-enerġija |
X |
X |
X |
X |
X |
(x) |
||
L-immaniġġjar tal-iskart |
X |
X |
X |
X |
X |
(x) |
||
L-immaniġġjar tal-ilma |
X |
X |
X |
X |
X |
(x) |
||
Il-bijodiversità |
X |
X |
X |
X |
X |
(x) |
||
IL-KATINA TAL-PROVVISTA, ID-DISINN U L-MANIFATTURA MILL-ĠDID |
Il-Ġestjoni tal-Katina ta’ Provvista, il-loġistika u d-disinn |
X |
X |
X |
|
|
|
|
Il-manifattura mill-ġdid |
(x) |
|
|
X |
|
|
||
IT-TRATTAMENT TA’ VETTURI LI MA GĦADHOMX JINTUŻAW (ELV) |
Il-loġistika tal-ELV |
Il-ġbir |
|
|
|
(x) |
X |
|
It-trattament tal-ELV |
|
|
|
|
|
X |
(x) |
3. L-AQWA PRASSI TA’ ĠESTJONI AMBJENTALI, L-INDIKATURI TAL-PRESTAZZJONI AMBJENTALI SETTORJALI U L-PUNTI TA’ RIFERIMENT TA’ EĊĊELLENZA GĦAS-SETTUR TAL-MANIFATTURA TAL-KAROZZI
3.1. Il-BEMPs għall-ġestjoni ambjentali
Din it-taqsima hija rilevanti għall-manifatturi tal-vetturi bil-mutur, tal-partijiet u tal-komponenti kif ukoll rilevanti b’mod wiesa’ għall-faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw.
3.1.1. L-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ ġestjoni ambjentali avvanzata
Il-BEMP hija biex timplimenta sistema ta’ ġestjoni ambjentali avvanzata (EMS) fis-siti kollha tal-kumpanija. Din tippermetti monitoraġġ u titjib kontinwu fl-aktar aspetti ambjentali sinifikanti.
EMS hija għodda volontarja li tgħin lill-organizzazzjonijiet biex jiżviluppaw, jimplimentaw, iżommu, jirrevedu u jimmonitorjaw il-politika ambjentali u jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom. Jistgħu jiġu implimentati sistemi avvanzati skont ISO 14001-2015 jew preferibbilment skont l-EMAS, li huma sistemi rikonoxxuti internazzjonalment iċċertifikati jew ivverifikati minn parti terza, u jiffukaw fuq it-titjib kontinwu u valutazzjoni komparattiva tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni.
EMS hi tipikament tajba għall-organizzazzjonijiet u s-siti kollha. Il-kamp ta’ applikazzjoni u n-natura tal-EMS jistgħu jvarjaw skont l-iskala u l-kumplessità tal-organizzazzjoni u tal-proċessi tagħha, kif ukoll skont l-impatti ambjentali speċifiċi involuti. F’xi każijiet, aspetti ta’ mmaniġġjar tal-ilma, ta’ bijodiversità jew ta’ kontaminazzjoni tal-art ma jistgħux jiġu koperti jew immonitorjati fl-EMSs implimentati mid-ditti fis-settur tal-karozzi; dan id-dokument ta’ referenza (it-Taqsimiet 3.2, 3.3, 3.4 u 3.5) jista’ joffri gwida utli dwar dawn l-aspetti.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punt ta’ riferiment ta’ eċċellenza |
||||||||
|
|
3.2. Il-BEMPs għall-ġestjoni tal-enerġija
Din it-taqsima hija rilevanti għall-manifatturi tal-vetturi bil-mutur, tal-partijiet u tal-komponenti. Il-prinċipji ewlenin huma rilevanti b’mod wiesa’ għall-faċilitajiet awtorizzati tat-trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw.
3.2.1. L-implimentazzjoni ta’ sistemi dettaljati ta’ monitoraġġ u ġestjoni tal-enerġija
Il-BEMP hija biex timplimenta fis-siti tal-manifattura, monitoraġġ dettaljat tal-enerġija fil-livell tal-proċess, flimkien ma’ sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija li tiġi ċċertifikata jew ivverifikata minn parti terza, biex jittejjeb il-konsum tal-enerġija.
Il-pjanijiet għall-aqwa prassi tal-ġestjoni tal-enerġija jinkludu l-aspetti li ġejjin u dawn huma formalizzati skont sistema ta’ ġestjoni li teħtieġ titjib fl-organizzazzjoni, bħalma hi s-sistema ċċertifikata tal-ISO 50001 jew integrata fl-EMAS:
— |
Stabbiliment ta’ politika, strateġija u pjan ta’ azzjoni għall-enerġija; |
— |
Ksib ta’ impenn attiv mill-maniġment superjuri; |
— |
Kejl u monitoraġġ tal-prestazzjoni; |
— |
Taħriġ tal-persunal; |
— |
Komunikazzjoni; |
— |
Titjib kontinwu; |
— |
Investiment. |
Sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija ċċertifikata bl-ISO 50001 jew integrati fl-EMAS hija applikabbli għal kwalunkwe impjant jew sit.
L-introduzzjoni ta’ sistemi dettaljati ta’ monitoraġġ u ġestjoni tal-enerġija, filwaqt li mhumiex sistematikament essenzjali, tista’ tkun ta’ benefiċċju għal kwalunkwe faċilità u jenħtieġ li tiġi kkunsidrata fil-livell xieraq biex tiġi promossa l-azzjoni.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza |
||||||||||
|
|
3.2.2. Iż-żieda fl-effiċjenza tal-proċessi li jużaw l-enerġija
Il-BEMP hija biex tiżgura li jinżammu livelli għoljin ta’ effiċjenza enerġetika, billi jitwettqu reviżjonijiet regolari tal-proċessi li jużaw l-enerġija u jiġu identifikati għażliet imtejba ta’ kontrolli, ġestjoni, tiswijiet u/jew sostituzzjoni ta’ tagħmir.
Il-prinċipji ewlenin li jistgħu jiġu segwiti biex tiżdied l-effiċjenza enerġetika fil-faċilitajiet huma:
— |
Twettiq ta’ reviżjonijiet tal-prestazzjoni tal-enerġija; |
— |
Awtomatizzazzjoni u ħin f’waqtu għat-tnaqqis tat-tagħbija bażi; |
— |
Tqassim f’żoni; |
— |
Kontrolli għal ħruġ u telf; |
— |
Installazzjoni ta’ insulazzjoni fuq il-pajpijiet u t-tagħmir; |
— |
Tiftix ta’ opportunitajiet biex jiġu installati sistemi tal-irkupru tas-sħana bħal skambjaturi tas-sħana; |
— |
Installazzjoni ta’ sistemi ta’ koġenerazzjoni (sħana u enerġija kkombinati (CHP)); |
— |
Modifika retroattiva; |
— |
Skambju jew ikkombinar ta’ sorsi ta’ enerġija. |
Fil-prinċipju, it-tekniki msemmija f’din il-BEMP huma applikabbli kemm għall-impjanti l-ġodda kif ukoll għal dawk eżistenti. Madankollu, il-potenzjal għal ottimizzazzjoni huwa normalment akbar f’installazzjonijiet eżistenti li żviluppaw b’mod organiku tul ħafna snin biex jissodisfaw ir-restrizzjonijiet li jevolvu tal-produzzjoni, fejn is-sinerġiji u r-razzjonalizzazzjonijiet jistgħu jagħtu riżultati aktar ovvji.
Mhux l-impjanti kollha se jkunu jistgħu jimplimentaw il-koġenerazzjoni (CHP): f’impjanti bi proċess termali żgħir jew bi ftit ħtiġijiet ta’ tisħin, il-koġenerazzjoni mhix se tkun strateġija kosteffiċjenti.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza |
||||
|
— |
3.2.3. L-użu rinnovabbli u alternattiv tal-enerġija
Il-BEMP hija biex tintuża l-enerġija rinnovabbli, iġġenerata fuq il-post jew mhux fuq il-post, sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-enerġija tal-faċilità tal-manifattura tal-karozzi.
Wara li jsir l-isforz biex jitnaqqas kemm jista’ jkun l-użu tal-enerġija (ara t-Tqasima 3.2.2.), is-sorsi rinnovabbli jew alternattivi ta’ enerġija li jistgħu jiġu kkunsidrati jinkludu:
— |
Sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fuq il-post, eż. enerġija solari termali, pannelli solari fotovoltajċi, turbini eoliċi, enerġija ġeotermali, ġenerazzjoni tal-bijomassa jew ta’ enerġija idroelettrika; |
— |
Sorsi alternattivi fuq il-post (potenzjalment bi ftit karbonju) bħas-sħana u l-enerġija kkombinati (CHP) jew it-triġenerazzjoni; |
— |
Xiri ta’ enerġija rinnovabbli mhux fuq il-post, direttament jew permezz ta’ utilitajiet ewlenin. |
L-ilħiq tal-għanijiet, l-ispejjeż u t-teknoloġiji meħtieġa se jvarjaw b’mod sinifikanti skont ir-riżorsa rinnovabbli lokali. Il-fattibbiltà tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fuq il-post tvarja ħafna skont il-fatturi speċifiċi marbuta maż-żona ġenerali u mas-sit innifsu bħall-klima, l-art u l-ħamrija, id-dell u l-esponiment u l-ispazju disponibbli. Il-permessi tal-ippjanar jistgħu jkunu wkoll ostaklu amministrattiv speċifiku għall-ġurisdizzjoni.
Ix-xiri tal-enerġija mhux fuq il-post hu ġeneralment aktar applikabbli, permezz ta’ sħubija ma’ produtturi tal-enerġija (eż. fuq skala lokali) jew sempliċiment b’għażla ta’ enerġija rinnvoabbli minn kumpaija ta’ utilità, offerta li qiegħda tinfirex f’ħafna Stati Membri.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza |
||||||||||||
|
|
3.2.4. L-ottimizzazzjoni tat-tidwil fl-impjanti tal-manifattura tal-karozzi
Il-BEMP hija biex tnaqqas l-użu tal-enerġija għat-tidwil permezz ta’ kombinazzjoni ta’ tfassil u pożizzjonament ottimali, bl-użu ta’ teknoloġiji effiċjenti ta’ tidwil u strateġiji tal-ġestjoni taż-żoni.
Hemm bżonn li l-approċċ integrat biex tiġi ottimizzata l-effiċjenza enerġetika tat-tidwil iqis l-elementi li ġejjin:
— |
Id-disinn tal-ispazju: kull fejn ikun possibbli, jintuża d-dawl ta’ bi nhar flimkien mad-dawl artifiċjali; |
— |
Tiġi ottimizzata l-pożizzjoni u t-tqassim tal-luminarji: l-għoli u l-ispazju bejn il-luminarji, fi ħdan ir-restrizzjonijiet ta’ manutenzjoni, tindif, tiswija u spejjeż; |
— |
Tiżdied l-effiċjenza tal-apparati tat-tidwil: l-għażla ta’ soluzzjonijiet tekniċi effiċjenti (fil-livell tas-sistema) li tagħti biżżejjed luminożità għal xogħol sikur; |
— |
Ġestjoni tat-tidwil abbażi ta’ “żoni”: it-tidwil jinxtegħel jew jintefa skont il-ħtiġijiet u l-preżenza. |
It-tagħqid tal-miżuri ta’ hawn fuq jista’ jkun l-aktar mod effettiv u komprensiv biex jitnaqqas l-użu tal-enerġija għat-tidwil.
Din il-BEMP hija applikabbli b’mod ġenerali, għalkemm teknoloġiji differenti ta’ tidwil għandhom oqsma ta’ applikazzjoni u limitazzjonijiet differenti li jistgħu jagħmlu xi wħud minnhom mhux adattati għal ċerti ambjenti tax-xogħol.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza |
||||||||||||
|
|
3.2.5. L-użu razzjonali u effiċjenti tal-arja kkompressata
Il-BEMP hija biex tnaqqas il-konsum tal-enerġija billi jiġi mmappjat u vvalutat l-użu tal-arja kkompressata, billi jiġu ottimizzati s-sistemi tal-arja kkompressata u jiġi eliminat il-ħruġ tal-arja, permezz ta’ tlaqqigħ aħjar tal-provvista u d-domanda tal-arja, billi tiżdied l-effiċjenza enerġetika tal-kompressuri u billi jiġi implimentat irkupru tas-sħana mitlufa.
L-użu tal-arja kkompressta tista’ tittejjeb skont portafoll vast ta’ miżuri fi tliet oqsma:
— |
Miżuri fin-naħa tad-domanda:
|
— |
Miżuri tan-netwerk u tas-sistema tad-distribuzzjoni:
|
— |
Miżuri fin-naħa tal-provvista:
|
L-approċċi għal titjib fl-effiċjenza enerġetika tas-sistemi tal-arja kkompressata jistgħu jiġu applikati mill-kumpaniji kollha li għandhom tali sistema għad-dispożizzjoni tagħhom, irrespettivament mid-daqs.
Is-sostituzzjoni tal-apparati tal-arja kkompressata kif ukoll l-elimnazzjoni tal-ħruġ tal-arja huma applikabbli b’mod wiesa’ għas-sistemi kollha, indipendentement mill-età u l-istat attwali tagħhom.
Dwar l-ottimizzazzjoni tad-disinn tas-sistemi, ir-rakkomandazzjonijiet huma speċjalment rilevanti għal sistemi li espandew matul id-diċenni – hu stmat li dan l-approċċ huwa applikabbli għal mill-anqas 50 % tas-sistemi tal-arja kkompressata.
Rigward l-użu tas-sħana mitlufa, hemm bżonn ta’ domanda kontinwa għas-sħana tal-proċess sabiex jinkiseb l-iffrankar tal-enerġija u l-ispejjeż eżistenti potenzjali.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza |
||||||
|
|
3.2.6. L-ottimizzazzjoni tal-użu tal-muturi elettriċi
Il-BEMP hija biex tnaqqas il-konsum tal-elettriku permezz tal-aħjar użu tal-muturi elettriċi, b’mod partikolari bl-użu tat-trażmissjonijiet b’veloċitajiet varjabbli biex l-ispid tal-mutur jiġi adattat għad-domanda, tipikament għal applikazzjonijiet bħal pompi.
Il-muturi elettriċi huma preżenti f’ħafna mill-proċessi tal-manifattura, u jistgħu jiġu ottimizzati għal effiċjenza ogħla. Il-passi preliminari jinkludu l-esplorazzjoni ta’ opzjonijiet possibbli għat-tnaqqis tat-tagħbija tal-muturi, u reviżjoni tal-kwalità tal-qawwa, kontrolli tal-mutur u effiċjenza tal-mutur u t-trażmissjoni. Tista’ titqies is-sostituzzjoni peress li l-muturi moderni b’effiċjenza enerġetika jistgħu jnaqqsu l-konsum tal-enerġija b’massimu ta’ 40 % meta mqabbla ma’ mudelli eqdem.
Titjib ieħor fl-applikazzjoni ta’ veloċità/tagħbija varjabbli hu l-installazzjoni ta’ trażmissjoni b’veloċità varjabbli (VSDs) biex taddatta t-tħaddim tal-mutur b’mod elettroniku b’telf minimu. Dan hu partikolarment rilevanti, u għandu l-akbar potenzjal ta’ ffrankar, għall-applikazzjoni komuni bħalma huma l-pompi u l-fannijiet Ħlas lura fuq perjodu qasir ta’ spiss jagħmel dawn l-investimenti ekonomikament attraenti.
L-ewwel iridu jitqiesu t-tip ta’ tagħbija u l-mutur elettriku xieraq qabel ma ssir valutazzjoni ta’ titjib potenzjali tal-ottimizzazzjoni. Il-modifika retroattiva tippreżenta l-akbar potenzjal għall-ottimizzazzjoni, wara li ssir valutazzjoni jekk jistax jiġi installat mutur b’qawwa nominali iżgħar (jekk it-tagħbija titnaqqas) u filwaqt li jitqiesu elementi bħad-daqs, il-piż u l-kapaċità inizjali. Madankollu, l-adattament kemm jista’ jkun tal-għażla tal-mutur mal-użu tiegħu, anke f’kostruzzjonijiet jew f’akkwisti ġodda, ikollu potenzjal ta’ tħaddim ottimizzat.
Meta wieħed iqis l-installazzjoni tal-VSD, l-effetti negattivi ewlenin li jridu jitqiesu huma d-distorzjoni armonika, il-problemi tat-tkessiħ f’veloċitajiet rotazzjonali baxxi, u r-resonanza mekkanika f’ċerti veloċitajiet rotazzjonali.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza |
||||||
|
— |
3.3. Il-BEMPs għall-immaniġġjar tal-iskart
Din it-taqsima hija rilevanti għall-manifatturi tal-vetturi bil-mutur, tal-partijiet u tal-komponenti kif ukoll rilevanti b’mod wiesa’ għall-faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw.
3.3.1. L-immaniġġjar u l-prevenzjoni tal-iskart
Il-BEMP hija biex twaqqaf strateġija globali tal-immaniġġjar tal-iskart tal-organizzazzjoni b’miri ta’ livell għoli għat-tnaqqis tal-iskart u biex tiġi applikata fil-livell tas-sit bi pjanijiet għall-immaniġġjar tal-iskart imfassla apposta li jnaqqsu l-produzzjoni tal-iskart matul l-operazzjonijiet u jistabbilixxu sħubijiet strateġiċi sabiex jinstabu swieq għall-frazzjonijiet tal-iskart li jifdal.
Strateġija effettiva tal-immaniġġjar tal-iskart tal-organizzazzjoni għandha l-għan li tevita r-rimi finali billi tiġi segwita l-ġerarkija tal-iskart (15), jiġifieri, f’ordni ta’ prijorità:
— |
Naqqas permezz ta’ ppjanar bil-quddiem, billi ttawwal il-ħajja tal-prodott qabel ma jsir skart, metodi mtejba ta’ manifattura, u l-ġestjoni tal-iskart tal-katina tal-provvista; |
— |
Uża mill-ġdid il-materjali fil-forma attwali tagħhom; |
— |
Irriċikla billi ddaħħal fis-seħħ:
|
— |
Irkupra l-enerġija mill-iskart bil-kombustjoni jew b’tekniki aktar avvanzati. |
Il-limitazzjonijiet tal-infrastruttura tar-riċiklaġġ lokali u tar-regolamenti dwar ir-rimi tal-iskart f’ċerti reġjuni jistgħu jkunu ta’ ostaklu għad-diverżjoni tal-iskart mill-miżbla. F’dawk il-każijiet, il-ħidma mal-partijiet lokali kkonċernati hija aspett importanti tal-pjan tal-immaniġġjar tal-iskart.
L-għażla tal-opzjonijiet l-aktar xierqa tat-trattament tal-iskart tinvolvi l-konsidrazzjoni tal-loġistika kif ukoll il-karatterstiċi u l-valur ekonomiku tal-materjal.
L-SMEs jistgħu ma jkunux jifilħu l-ispiża kapitali ta’ xi tekniki tat-tnaqqis tal-iskart li jistgħu jkunu jeħtieġu tagħmir, taħriġ jew softwer ġodda.
Fl-aħħar nett, hemm mnejn li l-miri ambizzjużi ħafna, bħall-iskart żero fil-miżbliet, ma jkunux jistgħu jintlaħqu minn xi faċilitajiet skont il-grad ta’ integrazzjoni vertikali tal-proċessi fl-impjant.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza |
||||||||||||||||
|
|
3.4. Il-BEMPs għall-immaniġġjar tal-ilma
Din it-taqsima hija rilevanti għall-manifatturi tal-vetturi bil-mutur, tal-partijiet u tal-komponenti. Dawn il-prinċipji ewlenin huma rilevanti għall-faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw.
3.4.1. L-istrateġija u l-immaniġġjar tal-użu tal-ilma
L-immaniġġjar tal-ilma hija kwistjoni ta’ tħassib li dejjem qiegħda tikber li tipikament mhix koperta fid-dettall fis-sistemi standard ta’ ġestjoni ambjentali. Għalhekk, il-BEMP hija biex timplimenta l-monitoraġġ u twettaq reviżjoni tal-kwistjonijiet marbuta mal-immaniġġjar tal-ilma skont il-qafas konsolidat rikonoxxut għall-immaniġġjar tal-ilma li jippermetti lill-organizzazzjonijiet li:
— |
Jivvalutaw l-użu tal-ilma u d-dranaġġ; |
— |
Jivvalutaw ir-riskji fil-baċir lokali tal-iskular u fil-katina tal-provvista; |
— |
Joħolqu pjan dwar kif jużaw l-ilma b’mod aktar effiċjenti u jtejbu r-rimi tad-dranaġġ; |
— |
Jikkollaboraw mal-katina tal-provvista u organizzazzjonijiet oħra; |
— |
Jiżguraw ir-responsabbiltà tal-organizzazzjoni u ta’ oħrajn; |
— |
Jikkomunikaw ir-riżultati. |
L-immaniġġjar tal-ilma hija kwistjoni b’dimensjoni lokali qawwija: l-istess livell ta’ konsum tal-ilma jista’ jpoġġi pressjoni kbira fuq ir-riżorsi disponibbli tal-ilma fir-reġjuni neqsin mill-ilma, filwaqt li ma jippreżenta l-ebda problema f’żoni b’proviżjoni abbundanti ta’ ilma. Għalhekk hemm bżonn li l-isforzi magħmula mill-kumpaniji fl-immaniġġjar tal-ilma jkunu proporzjonali għas-sitwazzjoni lokali.
Hemm sfidi marbuta mal-ġbir ta’ dejta suffiċjenti għal valutazzjoni sħiħa tal-impatt tal-ilma. Għalhekk l-organizzazzjonijiet għandhom jipprijoritizzaw l-isforzi tagħhom biex jiffukaw fuq il-processi bl-akbar użu intensiv tal-ilma kif ukoll dawk iż-żoni li jitqiesu b’riskju għoli ta’ nuqqas ta’ ilma.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza |
||||||||||||
|
|
3.4.2. L-opportunitajiet għall-iffrankar tal-ilma fl-impjanti tal-karozzi
Il-BEMP hija biex jiġi minimizzat l-użu tal-ilma f’kull faċilità, biex tirrevedi b’mod regolari l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ effiċjenza fl-użu tal-ilma u biex tiżgura li l-maġġoranza tal-prassi u tal-applikazzjonijiet huma kklassifikati bħala effiċjenti ħafna.
Il-potenzjal tal-iffrankar tal-ilma fl-impjant (16) kollu jista’ jinqabad permezz ta’:
— |
Biex jiġi evitat l-użu tal-ilma:
|
— |
Biex jitnaqqas l-użu tal-ilma:
|
L-apparati li jiffrankaw l-ilma huma applikabbli b’mod wiesa’ u ma jikkompromettux il-prestazzjoni, jekk jintgħażlu u jiġu installati b’mod korrett.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza |
||||||||
|
|
3.4.3. Ir-riċiklaġġ tal-ilma u l-ġbir tal-ilma tax-xita
Il-BEMP hija biex jiġi evitat/eliminat l-użu tal-ilma ta’ kwalità għolja fil-proċessi fejn dan ma jkunx meħtieġ, kif ukoll biex jiżdied l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet li jkun baqa’.
Għal ħafna użi bħall-ilma tat-tkessiħ, l-ifflaxxar tat-tojlet u l-awrinari, il-ħasil tal-vetturi/tal-komponenti u t-tisqija tal-ħaxix li mhux raba’, hu possibbli li l-ilma tax-xorb jew ta’ kwalità għolja jinbidel b’ilma rkuprat mill-ġbir tal-ilma tax-xita jew mill-ilma riċiklat minn użi oħra.
L-installazzjoni ta’ dawn is-sistemi normalment tirrikjedi l-elementi li ġejjin:
— |
għas-sistemi ta’ riċiklaġġ tal-ilma mormi:
|
— |
għas-sistemi għall-ġbir tal-ilma tax-xita:
|
Is-sistemi tar-riċiklaġġ tal-ilma jistgħu jiġu ddisinjati fil-binjiet l-ġodda kollha. Il-modifika tal-binjiet eżistenti hija għalja u tista’ ma tkunx prassi sakemm il-bini ma jgħaddix minn rinnovazzjoni estensiva.
Il-fattibbiltà ekonomika ta’ sistemi ta’ ġbir tal-ilma tax-xita tiddependi ħafna fuq il-klima.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza |
||||||||||||||
|
|
3.4.4. Il-bjut ekoloġiċi għall-immaniġġjar tal-ilma tal-maltemp
Il-BEMP hija biex jiġu installati jew immodifikati soqfa ekoloġiċi fuq siti industrijali, b’mod partikolari f’żoni ambjentalment sensittivi fejn il-ġestjoni tal-ilma tal-maltemp tax-xaba’ hija importanti.
L-installazzjoni tas-soqfa ekoloġiċi fejn hu strutturalment possibbli tista’ tikkontribwixxi għal dawn l-objettivi li ġejjin:
— |
L-attenwazzjoni tal-ilma speċjalment minn kundizzjonijiet ħżiena tat-temp; |
— |
Il-ħajja tas-saqaf itwal (jitnaqqas il-konsum materjali); |
— |
Effett ta’ insulazzjoni (jonqos il-konsum tal-enerġija HVAC); |
— |
Il-konservazzjoni tal-bijodiversità;; |
— |
Titjib fil-kwalità tal-ilma. |
Is-soqfa ekoloġiċi huma applikabbli għal ħafna disinji ta’ bini eżistenti u ġdid, iżda fil-prattika ftit postijiet huma eliġibbli biex jagħmlu użu minn din is-soluzzjoni fuq skala kbira. Il-limitazzjonijiet jinkludu r-riskju reali ta’ maltempati; ir-restrizzjonijiet strutturali fuq il-bini; l-aċċess tax-xemx; l-umdità; l-issiġillar mill-ilma; is-sistemi tas-soqfa eżistenti; u l-immaniġġjar tal-ilma tax-xita miġbur.
Barra minn hekk, dan l-użu tas-soqfa għandu jiġi bbilanċjat ma’ użi oħrajn ta’ benefiċċju għall-ambjent, bħalma huma l-installazzjonijiet solari (termali/PV) tas-sistemi tal-enerġija u l-influss tad-dawl ta’ bi nhar.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza |
||||||||
|
— |
3.5. Il-BEMPs għall-ġestjoni tal-bijodiversità
Din it-taqsima hija rilevanti għall-manifatturi tal-vetturi bil-mutur, tal-partijiet u tal-komponenti. Dawn il-prinċipji ewlenin huma rilevanti għall-faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw.
3.5.1. Ir-reviżjoni u l-istrateġija tal-ġestjoni tal-ekosistemi u tal-bijodiversità matul il-katina tal-valur kollha
Il-BEMP hija biex twettaq reviżjoni tal-ġestjoni tal-ekosistema sabiex l-impatti tas-servizzi tal-ekosistema matul il-katina kollha tal-valur jistgħu jinftiehmu b’mod ċar, u biex issir ħidma mal-partijiet ikkonċernati rilevanti biex titnaqqas kwalunkwe kwistjoni.
L-organizzazzjonijiet jistgħu jsegwu metodoloġiji bħall-Corporate Ecosystem Services Review (żviluppata mill-Istitut Dinji tar-Riżorsi mad-WBCSD), li tikkonsisti minn ħames stadji:
— |
Agħżel il-kamp tal-applikazzjoni; |
— |
Identifika s-servizzi ta’ prijorità tal-ekosistema (kwalitattiva); |
— |
Analizza x-xejriet fis-servizzi ta’ prijorità; |
— |
Identifika r-riskji tan-negozju u l-opportunitajiet; |
— |
Żviluppa strateġiji. |
Jistgħu jsiru minnufih reviżjonijiet tal-ekosistema minn kumpaniji ta’ kull daqs bi gradi varji ta’ dettall u profondità fil-katina ta’ provvista. L-approċċi spjegati jikkonsistu mill-integrazzjoni tal-immaniġġjar tal-bijodiversità fil-pjan (ambjentali) ta’ ġestjoni tal-organizzazzjoni, u għalhekk jistgħu jorbtu minnufih ma’ ħafna proċessi u tekniki analitiċi oħra eżistenti tal-kumpanija, bħalma huma valutazzjonijiet taċ-ċiklu tal-ħajja, pjanijiet tal-ġestjoni tal-art, stima ekonomika tal-impatt, rappurtar tal-kumpanija u evalwazzjoni tas-sostenibbiltà.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza |
||||||||
|
|
3.5.2. Il-ġestjoni tal-bijodiversità fil-livell tas-sit
Il-BEMP hija biex jittejbu l-impatti diretti fuq il-bijodiversità fil-bini tal-kumpanija billi jitkejlu u jiġu mmaniġġjati l-isforzi marbuta mal-bijodiversità u jsiru rapporti dwarhom, f’ħidma mal-partijiet ikkonċernati lokali.
Hemm tliet passi ewlenin li huma essenzjali għat-titjib tal-impatti tal-bijodiveristà fuq is-sit:
— |
Il-kejl tal-bijodiversità biex jiġu ttraċċjati l-impatti pożittivi u negattivi ta’ organizzazzjoni fuq il-bijodiversità, eż. il-fokus fuq l-użu tal-art, l-impatti ambjentali u l-ispeċijiet li jistgħu jitħarsu. L-aqwa prassi tinkludi eż. bijodiversità bbażata fuq il-post jew l-iskrinjar tar-riskju, inklużi l-valutazzjoni tal-inħawi tal-madwar, il-kejl skont l-indikaturi u l-inventarju tal-ispeċijiet. |
— |
L-immnaniġġjar u l-kollaborazzjoni mal-partijiet ikkonċernati: L-immnaniġġjar tas-sit biex tiġi promossa u tinżamm il-bijodiversità, it-twettiq ta’ miżuri ta’ kumpens ekoloġiku, filwaqt li jkun hemm ħidma ma’ organizzazzjonijiet speċjalisti involuti fil-bijodiversità u l-edukazzjoni tal-persunal u l-kuntratturi. |
— |
Ir-rappurtar: il-qsim ta’ informazzjoni mal-partijiet ikkonċernati dwar l-attivitajiet, l-impatti u l-prestazzjoni marbuta mal-bijodiversità ta’ organizzazzjoni. |
Ħafna mill-approċċi huma ġeneralment applikabbli u jistgħu jiġi introdotti fi kwalunkwe ħin waqt l-operazzjoni tas-sit. Jista’ jkun li siti eżistenti jkollhom ftit jew l-ebda spazju disponibbli għal żvilupp ġdid, għalkemm xi soluzzjonijiet jistgħu jużaw uċuħ diġà mibnija (ara t-Taqsima 3.4.4).
Kwistjoni li qed jiffaċċjaw l-organizzazzjonijiet li qegħdin jimplimentaw din il-BEMP hi t-theddida li ż-żoni dedikati għall-bijodiversità jistgħu jsiru żoni protetti u b’hekk ma jkunux jistgħu jintużaw eż. għall-estensjonijiet ippjanati fit-tul.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza |
||||||||||||||
|
|
3.6. Il-BEMPs għall-ġestjoni u d-disinn tal-katina tal-valur
Din it-taqsima hija rilevanti għall-manifatturi tal-vetturi bil-mutur, tal-partijiet u tal-komponenti.
3.6.1. Il-promozzjoni ta’ titjib ambjentali tul il-katina tal-provvista
Il-BEMP hija biex tirrikjedi lill-fornituri ewlenin kollha li jkollhom sistemi ċċertifikati ta’ ġestjoni ambjentali, biex tistabbilixxi miri għal kriterji ambjentali u biex jitwettqu awditi tal-fornituri b’riskju għoli biex tiġi żgurata l-konformità. Din tiġi sostnuta bit-taħriġ tal-fornituri u b’kollaborazzojni magħhom sabiex jiġi żgurat li l-prestazzjoni ambjentali tagħhom titjieb.
Organizzazzjonijiet fuq quddiem jistinkaw biex itejbu l-prestazzjoni ambjentali fil-katina ta’ provvista tagħhom billi:
— |
Jittraċċjaw il-materjali bl-użu tal-IMDS (International Material Data System); |
— |
Jirrikjedu li l-fornituri diretti jkollhom sistemi ċċertifikati jew ivverifikati ta’ ġestjoni ambjentali; |
— |
Jistabbilixxu miri ta’ titijib ambjentali u jikkollaboraw ma’ fornituri tal-1 Saff dwar kif jilħquhom (tipikament billi: inaqqsu l-iskart u jżidu r-riċiklaġġ; inaqqsu l-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet tas-CO2 inaqqsu l-perċentwal tal-materjali sostenibbli fil-komponenti mixtrija; u jtejbu l-bijodiversità); |
— |
Jappoġġaw lill-fornituri biex itejbu l-impatt ambjentali tagħhom; |
— |
Jimmonitorjaw u jinfurzaw. |
Ħafna OEMs jirrikjedu lill-fornituri tagħhom tal-1 Saff jaqblu mal-istess kodiċi ta’ kondotta ambjentali ġenerali li hemm integrat fil-ftehimiet ta’ xiri. Il-konċentrazzjoni tal-fornituri tal-1 Saff li jirrapreżentaw l-akbar sehem tal-baġit totali tax-xiri jew dawk b’impatti ambjentali għoljin, fil-bidu tista’ tkun ta’ benefiċċju. L-awditjar tal-fornituri tal-1 Saff jirrikjedi sforz sinifikanti li jidher fattibbli biss għall-organizzazzjonijiet il-kbar li diġà jipprattikaw spezzjoni mill-qrib tal-operazzjonijiet tal-fornitur. Fit-terminu t-twil ir-rekwiżiti jistgħu jiġu imposti fuq aktar fornituri.
Dwar l-applikabbiltà ta’ din l-aqwa prassi għall-fornituri tal-1 Saff stess minflok għall-OEMs, il-fornituri jenħtieġ li jqisu l-effett tal-ingranaġġ li l-organizzazzjoni tkun tista’ tuża sabiex iżżid fi stadji r-rekwiżiti lill-fornituri tagħhom stess, fid-dawl tad-daqs tagħhom stess u l-kapaċità ta’ xiri jew il-piż relattiv tal-portafoll tal-fornituri stess.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza |
||||||||||||||||
|
|
3.6.2. Il-kollaborazzjoni mal-fornituri u l-klijenti biex inaqqsu l-imballaġġ
Il-BEMP hija biex jitnaqqas l-imballaġġ użat għall-provvista tal-materjali u l-komponenti u li jintuża mill-ġdid.
Din l-aqwa prassi ssejset fuq dawn il-prinċipji li ġejjin:
— |
Naqqas l-imballaġġ mhux meħtieġ filwaqt li żgura l-funzjonalità adegwata (l-integrità tal-partijiet, l-aċċess faċli); |
— |
Investiga materjali alternattivi għall-imballaġġ li jew huma anqas intensivi fl-użu tar-riżorsi jew huma eħfef biex jintużaw mill-ġdid/jiġu riċiklati; |
— |
Żviluppa loġistika inversa għar-ritorn tal-imballaġġ vojt għall-fornituri/biex jiġi rkuprat mingħand il-klijenti f’ċirkwit magħluq; |
— |
Investiga użi alternattivi għall-imballaġġ għar-rimi biex jiġi ddiversifikat mir-rimi (‘il fuq fil-“ġerarkija tal-iskart” (17)). |
Dawn il-prinċipji huma applikabbli b’mod wiesa’ għal kull imballaġġ li jintuża bħalissa. Il-fattibbiltà konkreta tas-soluzzjonijiet innovattivi se tkun limitata mir-rieda tal-fornituri jew tal-klijenti biex jikkollaboraw mal-iskema.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza |
||||||
|
— |
3.6.3. Id-disinn għas-sostenibbiltà bl-użu tal-Valutazzjoni taċ-Ċiklu tal-Ħajja (LCA)
Il-twettiq ta’ valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja (LCA) jgħin biex jiġu identifikati titjib potenzjali u kompromessi bejn l-impatti ambjentali differenti, kif ukoll jgħin biex jiġi evitat li l-piżijiet ambjentali jingħaddu minn parti waħda taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott għal oħra.
Il-BEMP hija biex twettaq b’mod estensiv LCAs waqt il-fażi tad-disinn, biex jiġi appoġġat l-iffissar tal-miri speċifiċi għal titjib f’impatti ambjentali differenti u biex jiġi żgurat li dawn il-miri jiġu ssodisfati; u li jiġi appoġġat it-teħid tad-deċiżjonijiet bl-użu tal-għodod tal-LCA sabiex:
— |
Tiġi żgurata s-sostenibbiltà tar-riżorsi; |
— |
Jiġi żgurat l-użu minimu tar-riżorsi fil-produzzjoni u fit-trasport; |
— |
Jiġi żgurat l-użu minimu tar-riżorsi matul il-fażi tal-użu; |
— |
Tiġi żgurata d-durabilità xierqa tal-prodott u tal-komponenti; |
— |
Ikun hemm lok ta’ żmantellar, separazzjoni u purifikazzjoni; |
— |
Ikun hemm lok għal tqabbil fost tipi differenti ta’ kunċetti ta’ mobilità. |
Fil-prinċipju, m’hemmx limiti tal-applikabbiltà tal-LCA biex isostnu d-deċiżjonijiet dwar id-disinn fil-livell tal-vettura, kif ukoll tal-partijiet u l-materjali individwali. Madankollu, ħafna mill-SMEs ma għandhomx l-għarfien espert u r-riżorsi biex jindirizzaw ir-rikjesti tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja, u hemm mnejn li jkun hemm bżonn għajnuna addizzjonali.
Hemm ukoll limiti għall-metodoloġiji attwali tal-LCA peress li xi kategoriji ta’ impatt ma jitteħidx kont tagħhom fil-metodoloġiji tal-LCA – pereżempju, it-telf tal-bijodiversità u l-effetti indiretti minħabba ċ-ċaqliq tal-produzzjoni agrikola.
Il-LCA tista’ ma tkunx għodda effettiva għat-tqabbil tal-vetturi fl-OEM, peress li l-konfini, il-parametri u s-settijiet tad-dejta użati juru differenza konsiderevoli, anke meta jsegwu l-linji gwida standard tal-ISO. Tabilħaqq ma kinitx mira tal-għodda meta ġiet żviluppata inizjalment. Madankollu — kif huwa l-każ għas-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali bħall-EMAS — il-LCA hija utli ħafna biex jitkejjel it-titjib li kumpanija tista’ tikseb fil-prestazzjonijiet ambjentali tal-prodotti tagħha, tipikament b’paragun ma’ vettura mill-predeċessur tagħha stess fl-istess linja ta’ prodotti.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza |
||||||||||
|
|
3.7. Il-BEMPs għall-manifattura mill-ġdid
Din it-taqsima hija rilevanti għall-manifatturi tal-vetturi bil-mutur, tal-partijiet u tal-komponenti.
3.7.1. L-aħjar prassi ġenerali għall-manifattura mill-ġdid tal-komponenti
L-ilħiq ta’ livelli ogħla ta’ manifattura mill-ġdid għandu impatt sinifikanti fuq il-konservazzjoni ta’ materjali u l-iffrankar tal-enerġija.
Il-BEMP hija biex tiżdied l-iskala ta’ attivitajiet tal-manifattura mill-ġdid, li tistabbilixxi proċeduri biex tiġi żgurata l-kwalità għolja tal-partijiet immanifatturati mill-ġdid filwaqt li jitnaqqsu l-impatti ambjentali u li żżid l-attivitajiet ta’ espansjoni biex ikopru aktar elementi.
Tipikament, il-manifattura mill-ġdid hija vijabbli għall-prodotti b’valur ogħla ta’ bejgħ mill-ġdid, u s-swieq ta’ xi komponenti huma diġà maturi (eż. starters, alternaturi eċċ) Oqsma oħra għadhom fi stadju bikri ta’ żvilupp (bħalma huma l-komponenti elettriċi u elettroniċi) fejn il-komplessità hija ħafna akbar, u hemm potenzjal konsiderevoli għat-tkabbir fis-suq f’dawk l-oqsma. Il-manifattura mill-ġdid tista’ tgħin f’sitwazzjonijiet fejn ġenerazzjonijiet preċedenti tal-prodott għadhom fis-suq u jeħtieġu manutenzjoni, iżda ma għadhomx jiġu prodotti.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza |
||||
|
— |
4. L-AQWA PRASSI TA’ ĠESTJONI AMBJENTALI, L-INDIKATURI TAL-PRESTAZZJONI AMBJENTALI SETTORJALI U L-PUNTI TA’ RIFERIMENT TA’ EĊĊELLENZA GĦAS-SETTUR TAT-TRATTAMENT TAL-VETTURI LI MA GĦADHOMX JINTUŻAW
4.1. Il-BEMPs għall-ġbir tal-ELV
Din it-taqsima hija rilevanti għall-faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw.
4.1.1. In-netwerks ta’ teħid lura tal-komponenti u l-materjali
Il-BEMP hija biex tuża b’mod effettiv in-netwerks ta’ teħid lura biex tiżdied ir-rata tal-użu mill-ġdid, tar-riċiklaġġ u tal-irkupru li hija ekonomikament fattibbli meta jiġu ttrattati l-ELVs. Dan jinvolvi kollaborazzjoni estensiva bejn id-diversi atturi fl-industrija biex jiġu rkuprati l-komponenti, ikun hemm konsolidament ma’ flussi oħra ta’ skart, fejn ikun possibbli, kif ukoll taħriġ u appoġġ.
Il-faċilitajiet awtorizzati tat-trattament li qegħdin fuq quddiem implimentaw l-aqwa prassi permezz ta’:
— |
Kollaborazzjoni mal-atturi industrijali: biex jiġi kkoordinat it-traċċjar, il-ġbir u t-trasport tal-komponenti u l-materjali u biex jiġi żgurat li hemm stabbiliti inċentivi tajbin għall-atturi fil-katina; |
— |
Jiġi ġestit/inċentivat ir-ritorn tal-prodott; |
— |
Il-konsolidament ma’ flussi oħra ta’ skart, sabiex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u jinġabar flimkien l-għarfien espert; |
— |
Jingħata appoġġ tekniku u titqajjem is-sensibilizzazzjoni. |
L-aqwa kisbiet ambjentali potenzjali jidhru li huma l-ġbir ta’ teknoloġiji avvanzati b’ħajja qasira ta’ servizz (bħall-batteriji tal-karozzi ibridi jew elettriċi), kif ukoll il-komponenti/il-materjali li huma anqas attraenti mil-lat finanzjarju biex jiżżarmaw (bħall-komponenti tal-plastik u tal-ħġieġ). Fir-rigward tal-ġestjoni/l-inċentiv tar-ritorn, l-applikabbiltà ta’ mudelli alternattivi ta’ negozju (jekk ikun hemm) tiddependi fuq ir-regolarizzazzjoni lokali, il-klijentela, id-dispersjoni ġeografika u t-tip ta’ prodott involut.
F’xi Stati Membri, l-iskemi ta’ teħid lura jistgħu jiffaċċaw kompetizzjoni mis-settur informali għaż-żarmar tal-ELVs
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza |
||||
|
|
4.2. It-trattament tal-ELV
Din it-taqsima hija rilevanti għall-faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw.
4.2.1. Tindif imtejjeb mit-tniġġis tal-vetturi
Il-BEMP hija biex twettaq tindif obbligatorju tat-tniġġis bir-reqqa tal-vetturi bl-użu, fejn possibbli, ta’ tagħmir imfassal b’mod speċifiku. Il-konsiderazzjonijiet ambjentali huma rilevanti għall-kontaminazzjoni tal-ħamrija u l-ilma, iżda huma marbuta wkoll mal-potenzjal għall-irkupru ta’ materjali għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ.
L-aħjar prassi hija li jkun hemm fis-seħħ sistemi effettivi ta’ tindif ta’ tniġġis, bħal dawn li ġejjin:
— |
Tagħmir li jtaqqab b’mod sikur it-tankijiet tal-fjuwil u jneħħi l-fjuwil b’mod idrawliku; |
— |
Tagħmir tad-dranaġġ/il-ġbir taż-żjut, il-fluwidi idrawliċi, eċċ.; u t-tneħħija taż-żejt mis-smorzaturi; |
— |
Għodod biex jitneħħa l-konvertitur katalitiku; |
— |
Tagħmir għat-tneħħija u l-ħżin sikur tal-gassijiet tal-arja kkondizzjonata; |
— |
Tagħmir għad-detonazzjoni tal-airbag u; |
— |
Tagħmir għat-tneħħija tat-tensjonatur taċ-ċinturin tas-sikurezza; |
jew jintużaw metodi alternattivi biex jinkisbu l-istess livelli ta’ tindif ta’ tniġġis.
Ir-rati ta’ tindif mit-tniġġis se jkunu affettwati minn jekk il-faċilità tat-trattament tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw tispeċjalizzax f’ċertu tip ta’ vettura (eż. id-daqs tal-vettura). Se jkun hemm il-ħtieġa ta’ ċerti fatturi oħra, pereżempju l-magni kummerċjali ta’ tindif tat-tniġġis f’xi każijiet, jew ħżin adegwat u faċilitajiet tat-trattament, biex jiġi żgurat li t-tindif mit-tniġġis ma jkunx perikoluż għall-ambjent.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza |
||||||||||||
|
|
4.2.2. L-aħjar prattiki ġenerali għall-plastik u l-partijiet komposti
Hemm żewġ metodi ewlenin għat-trattament tal-plastik u tal-partijiet komposti — iż-żarmar u r-riċiklaġġ tal-komponenti, u r-riċiklaġġ wara li jitqattgħu f’biċċiet żgħar. Il-vantaġġi u l-iżvantaġġi relattivi ta’ dawn il-metodi jiddependu l-aktar fuq id-disponibilità u l-prestazzjoni tat-teknoloġiji ta’ trattament tal-ELV.
Għalhekk il-BEMP hija biex tevalwa l-vantaġġi u l-iżvantaġġi abbażi ta’ informazzjoni speċifika rilevanti għall-plastik u l-partijiet komposti. Organizzazzjonijiet minn ta’ quddiem stabbilixxew riċiklaġġ ta’ ċirkwit magħluq għall-komponenti magħżula, u jkomplu jiżviluppaw oqsma ġodda li jżidu l-livell ta’ riċiklaġġibilità tal-vetturi tagħhom.
Hemm skop għall-aħjar prassi fil-kuntest ta’ mogħdijiet ta’ riċiklaġġ kemm qabel it-tqattigħ kif ukoll wara t-tqattigħ.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza |
||||
|
— |
5. INDIKATURI EWLENIN IRRAKKOMANDATI TAL-PRESTAZZJONI AMBJENTALI SPEĊIFIĊI GĦAS-SETTUR
It-tabella li ġejja telenka għażla ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni ambjentali għas-settur tal-manifattura tal-karozzi, flimkien mal-punti ta’ riferiment relatati u b’referenza għall-BEMPs rilevanti. Dawn huma subsett tal-indikaturi kollha msemmija fil-taqsimiet 3 u 4.
# |
L-indikatur Irrakkomandat |
L-unità komuni |
Il-grupp ewlieni fil-mira |
Deskrizzjoni qasira |
Il-livell minimu ta’ monitoraġġ irrakkomandat |
L-indikatur ċentrali tal-EMAS relatat (18) |
Il-punt ta’ riferiment ta’ eċċellenza |
L-Aqwa Prassi ta’ Ġestjoni Ambjentali relatata (19) |
IL-MANIFATTURA TAL-KAROZZI |
||||||||
1 |
Is-siti b’sistema ta’ ġestjoni ambjentali avvanzata |
% tal-faċilitajiet/operazzjonijiet |
Manifatturi ta’ vetturi bil-mutur, partijiet u komponenti Faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw |
In-numru ta’ siti b’sistema ta’ ġestjoni ambjentali avvanzata (eż b’reġistrazzjoni tal-EMAS jew iċċertifikata bħala ISO 14001 u deskritta fil-BEMP) diviż bin-numru totali tas-siti |
Fil-livell tal-kumpanija |
L-effiċjenza enerġetika L-effiċjenza fl-użu tal-materjal L-ilma L-iskart Il-bijodiversità L-emissjonijiet |
Tiġi implimentata globalment sistema ta’ ġestjoni ambjentali avvanzata fis-siti kollha ta’ produzzjoni |
Il-BEMP 3.1.1 |
2 |
In-numru ta’ faċilitajiet b’sistemi dettaljati ta’ monitoraġġ tal-enerġija |
# tal-faċilitajiet/operazzjonijiet % tal-faċilitajiet/operazzjonijiet |
Manifatturi ta’ vetturi bil-mutur, partijiet u komponenti Faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw |
In-numru ta’ faċilitajiet b’sistemi adegwati ta’ monitoraġġ tal-enerġija. Dan jista’ jiġi espress ukoll bħala sehem min-numru totali ta’ faċilitajiet tal-kumpanija |
Fil-livell tal-kumpanija |
L-effiċjenza enerġetika |
Jiġu implimentati pjanijiet speċifiċi tal-ġestjoni tal-enerġija fis-siti kollha Jiġi implimentat fuq il-post monitoraġġ dettaljat għal kull proċess L-impjant jimplimenta kontrolli tal-ġestjoni tal-enerġija, eż. biex jintfew żoni tal-impjant fil-ħin meta m’hemmx produzzjoni għaddejja għal siti b’monitoraġġ dettaljat |
Il-BEMP 3.2.1 |
3 |
L-użu globali tal-enerġija għal kull unità funzjonali |
kWh/unità funzjonali/fis-sena |
Manifatturi ta’ vetturi bil-mutur, partijiet u komponenti Faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw |
Enerġija annwali (sħana, kesħa u elettriku) użata fis-sit tal-produzzjoni diviża bl-unità funzjonali magħżula (eż. il-karozzi mmanifatturati) |
Fil-livell tal-kumpanija |
L-effiċjenza enerġetika |
— |
Il-BEMP 3.2.2 |
4 |
Is-sehem tas-siti ta’ produzzjoni vvalutati għall-użu potenzjali u l-opportunitajiet ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli |
% |
Manifatturi ta’ vetturi bil-mutur, partijiet u komponenti Faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw |
Is-siti ta’ produzzjoni vvalutati għall-użu potenzjali u l-opportunitajiet ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli diviżi bin-numru totali tas-siti ta’ produzzjoni. |
Fil-livell tal-kumpanija |
L-emissjonijiet |
Is-siti ta’ produzzjoni kollha jiġu vvalutati għall-użu potenzjali u l-opportunitajiet ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli Hemm stabbilita politika li tixpruna t-titjib fl-użu tal-enerġija rinnovabbli |
Il-BEMP 3.2.3 |
5 |
Is-sehem tal-użu tal-enerġija mis-sit issodisfat bl-enerġija rinnovabbli |
% |
Manifatturi ta’ vetturi bil-mutur, partijiet u komponenti Faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw |
L-ammont ta’ enerġija rinnovabbli (inklużi kemm dik l-enerġija prodotta fuq is-sit kif ukoll dik mixtrija) diviża bl-użu ta’ enerġija totali użata fuq is-sit. |
Fil-livell tal-kumpanija |
L-emissjonijiet |
Isir rapport dwar l-użu tal-enerġija filwaqt li jiġi ddikkjarat is-sehem tal-enerġija fossili u mhux fossili |
Il-BEMP 3.2.3 |
6 |
L-użu tal-enerġija tat-tagħmir tat-tidwil |
kWh/kull sena |
Manifatturi ta’ vetturi bil-mutur, partijiet u komponenti Faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw |
L-użu annwali tal-enerġija għat-tidwil imkejjel fil-livell tal-faċilità |
Fil-livell tal-faċilità |
L-effiċjenza enerġetika L-emissjonijiet |
— |
Il-BEMP 3.2.4 |
7 |
L-implimentazzjoni ta’ tidwil f’pożizzjoni aħjar u effiċjenti fl-enerġija |
% taż-żoni tat-tidwil fi ħdan sit % tas-siti totali |
Manifatturi ta’ vetturi bil-mutur, partijiet u komponenti Faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw |
Jiġu implimentati sistemi ta’ tidwil f’pożizzjoni aħjar u effiċjenti fl-enerġija fil-faċilità |
Fil-livell tal-faċilità |
L-effiċjenza enerġetika L-emissjonijiet |
Fis-siti kollha jiġu implimentati l-aktar soluzzjonijiet ta’ tidwil effiċjenti fl-użu tal-enerġija adattati għar-rekwiżiti speċifiċi tal-post tax-xogħol |
Il-BEMP 3.2.4 |
8 |
L-implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ żoni ta’ tidwil |
% taż-żoni tat-tidwil fi ħdan sit % tas-siti totali |
Manifatturi ta’ vetturi bil-mutur, partijiet u komponenti Faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw |
Tiġi implimentata ġestjoni ta’ tidwil abbażi ta’ “żoni”, jiġifieri b’tidwil mixgħul jew mitfi skont ir-rekwiżiti u l-preżenza f’kull żona tal-faċilità |
Fil-livell tal-faċilità |
L-effiċjenza enerġetika L-emissjonijiet |
Ġew introdotti skemi ta’ tqassim f’żoni fis-siti kollha skont il-livelli tal-aħjar prassi |
Il-BEMP 3.2.4 |
9 |
L-użu tal-elettriku tas-sistema tal-arja kkompressata għal kull unità ta’ volum fil-punt ta’ użu finali |
kWh/Nm3 ta’ arja kkompressata fornuta, fil-pressjoni operattiva speċifikata tas-sistema tal-arja kkompressata |
Manifatturi ta’ vetturi bil-mutur, partijiet u komponenti Faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw |
Elettriku użat għal kull metru kubu standard ta’ arja kkompressata fornuta fil-punt ta’ użu finali f’livell tal-pressjoni ddikjarat |
Fil-livell tal-faċilità |
L-effiċjenza enerġetika L-emissjonijiet |
L-użu tal-enerġija tas-sistema tal-arja kkompressata huwa inqas minn 0,11 kWh/Nm3 għal sistema tal-arja kkompressata operata fi pressjoni ta’ madwar 6,5 |
Il-BEMP 3.2.5 |
10 |
Is-sehem ta’ muturi bi trażmissjoni b’veloċità varjabbli installati |
% |
Manifatturi ta’ vetturi bil-mutur, partijiet u komponenti Faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw |
In-numru ta’ muturi elettriċi bi trażmissjoni b’veloċità varjabbli installati diviż bin-numru totali tal-muturi. Alternattivament, dan l-indikatur jista’ jiġi kkalkulat bil-qawwa elettrika tal-muturi bi trażmissjoni b’veloċità varjabbli installati diviż bil-qawwa elettrika totali tal-muturi elettriċi kollha. |
Fil-livell tal-faċilità |
L-effiċjenza enerġetika L-emissjonijiet |
— |
Il-BEMP 3.2.6 |
11 |
Il-ġenerazzjoni tal-iskart għal kull unità funzjonali |
kg/unità funzjonali |
Manifatturi ta’ vetturi bil-mutur, partijiet u komponenti Faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw |
L-iskart totali ġġenerat (eż. perikoluż u mhux perikoluż) diviż bl-unitajiet funzjonali magħżula (eż. vetturi manifatturati) |
Fil-livell tal-faċilità |
L-iskart |
— |
Il-BEMP 3.2.7 |
12 |
It-twaqqif u l-implimentazzjoni ta’ strateġija globali għall-iskart bil-ħsieb ta’ monitoraġġ u miri għal titjib |
Iva/Le |
Manifatturi ta’ vetturi bil-mutur, partijiet u komponenti Faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw |
Tiġi adottata strateġija tal-immaniġġjar tal-iskart fil-livell tas-sit b’monitoraġġ u b’miri għal titjib |
Fil-livell tal-faċilità |
L-iskart |
Pjanijiet għall-immaniġġjar tal-iskart introdotti [fis-siti kollha] |
Il-BEMP 3.3.1 |
13 |
Skart mibgħut lil flussi speċifiċi ta’ skart, inkluż fir-riċiklaġġ, fl-irkupru tal-enerġija, u għar-rimi fil-miżbliet |
kg/unità funzjonali |
Manifatturi ta’ vetturi bil-mutur, partijiet u komponenti Faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw |
Jiġi mmonitorjat skart iġġenerat u jiġu rreġistrati l-kwantitajiet differenti mibgħuta għar-riċiklaġġ, l-irkupru tal-enerġija u r-rimi f’miżbla |
Fil-livell tal-faċilità |
L-iskart |
L-ebda skart mibgħut fil-miżbliet mill-attivitajiet/mis-siti kollha ta’ produzzjoni u mhux produzzjoni |
Il-BEMP 3.3.1 |
14 |
L-użu tal-ilma għal kull unità funzjonali |
L/Unità funzjonali |
Manifatturi ta’ vetturi bil-mutur, partijiet u komponenti Faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw |
L-ilma totali użat fuq il-livell ta’ faċilità unika, diviż bin-numru ta’ unitajiet funzjonali magħżula (eż. vetturi manifatturati) |
Fil-livell tal-faċilità |
L-ilma |
Introduzzjoni ta’ strateġija għall-ilma skont għodda rikkonoxxuta, bħas-CEO Water Mandate, li tintegra valutazzjoni tal-iskarsezza tal-ilma L-użu tal-ilma fuq il-post jitkejjel fuq il-post għal kull proċess: b’mod fakultattiv jista’ jintuża softwer awtomatiku Jiġu ffissati l-limiti massimi għat-tnaqqis tas-sustanzi niġġiesa f’ilma rilaxxat, xi ħaġa li tmur lil hinn mir-rekwiżit minimu legali |
Il-BEMPs 3.4.1, 3.4.2 u 3.4.3 |
15 |
Is-sehem tal-operazzjonijiet f’siti eżistenti mmodifikati b’mod retroattiv b’apparati u proċessi li jiffrankaw l-ilma |
% |
Manifatturi ta’ vetturi bil-mutur, partijiet u komponenti Faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw |
In-numru ta’ operazzjonijiet fis-siti eżistenti li ġew mgħammra b’apparati li jiffrankaw l-ilma u l-proċessi min-numru totali tal-operazzjonijiet |
Fil-livell tal-faċilità |
L-ilma |
Is-siti ġodda kollha tfasslu b’apparati sanitarji li jiffrankaw l-ilma u l-modifika retroattiva tal-apparati li jiffrankaw l-ilma qiegħda tiġi introdotta f’diversi stadji fis-siti eżistenti kollha |
Il-BEMP 3.4.2 |
16 |
Is-sehem tas-siti l-ġodda mgħammra b’apparati u proċessi li jiffrankaw l-ilma |
% |
Manifatturi ta’ vetturi bil-mutur, partijiet u komponenti Faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw |
In-numru ta’ siti ġodda ddisinjati b’apparati u proċessi li jiffrankaw l-ilma min-numru totali ta’ siti ġodda |
Fil-livell tal-faċilità |
L-ilma |
Is-siti ġodda kollha tfasslu b’apparati sanitarji li jiffrankaw l-ilma u l-modifika retroattiva tal-apparati li jiffrankaw l-ilma qiegħda tiġi introdotta f’diversi stadji fis-siti eżistenti kollha |
Il-BEMP 3.4.2 |
17 |
Il-perċentwal tal-użu totali tal-ilma ssodisfat bl-użu tal-ilma tax-xita riċiklat jew id-dranaġġ |
% |
Manifatturi ta’ vetturi bil-mutur, partijiet u komponenti Faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw |
L-ammont ta’ ilma użat fil-faċilità li hu ilma riċiklat fil-proċessi tal-produzzjoni jew l-ilma tax-xita miġbur minn sistema ta’ ġbir tal-ilma tax-xita |
Fil-livell tal-faċilità |
L-ilma |
Riċiklaġġ tal-ilma b’ċirkwit magħluq huwa implimentat b’rata ta’ rkupru ta’ mill-inqas 90 %, fejn hu fattibbli 30 % tal-bżonnijiet tal-ilma jiġu ssodisfati mill-ilma miġbur f’reġjuni biss b’ilma tax-xita suffiċjenti |
Il-BEMP 3.4.3 |
18 |
L-applikazzjoni ta’ metodoloġiji biex jiġu vvalutati s-servizzi tal-ekosistema fil-katina tal-valur |
Iva/Le % tal-kopertura tal-katina ta’ valur |
Manifatturi ta’ vetturi bil-mutur, partijiet u komponenti |
Tiġi applikata valutazzjoni tas-servizzi tal-ekosistema lill-katina tal-valur. Barra minn hekk, is-sehem tal-katina tal-valur li għalih tiġi applikata valutazzjoni tas-servizzi tal-ekosistema, jista’ jiġi kkalkulat |
Fil-livell tal-kumpanija |
Il-bijodiversità |
Titwettaq reviżjoni tal-ekosistema ta’ livell għoli tul il-katina kollha tal-valur, segwita minn reviżjoni iktar dettaljata tal-ekosistema f’żoni identifikati b’riskju għoli Ġew żviluppati strateġiji biex jissolvew il-kwistjonijiet fl-oqsma identifikati ta’ prijorità fil-katina ta’ provvista, f’kollaborazzjoni mal-partijiet ikkonċernati lokali u esperti esterni |
Il-BEMP 3.5.1 |
19 |
In-numru ta’ proġetti u kollaborazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati sabiex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet marbuta mal-bijodiversità |
# |
Manifatturi ta’ vetturi bil-mutur, partijiet u komponenti Faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw |
Jista’ jiġi mmonitorjat in-numru ta’ proġetti differenti ta’ kollaborazzjoni mal-partijiet ikkonċernati lokali u l-esperti involuti fl-indirizzar tal-bijodiversità li hemm fis-seħħ |
Fil-livell tal-faċilità |
Il-bijodiversità |
Hemm stabbilit pjan komprensiv tal-bijodiversità biex jiżgura l-inkorporazzjoni sistematika tal-kwistjonijiet ta’ bijodiversità permezz ta’ kejl, monitoraġġ u rappurtar Hemm stabbilita kooperazzjoni mal-esperti u l-partijiet ikkonċernati lokali |
Il-BEMP 3.5.2 |
20 |
Is-sehem tal-fornituri (diretti) tal-1 Saff li jikkonformaw mal-istandards rikjesti skont awditi interni jew esterni |
% |
Manifatturi ta’ vetturi bil-mutur, partijiet u komponenti |
Il-perċentwal (skont in-numru jew skont il-valur tal-prodotti mixtrija) tal-fornituri (diretti) tal-1 Saff li jikkonformaw mal-istandards rikjesti skont awditi interni jew esterni |
Fil-livell tal-kumpanija |
L-effiċjenza enerġetika L-effiċjenza fl-użu tal-materjal L-ilma L-iskart Il-bijodiversità L-emissjonijiet |
Il-fornituri ewlenin kollha huma meħtieġa li jkollhom sistema ta’ ġestjoni ambjentali sabiex jikkwalifikaw għall-ftehimiet ta’ xiri Jiġu stabbilti kriterji ambjentali għall-oqsma kollha ta’ impatt ambjentali għall-ftehimiet ta’ xiri Il-fornituri diretti kollha jintbagħtulhom kwestjonarji ta’ awtovalutazzjoni u l-fornituri b’riskju għoli jiġu awditjati minn partijiet terzi Ikun hemm żvilupp u taħriġ għall-fornitur dirett Jiġu ddefiniti proċeduri ta’ infurzar għan-nuqqas ta’ konformità |
Il-BEMP 3.6.1 |
21 |
Il-ġenerazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ għal kull unità funzjonali |
Kg/Unità funzjonali |
Manifatturi ta’ vetturi bil-mutur, partijiet u komponenti |
L-iskart totali ġġenerat diviż bl-unitajiet funzjonali magħżula (eż. vetturi manifatturati) |
Fil-livell tal-faċilità |
L-iskart |
— |
Il-BEMP 3.6.2 |
22 |
It-twettiq tal-LCA tal-linji ewlenin ta’ prodott biex jiġi sostnuti d-deċiżjonijiet dwar id-disinn u l-iżvilupp |
Iva/Le |
Manifatturi ta’ vetturi bil-mutur, partijiet u komponenti |
Titwettaq il-LCA tal-linji ewlenin tal-prodott biex jiġi sostnuti d-deċiżjonijiet dwar id-disinn u l-iżvilupp |
Fil-livell tal-kumpanija |
L-effiċjenza enerġetika L-effiċjenza fl-użu tal-materjal L-ilma L-iskart Il-bijodiversità L-emissjonijiet |
Titwettaq il-LCA għal-linji ewlenin tal-prodott skont l-istandards ISO 14040: 2006 jew ekwivalenti |
Il-BEMP 3.6.3 |
23 |
Titjib fl-indikaturi ambjentali (is-CO2, il-konsum tal-enerġija, it-tniġġis, eċċ.) għal mudelli ġodda tad-disinn fil-linji ewlenin tal-prodott meta mqabbla mal-mudelli tad-disinn preċedenti |
% |
Manifatturi ta’ vetturi bil-mutur, partijiet u komponenti |
Jiġi stabbilit titjib fl-indikaturi ambjentali (is-CO2, il-konsum tal-enerġija, it-tniġġis, eċċ.) għal mudelli l-ġodda tad-disinn fil-linji ewlenin tal-prodott meta mqabbla mal-mudelli tad-disinn preċedenti. Dan l-indikatur jimmonitorja kemm ittejbu l-indikaturi differenti tal-prodott |
Fil-livell tal-kumpanija |
L-effiċjenza enerġetika L-effiċjenza fl-użu tal-materjal L-ilma L-iskart Il-bijodiversità L-emissjonijiet |
Ġew stabbiliti l-miri biex jiġi żgurat titjib kontinwu fl-impatti ambjentali ta’ disinji ġodda tal-vetturi |
Il-BEMP 3.6.3 |
IT-TRATTAMENT TA’ VETTURI LI MA GĦADHOMX JINTUŻAW (ELV) |
||||||||
24 |
Ir-rata ta’ prodotti jew materjali speċifiċi rkuprati permezz tan-netwerks tal-ELV |
% (prodott jew materjal estratt/introdott fis-suq) |
Faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw |
L-ammont ta’ prodotti speċifiċi jew materjali rkuprati permezz tan-netwerks tal-ELV diviż bil-kwantità totali ta’ materjali mill-ELVs ipproċessati |
Fil-livell tal-kumpanija |
L-iskart L-effiċjenza fl-użu tal-materjal |
Hemm stabbiliti kollaborazzjoni u sħubiji ma’ organizzazzjonijiet lokali/nazzjonali |
Il-BEMP 4.1.1 |
25 |
L-adozzjoni ta’ sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità |
Iva/Le |
Faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw |
Fl-organizzazzjoni li tittratta vetturi li ma għadhomx jintużaw hemm stabbilita sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità ċċertifikata |
Fil-livell tal-kumpanija |
L-iskart L-effiċjenza fl-użu tal-materjal |
Fl-organizzazzjoni hemm stabbilita sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità ċċertifikata |
Il-BEMP 4.2.1 |
26 |
Installazzjoni ta’ magna kummerċjali ta’ tindif mit-tniġġis jew tagħmir li jagħti l-istess rendiment |
Iva/Le |
Faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw |
Fil-faċilità jiġu installati magna kummerċjali ta’ tindif mit-tniġġis jew tagħmir li jagħti l-istess rendiment |
Fil-livell tal-faċilità |
Il-ġenerazzjoni totali annwali tal-iskart |
— |
Il-BEMP 4.2.1 |
27 |
Kunsiderazzjoni tal-istudji tal-LCA biex jiġu ddeterminati l-aħjar rotot tal-materjali skont il-fatturi lokali |
Iva/Le |
ATFs |
Jintużaw studji tal-LCA biex jiġu determinati r-rotot ottimali ta’ materjali (żarmar u riċiklaġġ tal-komponenti vs. riċiklaġġ wara t-tqattigħ), skont fatturi lokali |
Fil-livell tal-kumpanija |
L-effiċjenza enerġetika L-effiċjenza fl-użu tal-materjal L-ilma L-iskart Il-bijodiversità L-emissjonijiet |
— |
Il-BEMP 4.2.2 |
(1) Ir-rapport xjentifiku u ta’ politika huwa disponibbli għall-pubbliku fis-sit web tal-JRC fl-indirizz li ġej: http://susproc.jrc.ec.europa.eu/activities/emas/documents/BEMP_CarManufacturing.pdf. Il-konklużjonijiet dwar l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali u l-applikabbiltà tagħhom kif ukoll dwar l-indikaturi speċifiċi identifikati tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza li jinsabu f’dan id-dokument ta’ referenza huma bbażati fuq is-sejbiet dokumentati fir-rapport xjentifiku u ta’ politika. L-informazzjoni ta’ sfond u d-dettalji tekniċi kollha jistgħu jinstabu hemmhekk.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1836/93 tad-29 ta’ Ġunju 1993 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta’ kumpaniji fis-settur industrijali fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (ĠU L 168, 10.7.1993, p. 1).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fl-iskema Komunitarja għall-immaniġġjar tal-ambjent u verifika (EMAS) (ĠU L 114, 24.4.2001, p. 1).
(4) Skont il-punt (e) tat-Taqsima B tal-Anness IV tar-Regolament dwar l-EMAS, id-dikjarazzjoni ambjentali għandu jkun fiha “sommarju tad-data disponibbli dwar il-prestazzjoni tal-organizzazzjoni f’taqbil mal-objettivi u l-miri ambjentali tagħha fir-rigward tal-impatti ambjentali sinifikattivi. Għandu jsir rapputar dwar l-indikaturi ċentrali u l-indikaturi ta’ prestazzjoni ambjentali eżistenti relevanti oħra kif imniżżlin fit-Taqsima C”. Skont it-Taqsima C tal-Anness IV, “kull organizzazzjoni għandha tirrapporta wkoll fuq bażi annwali dwar il-prestazzjoni tagħha rigward aspetti ambjentali aktar speċifiċi kif identifikati fid-dikjarazzjoni ambjentali tagħha u, fejn disponibbli, tieħu kont tad-dokumenti ta’ referenza settorjali kif imsemmi fl-Artikolu 46.”
(5) Deskrizzjoni dettaljata ta’ kull waħda mill-aqwa prassi, bi gwida prattika dwar kif jiġu implimentati, hija disponibbli fir-“Best Practice Report” li ġie ppubblikat mill-JRC u huwa disponibbli onlajn fuq: http://susproc.jrc.ec.europa.eu/activities/emas/documents/BEMP_CarManufacturing.pdf. Il-qarrej hu mistieden jikkonsultah jekk ikun interessat li jitgħallem iktar dwar uħud mill-aqwa prassi deskritti f’dan id-dokument ta’ referenza.
(6) Ir-Regolament Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).
(7) BREFs: Dokumenti ta’ Referenza dwar l-Aqwa Tekniki Disponibbli Għal aktar informazzjoni dwar il-kontenut tad-Dokumenti ta’ Referenza dwar l-Aqwa Tekniki Disponibbli u spjegazzjoni sħiħa tat-termini, l-akronimi u l-kodiċijiet tad-dokument, irreferi għas-sit web tal-Uffiċċju Ewropew tal-Prevenzjoni u tal-Kontroll Integrati tat-Tniġġis: http://eippcb.jrc.ec.europa.eu/
(8) L-Aqwa Prassi ta’ Ġestjoni Ambjentali għas-settur tal-manifattura tal-Prodotti tal-Metall Iffabbrikati bħalissa qed jiġu identifikati u aktar informazzjoni u aġġornamenti jinsabu ppubblikati fuq: http://susproc.jrc.ec.europa.eu/activities/emas/fab_metal_prod.html.
(9) L-Aqwa Prassi ta’ Ġestjoni Ambjentali għas-settur tal-manifattura tat-Tagħmir Elettriku u Elettroniku bħalissa qed jiġu identifikati u aktar informazzjoni u aġġornamenti jinsabu ppubblikati fuq: http://susproc.jrc.ec.europa.eu/activities/emas/eeem.html.
(10) Id-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi u li tħassar id-Direttiva 91/157/KEE (ĠU L 266, 26.9.2006, p. 1), magħrufa bħala d-Direttiva dwar il-Batteriji.
(11) OEMs = Manifatturi tat-Tagħmir Oriġinali, jiġifieri, manifatturi tal-vetturi fil-kuntest tal-karozzi.
(12) ATFs = Faċilitajiet Awtorizzati tat-Trattament kif iddefinit fid-Direttiva 2000/53/KE dwar il-vetturi li ma għadhomx jintużaw
(13) F’dan l-indikatur u f’diversi oħrajn, it-terminu “unità funzjonali” jirreferi għal unità ta’ ouput, ta’ attività jew riżorsa magħżula minn kull organizzazzjoni biex tirrifletti dak li hu l-aktar rilevanti għall-każ speċifiku tagħha (u tista’ tiġi adattata skont is-sit, l-aspett ambjentali meqjus, eċċ.). Il-metrika tipika użata (normalment mgħadda fuq perjodu ta’ referenza, eż. sena waħda) fl-industrija kollha bħala unitajiet funzjonali tinkludi eż.:
— |
in-numru ta’ unitajiet (vetturi, magni, gerboks, partijiet…) prodotti |
— |
fatturat f’EUR |
— |
valur miżjud f’EUR |
— |
l-output imkejjel f’kg |
— |
impjegati ekwivalenti ta’ ingaġġ full-time (FTE) |
— |
sigħat tax-xogħol maħduma |
(14) Jekk jitkejjel fuq livell dettaljat.
(15) Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3), magħrufa bħala d-Direttiva Qafas dwar l-Iskart, tintroduċi ordni ta’ preferenza għall-azzjoni biex jitnaqqas u jiġi mmaniġġjat l-iskart. Din hi magħrufa bħala l-ġerarkija tal-iskart. Hi stabbilixxiet li l-prevenzjoni tal-iskart hi l-ogħla prijorità, segwita mill-użu mill-ġdid, imbagħad ir-riċiklaġġ tal-iskart u mbagħad l-irkupru (tal-enerġija) tal-frazzjonijiet tal-iskart li ma jistgħux jiġu evitati, użati mill-ġdid jew riċiklati. Fl-aħħar nett, ir-rimi tal-iskart irid jitqies biss meta ma tkun possibbli l-ebda waħda mir-rotot preċedenti.
(16) Din il-BEMP ma tindirizzax b’mod speċifiku l-ħwienet taż-żebgħa (fejn jista’ jsir iffrankar sinifikanti ta’ ilma), peress li hemm disponibbli gwida eżistenti fil-BREFs rilevanti (STS, STM).
(17) Ara t-Taqsima 3.3.1.
(18) L-indikaturi ċentrali tal-EMAS huma elenkati fl-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1221/2009 (it-Taqsima C.2)
(19) In-numri jirreferu għat-taqsimiet f’dan id-dokument.
18.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 17/94 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/63
tad-19 ta’ Diċembru 2018
dwar id-dokument ta’ referenza settorjali dwar l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali settorjali u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza għas-settur tal-manifattura tat-tagħmir elettriku u elettroniku skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 46(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 jobbliga lill-Kummissjoni tfassal dokumenti ta’ referenza settorjali għal setturi ekonomiċi speċifiċi. Id-dokumenti jridu jinkludu l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u, meta jkun xieraq, il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza kif ukoll is-sistemi ta’ klassifikazzjoni li jidentifikaw il-livelli tal-prestazzjoni ambjentali. L-organizzazzjonijiet irreġistrati jew li qegħdin iħejju biex isiru rreġistrati skont l-iskema ta’ ġestjoni u verifika ambjentali stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 huma meħtieġa li jqisu dawk id-dokumenti meta jkunu qegħdin jiżviluppaw is-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali tagħhom u meta jkunu qegħdin jivvalutaw il-prestazzjoni ambjentali tagħhom fid-dikjarazzjoni ambjentali jew fid-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata tagħhom, imħejjija skont l-Anness IV ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 kien jesiġi li l-Kummissjoni tistabbilixxi pjan ta’ ħidma li jistipula lista indikattiva tas-setturi li jridu jitqiesu bħala setturi prijoritarji għall-adozzjoni ta’ dokumenti ta’ referenza settorjali u transsettorjali. Is-settur tal-manifattura tat-tagħmir elettriku u elettroniku ġie identifikat bħala settur prijoritarju fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – It-twaqqif ta’ pjan ta’ ħidma li jistabbilixxi lista indikattiva ta’ setturi għall-adozzjoni ta’ dokumenti ta’ referenza settorjali u transsettorjali, skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009, dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (2). |
(3) |
Id-dokument ta’ referenza settorjali għas-settur tal-manifattura tat-tagħmir elettriku u elettroniku jenħtieġ li jiffoka fuq l-aqwa prassi, l-indikaturi u l-parametri referenzjarji għall-manifatturi tat-tagħmir elettriku u elettroniku. Dan jenħtieġ li jidentifika, permezz tal-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali għas-settur, l-azzjonijiet konkreti li jtejbu l-ġestjoni ambjentali kumplessiva tal-kumpaniji fis-settur fi tliet oqsma prinċipali: il-proċessi ta’ manifattura, il-ġestjoni tal-katina tal-provvista u l-azzjonijiet li jrawmu ekonomija aktar ċirkolari. |
(4) |
Sabiex l-organizzazzjonijiet, il-verifikaturi ambjentali u oħrajn ikollhom biżżejjed żmien biex iħejju għall-introduzzjoni tad-dokument ta’ referenza settorjali għas-settur tal-manifattura tat-tagħmir elettriku u elettroniku, jenħtieġ li d-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tiġi differita b’perjodu ta’ 120 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(5) |
Fit-tfassil tad-dokument ta’ referenza settorjali anness ma’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Istati Membri u lil partijiet ikkonċernati oħra skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 49 tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-dokument ta’ referenza settorjali dwar l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali settorjali u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza għas-settur tal-manifattura tat-tagħmir elettriku u elettroniku għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 huwa stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mid-19 ta’ Mejju 2019.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
ANNESS
1. INTRODUZZJONI
Dan id-Dokument ta’ Referenza Settorjali (SRD) huwa bbażat fuq rapport xjentifiku u ta’ politika dettaljat (1) (“Best Practice Report”) li tfassal miċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea.
Sfond ġuridiku rilevanti
Fl-1993, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1836/93, ġiet introdotta l-iskema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) għall-parteċipazzjoni volontarja tal-organizzazzjonijiet (2). Sussegwentement, kien hemm żewġ reviżjonijiet kbar tal-EMAS:
— |
Ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3); |
— |
Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009. |
Element importanti ġdid fl-aktar reviżjoni reċenti, li daħlet fis-seħħ fil-11 ta’ Jannar 2010, huwa l-Artikolu 46 dwar l-iżvilupp tal-SRDs. L-SRDs iridu jinkludu l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali (BEMPs), l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali għas-setturi speċifiċi u, fejn xieraq, il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza u s-sistemi ta’ klassifikazzjoni li jidentifikaw il-livelli ta’ prestazzjoni.
Kif tifhem u tuża dan id-dokument
L-iskema ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) hija skema għall-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet impenjati lejn titjib ambjentali kontinwu. F’dan il-qafas, dan l-SRD jipprovdi gwida speċifika għas-settur f’dak li jirrigwarda s-settur tal-manifattura tat-tagħmir elettriku u elettroniku u jindika numru ta’ alternattivi għat-titjib kif ukoll l-aqwa prassi.
Id-dokument inkiteb mill-Kummissjoni Ewropea bl-użu tal-kontribut mill-partijiet ikkonċernati. Grupp ta’ Ħidma Tekniku, magħmul minn esperti u partijiet ikkonċernati tas-settur u mmexxi mill-JRC, iddiskuta u fl-aħħar mill-aħħar qabel dwar l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali, dwar l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali speċifiċi għas-settur u dwar il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza deskritti f’dan id-dokument; b’mod partikolari dawn il-punti ta’ riferiment tqiesu bħala rappreżentattivi tal-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali li jinkisbu mill-organizzazzjonijiet bl-aqwa prestazzjoni fis-settur.
L-SRD għandu l-għan li jgħin u jappoġġa lill-organizzazzjonijiet kollha li beħsiebhom itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom billi jipprovdi ideat u ispirazzjoni kif ukoll gwida prattika u teknika.
L-SRD huwa indirizzat prinċipalment lejn l-organizzazzjonijiet li diġà huma reġistrati fl-EMAS; it-tieni, lejn l-organizzazzjonijiet li qed jikkunsidraw li fil-futur jirreġistraw fl-EMAS; u t-tielet, lejn l-organizzazzjonijiet kollha li jixtiequ jitgħallmu iktar dwar l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali sabiex itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom. Għaldaqstant, l-għan ta’ dan id-dokument huwa li jappoġġa lill-organizzazzjonijiet kollha fis-settur tal-manifattura tat-tagħmir elettriku u elettroniku biex jiffokaw fuq l-aspetti ambjentali rilevanti, kemm diretti kif ukoll indiretti, u biex isibu informazzjoni dwar l-aqwa prassi, kif ukoll l-indikaturi adatti ta’ prestazzjoni ambjentali speċifiċi għas-settur biex ikejlu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom, u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza.
Il-mod kif jenħtieġ li l-SRDs jitqiesu mill-organizzazzjonijiet irreġistrati fl-EMAS:
Skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009, l-organizzazzjonijiet irreġistrati fl-EMAS iridu jqisu l-SRDs f’żewġ livelli differenti:
1. |
Meta jkunu qegħdin jiżviluppaw u jimplimentaw is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tagħhom fid-dawl tar-reviżjonijiet ambjentali (l-Artikolu 4(1)(b)): Jenħtieġ li l-organizzazzjonijiet jużaw elementi rilevanti tal-SRD meta jiddefinixxu u jirrevedu l-miri u l-objettivi ambjentali tagħhom skont l-aspetti ambjentali rilevanti identifikati fir-reviżjoni u fil-politika ambjentali, kif ukoll meta jkunu qed jiddeċiedu dwar liema azzjonijiet għandhom jimplimentaw biex itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom. |
2. |
Meta jkunu qegħdin iħejju d-dikjarazzjoni ambjentali (l-Artikolu 4(1)(d) u l-Artikolu 4(4)):
|
Jenħtieġ li jiddeskrivu kif intużaw l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali rilevanti u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza (li jagħtu indikazzjoni tal-livell ta’ prestazzjoni ambjentali miksub minn dawk bl-aħjar prestazzjoni) sabiex jidentifikaw il-miżuri u l-azzjonijiet, u possibbilment biex jistabbilixxu l-prijoritajiet, bil-għan li (jkomplu) jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom. Madankollu, l-implimentazzjoni tal-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali jew l-issodisfar tal-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza identifikati mhix obbligatorja, minħabba li l-karattru volontarju tal-EMAS iħalli f’idejn l-organizzazzjonijiet infushom, biex jivvalutaw il-fattibbiltà tal-punti ta’ riferiment u l-implimentazzjoni tal-aqwa prassi, f’termini ta’ spejjeż u benefiċċji.
Bl-istess mod bħall-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali, l-organizzazzjonijiet jenħtieġ li jivvalutaw ir-rilevanza u l-applikabbiltà tal-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali u tal-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza skont l-aspetti ambjentali sinifikanti identifikati mill-organizzazzjoni fir-reviżjoni ambjentali tagħha, kif ukoll skont aspetti tekniċi u finanzjarji.
L-elementi tal-SRDs (indikaturi, BEMPs jew punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza) li ma jitqisux rilevanti b’rabta mal-aspetti ambjentali sinifikanti identifikati mill-organizzazzjoni fir-reviżjoni ambjentali tagħha jenħtieġ li ma jiġux irrapportati jew deskritti fid-dikjarazzjoni ambjentali.
Il-parteċipazzjoni fl-EMAS hija proċess kontinwu. Kull darba li organizzazzjoni tippjana li ttejjeb il-prestazzjoni ambjentali tagħha (u tirrevedi l-prestazzjoni ambjentali tagħha) għandha tikkonsulta l-SRD dwar temi speċifiċi biex issib ispirazzjoni dwar liema kwistjonijiet imisshom jiġu indirizzati f’approċċ ta’ pass pass.
Il-verifikaturi ambjentali tal-EMAS għandhom jiċċekkjaw jekk u kif l-SRD tqis mill-organizzazzjoni waqt it-tħejjija tad-dikjarazzjoni ambjentali tagħha (l-Artikolu 18(5)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009).
Meta jkunu qed iwettqu awditu, il-verifikaturi ambjentali akkreditati jkollhom bżonn ta’ evidenza mill-organizzazzjoni dwar kif intgħażlu u kif tqiesu l-elementi rilevanti tal-SRD fid-dawl tar-reviżjoni ambjentali. Ma għandhomx jikkontrollaw il-konformità mal-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza deskritti, iżda għandhom jivverifikaw l-evidenza dwar kif l-SRD intuża bħala gwida biex jiġu identifikati l-indikaturi u l-miżuri volontarji xierqa li l-organizzazzjoni tista’ timplimenta biex ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tagħha.
Minħabba n-natura volontarja tal-EMAS u tal-SRD, l-organizzazzjonijiet jenħtieġ li ma jitgħabbewx b’piżijiet sproporzjonati sabiex jipprovdu din l-evidenza. B’mod partikolari, il-verifikaturi ma għandhomx jitolbu ġustifikazzjoni individwali għal kull wieħed jew waħda mill-aqwa prassi, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali speċifiċi għas-settur u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza msemmija fl-SRD u mhux ikkunsidrati rilevanti mill-organizzazzjoni fid-dawl tar-reviżjoni ambjentali tagħha. Madankollu, jistgħu jissuġġerixxu elementi addizzjonali rilevanti li l-organizzazzjoni tista’ tqis fil-futur bħala evidenza ulterjuri tal-impenn tagħha lejn titjib kontinwu tal-prestazzjoni tagħha.
L-istruttura tad-Dokument ta’ Referenza Settorjali
Dan id-dokument fih erba’ kapitoli. Il-Kapitolu 1 jintroduċi l-isfond ġuridiku tal-EMAS u jiddeskrivi kif wieħed irid juża dan id-dokument, filwaqt li l-Kapitolu 2 jiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-SRD. Il-Kapitolu 3 jiddeskrivi fil-qosor l-aqwa prassi differenti ta’ ġestjoni ambjentali (il-BEMPs) (5) u jagħti informazzjoni dwar l-applikabbiltà tagħhom. Qed jingħataw ukoll indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza speċifiċi meta dawn ikunu jistgħu jiġu fformulati għal BEMP partikolari. Madankollu, id-definizzjoni tal-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza ma kinitx possibbli għall-BEMPs kollha jew minħabba d-disponibbiltà limitata tad-dejta jew minħabba l-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ kull kumpanija u/jew impjant (it-tip ta’ tagħmir elettriku u elettroniku mmanifatturat li jvarja minn apparati elettrodomestiċi kbar għal tagħmir żgħir u mikroelettroniku u li jinkludi kemm it-tranżazzjonijiet min-negozju għal negozju kif ukoll min-negozju għall-konsumaturi, id-diversità tal-proċessi ta’ manifattura mwettqa f’kull faċilità tal-manifattura, eċċ.) ivarjaw tant li punt ta’ riferiment ta’ eċċellenza ma jkunx sinifikanti. Anki meta jingħataw il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza, dawn mhumiex intenzjonati bħala miri li jridu jilħqu l-kumpaniji kollha jew kriterji metriċi biex iqabblu l-prestazzjoni ambjentali bejn il-kumpaniji tas-settur, iżda pjuttost bħala kejl ta’ dak li huwa possibbli biex jgħin lil kumpaniji individwali jivvalutaw il-progress li jkunu għamlu u jimmotivawhom biex jitjiebu aktar. Fl-aħħar nett, fil-Kapitolu 4 tiġi ppreżentata tabella komprensiva b’għażla tal-iżjed indikaturi rilevanti tal-prestazzjoni ambjentali, spjegazzjonijiet assoċjati u punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza relatati.
2. IL-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI
Dan id-dokument ta’ referenza jindirizza l-prestazzjoni ambjentali tat-tagħmir elettriku u elettroniku (EEE) fis-settur tal-manifattura. Il-grupp fil-mira ta’ dan id-dokument huma kumpaniji li jappartjenu għas-settur tal-manifattura tal-EEE, jiġifieri tal-kodiċijiet NACE li ġejjin (skont il-klassifikazzjoni statistika ta’ attivitajiet ekonomiċi stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6)):
— |
26 – Manifattura ta’ prodotti tal-kompjuter, elettroniċi u ottiċi; |
— |
27 – Manifattura ta’ tagħmir tal-elettriku; |
— |
28.12, 28.13 – Manifattura ta’ tagħmir idrawliku għall-enerġija u ta’ pompi u kompressuri oħra; |
— |
28.22 – Manifattura ta’ tagħmir biex jittellgħu l-oġġetti u għall-immaniġġjar; |
— |
28.23 – Manifattura ta’ magni u tagħmir għall-uffiċċji għajr kompjuters u tagħmir periferali. |
Dan id-dokument ta’ referenza jkopri azzjonijiet li l-manifatturi tal-EEE jistgħu jimplimentaw biex jiksbu titjib fil-prestazzjoni ambjentali fil-katina kollha tal-valur tal-EEE, kif ippreżentata fid-dokument fil-Figura ta’ hawn taħt. Fil-Figura, il-vleġeġ juru l-flussi ewlenin tal-materjali fost l-atturi differenti fil-katina tal-valur, filwaqt li t-termini “diretti” u “indiretti” qed jintużaw biex issir distinzjoni bejn l-attivitajiet fejn il-manifattur ikollu kontroll sħiħ (“aspetti ambjentali diretti”) u dawk li jirriżultaw minn interazzjoni ma’ partijiet terzi, iżda li jistgħu jiġu influwenzati sa grad raġonevoli mill-manifattur tal-EEE (“aspetti ambjentali indiretti”).
Ħarsa ġenerali lejn il-flussi ewlenin tal-materjali tal-katina tal-valur tal-manifattura tat-tagħmir elettriku u elettroniku (EEE)
Dan id-dokument ta’ referenza huwa maqsum fi tliet taqsimiet ewlenin (Tabella 2-1) li jkopru, mill-perspettiva tal-manifatturi, l-aspetti ambjentali ewlenin tul il-katina tal-valur tat-tagħmir elettriku u elettroniku.
Tabella 2.1
Struttura tad-dokument ta’ referenza għat-tagħmir elettriku u elettroniku fis-settur tal-manifattura u l-aspetti ambjentali ewlenin indirizzati
It-Taqsima |
Id-deskrizzjoni |
L-aspetti ambjentali ewlenin indirizzati |
||
|
Din it-taqsima tkopri l-attivitajiet relatati mal-operazzjonijiet ċentrali tal-manifattura tat-tagħmir elettriku u elettroniku. |
Il-manifattura tal-komponenti u l-assemblaġġ L-assemblaġġ tal-prodotti finali L-utilitajiet tal-impjant Il-ġestjoni tas-sit |
||
|
Din it-taqsima tindirizza l-ġestjoni tal-katina tal-provvista mill-manifatturi tat-tagħmir elettriku u elettroniku. Tiffoka fuq l-operazzjonijiet li l-kumpaniji fis-settur jistgħu jdaħħlu fis-seħħ biex jipprovdu b’mod sostenibbli l-materjali, jissostitwixxu sustanzi perikolużi u jnaqqsu l-impatti tal-bijodiversità fuq il-katina tal-provvista tagħhom. |
Is-sors ta’ materjali u komponenti Il-komunikazzjoni mal-fornituri u l-ġestjoni tagħhom Id-disinn tal-prodott |
||
|
Din it-taqsima għandha x’taqsam mal-ġestjoni u mal-prassi strateġiċi li l-manifatturi tat-tagħmir elettriku u elettroniku jistgħu jimplimentaw biex irawmu ekonomija aktar ċirkolari, pereżempju billi jbiddlu l-prassi tad-disinn, jimmanifatturaw mill-ġdid il-prodotti, jew jiżviluppaw mudelli ta’ negozju aktar sostenibbli. |
Id-disinn tal-prodott/L-iżvilupp tal-mudelli tan-negozju Il-ġestjoni ta’ tmiem il-ħajja |
L-aspetti ambjentali, ippreżentati fit-Tabella 2-2, intgħażlu bħala dawk li s-soltu jkunu l-iktar rilevanti fis-settur. Madankollu, l-aspetti ambjentali li jridu jiġu mmaniġġjati minn kumpaniji speċifiċi jridu jiġu vvalutati fuq bażi ta’ każ b’każ.
Tabella 2-2
L-aspetti ambjentali l-aktar rilevanti u l-pressjonijiet ambjentali ewlenin relatati indirizzati f’dan id-dokument
L-aspetti ambjentali l-aktar rilevanti |
Il-pressjonijiet ambjentali ewlenin relatati |
Il-manifattura tal-komponenti u l-assemblaġġ |
L-effiċjenza fir-riżorsi L-ilma L-iskart L-emissjonijiet fl-arja Il-ħamrija L-enerġija u t-tibdil fil-klima Is-sustanzi perikolużi Il-bijodiversità |
L-assemblaġġ tal-prodott finali |
L-enerġija u t-tibdil fil-klima |
L-utilitajiet tal-impjant |
L-effiċjenza fir-riżorsi L-ilma L-iskart L-emissjonijiet fl-arja L-enerġija u t-tibdil fil-klima Il-bijodiversità |
Il-ġestjoni tas-sit |
L-ilma L-iskart L-emissjonijiet fl-arja Il-ħamrija L-enerġija u t-tibdil fil-klima Il-bijodiversità |
Is-sors ta’ materjali u komponenti |
L-effiċjenza fir-riżorsi L-enerġija u t-tibdil fil-klima Il-bijodiversità |
Il-komunikazzjoni mal-fornituri u l-ġestjoni tagħhom |
L-effiċjenza fir-riżorsi L-enerġija u t-tibdil fil-klima Is-sustanzi perikolużi |
Id-disinn tal-prodott/L-iżvilupp tal-mudell tan-negozju |
L-effiċjenza fir-riżorsi L-ilma L-iskart L-emissjonijiet fl-arja L-enerġija u t-tibdil fil-klima Is-sustanzi perikolużi |
Il-ġestjoni ta’ tmiem il-ħajja |
L-effiċjenza fir-riżorsi L-iskart |
3. L-AQWA PRASSI TA’ ĠESTJONI AMBJENTALI, L-INDIKATURI TAL-PRESTAZZJONI AMBJENTALI SETTORJALI U L-PUNTI TA’ RIFERIMENT TA’ EĊĊELLENZA GĦAS-SETTUR TAL-MANIFATTURA TAT-TAGĦMIR ELETTRIKU U ELETTRONIKU
3.1. Il-BEMPs għall-proċessi ta’ manifattura
Din it-taqsima hija rilevanti għall-manifatturi taż-ŻEE
3.1.1. It-teknoloġija tal-kmamar iġjeniċi effiċjenti fl-enerġija
Il-BEMP hija biex jiġi minimizzat l-użu tal-enerġija fil-kmamar iġjeniċi. Din tista’ tinkiseb billi jiġu implimentati l-miżuri li ġejjin:
— |
Tiġi ddefinita b’mod korrett il-kapaċità tal-faċilità tal-kmamar iġjeniċi u tingħata d-dimensjoni xierqa tat-tagħmir tagħha. Jiċċekken għall-minimu meħtieġ it-tagħmir. Din hi mira għat-tagħmir kollu iżda t-torrijiet għat-tkessiħ u l-komponenti passivi (il-pajpijiet u t-tubi) jistgħu jitkabbru biex tiġi ffrankata l-enerġija. It-tkabbir tagħhom itejjeb il-prestazzjoni taċ-chiller u jippermetti l-użu ta’ pompi u fannijiet iżgħar. |
— |
Titnaqqas id-differenza fil-pressjoni bejn il-kamra iġjenika u l-madwar tagħha u jiġi addattat il-volum tal-arja għad-domanda sabiex jitnaqqas l-użu tal-elettriku tal-fannijiet. |
— |
Jingħata lok għal meded operattivi akbar għat-temperatura u l-umdità relattiva tal-ispazju ta’ kmamar iġjeniċi. Meded operattivi akbar iwasslu għal użu inqas ta’ enerġija fit-tkessiħ, fit-tisħin minn qabel u fid-deumidifikazzjoni tal-fluss tal-arja fornuta. |
— |
Titbaxxa l-veloċità tal-wiċċ (7) billi jiġu kkumbinati unitajiet akbar għall-immaniġġjar tal-arja b’fannijiet iżgħar li jippermettu li ċ-ċirkolazzjoni tal-arja tinżamm f’veloċità aktar baxxa. |
— |
Tiġi stabbilita l-inqas Rata possibbli ta’ Tibdil tal-Arja (ACR) billi jitnaqqsu t-tagħbija tas-sħana u l-ġenerazzjoni reali tal-partiċelli ġewwa l-kamra iġjenika. |
— |
Jiġu sfruttati l-opportunitajiet kollha biex titnaqqas it-tagħbija tas-sħana ġġenerata ġewwa l-kamra iġjenika u tiġi rkuprata s-sħana mitlufa mit-tagħmir tal-proċess. Is-sħana mitlufa rkuprata tista’ tintuża, pereżempju, biex tissaħħan mill-ġdid l-arja fornuta. |
— |
Jintużaw komponenti effiċjenti ħafna, bħal muturi tal-fannijiet, pompi u chillers b’unità ta’ kontroll bi frekwenza varjabbli (VFD) li jippermettu rispons aħjar għat-t-tagħbija tas-sħana li tvarja tal-kamra iġjenika. |
— |
Tiġi evitata l-purifikazzjoni żejda tal-ilma meħtieġa għat-tħaddim tal-kamra iġjenika billi jiġu rispettati l-ispeċifikazzjonijiet tal-klassifikazzjoni meħtieġa tal-kamra iġjenika, mingħajr marġnijiet ta’ sikurezza kbar iżżejjed. |
Il-BEMP hija applikabbli b’mod wiesa’ għall-manifatturi kollha tal-EEE li joperaw kmamar iġjeniċi.
Għall-faċiltajiet tal-kmamar iġjeniċi li jkunu għadhom kif inbnew, l-ACR tista’ tkun aktar baxxa mill-firxa tal-ACR rakkomandata skont il-klassifikazzjoni tagħha, iżda hemm bżonn isiru sforzi biex jiġu żgurati u jiġu aġġustati r-rekwiżiti tal-kwalità għall-kmamar iġjeniċi. Għall-faċilitajiet eżistenti tal-kmamar iġjeniċi, biex jitnaqqsu l-valuri tal-ACR, jistgħu jiġu applikati kontroll bbażat fuq l-għadd tal-partikoli u monitoraġġ kontinwu.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza |
||||||||||
|
Mhux disponibbli |
3.1.2. It-teknoloġija ta’ tkessiħ effiċjenti fl-enerġija
Il-BEMP hija biex titnaqqas il-ħtieġa għat-tkessiħ u titjieb l-effiċjenza enerġetika tas-sistemi ta’ tkessiħ użati fil-proċessi tal-produzzjoni u fis-swali ta’ produzzjoni. Din tista’ tinkiseb billi jiġu applikati l-miżuri li ġejjin:
— |
Jiġi vvalutat u ottimizzat il-livell rikjest tat-temperatura għal kull wieħed u waħda mill-proċessi u mill-kmamar/spazji b’domanda għat-tkessiħ. |
— |
Jintużaw kaskati tat-tkessiħ billi jinqasam iċ-ċirkwit tat-tkessiħ eżistenti f’żewġ livelli ta’ temperaturi jew aktar. |
— |
Jiġu implimentati tekniki ta’ tkessiħ b’xejn. Fost l-għażliet teknoloġiċi rilevanti differenti, hemm it-tkessiħ dirett permezz tal-fluss kontinwu tal-arja iksaħ ta’ barra, it-tkessiħ b’xejn niexef fejn ċiklu tal-ilma jitkessaħ bl-arja ta’ barra u t-tkessiħ b’xejn mxarrab (torri tat-tkessiħ). |
— |
Tintuża sistema ta’ ventilazzjoni b’irkupru tas-sħana u titneħħa l-umdità mill-arja ambjentali li tkun dieħla. |
— |
Tintuża teknoloġija ta’ tkessiħ ta’ assorbiment bħala alternattiva għaċ-chillers b’kompressjoni. Is-sħana mitlufa rkuprata tista’ tintuża biex tipprovdi kompressjoni termali tar-refriġerant. |
Miżuri biex itejbu l-effiċjenza enerġetika tat-tkessiħ huma applikabbli b’mod wiesa’ għall-kumpaniji tal-manifattura tal-EEE.
Biex ikun jista’ jiġi implimentat it-tkessiħ b’xejn, il-livell tat-temperatura tal-fluss tar-ritorn tas-sistema tat-tkessiħ irid ikun ’il fuq mit-temperatura ta’ barra u jrid ikun hemm spazju biżżejjed fiż-żona fil-beraħ tas-sit tal-produzzjoni.
It-tkessiħ bl-assorbiment huwa applikabbli fejn hemm kontinwament disponibbli sors ta’ sħana mitlufa jew sħana rinnovabbli fis-sit tal-produzzjoni jew fl-inħawi ta’ madwaru.
Il-fattibbilità ekonomika tal-miżuri proposti tiddependi sostanzjalment fuq l-eżistenza ta’ tagħbija ta’ tkessiħ matul is-sena kollha.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza |
||||||||||||||
|
Mhux disponibbli |
3.1.3. L-istanjar effiċjenti fl-enerġija
Il-BEMP hija biex ittejjeb l-effiċjenza enerġetika tal-operazzjonijiet tal-istanjar b’rifluss.
Għat-tagħmir eżistenti tal-istanjar, il-BEMP hija biex tagħmel dan li ġej:
— |
Timmassimizza t-throughput tat-tagħmir tal-istanjar b’rifluss eżistenti sabiex titnaqqas id-domanda speċifika tal-elettriku għal kull metru kwadru tal-bordijiet taċ-ċirkwiti stampati manifatturati. Dan jinkiseb permezz tal-ottimizzazzjoni tal-veloċità taċ-ċinturini trasportaturi tal-linja tal-istanjar filwaqt li tinżamm firxa tal-proċess aċċettabbli. |
— |
Tinstalla iżolament retroattiv fit-tagħmir tal-istanjar. |
Għat-tagħmir il-ġdid tal-istanjar, il-BEMP hija biex tagħmel dan li ġej:
— |
Tagħżel tagħmir bi i. sistema mtejba ta’ ġestjoni tal-enerġija (eż. disponibbli fi stat ta’ modalità stennija jew inattiv), ii. sistema flessibbli ta’ tkessiħ li tippermetti l-bdil bejn unità ta’ tkessiħ interna u esterna u li tippermetti l-irkupru tas-sħana mitlufa u iii. sistema mtejba ta’ kontroll u monitoraġġ tal-konsum għan-nitroġenu likwidu. |
— |
L-użu ta’ muturi tal-fannijiet bil-kurrent dirett (DC) minflok b’kurrent alternat (AC) sabiex tiġi rregolata l-veloċità tal-muturi differenti separatament. |
Għaż-żewġ sistemi eżistenti u għat-tagħmir ġdid tal-istanjar, il-BEMP hija biex:
— |
tevita l-użu tan-nitroġenu likwidu għal applikazzjonijiet inqas delikati, bħalma huma l-assemblaġġi ta’ kumplessità baxxa. |
Din il-BEMP hija applikabbli għall-manifatturi tal-EEE b’operazzjonijiet tal-istanjar b’rifluss, u hija speċjalment rilevanti għall-produzzjoni ta’ bordijiet ta’ ċirkwiti stampati (PCB).
Il-miżuri għat-tagħmir il-ġdid tal-istanjar huma applikabbli meta tittieħed id-deċiżjoni li tiġi installata linja ġdida tal-istanjar b’rifluss. Ir-redditu fuq l-investiment jiddependi b’mod konsiderevoli fuq iż-żieda tar-rendiment, il-prestazzjoni, u r-rekwiżiti ta’ manutenzjoni aktar milli fuq l-iffrankar tal-enerġija.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza |
||||
|
Mhux disponibbli |
3.1.4. Ir-riċiklaġġ fuq il-post ta’ ram fil-kimiċi tal-proċess
Il-BEMP hija biex tirkupra ram mill-aġenti ta’ proċess tal-inċiżjoni użati fil-manifattura tal-bords ta’ ċirkwiti stampati bl-elettroliżi. Dan jippermetti l-irkupru ta’ ram ta’ kwalità għolja, it-tnaqqis tal-ammont ta’ aġenti tal-inċiżjoni użati u l-użu mill-ġdid tal-ilma.
Il-BEMP hija applikabbli għall-faċilitajiet ta’ produzzjoni tal-bordijiet ta’ ċirkwiti stampati. Madankollu, il-fattibbiltà ekonomika tiddependi ħafna fuq il-livelli ta’ produzzjoni, u għalhekk tiddependi fuq l-ammont ta’ ram ta’ kwalità għolja li jista’ jiġi rkuprat (eż. aktar minn 60 tunnellata ta’ ram kull sena). Limitazzjoni ulterjuri hija l-ispazju meħtieġ għal sistema ta’ riċiklaġġ fuq il-post, li tvarja bejn 50 m2 u 80 m2 skont l-arranġament tal-istallazzjoni u l-volum tat-tankijiet protetturi. Madankollu, dan mhux neċessarjament jeħtieġ li jkun eżatt ħdejn il-proċess tal-inċiżjoni.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza |
||||
|
Mhux disponibbli |
3.1.5. Is-sistemi ta’ tlaħliħ f’kaskata
Il-BEMP hija biex tnaqqas il-konsum tal-ilma fil-kumpaniji tal-manifattura tal-bord ta’ ċirkwit stampat (PCB) tal-EEE billi jiġu installati sistemi ta’ tlaħliħ f’kaskata multipli b’erba’ stadji jew aktar.
Barra minn hekk, il-BEMP tara li jiġi ottimizzat l-użu tal-ilma, pereżempju billi jiġi stabbilit it-teħid tal-ilma f’banjijiet tat-tlaħliħ skont ir-rekwiżiti tal-kwalità speċifiċi għall-proċess u bl-użu mill-ġdid tal-ilma tal-banju tat-tlaħliħ għall-istadji differenti tal-proċess.
Il-BEMP hija applikabbli b’mod wiesa’ għall-kumpaniji tal-manifattura tal-bordijiet ta’ ċirkwiti stampati. Il-miżuri ta’ ottimizzazzjoni u l-installazzjoni ta’ sistemi ta’ tlaħliħ f’kaskata multipli b’mhux inqas minn erba’ stadji huma applikabbli kemm fil-faċilitajiet eżistenti kif ukoll fil-binjiet il-ġodda. Fil-każ tas-sistemi tat-tlaħliħ f’kaskata b’erba’ stadji jew aktar, l-ispazju disponibbli jista’ joħloq xi limitazzjonijiet.
Speċifikament, is-sistemi ta’ tlaħliħ f’kaskata f’ħames stadji huma l-aktar applikabbli għal sistemi bi throughput għoli tal-magna jew b’konċentrazzjoni għolja ta’ elettroliti u hemm bżonn li jiġu kkunsidrati dawn il-fatturi addizzjonali li jillimitaw:
— |
l-ilma tat-tlaħliħ b’konċentrazzjoni għolja jwassal għal użu akbar ta’ kimiċi u jkun hemm bżonn ta’ aktar ħin għas-sedimentazzjoni fid-dejonizzazzjoni tat-trattament tal-ilma mormi; |
— |
it-tisħin tal-ilma fil-banju tat-tlaħliħ minħabba numru akbar ta’ pompi, li jżid pressjoni mill-kontaminazzjoni ġerminali; |
— |
il-kontaminazzjoni ġerminali trid titnaqqas bl-implimentazzjoni ta’ tekniki xierqa tad-diżinfezzjoni tal-ilma. |
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza |
||||||||||
|
|
3.1.6. Il-minimizzazzjoni tal-emissjonijiet ta’ komposti perfluworati
Il-BEMP hija biex timminimizza l-emissjonijiet ta’ komposti perfluworati (PFC) fil-faċilitajiet tal-fabbrikazzjoni tas-semikondutturi bil-miżuri li ġejjin:
— |
Il-gassijiet tal-PFC b’potenzjal speċifiku qawwi ta’ tisħin globali jiġu ssostitwiti b’oħrajn b’potenzjal anqas qawwi ta’ tisħin globali, eż. C2F6 jinbidel b’C3F8 fit-tindif tal-kompartimenti bid-Depożitar Kimiku f’Fażi ta’ Fwar (DFK). |
— |
Il-proċess tat-tindif tal-kompartimenti bid-DFK jittejjeb biex jiżdied il-fattur ta’ konverżjoni tal-gassijiet tal-PFC użati, sabiex jiġi evitat li joħorġu gassijiet tal-PFC mhux użati wara l-proċess tat-tindif tal-kompartimenti. Dan jirrikjedi l-monitoraġġ tal-emissjonijiet u l-aġġustament tal-parametri operazzjonali, bħall-pressjoni u t-temperatura tal-kompartimenti, il-qawwa tal-plażma, ir-rati tal-fluss tal-gass tat-tindif u l-propozjonijiet tal-gass fil-każ li jintużaw taħlitiet tal-gass tal-PFC. |
— |
Titħaddem teknoloġija ta’ tindif bi plażma remota li tieħu post l-użu tal-gassijiet tal-PFC in situ (eż. C2F6 u CF4) b’NF3 remot. F’dan il-proċess, in-NF3 jiġi ddissoċjat mill-plażma qabel ma jidħol fil-kompartiment u b’hekk jintuża b’mod aktar effiċjenti b’verament ftit ħruġ tan-NF3 mill-kompartimenti wara t-tindif. |
— |
L-installazzjoni ta’ teknika ta’ eliminazzjoni f’punt tal-użu (POU), bħal: burner-scrubber, installat wara l-pompa li toħloq vakwu, jew sors żgħir tal-plażma, installat qabel il-pompa li toħloq vakwu, użat biex inaqqas l-emissjonijiet tal-PFC mill-inċiżjoni tal-plażma. |
Il-BEMP hija applikabbli b’mod wiesa’ għall-faċilitajiet ta’ fabbrikazzjoni tas-semikondutturi li jużaw il-gassijiet tal-PFC. Madankollu, il-miżuri speċifiċi li jistgħu jiġu implimentati f’faċilità jeħtieġ li jiġu vvalutati fuq bażi ta’ każ b’każ.
L-ottimizzazzjoni tal-proċess hija applikabbli b’mod wiesa’ u tista’ tkun miżura effettiva fil-faċilitajiet eżistenti u fil-kompartimenti ġodda tad-DFK. Hija l-unika miżura li tiffranka l-ispejjeż peress li tippermetti konsum iżgħar ta’ gass u throughput aħjar.
Is-sostituzzjoni tal-gassijiet tal-PFC hi ta’ spiss teknikament mhux fattibbli, speċjalment għall-inċiżjoni tal-plażma.
It-teknoloġija ta’ tindif bi plażma remota li tuża n-NF3 hija applikabbli b’mod wiesa’ fil-faċilitajiet ta’ fabrikazzjoni. Madankollu, l-implimentazzjoni tagħha tista’ jkollha bżonn is-sostituzzjoni tat-tagħmir tal-ipproċessar. Għalhekk din hija aktar fattibbli meta tkun qiegħda tinbena faċilità ta’ produzzjoni ġdida jew hemm bżonn li jiġi rinnovat tagħmir tal-ipproċessar obsolet.
Dwar it-tekniki ta’ eliminazzjoni fil-punt tal-użu, is-sistemi tal-bernerspurifikaturi huma aktar komuni mill-eliminazzjoni bil-plażma fil-punt tal-użu. Il-limitazzjonijiet tal-applikabbiltà tas-sistemi ta’ purifikazzjoni huma l-ispazju, l-infrastruttura eżistenti u l-ispejjeż. Għall-apparat ta’ eliminazzjoni bil-plażma, waħda mil-limitazzjonijiet ewlenin hija l-kapaċità ta’ trattament ta’ fluss baxx.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza |
||||||||||||||
|
|
3.1.7. L-użu razzjonali u effiċjenti tal-arja kkompressata
Il-BEMP hija għall-manifatturi tat-tagħmir elettriku u elettroniku biex inaqqsu l-konsum tagħhom tal-enerġija assoċjat mal-użu tal-arja kkompressata fil-proċessi tal-manifattura permezz tal-miżuri li ġejjin:
— |
Jiġi mmappjat u vvalutat l-użu tal-arja kkompressata. Meta parti mill-arja kkompressata tintuża fl-applikazzjonijiet mhux effiċjenti jew b’mod mhux xieraq, jista’ jkun hemm soluzzjonijiet teknoloġiċi oħrajn aktar adatti għall-iskop jew aktar effiċjenti. F’każ li jiġi kkunsidrat il-qlib minn għodod pnewmatiċi għal għodod imħaddma bl-elettriku għal ċerta applikazzjoni, ikun hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni xierqa li tqis mhux biss il-konsum tal-enerġija iżda l-aspetti kollha ambjentali kif ukoll il-bżonnijiet speċifiċi tal-appplikazzjoni. |
— |
Tittejjeb is-sistema tal-arja kkompressata billi:
|
Il-miżuri deskritti f’din il-BEMP huma applikabbli b’mod wiesa’ għall-kumpaniji kollha tal-EEE li jużaw l-arja kkompressata.
Rigward l-irkupru tas-sħana, hemm bżonn ta’ domanda kontinwa għas-sħana tal-proċess sabiex jinkiseb l-iffrankar tal-enerġija u l-ispejjeż korrispondenti.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza |
||||||||
|
|
3.1.8. Il-protezzjoni u t-titjib tal-bijodiversità
Il-BEMP hija biex tfassal, timplimenta u perjodikament tirrevedi pjan ta’ azzjoni għall-protezzjoni u t-tisħiħ tal-bijodiversità fil-faċilitajiet tal-produzzjoni u fiż-żoni fil-qrib. Dawn huma eżempji ta’ azzjonijiet li jistgħu jiġu inklużi fil-pjan ta’ azzjoni:
— |
jitħawlu siġar jew jiġu introdotti mill-ġdid speċijiet nattivi f’ambjent naturali degradat; |
— |
jiġu mistħarrġa l-flora u l-fawna, bl-għan li jiġi ddokumentat u ssorveljat l-istat tal-bijodiversità f’sit speċifiku; |
— |
jingħata lok għal art miftuħa fil-faċilità biex “nerġgħu lura għan-natura”; |
— |
jiġu żviluppati bijotopi biex jinħolqu ħabitats ġodda; |
— |
jiġu involuti l-membri tal-istaff, il-qraba tagħhom u l-komunitajiet lokali fi proġetti ta’ bijodiversità. |
Il-BEMP hija applikabbli b’mod wiesa’ għall-manifatturi kollha ta’ tagħmir elettriku u elettroniku.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza |
||||||||
|
|
3.1.9. L-użu tal-enerġija rinnovabbli
Il-BEMP hija għall-kumpaniji tal-manifattura tat-tagħmir elettriku u elettroniku biex jużaw enerġija rinnovabbli għall-proċessi tagħhom bis-saħħa:
— |
tax-xiri ta’ elettriku rinnovabbli addizzjonali vverifikat jew tal-awtoġenerazzjoni ta’ elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli; |
— |
tal-produzzjoni tagħhom stess ta’ sħana minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. |
Din il-BEMP hija applikabbli b’mod wiesa’ għall-kumpaniji kollha fis-settur.
L-użu tal-elettriku rinnovabbli (awtoġenerat jew mixtri) hu possibbli fil-każijiet kollha.
Għall-kuntrarju, l-integrazzjoni tas-sħana minn sorsi rinnovabbli fil-proċessi ta’ manifattura tal-EEE hi aktar diffiċli minħabba l-kumplessità tagħhom, il-ħtieġa ta’ temperaturi għoljin u, f’xi każijiet, l-inkompatibbiltà bejn id-domanda għat-tisħin u l-staġjonalità tal-offerta tas-sħana rinnovabbli.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza |
||||
|
Mhux disponibbli |
3.1.10. L-immaniġġjar tal-iskart ottimizzat fil-faċilitajiet tal-manifattura
Il-BEMP hija għall-manifatturi tat-tagħmir elettriku u elettroniku biex jiżviluppaw u jimplimentaw strateġija tal-immaniġġjar tal-iskart li tipprijoritizza għażliet oħra ta’ trattament barra r-rimi għall-iskart kollu f’faċilitajiet ta’ manifattura u ssegwi l-ġerarkija tal-iskart (9). Din l-istrateġija għandha bżonn tħaddan kemm il-frazzjoni tal-iskart mhux perikoluż kif ukoll dik tal-iskart perikoluż, tiffissa u timmonitoja miri ambizzjużi ta’ titjib, u tesplora wkoll possibilitajiet biex jiġi implimentat l-approċċ tas-simbjożi industrijali.
Din il-BEMP hija applikabbli b’mod wiesa’ għall-kumpaniji tal-manifattura kollha tal-EEE.
Fattur li jillimita l-implimentazzjoni effettiva tas-simbjożi industrijali huwa l-bżonn għall-komunikazzjoni u l-koordinazzjoni bejn kumpaniji differenti, jiġifieri, nuqqas ta’ għarfien u konoxxenza tal-attivitajiet ta’ kumpaniji oħrajn u għalhekk rotot potenzjali tal-isfruttament għall-iskart u l-prodotti sekondarji.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza |
||||||||||||||
|
|
3.2. Il-BEMPs għall-ġestjoni tal-katina tal-provvista
Din it-taqsima hija rilevanti għall-manifatturi tal-EEE u tittratta l-prassi relatati mal-katina tal-provvista tagħhom.
3.2.1. L-għodod ta’ valutazzjoni għal sostituzzjoni kosteffikaċi u li tirrispetta l-ambjent ta’ sustanzi perikolużi
Il-BEMP hija biex jintużaw l-għodod ta’ referenza biex jiġu identifikati u vvalutati s-sustanzi perikolużi fil-materjali mixtrija sabiex jiġu sostitwiti. Il-manifatturi se jużaw dejta tal-input mill-fornituri, idealment ipprovduta bħala dikjarazzjonijiet sħaħ tal-materjali jew dikjarazzjonijiet ta’ konformità, biex jiġu ttraċjati s-sustanzi. Il-valutazzjoni se tiffoka fuq tliet stadji ewlenin:
— |
kjarifika ta’ jekk is-sustanza li qed tiġi diskussa hix sustanza ta’ tħassib serju ħafna (abbażi tal-Lista ta’ Kandidati ta’ REACH) jew sustanza ristretta tal-RoHs (10), f’liema każ is-sostituzzjoni hija ta’ prijorità għolja ħafna; |
— |
il-klassifikazzjoni tas-sustanza li qed tiġi diskussa ttieħdet mill-iskeda tad-dejta tas-sikurezza u ġiet ikkonfermata bi tqabbil mal-bażi tad-dejta tas-sustanzi perikolużi; |
— |
flimkien ma’ dan ta’ hawn fuq, l-użu ta’ għodda ta’ valutazzjoni għal sustanzi speċifiċi, bħal ċerti ftalati u ritardanti tal-fjammi tan-nar aloġenati, biex jiġu investigati l-aħjar alternattivi. |
Fil-prinċipju, din il-BEMP hija applikabbli għall-kumpaniji kollha tas-settur. Madankollu, jista’ jkun li l-SMEs ma jkollhomx is-saħħa li jitolbu d-dikjarazzjonijiet sħaħ dwar il-materjali mingħand ħafna fornituri, f’liema każ huma jistgħu jitolbu d-dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-fornitur flimkien ma’ test tal-laboratorju.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza |
||||||||
|
|
3.2.2. L-iżvelar u l-iffissar ta’ miri għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra fil-katina tal-provvista
Il-BEMP hija biex tivvaluta, skont standards rikonoxxuti, u biex tikxef b’mod regolari l-emissjonijiet tal-gassijiet serra (GHG) diretti kollha u dawk indiretti l-aktar rilevanti (dawk kollha tal-ambitu 1 u l-ambitu 2 kif ukoll l-emissjonijiet tal-ambitu 3 l-aktar rilevanti (11)). Abbażi tal-valutazzjoni, il-BEMP hija biex tiffissa l-miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serradiretti u indiretti kif ukoll biex turi u tippubblika b’mod regolari t-tnaqqis reali assolut u/jew relattiv tal-emissjonijiet tal-GHG.
Din il-BEMP hija applikabbli għall-kumpaniji kollha tas-settur. Madankollu, hemm xi limitazzjonijiet fil-kalkolu tal-emissjonijiet tal-ambitu 3, minħabba l-kumplessità tal-katini tal-valur tal-EEE.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza |
||||||||||||
|
|
3.2.3. L-applikazzjoni tal-Valutazzjoni taċ-Ċiklu tal-Ħajja
Il-BEMP hija biex tagħmel użu mill-Valutazzjonijiet taċ-Ċiklu tal-Ħajja (LCA) bħala strument li jgħin biex jittieħdu deċiżjonijiet fil-kuntest ta’: l-ippjanar strateġiku (livell makro), id-disinn u l-ippjanar tal-prodotti, il-faċilitajiet u l-proċessi (livell mikro) u l-monitoraġġ tal-prestazzjoni ambjentali tal-kumpanija (kontabilità). It-twettiq tal-LCA fuq il-firxiet tal-prodott bħala appoġġ tat-titjib ambjentali huwa l-aktar qasam ta’ applikazzjoni rilevanti fl-industrija u jippremetti l-iffissar ta’ miri ta’ titjib ibbażati fuq il-LCA għall-firxiet tal-prodott.
Din il-BEMP hija applikabbli b’mod wiesa’ għall-kumpaniji kollha li jimmanifatturaw tagħmir elettriku u elettroniku, speċjalment għal kumpaniji kbar.
Ir-riżorsi interni u l-komplessità tal-LCA huma fatturi potenzjali li jillimitaw biex titwettaq il-LCA f’intrapriżi żgħar u medji. Madankollu, l-għodod issimplifikati tal-iskrinjar tal-LCA u l-bażijiet tad-dejta lesti biex jintużaw jgħinu jnaqqsu dawn id-diffikultajiet.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza |
||||||||
|
|
3.2.4. Il-protezzjoni u t-titjib tal-bijodiversità matul il-katina tal-provvista tat-tagħmir elettriku u elettroniku
Il-BEMP hija biex tiżviluppa u timplimenta programm għall-immaniġġjar tal-impatti fuq il-bijodiversità relatati mal-prodotti tal-katina tal-provvista u l-attivitajiet tal-katina tal-provvista.
Abbażi ta’ mmappjar tal-prodotti u l-materjali provduti mill-katina tal-provvista rilevanti tagħhom u tal-impatti tagħhom fuq il-bijodiversità, jistgħu jiġu fformulati linji gwida għall-akkwist u r-rekwiżiti li jimmiraw bidliet fir-rigward ta’ prodotti u komponenti b’potenzjal akbar ta’ impatt fuq il-bijodiversità.
Il-BEMP hija applikabbli għall-kumpaniji kollha tal-manifattura tat-tagħmir elettriku u elettroniku.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza |
||||||||||||||||||||
|
|
3.3. Il-BEMPs li jrawmu ekonomija aktar ċirkolari
Din it-taqsima hija rilevanti għall-kumpaniji tal-manifattura tat-tagħmir elettriku u elettroniku u tittratta l-prassi ta’ ġestjoni u strateġiċi li jrawmu ekonomija aktar ċirkolari.
3.3.1. Il-gwida strateġika dwar id-disinjar ta’ prodotti għal ekonomija ċirkolari
Il-BEMP hija biex ikollha approċċ fis-seħħ li jiżgura li l-konsiderazzjoni tal-aspetti ambjentali differenti kollha, u speċifikament il-mixja lejn ekonomija ċirkolari, jiġi integrat sistematikament fil-proċess tad-disinn tal-prodotti. Approċċ bħal dan huwa bbażat fuq:
— |
l-iffissar tal-miri għat-titjib tal-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti, jew fil-livell tal-kumpanija (għanijiet ġenerali għall-prodotti kollha) jew fil-livell ta’ prodott speċifiku; hemm bżonn li l-objettivi jkunu ċari, iddefiniti tajjeb u kkomunikati fil-livell tal-kumpanija sabiex ikun hemm sensibilizzazzzjoni tal-impjegati fil-livelli kollha; jiddependi mill-prodott, il-miri marbuta mal-ekonomija ċirkolari jistgħu jiġu ffissati fuq id-durabilità, it-titjib fil-kwalità, il-possibilità ta’ tiswija u r-riċiklabilità, li b’mod ġenerali huma ddettati mid-disinn. |
— |
l-integrazzjoni fl-inputs tal-proċess tad-disinn u r-rispons mill-unitajiet differenti marbuta mal-manifattura, l-użu u tmiem il-ħajja tal-prodott, kif ukoll, f’xi każijiet, mill-partijiet ikkonċernati esterni; |
— |
il-ħolqien ta’ sensazzjoni ta’ sforz kollettiv fil-kumpanija kollha dwar l-iżvilupp tal-ispeċifikazzjonijiet varji tad-disinn għall-prodotti ġodda. |
Dan huwa implimentat permezz ta’ wieħed jew aktar mill-approċċi li ġejjin:
— |
l-iffissar ta’ standard ambjentali intern għad-disinn ta’ prodotti ġodda fil-livell tal-kumpanija, b’miri u rekwiżiti obbligatorji ddeffiniti, li jittejbu b’mod kontinwu abbażi ta’ rispons mill-unitajiet differenti fi ħdan l-organizzazzjoni; meta jinbeda d-disinn ta’ kull prodott speċifiku, imbagħad dawn jiġu kkonveritti fi speċifikazzjonijiet tad-disinn għall-prodott speċifiku; |
— |
it-twaqqif ta’ kumitat interdixxiplinari għad-disinn jew grupp ta’ tmexxija għad-disinn ta’ kull prodott, bl-involviment tar-rappreżentanti mill-unitajiet rilevanti differenti marbutin b’mod dirett mal-istadji varji tal-proċess reali tad-disinn tal-prodott. |
Il-BEMP hija applikabbli għall-kumpaniji kollha tal-manifattura tat-tagħmir elettriku u elettroniku
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza |
||||||||||
|
|
3.3.2. L-offerta integrata tas-servizz tal-prodott
Il-BEMP hija għall-manifatturi tal-EEE biex jipprovdu Offerti Integrati tas-Servizz tal-Prodott (IPSO), kemm minn negozju għal negozju kif ukoll min-negozju għall-konsumaturi filwaqt li jaqilbu mill-iddisinjar u l-bejgħ tal-prodotti fiżiċi għall-proviżjoni ta’ sistema ta’ servizz tal-prodott li twassal għal prestazzjoni funzjonali u ambjentali mtejba. Pereżempju, l-IPSO joħolqu inċentivi għall-manifatturi biex jiżguraw li l-prodotti tagħhom huma durabbli jew joffru l-opportunità li l-prodotti jittieħdu lura biex jużawhom mill-ġdid jew jirrinnovawhom għal użu ulterjuri.
Il-mudell tal-IPSO huwa applikabbli b’mod speċjali għall-EEE bi spiża kapitali għolja u b’ħajja twila utli.
L-applikabbiltà fil-qasam tal-apparati elettrodomestiċi bi spejjeż tax-xiri limitati, kont żgħir tal-materjali jew daqs/piż sinifikanti limitat (eż. it-teħid lura mhux fattibbli jekk il-valur ekonomiku/tekniku huwa baxx wisq meta mqabbel mal-ispejjeż tat-trasport).
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza |
||||||||||
|
|
3.3.3. Il-manifattura mill-ġdid jew ir-rinnovazzjoni ta’ kwalità għolja tal-prodotti użati
Il-BEMP hija biex tipprevjeni l-iskart iġġenerat mill-manifattura mill-ġdid jew ir-rinnovazzjoni tat-tagħmir elettriku u elettroniku użat u jinġieb lura fis-suq għall-użu mill-ġdid. Il-prodotti mmanifatturati mill-ġdid jew rinnovati jiksbu mill-anqas l-istess livelli ta’ kwalità li kellhom meta tqiegħdu l-ewwel darba fis-suq u jinbiegħu bil-garanzija xierqa.
Din il-prassi hija partikolarment addattata għal tagħmir intensiv fl-użu tal-kapital medju jew għoli.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza |
||||
|
|
3.3.4. Żieda fil-kontenut ta’ plastik riċiklat fit-tagħmir elettriku u elettroniku
Il-BEMP hija biex iżżid l-użu tal-plastik riċiklat fil-manifattura tal-prodotti tat-tagħmir elettriku u elettroniku, fejn applikabbli skont il-karatteristiċi meħtieġa tal-materjal. Din tista’ tinkiseb b’riċiklaġġ f’ċirkwit magħluq tal-iskrapp tal-plastik tal-produzzjoni, b’riċiklaġġ f’ċirkwit magħluq tal-plastik wara l-użu mill-konsumatur mill-prodotti tagħhom stess kif ukoll bix-xiri ta’ plastik riċiklat magħmul mill-iskart tal-plastik ta’ wara l-użu mill-konsumatur (riċiklaġġ f’ċirkwit miftuħ).
Din il-BEMP hija adatta għal bosta polimeri li jintużaw fil-manifattura tat-tagħmir elettriku u elettroniku. Il-plastik riċiklat jista’ jieħu post il-plastik verġni f’dawk il-każijiet fejn l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa tal-materjal jistgħu jiġu sodisfati.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza |
||||||||||
|
Mhux disponibbli |
4. INDIKATURI EWLENIN IRRAKKOMANDATI TAL-PRESTAZZJONI AMBJENTALI SPEĊIFIĊI GĦAS-SETTUR
It-tabella li ġejja telenka għażla ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni ambjentali għas-settur tal-manifattura tat-tagħmir elettriku u elettroniku, flimkien mal-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza relatati u b’referenza għall-BEMPs rilevanti. Dawn huma subsett tal-indikaturi kollha msemmija fit-Taqsima 3.
L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali ewlenin u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza għas-settur tal-manifattura tat-tagħmir elettriku u elettroniku
L-indikatur |
L-unitajiet komuni |
Il-grupp ewlieni fil-mira |
Deskrizzjoni qasira |
Il-livell minimu ta’ monitoraġġ irrakkomandat |
L-indikatur ċentrali tal-EMAS relatat (12) |
Il-punt ta’ riferiment ta’ eċċellenza |
Il-BEMP relatata (13) |
Il-BEMPs għall-proċessi ta’ manifattura |
|||||||
L-enerġija użata fil-kamra iġjenika għall-manifattura tal-bord ta’ ċirkwit stampat |
kWh/m2 |
Manifatturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku |
L-enerġija użata fil-kamra iġjenika għall-manifattura tal-bordijiet ta’ ċirkwit stampati għal kull unità ta’ wiċċ ta’ ċirkwit stampat ipproċessat |
Il-faċilità |
L-effiċjenza enerġetika |
Mhux disponibbli |
3.1.1 |
L-enerġija użata fil-kamra iġjenika għall-manifattura ta’ semikondutturi u/jew il-manifattura ta’ ċirkwiti integrati |
kWh/cm2 |
Manifatturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku |
L-enerġija użata fil-kamra iġjenika għall-manifattura ta’ semikondutturi u ċirkwiti integrati għal kull unità ta’ wiċċ ta’ semikondutturi u/jew il-manifattura ta’ ċirkwiti integrati pproċessati |
Il-faċilità |
L-effiċjenza enerġetika |
Mhux disponibbli |
3.1.1 |
Rata ta’ Tibdil tal-Arja (ACR) |
Numru/siegħa |
Manifatturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku |
Il-frekwenza tas-sostituzzjoni tal-arja ġewwa l-kamra iġjenika. |
Il-faċilità |
L-effiċjenza enerġetika |
Mhux disponibbli |
3.1.1 |
Il-Koeffiċjent ta’ Prestazzjoni tas-Sistema (COSP, coefficient of system performance) |
kW ta’ qawwa ta’ tkessiħ ipprovduta/kW ta’ enerġija użata |
Manifatturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku |
Il-proporzjon bejn qawwa utli ta’ tkessiħ ipprovduta minn sistema ta’ tkessiħ u l-qawwa elettrika użata mis-sistema tat-tkessiħ. Tiġi inkluża l-qawwa użata mit-tagħmir supplimentari (eż. pompi) fid-denominatur ta’ dan il-proporzjon. |
Is-sit |
L-effiċjenza enerġetika |
Mhux disponibbli |
3.1.2. |
Id-domanda totali għall-enerġija għal kull unità ta’ wiċċ ta’ bord ta’ ċirkwit stampat ipproċessat |
kWh/m2 ta’ bord ta’ ċirkwit stampat |
Manifatturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku |
L-ammont ta’ enerġija meħtieġ għall-ipproċessar tal-bordijiet ta’ ċirkwit stampat diviż bil-wiċċ tal-bordijiet ta’ ċirkwit stampat ipproċessati |
Il-faċilità |
L-effiċjenza enerġetika |
Mhux disponibbli |
3.1.3 |
Il-konsum tan-nitroġenu għal kull unità ta’ wiċċ ta’ bord ta’ ċirkwit stampat ipproċessat |
kg ta’ nitroġenu/m2 ta’ bord ta’ ċirkwit stampat immanifatturat |
Manifatturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku |
L-ammont ta’ nitroġenu kkunsmat fil-proċess tal-istanjar diviż bil-wiċċ totali tal-bordijiet ta’ ċirkwiti stampati mmanifatturati |
Il-faċilità |
L-effiċjenza fl-użu tal-materjal |
Mhux disponibbli |
3.1.3. |
L-ammont ta’ ram riċiklat mill-aġenti ta’ proċess tal-inċiżjoni |
t/fis-sena |
Manifatturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku |
Il-piż tar-ram riċiklat fuq il-post minn aġenti ta’ proċess tal-inċiżjoni fuq sena |
Is-sit |
L-effiċjenza fl-użu tal-materjal |
Mhux disponibbli |
3.1.4 |
Il-konsum totali tal-ilma fl-impjant tal-fabbrikazzjoni |
l/m2 ta’ bord ta’ ċirkwit stampat immanifatturat |
Manifatturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku |
Il-volum totali ta’ ilma kkunsmat fl-impjant tal-fabbrikazzjoni diviż bil-wiċċ tal-bordijiet ta’ ċirkwiti stampati mmanifatturati |
Is-sit |
L-ilma |
Mhux inqas minn 50 % tal-faċilitajiet tat-tlaħliħ huma mgħammra b’sistema ta’ tlaħliħ f’kaskata b’erba’ stadji jew aktar |
3.1.5. |
Ir-Rata Normalizzata tal-Emissjonijiet għall-emissjonijiet ta’ komposti perfluworati |
kg CO2eq/cm2 |
Manifatturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku |
Il-potenzjal ta’ tisħin globali kkawżat mill-emissjonijiet tal-PFC tas-sit ta’ manifattura diviż skont il-wiċċ tal-wejfers prodotti |
Is-sit |
L-emissjonijiet |
Ir-Rata Normalizzata tal-Emissjonijiet għall-emissjonijiet tal-PFC tkun inqas minn 0,22 kg CO2eq/cm2 fil-faċilitajiet l-ġodda ta’ fabbrikazzjoni tas-semikondutturi jew fil-faċilitajiet li jkunu għaddew minn rinnovazzjoni kbira |
3.1.6. |
L-użu tal-elettriku tas-sistema tal-arja kkompressata għal kull unità ta’ volum fil-punt ta’ użu finali |
kWh/m3 |
Manifatturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku |
L-użu tal-elettriku tas-sistema tal-arja kkompressata (inkluż l-użu tal-enerġija ta’ kompressuri, nixxiefa u magni sekondarji) għal kull metru kubu standard ta’ arja kompressata, f’livell ta’ pressjoni ddikjarat |
Is-sit |
L-effiċjenza enerġetika |
L-użu tal-elettriku tas-sistema tal-arja kkompressata tkun inqas minn 0,11 kWh/m3 tal-arja kkompressata fornuta, għal installazzjonijiet kbar li jaħdmu b’gejġ tal-pressjoni ta’ 6,5 bar, bi fluss ta’ volum normalizzat għal 1 013 mbar u 20 oC, u devjazzjonijiet tal-pressjoni ta’ mhux aktar minn 0,2 bar |
3.1.7 |
L-Indiċi tal-Ħruġ tal-Arja |
Numru |
Manifatturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku |
L-Indiċi tal-Ħruġ tal-Arja jiġi kkalkulat hekk: il-konsumaturi kollha tal-arja jintfew bħas-somma totali għal kull wieħed mill-kompressuri tal-ħin li jkun jaħdem immultiplikat bil-kapaċità ta’ dak il-kompressur, diviż bil-ħin totali f’modalità stennija u l-kapaċità nominali totali tal-kompressuri fis-sistema, u jiġi espress bħala:
fejn: ti(cr) huwa l-ħin (minuti) li matulu kompressur ikun qed jaħdem meta l-konsumaturi kollha tal-arja jintfew (is-sistema tal-arja kkompressata f’modalità stennija); Ci(cr) hija l-kapaċità (Nl/min) tal-kompressur li jibda jaħdem għall-ħin ti(cr) filwaqt li l-konsumaturi tal-arja kollha jintfew; ti(sb) huwa l-ħin totali (minuti) li matulu t-tagħmir installat tal-arja kkompressata huwa f’modalità stennija; Ci(tot) hija s-somma tal-kapaċità nominali (Nl/min) tal-kompressuri kollha f’sistema tal-arja kompressa. |
Is-sit |
L-effiċjenza enerġetika |
Wara li l-konsumaturi kollha tal-arja jintfew, il-pressjoni tan-netwerk tibqa’ stabbli u l-kompressuri (f’modalità stennija) ma jinqalbux f’kundizzjoni ta’ tagħbija |
3.1.7 |
L-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni għall-bijodiversità tas-sit fil-faċilitajiet kollha tal-produzzjoni |
Iva/Le |
Manifatturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku |
Dan l-indikatur jirreferi għal jekk il-faċilitajiet kollha tal-produzzjoni għandhomx stabbilit pjan ta’ azzjoni għall-bijodiversità tas-sit |
Is-sit |
Il-bijodiversità |
Jiġi implimentat pjan ta’ azzjoni għall-bijodiversità fil-faċilitajiet kollha tal-produzzjoni biex jitħares u jittejjeb l-istat tal-bijodiversità (flora u fawna) fis-sit speċifiku |
3.1.8 |
Is-sehem tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli (awtoġenerat jew mixtri b’addizzjonalità vverifikata) mit-total tal-użu tal-elettriku |
% |
Manifatturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku |
Elettriku minn sorsi rinnovabbli jew awtoġenerat jew mixtri, diviż bl-użu totali tal-elettriku ġewwa s-sit. L-elettriku rinnovabbli mixtri jitqies biss f’dan l-indikatur jekk jiġi vverifikat bħala addizzjonali (eż. ma tqisx diġà minn organizzazzjoni oħra jew fit-taħlita tal-elettriku tax-xibka). |
Is-sit |
L-effiċjenza enerġetika |
Mhux disponibbli |
3.1.9 |
Is-sehem tas-sħana mis-sorsi rinnovabbli mill-użu totali tas-sħana |
% |
Manifatturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku |
Is-sħana mis-sorsi rinnovabbli (eż. pompi termali solari, ġeotermali, bijomassa) diviża bl-użu totali tas-sħana fis-sit |
Is-sit |
L-effiċjenza enerġetika |
Mhux disponibbli |
3.1.9 |
(i33) Ir-rata ta’ devjazzjoni tar-rimi tal-iskart ġenerat fl-impjanti tal-manifattura (%) |
% |
Manifatturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku |
Il-piż tal-iskart mibgħut għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ jew għall-irkupru tal-enerġija, diviż bl-ammont totali ta’ skart iġġenerat fis-sit tal-manifattura. Dan l-indikatur jista’ jiġi kklalkulat b’mod separat għall-iskart perikoluż u għall-iskart mhux perikoluż u/jew għall-materjali l-aktar importanti tal-fluss tal-iskart, eż. skrapp tal-metall, polimeri. |
Is-sit |
L-iskart |
Il-kumpanija tikseb ir-rata ta’ devjazzjoni ta’ rimi tal-iskart ta’ 93 % bħala medja fl-impjanti kollha tal-manifattura |
3.1.10. |
Is-sehem tas-siti bi strateġija tal-immaniġġjar tal-iskart |
% |
Manifatturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku |
Dan l-indikatur huwa espress bħala n-numru ta’ siti bi strateġija tal-immaniġġjar tal-iskart stabbilita, abbażi tal-elementi ppreżentati fid-deskrizzjoni ta’ din il-BEMP, diviż bin-numru totali ta’ siti tal-kumpanija. F’każ li kumpanija għandha sit wieħed biss, dan jista’ jiġi espress bħala indikatur ta’ iva/le għas-sit. |
Is-sit |
L-iskart |
Il-kumpanija għandha strateġija tal-immaniġġjar tal-iskart stabbilita fis-siti kollha |
3.1.10 |
Il-BEMPs għall-ġestjoni tal-katina tal-provvista |
|||||||
Is-sehem tal-fornituri li jipprovdu dikjarazzjoni sħiħa tal-materjali |
% |
Manifatturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku |
Dan l-indikatur ikejjel il-perċentwal tan-nefqa tal-katina tal-provvista fuq il-fornituri li jipprovdu dikjarazzjoni sħiħa tal-materjali tan-nefqa totali tal-katina tal-provvista |
Is-sit |
Il-bijodiversità L-effiċjenza fl-użu tal-materjal |
Hemm stabbiliti rekwiżiti obbligatorji għall-fornituri kollha ewlenin (f’termini tal-perċentwal tan-nefqa tal-katina tal-provvista) biex jipprovdu dikjarazzjoni sħiħa tal-materjali |
3.2.1 |
Il-pubblikazzjoni perjodika (eż. kull sena) tal-emissjonijiet tal-GHG ikkalkulati b’metodu standard rikonoxxut |
Iva/Le |
Manifatturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku |
Dan l-indikatur jirreferi għal jekk l-emissjonijiet tal-GHG (inklużi dawk tal-ambitu 1 u 2 u dawk l-aktar rilevanti tal-ambitu 3) jiġux ikkalkulati skont metodu standard rikonoxxut u ppubblikati perjodikament |
Il-kumpanija |
L-emissjonijiet |
L-emissjonijiet tal-gassijiet serra (inklużi dawk tal-ambitu 1 u 2 u dawk l-aktar rilevanti tal-ambitu 3) jiġu kkalkulati b’metodu standard rikonoxxut u ppubblikati perjodikament |
3.2.2 |
L-iżvelar perjodiku (eż. kull sena) tat-tnaqqis reali assolut u/jew relattiv fid-dieher tal-emissjonijiet tal-GHG |
Iva/Le |
Manifatturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku |
Dan l-indikatur jirreferi għall-iżvelar perjodiku tat-tnaqqis reali tal-emissjonijiet tal-GHG maħruġ fid-dieher mill-kumpanija |
Il-kumpanija |
L-emissjonijiet |
It-tnaqqis reali assolut u/jew relattiv tal-emissjonijiet tal-GHG jintwera u jiġi ppubblikat perjodikament |
3.2.2 |
L-inklużjoni tal-LCA skont l-istandards ISO 14040 u 14044 fl-istrateġija ambjentali tal-kumpanija u l-użu tal-LCA fit-teħid ta’ deċiżjonijiet importanti għall-iżvilupp ta’ prodotti ġodda u ddisinjati mill-ġdid |
Iva/Le |
Manifatturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku |
Dan l-indikatur jirreferi għal jekk il-LCA ġietx integrata fl-istrateġija ambjentali tal-kumpanija u jekk l-użu tagħha jsostnix deċiżjonijiet importanti għall-iżvilupp ta’ prodotti ġodda jew iddisinjati mill-ġdid |
Il-kumpanija |
L-effiċjenza enerġetika L-effiċjenza fl-użu tal-materjal L-ilma L-iskart Il-bijodiversità L-emissjonijiet |
Il-LCA titwettaq skont l-istandards internazzjonali ISO 14040 u ISO 14044. Il-kumpanija twettaq LCA għal prodotti ġodda u ddisinjati mill-ġdid u r-riżultati jintużaw b’mod sistematiku bħala bażi għal għażliet ta’ żvilupp tal-prodotti |
3.2.3 |
It-tfassil ta’ linji gwida għall-akkwist u r-rekwiżiti għall-prodotti u l-materjali l-aktar rilevanti identifikati fil-valutazzjoni tal-bijodiversità |
Iva/Le |
Manifatturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku |
Dan l-indikatur jirreferi għal jekk ġewx żviluppati linji gwida u rekwiżiti dwar il-prodotti u l-materjali identifikati bħala l-aktar rilevanti fil-valutazzjoni perjodika tal-impatti fuq il-bijodiversità tal-prodotti u l-materjali pprovduti mill-katina ta’ provvista |
Il-kumpanija |
Il-bijodiversità |
Il-kumpanija timplimenta programm għal valutazzjoni perjodika tal-impatti fuq il-bijodiveristà tal-prodotti u l-materjali provduti mill-katina ta’ provvista u r-riżultati tal-valutazzjoni jintużaw biex jiġu fformulati linji gwida u rekwiżiti dwar il-prodotti u l-materjali l-aktar rilevanti |
3.2.4. |
Il-BEMPs li jrawmu ekonomija aktar ċirkolari |
|||||||
L-iffissar tal-objettivi tal-ekonomija ċirkolari għall-prodotti l-ġodda |
Iva/Le |
Manifatturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku |
Dan l-indikatur jirreferi għall-preżenza tal-objettivi tal-ekonomija ċirkolari għal prodotti ġodda jew gruppi ta’ prodotti |
Il-kumpanija |
L-effiċjenza fl-użu tal-materjal |
Il-kumpanija stabbiliet l-objettivi tal-ekonomija ċirkolari għall-prodotti l-ġodda u proċess effettiv tad-disinn tal-prodott biex tiżgura li dawn jinkisbu |
3.3.1 |
Is-sehem tal-prodotti u l-komponenti (skont in-numru jew id-dħul) li għalihom tnedew ċikli ta’ disinn jew ċikli ta’ disinn mill-ġdid li jindirizzaw b’mod espliċitu l-approċċi differenti tal-ekonomija ċirkolari |
% |
Manifatturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku |
In-numru ta’ prodotti jew komponenti li għalihom iċ-ċikli tad-disinn jew tad-disinn mill-ġdid li espliċitament jindirizzaw l-approċċi differenti lejn ekonomija ċirkolari ġew implimentati diviż bin-numru totali ta’ prodotti jew komponenti mmanifatturati mill-kumpanija |
Il-kumpanija |
L-effiċjenza fl-użu tal-materjal |
Mhux disponibbli |
3.3.1 |
L-implimentazzjoni tal-mudell tal-IPSO li tiżgura li jipprovdi benefiċċji ambjentali |
Iva/Le |
Manifatturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku |
Dan l-indikatur jimmonitorja jekk huwiex stabbilit il-mudell tal-IPSO li għandu l-għan li jtejjeb il-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti |
Il-kumpanija |
L-effiċjenza fl-użu tal-materjal |
Il-kumpanija tadotta l-IPSO fin-negozju tagħha biex tiżgura li jwassal għal titjib kontinwu tal-prestazzjoni ambjentali tas-servizz tal-prodott offrut |
3.3.2 |
Ir-rati ta’ teħid lura tal-prodotti installati fil-bini tal-klijent fl-IPSO għal kull kategorija ta’ prodott |
% |
Manifatturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku |
L-indikatur jiġi espress bħala perċentwal tal-prodotti installati fil-bini tal-klijent fi ħdan il-mudell tal-IPSO u jittieħed lura mill-manifattur għall-użu mill-ġdid jew għar-rinnovazzjoni għal użu ulterjuri |
Il-kumpanija |
L-effiċjenza fl-użu tal-materjal |
100 % tar-rata ta’ teħid lura tal-apparati wara l-użu mill-konsumatur għall-kuntratti ta’ kiri u wara r-rata ta’ rinnovazzjoni ta’ 30 % |
3.3.2 |
Is-sehem ta’ apparati użati mill-ġdid min-numru totali ta’ apparati installati fl-IPSO (%) |
% |
Manifatturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku |
Dan l-indikatur jiġi espress bħala n-numru ta’ apparati użati mill-ġdid diviż bin-numru totali ta’ apparati installati f’mudell tal-IPSO mill-kumpanija |
Il-kumpanija |
L-effiċjenza fl-użu tal-materjal |
Mhux disponibbli |
3.3.2 |
L-użu tal-LCA sabiex jintwera li l-attivitajiet ta’ manifatturar mill-ġdid jew ta’ rinnovazzjoni għandhom benefiċċji netti ambjentali, inkluż fid-dawl ta’ żidiet fl-effiċjenza enerġetika ta’ mudelli ġodda ta’ prodotti |
Iva/Le |
Manifatturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku |
Dan l-indikatur jirreferi għall-użu tal-LCA biex juri l-benefiċċji netti ambjentali reali tal-attivitajiet tal-manifattura mill-ġdid jew tar-rinnovazzjoni |
Il-kumpanija |
L-effiċjenza fl-użu tal-materjal |
Il-LCA tintuża sabiex jintwera li l-attivitajiet tal-manifattura mill-ġdid jew tar-rinnovazzjoni għandhom benefiċċji netti ambjentali, inkluż fid-dawl ta’ żidiet fl-effiċjenza enerġetika ta’ mudelli ġodda ta’ prodotti |
3.3.3 |
L-ammont totali ta’ plastik riċiklat mill-iskart ta’ qabel il-konsumatur użat fil-manifattura |
Tunnellati |
Manifatturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku |
Il-piż ta’ plastik riċiklat mill-iskart ta’ qabel il-konsumatur użat għall-manifattura ta’ tagħmir elettriku u elettroniku |
Is-sit/il-kumpanija |
L-effiċjenza fl-użu tal-materjal |
Mhux disponibbli |
3.3.4 |
L-ammont totali ta’ plastik riċiklat mill-iskart ta’ wara l-konsumatur użat fil-manifattura (tunnellati) |
Tunnellati |
Manifatturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku |
Il-piż ta’ plastik riċiklat mill-iskart ta’ wara l-konsumatur użat għall-manifattura ta’ tagħmir elettriku u elettroniku |
Is-sit/il-kumpanija |
L-effiċjenza fl-użu tal-materjal |
Mhux disponibbli |
3.3.4 |
(1) Ir-rapport xjentifiku u ta’ politika huwa disponibbli għall-pubbliku fis-sit web tal-JRC fl-indirizz li ġej: http://susproc.jrc.ec.europa.eu/activities/emas/documents/BEMP_EEE_Manufacturing.pdf. Il-konklużjonijiet dwar l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali u l-applikabbiltà tagħhom kif ukoll dwar l-indikaturi speċifiċi identifikati tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza li jinsabu f’dan id-Dokument ta’ Referenza Settorjali huma bbażati fuq is-sejbiet dokumentati fir-rapport xjentifiku u ta’ politika. L-informazzjoni ta’ sfond u d-dettalji tekniċi kollha jistgħu jinstabu hemmhekk.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1836/93 tad-29 ta’ Ġunju 1993 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta’ kumpaniji fis-settur industrijali fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali ( ĠU L 168, 10.7.1993, p. 1 ).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fl-iskema Komunitarja għall-immaniġġjar tal-ambjent u verifika (EMAS) ( ĠU L 114, 24.4.2001, p. 1).
(4) Skont il-punt (e) tat-Taqsima B tal-Anness IV tar-Regolament dwar l-EMAS, id-dikjarazzjoni ambjentali għandu jkun fiha “sommarju tad-data disponibbli dwar il-prestazzjoni tal-organizzazzjoni f’taqbil mal-objettivi u l-miri ambjentali tagħha fir-rigward tal-impatti ambjentali sinifikattivi. Għandu jsir rapputar dwar l-indikaturi ċentrali u l-indikaturi ta’ prestazzjoni ambjentali eżistenti relevanti oħra kif imniżżlin fit-Taqsima C”. Skont it-Taqsima C tal-Anness IV, “kull organizzazzjoni għandha tirrapporta wkoll fuq bażi annwali dwar il-prestazzjoni tagħha rigward aspetti ambjentali aktar speċifiċi kif identifikati fid-dikjarazzjoni ambjentali tagħha u, fejn disponibbli, tieħu kont tad-dokumenti ta’ referenza settorjali kif imsemmi fl-Artikolu 46.”
(5) Deskrizzjoni dettaljata ta’ kull waħda mill-aqwa prassi, bi gwida prattika dwar kif jiġu implimentati, hija disponibbli fir-“Best Practice Report” li ġie ppubblikat mill-JRC u huwa disponibbli onlajn fuq: http://susproc.jrc.ec.europa.eu/activities/emas/documents/BEMP_EEE_Manufacturing.pdf. L-organizzazzjonijiet mistiedna jikkonsultawh jekk ikunu interessati li jitgħallmu iktar dwar uħud mill-aqwa prassi deskritti f’dan l-SRD.
(6) Ir-Regolament Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).
(7) Il-veloċità tal-wiċċ hija l-veloċità li biha l-arja tgħaddi mill-filtri jew mill-kojls tat-tisħin/tat-tkessiħ f’unità għall-immaniġġjar tal-arja.
(8) L-Indiċi tal-Ħruġ tal-Arja jiġi kkalkulat hekk: il-konsumaturi kollha tal-arja jintfew bħas-somma totali għal kull wieħed mill-kompressuri tal-ħin li jkun jaħdem immultiplikat bil-kapaċità ta’ dak il-kompressur, diviż bil-ħin totali f’modalità stennija u l-kapaċità nominali totali tal-kompressuri fis-sistema
(9) Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3), magħrufa bħala d-Direttiva Qafas dwar l-Iskart, tintroduċi ordni ta’ preferenza għall-azzjoni biex jitnaqqas u jiġi mmaniġġjat l-iskart. Din hi magħrufa bħala l-ġerarkija tal-iskart. Hi stabbilixxiet il-prevenzjoni tal-iskart bħala l-ogħla prijorità, segwita mill-użu mill-ġdid, imbagħad ir-riċiklaġġ tal-iskart u mbagħad l-irkupru (tal-enerġija) tal-frazzjonijiet tal-iskart li ma jistgħux jiġu evitati, użati mill-ġdid jew riċiklati. Fl-aħħar nett, ir-rimi tal-iskart irid jitqies biss meta ma tkun possibbli l-ebda waħda mir-rotot preċedenti.
(10) Xi wħud minnhom jistgħu xorta jintużaw bis-saħħa tal-eżenzjonijiet tal-RoHs (ir-restrizzjoni tas-sustanzi perikolużi)
(11) Skont il-Protokoll tal-GHG, l-emissjonijiet tal-ambitu 1 huma l-emissjonijiet tal-GHG diretti ta’ kumpanija, jiġifieri, l-emissjonijiet tal-GHG li jiġu rilaxxati mill-faċilitajiet jew mill-vetturi ppossessati jew ikkontrollati. L-emissjonijiet tal-ambitu 2 huma l-emissjonijiet tal-GHG indiretti mill-konsum ta’ elettriku, sħana, kesħa jew fwar mixtrija, jiġifieri, emissjonijiet li ġew rilaxxati xi mkien ieħor biex tiġi prodotta l-enerġija kkonsmata fil-konfini tal-kumpanija. L-ambitu 3 jiġbor fih l-emissjonijiet kollha l-oħra indiretti mill-prodott (oġġett jew servizz) jew flussi materjali li jidħlu fil-kumpanijia jew joħorġu minnha.
(12) L-indikaturi ċentrali tal-EMAS huma elenkati fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 (it-Taqsima C.2)
(13) In-numri jirreferu għat-taqsimiet f’dan id-dokument.