ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 3

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
7ta' Jannar 2019


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/13 tal-4 ta' Jannar 2019 li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Olandiża tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-tariffa Doganali Komuni ta' Dwana

1

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/14 tat-3 ta' Jannar 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera u tal-unitajiet veterinarji fi Traces (notifikata bid-dokument C(2018) 8847)  ( 1 )

3

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

7.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 3/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/13

tal-4 ta' Jannar 2019

li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Olandiża tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-tariffa Doganali Komuni ta' Dwana

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-punti (b) u (d) tal-Artikolu 9(1) tiegħu,

Billi:

(1)

B'riżultat tal-emenda għall-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1047 (2), il-verżjoni bil-lingwa Olandiża tat-test tan-nota f'qiegħ il-paġna 8 li tirrigwarda prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 3707 90 20 fil-Parti Tnejn tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, kif applikabbli mill-1 ta' Lulju 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016, fiha żball fir-rigward tad-deskrizzjoni tal-cartridges tat-toner elettrostatiċi u termoplastiċi. B'effett mill-1 ta' Jannar 2017, dan l-Anness ġie sostitwit bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1821 (3) u l-iżball ġie eliminat.

(2)

Peress li t-test li fih l-iżball xorta jista' jipproduċi effetti legali fir-rigward ta' ċerti sitwazzjonijiet li seħħew bejn l-1 ta' Lulju 2016 u l-31 ta' Diċembru 2016, il-verżjoni bil-lingwa Olandiża tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, kif applikabbli matul dak il-perjodu, għandha tiġi kkoreġuta skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati.

(3)

Minħabba l-kamp ta' applikazzjoni temporali limitat tat-test li fih l-iżball, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016 u għandu jidħol fis-seħħ b'urġenza.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Jannar 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1047 tat-28 ta' Ġunju 2016 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 170, 29.6.2016, p. 36).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1821 tas-6 ta' Ottubru 2016 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana(ĠU L 294, 28.10.2016, p. 1).


DEĊIŻJONIJIET

7.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 3/3


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/14

tat-3 ta' Jannar 2019

li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera u tal-unitajiet veterinarji fi Traces

(notifikata bid-dokument C(2018) 8847)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju applikabbli għall-kummerċ intra-Unjoni ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) u (3) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (2), u b'mod partikolari t-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 6(5) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE (4) tistabbilixxi lista ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera approvati skont id-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE. Dik il-lista hija stabbilita fl-Anness I ta' dik id-Deċiżjoni.

(2)

Il-Ġermanja infurmat lill-Kummissjoni li l-post ta' spezzjoni fil-fruntiera eżistenti fl-ajruport ta' Hamburg irid jiġi sostitwit b'post ta' spezzjoni fil-fruntiera mibni ġdid b'post differenti. Wara l-informazzjoni mill-Ġermanja u l-ispezzjoni sodisfaċenti mwettqa mill-Kummissjoni, il-post ta' spezzjoni ġdid fil-fruntiera fl-ajruport ta' Hamburg (Hamburg Flughafen) jenħtieġ li jiġi approvat għall-prodotti ppakkjati ta' konsum mill-bniedem, għall-prodotti ffriżati ppakkjati għall-konsum mhux mill-bniedem u għall-prodotti ppakkjati għall-konsum mhux mill-bniedem bl-ebda rekwiżiti ta' temperatura. Għalhekk, jenħtieġ li l-lista tal-annotazzjonijiet għal dak l-Istat Membru stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE tiġi emendata skont dan.

(3)

Wara l-informazzjoni li waslet mill-Greċja, jenħtieġ li tiżdied kategorija ta' approvazzjoni addizzjonali għall-prodotti ffriżati u mkessħin ippakkjati għall-konsum mhux mill-bniedem fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera f'Neos Kafkassos. Għalhekk, jenħtieġ li l-lista tal-annotazzjonijiet għal dak l-Istat Membru stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE tiġi emendata skont dan.

(4)

Wara l-informazzjoni li waslet minn Spanja, l-approvazzjoni għall-kategorija ta' prodotti ppakkjati għall-konsum mhux mill-bniedem bl-ebda rekwiżit ta' temperatura jenħtieġ li tingħata għaċ-ċentru ta' spezzjoni ta' Dársena u l-approvazzjoni għall-kategorija ta' prodotti għall-konsum mhux mill-bniedem jenħtieġ li titħassar mill-approvazzjoni taċ-ċentru ta' spezzjoni ta' Dique fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera ta' Santa Cruz de Tenerife port. Għaldaqstant, il-lista tal-annotazzjonijiet għal dak l-Istat Membru stabbilit fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(5)

Wara l-proposta mill-Portugall, l-approvazzjoni taċ-ċentru ta' spezzjoni ta' Liscont fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera fil-port ta' Lisbona jenħtieġ li tkun ristretta għall-prodotti ppakkjati għall-konsum mill-bniedem biss. Għalhekk, jenħtieġ li l-lista tal-annotazzjonijiet għal dak l-Istat Membru stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE tiġi emendata skont dan.

(6)

Wara l-informazzjoni li waslet mill-Iżvezja, l-annotazzjoni dwar iċ-ċentru ta' spezzjoni “IC2” approvata għall-kategorija “ekwidi” fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera fl-ajruport ta' Göteborg-Landvetter jenħtieġ li titħassar mil-lista ta' annotazzjonijiet għal dak l-Istat Membru kif stabbilit fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(7)

B'segwitu għall-proposta tar-Renju Unit, jenħtieġ li jiġi elenkat ċentru ta' spezzjoni ġdid fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera fl-ajruport ta' Heathrow għall-ispezzjoni ta' prodotti ppakkjati għall-konsum mill-bniedem. Għalhekk, jenħtieġ li l-lista tal-annotazzjonijiet għal dak l-Istat Membru stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE tiġi emendata skont dan.

(8)

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE jistabbilixxi l-lista tal-unitajiet ċentrali, reġjonali u lokali fis-sistema veterinarja kompjuterizzata integrata (it-Traces).

(9)

Il-Ġermanja infurmat lill-Kummissjoni li jenħtieġ li jsiru ċerti bidliet fil-lista ta' unitajiet lokali fi Traces għal dak l-Istat Membru. Huwa għalhekk xieraq li l-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Jannar 2019.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(2)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(3)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta' Settembru 2009 dwar it-tfassil ta' lista approvata ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veterinarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi Traces (ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1).


ANNESS

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-parti li tikkonċerna lill-Ġermanja, l-annotazzjoni għall-ajruport ta' Hamburg Flughafen hija sostitwita b'din li ġejja:

“Hamburg Flughafen

DE HAM 4

A

 

HC(2), NHC-T(FR)(2), NHC-NT(2)

O”

(b)

fil-parti li tikkonċerna lill-Greċja, l-annotazzjoni għall-post ta' spezzjoni fil-fruntiera ta' Neos Kafkassos hija sostitwita b'din li ġejja:

“Neos Kafkassos

GR NKF 3

R

 

HC, NHC-T(2), NHC-NT”

 

(c)

fil-parti li tikkonċerna lil Spanja, l-annotazzjoni għall-port ta' Santa Cruz de Tenerife hija sostitwita b'din li ġejja:

“Santa Cruz de Tenerife

ES SCT 1

P

Dársena

HC, NHC-NT(2)

 

Dique

 

U, E, O”

(d)

fil-parti li tikkonċerna lill-Portugall, l-annotazzjoni għall-port ta' Lisbona hija sostitwita b'din li ġejja:

“Lisboa

PT LIS 1

P

Liscont

HC(2)

 

Xabregas

HC, NHC-T(FR), NHC-NT”

 

(e)

fil-parti li tikkonċerna lill-Iżvezja, l-annotazzjoni għall-ajruport ta' Göteborg-Landvetter hija sostitwita b'din li ġejja:

“Göteborg-Landvetter

SE GOT 4

A

 

HC(2), NHC(2)

O”

(f)

fil-parti li tikkonċerna lir-Renju Unit, l-annotazzjoni għall-ajruport ta' Heathrow hija sostitwita b'din li ġejja:

“Heathrow

GB LHR 4

A

Eurobip

HC(1)(2), NHC(2)

 

Animal Reception Centre

 

U, E, O

APH Ltd.

HC(1)(2)”

 

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

Fil-parti li tikkonċerna lill-Ġermanja, taħt it-taqsima “DE00010 SAARLAND”, l-annotazzjoni għall-unità “DE29510 REGIONALSTELLE OST” hija sostitwita b'“DE29510 LANDESAMT FÜR VERBRAUCHERSCHUTZ”.