ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 334

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
31 ta' Diċembru 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 tad-19 ta' Diċembru 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 ( 1 )

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 tad-19 ta' Diċembru 2018 dwar il-verifika tad-data u l-akkreditament tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

94

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.

Din il-harga taghlaq is-serje L ghall-2018.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

31.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 334/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/2066

tad-19 ta' Diċembru 2018

dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tagħha,

Billi:

(1)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ b'urġenza sabiex titqies l-Ewwel Edizzjoni tal-Istandards Internazzjonali u Prattiki Rakkomandati dwar il-Protezzjoni Ambjentali - Skema ta' Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali (CORSIA) (l-Anness 16, il-Volum IV tal-Konvenzjoni ta' Chicago) adottati mill-Kunsill tal-ICAO fl-għaxar laqgħa tal-214-il sessjoni tiegħu fis-27 ta' Ġunju 2018, li huma maħsuba li japplikaw mill-2019.

(2)

Il-monitoraġġ u r-rapportar kompluti, konsistenti, trasparenti u preċiżi tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra, skont ir-rekwiżiti armonizzati stabbiliti f'dan ir-Regolament, huma fundamentali għall-operat effikaċi tal-iskema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra (“EU ETS”) stabbilita skont id-Direttiva 2003/87/KE.

(3)

Fit-tielet perjodu ta' negozjar tal-EU ETS (mill-2013 sal-2020), l-operaturi industrijali, l-operaturi tal-avjazzjoni, il-verifikaturi u l-awtoritajiet kompetenti kisbu esperjenza fil-monitoraġġ u r-rapportar skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 (2). Dik l-esperjenza wriet il-ħtieġa għal titjib, kjarifika u simplifikazzjoni tar-regoli ta' monitoraġġ u rapportar sabiex tiġi promossa iktar armonizzazzjoni u s-sistema ssir iktar effiċjenti. Ir-Regolament (UE) Nru 601/2012 ġie emendat kemm-il darba b'mod sostanzjali. Billi għandhom isiru iktar emendi, jenħtieġ li jiġi sostitwit għal raġunijiet ta' ċarezza.

(4)

Id-definizzjoni ta' “bijomassa” f'dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun konsistenti mad-definizzjonijiet ta' “bijomassa”, “bijolikwidi” u “bijokarburanti” fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), partikolarment peress li trattament preferenzjali fir-rigward ta' obbligi ta' restituzzjoni ta' kwoti taħt l-EU ETS jikkostitwixxi “skema ta' appoġġ” skont it-tifsira tal-punt (k) tal-Artikolu 2, u, konsegwentement, appoġġ finanzjarju skont it-tifsira tal-Artikolu 17(1)(c), ta' dik id-Direttiva.

(5)

Għal raġunijiet ta' konsistenza, id-definizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/450/KE (4) u d-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jenħtieġ li japplikaw għal dan ir-Regolament.

(6)

Sabiex jiġi żgurat li jsir l-aqwa operat tas-sistema ta' monitoraġġ u rapportar, l-Istati Membri li jaħtru iżjed minn awtorità kompetenti waħda jenħtieġ li jiżguraw li dawk l-awtoritajiet kompetenti jikkoordinaw xogħolhom b'konformità mal-prinċipji stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(7)

Il-pjan ta' monitoraġġ li jistabbilixxi dokumentazzjoni dettaljata, kompluta u trasparenti li tikkonċerna l-metodoloġija ta' installazzjoni speċifika jew ta' operatur tal-inġenji tal-ajru speċifiku, jenħtieġ li jkun parti ewlenija mis-sistema stabbilita minn dan ir-Regolament. Għandhom ikunu meħtieġa aġġornamenti regolari tal-pjan, kemm bħala tweġiba għas-sejbiet tal-verifikatur kif ukoll fuq l-inizjattiva proprja tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru. Ir-responsabbiltà ewlenija għall-implimentazzjoni tal-metodoloġija ta' monitoraġġ, li partijiet minnha huma speċifikati minn proċeduri meħtieġa minn dan ir-Regolament, jenħtieġ li tibqa' tal-operatur jew tal-operatur ta' inġenji tal-ajru.

(8)

Peress li l-pjan ta' monitoraġġ jikkostitwixxi l-element ċentrali tar-regoli ta' monitoraġġ u rapportar, kwalunkwe bidla sinifikanti fih jenħtieġ li tkun suġġetta għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti. Madankollu, sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi, ċerti tipi ta' tibdil fil-pjan jenħtieġ li ma jitqisux sinifikanti u għalhekk ma jeħtiġux approvazzjoni formali.

(9)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti metodoloġiji bażiċi ta' monitoraġġ sabiex jiġi mminimizzat il-piż fuq l-operaturi u l-operaturi ta' inġenji tal-ajru, u jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ u r-rapportar effettivi ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE. Dawk il-metodoloġiji jenħtieġ li jinkludu metodoloġiji bażiċi ta' kalkolu u kejl. Il-metodoloġiji ta' kalkolu jenħtieġ li jikkonsistu f'metodoloġija standard u f'metodoloġija tal-bilanċ tal-massa. Jenħtieġ li jkun possibbli li l-metodoloġiji tal-kejl, il-metodoloġija tal-kalkolu standard u l-metodoloġija tal-bilanċ tal-massa jiġu kkombinati fl-istess installazzjoni, sakemm l-operatur jiżgura li ma jkun hemm l-ebda ommissjoni jew għadd doppju.

(10)

Sabiex jiġi mminimizzat il-piż fuq l-operaturi u l-operaturi ta' inġenji tal-ajru, jenħtieġ li tiġi introdotta simplifikazzjoni rigward ir-rekwiżit tal-valutazzjoni tal-inċertezza, mingħajr ma titnaqqas il-preċiżjoni. Jenħtieġ li jiġu applikati rekwiżiti mnaqqsa b'mod konsiderevoli rigward il-valutazzjoni tal-inċertezza fejn jintużaw strumenti tal-kejl f'kundizzjonijiet “konformi mat-tip”, b'mod partikolari fejn dawk l-istrumenti jkunu taħt il-kontroll metroloġiku legali nazzjonali.

(11)

Jeħtieġ li jiġu ddefiniti fatturi ta' kalkolu li jistgħu jkunu fatturi predefiniti jew fatturi ddeterminati minn analiżi. Ir-rekwiżiti għall-analiżi jenħtieġ li jżommu l-preferenza għall-użu ta' laboratorji akkreditati skont l-istandard armonizzat Rekwiżiti ġenerali għall-kompetenza ta' laboratorji għall-ittestjar u l-kalibrar (EN ISO/IEC 17025) għall-metodi analitiċi rilevanti, u jipprovdu rekwiżiti sabiex tintwera ekwivalenza robusta fil-każ ta' laboratorji mhux akkreditati, inkluż b'konformità mal-istandard armonizzat Sistemi ta' maniġment tal-kwalità – Rekwiżiti (EN ISO/IEC 9001) jew sistemi ta' maniġment tal-kwalità ċertifikati relevanti oħrajn.

(12)

Jenħtieġ li tiġi stabbilita metodoloġija trasparenti u konsistenti sabiex jiġu ddeterminati kostijiet irraġonevoli.

(13)

Jenħtieġ li tiġi stabbilita ekwivalenza ulterjuri bejn il-metodoloġiji bbażati fuq il-kalkolu u dawk ibbażati fuq il-kejl. Dan ser jeħtieġ allinjament aħjar tar-rekwiżiti tal-livelli. Għall-iskop tad-determinazzjoni ta' frazzjonijiet tal-bijomassa ta' CO2 meta jintużaw sistemi ta' kejl kontinwu tal-emissjonijiet (CEMS), jenħtieġ li jittieħed kont tal-progress teknoloġiku reċenti. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli iktar flessibbli għad-determinazzjoni tal-frazzjoni tal-bijomassa, b'mod partikolari billi jiġu permessi metodi oħra minbarra approċċi bbażati fuq il-kalkolu għal dan l-iskop.

(14)

Peress li l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-bijomassa huma komunement ikklassifikati bħala żero għall-iskop tal-EU ETS, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli ssimplifikati ta' monitoraġġ għal flussi ta' sorsi ta' bijomassa puri. Meta l-fjuwils jew il-materjali jkunu taħlitiet ta' bijomassa u kostitwenti fossili, ir-rekwiżiti ta' monitoraġġ jenħtieġ li jiġu ċċarati. Jenħtieġ li ssir distinzjoni aħjar bejn il-fattur ta' emissjoni preliminari li jirreferi għall-kontenut totali tal-karbonju u l-fattur ta' emissjoni li jirreferi biss għall-frazzjoni ta' CO2 fossili. Għal dan l-iskop, jenħtieġ li jiġu pprovduti definizzjonijiet separati tal-livelli għall-fattur ta' emissjoni preliminari u l-frazzjoni tal-bijomassa/fossili. Bħal fil-każ ta' fatturi ta' kalkolu oħrajn, ir-rekwiżiti jenħtieġ li jqisu d-daqs tal-installazzjoni u l-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra assoċjati mal-fjuwil jew mal-materjal. Għal dan il-għan, ir-rekwiżiti minimi jenħtieġ li jiġu definiti.

(15)

L-impożizzjoni ta' sforz ta' monitoraġġ sproporzjonat fuq installazzjonijiet b'emissjonijiet annwali iżjed baxxi u inqas konsegwenzjali jenħtieġ li tiġi evitata, filwaqt li jiġi żgurat li jinżamm livell aċċettabbli ta' preċiżjoni. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċjali għal installazzjonijiet ikkunsidrati li għandhom emissjonijiet baxxi u għal operaturi ta' inġenji tal-ajru kkunsidrati bħala emittenti żgħar.

(16)

L-Artikolu 27 tad-Direttiva 2003/87/KE jippermetti lill-Istati Membri jeskludu installazzjonijiet żgħar mill-EU ETS, suġġett għal miżuri ekwivalenti u dejjem jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet f'dak l-Artikolu. L-Artikolu 27a tad-Direttiva 2003/87/KE jippermetti lill-Istati Membri jeskludu l-installazzjonijiet b'emissjonijiet ta' inqas minn 2 500 tunnellata, mill-EU ETS sakemm jintlaħqu l-kundizzjonijiet f'dak l-Artikolu. Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma japplikax direttament għal installazzjonijiet esklużi skont l-Artikolu 27 jew 27a tad-Direttiva 2003/87/KE sakemm l-Istat Membru ma jiddeċidix mod ieħor.

(17)

Sabiex jiġu koperti lakuni potenzjali marbutin mat-trasferiment ta' CO2 inerenti jew pur, trasferimenti bħal dawn jenħtieġ li jiġu permessi biss soġġetti għal kundizzjonijiet speċifiċi ħafna. Fis-sentenza tagħha tad-19 ta' Jannar 2017 fil-Kawża C-460/15 (6), il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ddeċidiet li t-tieni sentenza tal-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) Nru 601/2012 u l-punt 10(B) tal-Anness IV ta' dak ir-Regolament huma invalidi safejn jinkludu b'mod sistematiku d-dijossidu tal-karbonju (CO2) trasferit lejn installazzjoni oħra għall-produzzjoni tal-karbonat tal-kalċju ppreċipitat fl-emissjonijiet tal-installazzjoni tal-kombustjoni tal-ġir, irrispettivament minn jekk dak is-CO2 huwiex rilaxxat fl-atmosfera jew le. Sabiex titqies is-sentenza tal-Qorti fil-Kawża C-460/15, is-CO2 li jiġi ttrasferit għall-produzzjoni tal-karbonat tal-kalċju ppreċipitat u jispiċċa marbut kimikament fih jenħtieġ li jiġi rikonoxxut li mhuwiex rilaxxat fl-atmosfera. Madankollu, dawk il-kundizzjonijiet jenħtieġ li ma jeskludux il-possibbiltà ta' innovazzjonijiet futuri. Ir-Regolament (UE) Nru 601/2012 jenħtieġ li, għalhekk, jiġi emendat kif meħtieġ.

(18)

Peress li huwa possibbli li mhux biss CO2, iżda wkoll N2O jiġi ttrasferit bejn l-installazzjonijiet, jenħtieġ li jiġu introdotti regoli ta' monitoraġġ għat-trasferiment ta' N2O li huma simili għal dawk għat-trasferiment ta' CO2. Barra minn hekk, huwa xieraq li d-definizzjoni ta' CO2 inerenti tiġi estiża lil hinn mil-limiti tas-CO2 li jinsab fi fjuwils għal CO2 li jinsab fi kwalunkwe fluss mis-sors li għandu jiġi mmonitorjat.

(19)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-avjazzjoni dwar il-pjanijiet ta' monitoraġġ u l-monitoraġġ ta' emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra.

(20)

L-istima ta' data nieqsa jenħtieġ li ssir iżjed konsistenti billi jkun meħtieġ li jintużaw proċeduri konservattivi ta' stima rikonoxxuti fil-pjan ta' monitoraġġ jew, fejn dan ma jkunx possibbli, permezz tal-approvazzjoni ta' proċedura xierqa mill-awtorità kompetenti u l-inklużjoni tagħha fil-pjan ta' monitoraġġ.

(21)

L-operaturi jenħtieġ li jkunu meħtieġa li jirrevedu regolarment il-metodoloġija ta' monitoraġġ tagħhom għat-titjib u li jikkunsidraw ir-rakkomandazzjonijiet magħmulin mill-verifikaturi bħala parti mill-proċess ta' verifika. Fejn ma jużawx metodoloġija bbażata fuq is-sistema tal-livelli jew jonqsu milli jilħqu l-ogħla livell tal-metodoloġiji, l-operaturi jenħtieġ li jirrapportaw regolarment dwar il-passi li qed jieħdu biex jilħqu metodoloġija ta' monitoraġġ ibbażata fuq is-sistema tal-livelli u biex jilħqu l-ogħla livell meħtieġ. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv relatat mar-rappurtar dwar it-titjib, l-intervalli u r-raġunijiet għar-rappurtar dwar it-titjib jenħtieġ li jiġu aġġustati billi jitqiesu l-esperjenzi fil-prattika amministrattiva mill-Istati Membri.

(22)

Skont l-Artikoli 3e(1) u 28a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE, l-operaturi ta' inġenji tal-ajru jistgħu japplikaw għal allokazzjoni ta' kwoti ta' emissjonijiet mingħajr ħlas, rigward attivitajiet elenkati fl-Anness I ta' dik id-Direttiva, fuq bażi ta' data vverifikata dwar it-tunnellati-kilometri.

(23)

Jenħtieġ li jiġi promoss l-użu ta' teknoloġija tal-informatika, inklużi rekwiżiti għal formati tal-iskambju tad-data u l-użu ta' sistemi awtomatizzati, u għalhekk l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jesiġu li l-operaturi ekonomiċi jużaw sistemi bħal dawn. L-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew ukoll jelaboraw il-mudelli elettroniċi u speċifiċitajiet ta' formats ta' fajl tagħhom stess li, madankollu, jenħtieġ li jikkonformaw mal-istandards minimi ppubblikati mill-Kummissjoni.

(24)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli għal sustanzi li fihom forom oħra ta' karbonju li jwasslu għal emissjonijiet ta' CO2 għajr materjali li fihom il-karbonat sabiex jipprovdu iktar ċarezza dwar ir-regoli ta' monitoraġġ u rappurtar għall-emissjonijiet tal-proċess. L-użu tal-urea fit-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija-jenħtieġ li jissemma espliċitament u jenħtieġ li jiġi elenkat fattur tal-emissjoni predefinit korrispondenti.

(25)

L-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw ħin biżżejjed sabiex jadottaw il-miżuri meħtieġa u jistabbilixxu l-qafas istituzzjonali nazzjonali xieraq sabiex jiżguraw l-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament. Għaldaqstant, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika, inkluż wara reviżjoni oħra, qabel il-bidu tal-applikabilità tiegħu, sabiex iqis l-iżviluppi ulterjuri u sabiex ineħħu r-referenzi għal sorsi barra mil-liġi tal-Unjoni fejn possibbli, mill-bidu tar-raba' perjodu ta' negozjar, ħlief għall-emendi lir-Regolament (UE) Nru 601/2012 li jenħtieġ li japplikaw malajr kemm jista' jkun.

(26)

Ir-Regolament (UE) Nru 601/2012 jenħtieġ li jitħassar mill-1 ta' Jannar 2021. Madankollu, l-effetti tiegħu jenħtieġ li jinżammu għall-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika tad-data tal-emissjonijiet u tal-attivitajiet li jseħħu matul it-tielet perjodu ta' negozjar tal-EU ETS.

(27)

Dan ir-Regolament jinkludi titjib lill-monitoraġġ u r-rapportar li jqis l-Ewwel Edizzjoni tal-Istandards Internazzjonali u Prattiki Rakkomandati dwar il-Protezzjoni Ambjentali - Skema ta' Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali (CORSIA) (Anness 16, Volum IV għall-Ftehim) adottata mill-Kunsill tal-ICAO fl-għaxar laqgħa tal-214-il sessjoni tiegħu fis-27 ta' Ġunju 2018. Ir-Regolament dwar il-verifika tar-rapporti dwar l-emissjonijiet ta' gassijiet serra u r-rapporti dwar it-tunnellati-kilometri u l-akkreditazzjoni tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE qed jiġi emendat ukoll sabiex titqies l-Ewwel Edizzjoni tal-Istandards Internazzjonali u l-Prattiki Rakkomandati, u dawn iż-żewġ strumenti qed jiġu ssupplimentati minn Att Delegat skont l-Artikolu 28c tad-Direttiva 2003/87/KE. Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 601/2012 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(28)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

TAQSIMA 1

Is-suġġett u definizzjonijiet

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' data dwar l-emissjonijiet ta' gassijiet serra u l-attivitajiet skont id-Direttiva 2003/87/KE fil-perjodu ta' negozjar tal-iskema tal-Unjoni għan-negozjar ta' emissjonijiet li jibda fl-1 ta' Jannar 2021 u perjodi sussegwenti ta' negozjar.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra speċifikati b'rabta mal-attivitajiet elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE u data dwar l-attivitajiet minn installazzjonijiet stazzjonarji, minn attivitajiet tal-avjazzjoni u għall-monitoraġġ u r-rapportar tad-data dwar it-tunnellati-kilometri minn attivitajiet tal-avjazzjoni.

Dan għandu japplika għad-data dwar l-emissjonijiet u l-attivitajiet li jseħħu mill-1 ta' Jannar 2021.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

data dwar l-attivitajiet” tfisser data dwar l-ammont ta' karburanti jew materjali kkonsmati jew prodotti minn proċess rilevanti għall-metodoloġija ta' monitoraġġ ibbażata fuq kalkolu, espress f'terajoules, il-massa f'tunnellati jew (għall-gassijiet) bħala volum f'metri kubiċi normali, kif xieraq;

(2)

“perjodu ta' negozjar” tfisser perjodu kif imsemmi fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2003/87/KE;

(3)

“tunnellata-kilometru” tfisser tunnellata ta' tagħbija utli li tkun inġarret distanza ta' kilometru;

(4)

“fluss mis-sors” tfisser kwalunkwe ħaġa minn dawn li ġejjin:

(a)

tip speċifiku ta' karburant, materja prima jew prodott li joħloq emissjonijiet ta' gassijiet serra rilevanti f'sors ta' emissjoni wieħed jew iktar b'riżultat tal-konsum jew il-produzzjoni tiegħu;

(b)

tip speċifiku ta' karburant, materja prima jew prodott li jinkludi l-karbonju u inkluż fil-kalkolu tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra bl-użu ta' metodoloġija ta' bilanċ tal-massa;

(5)

“sors ta' emissjoni” tfisser parti identifikabbli b'mod separat ta' installazzjoni jew proċess f'installazzjoni, li minnha jiġu rilaxxati gassijiet serra rilevanti jew, għall-attivitajiet tal-avjazzjoni, inġenju tal-ajru individwali;

(6)

“inċertezza” tfisser parametru, assoċjat mar-riżultat tad-determinazzjoni ta' kwantità, li jikkaratterizza d-dispersjoni tal-valuri li jkunu jistgħu jiġu attribwiti b'mod raġonevoli lill-kwantità partikolari, inklużi l-effetti ta' fatturi sistematiċi kif ukoll ta' fatturi aleatorji, espressi f'perċentwal, u jiddeskrivi intervall ta' kunfidenza madwar il-valur medju li jinkludi 95 % tal-valuri dedotti b'kunsiderazzjoni ta' kwalunkwe asimmetrija tad-distribuzzjoni tal-valuri;

(7)

“fatturi ta' kalkolu” tfisser valur kalorifiku nett, fattur ta' emissjoni, fattur preliminari ta' emissjoni, fattur ta' ossidazzjoni, fattur ta' konverżjoni, kontenut ta' karbonju jew frazzjoni ta' bijomassa;

(8)

“livell” tfisser rekwiżit stabbilit użat għad-determinazzjoni tad-data tal-attivitajiet, il-fatturi ta' kalkolu, l-emissjonijiet annwali u l-medja fis-siegħa annwali tal-emissjonijiet, u t-tagħbija utli;

(9)

“riskju inerenti” tfisser is-suxxettibbiltà ta' parametru fir-rapport dwar l-emissjonijiet jew ir-rapport dwar it-tunnellati-kilometri annwali għal dikjarazzjonijiet skorretti li jistgħu jkunu materjali, individwalment jew meta aggregati ma' dikjarazzjonijiet skorretti oħrajn, qabel ma jiġi kkunsidrat l-effett ta' kwalunkwe attività ta' kontroll relatata;

(10)

“riskju ta' kontroll” tfisser is-suxxettibbiltà ta' parametru fir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet jew ir-rapport dwar it-tunnellati-kilometri għal dikjarazzjonijiet skorretti li jistgħu jkunu materjali, individwalment jew meta aggregati ma' dikjarazzjonijiet skorretti oħra, u li ma jiġux evitati jew skoperti u korretti fil-ħin mis-sistema ta' kontroll;

(11)

“emissjonijiet ta' kombustjoni” tfisser emissjonijiet ta' gassijiet serra li jseħħu waqt ir-reazzjoni eżotermika ta' karburant mal-ossiġenu;

(12)

“perjodu ta' rapportar” tfisser sena kalendarja li matulha jkollhom jiġu mmonitorjati u rrapportati emissjonijiet jew, għal data ta' tunnellati-kilometri, is-sena ta' monitoraġġ kif imsemmi fl-Artikoli 3e u 3f tad-Direttiva 2003/87/KE;

(13)

“fattur ta' emissjoni” tfisser ir-rata medja ta' emissjoni ta' gass serra relatata mad-data dwar l-attivitajiet ta' fluss minn sors bis-suppożizzjoni ta' ossidazzjoni kompluta għall-kombustjoni u l-konverżjoni kompluta għar-reazzjonijiet kimiċi l-oħrajn kollha;

(14)

“fattur tal-ossidazzjoni” tfisser il-proporzjon ta' karbonju ossidat għal CO2 bħala konsegwenza ta' kombustjoni mat-total ta' karbonju li jinsab fil-karburant, espress bħala frazzjoni, b'kunsiderazzjoni tal-monossidu tal-karbonju (CO) rilaxxat fl-atmosfera bħala l-ammont molari ekwivalenti ta' CO2;

(15)

“fattur ta' konverżjoni” tfisser il-proporzjon ta' karbonju rilaxxat bħala CO2 mal-karbonju totali inkluż fil-fluss minn sors qabel ma jseħħ il-proċess ta' emissjoni, espress bħala frazzjoni, b'kunsiderazzjoni tas-CO rilaxxat fl-atmosfera bħala l-ammont molari ekwivalenti ta' CO2;

(16)

“preċiżjoni” tfisser kemm ikun qrib il-qbil bejn ir-riżultat ta' kejl u l-valur effettiv tal-kwantità partikolari jew valur ta' referenza ddeterminat b'mod empiriku bl-użu ta' materjali ta' kalibrazzjoni u metodi standard aċċettati f'livell internazzjonali u traċċabbli, billi jiġu kkunsidrati kemm il-fatturi aleatorji kif ukoll dawk sistematiċi;

(17)

“kalibrazzjoni” tfisser il-grupp ta' operazzjonijiet, li jistabbilixxi, f'kundizzjonijiet speċifikati, ir-rabtiet bejn valuri indikati minn strument tal-kejl jew sistema tal-kejl, jew valuri rrappreżentati minn kejl materjali jew materjal ta' referenza u l-valuri korrispondenti ta' kwantità realizzata permezz ta' standard ta' referenza;

(18)

“titjira” tfisser titjira kif definita fil-punt 1(1) tal-Anness tad-Deċiżjoni 2009/450/KE;

(19)

“passiġġieri” tfisser persuni abbord l-inġenju tal-ajru waqt titjira esklużi l-membri tal-ekwipaġġ waqt il-ħin tax-xogħol;

(20)

“konservattiv” tfisser li jiġi ddefinit grupp ta' suppożizzjonijiet sabiex jiġi żgurat li ma sseħħ l-ebda sottostima ta' emissjonijiet annwali jew sovrastima ta' tunnellati -kilometri;

(21)

“bijomassa” tfisser il-frazzjoni bijodegradabbli tal-prodotti, l-iskart u r-residwi ta' oriġini bijoloġika mill-agrikoltura (inklużi s-sustanzi veġetali u tal-annimali), mill-forestrija u minn industriji oħrajn relatati, inkluż mis-sajd u l-akkwakultura, kif ukoll il-frazzjoni bijodegradabbli tal-iskart industrijali u dak muniċipali; tinkludi wkoll il-bijolikwidi u l-bijokarburanti;

(22)

“bijolikwidi” tfisser karburant likwidu għal finijiet enerġetiċi minbarra għat-trasport, inkluż l-elettriku u t-tisħin u t-tkessiħ, prodott minn bijomassa;

(23)

“bijokarburanti” tfisser karburant likwidu jew gassuż għat-trasport prodott mill-bijomassa;

(24)

“kontroll metroloġiku legali” tfisser il-kontroll tal-kompiti tal-kejl maħsuba għall-kamp tal-applikazzjoni ta' strument tal-kejl, għal raġunijiet ta' interess pubbliku, is-saħħa pubblika, is-sigurtà pubblika, l-ordni pubbliku, il-protezzjoni tal-ambjent, il-ġbir tat-taxxi u tad-dazji, il-protezzjoni tal-konsumaturi u l-kummerċ ġust;

(25)

“żball massimu permissibbli” tfisser l-iżball ta' kejl permess kif speċifikat fl-Anness I u l-annessi speċifiċi għall-istrumenti tad-Direttiva 2014/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), jew regoli nazzjonali dwar il-kontroll metroloġiku legali, kif xieraq;

(26)

“attivitajiet ta' fluss ta' data-” tfisser attivitajiet relatati mal-akkwist, l-ipproċessar u l-immaniġġjar ta' data meħtieġa għat-tfassil ta' rapport dwar l-emissjonijiet minn data ta' sorsi primarji;

(27)

“tunnellati ta' CO2(e)” tfisser tunnellati metriċi ta' CO2 jew CO2(e);

(28)

“CO2(e)” tfisser kwalunkwe gass serra, minbarra CO2, elenkat fl-Anness II tad-Direttiva 2003/87/KE b'potenzjal ekwivalenti ta' tisħin globali bħal CO2;

(29)

“sistema ta' kejl” tfisser grupp komplut ta' strumenti tal-kejl u tagħmir ieħor, bħal tagħmir għat-teħid ta' kampjuni u l-ipproċessar ta' data, użati għad-determinazzjoni ta' fatturi varjabbli bħad-data tal-attivitajiet, il-kontenut ta' karbonju, il-valur kalorifiku jew il-fattur ta' emissjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra;

(30)

“valur kalorifiku nett” (NCV) tfisser l-ammont speċifiku ta' enerġija rilaxxata bħala sħana meta karburant jew materjal jiġi sottopost għal kombustjoni kompluta bl-ossiġenu f'kundizzjonijiet standard, bit-tnaqqis tas-sħana tal-vaporizzazzjoni ta' kwalunkwe ilma li jifforma;

(31)

“emissjonijiet ta' proċess” tfisser emissjonijiet ta' gassijiet serra minbarra l-emissjonijiet ta' kombustjoni li jinħolqu bħala riżultat ta' reazzjonijiet intenzjonati u mhux intenzjonati bejn sustanzi jew it-trasformazzjoni tagħhom, inkluż ir-riduzzjoni kimika jew elettrolitika ta' minerali metalliċi, id-dekompożizzjoni termali ta' sustanzi, u l-formazzjoni ta' sustanzi għall-użu bħala prodott jew materja prima;

(32)

“karburant standard kummerċjali” tfisser il-karburanti kummerċjali standardizzati f'livell internazzjonali li juru intervall ta' kunfidenza ta' 95 % ta' mhux iżjed minn 1 % għall-valur kalorifiku speċifikat tagħhom, inkluż iż-żejt tal-gass, iż-żejt ta' karburanti ħfief, il-gażolina, iż-żejt tal-lampi, il-pitrolju, l-etan, il-propan u l-butan, il-pitrolju tal-ġettijiet (ġett A1 jew ġett A), il-gażolina tal-ġettijiet (ġett B) u l-gażolina tal-avjazzjoni (AvGas);

(33)

“lott” tfisser ammont ta' karburant jew materjal meħud bħala kampjun b'mod rappreżentattiv u kkaratterizzat u ttrasferit bħala vjeġġ wieħed jew kontinwament matul perjodu ta' żmien speċifiku;

(34)

“karburant imħallat” tfisser karburant li jinkludi kemm karbonju tal-bijomassa kif ukoll karbonju fossili;

(35)

“materjal imħallat” tfisser materjal li jinkludi kemm karbonju tal-bijomassa kif ukoll karbonju fossili;

(36)

“fattur ta' emissjoni preliminari” tfisser il-fattur ta' emissjoni totali preżunt ta' karburant jew materjal ibbażat fuq il-kontenut ta' karbonju tal-frazzjoni ta' bijomassa tiegħu flimkien mal-frazzjoni ta' fossili tiegħu qabel ma jiġi mmultiplikat mal-frazzjoni ta' fossili sabiex jipproduċi l-fattur ta' emissjoni;

(37)

“frazzjoni fossili” tfisser il-proporzjon ta' karbonju fossili mal-kontenut totali ta' karbonju ta' karburant jew materjal, espress bħala frazzjoni;

(38)

“frazzjoni ta' bijomassa” tfisser il-proporzjon ta' karbonju li joriġina minn bijomassa mqabbel mal-kontenut totali ta' karbonju ta' karburant jew materjal, espress bħala frazzjoni;

(39)

“metodu tal-bilanċ tal-enerġija” tfisser metodu għall-istima tal-ammont ta' enerġija użata bħala karburant f'bojler, ikkalkulat bħala s-somma ta' sħana li tista' tintuża u t-telf rilevanti kollu ta' enerġija permezz ta' radjazzjoni, trażmissjoni u permezz tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija;

(40)

“kejl kontinwu tal-emissjonijiet” tfisser grupp ta' operazzjonijiet li jkollhom l-għan li jiddeterminaw il-valur ta' kwantità permezz ta' kejl perjodiku, bl-applikazzjoni ta' kejl in situ fiċ-ċumnija jew ta' proċeduri estrattivi bi strument tal-kejl imqiegħed qrib iċ-ċumnija, waqt li jiġu esklużi metodoloġiji ta' kejl ibbażati fuq il-ġbir ta' kampjuni individwali miċ-ċumnija;

(41)

“CO2 inerenti” tfisser CO2 li huwa parti minn fluss ta' sors;

(42)

“karbonju fossili” tfisser karbonju inorganiku jew organiku li ma jkunx bijomassa;

(43)

“punt tal-kejl” tfisser is-sors ta' emissjoni li għalih jintużaw sistemi ta' kejl ta' emissjonijiet kontinwi (CEMS) għall-kejl ta' emissjonijiet, jew it-taqsima trasversali ta' sistema ta' pajpijiet li għaliha l-fluss ta' CO2 jiġi ddeterminat bl-użu ta' sistemi ta' kejl kontinwu;

(44)

“dokumentazzjoni ta' massa u bilanċ” tfisser id-dokumentazzjoni kif speċifikata fl-implimentazzjoni internazzjonali jew nazzjonali tal-Istandards u l-Prattiki Rakkomandati (SARPs), kif stabbilit fl-Anness 6 għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, iffirmata f'Chicago fis-7 ta' Diċembru 1944 u kif speċifikat fit-Taqsima 3 tas-Sottoparti C tal-Anness IV tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (8), jew regoli internazzjonali applikabbli ekwivalenti;

(45)

“distanza” tfisser id-distanza ortodromika bejn l-ajrudrom tat-tluq u l-ajrudrom tal-wasla, flimkien ma' fattur fiss ta' 95 km;

(46)

“ajrudrom tat-tluq” tfisser l-ajrudrom li fih tibda titjira li tikkostitwixxi attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE;

(47)

“ajrudrom tal-wasla” tfisser l-ajrudrom li fih tispiċċa titjira li tikkostitwixxi attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE;

(48)

“tagħbija utli” tfisser il-massa totali ta' merkanzija, posta, passiġġieri u bagalji li jinġarru abbord inġenju tal-ajru waqt titjira;

(49)

“emissjonijiet li jaħarbu” tfisser emissjonijiet irregolari jew ta' bla ħsieb minn sorsi li ma jkunux lokalizzati, jew li jvarjaw wisq jew żgħar wisq sabiex jiġu mmonitorjati individwalment;

(50)

“ajrudrom” tfisser ajrudrom kif definit fil-punt 1(2) tal-Anness tad-Deċiżjoni 2009/450/KE;

(51)

“par ajrudromi” tfisser par magħmul mill-ajrudrom tat-tluq u l-ajrudrom tal-wasla;

(52)

“kundizzjonijiet standard” tfisser temperatura ta' 273,15 K u kundizzjonijiet ta' pressjoni ta' 101 325 Pa li jiddefinixxu metri kubiċi normali (Nm3);

(53)

“sit tal-ħżin” tfisser sit tal-ħżin kif definit fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2009/31/KE;

(54)

“il-qbid ta' CO2” tfisser l-attività tal-qbid ta' CO2 minn flussi tal-gass, li inkella jiġi rilaxxat, bil-għan li jinġarr u jinħażen b'mod ġeoloġiku f'sit tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE;

(55)

“trasport ta' CO2” tfisser it-trasport ta' CO2 permezz ta' pajpijiet għall-ħżin ġeoloġiku f'sit ta' ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE;

(56)

“ħżin ġeoloġiku ta' CO2” tfisser il-ħżin ġeoloġiku ta' CO2 kif definit fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2009/31/KE;

(57)

“emissjonijiet ivventjati” tfisser emissjonijiet rilaxxati deliberatament minn installazzjoni permezz ta' punt definit ta' emissjoni;

(58)

“irkupru mtejjeb ta' idrokarburi” tfisser l-irkupru ta' idrokarburi minbarra dawk estratti bl-injezzjoni ta' ilma jew mezzi oħrajn;

(59)

data proxy” tfisser valuri annwali li jiġu sostanzjati b'mod empiriku jew jiġu dderivati minn sorsi aċċettati u li operatur juża sabiex jissostitwixxi d-data tal-attivitajiet jew il-fatturi ta' kalkolu għall-fini li jiġi żgurat rapportar komplut meta ma jkunx possibbli li tiġi ġġenerata d-data tal-attivitajiet kollha meħtieġa jew il-fatturi ta' kalkolu fil-metodoloġija ta' monitoraġġ applikabbli;

(60)

“kolonna tal-ilma” tfisser kolonna tal-ilma kif definita fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/31/KE;

(61)

“tnixxija” tfisser tnixxija kif definit fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2009/31/KE;

(62)

“kumpless tal-ħżin” tfisser il-kumpless tal-ħżin kif definit fl-Artikolu 3(6) tad-Direttiva 2009/31/KE;

(63)

“netwerk tat-trasport” tfisser netwerk tat-trasport kif definit fl-Artikolu 3(22) tad-Direttiva 2009/31/KE.

TAQSIMA 2

Prinċipji ġenerali

Artikolu 4

Obbligu ġenerali

L-operaturi u l-operaturi ta' inġenji tal-ajru għandhom iwettqu l-obbligi tagħhom relatati mal-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra taħt id-Direttiva 2003/87/KE skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 5 sa 9.

Artikolu 5

Kompletezza

Il-monitoraġġ u r-rapportar għandhom ikunu kompluti u jkopru l-emissjonijiet kollha tal-proċess u l-kombustjoni mis-sorsi ta' emissjonijiet u l-flussi mis-sorsi kollha li jagħmlu parti mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE u attivitajiet rilevanti oħrajn inklużi skont l-Artikolu 24 ta' dik id-Direttiva, u tal-gassijiet serra kollha speċifikati b'rabta ma' dawk l-attivitajiet waqt li jiġi evitat l-għadd doppju.

L-operaturi u l-operaturi ta' inġenji tal-ajru għandhom jieħdu miżuri xierqa sabiex jevitaw kwalunkwe nuqqas fid-data fi żmien il-perjodu ta' rapportar.

Artikolu 6

Konsistenza, komparabbiltà u trasparenza

1.   Il-monitoraġġ u r-rapportar għandhom ikunu konsistenti u komparabbli tul iż-żmien. Għal dak il-għan, l-operaturi u l-operaturi ta' inġeni tal-ajru għandhom jużaw ċerti metodoloġiji ta' monitoraġġ u gruppi ta' data soġġetti għal tibdil u derogi approvati mill-awtorità kompetenti.

2.   L-operaturi u l-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom jiksbu, jirreġistraw, jikkompilaw, janalizzaw u jiddokumentaw data ta' monitoraġġ, inklużi suppożizzjonijiet, referenzi, data dwar l-attivitajiet u fatturi ta' kalkolu, b'mod trasparenti li jippermetti r-riproduzzjoni tad-determinazzjoni ta' emissjonijiet mill-verifikatur u l-awtorità kompetenti.

Artikolu 7

Akkuratezza

L-operaturi u l-operaturi ta' inġenji tal-ajru għandhom jiżguraw li d-determinazzjoni ta' emissjonijiet ma tkunx impreċiża la b'mod sistematiku u lanqas b'mod konxju.

Huma għandhom jidentifikaw u jnaqqsu kemm jista' jkun possibbli kwalunkwe sors ta' ineżattezza.

Huma għandhom jeżerċitaw diliġenza xierqa sabiex jiżguraw li l-kalkolu u l-kejl tal-emissjonijiet juru l-ogħla preċiżjoni li tista' tintlaħaq.

Artikolu 8

Integrità tal-metodoloġija u tar-rapport dwar l-emissjonijiet

L-operaturi u l-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom jippermettu li tiġi rrappurtata assigurazzjoni raġonevoli tal-integrità tad-data tal-emissjonijiet. Huma għandhom jiddeterminaw l-emissjonijiet bl-użu tal-metodoloġiji ta' monitoraġġ xierqa stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Id-data dwar l-emissjonijiet irrappurtata u l-iżvelar relatat għandhom ikunu ħielsa minn dikjarazzjonijiet skorretti materjali kif definit fl-Artikolu 3(6) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 (9), għandhom jevitaw il-preġudizzju fl-għażla u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni, u għandhom jipprovdu rendikont kredibbli u bbilanċjat tal-emissjonijiet ta' installazzjoni jew operatur ta' inġenji tal-ajru.

Fl-għażla tal-metodoloġija ta' monitoraġġ, it-titjib li jirriżulta minn akkuratezza ikbar għandu jiġi bbilanċjat mal-kostijiet addizzjonali. Il-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet għandu jkollhom il-mira li jilħqu l-ogħla preċiżjoni li tista' tinkiseb, għajr jekk dan ma jkunx teknikament vijabbli jew jimplika kostijiet irraġonevoli.

Artikolu 9

Titjib kontinwu

L-operaturi u l-operaturi ta' inġenji tal-ajru għandhom jikkunsidraw ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fir-rapporti ta' verifika maħruġa skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2003/87/KE fil-monitoraġġ u r-rapportar konsegwenti.

Artikolu 10

Koordinazzjoni

Fejn Stat Membru jaħtar iżjed minn awtorità kompetenti waħda skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2003/87/KE, huwa għandu jikkoordina l-ħidma mwettqa minn dawk l-awtoritajiet skont dan ir-Regolament.

KAPITOLU II

PJAN TA' MONITORAĠĠ

TAQSIMA 1

Regoli ġenerali

Artikolu 11

Obbligu ġenerali

1.   Kull operatur jew operatur ta' inġenji tal-ajru għandu jimmonitorja l-emissjoniijet ta' gassijiet serra fuq il-bażi ta' pjan ta' monitoraġġ approvat mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 12, b'kunsiderazzjoni tan-natura u l-funzjonament tal-installazzjoni jew tal-attività ta' avjazzjoni li japplika għalihom.

Il-pjan ta' monitoraġġ għandu jiġi ssupplimentat permezz ta' proċeduri bil-miktub li l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru jistabbilixxi, jiddokumenta, jimplimenta u jżomm għal attivitajiet skont il-pjan ta' monitoraġġ, skont kif ikun xieraq.

2.   Il-pjan ta' monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiddeskrivi l-istruzzjonijiet lill-operatur jew lill-operatur ta' inġenji tal-ajru b'mod loġiku u sempliċi, billi tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi u jiġu kkunsidrati sistemi eżistenti li jkunu jinsabu fl-installazzjoni jew użati mill-operatur jew mill-operatur ta' inġenji tal-ajru.

Artikolu 12

Il-kontenut u s-sottomissjoni tal-pjan ta' monitoraġġ

1.   Kull operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jissottometti pjan ta' monitoraġġ lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni.

Il-pjan ta' monitoraġġ għandu jikkonsisti minn dokumentazzjoni dettaljata, kompluta u trasparenti tal-metodoloġija ta' monitoraġġ ta' installazzjoni speċifika jew ta' operatur ta' inġenji tal-ajru speċifiku u għandu jinkludi mill-inqas l-elementi stabbiliti fl-Anness I.

Flimkien mal-pjan ta' monitoraġġ, l-operatur jew l-operatur ta' inġenji tal-ajru għandu jissottometti d-dokumenti ta' appoġġ li ġejjin:

(a)

għal installazzjonijiet, evidenza għal kull fluss ta' sors maġġuri u minuri li turi konformità mal-limiti ta' inċertezza għal data tal-attivitajiet u fatturi ta' kalkolu, fejn applikabbli, għal livelli applikati kif definiti fl-Annessi II u IV, u għal kull sors ta' emissjoni li juri konformità mal-limiti ta' inċertezza għal-livelli applikati kif definiti fl-Anness VIII, fejn applikabbli;

(b)

ir-riżultati ta' valutazzjoni tar-riskji li jipprovdu evidenza li l-attivitajiet ta' kontroll u l-proċeduri għall-attivitajiet ta' kontroll proposti jkunu proporzjonati mar-riskji inerenti u r-riskji ta' kontroll identifikati.

2.   Fejn l-Anness I jirreferi għal proċedura, operatur jew operatur ta' inġenji tal-ajru għandu jistabbilixxi, jiddokumenta, jimplimenta u jżomm proċedura bħal din b'mod separat mill-pjan ta' monitoraġġ.

L-operatur jew l-operatur ta' inġenji tal-ajru għandu jagħmel sommarju tal-proċeduri fil-pjan ta' monitoraġġ li jipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

it-titlu tal-proċedura;

(b)

referenza traċċabbli u verifikabbli għall-identifikazzjoni tal-proċedura;

(c)

identifikazzjoni tal-kariga jew tad-dipartiment responsabbli mill-implimentazzjoni tal-proċedura u għad-data ġġenerata minn jew immaniġġjata mill-proċedura;

(d)

deskrizzjoni fil-qosor tal-proċedura, li tippermetti lill-operatur jew lill-operatur tal-inġenji tal-ajru, lill-awtorità kompetenti u lill-verifikatur jifhmu l-parametri essenzjali u l-operazzjonijiet imwettqa;

(e)

il-post tar-reġistri u tal-informazzjoni rilevanti;

(f)

isem is-sistema kompjuterizzata użata, fejn applikabbli;

(g)

lista tal-istandards EN jew standards oħrajn applikati, jekk rilevanti.

L-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jagħmel disponibbli kwalunkwe dokumentazzjoni bil-miktub tal-proċeduri lill-awtorità kompetenti fuq talba. L-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandhom jagħmluhom disponibbli wkoll għall-finijiet tal-verifika skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2067.

3.   Minbarra l-elementi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu l-inklużjoni ta' elementi ulterjuri fil-pjan ta' monitoraġġ tal-installazzjonijiet sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 10a(1) tad-Direttiva 2003/87/KE u atti ta' implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 10a(21) ta' dik id-Direttiva.

Artikolu 13

Pjanijiet ta' monitoraġġ standardizzati u simplifikati

1.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-operaturi u lill-operaturi ta' inġenji tal-ajru l-użu ta' pjanijiet ta' monitoraġġ standardizzati jew simplifikati, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12(3).

Għal dak il-għan, l-Istati Membri jistgħu jippubblikaw mudelli għal dawk il-pjanijiet ta' monitoraġġ, inkluż id-deskrizzjoni ta' fluss ta' data u proċeduri ta' kontroll imsemmija fl-Artikoli 58 u 59, abbażi tal-mudelli u l-linji gwida ppubblikati mill-Kummissjoni.

2.   Qabel l-approvazzjoni ta' kwalunkwe pjan ta' monitoraġġ issimplifikat, kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha twettaq valutazzjoni tar-riskji simplifikata dwar jekk l-attivitajiet ta' kontroll u l-proċeduri għal attivitajiet ta' kontroll proposti humiex proporzjonati mar-riskji inerenti u mar-riskji ta' kontroll identifikati, u jekk jiġġustifikawx l-użu ta' pjan ta' monitoraġġ simplifikat bħal dan.

L-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-operatur jew l-operatur ta' inġenji tal-ajru jwettaq il-valutazzjoni tar-riskji skont is-subparagrafu ta' qabel stess, fejn ikun xieraq.

Artikolu 14

Modifiki tal-pjan ta' monitoraġġ

1.   Kull operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jivverifika regolarment jekk il-pjan ta' monitoraġġ jirriflettix in-natura u l-funzjonament tal-installazzjoni jew tal-attività ta' avjazzjoni skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/87/KE, u jekk il-metodoloġija ta' monitoraġġ tistax tittejjeb.

2.   L-operatur jew l-operatur ta' inġenji tal-ajru għandu jimmodifika l-pjan ta' monitoraġġ, mill-inqas, fi kwalunkwe sitwazzjoni bħal dawn li gejjin:

(a)

iseħħu emissjonijiet ġodda minħabba attivitajiet ġodda li jkunu qegħdin jitwettqu jew minħabba l-użu ta' karburanti jew materjali ġodda li jkunu għadhom mhumiex inklużi fil-pjan ta' monitoraġġ;

(b)

tinbidel id-disponibbiltà tad-data, minħabba l-użu ta' tipi ġodda ta' strumenti tal-kejl, ta' metodi għat-teħid ta' kampjuni jew ta' metodi ta' analiżi, jew għal raġunijiet oħra, li twassal għal preċiżjoni ogħla fid-determinazzjoni tal-emissjonijiet;

(c)

id-data li tirriżulta mill-metodoloġija ta' monitoraġġ applikata preċedentement tkun instabet li mhix korretta;

(d)

it-tibdil tal-pjan ta' monitoraġġ itejjeb il-preċiżjoni tad-data rrapportata, għajr jekk dan ma jkunx teknikament vijabbli jew jista' jimplika kostijiet irraġonevoli;

(e)

il-pjan ta' monitoraġġ ma jkunx konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u l-awtorità kompetenti titlob lill-operatur jew lill-operatur tal-inġenji tal-ajru sabiex jibdluh;

(f)

ikun meħtieġ li ssir tweġiba għas-suġġerimenti għat-titjib tal-pjan ta' monitoraġġ inkluż f'rapport ta' verifika.

Artikolu 15

Approvazzjoni ta' modifiki tal-pjan ta' monitoraġġ

1.   L-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti dwar kwalunkwe proposta għal tibdil tal-pjan ta' monitoraġġ mingħajr dewmien żejjed.

Madankollu, l-awtorità kompetenti tista' tippermetti lill-operatur jew lill-operatur tal-inġenji tal-ajru jinnotifika modifiki tal-pjan ta' monitoraġġ li mhumiex sinifikanti skont it-tifsira tal-paragrafi 3 u 4 sal-31 ta' Diċembru tal-istess sena.

2.   Kwalunkwe tibdil sinifikanti tal-pjan ta' monitoraġġ kif mifhum fil-paragrafi 3 u 4 għandu jkun suġġett għal approvazzjoni mill-awtorità kompetenti.

Fejn l-awtorità kompetenti tikkunsidra li modifika ma tkunx sinifikanti, għandha tgħarraf lill-operatur jew lill-operatur tal-inġenji tal-ajru dwar dan mingħajr dewmien żejjed.

3.   Modifiki sinifikanti għall-pjan ta' monitoraġġ ta' installazzjoni jinkludu:

(a)

bidliet fil-kategorija tal-installazzjoni fejn dawn il-bidliet jeħtieġu bidla fil-metodoloġija ta' monitoraġġ jew iwasslu għal bidla fil-livell ta' materjalità applikabbli skont l-Artikolu 23 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2067;

(b)

minkejja l-Artikolu 47(8), tibdil dwar jekk l-installazzjoni hijiex ikkunsidrata bħala “installazzjoni b'emissjonijiet baxxi”;

(c)

tibdil fis-sorsi tal-emissjonijiet;

(d)

bidla minn metodoloġiji bbażati fuq il-kalkoli għal dawk ibbażati fuq il-kejl, jew vice versa, jew minn metodoloġija ta' riżerva għal metodoloġija bbażata fuq il-livelli sabiex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet jew vice versa;

(e)

bidla fil-livell applikat;

(f)

l-introduzzjoni ta' flussi ġodda minn sorsi;

(g)

bidla fil-kategorizzazzjoni ta' flussi minn sorsi – bejn flussi minn sors kbar, minuri jew de-minimis fejn tali bidla teħtieġ bidla fil-metodoloġija ta' monitoraġġ;

(h)

bidla fil-valur predefinit għal fattur ta' kalkolu, fejn il-valur għandu jiġi stabbilit fil-pjan ta' monitoraġġ;

(i)

l-introduzzjoni ta' metodi ġodda jew bidliet għal metodi eżistenti relatati mat-teħid ta' kampjuni, analiżi jew kalibrazzjoni, fejn dan għandu impatt dirett fuq l-akkuratezza tad-data tal-emissjonijiet;

(j)

l-implimentazzjoni jew l-adattament ta' metodoloġija ta' kwantifikazzjoni għall-emissjonijiet minn tnixxija fil-postijiet tal-ħżin.

4.   Tibdil sinifikanti fil-pjanijiet ta' monitoraġġ ta' operatur ta' inġenju tal-ajru jinkludi:

(a)

fir-rigward tal-pjan ta' monitoraġġ tal-emissjonijiet:

(i)

bidla tal-valuri tal-fatturi ta' emissjoni stabbiliti fil-pjan ta' monitoraġġ;

(ii)

bidla fil-metodi tal-kalkolu kif stipulat fl-Anness III, jew bidla mill-użu ta' metodu tal-kalkolu għall-użu ta' metodoloġija ta' stima skont l-Artikolu 55(2) jew vice versa;

(iii)

l-introduzzjoni ta' flussi ġodda minn sorsi;

(iv)

bidliet fl-istatus tal-operatur tal-inġenji tal-ajru bħala emittent żgħir fit-tifsira tal-Artikolu 55(1) jew fir-rigward ta' wieħed mil-limiti previsti fl-Artikolu 28a(6) tad-Direttiva 2003/87/KE;

(b)

fir-rigward tal-pjan ta' monitoraġġ tad-data dwar it-tunnellati-kilometri:

(i)

bidla minn stat mhux kummerċjali għal wieħed kummerċjali tas-servizz ta' trasport bl-ajru pprovdut;

(ii)

bidla fl-oġġett tas-servizz tat-trasport bl-ajru, fejn l-oġġett huwa passiġġieri, merkanzija jew posta.

Artikolu 16

Implimentazzjoni u ż-żamma tar-reġistri tal-modifiki

1.   Qabel ma jirċievi approvazzjoni jew informazzjoni skont l-Artikolu 15(2), l-operatur jew l-operatur ta' inġenji tal-ajru jista' jwettaq monitoraġġ u rapportar bl-użu tal-pjan ta' monitoraġġ modifikat fejn ikun jista' jiġi preżunt b'mod raġonevoli li l-modifiki proposti ma jkunux sinifikanti, jew fejn il-monitoraġġ skont il-pjan ta' monitoraġġ oriġinali jista' jwassal għal data tal-emissjonijiet mhux kompluta.

F'każijiet ta' dubju l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jwettaq il-monitoraġġ u r-rapportar kollu, u fid-dokumentazzjoni interim, b'mod parallel, bl-użu kemm tal-pjan ta' monitoraġġ modifikat kif ukoll dak oriġinali.

2.   Mal-wasla ta' approvazzjoni jew informazzjoni skont l-Artikolu 15(2), l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu juża biss id-data relatata mal-pjan ta' monitoraġġ modifikat u jwettaq il-monitoraġġ u r-rapportar kollu bl-użu biss tal-pjan ta' monitoraġġ modifikat mid-data li fiha dik il-verżjoni tal-monitoraġġ hija applikabbli.

3.   L-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jżomm reġistri tal-modifiki kollha tal-pjan ta' monitoraġġ. Kull reġistrazzjoni għandu jkun fiha:

(a)

deskrizzjoni trasparenti tal-modifika;

(b)

ġustifikazzjoni għall-modifika;

(c)

id-data tan-notifika tal-modifika lill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 15(1);

(d)

id-data li fiha l-awtorità kompetenti rrikonoxxiet il-wasla tan-notifika msemmija fl-Artikolu 15(1), fejn disponibbli, u d-data tal-approvazzjoni jew l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 15(2);

(e)

id-data tal-bidu tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' monitoraġġ modifikat skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

TAQSIMA 2

Vijabbiltà teknika u kostijiet irraġonevoli

Artikolu 17

Fattibbiltà teknika

Fejn operatur jew operatur ta' inġenji tal-ajru jsostni li l-applikazzjoni ta' metodoloġija speċifika ta' monitoraġġ mhijiex fattibbli teknikament, l-awtorità kompetenti għanda tivvaluta l-fattibbiltà teknika billi tikkunsidra l-ġustifikazzjoni tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru. Dik il-ġustifikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-fatt li l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru jkollu r-riżorsi tekniċi li jkunu kapaċi jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' sistema jew rekwiżit proposti li jkunu jistgħu jiġu implimentati fil-ħin meħtieġ għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. Dawk ir-riżorsi tekniċi għandhom jinkludu d-disponibbiltà tat-tekniki u t-teknoloġija meħtieġa.

Artikolu 18

Kostijiet irraġonevoli

1.   Fejn operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru jsostni li l-applikazzjoni ta' metodoloġija speċifika ta' monitoraġġ timplika kostijiet irraġonevoli, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta jekk il-kostijiet humiex irraġonevoli, billi tikkunsidra l-ġustifikazzjoni tal-operatur.

L-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra l-kostijiet irraġonevoli fejn l-istima tal-kostijiet taqbeż il-benefiċċju. Għal dak il-għan, il-benefiċċju għandu jiġi kkalkulat permezz tal-multiplikazzjoni ta' fattur ta' titjib bi prezz ta' referenza ta' EUR 20 għal kull kwota u l-kostijiet għandhom jinkludu perjodu ta' deprezzament xieraq ibbażat fuq it-tul tal-ħajja ekonomika tat-tagħmir.

2.   Meta tkun qiegħda tivvaluta n-natura irraġonevoli tal-kostijiet rigward l-għażla tal-operatur tal-livelli għal data tal-attivitajiet, l-awtorità kompetenti għandha tuża bħala l-fattur ta' titjib imsemmi fil-paragrafu 1 id-differenza bejn l-inċertezza li attwalment tkun intlaħqet u l-livell limitu ta' inċertezza tal-livell li jkun jista' jintlaħaq bit-titjib immultiplikat bl-emissjonijiet medji annwali kkawżati minn dak il-fluss minn sors matul it-tliet snin l-iżjed riċenti.

Fin-nuqqas ta' tali data tal-emissjonijiet annwali medji maħluqa minn dak il-fluss minn sors matul it-tliet snin l-iżjed riċenti, l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jipprovdi stima konservattiva tal-emissjonijiet annwali medji, bl-esklużjoni ta' CO2 li jinħoloq minn bijomassa u qabel it-tnaqqis ta' CO2 ittrasferit. Għall-istrumenti tal-kejl taħt il-kontroll metroloġiku legali nazzjonali, l-inċertezza li tintlaħaq attwalment tista' tiġi ssostitwita bl-iżball massimu permissibbli waqt it-tħaddim li jkun permess mil-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti.

3.   Meta tkun qiegħda tivvaluta n-natura irraġonevoli tal-kostijiet rigward il-miżuri li jżidu l-kwalità tal-emissjonijiet irrapportati iżda mingħajr impatt dirett fuq il-preċiżjoni tad-data tal-attivitajiet, l-awtorità kompetenti għandha tuża fattur tat-titjib ta' 1 % tal-emissjonijiet annwali medji tal-flussi minn sorsi rispettivi fit-tliet perjodi ta' rapportar l-iżjed riċenti. Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu:

(a)

bidla minn valuri predefiniti għal analiżijiet sabiex jiġu ddeterminati l-fatturi tal-kalkolu;

(b)

żieda fl-għadd ta' analiżijiet għal kull fluss minn sors;

(c)

fejn il-kompitu speċifiku tal-kejl ma jaqax taħt kontroll metroloġiku legali nazzjonali, is-sostituzzjoni ta' strumenti tal-kejl bi strumenti li jikkonformaw ma' rekwiżiti rilevanti ta' kontroll metroloġiku legali tal-Istat Membru f'applikazzjonijiet simili, jew għal strumenti tal-kejl li jilħqu r-regoli nazzjonali adottati skont id-Direttiva 2014/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) jew id-Direttiva 2014/32/UE;

(d)

it-tqassir tal-intervalli ta' kalibrazzjoni u manutenzjoni tal-istrumenti tal-kejl;

(e)

it-titjib ta' attivitajiet ta' fluss ta' data u attivitajiet ta' kontroll li jnaqqsu r-riskju inerenti jew ta' kontroll b'mod sinifikanti.

4.   Ma għandux jiġi kkunsidrat li l-miżuri relatati mat-titjib tal-metodoloġija ta' monitoraġġ ta' installazzjoni jimplikaw kostijiet irraġonevoli sa ammont akkumulat ta' EUR 2 000 għal kull perjodu ta' rapportar. Għall-installazzjonijiet b'emissjonijiet baxxi dak il-livell limitu għandu jkun ta' EUR 500 għal kull perjodu ta' rapportar.

KAPITOLU III

MONITORAĠĠ TAL-EMISSJONIJIET TA' INSTALLAZZJONIJIET STAZZJONARJI

TAQSIMA 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 19

Kategorizzazzjoni ta' installazzjonijiet, flussi minn sorsi u sorsi ta' emissjoni

1.   Għall-iskop tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet u d-determinazzjoni tar-rekwiżiti minimi għal-livelli, kull operatur għandu jiddetermina l-kategorija tal-installazzjoni tiegħu skont il-paragrafu 2, u fejn rilevanti, ta' kull fluss minn sors skont il-paragrafu 3 u ta' kull sors ta' emissjoni skont il-paragrafu 4.

2.   L-operatur għandu jikklassifika kull installazzjoni f'waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(a)

installazzjoni tal-kategorija A, fejn l-emissjonijiet annwali medji vverifikati tal-perjodu ta' negozjar immedjatament qabel il-perjodu ta' negozjar attwali, bl-esklużjoni ta' CO2 li jinħoloq mill-bijomassa u qabel it-tnaqqis ta' CO2 ittrasferit, ikunu daqs jew inqas minn 50 000 tunnellata ta' CO2(e);

(b)

installazzjoni tal-kategorija B, fejn l-emissjonijiet medji annwali vverifikati tal-perjodu ta' negozjar immedjatament qabel il-perjodu ta' negozjar attwali, bl-esklużjoni ta' CO2 li jinħoloq minn bijomassa u qabel it-tnaqqis ta' CO2 ittrasferit, ikunu iżjed minn 50 000 tunnellata ta' CO2(e) u daqs jew inqas minn 500 000 tunnellata ta' CO2(e);

(c)

installazzjoni tal-kategorija C, fejn l-emissjonijiet annwali medji vverifikati tal-perjodu ta' negozjar immedjatament qabel il-perjodu ta' negozjar attwali, bl-esklużjoni ta' CO2 li jinħoloq minn bijomassa u qabel it-tnaqqis ta' CO2 ittrasferit, ikunu iżjed minn 500 000 tunnellata ta' CO2(e).

B'deroga mill-Artikolu 14(2), l-awtorità kompetenti tista' tippermetti lill-operatur ma jimmodifikax il-pjan ta' monitoraġġ meta, abbażi ta' emissjonijiet ivverifikati, jinqabeż il-limitu għall-klassifikazzjoni tal-installazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu, iżda l-operatur juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li dan il-limitu ma jkunx diġà inqabeż matul l-aħħar ħames perjodi ta' rapportar u ma jerġax jinqabeż f'perjodi ta' rapportar sussegwenti.

3.   L-operatur għandu jikklassifika kull fluss minn sors f'waħda mill-kategoriji li ġejjin, billi jqabblu mas-somma tal-valuri kollha assoluti ta' CO2 fossili u CO2(e) korrispondenti mal-flussi tas-sors kollha inklużi f'metodoloġiji bbażati fuq kalkolu u tal-emissjonijiet kollha ta' sorsi ta' emissjonijiet immonitorjati bl-użu ta' metodoloġiji bbażati fuq il-kejl, qabel it-tnaqqis ta' CO2 ittrasferit:

(a)

flussi minn sors minuri, fejn il-flussi minn sorsi magħżula mill-operatur flimkien jikkorrispondu għal inqas minn 5 000 tunnellata ta' CO2 fossili fis-sena jew għal inqas minn 10 %, sa kontribut massimu totali ta' 100 000 tunnellata ta' CO2 fossili fis-sena, skont liema minnhom ikun l-ogħla f'termini ta' valur assolut;

(b)

flussi minn sorside-minimis fejn il-flussi mis-sors magħżula mill-operatur flimkien jikkorrispondu għal inqas minn 1 000 tunnellata ta' CO2 fossili fis-sena jew inqas minn 2 %, sa massimu totali ta' 20 000 tunnellata ta' CO2 fossili fis-sena, skont liema minnhom ikun l-ogħla f'termini ta' valur assolut;

(c)

flussi minn sorsi maġġuri, fejn il-flussi minn sors ma jaqgħux taħt il-kategoriji msemmija fil-punti (a) u (b).

B'deroga mill-Artikolu 14(2), l-awtorità kompetenti tista' tippermetti lill-operatur ma jimmodifikax il-pjan ta' monitoraġġ meta, abbażi ta' emissjonijiet ivverifikati, jinqabeż il-limitu għall-klassifikazzjoni ta' fluss minn sors bħala fluss minn sors minuri jew fluss minn sors de-minimis imsemmi fl-ewwel subparagrafu, iżda l-operatur juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li dan il-limitu ma jkunx diġà inqabeż matul l-aħħar ħames perjodi ta' rapportar u ma jerġax jinqabeż f'perjodi ta' rapportar sussegwenti.

4.   L-operatur għandu jikklassifika kull sors ta' emissjoni li għalih tiġi applikata metodoloġija bbażata fuq il-kejl f'waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(a)

flussi minn sors minuri, fejn is-sors ta' emissjoni jirrilaxxa inqas minn 5 000 tunnellata ta' CO2(e) fossili fis-sena jew inqas minn 10 % tal-emissjonijiet tal-fossili totali tal-installazzjoni, sa kontribut massimu totali ta' 100 000 tunnellata ta' CO2(e) fossili fis-sena, skont liema minnhom ikun l-ogħla f'termini ta' valur assolut;

(b)

sorsi maġġuri ta' emissjonijiet, fejn is-sors ta' emissjoni ma jikklassifikax bħala sors minuri ta' emissjoni.

B'deroga mill-Artikolu 14(2), l-awtorità kompetenti tista' tippermetti lill-operatur ma jimmodifikax il-pjan ta' monitoraġġ fejn, abbażi ta' emissjonijiet ivverifikati, jinqabeż il-limitu għall-klassifikazzjoni ta' sors ta' emissjoni bħala sors ta' emissjoni minuri msemmi fl-ewwel subparagrafu, iżda l-operatur juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li dan il-limitu ma jkunx diġà inqabeż matul l-aħħar ħames perjodi ta' rapportar u ma jerġax jinqabeż f'perjodi ta' rapportar sussegwenti.

5.   Fejn l-emissjonijiet annwali medji vverifikati fil-perjodu ta' negozjar immedjatament qabel il-perjodu ta' negozjar attwali għall-installazzjoni ma jkunux disponibbli jew ma jkunux rappreżentattivi iktar għall-iskop tal-paragrafu 2, l-operatur għandu juża stima konservattiva ta' emissjonijiet medji annwali, bl-esklużjoni ta' CO2 li joriġina minn bijomassa u qabel it-tnaqqis ta' CO2 ittrasferit, sabiex tiġi ddeterminata l-kategorija tal-installazzjoni.

Artikolu 20

Il-konfini tal-monitoraġġ

1.   L-operaturi għandhom jiddefinixxu l-konfini tal-monitoraġġ għal kull installazzjoni.

Fi ħdan dawk il-konfini, l-operatur għandu jinkludi l-emissjonijiet rilevanti kollha ta' gassijiet serra mis-sorsi ta' emissjonijiet u l-flussi minn sorsi kollha li jagħmlu parti minn attivitajiet imwettqa fl-installazzjoni u elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE, u minn attivitajiet u gassijiet serra inklużi mill-Istat Membru li fih tkun tinsab l-installazzjoni, skont l-Artikolu 24 ta' dik id-Direttiva.

L-operatur għandu jinkludi wkoll l-emissjonijiet minn operazzjonijiet regolari u avvenimenti anormali, inklużi sitwazzjonijiet ta' bidu, għeluq u ta' emerġenza, matul il-perjodu ta' rapportar, bl-eċċezzjoni ta' emissjonijiet minn makkinarju mobbli għal finijiet ta' trasport.

2.   Meta jkun qed jiddefinixxi l-proċess ta' monitoraġġ u rapportar, l-operatur għandu jinkludi r-rekwiżiti speċifiċi għas-settur stabbiliti fl-Anness IV.

3.   Fejn jiġu identifikati tnixxijat minn kumpless ta' ħżin fis-sens tad-Direttiva 2009/31/KE li jwasslu għal emissjonijiet, jew rilaxx ta' CO2 fil-kolonna tal-ilma, għandhom jiġu kkunsidrati bħala sorsi ta' emissjonijiet għall-installazzjoni inkwistjoni u għandhom jiġu mmonitorjati skont it-Taqsima 23 tal-Anness IV ta' dan ir-Regolament.

L-awtorità kompetenti tista' tippermetti l-esklużjoni ta' sors ta' emissjoni ta' tnixxija mill-proċess ta' monitoraġġ u rapportar, ladarba jkunu ttieħdu miżuri korrettivi skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2009/31/KE u ma jkunux jistgħu jiġu individwati iżjed emissjonijiet jew rilaxxi fil-kolonna tal-ilma minn dik it-tnixxija.

Artikolu 21

Għażla tal-metodoloġija ta' monitoraġġ

1.   Għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' installazzjoni, l-operatur għandu jagħżel li japplika metodoloġija bbażata fuq kalkolu jew metodoloġija bbażata fuq kejl, suġġetta għad-dispożizzjonijiet speċifiċi ta' dan ir-Regolament.

Metodoloġija bbażata fuq kalkolu għandha tikkonsisti fid-determinazzjoni ta' emissjonijiet minn flussi minn sorsi bbażati fuq data tal-attivitajiet miksuba permezz ta' sistemi ta' kejl u parametri addizzjonali minn analiżi fil-laboratorju jew valuri predefiniti. Il-metodoloġija bbażata fuq kalkolu tista' tiġi implimentata skont il-metodoloġija standard stabbilita fl-Artikolu 24 jew il-metodoloġija tal-bilanċ tal-massa stabbilita fl-Artikolu 25.

Metodoloġija bbażata fuq il-kejl għandha tikkonsisti fid-determinazzjoni tal-emissjonijiet minn sorsi ta' emissjonijiet permezz tal-kejl kontinwu tal-konċentrazzjoni tal-gassijiet serra rilevanti fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija u tal-fluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija, inkluż il-monitoraġġ tat-trasferimenti ta' CO2 bejn installazzjonijiet fejn jitkejlu l-konċentrazzjoni ta' CO2 u l-fluss tal-gass ittrasferit.

Fejn tiġi applikata l-metodoloġija bbażata fuq il-kalkolu, l-operatur għandu jiddetermina għal kull fluss minn sors, fil-pjan ta' monitoraġġ, jekk tkunx qiegħda tintuża l-metodoloġija standard jew il-metodoloġija tal-bilanċ tal-massa, inkluż il-livelli rilevanti skont l-Anness II.

2.   Bla ħsara għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti, operatur jista' jikkombina metodoloġija standard, bilanċ tal-massa u metodoloġiji bbażati fuq il-kejl għal sorsi differenti ta' emissjonijiet u flussi minn sorsi li jagħmlu parti minn installazzjoni waħda, bil-kundizzjoni li ma jirriżulta l-ebda nuqqas u lanqas ma jirriżulta għadd doppju li jikkonċerna l-emissjonijiet.

3.   Fejn ir-rekwiżiti speċifiċi għas-settur stipulati fl-Anness IV jeħtieġu l-użu ta' metodoloġija speċifika ta' monitoraġġ, l-operatur għandu juża dik il-metodoloġija jew metodoloġija bbażata fuq il-kejl. L-operatur jista' jagħżel metodoloġija differenti biss jekk jipprovdi evidenza lill-awtorità kompetenti li l-użu tal-metodoloġija meħtieġa mhux fattibbli teknikament jew jinvolvi kostijiet irraġonevoli, jew li l-metodoloġija alternattiva twassal għal akkuratezza ġenerali ogħla tad-data dwar l-emissjonijiet.

Artikolu 22

Metodoloġija ta' monitoraġġ mhux ibbażata fuq livelli

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 21(1), l-operatur jista' juża metodoloġija ta' monitoraġġ li ma tkunx ibbażata fuq livelli (iktar 'il quddiem “il-metodoloġija sekondarja”) għal flussi minn sorsi jew sorsi ta' emissjonijiet magħżula, bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-applikazzjoni ta' mill-inqas livell 1 skont il-metodoloġija bbażata fuq il-kalkolu għal fluss minn sors maġġuri jew fluss minn sors minuri wieħed jew iktar u metodoloġija bbażata fuq il-kejl għal tal-inqas sors ta' emissjoni wieħed relatat mal-istess flussi minn sorsi ma tkunx teknikament vijabbli jew timplika spejjeż mhux raġonevoli;

(b)

l-operatur jivvaluta u jikkwantifika kull sena l-inċertezzi tal-parametri kollha użati għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet annwali skont il-Gwida tal-ISO għall-espressjoni ta' inċertezza fil-kejl (JCGM 100:2008), jew standard ekwivalenti ieħor aċċettat fil-livell internazzjonali, u jinkludi r-riżultati fir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet;

(c)

l-operatur juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li bl-applikazzjoni ta' metodoloġija ta' monitoraġġ sekondarja bħal din, il-livelli limitu ġenerali ta' inċertezza għal-livell annwali ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra għall-installazzjoni kollha ma jaqbżux is-7,5 % għall-installazzjonijiet tal-kategorija A, il-5,0 % għall-installazzjonijiet tal-kategorija B u t-2,5 % għall-installazzjonijiet tal-kategorija C.

Artikolu 23

Tibdil temporanju fil-metodoloġija ta' monitoraġġ

1.   Fejn għal, raġunijiet tekniċi, ma jkunx fattibbli temporanjament li jiġi applikat il-pjan ta' monitoraġġ kif approvat mill-awtorità kompetenti, l-operatur ikkonċernat għandu japplika l-ogħla livell li jista' jintlaħaq, jew approċċ konservattiv mingħajr livelli jekk ma tkunx tista' tinkiseb l-applikazzjoni ta' livell, sakemm jiġu rrestawrati l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-livell approvat fil-pjan ta' monitoraġġ.

L-operatur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jippermetti t-tkomplija fil-pront tal-applikazzjoni tal-pjan ta' monitoraġġ kif approvat mill-awtorità kompetenti.

2.   L-operatur ikkonċernat għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti dwar il-bidla temporanja msemmija fil-paragrafu 1 għall-metodoloġija ta' monitoraġġ mingħajr dewmien żejjed lill-awtorità kompetenti, u jispeċifika:

(a)

ir-raġunijiet għad-devjazzjoni mill-pjan ta' monitoraġġ kif approvat mill-awtorità kompetenti;

(b)

id-dettalji tal-metodoloġija ta' monitoraġġ interim li qiegħed juża l-operatur sabiex jiddetermina l-emissjonijiet sakemm il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-pjan ta' monitoraġġ kif approvat mill-awtorità kompetenti jkunu ġew irrestawrati;

(c)

il-miżuri li l-operatur ikun qed jieħu sabiex jirrestawra l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-pjan ta' monitoraġġ kif approvat mill-awtorità kompetenti;

(d)

il-mument mistenni meta l-applikazzjoni tal-pjan ta' monitoraġġ kif approvat mill-awtorità kompetenti tkun se tiġi rrestawrata.

TAQSIMA 2

Metodoloġija bbażata fuq il-kalkolu

Subtaqsima 1

Ġenerali

Artikolu 24

Kalkolu ta' emissjonijiet skont il-metodoloġija standard

1.   Skont il-metodoloġija standard, l-operatur għandu jikkalkula l-fluss minn sors tal-emissjonijiet ta' kombustjoni bil-multiplikazzjoni tad-data tal-attivitajiet relatata mal-ammont ta' karburant maħruq, espressa bħala terajoules ibbażata fuq il-valur kalorifiku nett (NCV), bil-fattur korrispondenti ta' emissjoni, espress bħala tunnellati ta' CO2 kull terajoule (t CO2/TJ) b'mod konsistenti mal-użu tal-NCV, u l-fattur korrispondenti ta' ossidazzjoni.

L-awtorità kompetenti tista' tippermetti l-użu ta' fatturi ta' emissjoni għall-karburanti, espressi bħala t CO2/t jew t CO2/Nm3. F'każijiet bħal dawn, l-operatur għandu jiddetermina l-emissjonijiet ta' kombustjoni billi jimmultiplika d-data tal-attivitajiet relatata mal-ammont ta' karburant maħruq, espress bħala tunnellati jew metri kubiċi normali, mal-fattur korrispondenti ta' emissjonijiet u l-fattur korrispondenti ta' ossidazzjoni.

2.   L-operatur għandu jiddetermina l-emissjonijiet ta' proċess għal kull fluss minn sors bil-multiplikazzjoni tad-data tal-attivitajiet relatata mal-konsum materjali, l-ipproċessar jew il-produzzjoni ta' materjal, espressa f'tunnellati jew metri kubiċi normali bil-fattur korrispondenti ta' emissjoni, espress f't CO2/t jew t CO2/Nm3, u l-fattur ta' konverżjoni korrispondenti.

3.   Fejn fattur ta' emissjoni tal-Livell 1 jew tal-Livell 2 jinkludi diġà l-effett ta' reazzjonijiet kimiċi mhux kompluti, il-fattur tal-ossidazzjoni jew il-fattur ta' konverżjoni għandu jiġi ssettjat għal 1.

Artikolu 25

Kalkolu ta' emissjonijiet skont il-metodoloġija tal-bilanċ tal-massa

1.   Skont il-metodoloġija tal-bilanċ tal-massa, l-operatur għandu jikkalkula l-kwantità ta' CO2 korrispondenti għal kull fluss minn sors inkluż fil-bilanċ tal-massa bil-multiplikazzjoni tad-data tal-attivitajiet relatata mal-ammont ta' karburant jew materjal li jkun dieħel fi jew ħiereġ mill-konfini tal-bilanċ tal-massa, bil-kontenut ta' karbonju tal-karburant jew tal-materjal immultiplikat bi 3,664 t CO2/t C, bl-applikazzjoni tat-Taqsima 3 tal-Anness II.

2.   Minkejja l-Artikolu 49, l-emissjonijiet tal-proċess totali koperti mill-bilanċ tal-massa għandhom ikunu s-somma tal-kwantitajiet ta' CO2 korrispondenti għall-flussi minn sors kollha koperti mill-bilanċ tal-massa. Is-CO rilaxxat fl-atmosfera għandu jiġi kkalkulat fil-bilanċ tal-massa bħala emissjoni tal-ammont molari ekwivalenti ta' CO2.

Artikolu 26

Livelli applikabbli

1.   Meta jkun qed jiddefinixxi l-livelli rilevanti għal flussi minn sors maġġuri u minuri skont l-Artikolu 21(1), sabiex jiddetermina d-data tal-attivitajiet u kull fattur ta' kalkolu, kull operatur għandu japplika dan li ġej:

(a)

mill-inqas il-livelli elenkati fl-Anness V, f'każ ta' installazzjoni tal-kategorija A, jew fejn ikun meħtieġ fattur ta' kalkolu għal fluss minn sors li jkun karburant standard kummerċjali;

(b)

f'każijiet oħrajn għajr dawk imsemmija fil-punt (a), l-ogħla livell kif iddefinit fl-Anness II.

Madankollu, għal flussi minn sorsi maġġuri, l-operatur jista' japplika livell li jkun livell wieħed iżjed baxx minn dak meħtieġ skont l-ewwel subparagrafu għall-installazzjonijiet tal-kategorija C u sa żewġ livelli iżjed baxxi għall-installazzjonijiet tal-kategoriji A u B, b'minimu ta' livell 1, fejn jintwera għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-livell meħtieġ skont l-ewwel subparagrafu mhuwiex teknikament fattibbli jew jimplika kostijiet irraġonevoli.

L-awtorità kompetenti tista', għal perjodu tranżizzjonali miftiehem mal-operatur, tippermetti lill-operatur japplika livelli għal flussi minn sorsi maġġuri iżjed baxxi minn dawk imsemmija fit-tieni subparagrafu, b'minimu ta' livell 1, bil-kundizzjoni li:

(a)

l-operatur juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-livell meħtieġ skont it-tieni subparagrafu mhuwiex teknikament fattibbli jew jimplika kostijiet irraġonevoli; u

(b)

l-operatur jipprovdi pjan ta' titjib li jindika kif u sa meta jkun se jintlaħaq mill-inqas il-livell meħtieġ skont it-tieni subparagrafu.

2.   Għal flussi minn sorsi minuri, l-operatur jista' japplika livell iżjed baxx minn dak meħtieġ skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, b'minimu ta' livell 1, fejn jintwera b'sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-livell meħtieġ skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 mhuwiex teknikament fattibbli jew jimplika kostijiet irraġonevoli.

3.   Għall-flussi minn sorsi de-minimis l-operatur jista' jiddetermina data tal-attivitajiet u kull fattur ta' kalkolu billi juża stimi konservattivi minflok ma juża livelli, għajr jekk livell iddefinit ikun jista' jintlaħaq mingħajr sforz addizzjonali.

4.   Għall-fattur tal-ossidazzjoni u l-fattur ta' konverżjoni, l-operatur għandu, bħala minimu, japplika l-livelli l-iżjed baxxi elenkati fl-Anness II.

5.   Fejn l-awtorità kompetenti tkun ippermettiet l-użu ta' fatturi ta' emissjoni espressi bħala t CO2/t jew t CO2/Nm3 għall-karburanti, u għall-karburanti użati bħala input ta' proċess jew fil-bilanċi tal-massa skont l-Artikolu 25, il-valur kalorifiku nett jista' jiġi mmonitorjat bl-użu ta' stima konservattiva minflok milli bl-użu ta' livelli, sakemm ma jkunx jista' jinkiseb livell definit mingħajr sforz addizzjonali.

Subtaqsima 2

Id-data dwar l-attivitajiet

Artikolu 27

Determinazzjoni tad-data dwar l-attivitajiet

1.   L-operatur għandu jiddetermina d-data dwar l-attivitajiet ta' fluss minn sors f'wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)

fuq il-bażi ta' kejl kontinwu b'miter fil-proċess li joħloq l-emissjonijiet;

(b)

fuq il-bażi tal-aggregazzjoni ta' kejl b'miter ta' kwantitajiet imwassla b'mod separat b'kunsiderazzjoni tat-tibdil rilevanti tal-ħażniet.

2.   Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, il-kwantità ta' karburant jew materjal ipproċessat waqt il-perjodu ta' rapportar għandha tiġi kkalkulata bħala l-kwantità ta' karburant jew materjal riċevut waqt il-perjodu ta' rapportar, li minnha titnaqqas il-kwantità ta' karburant jew materjal li jitneħħa mill-installazzjoni, u tiżdied il-kwantità ta' karburant jew materjal li jkun hemm fil-ħażna fil-bidu tal-perjodu ta' rapportar, u titnaqqas il-kwantità ta' karburant jew materjal li jkun hemm fil-ħażna fl-aħħar tal-perjodu ta' rapportar.

Fejn id-determinazzjoni tal-kwantitajiet li jkun hemm fil-ħażna permezz ta' kejl dirett ma tkunx teknikament fattibbli jew tista' timplika kostijiet irraġonevoli, l-operatur jista' jagħmel stima ta' dawk il-kwantitajiet fuq bażi ta' waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

data minn snin ta' qabel korrelatata mal-produzzjoni għall-perjodu ta' rapportar;

(b)

proċeduri ddokumentati u d-data rispettiva f'dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati għall-perjodu ta' rapportar.

Fejn id-determinazzjoni tad-data dwar l-attivitajiet għas-sena kalendarja sħiħa ma tkunx teknikament fattibbli jew tista' timplika kostijiet irraġonevoli, l-operatur jista' jagħżel il-jum l-iżjed xieraq li jkun imiss sabiex jissepara sena ta' rapportar mis-sena ta' wara, u jirrikonċilja skont kif ikun xieraq mas-sena kalendarja meħtieġa. Id-devjazzjonijiet involuti għal fluss minn sors wieħed jew aktar għandhom jiġu rreġistrati b'mod ċar, jifformaw il-bażi ta' valur rappreżentattiv għas-sena kalendarja, u jiġu kkunsidrati b'mod konsistenti b'rabta mas-sena li jkun imiss.

Artikolu 28

Sistemi ta' kejl taħt il-kontroll tal-operatur

1.   Sabiex jiddetermina d-data dwar l-attivitajiet skont l-Artikolu 27, l-operatur għandu juża riżultati tal-kejl bil-miter ibbażati fuq sistemi ta' kejl taħt il-kontroll tiegħu stess fl-installazzjoni, bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-operatur għandu jwettaq valutazzjoni ta' inċertezza u jiżgura li l-livell limitu ta' inċertezza tal-livell rilevanti jintlaħaq;

(b)

l-operatur għandu jiżgura mill-inqas darba fis-sena, u wara kull kalibrazzjoni tal-istrument tal-kejl, li r-riżultati tal-kalibrazzjoni mmultiplikati b'fattur ta' aġġustament konservattiv jitqabblu mal-limiti rilevanti ta' inċertezza. Il-fattur ta' aġġustament konservattiv ibbażat fuq serje ta' perjodi ta' ħin xierqa ta' kalibrazzjonijiet ta' qabel ta' dak l-istrument tal-kejl jew strumenti oħrajn simili sabiex jiġi kkunsidrat l-effett ta' inċertezza fis-servizz.

Fejn il-livelli limitu tal-livelli approvati skont l-Artikolu 12 jinqabżu jew jinstab li t-tagħmir ma jkunx konformi ma' rekwiżiti oħrajn, l-operatur għandu jieħu azzjoni korrettiva mingħajr dewmien żejjed u jinnotifika lill-awtorità kompetenti b'dan.

2.   Meta jinnotifika pjan ġdid ta' monitoraġġ jew meta jkun rilevanti għal bidla fil-pjan ta' monitoraġġ approvat, l-operatur għandu jipprovdi l-valutazzjoni tal-inċertezza msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 lill-awtorità kompetenti.

Il-valutazzjoni għandha tkopri l-inċertezza speċifikata tal-istrumenti tal-kejl applikati, l-inċertezza assoċjata mal-kalibrazzjoni, u kwalunkwe inċertezza addizzjonali konnessa ma' kif l-istrumenti tal-kejl jintużaw fil-prattika. Il-valutazzjoni tal-inċertezza għandha tkopri inċertezza relatata ma' tibdil fil-ħażniet fejn il-faċilitajiet ta' ħżin ikunu kapaċi jżommu mill-inqas 5 % tal-kwantità annwali użata tal-karburant jew tal-materjal ikkunsidrat. Meta jkun qed iwettaq il-valutazzjoni, l-operatur għandu jikkunsidra l-fatt li l-valuri ddikjarati użati sabiex jiġu ddefiniti l-livelli limitu ta' inċertezza tal-livell fl-Anness II jirreferu għall-inċertezza matul il-perjodu kollu ta' rapportar.

L-operatur jista' jissimplifika l-valutazzjoni ta' inċertezza billi jassumi li l-iżbalji massimi permissibbli speċifikati għall-istrument tal-kejl waqt it-tħaddim, jew jekk f'livell iżjed baxx, l-inċertezza miksuba bil-kalibrazzjoni, immultiplikati b'fattur ta' aġġustament konservattiv sabiex jiġi kkunsidrat l-effett tal-inċertezza waqt it-tħaddim, jistgħu jiġu kkunsidrati bħala l-inċertezza matul il-perjodu kollu ta' rapportar kif meħtieġ bid-definizzjonijiet tal-livelli fl-Anness II, bil-kundizzjoni li l-istrumenti tal-kejl jiġu installati f'ambjent xieraq għall-ispeċifikazzjonijiet tal-użu tagħhom.

3.   Minkejja l-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti tista' tippermetti lill-operatur juża r-riżultati tal-kejl bil-miter ibbażati fuq sistemi ta' kejl taħt il-kontroll tiegħu stess fl-installazzjoni, fejn l-operatur jipprovdi evidenza li l-istrumenti tal-kejl applikati huma suġġetti għal kontroll metroloġiku legali nazzjonali rilevanti.

Għal dak il-għan, l-iżball massimu permissibbli waqt it-tħaddim permess mil-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti dwar il-kontroll metroloġiku legali għall-kompitu ta' kejl rilevanti jista' jintuża bħala l-valur ta' inċertezza mingħajr ma tiġi pprovduta iżjed evidenza.

Artikolu 29

Sistemi ta' kejl li ma jkunux fil-kontroll tal-operatur stess

1.   Fejn, abbażi ta' valutazzjoni ssimplifikata ta' inċertezza, l-użu ta' sistemi ta' kejl li ma jkunux fil-kontroll tal-operatur stess, kif imqabbel mal-użu ta' dawk li jkunu fil-kontroll tal-operatur stess skont l-Artikolu 28, jippermetti lill-operatur jikkonforma mill-inqas ma' livell li jkun tal-istess grad, jagħti riżultati iżjed affidabbli u jkun inqas suxxettibbli għal riskji ta' kontroll, l-operatur għandu jiddetermina d-data tal-attivitajiet minn sistemi ta' kejl li ma jkunux fil-kontroll tiegħu stess.

Għal dak il-għan, l-operatur jista' jirrikorri għal wieħed mis-sorsi ta' data li ġejjin:

(a)

ammonti minn fatturi maħruġa minn sieħeb fin-negozju, bil-kundizzjoni li sseħħ tranżazzjoni kummerċjali bejn żewġt isħab indipendenti fin-negozju;

(b)

qari dirett mis-sistemi ta' kejl.

2.   L-operatur għandu jiżgura konformità mal-livell applikabbli skont l-Artikolu 26.

Għal dak il-għan, l-iżball massimu permissibbli waqt it-tħaddim permess mil-leġiżlazzjoni rilevanti għall-kontroll metroloġiku legali nazzjonali għat-tranżazzjoni kummerċjali rilevanti jista' jintuża bħala inċertezza mingħajr ma tiġi pprovduta iżjed evidenza.

Fejn ir-rekwiżiti applikabbli skont il-kontroll metroloġiku legali nazzjonali jkunu inqas stretti mil-livell applikabbli skont l-Artikolu 26, l-operatur għandu jikseb evidenza dwar l-inċertezza applikabbli mis-sieħeb fin-negozju responsabbli għas-sistema ta' kejl.

Subtaqsima 3

Fatturi ta' kalkolu

Artikolu 30

Determinazzjoni tal-fatturi ta' kalkolu

1.   L-operatur għandu jiddetermina l-fatturi ta' kalkolu jew bħala valuri predefiniti jew bħala valuri bbażati fuq analiżi li tiddependi fuq il-livell applikabbli.

2.   L-operatur għandu jiddetermina u jirrapporta fatturi ta' kalkolu b'mod konsistenti mal-istat użat għad-data tal-attivitajiet relatata, b'referenza għall-istat tal-karburant jew tal-materjal li fih il-karburant jew il-materjal jinxtara jew jintuża fil-proċess li jikkawża l-emissjonijiet, qabel ma jitnixxef jew jiġi ttrattat mod ieħor għal analiżi fil-laboratorju.

Fejn approċċ bħal dan ikun jimplika kostijiet irraġonevoli jew fejn tkun tista' tinkiseb preċiżjoni ogħla, l-operatur jista' jirrapporta b'mod konsistenti d-data tal-attivitajiet u l-fatturi ta' kalkolu b'referenza għall-istat li fih jitwettqu l-analiżijiet fil-laboratorju.

L-operatur għandu jkun meħtieġ jiddetermina l-frazzjoni tal-bijomassa biss għal karburanti jew materjali mħalltin. Għal fjuwils jew materjali oħrajn għandu jintuża l-valur predefinit ta' 0 % għall-frazzjoni tal-bijomassa ta' karburanti fossili jew materjali, u valur predefinit ta' 100 % frazzjoni tal-bijomassa għal karburanti tal-bijomassa jew materjali li jikkonsistu esklussivament minn bijomassa.

Artikolu 31

Valuri predefiniti għall-fatturi ta' kalkolu

1.   Fejn l-operatur jiddetermina l-fatturi ta' kalkolu bħala valuri predefiniti, huwa għandu juża wieħed mill-valuri li ġejjin, skont ir-rekwiżit tal-livell applikabbli, kif stabbilit fl-Annessi II u VI:

(a)

fatturi standard u fatturi stojkjometriċi elenkati fl-Anness VI;

(b)

fatturi standard użati mill-Istat Membru għas-sottomissjoni tal-inventarju nazzjonali tiegħu lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima;

(c)

valuri tal-letteratura miftiehma mal-awtorità kompetenti, inkluż fatturi standard ippubblikati mill-awtorità kompetenti, li jkunu kompatibbli ma' fatturi msemmija fil-punt (b), iżda rappreżentattivi ta' flussi minn sorsi ta' karburanti iżjed diżaggregati;

(d)

valuri speċifikati u ggarantiti mill-fornitur ta' karburant jew materjal fejn l-operatur jista' juri b'sodisfazzjon għall-awtorità kompetenti li l-kontenut tal-karbonju juri intervall ta' kunfidenza ta' 95 % ta' mhux iżjed minn 1 %;

(e)

valuri bbażati fuq analiżi imwettqa fl-imgħoddi, fejn l-operatur jista' juri b'sodisfazzjon għall-awtorità kompetenti li dawk il-valuri huma rappreżentattivi għal lottijiet tal-ġejjieni tal-istess karburant jew materjal.

2.   L-operatur għandu jispeċifika l-valuri predefiniti kollha użati fil-pjan ta' monitoraġġ.

Fejn il-valuri predefiniti jinbidlu fuq bażi annwali, l-operatur għandu jispeċifika s-sors awtoritarju applikabbli ta' dak il-valur fil-pjan ta' monitoraġġ.

3.   L-awtorità kompetenti tista' tapprova bidla tal-valuri predefiniti għal fattur ta' kalkolu fil-pjan ta' monitoraġġ skont l-Artikolu 15(2) biss fejn l-operatur jipprovdi evidenza li l-valur predefinit ġdid iwassal għal determinazzjoni iżjed preċiża tal-emissjonijiet.

4.   Mal-applikazzjoni min-naħa tal-operatur, l-awtorità kompetenti tista' tippermetti li l-valur kalorifiku nett u l-fatturi ta' emissjoni tal-karburanti jiġu ddeterminati bl-użu tal-istess livelli skont kif ikun meħtieġ għall-karburanti standard kummerċjali bil-kundizzjoni li l-operatur jissottometti, mill-inqas kull tliet snin, evidenza li l-intervall ta' 1 % għall-valur kalorifiku speċifiku jkun intlaħaq waqt l-aħħar tliet snin.

5.   Wara li ssir applikazzjoni mill-operatur, l-awtorità kompetenti tista' taċċetta li l-kontenut tal-karbonju stojkjometriku ta' sustanza kimika pura jitqies bħala li jilħaq livell li f'każ kuntrarju jkun jirrikjedi analiżijiet imwettqa skont l-Artikoli 32 sa 35, jekk l-operatur jista' juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-użu tal-analiżijiet iwassal għal kostijiet irraġonevoli u li l-użu tal-valur stojkjometriku ma jwassalx għal sottovalutazzjoni tal-emissjonijiet.

Artikolu 32

Fatturi ta' kalkolu bbażati fuq analiżijiet

1.   L-operatur għandu jiżgura li kwalunkwe analiżi, kampjunar, kalibrazzjoni u validazzjoni għad-determinazzjoni ta' fatturi ta' kalkolu jitwettqu bl-applikazzjoni ta' metodi bbażati fuq standards EN korrispondenti.

Fejn standards bħal dawn ma jkunux disponibbli, il-metodi għandhom ikunu bbażati fuq standards ISO adattati jew standards nazzjonali. Fejn ma jeżistu l-ebda standards applikabbli ppubblikati, għandhom jintużaw abbozzi ta' standards adattati, linji gwida dwar l-aqwa prattiki tal-industrija jew metodoloġiji oħrajn ippruvati xjentifikament, u għandu jiġi limitat il-preġudizzju fil-kampjunar u l-kejl.

2.   Fejn jintużaw kromatografi tal-gass onlajn jew analizzaturi tal-gass estrattivi jew mhux estrattivi għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet, l-operatur għandu jikseb l-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti għall-użu ta' tagħmir bħal dan. It-tagħmir għandu jintuża biss fir-rigward ta' data tal-kompożizzjoni tal-karburanti u tal-materjali gassużi. Bħala miżuri minimi ta' garanzija tal-kwalità, l-operatur għandu jiżgura li jitwettqu validazzjoni tal-bidu u validazzjonijiet ripetuti kull sena tal-istrument.

3.   Ir-riżultat ta' kwalunkwe analiżi għandu jintuża biss għall-perjodu tal-kunsinna jew għal lott ta' karburant jew materjal li għalih ikunu ttieħdu l-kampjuni, u li għalih ikun ġie intiż li l-kampjuni jkunu rappreżentattivi.

Meta jiġi stabbilit parametru speċifiku, l-operatur għandu juża r-riżultati tal-analiżi kollha magħmula fir-rigward ta' dak il-parametru.

Artikolu 33

Pjan ta' kampjunar

1.   Fejn fatturi ta' kalkolu jiġu ddeterminati permezz ta' analiżijiet, l-operatur għandu jissottometti, lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni, għal kull karburant jew materjal, pjan ta' kampjunar fil-forma ta' proċedura bil-miktub, li tinkludi informazzjoni dwar metodoloġiji għall-preparazzjoni ta' kampjuni, inkluż informazzjoni dwar ir-responsabbiltajiet, il-postijiet, il-frekwenzi u l-ammonti, u l-metodoloġiji għall-ħżin u t-trasport ta' kampjuni.

L-operatur għandu jiżgura li l-kampjuni derivati jkunu rappreżentattivi għal-lott jew il-perjodu ta' konsenja rilevanti u jkunu ħielsa minn preġudizzji. Għandu jkun hemm qbil mal-laboratorju li jkun qed iwettaq l-analiżi għall-karburant jew il-materjal rispettiv dwar l-elementi rilevanti tal-pjan ta' kampjunar, u evidenza ta' dak il-qbil għandha tiġi inkluża fil-pjan. L-operatur għandu jagħmel il-pjan disponibbli għall-finijiet ta' verifika skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2067.

2.   L-operatur għandu, bi ftehim mal-laboratorju li jkun qed iwettaq l-analiżi għall-karburant jew il-materjal rispettiv u suġġett għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti, jadatta l-elementi tal-pjan ta' kampjunar fejn riżultati analitiċi jindikaw li l-eteroġeneità tal-karburant jew tal-materjal tkun differenti b'mod sinifikanti mill-informazzjoni dwar l-eteroġeneità li fuqha jkun ġie bbażat il-pjan ta' kampjunar oriġinali għal dak il-karburant jew il-materjal speċifiku.

Artikolu 34

Użu ta' laboratorji

1.   L-operatur għandu jiżgura li l-laboratorji użati għat-twettiq ta' analiżi għad-determinazzjoni ta' fatturi ta' kalkolu jiġu akkreditati skont EN ISO/IEC 17025, għall-metodi analitiċi rilevanti.

2.   Il-laboratorji mhux akkreditati skont EN ISO/IEC 17 025 jistgħu jintużaw għad-determinazzjoni ta' fatturi ta' kalkolu biss fejn l-operatur jista' juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-aċċess għal-laboratorji msemmija fil-paragrafu 1 mhuwiex teknikament vijabbli jew jista' jimplika kostijiet irraġonevoli u li l-laboratorju mhux akkreditat jissodisfa r-rekwiżiti ekwivalenti għall-EN ISO/IEC 17025.

3.   L-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra li laboratorju jissodisfa rekwiżiti ekwivalenti għall-EN ISO/IEC 17025 kif mifhum fil-paragrafu 2 meta l-operatur jipprovdi, sakemm ikun vijabbli, fil-forma ta' u sa livell simili tad-dettall meħtieġ għall-proċeduri skont l-Artikolu 12(2), evidenza skont it-tieni u t-tielet subparagrafi ta' dan il-paragrafu.

Fir-rigward tal-immaniġġjar tal-kwalità, l-operatur għandu jipproduċi ċertifikazzjoni akkreditata tal-laboratorju f'konformità mal-EN ISO/IEC 9001, jew sistemi oħra ta' ġestjoni tal-kwalità ċċertifikati li jkopru l-laboratorju. Fin-nuqqas ta' sistemi ċċertifikati ta' mmaniġġjar tal-kwalità bħal dawn, l-operatur għandu jipprovdi evidenza xierqa oħra li l-laboratorju huwa kapaċi jimmaniġġja l-persunal, il-proċeduri, id-dokumenti u l-kompiti tiegħu b'mod affidabbli.

Fir-rigward tal-kompetenza teknika, l-operatur għandu jipprovdi evidenza li turi li l-laboratorju huwa kompetenti u kapaċi jiġġenera riżultati teknikament validi bl-użu tal-proċeduri analitiċi rilevanti. Evidenza bħal din għandha tkopri mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(a)

l-immaniġġjar tal-kompetenza tal-persunal għall-kompiti speċifiċi mogħtija;

(b)

l-adattabilità tal-akkomodazzjoni u l-kundizzjonijiet ambjentali;

(c)

l-għażla ta' metodi analitiċi u standards rilevanti;

(d)

fejn applikabbli, l-immaniġġjar tal-kampjunar u l-preparazzjoni tal-kampjuni, inkluż il-kontroll tal-integrità tal-kampjuni;

(e)

fejn applikabbli, l-iżvilupp u l-validazzjoni ta' metodi analitiċi ġodda jew l-applikazzjoni ta' metodi mhux koperti bi standards internazzjonali jew nazzjonali;

(f)

stima tal-inċertezzi;

(g)

l-immaniġġjar ta' tagħmir, inklużi proċeduri għall-kalibrazzjoni, l-aġġustament, il-manutenzjoni u t-tiswija ta' tagħmir, u ż-żamma tar-reġistri tagħhom;

(h)

l-immaniġġjar u l-kontroll ta' data, dokumenti u softwer;

(i)

l-immaniġġjar ta' oġġetti tal-kalibrazzjoni u materjali ta' referenza;

(j)

il-garanzija tal-kwalità għar-riżultati tal-kalibrazzjoni u t-testijiet, inkluż parteċipazzjoni regolari fi skemi ta' ttestjar tal-profiċjenza, bl-applikazzjoni ta' metodi analitiċi għal materjali ta' referenza ċċertifikati, jew paragun reċiproku ma' laboratorju akkreditat;

(k)

l-immaniġġjar ta' proċessi esternalizzati;

(l)

l-immaniġġjar ta' inkarigi, ilmenti tal-klijenti, u l-iżgurar li tittieħed azzjoni korrettiva fil-ħin.

Artikolu 35

Frekwenzi għall-analiżijiet

1.   L-operatur għandu japplika l-frekwenzi minimi għall-analiżijiet għall-karburanti u l-materjali rilevanti elenkati fl-Anness VII.

2.   L-awtorità kompetenti tista' tippermetti li l-operatur juża frekwenza li hija differenti minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1, fejn ma jkunux disponibbli frekwenzi minimi jew fejn l-operatur juri wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

abbażi ta' data storika, inklużi valuri analitiċi għall-karburanti u l-materjali rispettivi fil-perjodu ta' rapportar immedjatament qabel il-perjodu ta' rapportar attwali, kwalunkwe varjazzjoni fil-valuri analitiċi għall-karburant jew il-materjal rispettiv li ma taqbiżx 1/3 tal-valur ta' inċertezza li miegħu l-operatur irid jaderixxi rigward id-determinazzjoni tad-data tal-attivitajiet tal-karburant jew tal-materjal rilevanti;

(b)

l-użu tal-frekwenza meħtieġa jista' jimplika kostijiet irraġonevoli.

Fejn installazzjoni topera għal parti mis-sena biss, jew fejn il-karburanti jew il-materjali huma kkonsenjati f'lottijiet li huma kkonsmati matul iktar minn sena kalendarja waħda, l-awtorità kompetenti tista' tiftiehem mal-operatur rigward skeda iktar xierqa għal analiżijiet, sakemm tkun tirriżulta f'inċertezza komparabbli bħal fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu.

Subtaqsima 4

Fatturi speċifiċi ta' kalkolu

Artikolu 36

Fatturi ta' emissjoni għal CO2

1.   L-operatur għandu jiddetermina fatturi ta' emissjoni speċifiċi għall-attivitajiet għall-emissjonijiet ta' CO2.

2.   Il-fatturi ta' emissjoni tal-karburanti, inkluż meta użati bħala input ta' proċess, għandhom jiġu espressi bħala CO2/TJ.

L-awtorità kompetenti tista' tippermetti li l-operatur juża fattur ta' emissjoni għal karburant espress bħala t CO2/t jew t CO2/Nm3 għall-emissjonijiet ta' kombustjoni, fejn l-użu ta' fattur ta' emissjoni espress bħala t CO2/TJ jimplika kostijiet irraġonevoli jew fejn mill-inqas tkun tista' tintlaħaq preċiżjoni ekwivalenti għall-emissjonijiet ikkalkulati bl-użu ta' fattur ta' emissjoni bħal dan.

3.   Għall-konverżjoni tal-kontenut ta' karbonju fil-valur rispettiv ta' fattur ta' emissjoni relatat ma' CO2 jew vice versa, l-operatur għandu juża l-fattur 3,664 t CO2/t C.

Artikolu 37

Fatturi ta' ossidazzjoni u ta' konverżjoni

1.   L-operatur għandu juża l-livell 1 bħala minimu sabiex jiddetermina l-fatturi ta' ossidazzjoni jew ta' konverżjoni. L-operatur għandu juża valur ta' 1 għall-fattur ta' ossidazzjoni jew ta' konverżjoni fejn il-fattur ta' emissjoni jinkludi l-effett ta' ossidazzjoni jew ta' konverżjoni mhux kompluti.

Madankollu, l-awtorità kompetenti tista' teħtieġ li l-operaturi jużaw dejjem il-livell 1.

2.   Fejn jintużaw ħafna karburanti f'installazzjoni u jkollu jintuża l-livell 3 għall-fattur speċifiku ta' ossidazzjoni, l-operatur jista' jitlob l-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti għal wieħed minn dawn li ġejjin jew għatt-tnejn li huma:

(a)

id-determinazzjoni ta' fattur wieħed ta' ossidazzjoni aggregat għall-proċess kollu ta' kombustjoni u jiġi applikat għall-karburanti kollha;

(b)

l-attribuzzjoni tal-ossidazzjoni mhux kompluta lil fluss wieħed minn sors maġġuri u l-użu ta' valur ta' 1 għall-fattur tal-ossidazzjoni tal-flussi mis-sorsi l-oħrajn.

Jekk jintużaw il-bijomassa jew il-karburanti mħallta, l-operatur għandu jipprovdi evidenza li l-applikazzjoni tal-punti (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu ma twassalx għal sotto valutazzjoni tal-emissjonijiet.

Subtaqsima 5

Trattament tal-bijomassa

Artikolu 38

Flussi minn sorsi ta' bijomassa

1.   L-operatur jista' jiddetermina d-data tal-attivitajiet ta' fluss minn sors ta' bijomassa mingħajr l-użu ta' livelli u billi jipprovdi evidenza analitika dwar il-kontenut ta' bijomassa, fejn il-fluss minn sors jikkonsisti esklussivament minn bijomassa u l-operatur jista' jiżgura li ma jkunx ikkontaminat b'materjali jew karburanti oħrajn.

2.   Il-fattur ta' emissjoni tal-bijomassa għandu jkun żero.

Il-fattur ta' emissjoni ta' kull karburant jew materjal għandu jiġi kkalkulat u rrapportat bħala l-fattur ta' emissjoni preliminari ddeterminat skont l-Artikolu 30, immultiplikat bil-frazzjoni fossili tal-karburant jew tal-materjal.

3.   Il-pit, il-ksilit u l-frazzjonijiet fossili tal-karburanti jew tal-materjali mħallta ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala bijomassa.

4.   Fejn il-frazzjoni ta' bijomassa ta' karburanti jew materjali mħallta tkun daqs jew ogħla minn 97 %, jew fejn minħabba l-ammont tal-emissjonijiet assoċjati mal-frazzjoni fossili tal-karburant jew tal-materjal tikkwalifika bħala fluss minn sors de-minimis, l-awtorità kompetenti tista' tippermetti li l-operatur japplika metodoloġiji mingħajr livelli, inkluż il-metodu tal-bilanċ tal-enerġija, għad-determinazzjoni tad-data tal-attivitajiet u fatturi ta' kalkolu rilevanti.

Artikolu 39

Determinazzjoni tal-frazzjoni tal-bijomassa u tal-frazzjoni fossili

1.   Għal karburanti jew materjali mħallta, l-operatur jista' jew jassumi l-assenza ta' bijomassa u japplika frazzjoni fossili predefinita ta' 100 %, jew jiddetermina frazzjoni tal-bijomassa skont il-paragrafu 2, billi japplika livelli kif definit fit-taqsima 2.4 tal-Anness II.

2.   Fejn, suġġett għal-livell meħtieġ, l-operatur għandu jwettaq analiżi sabiex jiddetermina l-frazzjoni tal-bijomassa, huwa għandu jagħmel dan abbażi ta' metodu standard rilevanti u l-metodi analitiċi hemmhekk, sakemm l-użu ta' dak il-metodu standard u analitiku jiġi approvat mill-awtorità kompetenti.

Fejn, suġġett għal-livell meħtieġ, l-operatur għandu jwettaq analiżijiet sabiex jiddetermina l-frazzjoni tal-bijomassa, iżda jekk l-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu mhix teknikament fattibbli jew ikollha kostijiet irraġonevoli, l-operatur għandu jissottometti metodu alternattiv ta' stima sabiex jiddetermina l-frazzjoni tal-bijomassa lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni. Għall-karburanti jew il-materjali li joriġinaw minn proċess ta' produzzjoni bi flussi ta' input iddefiniti u traċċabbli, l-operatur jista' jibbaża l-istima fuq bilanċ tal-massa ta' karbonju fossili u tal-bijomassa li jkun dieħel u ħiereġ mill-proċess.

Il-Kummissjoni tista' tipprovdi linji gwida dwar metodi oħrajn ta' stima applikabbli.

3.   Permezz ta' deroga mill-paragrafi 1 u 2 u l-Artikolu 30, fejn il-garanzija tal-oriġini tkun ġiet stabbilita skont l-Artikoli 2(j) u 15 tad-Direttiva 2009/28/KE għall-bijogass injettat f'netwerk ta' gass u sussegwentement imneħħi minnu, l-operatur ma għandux juża analiżi sabiex jiddetermina l-frazzjoni tal-bijomassa.

TAQSIMA 3

Metodoloġija bbażata fuq il-kejl

Artikolu 40

Użu tal-metodoloġija ta' monitoraġġ ibbażata fuq il-kejl

L-operatur għandu juża metodoloġiji bbażati fuq il-kejl għall-emissjonijiet kollha tal-ossidu nitruż (N2O) kif stabbilit fl-Anness IV, u sabiex jikkwantifika CO2 ittrasferit skont l-Artikolu 49.

Barra dan, l-operatur jista' juża metodoloġiji bbażati fuq il-kejl għas-sorsi ta' emissjoni ta' CO2, jekk ikun jista' jipprovdi evidenza li għal kull sors ta' emissjoni jkun hemm konformità mal-livelli meħtieġa skont l-Artikolu 41.

Artikolu 41

Rekwiżiti tal-livelli

1.   Għal kull sors maġġuri ta' emissjoni, l-operatur għandu japplika dan li ġej:

(a)

fil-każ ta' installazzjoni tal-kategorija A, mill-inqas il-livelli elenkati fit-taqsima 2 tal-Anness VIII;

(b)

f'każijiet oħrajn, l-ogħla livell elenkat fit-Taqsima 1 tal-Anness VIII.

Madankollu, l-operatur jista' japplika livell li jkun livell wieħed iżjed baxx minn dak meħtieġ skont l-ewwel subparagrafu għall-installazzjonijiet tal-kategorija C u sa żewġ livelli iżjed baxxi għall-installazzjonijiet tal-kategoriji A u B, b'minimu ta' livell 1, fejn jintwera għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-livell meħtieġ skont l-ewwel subparagrafu mhuwiex teknikament fattibbli jew jimplika kostijiet irraġonevoli.

2.   Għal emissjonijiet minn sors ta' emissjoni minuri, l-operatur jista' japplika livell iżjed baxx minn dak meħtieġ skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, b'minimu ta' livell 1, fejn jintwera għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-livell meħtieġ skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 mhuwiex teknikament fattibbli jew jimplika kostijiet irraġonevoli.

Artikolu 42

Standards u laboratorji ta' kejl

1.   Il-kejl kollu għandu jsir bl-applikazzjoni ta' metodi bbażati fuq:

(a)

EN 14181 (Emissjonijiet ta' sors stazzjonarju — Assigurazzjoni ta' kwalità ta' sistemi ta' kejl awtomatizzati);

(b)

EN 15259 (Kwalità tal-arja — Kejl ta' emissjonijiet minn sorsi stazzjonarji — Rekwiżiti għal taqsimiet u postijiet ta' kejl u għall-għan, il-pjan u r-rapport tal-kejl);

(c)

standards EN rilevanti oħrajn, b'mod partikolari EN ISO 16911-2 (Emissjonijiet ta' sors stazzjonarju — Determinazzjoni manwali u awtomatika tar-rata tal-fluss tal-veloċità u tal-volum fit-tubi).

Fejn standards bħal dawn ma jkunux disponibbli, il-metodi għandhom ikunu bbażati fuq standards ISO adattati, standards ippubblikati mill-Kummissjoni jew standards nazzjonali. Fejn ma jeżistux standards applikabbli ppubblikati, għandhom jintużaw abbozzi ta' standards adattati, linji gwida dwar l-aqwa prattiki tal-industrija jew metodoloġiji oħra ppruvati xjentifikament, u għandu jiġi limitat il-preġudizzju fil-kampjunar u l-kejl.

L-operatur għandu jikkunsidra l-aspetti kollha rilevanti tas-sistema tal-kejl kontinwu, inkluż il-post tat-tagħmir, il-kalibrazzjoni, il-kejl, il-garanzija tal-kwalità u l-kontroll tal-kwalità.

2.   L-operatur għandu jiżgura li l-laboratorji li jkunu qegħdin iwettqu kejl, kalibrazzjonijiet u valutazzjonijiet ta' tagħmir rilevanti għal CEMS ikunu akkreditati skont EN ISO/IEC 17025 għall-metodi analitiċi jew l-attivitajiet ta' kalibrazzjoni rilevanti.

Fejn il-laboratorju ma jkollux akkreditazzjoni bħal din, l-operatur għandu jiżgura li r-rekwiżiti ekwivalenti tal-Artikolu 34(2) u (3) jiġu ssodisfati.

Artikolu 43

Determinazzjoni tal-emissjonijiet

1.   L-operatur għandu jiddetermina l-emissjonijiet annwali minn sors ta' emissjoni matul il-perjodu ta' rapportar billi jgħodd matul il-perjodu ta' rapportar il-valuri kollha fis-siegħa tal-konċentrazzjoni mkejla tal-gassijiet serra mmultiplikati bil-valuri fis-siegħa tal-fluss ta' gass mit-tromba taċ-ċumnija, fejn il-valuri fis-siegħa għandhom ikunu medji tar-riżultati kollha tal-kejl individwali tas-siegħa rispettiva tal-operat.

Fil-każ ta' emissjonijiet ta' CO2, l-operatur għandu jiddetermina l-emissjonijiet annwali fuq il-bażi tal-ekwazzjoni 1 fl-Anness VIII. Is-CO rilaxxat fl-atmosfera għandu jiġi ttrattat bħall-ammont molari ekwivalenti ta' CO2.

Fil-każ tal-ossidu nitruż (N2O), l-operatur għandu jiddetermina l-emissjonijiet annwali fuq il-bażi tal-ekwazzjoni fis-subtaqsima B.1 tat-taqsima 16 tal-Anness IV.

2.   Fejn jeżistu ħafna sorsi ta' emissjoni f'installazzjoni waħda u ma jkunux jistgħu jitkejlu bħala sors wieħed ta' emissjoni, l-operatur għandu jkejjel l-emissjonijiet minn dawk is-sorsi ta' emissjoni b'mod separat u jgħodd ir-riżultati sabiex jikseb it-total tal-emissjonijiet tal-gass inkwistjoni matul il-perjodu ta' rapportar.

3.   L-operatur għandu jiddetermina l-konċentrazzjoni tal-gassijiet serra fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija permezz ta' kejl kontinwu f'punt rappreżentattiv permezz ta' wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

kejl dirett;

(b)

fil-każ ta' konċentrazzjoni għolja fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija, il-kalkolu tal-konċentrazzjoni bl-użu ta' kejl indirett tal-konċentrazzjoni bl-applikazzjoni tal-ekwazzjoni 3 fl-Anness VIII u billi jikkunsidra l-valuri mkejla ta' konċentrazzjoni tal-komponenti l-oħra kollha tal-fluss ta' gassijiet kif stabbilit fil-pjan ta' monitoraġġ tal-operatur.

4.   Fejn rilevanti, l-operatur għandu jiddetermina b'mod separat kwalunkwe ammont ta' CO2 li joriġina minn bijomassa u jnaqqsu mit-total tal-emissjonijiet imkejla ta' CO2. Għal dan il-għan l-operatur jista' juża:

(a)

approċċ ibbażat fuq il-kalkolu, inkluż approċċi bl-użu ta' analiżijiet u kampjunar ibbażat fuq EN ISO 13833 (Emissjonijiet tas-sors stazzjonarji — Determinazzjoni tal-proporzjon tad-dijossidu tal-karbonju derivat mill-bijomassa (bijoġeniku) u mill-fossili — Kampjunar u determinazzjoni tar-radjukarbonju);

(b)

metodu ieħor ibbażat fuq standard rilevanti, inkluż ISO 18466 (Emissjonijiet ta' sors stazzjonarju - Determinazzjoni tal-frazzjoni bijoġenika f'CO2 f'gass taċ-ċumnija bl-użu tal-metodu tal-bilanċ);

(c)

metodu ta' stima ppubblikat mill-Kummissjoni.

Fejn il-metodu propost mill-operatur jinvolvi kampjunar kontinwu mill-fluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija, EN 15259 (Kwalità tal-arja — Kejl ta' emissjonijiet minn sorsi stazzjonarji — Rekwiżiti għal taqsimiet u postijiet ta' kejl u għall-għan, il-pjan u r-rapport tal-kejl) għandu jiġi applikat.

5.   L-operatur għandu jiddetermina l-fluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija għall-kalkolu skont il-paragrafu 1 permezz ta' wieħed mill-metodi li ġejjin:

(a)

kalkolu permezz ta' bilanċ tal-massa adattat, b'kunsiderazzjoni tal-parametri sinifikanti kollha fuq in-naħa tal-input, inkluż għall-emissjonijiet ta' CO2 mill-inqas it-tagħbijiet tal-materjali ta' input, il-fluss tal-arja tal-input u l-effiċjenza tal-proċess, kif ukoll fuq in-naħa tal-produzzjoni mill-inqas il-produzzjoni tal-prodott, u l-konċentrazzjoni ta' ossiġenu (O2), diossidu tal-kubrit (SO2) u ossidi tan-nitroġenu (NOx);

(b)

id-determinazzjoni permezz tal-kejl kontinwu tal-fluss f'punt rappreżentattiv.

Artikolu 44

Aggregazzjoni tad-data

1.   L-operatur għandu jikkalkula l-medji fis-siegħa għal kull parametru, inkluż il-konċentrazzjonijiet u l-fluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija, rilevanti għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet bl-użu ta' metodoloġija bbażata fuq il-kejl bl-użu tal-punti kollha tad-data disponibbli għal dik is-siegħa speċifika.

Fejn operatur jista' jiġġenera data għal perjodi iqsar ta' referenza mingħajr kostijiet addizzjonali, l-operatur għandu juża dawk il-perjodi għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet annwali skont l-Artikolu 43(1).

2.   Fejn it-tagħmir tal-kejl kontinwu għal parametru jkun tilef il-kontroll, ikun barra mill-firxa jew ma jkunx qed jopera għal parti mis-siegħa jew il-perjodu ta' referenza msemmi fil-paragrafu 1, l-operatur għandu jikkalkula l-medja fis-siegħa relatata pro rata mal-punti tad-data li jifdal għal dik is-siegħa speċifika jew il-perjodu ta' referenza iqsar bil-kundizzjoni li tal-anqas ikun disponibbli 80 % tal-għadd massimu ta' punti tad-data għal parametru.

L-Artikolu 45(2) sa (4) għandu japplika fejn inqas minn 80 % tal-għadd massimu ta' punti ta' data għal parametru jkunu disponibbli.

Artikolu 45

Data nieqsa

1.   Jekk parti mit-tagħmir tal-kejl f'CEMS ma toperax għal iżjed minn ħamest ijiem konsekuttivi fi kwalunkwe sena kalendarja, l-operatur għandu jgħarraf lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien żejjed u jipproponi miżuri adegwati għat-titjib tal-kwalità tas-CEMS inkwistjoni.

2.   Fejn ma tkunx tista' tiġi pprovduta siegħa valida jew perjodu iqsar ta' referenza ta' data skont l-Artikolu 44(1) għal parametru wieħed jew iktar tal-metodoloġija bbażata fuq il-kejl minħabba li t-tagħmir ikun tilef il-kontroll, ikun barra mill-firxa jew ma jkunx qed jopera, l-operatur għandu jiddetermina valuri ta' sostituzzjoni ta' kull siegħa ta' data nieqsa.

3.   Fejn ma tkunx tista' tiġi pprovduta siegħa valida jew perjodu iqsar ta' referenza għal parametru mkejjel direttament bħala konċentrazzjoni, l-operatur għandu jikkalkula valur ta' sostituzzjoni bħala s-somma ta' konċentrazzjoni medja u d-doppju tad-devjazzjoni standard assoċjata ma' dik il-medja, bl-użu tal-ekwazzjoni 4 fl-Anness VIII.

Fejn il-perjodu ta' rapportar ma jkunx applikabbli għad-determinazzjoni ta' valuri ta' sostituzzjoni bħal dawn minħabba tibdil tekniku sinifikanti fl-installazjoni, l-operatur għandu jiftiehem mal-awtorità kompetenti dwar perjodu ta' żmien rappreżentattiv għad-determinazzjoni tal-medja u d-devjazzjoni standard, fejn possibbli b'dewmien ta' sena.

4.   Fejn ma tkunx tista' tiġi pprovduta siegħa valida ta' data għal parametru għajr il-konċentrazzjoni, l-operatur għandu jikseb valuri ta' sostituzzjoni ta' dak il-parametru permezz ta' mudell adattat ta' bilanċ tal-massa jew bilanċ tal-enerġija tal-proċess. L-operatur għandu jivvalida r-riżultati bl-użu tal-parametri mkejla li jifdal tal-metodoloġija bbażata fuq il-kejl u d-data f'kundizzjonijiet tax-xogħol regolari, b'kunsiderazzjoni ta' perjodu ta' żmien tal-istess dewmien tan-nuqqas fid-data.

Artikolu 46

Korroborazzjoni mal-kalkolu tal-emissjonijiet

L-operatur għandu jikkorrobora emissjonijiet iddeterminati minn metodoloġija bbażata fuq il-kejl, bl-eċċezzjoni tal-emissjonijiet ta' N2O mill-produzzjoni tal-aċidu nitriku u l-gassijiet serra ttrasferiti f'netwerk ta' trasport jew post tal-ħżin, billi jikkalkula l-emissjonijiet annwali ta' kull gass serra kkunsidrat għall-istess sorsi ta' emissjoni u flussi minn sorsi.

L-użu ta' metodoloġiji ta' livelli ma għandux ikun meħtieġ.

TAQSIMA 4

Dispożizzjonijet speċjali

Artikolu 47

Installazzjonijiet b'emissjonijiet baxxi

1.   L-awtorità kompetenti tista' tippermetti li l-operatur jissottometti pjan ta' monitoraġġ issimplifikat skont l-Artikolu 13, bil-kundizzjoni li huwa jopera installazzjoni b'emissjonijiet baxxi.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-installazzjonijiet li jwettqu attivitajiet li għalihom huwa inkluż l-N2O skont l-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE.

2.   Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, installazzjoni għandha tiġi kkunsidrata installazzjoni b'emissjonijiet baxxi fejn tintlaħaq mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-emissjonijiet annwali medji ta' dik l-installazzjoni rrapportati fir-rapporti vverifikati dwar l-emissjonijiet waqt il-perjodu ta' negozjar immedjatament qabel il-perjodu ta' negozjar attwali, bl-esklużjoni ta' CO2 li joriġina minn bijomassa u qabel it-tnaqqis ta' CO2 ittrasferit, ikunu inqas minn 25 000 tunnellata ta' CO2(e) kull sena;

(b)

l-emissjonijiet annwali medji msemmija fil-punt (a) ma jkunux disponibbli jew ma jkunux għadhom applikabbli minħabba tibdil fil-konfini tal-installazzjoni jew tibdil fil-kundizzjonijiet tal-operat tal-installazzjoni, iżda l-emissjonijiet annwali ta' dik l-installazzjoni għall-ħames snin li jkun imiss, bl-esklużjoni ta' CO2 li joriġina minn bijomassa u qabel it-tnaqqis ta' CO2 ittrasferit, ikunu, abbażi ta' metodu konservattiv ta' stima, inqas minn 25 000 tunnellata ta' CO2(e) kull sena.

3.   L-operatur ta' installazzjoni b'emissjonijiet baxxi ma għandux ikun meħtieġ jissottometti d-dokumenti ta' appoġġ imsemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 12(1), u għandu jkun eżentat mir-rekwiżit tar-rapportar dwar titjib imsemmi fl-Artikolu 69(4) bi tweġiba għar-rakkomandazzjonijiet għat-titjib irrappurtat mill-verifikatur fir-rapport ta' verifika.

4.   Permezz ta' deroga mill-Artikolu 27, l-operatur ta' installazzjoni b'emissjonijiet baxxi jista' jiddetermina l-ammont ta' karburant jew materjal bl-użu ta' reġistri disponibbli u ddokumentati dwar ix-xiri u stimi ta' tibdil fil-ħażna. L-operatur għandu jkun ukoll eżentat mir-rekwiżit li jipprovdi l-valutazzjoni ta' inċertezza msemmija fl-Artikolu 28(2) lill-awtorità kompetenti.

5.   L-operatur ta' installazzjoni b'emissjonijiet baxxi għandu jkun eżentat mir-rekwiżit tal-Artikolu 28(2) li jinkludi l-inċertezza relatata ma' tibdil fil-ħażna f'valutazzjoni ta' inċertezza.

6.   Permezz ta' deroga mill-Artikoli 26(1) u 41(1), l-operatur ta' installazzjoni b'emissjonijiet baxxi jista' japplika bħala minimu l-livell 1 għall-finijiet li jiddetermina data tal-attivitajiet u fatturi ta' kalkolu għall-flussi kollha minn sorsi u għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet b'metodoloġiji bbażati fuq il-kejl, sakemm ma tkunx tista' tintlaħaq preċiżjoni ogħla mingħajr sforz addizzjonali għall-operatur, mingħajr ma jipprovdi evidenza li l-applikazzjoni ta' livelli ogħla mhijiex teknikament fattibbli jew tista' timplika kostijiet irraġonevoli.

7.   Għall-iskop li jiġu ddeterminati fatturi ta' kalkolu abbażi ta' analiżi skont l-Artikolu 32, l-operatur ta' installazzjoni b'emissjonijiet baxxi jista' juża kwalunkwe laboratorju li jkun teknikament kompetenti u li kapaċi jiġġenera riżultati teknikament validi bl-użu tal-proċeduri analitiċi rilevanti, u jipprovdi evidenza għal miżuri ta' garanzija tal-kwalità kif imsemmi fl-Artikolu 34(3).

8.   Fejn installazzjoni b'emissjonijiet baxxi suġġetta għal monitoraġġ simplifikat taqbeż il-livell limitu msemmi fil-paragrafu 2 fi kwalunkwe sena kalendarja, l-operatur tagħha għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti dwar dan mingħajr dewmien żejjed.

L-operatur għandu, mingħajr dewmien żejjed, jissottometti modifika sinifikanti tal-pjan ta' monitoraġġ kif mifhum fil-punt (b) tal-Artikolu 15(3), lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni.

Madankollu, l-awtorità kompetenti għandha tippermetti li l-operatur ikompli l-monitoraġġ issimplifikat bil-kundizzjoni li l-operatur juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-livell limitu msemmi fil-paragrafu 2 ma jkunx inqabeż fil-ħames perjodi ta' rapportar li jkunu għaddew u ma jkunx se jerġa' jinqabeż mill-perjodu ta' rapportar li jmiss 'il quddiem.

Artikolu 48

CO2 inerenti

1.   Is-CO2 inerenti li jiġi ttrasferit f'installazzjoni, inkluż dak li jkun jinsab f'gass naturali jew gass tal-iskart (inkluż il-gass minn kalkara tal-funderija jew gass ta' forn tal-kokk) jew f'inputs ta' proċess (inkluż gass ta' sinteżi), għandu jiġi inkluż fil-fattur ta' emissjoni għal dak il-karburant.

2.   Fejn CO2 inerenti joriġina minn attivitajiet koperti bl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE jew inklużi skont l-Artikolu 24 ta' dik id-Direttiva u sussegwentement jiġi ttrasferit barra mill-installazzjoni bħala parti ta' fluss minn sors lejn installazzjoni u attività oħra koperti b'dik id-Direttiva, ma għandux jingħadd bħala emissjonijiet tal-installazzjoni fejn joriġina.

Madankollu, fejn CO2 inerenti jiġi rilaxxat, jew ittrasferit barra mill-installazzjoni lejn entitajiet mhux koperti minn dik id-Direttiva, għandu jingħadd bħala emissjonijet tal-installazzjoni fejn joriġina.

3.   L-operaturi jistgħu jiddeterminaw kwantitajiet ta' CO2 inerenti ttrasferiti barra mill-installazzjoni kemm fl-installazzjoni tat-trasferiment kif ukoll f'dik riċevitriċi. F'dak il-każ, il-kwantitajiet ta' CO2 inerenti ttrasferiti u riċevuti rispettivament għandhom ikunu identiċi.

Fejn il-kwantitajiet ta' CO2 inerenti ttrasferiti u riċevuti ma jkunux identiċi, il-medja aritmetika taż-żewġ valuri determinati għandha tintuża kemm fir-rapport dwar l-emissjonijiet tal-installazzjoni tat-trasferiment kif ukoll f'dik riċevitriċi, fejn id-devjazzjoni bejn il-valuri tista' tiġi spjegata bl-inċertezza tas-sistemi ta' kejl jew tal-metodu tad-determinazzjoni. F'każijiet bħal dan, ir-rapport dwar l-emissjonijiet għandu jirreferi għall-allinjament ta' dak il-valur.

Fejn id-devjazzjoni bejn il-valuri ma tistax tiġi spjegata bil-firxa ta' inċertezza approvata tas-sistemi ta' kejl jew tal-metodu ta' determinazzjoni, l-operaturi tal-installazzjonijiet tat-trasferiment u dawk riċevituri għandhom jallinjaw il-valuri billi japplikaw aġġustamenti konservattivi approvati mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 49

CO2 ittrasferit

1.   L-operatur għandu jnaqqas mill-emissjonijiet tal-installazzjoni kwalunkwe ammont ta' CO2 li joriġina minn karbonju fossili f'attivitajiet koperti bl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE, li ma jiġix rilaxxat mill-installazzjoni, iżda:

(a)

jiġi ttrasferit 'il barra mill-installazzjoni lejn kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(i)

installazzjoni għall-qbid għall-fini ta' trasport u ħżin ġeoloġiku fuq perjodu twil f'post tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE;

(ii)

netwerk tat-trasport bl-iskop ta' ħżin ġeoloġiku fuq perjodu twil f'post tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE;

(iii)

post tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE għall-iskop ta' ħżin ġeoloġiku fuq perjodu twil;

(b)

jiġi ttrasferit 'il barra mill-installazzjoni u użat sabiex jipproduċi karbonat tal-kalċju ppreċipitat, li s-CO2 użat jiġi marbut kimikament fih.

2.   Fir-rapport dwar l-emissjonijiet annwali tiegħu, l-operatur tal-installazzjoni tat-trasferiment għandu jipprovdi l-kodiċi ta' identifikazzjoni tal-istallazzjoni tal-installazzjoni riċevitriċi rikonoxxut skont l-atti adottati skont l-Artikolu 19(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, jekk l-installazzjoni riċevitriċi tkun koperta minn dik id-Direttiva. Fil-każijiet l-oħrajn kollha, l-operatur tal-installazzjoni tat-trasferiment għandu jipprovdi l-isem, l-indirizz u l-informazzjoni ta' kuntatt ta' persuna ta' kuntatt għall-installazzjoni riċevitriċi.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għall-installazzjoni riċevitriċi fir-rigward tal-kodiċi ta' identifikazzjoni ta' installazzjoni tal-installazzjoni tat-trasferiment.

3.   Għad-determinazzjoni tal-kwantità ta' CO2 ittrasferit minn installazzjoni waħda għall-oħra, l-operatur għandu japplika metodoloġija bbażata fuq il-kejl inkluż skont l-Artikoli 43, 44 u 45. Is-sors ta' emissjoni għandu jikkorrispondi għall-punt tal-kejl u l-emissjonijiet għandhom jiġu espressi bħala l-kwantità ta' CO2 ittrasferit.

Għall-iskop tal-punt (b) tal-paragrafu 1, l-operatur għandu japplikaw metodoloġija bbażata fuq il-kalkolu.

4.   Għad-determinazzjoni tal-kwantità ta' CO2 ittrasferit minn installazzjoni għall-oħra, l-operatur għandu japplika l-ogħla livell kif iddefinit fit-Taqsima 1 tal-Anness VIII.

Madankollu, l-operatur jista' japplika l-livell iktar baxx li jkun imiss bil-kundizzjoni li huwa jistabbilixxi li l-applikazzjoni tal-ogħla livell kif iddefinit fit-Taqsima 1 tal-Anness VIII ma tkunx teknikament fattibbli jew timplika kostijiet irraġonevoli.

Għad-determinazzjoni tal-kwantità ta' CO2 kimikament marbut fil-karbonat tal-kalċju ppreċipitat, l-operatur għandu juża sorsi ta' data li jirrappreżentaw l-ogħla preċiżjoni li tista' tinkiseb.

5.   L-operaturi jistgħu jiddeterminaw kwantitajiet ta' CO2 ittrasferiti barra mill-installazzjoni kemm fl-installazzjoni tat-trasferiment kif ukoll f'dik riċevitriċi. F'każijiet bħal dawn, għandu japplika l-Artikolu 48(3).

Artikolu 50

Użu jew trasferiment ta' N2O

1.   Fejn l-N2O joriġina minn attivitajiet koperti mill-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE li għalihom dak l-Anness jispeċifika l-N2O bħala rilevanti u installazzjoni ma tirrilaxxax l-N2O iżda tittrasferih lejn installazzjoni oħra li timmonitorja u tirrapporta l-emissjonijiet skont dan ir-Regolament, ma għandux jingħadd bħala emissjonijiet tal-installazzjoni fejn joriġina.

Installazzjoni li tirċievi l-N2O minn installazzjoni u attività skont l-ewwel subparagrafu għandha timmonitorja l-flussi tal-gass rilevanti bl-istess metodoloġiji, kif meħtieġ minn dan ir-Regolament, daqs li kieku l-N2O ġie ġġenerat fl-installazzjoni riċevitriċi stess.

Madankollu, fejn l-N2O jiġi bbottiljat jew użat bħala gass fi prodotti sabiex jiġi rrilaxxat barra l-installazzjoni, jew fejn jiġi ttrasferit barra mill-installazzjoni lil entitajiet mhux koperti bid-Direttiva 2003/87/KE, għandu jingħadd bħala emissjonijiet tal-installazzjoni fejn joriġina, ħlief għall-kwantitajiet ta' N2O li fir-rigward tagħhom l-operatur tal-installazzjoni fejn joriġina l-N2O jista' juri lill-awtorità kompetenti li l-N2O jinqered bl-użu ta' tagħmir adattat għat-tnaqqis tal-emissjonijiet.

2.   Fir-rapport dwar l-emissjonijiet annwali tiegħu, l-operatur tal-installazzjoni tat-trasferiment għandu jipprovdi l-kodiċi ta' identifikazzjoni tal-installazzjoni tal-installazzjoni riċevitriċi rikonoxxut skont l-atti adottati skont l-Artikolu 19(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, jekk rilevanti.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għall-installazzjoni riċevitriċi fir-rigward tal-kodiċi ta' identifikazzjoni ta' installazzjoni tal-installazzjoni tat-trasferiment.

3.   Sabiex jiddetermina l-kwantità ta' N2O ittrasferita minn installazzjoni waħda għall-oħra, l-operatur għandu japplika metodoloġija bbażata fuq il-kejl, inkluż skont l-Artikoli 43, 44 u 45. Is-sors ta' emissjoni għandu jikkorrispondi għall-punt tal-kejl u l-emissjonijiet għandhom jiġu espressi bħala l-kwantità ta' N2O ittrasferita.

4.   Għad-determinazzjoni tal-kwantità ta' N2O ittrasferita minn installazzjoni għall-oħra, l-operatur għandu japplika l-ogħla livell kif iddefinit fit-Taqsima 1 tal-Anness VIII għal emissjonijiet ta' N2O.

Madankollu, l-operatur jista' japplika l-livell iktarbaxx li jkun imiss bil-kundizzjoni li huwa jistabbilixxi li l-applikazzjoni tal-ogħla livell kif iddefinit fit-Taqsima 1 tal-Anness VIII ma tkunx teknikament fattibbli jew timplika kostijiet irraġonevoli.

5.   L-operaturi jistgħu jiddeterminaw kwantitajiet ta' N2O ittrasferiti barra mill-installazzjoni kemm fl-installazzjoni tat-trasferiment kif ukoll f'dik riċevitriċi. F'każijiet bħal dawn, għandu japplika l-Artikolu 48(3) mutatis mutandis.

KAPITOLU IV

MONITORAĠĠ TA' EMISSJONIJIET U DATA TAT-TUNNELLATI-KILOMETRI MILL-AVJAZZJONI

Artikolu 51

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Kull operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jimmonitorja u jirrapporta emissjonijiet minn attivitajiet ta' avjazzjoni għat-titjiriet kollha inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE li jitwettqu minn dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru waqt il-perjodu ta' rapportar u li għalih l-operatur tal-inġenji tal-ajru huwa responsabbli.

Għal dak il-għan, l-operatur ta' inġenji tal-ajru għandu jattribwixxi t-titjiriet kollha lis-sena kalendarja skont il-ħin tat-tluq imkejjel fil-Ħin Universali Kkoordinat.

2.   L-operatur tal-inġenji tal-ajru li jkollu l-ħsieb li japplika għal allokazzjoni ta' kwoti mingħajr ħlas skont l-Artikoli 3e jew 3f tad-Direttiva 2003/87/KE għandu jimmonitorja wkoll id-data tat-tunnellati-kilometri għall-istess titjiriet waqt is-snin ta' monitoraġġ rispettivi.

3.   Għall-iskop li jiġi identifikat l-operatur tal-inġenji tal-ajru uniku msemmi fil-punt (o) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/87/KE li jkun responsabbli għal titjira, għandu jintuża s-sinjal tas-sejħa użat għall-finijiet ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru. Is-sinjal tas-sejħa għandu jkun wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

id-deżinjatur ICAO stabbilit fil-kaxxa 7 tal-pjan tat-titjira;

(b)

fejn id-deżinjatur tal-ICAO tal-operatur tal-inġenji tal-ajru ma jkunx disponibbli, il-marki tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru.

4.   Fejn l-identità tal-operatur tal-inġenji tal-ajru ma tkunx magħrufa, l-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra l-proprjetarju tal-inġenju tal-ajru bħala l-operatur tal-inġenji tal-ajru għajr jekk tagħti prova tal-identità tal-operatur tal-inġenji tal-ajru responsabbli.

Artikolu 52

Sottomissjoni tal-pjanijiet ta' monitoraġġ

1.   Mhux aktar tard minn erba' xhur qabel ma operatur tal-inġenji tal-ajru jibda attivitajiet ta' avjazzjoni koperti bl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE, huwa għandu jissottometti lill-awtorità kompetenti pjan ta' monitoraġġ għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet skont l-Artikolou 12.

B'deroga mill-ewwel sottoparagrafu, operatur tal-inġenji tal-ajru li għall-ewwel darba jwettaq attività tal-avjazzjoni koperta bl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE li ma setgħetx tiġi prevista erba' xhur qabel l-attività, għandu jissottometti pjan ta' monitoraġġ lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien żejjed, iżda mhux aktar minn sitt ġimgħat wara li l-attività tkun twettqet. L-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jipprovdi ġustifikazzjoni xierqa lill-awtorità kompetenti għala ma setax jissottometti pjan ta' monitoraġġ erba' xhur qabel l-attività.

Fejn l-Istat Membru li jamministra msemmi fl-Artikolu 18a tad-Direttiva 2003/87/KE ma jkunx magħruf minn qabel, l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu mingħajr dewmien żejjed jissottometti l-pjan ta' monitoraġġ meta informazzjoni dwar l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jamministra ssir disponibbli.

2.   Fejn l-operatur tal-inġenji tal-ajru jkollu l-ħsieb li japplika għal allokazzjoni ta' kwoti mingħajr ħlas skont l-Artikoli 3e jew 3f tad-Direttiva 2003/87/KE, huwa għandu jissottometti wkoll pjan ta' monitoraġġ għall-monitoraġġ u r-rapportar tad-data tat-tunnellati-kilometri. Il-pjan ta' monitoraġġ għandu jiġi sottomess mhux aktar tard minn erba' xhur qabel il-bidu ta' waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

is-sena ta' monitoraġġ imsemmija fl-Artikolu 3e(1) tad-Direttiva 2003/87/KE għall-applikazzjonijiet skont dak l-Artikolu;

(b)

it-tieni sena kalendarja tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 3c(2) tad-Direttiva 2003/87/KE għall-applikazzjonijiet skont l-Artikolu 3f ta' dik id-Direttiva.

Artikolu 53

Metodoloġija ta' monitoraġġ għall-emissjonijiet minn attivitajiet tal-avjazzjoni

1.   Kull operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jiddetermina l-emissjonijiet annwali ta' CO2 minn attivitajiet tal-avjazzjoni billi jimmultiplika l-konsum annwali ta' kull karburant (espress f'tunnellati) bil-fattur rispettiv ta' emissjoni.

2.   Kull operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jiddetermina l-konsum ta' karburant għal kull titjira u għal kull karburant, inkluż il-karburant ikkunsmat mill-unità tal-enerġija awżiljara. Għal dak l-iskop, l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu juża wieħed mill-metodi stabbiliti fit-taqsima 1 tal-Anness III. L-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jagħżel il-metodu li jipprovdi għad-data l-iżjed kompluta u puntwali kkombinata mal-inċertezza l-iżjed baxxa mingħajr ma jidħol f'kostijiet irraġonevoli.

3.   Kull operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jiddetermina l-karburant ippumpjat fit-tank imsemmi fit-Taqsima 1 tal-Anness III abbażi ta' wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

il-kejl min-naħa tal-fornitur tal-karburant, kif iddokumentat fin-noti tal-konsenja jew il-fatturi tal-karburant għal kull titjira;

(b)

id-data minn sistemi ta' kejl abbord inġenji tal-ajru rreġistrata fid-dokumentazzjoni tal-massa u l-bilanċ, fir-reġistru tekniku tal-inġenju tal-ajru jew trażmessa b'mod elettroniku mill-inġenju tal-ajru lill-operatur tal-inġenji tal-ajru.

4.   L-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jiddetermina l-karburant li jkun hemm fit-tank bl-użu ta' data minn sistemi ta' kejl abbord ta' inġenji tal-ajru u rreġistrata fid-dokumentazzjoni tal-massa u l-bilanċ, fir-reġistru tekniku tal-inġenju tal-ajru jew jittrażmettiha b'mod elettroniku mill-inġenju tal-ajru lill-operatur tal-inġenji tal-ajru.

5.   Fejn l-ammont ta' karburant ippumpjat fit-tank jew l-ammont ta' karburant li jifdal fit-tankijiet jiġi ddeterminat f'unitajiet ta' volum, espressi f'litri, l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jibdel dak l-ammont minn volum għal massa bl-użu ta' valuri tad-densità. L-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu juża d-densità tal-karburant (li jista' tkun valur effettiv jew standard ta' 0,8 kg għal kull litru) li jintuża għal raġunijiet operattivi u ta' sikurezza.

Il-proċedura għall-informazzjoni dwar l-użu ta' densità effettiva jew standard għandha tkun iddettaljata fil-pjan ta' monitoraġġ flimkien ma' referenza għad-dokumentazzjoni rilevanti tal-operatur tal-inġenji tal-ajru.

6.   Għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1, l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu juża l-fatturi predefiniti tal-emissjonijiet stabbiliti fit-Tabella 1 fl-Anness III.

Għal karburanti mhux elenkati f'dik it-tabella, l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jiddetermina l-fattur ta' emissjoni skont l-Artikolu 32. Għal karburanti bħal dawn, il-valur kalorifiku nett għandu jiġi ddeterminat u r-rapportat bħala oġġett ta' memo.

7.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 6, l-operatur tal-inġenji tal-ajru jista', mal-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti, jikseb il-fattur ta' emissjoni jew il-kontenut ta' karbonju, li fuqu tkun ibbażata, jew il-valur kalorifiku nett għall-karburanti li jiġu nnegozjati b'mod kummerċjali mir-reġistri tax-xiri għall-karburant inkwistjoni pprovdut mill-fornitur ta' karburant, bil-kundizzjoni li dawk li jkunu nkisbu abbażi ta' standards u fatturi ta' emissjonijiet aċċettati f'livell internazzjonali elenkati fit-Tabella 1 tal-Anness III ma jkunux jistgħu jiġu applikati.

Artikolu 54

Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-bijomassa

L-Artikolu 39 għandu japplika skont kif ikun xieraq għad-determinazzjoni tal-frazzjoni ta' bijomassa ta' karburant imħallat.

Minkejja l-Artikolu 39(2), l-awtorità kompetenti għandha tippermetti l-użu ta' metodoloġija applikabbli b'mod uniformi fl-Istati Membri kollha għad-determinazzjoni tal-frazzjoni ta' bijomassa, skont kif ikun xieraq.

Skont dik il-metodoloġija, il-frazzjoni ta' bijomassa, il-valur kalorifiku nett u l-fattur ta' emissjoni jew il-kontenut ta' karbonju tal-karburant użat f'attività ta' avjazzjoni tal-EU ETS elenkata fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE għandhom jiġu ddeterminati bl-użu ta' reġistri tax-xiri tal-karburant.

Il-metodoloġija għandha tkun ibbażata fuq il-linji gwida pprovduti mill-Kummissjoni sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni konsistenti tagħha fl-Istati Membri kollha.

L-użu ta' bijokarburanti għall-avjazzjoni għandu jiġi vvalutat skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2009/28/KE.

Artikolu 55

Emittenti żgħar

1.   L-operaturi tal-inġenji tal-ajru li joperaw inqas minn 243 titjira għal kull perjodu għal tliet perjodi konsekuttivi ta' erba' xhur il-wieħed u l-operaturi tal-inġenji tal-ajru li joperaw titjiriet b'emissjonijiet annwali totali ta' inqas minn 25 000 tunnellata ta' CO2 fis-sena għandhom jiġu kkunsidrati bħala emittenti żgħar.

2.   Permezz ta' deroga mill-Artikolu 53, l-emittenti żgħar jistgħu jikkalkulaw il-konsum ta' karburant bl-użu ta' għodod implimentati mill-Eurocontrol jew organizzazzjoni rilevanti oħra, li tista' tipproċessa l-informazzjoni kollha rilevanti dwar it-traffiku tal-ajru u tevitaw kwalunkwe sottovalutazzjonijiet tal-emissjonijiet.

L-għodod applikabbli jistgħu jintużaw biss jekk jiġu approvati mill-Kummissjoni inkluż l-applikazzjoni ta' fatturi ta' korrezzjoni sabiex jikkumpensaw kwalunkwe nuqqas ta' preċiżjoni fil-metodi ta' mmudellar.

3.   Permezz ta' deroga mill-Artikolu 12, emittent żgħir li jkollu l-ħsieb li juża kwalunkwe mill-għodod imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jista' jissottometti biss l-informazzjoni li ġejja fil-pjan ta' monitoraġġ għall-emissjonijiet:

(a)

l-informazzjoni meħtieġa skont il-punt 1 tat-Taqsima 2 tal-Anness I;

(b)

evidenza li l-livelli limitu għall-emittenti żgħar stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jkunu ntlaħqu;

(c)

l-isem ta' jew referenza għall-għodda kif imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu li jkollha tintuża għall-kalkolu tal-istima tal-konsum ta' karburant.

Emittent zgħir għandu jiġi eżentat mir-rekwiżit li jissottometti d-dokumentazzjoni ta' appoġġ imsemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 12(1).

4.   Fejn operatur tal-inġenji tal-ajru juża kwalunkwe mill-għodod imsemmija fil-paragrafu 2 u jaqbeż il-livelli limitu msemmija fil-paragrafu 1 waqt sena ta' rapportar, l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti b'dan mingħajr dewmien żejjed.

L-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu, mingħajr dewmien żejjed, jissottometti modifika sinifikanti tal-pjan ta' monitoraġġ kif mifhum fil-punt (iv) tal-Artikolu 15(4)(a) lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni.

Madankollu, l-awtorità kompetenti għandha tippermetti li l-operatur tal-inġenji tal-ajru jkompli juża l-għodda msemmija fil-paragrafu 2 bil-kundizzjoni li l-operatur tal-inġenji tal-ajru juri għas-sodisfazzjoni tal-awtorità kompetenti li l-livelli limitu msemmija fil-paragrafu 1 ikunu għadhom ma nqabżux fl-aħħar ħames perjodi ta' rapportar u ma jkunux se jerġgħu jinqabżu mill-perjodu ta' rapportar li jkun imiss 'il quddiem.

Artikolu 56

Sorsi ta' inċertezza

1.   L-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jikkunsidra s-sorsi ta' inċertezza u l-livelli assoċjati tagħhom ta' inċertezza meta jagħżel il-metodoloġija ta' monitoraġġ skont l-Artikolu 53(2).

2.   L-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jwettaq regolarment attivitajiet adattati ta' kontroll, inkluż verifiki doppji bejn il-kwantità ta' karburant ippumpjat fit-tank kif ipprovdut mill-fatturi u l-kwantità ta' karburant ippumpjat fit-tank indikata minn kejl abbord, u jieħu azzjoni korrettiva jekk jiġu osservati devjazzjonijiet sinifikanti.

Artikolu 57

Determinazzjoni tad-data tat-tunnellati-kilometri

1.   Operaturi tal-inġenji tal-ajru li jkollhom il-ħsieb li japplikaw għal allokazzjoni ta' kwoti mingħajr ħlas skont l-Artikoli 3e jew 3f tad-Direttiva 2003/87/KE għandhom jimmonitorjaw id-data tat-tunnellati-kilometri għat-titjiriet kollha inklużi fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE fis-snin ta' monitoraġġ rilevanti għal applikazzjonijiet bħal dawn.

2.   L-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jikkalkula d-data tat-tunnellati-kilometri billi jimmultiplika d-distanza, ikkalkulata skont it-Taqsima 3 tal-Anness III u espressa f'kilometri (km), bit-tagħbija utli, ikkalkulata bħala s-somma tal-massa ta' merkanzija, il-posta u l-passiġġieri u bagalji vverifikati, espressi f'tunnellati (t).

3.   L-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jiddetermina l-massa tal-merkanzija u tal-posta fuq il-bażi tal-massa effettiva jew standard li jkun hemm fid-dokumentazzjoni tal-massa u tal-bilanċ għat-titjiriet rilevanti.

L-operaturi tal-inġenji tal-ajru li ma jkunux meħtieġa li jkollhom dokumentazzjoni tal-massa u tal-bilanċ għandhom jipproponu metodoloġija adattata fil-pjan ta' monitoraġġ għad-determinazzjoni tal-massa tal-merkanzija u tal-posta, waqt li jeskludu l-piż tat-tara tal-pelits u tal-kontejners kollha li ma jkunux tagħbija utli, u l-piż tas-servizz.

4.   L-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jiddetermina l-massa ta' passiġġieri li jkunu qegħdin jużaw wieħed mil-livelli li ġejjin:

(a)

livell 1: jikkonsisti f'valur predefinit ta' 100 kg għal kull passiġġier inkluż il-bagalji rreġistrati tiegħu;

(b)

livell 2: jikkonsisti fil-massa tal-passiġġieri u l-bagalji rreġistrati inklużi fid-dokumentazzjoni tal-massa u tal-bilanċ għal kull titjira.

Madankollu, il-livell magħżul għandu japplika għat-titjiriet kollha fis-snin ta' monitoraġġ rilevanti għal applikazzjonijiet skont l-Artikolu 3e jew 3f tad-Direttiva 2003/87/KE.

KAPITOLU V

IMMANIĠĠJAR U KONTROLL TAD-DATA

Artikolu 58

Attivitajiet ta' fluss ta' data

1.   L-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jistabbilixxi, jiddokumenta, jimplimenta u jżomm proċeduri bil-miktub għall-attivitajiet ta' fluss ta' data għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u jiżgura li r-rapport annwali dwar l-emissjonijiet li jirriżulta minn attivitajiet ta' fluss ta' data, ma jkunx jinkludi dikjarazzjonijiet skorretti u jkun konformi mal-pjan ta' monitoraġġ, dawk il-proċeduri bil-miktub u dan ir-Regolament.

Fejn l-operatur tal-inġenji tal-ajru jkollu l-ħsieb li japplika għal allokazzjoni ta' kwoti mingħajr ħlas skont l-Artikoli 3e jew 3f tad-Direttiva 2003/87/KE, l-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għall-monitoraġġ u r-rapportar tad-data tat-tunnellati-kilometri.

2.   Id-deskrizzjonijiet tal-proċeduri bil-miktub għall-attivitajiet ta' fluss ta' data li jkun hemm fil-pjan ta' monitoraġġ għandhom mill-inqas ikopru l-elementi li ġejjin:

(a)

l-elementi ta' informazzjoni elenkati fl-Artikolu 12(2);

(b)

identifikazzjoni tas-sorsi primarji tad-data;

(c)

kull pass fil-fluss ta' data minn data primarja għal data annwali tal-emissjonijiet jew it-tunnellati-kilometri li għandu jirrifletti s-sekwenza u l-interazzjoni bejn l-attivitajiet ta' fluss ta' data, inklużi l-formoli rilevanti u l-passi aggregati tad-data applikati;

(d)

il-passi tal-ipproċessar rilevanti relatati ma' kull attività speċifika ta' fluss ta' data inkluż il-formoli u d-data użati għad-determinazzjoni tad-data tal-emissjonijiet jew it-tunnellati-kilometri;

(e)

sistemi rilevanti tal-ipproċessar u l-ħżin ta' data elettronika użati u l-interazzjoni bejn sistemi bħal dawn u inputs oħra inkluż input manwali;

(f)

il-mod kif il-produzzjoni tal-attivitajiet ta' fluss ta' data tiġi ddokumentata.

Artikolu 59

Sistema ta' kontroll

1.   L-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jistabbilixxi, jiddokumenta, jimplimenta u jżomm sistema effettiva ta' kontroll sabiex jiġi żgurat li r-rapport annwali dwar l-emissjonijiet u, fejn applikabbli, ir-rapport dwar it-tunnellati-kilometri annwali li jirriżulta minn attivitajiet ta' fluss ta' data ma jkunx jinkludi dikjarazzjonijiet skorretti u jkun konformi mal-pjan ta' monitoraġġ u ma' dan ir-Regolament.

2.   Is-sistema ta' kontroll imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tikkonsisti minn dan li ġej:

(a)

valutazzjoni ta' operatur jew ta' operatur tal-inġenji tal-ajru tar-riskji inerenti u r-riskji ta' kontroll fuq il-bażi ta' proċedura bil-miktub għat-twettiq tal-valutazzjoni;

(b)

proċeduri bil-miktub relatati ma' attivitajiet ta' kontroll li għandhom inaqqsu r-riskji identifikati.

3.   Il-proċeduri bil-miktub relatati mal-attivitajiet ta' kontroll kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 2 għandhom mill-inqas jinkludu:

(a)

il-garanzija tal-kwalità tat-tagħmir tal-kejl;

(b)

il-garanzija tal-kwalità tas-sistema tat-teknoloġija tal-informatika użata għall-attivitajiet ta' fluss ta' data, inkluż it-teknoloġija tal-kompjuters tal-kontroll tal-proċess;

(c)

is-segregazzjoni tad-dmirijiet fl-attivitajiet ta' fluss ta' data u l-attivitajiet ta' kontroll u l-immaniġġjar tal-kompetenzi meħtieġa;

(d)

eżamijiet mill-ġdid interni u validazzjoni tad-data;

(e)

korrezzjonijiet u azzjoni korrettiva;

(f)

kontroll tal-proċessi esternalizzati;

(g)

żamma ta' reġistri u dokumentazzjoni inkluż l-immaniġġjar ta' verżjonijiet ta' dokumenti.

4.   L-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jimmonitorja l-effettività tas-sistema ta' kontroll, inkluż it-twettiq ta' eżamijiet mill-ġdid interni u b'kunsiderazzjoni tas-sejbiet tal-verifikatur waqt il-verifika tar-rapporti ta' emissjonijiet annwali u, fejn ikun applikabbli, ir-rapporti dwar it-tunnellati-kilometri, imwettqa skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2067.

Kull meta jinstab li s-sistema ta' kontroll ma tkunx effikaċi jew ma tkunx proporzjonata mar-riskji identifikati, l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jipprova jtejjeb is-sistema ta' kontroll u jaġġorna l-pjan ta' monitoraġġ jew il-proċeduri bil-miktub sottostanti għall-attivitajiet ta' fluss ta' data, il-valutazzjonijiet tar-riskji u l-attivitajiet ta' kontroll skont kif ikun xieraq.

Artikolu 60

Assigurazzjoni tal-kwalità

1.   Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 59(3), l-operatur għandu jiżgura li t-tagħmir tal-kejl rilevanti kollu jiġi kkalibrat, aġġustat u vverifikat f'intervalli regolari, inkluż qabel l-użu, u vverifikat ma' standards ta' kejl traċċabbli għal standards ta' kejl internazzjonali, fejn disponibbli, skont ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u proporzjonati mar-riskji identifikati.

Fejn il-komponenti tas-sistemi tal-kejl ma jkunux jistgħu jiġu kkalibrati, l-operatur għandu jidentifikahom fil-pjan ta' monitoraġġ u jipproponi attivitajiet alternattivi ta' kontroll.

Meta jinstab li t-tagħmir ma jikkonformax mal-prestazzjoni meħtieġa, l-operatur għandu minnufih jieħu l-azzjoni korrettiva meħtieġa.

2.   Fir-rigward ta' sistemi ta' kejl kontinwu, l-operatur għandu japplika garanzija tal-kwalità bbażata fuq l-istandard Assigurazzjoni ta' kwalità ta' sistemi ta' kejl awtomatizzati (EN 14181), inkluż kejl parallel b'metodi ta' referenza standard mill-inqas darba fis-sena, li jitwettaq minn persunal kompetenti.

Fejn assigurazzjoni ta' kwalità bħal din tesiġi valuri limitu ta' emissjonijiet (ELVs) bħala parametri meħtieġa għall-bażi tal-verifiki tal-kalibrazzjoni u tal-prestazzjoni, għandha tintuża l-konċentrazzjoni annwali medja fis-siegħa tal-gass serra bħala sostitut għal ELVs bħal dawn. Fejn l-operatur isib nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti tal-garanzija tal-kwalità, inkluż li jkollha titwettaq rikalibrazzjoni, huwa għandu jirrapporta dik iċ-ċirkostanza lill-awtorità kompetenti u jieħu azzjoni korrettiva mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 61

Assigurazzjoni tal-kwalità tat-teknoloġija tal-informatika

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 59(3), l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jiżgura li s-sistema tat-teknoloġija tal-informatika tiġi mfassla, iddokumentata, ittestjata, implimentata, ikkontrollata u miżmuma b'mod li jippermetti l-ipproċessar ta' data affidabbli, preċiża u puntwali skont ir-riskji identifikati skont il-punt (a) tal-Artikolu 59(2).

Il-kontroll tas-sistema tat-teknoloġija tal-informatika għandu jinkludi l-kontroll tal-aċċess, il-kontroll tal-back-up, l-irkupru, l-ippjanar tal-kontinwità u s-sigurtà.

Artikolu 62

Segregazzjoni tad-dmirijiet

Għall-finijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 59(3), l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jassenja persuni responsabbli għall-attivitajiet kollha ta' fluss ta' data u għall-attivitajiet kollha ta' kontroll b'mod li jissepara d-dmirijiet konfliġġenti. Fin-nuqqas ta' attivitajiet oħra ta' kontroll, huwa għandu jiżgura għall-attivitajiet kollha ta' fluss ta' data proporzjonati mar-riskji inerenti identifikati li l-informazzjoni u d-data rilevanti kollha tiġi kkonfermata minn tal-anqas persuna waħda li ma tkunx ġiet involuta fid-determinazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' dik l-informazzjoni jew dik id-data.

L-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jimmaniġġja l-kompetenzi meħtieġa għar-responsabbiltajiet involuti, inkluż it-tqassim xieraq tar-responsabbiltajiet, it-taħriġ, u l-analiżi tal-prestazzjonijiet.

Artikolu 63

Eżamijiet mill-ġdid interni u validazzjoni tad-data

1.   Għall-finijiet tal-punt (d) tal-Artikolu 59(3) u abbażi tar-riskji inerenti u r-riskji ta' kontroll identifikati fil-valutazzjoni tar-riskji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 59(2), l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu janalizza u jivvalida data li tirriżulta mill-attivitajiet ta' fluss ta' data msemmija fl-Artikolu 58.

Analiżi u validazzjoni tad-data bħal dawn għandhom mill-inqas jinkludu:

(a)

verifika dwar jekk id-data hijiex kompluta;

(b)

tqabbil tad-data li l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru jkun kiseb, immonitorja u rrapporta tul diversi snin;

(c)

tqabbil tad-data u l-valuri li jirriżultaw minn sistemi differenti ta' ġbir ta' data tal-operat, inkluż it-tqabbil li ġej, fejn applikabbli:

(i)

tqabbil tad-data tax-xiri tal-karburant jew tal-materjal mad-data dwar it-tibdil fl-istokk u d-data dwar il-konsum għall-flussi minn sorsi applikabbli;

(ii)

tqabbil tal-fatturi ta' kalkolu li jkunu ġew iddeterminati b'analiżi, ikkalkulati jew miksuba mill-fornitur tal-karburant jew tal-materjal, ma' fatturi ta' referenza nazzjonali jew internazzjonali ta' karburanti jew materjali komparabbli;

(iii)

tqabbil tal-emissjonijiet miksuba minn metodoloġiji bbażati fuq il-kejl u r-riżultati tal-kalkolu korroborattiv skont l-Artikolu 46;

(iv)

tqabbil ta' data aggregata u data mhux ipproċessata.

2.   L-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jiżgura, safejn possibbli, li l-kriterji għar-rifjut ta' data bħala parti mill-analiżi u l-validazzjoni jkunu magħrufa minn qabel. Għal dak il-għan il-kriterji għar-rifjut ta' data għandhom jiġu stabbiliti fid-dokumentazzjoni tal-proċeduri bil-miktub rilevanti.

Artikolu 64

Korrezzjonijiet u azzjoni korrettiva

1.   Fejn kwalunkwe parti tal-attivitajiet ta' fluss ta' data msemmija fl-Artikolu 58 jew attivitajiet ta' kontroll imsemmija fl-Artikolu 59 tinstab li ma tkunx qiegħda tiffunzjona b'mod effikaċi, jew li tkun qiegħda tiffunzjona barra mill-konfini stabbiliti fid-dokumentazzjoni tal-proċeduri għal dawk l-attivitajiet ta' fluss ta' data u attivitajiet ta' kontroll, l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jwettaq korrezzjonijiet xierqa u jikkoreġi d-data rrifjutata filwaqt li jevita sottostima tal-emissjonijiet.

2.   Għall-fini tal-paragrafu 1, l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu mill-inqas jipproċedi għal dan kollu li ġej:

(a)

valutazzjoni tal-validità tal-produzzjonijiet tal-passi applikabbli fl-attivitajiet ta' fluss ta' data msemmija fl-Artikolu 58 jew l-attivitajiet ta' kontroll imsemmija fl-Artikolu 59;

(b)

id-determinazzjoni tal-kawża prinċipali tal-funzjonament ħażin jew tal-iżball ikkonċernat;

(c)

l-implimentazzjoni ta' azzjoni korrettiva xierqa, inkluż il-korrezzjoni ta' kwalunkwe data affettwata fir-rapport dwar l-emissjonijiet jew ir-rapport dwar it-tunnellati-kilometri, kif ikun xieraq.

3.   L-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jwettaq il-korrezzjonijiet u l-azzjonijiet korrettivi skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu b'mod li dawn jirrispondu għar-riskji inerenti u r-riskji ta' kontroll identifikati fil-valutazzjoni tar-riskji msemmija fl-Artikolu 59.

Artikolu 65

Proċessi esternalizzati

Fejn l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru jesternalizza attività waħda jew aktar ta' fluss ta' data msemmija fl-Artikolu 58 jew attivitajiet ta' kontroll imsemmija fl-Artikolu 59, l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jipproċedi għal dan kollu li ġej:

(a)

jivverifika l-kwalità tal-attivitajiet ta' fluss ta' data esternalizzati u l-attivitajiet ta' kontroll skont dan ir-Regolament;

(b)

jiddefinixxi rekwiżiti xierqa għall-produzzjonijiet tal-proċessi esternalizzati u l-metodi użati f'dawk il-proċessi;

(c)

jivverifika l-kwalità tal-produzzjonijiet u l-metodi msemmija fil-punt (b) ta' dan l-Artikolu;

(d)

jiżgura li l-attivitajiet esternalizzati jitwettqu b'mod li dawk jirrispondu għar-riskji inerenti u r-riskji ta' kontroll identifikati fil-valutazzjoni tar-riskji msemmija fl-Artikolu 59.

Artikolu 66

Trattament tal-lakuni fid-data

1.   Fejn data rilevanti għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet ta' installazzjoni tkun nieqsa, l-operatur għandu juża metodu ta' stima xieraq sabiex jiddetermina data ta' sostituzzjoni konservattiva għall-perjodu ta' żmien rispettiv u l-parametru nieqes.

Fejn l-operatur ma jkunx stabbilixxa l-metodu ta' stima fi proċedura bil-miktub, huwa għandu jistabbilixxi proċedura bil-miktub bħal din u jissottometti lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni modifika xierqa tal-pjan ta' monitoraġġ skont l-Artikolu 15 għall-approvazzjoni.

2.   Fejn data rilevanti għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet ta' operatur tal-inġenji tal-ajru għal titjira waħda jew iktar tkun nieqsa, l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu juża data ta' sostituzzjoni għall-perjodu ta' żmien rispettiv ikkalkulat skont il-metodu alternattiv iddefinit fil-pjan ta' monitoraġġ.

Fejn id-data ta' sostituzzjoni ma tkunx tista' tiġi ddeterminata skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-istimi tal-emissjonijiet għal dik it-titjira jew dawk it-titjiriet jistgħu jsiru mill-operatur tal-inġenji tal-ajru mill-konsum ta' karburant iddeterminat bl-użu ta' għodda msemmija fl-Artikolu 55(2).

Fejn in-numru ta' titjiriet b'nuqqasijiet fid-data msemmija fl-ewwel żewġ subparagrafi jaqbeż il-5 % tat-titjiriet annwali li jiġu rrappurtati, l-operatur għandu jgħarraf lill-awtorità kompetenti dwar dan mingħajr dewmien bla bżonn u għandu jieħu azzjoni ta' rimedju għat-titjib tal-metodoloġija ta' monitoraġġ.

Artikolu 67

Reġistri u dokumentazzjoni

1.   L-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jżomm reġistri tad-data u l-informazzjoni kollha rilevanti, inkluż informazzjoni kif elenkata fl-Anness IX, għal mill-inqas 10 snin.

Id-data ta' monitoraġġ iddokumentata u arkivjata għandha tkun biżżejjed sabiex tippermetti l-verifika tar-rapporti annwali dwar l-emissjonijiet jew ir-rapporti dwar it-tunnellati-kilometri skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2067. Id-data rrapportata mill-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru li jkun hemm f'sistema elettronika ta' rapportar u mmaniġġjar ta' data stabbilita mill-awtorità kompetenti tista' tiġi kkunsidrata li tinżamm mill-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru, jekk huma jkollhom aċċess għal dik id-data.

2.   L-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jiżgura li d-dokumenti rilevanti jkunu disponibbli meta u fejn ikunu meħtieġa sabiex iwettaq l-attivitajiet ta' fluss ta' data u l-attivitajiet ta' kontroll.

L-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu, fuq talba, jagħmel dawk id-dokumenti disponibbli lill-awtorità kompetenti u lill-verifikatur għall-verifika tar-rapport dwar l-emissjonijiet jew ir-rapport dwar it-tunnellati-kilometri skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2067.

KAPITOLU VI

REKWIŻITI TAR-RAPPORTAR

Artikolu 68

Ħin u obbligi għar-rapportar

1.   L-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jissottometti lill-awtorità kompetenti sal-31 ta' Marzu ta' kull sena rapport dwar l-emissjonijiet li jkopri l-emissjonijiet annwali fil-perjodu tar-rapportar u li huwa vverifikat skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2067.

Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jesiġu li l-operaturi jew l-operaturi ta' inġenji tal-ajru jissottomettu r-rapport annwali vverifikat dwar l-emissjonijiet qabel il-31 ta' Marzu, iżda mhux iktar kmieni mit-28 ta' Frar.

2.   Fejn l-operatur tal-inġenji tal-ajru jagħżel li japplika għall-allokazzjoni ta' kwoti ta' emissjonijiet mingħajr ħlas skont l-Artikolu 3e jew 3f tad-Direttiva 2003/87/KE, l-operatur ta' inġenju tal-ajru għandu jissottometti lill-awtorità kompetenti sal-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara s-sena ta' monitoraġġ imsemmija fl-Artikolu 3e jew 3f ta' dik id-Direttiva rapport dwar it-tunnellati-kilometri li jkopri d-data dwar it-tunnellati-kilometri tas-sena ta' monitoraġġ u li jiġi vverifikat skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2067.

3.   Ir-rapporti annwali dwar l-emissjonijiet u r-rapporti dwar it-tunnellati-kilometri għandhom mill-inqas jinkludu l-informazzjoni mniżżla fl-Anness X.

Artikolu 69

Rapportar dwar titjib fil-metodoloġija ta' monitoraġġ

1.   Kull operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jivverifika regolarment jekk il-metodoloġija ta' monitoraġġ applikata tistax tittejjeb.

Operatur ta' installazzjoni għandu jissottometti lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni rapport li jkun jinkludi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 jew 3, fejn xieraq, sal-iskadenzi li ġejjin:

(a)

għal installazzjoni tal-Kategorija A, sat-30 ta' Ġunju kull erba' snin;

(b)

għal installazzjoni tal-Kategorija B, sat-30 ta' Ġunju kull sentejn;

(c)

għal installazzjoni tal-Kategorija C, sat-30 ta' Ġunju kull sena.

Madankollu, l-awtorità kompetenti tista' tistabbilixxi data alternattiva għas-sottomissjoni tar-rapport, iżda mhux iktar tard mit-30 ta' Settembru tal-istess sena.

B'deroga mit-tieni u t-tielet subparagrafi, u mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti tista' tapprova, flimkien mal-pjan ta' monitoraġġ jew ir-rapport tat-titjib, estensjoni tal-iskadenza applikabbli skont it-tieni subparagrafu, jekk l-operatur jipprovdi evidenza għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti meta jissottometti pjan ta' monitoraġġ skont l-Artikolu 12 jew man-notifika tal-aġġornamenti skont l-Artikolu 15, jew meta jissottometti rapport ta' titjib skont dan l-Artikolu, li r-raġunijiet għal kostijiet irraġonevoli jew għal miżuri ta' titjib li teknikament mhumiex fattibbli jibqgħu validi għal perjodu ta' żmien itwal. Dik l-estensjoni għandha tqis in-numru ta' snin li għalihom l-operatur jipprovdi evidenza. Il-perjodu ta' żmien totali bejn ir-rapporti tat-titjib ma għandux jaqbeż tliet snin għal installazzjoni tal-kategorija C, erba' snin għal installazzjoni tal-kategorija B jew ħames snin għal installazzjoni tal-kategorija A.

2.   Fejn operatur ma japplikax mill-inqas il-livelli meħtieġa skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(1) għal flussi minn sors maġġuri u flussi minn sors minuri u skont l-Artikolu 41 għal sorsi tal-emissjonijiet, l-operatur għandu jipprovdi ġustifikazzjoni għaliex l-applikazzjoni tal-livelli meħtieġa mhijiex teknikament fattibbli jew tista' timplika kostijiet irraġonevoli.

Madankollu, fejn tinstab evidenza li l-miżuri meħtieġa għall-ilħiq ta' dawk il-livelli jkunu saru teknikament fattibbli u ma jkunux għadhom jimplikaw kostijiet irraġonevoli, l-operatur għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti dwar modifiki xierqa tal-pjan ta' monitoraġġ skont l-Artikolu 15, u jissottometti proposti għall-implimentazzjoni tal-miżuri relatati u l-iskeda taż-żmien.

3.   Fejn l-operatur japplika metodoloġija ta' monitoraġġ sekondarja msemmija fl-Artikolu 22, l-operatur għandu jipprovdi: ġustifikazzjoni dwar ir-raġuni għaliex l-applikazzjoni mill-inqas tal-livell 1 għal fluss minn sors maġġuri jew minuri wieħed jew iktar mhijiex teknikament fattibbli jew tista' twassal għal kostijiet irraġonevoli.

Madankollu, fejn tinstab evidenza li l-miżuri meħtieġa għall-ilħiq mill-inqas tal-livell 1 għal dawk il-flussi minn sorsi jkunu saru teknikament vijabbli u ma jkunux għadhom jimplikaw kostijiet irraġonevoli, l-operatur għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti dwar modifiki xierqa tal-pjan ta' monitoraġġ skont l-Artikolu 15 u jissottometti proposti għall-implimentazzjoni tal-miżuri relatati u l-iskeda taż-żmien tagħhom.

4.   Fejn ir-rapport ta' verifika stabbilit skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2067 jiddikjara nuqqasijiet ta' konformità jew rakkomandazzjonijiet għal titjib pendenti, skont l-Artikoli 27, 29 u 30 ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni, l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jissottometti lill-awtorità kompetenti rapport għall-approvazzjoni sat-30 ta' Ġunju tas-sena li fiha dak ir-rapport ta' verifika jinħareġ mill-verifikatur. Dak ir-rapport għandu jiddeskrivi kif u meta l-operatur jew l-operatur ta' inġenju tal-ajru jkun irrettifika jew jippjana li jirrettifika n-nuqqasijiet ta' konformità identifikati mill-verifikatur u li jimplimenta t-titjib irrakkomandat.

L-awtorità kompetenti tista' tistabbilixxi data alternattiva għas-sottomissjoni tar-rapport kif imsemmi f'dan il-paragrafu, iżda mhux iktar tard mit-30 ta' Settembru tal-istess sena. Fejn applikabbli, rapport bħal dan jista' jiġi kkombinat mar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Fejn titjib irrakkomandat ma jkunx se jwassal għal titjib tal-metodoloġija ta' monitoraġġ, l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jipprovdi ġustifikazzjoni sabiex jispjega għaliex dak huwa l-każ. Fejn it-titjib irrakkomandat ikun se jwassal għal kostijiet irraġonevoli, l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jipprovdi evidenza tan-natura irraġonevoli tal-kostijiet.

5.   Il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu m'għandux japplika fejn l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru jkun diġà solva n-nuqqasijiet ta' konformità u r-rakkomandazzjonijiet kollha għat-titjib u ssottometta modifiki relatati tal-pjan ta' monitoraġġ lill-awtorità kompetenti għal approvazzjoni skont l-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament qabel id-data stabbilita skont il-paragrafu 4.

Artikolu 70

Determinazzjoni ta' emissjonijiet mill-awtorità kompetenti

1.   L-awtorità kompetenti għandha tagħmel stima konservattiva tal-emissjonijiet ta' installazzjoni jew operatur ta' inġenju tal-ajru fi kwalunkwe mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

ma jkun ġie sottomess l-ebda rapport annwali vverifikat dwar l-emissjonijiet mill-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru sal-iskadenza meħtieġa skont l-Artikolu 68(1);

(b)

ir-rapport annwali vverifikat dwar l-emissjonijiet imsemmi fl-Artikolu 68(1) ma jkunx konformi ma' dan ir-Regolament;

(c)

ir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet ta' operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru ma jkunx ġie vverifikat skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2067.

2.   Fejn verifikatur ikun iddikjara, fir-rapport ta' verifika skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2067, l-eżistenza ta' dikjarazzjonijiet skorretti mhux materjali li ma jkunux ġew ikkoreġuti mill-operatur jew mill-operatur tal-inġenji tal-ajru qabel il-ħruġ tar-rapport ta' verifika, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta dawk id-dikjarazzjonijiet skorretti, u tagħmel stima konservattiva tal-emissjonijiet tal-installazzjoni jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru fejn ikun xieraq. L-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lill-operatur jew lill-operatur tal-inġenji tal-ajru jekk ikunux meħtieġa korrezzjonijiet u liema huma dawn il-korrezzjonijiet fir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet. L-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jagħmel dik l-informazzjoni disponibbli lill-verifikatur.

3.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu skambju effiċjenti ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-approvazzjoni ta' pjanijiet ta' monitoraġġ u l-awtoritajiet responsabbli għall-aċċettazzjoni ta' rapporti annwali dwar l-emissjonijiet.

Artikolu 71

Aċċess għall-informazzjoni

Ir-rapporti dwar l-emissjonijiet miżmuma mill-awtorità kompetenti għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku minn dik l-awtorità soġġett għal regoli nazzjonali adottati skont id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-eċċezzjoni, kif speċifikat fl-Artikolu 4(2)(d) tad-Direttiva 2003/4/KE, l-operaturi jew l-operaturi ta' inġenji tal-ajru jistgħu jindikaw fir-rapport tagħhom liema informazzjoni jikkunsidraw bħala kummerċjalment sensittiva.

Artikolu 72

Approssimazzjoni tad-data

1.   L-emissjonijiet annwali totali għandhom jiġu rrapportati bħala tunnellati approssimati ta' CO2 jew CO2(e).

It-tunnellati-kilometri għandhom jiġu rrapportati bħala valuri approssimati ta' tunnellati-kilometri.

2.   Il-fatturi varjabbli kollha użati għall-kalkolu tal-emissjonijiet għandhom jiġu approssimati sabiex jinkludu ċ-ċifri sinifikanti kollha għall-fini tal-kalkolu u r-rapportar tal-emissjonijiet.

3.   Id-data kollha għal kull titjira għandha tiġi approssimata sabiex tinkludi ċ-ċifri sinifikanti kollha għall-fini tal-kalkolu tad-distanza u t-tagħbija utli skont l-Artikolu 57 u r-rapportar tad-data tat-tunnellati-kilometri.

Artikolu 73

L-iżgurar ta' konsistenza ma' rapportar ieħor

Kull attività elenkata fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE li titwettaq minn operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru għandha tiġi ttikkettata bl-użu tal-kodiċijiet, jekk ikunu applikabbli, mill-iskemi ta' rapportar li ġejjin:

(a)

il-format komuni ta' rapportar għas-sistemi nazzjonali ta' inventarji ta' gassijiet serra, kif approvat mill-korpi rispettivi tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima;

(b)

in-numru ta' identifikazzjoni tal-installazzjoni fir-Reġistru Ewropew dwar ir-rilaxx u t-trasferiment ta' inkwinanti skont ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12);

(c)

l-attività tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 166/2006;

(d)

il-kodiċi NACE skont ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13).

KAPITOLU VII

REKWIŻITI TAT-TEKNOLOĠIJA TAL-INFORMATIKA

Artikolu 74

Formats għall-iskambju tad-data elettronika

1.   L-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru juża mudelli elettroniċi jew formats speċifiċi ta' fajls għas-sottomissjoni ta' pjanijiet ta' monitoraġġ u tibdil fil-pjan ta' monitoraġġ, kif ukoll għas-sottomissjoni ta' rapporti annwali dwar l-emissjonijiet, rapporti dwar it-tunnellati-kilometri, rapporti ta' verifika u rapporti dwar it-titjib.

Dawk il-mudelli jew l-ispeċifikazzjonijiet ta' format ta' fajl stabbiliti mill-Istati Membri għandhom, tal-anqas, jinkludu l-informazzjoni inkluża f'mudelli elettroniċi jew speċifikazzjonijiet ta' formats ta' fajls ippubblikati mill-Kummissjoni.

2.   Meta jkunu qegħdin jistabbilixxu l-mudelli jew l-ispeċifikazzjonijiet ta' format ta'fajls imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu waħda mill-opzjonijiet li ġejjin jew it-tnejn li huma:

(a)

speċifikazzjonijiet ta' format ta' fajls abbażi ta' XML, bħal-lingwa ta' rapportar tal-EU ETS ippubblikata mill-Kummissjoni għall-użu fil-konnessjoni ma' sistemi awtomatizzati avvanzati;

(b)

mudelli ppubblikati f'forma li tista' tintuża minn softwer tal-uffiċċju standard, inklużi spreadsheets u fajls ta' word processors.

Artikolu 75

Użu ta' sistemi awtomatizzati

1.   Fejn Stat Membru jagħżel li juża sistemi awtomatizzati għal skambju ta' data elettronika abbażi tal-ispeċifikazzjonijiet tal-format tal-fajl skont il-punt (a) tal-Artikolu 74(2), dawk is-sistemi għandhom jiżguraw b'mod kost effiċjenti, permezz tal-implimentazzjoni ta' miżuri teknoloġiċi skont l-istat attwali tat-teknoloġija:

(a)

l-integrità tad-data, li tipprevjeni l-modifika tal-messaġġi elettroniċi waqt it-trażmissjoni;

(b)

il-kunfidenzjalità tad-data, permezz tal-użu ta' tekniki ta' sigurtà, inkluż tekniki ta' kriptaġġ, b'tali mod li d-data tkun aċċessibbli biss għall-parti li għaliha kienet maħsuba u li l-ebda data ma tkun tista' tiġi interċettata minn partijiet mhux awtorizzati;

(c)

l-awtentiċità tad-data, b'mod li l-identità kemm tal-ispeditur kif ukoll tar-riċevitur tad-data tkun magħrufa u tiġi vverifikata;

(d)

in-nuqqas ta' rifjut tad-data, b'mod li parti waħda ta' tranżazzjoni ma tkunx tista' tinnega li rċeviet tranżazzjoni u lanqas il-parti l-oħra ma tkun tista' tinnega li bagħtet tranżazzjoni, bl-applikazzjoni ta' metodi bħal tekniki ta' ffirmar, jew l-awditjar indipendenti ta' salvagwardji tas-sistemi.

2.   Kwalunkwe sistema awtomatizzata użata mill-Istati Membri bbażata fuq speċifikazzjonijiet tal-format tal-fajls skont l-Artikolu 74(2) għall-komunikazzjoni bejn l-awtorità kompetenti, l-operatur u l-operatur tal-inġenji tal-ajru, kif ukoll il-verifikatur u l-korp ta' akkreditazzjoni kif mifhum fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2067, għandha tissodisfa r-rekwiżiti mhux funzjonali li ġejjin, permezz ta' implimentazzjoni ta' miżuri teknoloġiċi skont l-istat attwali tat-teknoloġija:

(a)

kontroll tal-aċċess, b'mod li s-sistema tkun aċċessibbli biss għall-partijiet awtorizzati u l-ebda data ma tkun tista' tinqara, tinkiteb jew tiġi aġġornata minn partijiet mhux awtorizzati, permezz tal-implimentazzjoni ta' miżuri teknoloġiċi sabiex jintlaħaq dan li ġej:

(i)

ir-restrizzjoni tal-aċċess fiżiku għall-ħardwer li fuqu jaħdmu s-sistemi awtomatizzati permezz ta' ostakli fiżiċi;

(ii)

ir-restrizzjoni tal-aċċess loġiku għas-sistemi awtomatizzati permezz tal-użu ta' teknoloġija għall-identifikazzjoni, l-awtentikazzjoni u l-awtorizzazzjoni;

(b)

id-disponibbiltà, b'mod li l-aċċessibbiltà tad-data tiġi żgurata, anke wara żmien sinifikanti u l-introduzzjoni ta' softwer ġdid possibbli;

(c)

rekord tal-verifika, b'mod li jiġi żgurat li t-tibdil fid-data dejjem ikun jista' jinstab u jiġi analizzat retrospettivament.

KAPITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 76

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 601/2012

Ir-Regolament (UE) Nru 601/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 12(1), it-tielet subparagrafu, il-punt (a) huwa mibdul b'dan li ġej:

“(a)

għal installazzjonijiet, evidenza għal kull fluss ta' sors maġġuri u minuri li turi konformità mal-limiti ta' inċertezza għal data tal-attivitajiet u fatturi ta' kalkolu, fejn applikabbli, għal livelli applikati kif definiti fl-Annessi II u IV, kif ukoll għal kull sors ta' emissjoni li juri konformità mal-limiti ta' inċertezza għal-livelli applikati kif definiti fl-Anness VIII, fejn applikabbli;”

(2)

Fl-Artikolu 15(4), is-subparagrafu (a) huwa mibdul b'dan li ġej:

“(a)

fir-rigward tal-pjan ta' monitoraġġ tal-emissjonijiet:

(i)

bidla tal-valuri tal-fatturi ta' emissjoni stabbiliti fil-pjan ta' monitoraġġ;

(ii)

bidla fil-metodi tal-kalkolu kif stipulat fl-Anness III, jew bidla mill-użu ta' metodu tal-kalkolu għall-użu ta' metodoloġija ta' stima skont l-Artikolu 55(2) jew vice versa;

(iii)

l-introduzzjoni ta' flussi ġodda minn sorsi;

(iv)

bidliet fl-istatus tal-operatur tal-inġenji tal-ajru bħala emittent żgħir fit-tifsira tal-Artikolu 55(1) jew fir-rigward ta' wieħed mil-limiti previsti fl-Artikolu 28a(6) tad-Direttiva 2003/87/KE;”

(3)

L-Artikolu 49 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 49

CO2 ittrasferit

1.   L-operatur għandu jnaqqas mill-emissjonijiet tal-installazzjoni kwalunkwe ammont ta' CO2 li joriġina minn karbonju fossili f'attivitajiet koperti bl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE, li ma jiġix rilaxxat mill-installazzjoni, iżda:

(a)

jiġi ttrasferit 'il barra mill-installazzjoni lejn kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(i)

installazzjoni għall-qbid għall-fini ta' trasport u ħżin ġeoloġiku fuq perjodu twil f'post tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE;

(ii)

netwerk tat-trasport bl-iskop ta' ħżin ġeoloġiku fuq perjodu twil f'post ta' ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE;

(iii)

post tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE għall-iskop ta' ħżin ġeoloġiku fuq perjodu twil;

(b)

jiġi ttrasferit 'il barra mill-installazzjoni u użat sabiex jipproduċi karbonat tal-kalċju ppreċipitat, li s-CO2 użat jiġi marbut kimikament fih.

2.   Fir-rapport dwar l-emissjonijiet annwali tiegħu, l-operatur tal-installazzjoni tat-trasferiment għandu jipprovdi l-kodiċi ta' identifikazzjoni tal-istallazzjoni tal-installazzjoni riċevitriċi rikonoxxut skont l-atti adottati skont l-Artikolu 19(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, jekk l-installazzjoni riċevitriċi tkun koperta minn dik id-Direttiva. Fil-każijiet l-oħrajn kollha, l-operatur tal-installazzjoni tat-trasferiment għandu jipprovdi l-isem, l-indirizz u l-informazzjoni ta' kuntatt ta' persuna ta' kuntatt għall-installazzjoni riċevitriċi.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għall-installazzjoni riċevitriċi fir-rigward tal-kodiċi ta' identifikazzjoni ta' installazzjoni tal-installazzjoni tat-trasferiment.

3.   Għad-determinazzjoni tal-kwantità ta' CO2 ittrasferit minn installazzjoni waħda għall-oħra, l-operatur għandu japplika metodoloġija bbażata fuq il-kejl inkluż skont l-Artikoli 43, 44 u 45. Is-sors ta' emissjoni għandu jikkorrispondi għall-punt tal-kejl u l-emissjonijiet għandhom jiġu espressi bħala l-kwantità ta' CO2 ittrasferit.

Għall-iskop tal-punt (b) tal-paragrafu 1, l-operatur għandu japplika metodoloġija bbażata fuq il-kalkolu.

4.   Għad-determinazzjoni tal-kwantità ta' CO2 ittrasferit minn installazzjoni għall-oħra, l-operatur għandu japplika l-ogħla livell kif iddefinit fit-Taqsima 1 tal-Anness VIII.

Madankollu, l-operatur jista' japplika l-livell iktar baxx li jkun imiss bil-kundizzjoni li huwa jistabbilixxi li l-applikazzjoni tal-ogħla livell kif iddefinit fit-Taqsima 1 tal-Anness VIII ma tkunx teknikament fattibbli jew timplika kostijiet irraġonevoli.

Għad-determinazzjoni tal-kwantità ta' CO2 kimikament marbut fil-karbonat tal-kalċju ppreċipitat, l-operatur għandu juża sorsi ta' data li jirrappreżentaw l-ogħla preċiżjoni li tista' tinkiseb.

5.   L-operaturi jistgħu jiddeterminaw kwantitajiet ta' CO2 ittrasferiti barra mill-installazzjoni kemm fl-installazzjoni tat-trasferiment kif ukoll f'dik riċevitriċi. F'każijiet bħal dawn, għandu japplika l-Artikolu 48(3).”

(4)

L-Artikolu 52 huwa emendat kif ġej:

(a)

jitħassar il-paragrafu 5;

(b)

il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“6.   Fejn l-ammont ta' karburant ippumpjat fit-tank jew l-ammont ta' karburant li jifdal fit-tankijiet jiġi ddeterminat f'unitajiet ta' volum, espressi f'litri, l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jibdel dak l-ammont minn volum għal massa bl-użu ta' valuri tad-densità. L-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu juża d-densità tal-karburant (li jista' tkun valur effettiv jew standard ta' 0,8 kg għal kull litru) li jintuża għal raġunijiet operattivi u ta' sikurezza.

Il-proċedura għall-informazzjoni dwar l-użu ta' densità effettiva jew standard għandha tkun deskritta fil-pjan ta' monitoraġġ flimkien ma' referenza għad-dokumentazzjoni rilevanti tal-operatur tal-inġenji tal-ajru.”

(c)

il-paragrafu 7 jinbidel b'dan li ġej:

“7.   Għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1, l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu juża l-fatturi predefiniti tal-emissjonijiet stabbiliti fit-Tabella 2 fl-Anness III. Għal fjuwils mhux elenkati f'dik it-tabella, l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jiddetermina l-fattur tal-emissjoni skont l-Artikolu 32. Għall-karburanti bħal dawn, il-valur kalorifiku nett għandu jiġi ddeterminat u r-rapportat bħala oġġett ta' memo.”

(5)

Fl-Artikolu 54(2), is-subparagrafu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

“2.   Permezz ta' deroga mill-Artikolu 52, l-emittenti żgħar jistgħu jikkalkulaw il-konsum ta' karburant bl-użu ta' għodod implimentati mill-Eurocontrol jew organizzazzjoni rilevanti oħra, li tista' tipproċessa l-informazzjoni kollha rilevanti dwar it-traffiku tal-ajru u tevita kwalunkwe sottovalutazzjoni tal-emissjonijiet.”

(6)

L-Artikolu 55 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jikkunsidra sorsi ta' inċertezza u l-livelli assoċjati tagħhom ta' inċertezza meta jagħżel il-metodoloġija ta' monitoraġġ skont l-Artikolu 52(2).”

(b)

il-paragrafi 2, 3 u 4 huma mħassra

(7)

Fl-Artikolu 59, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b'li ġej:

“Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 58(3), l-operatur għandu jiżgura li t-tagħmir tal-kejl rilevanti kollu jiġi kkalibrat, aġġustat u vverifikat f'intervalli regolari, inkluż qabel l-użu, u vverifikat ma' standards ta' kejl traċċabbli għal standards ta' kejl internazzjonali, fejn disponibbli, skont ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u proporzjonati mar-riskji identifikati.

Fejn il-komponenti tas-sistemi tal-kejl ma jkunux jistgħu jiġu kkalibrati, l-operatur għandu jidentifikahom fil-pjan ta' monitoraġġ u jipproponi attivitajiet alternattivi ta' kontroll.

Meta jinstab li t-tagħmir ma jikkonformax mal-prestazzjoni meħtieġa, l-operatur għandu minnufih jieħu l-azzjoni korrettiva meħtieġa.”

(8)

Fl-Artikolu 65(2), jiżdied it-tielet subparagrafu:

“Fejn in-numru ta' titjiriet b'nuqqasijiet fid-data msemmija fl-ewwel żewġ subparagrafi jaqbeż il-5 % tat-titjiriet annwali li jiġu rrappurtati, l-operatur għandu jgħarraf lill-awtorità kompetenti dwar dan mingħajr dewmien bla bżonn u għandu jieħu azzjoni ta' rimedju għat-titjib tal-metodoloġija ta' monitoraġġ.”

(9)

Fl-Anness I, it-taqsima 2 hija emendata kif ġej:

(a)

il-punt (2)(b)(ii) huwa sostitwit b'li ġej:

“(ii)

proċeduri għall-kejl tal-ammonti tal-fjuwil ippompjat u tal-fjuwil fit-tankijiet, deskrizzjoni tal-istrumenti tal-kejl involuti u l-proċeduri sabiex tiġi ddokumentata, irkuprata, trażmessa u maħżuna informazzjoni dwar kejl, kif applikabbli;”

(b)

il-punt (2)(b)(iii) huwa mibdul b'dan li ġej:

“(iii)

il-metodu għad-determinazzjoni tad-densità, fejn applikabbli;”

(c)

il-punt (2)(b)(iv) huwa mibdul b'dan li ġej:

“(iv)

ġustifikazzjoni tal-metodoloġija tal-monitoraġġ magħżula, sabiex jiġu żgurati l-iktar livelli baxxi ta' inċertezza, skont l-Artikolu 55(1);”

(d)

jitħassar il-punt (2)(d)

(e)

il-punt (2)(f) huwa mibdul b'dan li ġej:

“(f)

deskrizzjoni tal-proċeduri u s-sistemi għall-identifikazzjoni, il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tan-nuqqasijiet fid-data skont l-Artikolu 65(2).”

(10)

Fl-Anness III, it-taqsima 2 hija mħassra.

(11)

L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

(a)

fit-taqsima 10, subtaqsima B, ir-raba' paragrafu huwa mħassar;

(b)

fit-taqsima 14, subtaqsima B, it-tielet paragrafu huwa mħassar.

(12)

L-Anness IX huwa emendat kif ġej:

(a)

it-taqsima 1, punt (2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Dokumenti li jiġġustifikaw l-għażla tal-metodoloġija ta' monitoraġġ u d-dokumenti li jiġġustifikaw bidliet temporali jew li mhumiex temporali ta' metodoloġiji ta' monitoraġġ u, fejn applikabbli, ta' livelli li ġew approvati mill-awtorità kompetenti;”

(b)

it-taqsima 3, il-punt (5) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(5)

Dokumentazzjoni dwar il-metodoloġija għal nuqqasijiet fid-data fejn applikabbli, in-numru ta' titjiriet fejn seħħew in-nuqqasijiet fid-data, id-data użata biex jingħalqu n-nuqqasijiet fid-data, fejn seħħew, u, fejn in-numru ta' titjireit bin-nuqqasijiet fid-data qabżu l-5 % tat-titjiriet li ġew irrappurtati, ir-raġunijiet għan-nuqqasijiet fid-data kif ukoll id-dokumentazzjoni tal-azzjonijiet rimedjali meħuda.”

(13)

Fl-Anness X, it-taqsima 2 hija emendata kif ġej:

(a)

il-punt (7) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(7)

In-numru totali ta' titjiriet għal kull par ta' Stati koperti mir-rapport;”

(b)

il-punt li ġej huwa miżjud taħt il-punt (7):

“(7a)

Massa ta' fjuwil (f'tunnellati) għal kull tip ta' karburant għal kull par ta' Stati;”

(c)

il-punt (10)(a) huwa mibdul b'dan li ġej:

“(a)

in-numru ta' titjiriet espressi bħala perċentwal ta' titjiriet annwali li għalihom seħħew nuqqasijiet fid-data; u ċ-ċirkostanzi u r-raġunijiet għan-nuqqasijiet fid-data li japplikaw;”

(d)

il-punt (11)(a) huwa mibdul b'dan li ġej:

“(a)

in-numru ta' titjiriet espressi bħala perċentwal ta' titjiriet annwali (approssimat għall-eqreb 0,1 %) li għalihom seħħew nuqqasijiet fid-data; u ċ-ċirkostanzi u r-raġunijiet għan-nuqqasijiet fid-data li japplikaw;”

Artikolu 77

Tħassir tar-Regolament (UE) Nru 601/2012

1.   Ir-Regolament (UE) Nru 601/2012 għandu jiġi revokat b'effett mill-1 ta' Jannar 2021.

Ir-referenzi li jsiru għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu li jkunu qed isiru għal dan ir-Regolament, u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni li tingħata fl-Anness XI.

2.   Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 601/2012 għandhom jibqgħu japplikaw għall-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika ta' emissjonijiet u, fejn applikabbli, għad-data tal-attivitajiet li jseħħu qabel l-1 ta' Jannar 2021.

Artikolu 78

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2021.

Madankollu, l-Artikolu 76 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2019 jew mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, skont liema minnhom jiġi l-iktar tard.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 tal-21 ta' Ġunju 2012 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 181, 12.7.2012, p. 30).

(3)  Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/450/KE tat-8 ta' Ġunju 2009 dwar l-interpretazzjoni dettaljata tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 12.6.2009, p. 69).

(5)  Id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, id-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE, 2008/1/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 114).

(6)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta' Jannar 2017, Schaefer Kalk GmbH & Co. KG vs Bundesrepublik Deutschland, C-460/15, ECLI:EU:C:2017:29.

(7)  Id-Direttiva 2014/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta' strumenti tal-kejl (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 149).

(8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).

(9)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 tad-19 ta' Diċembru 2018 dwar il-verifika tad-data u l-akkreditament tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Ara paġna 94 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(10)  Id-Direttiva 2014/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għad-disponibbiltà fis-suq ta' strumenti tal-użin mhux awtomatiċi (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 107).

(11)  Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).

(12)  Ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta' Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta' Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1).

(13)  Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni ta' l-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi ta' l-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).


ANNESS I

Kontenut minimu tal-pjan ta' monitoraġġ (L-Artikolu 12(1))

1.   KONTENUT MINIMU TAL-PJAN TA' MONITORAĠĠ GĦALL-INSTALLAZZJONIJIET

Il-pjan ta' monitoraġġ għal installazzjoni għandu jinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(1)

informazzjoni ġenerali dwar l-installazzjoni:

(a)

deskrizzjoni tal-installazzjoni u tal-attivitajiet imwettqa mill-installazzjoni li tkun se tiġi mmonitorjata, li tinkludi lista ta' sorsi ta' emissjonijiet u flussi minn sorsi li għandhom jiġu mmonitorjati għal kull attività mwettqa fl-installazzjoni u li tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(i)

din id-deskrizzjoni għandha tkun biżżejjed sabiex jintwera li la jkunu qegħdin iseħħu nuqqasijiet fid-data u lanqas għadd doppju tal-emissjonijiet;

(ii)

għandha tiżdied dijagramma sempliċi tas-sorsi ta' emissjoni, il-flussi minn sorsi, il-punti ta' kampjunar u t-tagħmir tal-kejl b'miter fejn tintalab mill-awtorità kompetenti jew fejn dijagramma bħal din tissemplifika d-deskrizzjoni tal-installazzjoni jew ir-referenzi għas-sorsi ta' emissjoni, il-flussi minn sorsi, l-istrumenti tal-kejl u kwalunkwe parti oħra tal-installazzjoni rilevanti għall-metodoloġija ta' monitoraġġ li tinkludi attivitajiet ta' fluss ta' data u attivitajiet ta' kontroll;

(b)

deskrizzjoni tal-proċedura għall-immaniġġjar tat-tqassim tar-responsabbiltajiet għal monitoraġġ u rapportar fl-installazzjoni, u għall-immaniġġjar tal-kompetenzi tal-persunal responsabbli;

(c)

deskrizzjoni tal-proċedura għal evalwazzjoni regolari tal-adegwatezza tal-pjan ta' monitoraġġ, li tkopri mill-inqas dan li ġej:

(i)

il-verifika tal-lista tas-sorsi ta' emissjoni u l-flussi minn sorsi, sabiex tiġi żgurata l-kompletezza tas-sorsi ta' emissjoni u l-flussi minn sorsi u li t-tibdil kollu rilevanti fin-natura u l-funzjonament tal-installazzjoni jkun se jiġi inkluż fil-pjan ta' monitoraġġ;

(ii)

il-valutazzjoni tal-konformità mal-livelli limitu ta' inċertezza għad-data tal-attivitajiet u parametri oħra, fejn applikabbli, għal-livelli applikati għal kull fluss minn sors u sors ta' emissjoni;

(iii)

il-valutazzjoni ta' miżuri potenzjali għat-titjib tal-metodoloġija tal-monitoraġġ applikata;

(d)

deskrizzjoni tal-proċeduri bil-miktub tal-attivitajiet tal-fluss tad-data skont l-Artikolu 58, inkluż dijagramma fejn xieraq għall-kjarifika;

(e)

deskrizzjoni tal-proċeduri bil-miktub għall-attivitajiet ta' kontroll stabbiliti skont l-Artikolu 59;

(f)

fejn applikabbli, informazzjoni dwar ir-rabtiet rilevanti ma' attivitajiet imwettqa fil-qafas tal-iskema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), is-sistemi koperti mill-istandard armonizzat ISO 14001:2004 u sistemi oħra ta' ġestjoni ambjentali inkluż informazzjoni dwar proċeduri u kontrolli b'rilevanza għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra;

(g)

in-numru tal-verżjoni tal-pjan ta' monitoraġġ u d-data minn meta dik il-verżjoni tal-pjan ta' monitoraġġ hija applikabbli;

(h)

il-kategorija tal-installazzjoni;

(2)

deskrizzjoni dettaljata tal-metodoloġiji bbażati fuq il-kalkolu fejn applikati, li tikkonsisti minn dan li ġej:

(a)

deskrizzjoni dettaljata tal-metodoloġija applikata bbażata fuq kalkolu, inkluż lista ta' data ta' input u l-formoli ta' kalkolu użati, lista tal-livelli applikati għad-data tal-attivitajiet u l-fatturi ta' kalkolu rilevanti kollha għal kull wieħed mill-flussi minn sorsi li jkun se jiġi mmonitorjat;

(b)

fejn applikabbli u fejn l-operatur għandu l-ħsieb li jagħmel użu minn simplifikazzjoni għall-flussi minn sorsi minuri u de-minimis, kategorizzazzjoni tal-flussi minn sorsi fi flussi minn sorsi maġġuri, minuri u de-minimis;

(c)

deskrizzjoni tas-sistemi ta' kejl użati, u l-firxa ta' kejl, l-inċertezza speċifikata u l-post eżatt tal-istrumenti tal-kejl tagħhom li jkunu se jintużaw għal kull wieħed mill-flussi minn sorsi li jkun se jiġi mmonitorjat;

(d)

fejn applikabbli, il-valuri predefiniti użati għal fatturi ta' kalkolu li jindikaw is-sors tal-fattur, jew is-sors rilevanti, li minnu l-fattur predefinit jiġi rkuprat perjodikament, għal kull wieħed mill-flussi minn sorsi;

(e)

fejn applikabbli, lista tal-metodi ta' analiżi li jkollhom jintużaw għad-determinazzjoni tal-fatturi rilevanti kollha ta' kalkolu għal kull wieħed mill-flussi minn sorsi, u deskrizzjoni tal-proċeduri bil-miktub għal dawk l-analiżijiet;

(f)

fejn applikabbli, deskrizzjoni tal-proċedura sottostanti tal-pjan ta' kampjunar għall-kampjunar tal-karburant u l-materjali li jkunu se jiġu analizzati, u l-proċedura użata għar-reviżjoni tal-adegwatezza tal-pjan ta' kampjunar;

(g)

fejn applikabbli, lista ta' laboratorji impenjati fit-twettiq tal-proċeduri analitiċi rilevanti u, fejn il-laboratorju ma jkunx akkreditat kif imsemmi fl-Artikolu 34(1) deskrizzjoni tal-proċedura użata sabiex tintwera l-konformità mar-rekwiżiti ekwivalenti skont l-Artikolu 34(2) u (3);

(3)

fejn tiġi applikata metodoloġija sekondarja ta' monitoraġġ skont l-Artikolu 22, deskrizzjoni dettaljata tal-metodoloġija ta' monitoraġġ applikata għall-flussi minn sorsi jew is-sorsi ta' emissjonijiet kollha, li għalihom ma tintuża l-ebda metodoloġija ta' livelli, u deskrizzjoni tal-proċedura bil-miktub użata għall-analiżi tal-inċertezza assoċjata li jkollha titwettaq;

(4)

deskrizzjoni dettaljata tal-metodoloġiji bbażati fuq il-kejl, fejn applikati, inkluż dan li ġej:

(a)

deskrizzjoni tal-metodu ta' kejl inklużi deskrizzjonijiet tal-proċeduri kollha bil-miktub rilevanti għall-kejl u dan li ġej:

(i)

kwalunkwe formola ta' kalkolu użata għall-aggregazzjoni ta' data u użata għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet annwali ta' kull sors ta' emissjoni;

(ii)

il-metodu sabiex jiġi ddeterminat jekk jistgħux jiġu kkalkulati sigħat validi jew perjodi iqsar ta' referenza għal kull parametru, u għas-sostituzzjoni ta' data nieqsa skont l-Artikolu 45;

(b)

lista tal-punti rilevanti kollha ta' emissjoni waqt operat tipiku, u waqt fażijiet ta' restrizzjoni u tranżizzjoni, inkluż il-perjodi ta' waqfien minħabba ħsara jew il-fażijiet ta' kummissjonar, issupplimentata b'dijagramma ta' proċessi meta mitlub mill-awtorità kompetenti;

(c)

jekk il-fluss ta' gass mit-tromba taċ-ċumnija jinkiseb b'kalkolu, deskrizzjoni tal-proċedura bil-miktub għal dak il-kalkolu għal kull sors ta' emissjoni mmonitorjat bl-użu ta' metodoloġija bbażata fuq il-kejl;

(d)

lista tat-tagħmir kollu rilevanti, li tindika l-frekwenza tal-kejl tiegħu, il-firxa tal-operat u l-inċertezza;

(e)

lista ta' standards applikati u ta' kwalunkwe devjazzjoni minn dawk l-istandards;

(f)

deskrizzjoni tal-proċedura bil-miktub għat-twettiq tal-kalkoli korroborattivi skont l-Artikolu 46, fejn applikabbli;

(g)

deskrizzjoni tal-metodu, kif CO2 li joriġina minn bijomassa għandu jiġi ddeterminat u mnaqqas minn emissjonijiet imkejla ta' CO2, u tal-proċedura bil-miktub użata għal dak il-għan, jekk applikabbli;

(h)

fejn applikabbli u fejn l-operatur għandu l-ħsieb li jagħmel użu minn simplifikazzjoni għall-flussi minn sorsi minuri, kategorizzazzjoni tal-flussi minn sorsi maġġuri u minuri;

(5)

flimkien mal-elementi mniżżla fil-punt 4, deskrizzjoni dettaljata tal-metodoloġija ta' monitoraġġ fejn emissjonijiet ta' N2O jiġu mmonitorjati, fejn xieraq fil-forma ta' deskrizzjoni tal-proċeduri bil-miktub applikati, inkluż deskrizzjoni ta' dan li ġej:

(a)

il-metodu u l-parametri użati għad-determinazzjoni tal-kwantità ta' materjali użati fil-proċess ta' produzzjoni u l-kwantità massima ta' materjal użat fil-kapaċità sħiħa;

(b)

il-metodu u l-parametri użati għad-determinazzjoni tal-kwantità ta' produzzjoni ta' prodott bħala produzzjoni fis-siegħa, espressa bħala aċidu nitriku (100 %), aċidu adipiku (100 %), kaprolattam, gliossal u aċidu gliossiliku fis-siegħa rispettivament;

(c)

il-metodu u l-parametri użati għad-determinazzjoni tal-konċentrazzjoni ta' N2O fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija minn kull sors ta' emissjoni, il-firxa tal-operat tiegħu, u l-inċertezza tiegħu, u dettalji ta' kwalunkwe metodu alternattiv li jkollu jiġi applikat jekk il-konċentrazzjonijiet ma jaqgħux fil-firxa tal-operat u s-sitwazzjonijiet meta dan jista' jseħħ;

(d)

il-metodu ta' kalkolu użat għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet ta' N2O minn sorsi perjodiċi u li jibqgħu jirrilaxxaw bl-istess intensità fil-produzzjoni tal-aċidu nitriku, tal-aċidu adipiku, tal-kaprolattam, tal-gliossal u tal-aċidu gliossiliku;

(e)

il-mod kif jew il-punt safejn l-installazzjoni topera b'tagħbijiet varjabbli, u l-mod li bih jitwettaq l-immaniġġjar tal-operat;

(f)

il-metodu u kwalunkwe formola ta' kalkolu użati għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet annwali ta' N2O u l-valuri korrispondenti ta' CO2(e) ta' kull sors ta' emissjoni;

(g)

informazzjoni dwar kundizzjonijiet ta' proċess li jiddevjaw minn operat normali, indikazzjoni tal-frekwenza potenzjali u d-dewmien ta' kundizzjonijiet bħal dawn, kif ukoll indikazzjoni tal-volum tal-emissjonijiet ta' N2O waqt il-kundizzjonijiet tal-proċess ta' devjazzjoni bħal pereżempju funzjonament ħażin tat-tagħmir ta' tnaqqis;

(6)

deskrizzjoni dettaljata tal-metodoloġija ta' monitoraġġ sakemm il-perfluworokarburi mill-produzzjoni tal-aluminju primarju jiġu mmonitorjati, fejn xieraq fil-forma ta' deskrizzjoni tal-proċeduri bil-miktub applikati, inkluż dan li ġej:

(a)

fejn applikabbli, id-dati tal-kejl għad-determinazzjoni tal-fatturi ta' emissjoni speċifiċi għal installazzjoni SEFCF4 jew OVC, u FC2F6, u skeda għal ripetizzjonijiet ta' dik id-determinazzjoni fil-ġejjieni;

(b)

fejn applikabbli, il-protokoll li jiddeskrivi l-proċedura użata għad-determinazzjoni tal-fatturi ta' emissjoni speċifiċi għall-installazzjoni għal CF4 and C2F6, li juri wkoll li l-kejl ikun twettaq u jkun se jitwettaq għal żmien twil biżżejjed sabiex il-valuri mkejla jikkonverġu, iżda mill-inqas għal 72 siegħa;

(c)

fejn applikabbli, il-metodoloġija għad-determinazzjoni tal-effiċjenza tal-ġbir għal emissjonijiet li jaħarbu f'installazzjonijiet għall-produzzjoni tal-aluminju primarju;

(d)

deskrizzjoni tat-tip ta' ċellula u t-tip ta' anodu;

(7)

deskrizzjoni dettaljata tal-metodoloġija ta' monitoraġġ fejn jitwettaq it-trasferiment ta' CO2 inerenti bħala parti minn fluss minn sors skont l-Artikolu 48, it-trasferiment ta' CO2 skont l-Artikolu 49, jew it-trasferiment ta' N2O skont l-Artikolu 50, fejn ikun xieraq fil-forma ta' deskrizzjoni tal-proċeduri bil-miktub applikati, inkluż dan li ġej:

(a)

fejn applikabbli, il-post tat-tagħmir għall-kejl tat-temperatura u l-pressjoni f'netwerk tat-trasport;

(b)

fejn applikabbli, proċeduri għall-prevenzjoni, l-individwazzjoni u l-kwantifikazzjoni ta' avvenimenti ta' tnixxija minn netwerks tat-trasport;

(c)

fil-każ ta' netwerks tat-trasport, proċeduri li jiżguraw effettivament li CO2 jiġi ttrasferit biss lejn installazzjonijiet li jkollhom permess validu għall-emissjoni ta' gassijiet serra, jew fejn kwalunkwe CO2 rilaxxat jiġi mmonitorjat b'mod effettiv u li jsir rendikont tiegħu skont l-Artikolu 49;

(d)

l-identifikazzjoni tal-installazzjonijiet riċevituri u tat-trasferiment skont il-kodiċi tal-identifikazzjoni tal-installazzjoni rikonoxxut skont ir-Regolament (UE) Nru 1193/2011;

(e)

fejn applikabbli, deskrizzjoni ta' sistemi ta' kejl kontinwu użati fil-punti ta' trasferiment ta' CO2 jew N2O bejn installazzjonijiet li jkunu qegħdin jittrasferixxuCO2 jew N2O jew il-metodu ta' determinazzjoni skont l-Artikoli 48, 49 jew 50;

(f)

fejn applikabbli, deskrizzjoni tal-metodu ta' stima konservattiva użat għad-determinazzjoni tal-frazzjoni ta' bijomassa ta' CO2 ttrasferit skont l-Artikolu 48 jew 49;

(g)

fejn applikabbli, metodoloġiji ta' kwantifikazzjoni għall-emissjonijiet jew rilaxx ta' CO2 fil-kolonna tal-ilma minn tnixxijat potenzjali kif ukoll il-metodoloġiji ta' kwantifikazzjoni applikati u possibbilment adattati għal emissjonijiet effettivi jew rilaxx ta' CO2 fil-kolonna tal-ilma minn tnixxijat, kif speċifikat fit-Taqsima 23 tal-Anness IV.

2.   KONTENUT MINIMU TA' PJANIJIET TA' MONITORAĠĠ GĦALL-EMISSJONIJIET TAL-AVJAZZJONI

1.

Il-pjan ta' monitoraġġ għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru:

(a)

l-identifikazzjoni tal-operatur tal-inġenji tal-ajru, is-sinjal tas-sejħa jew deżinjatur uniku ieħor użat għall-finijiet ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru, dettalji ta' kuntatt tal-operatur tal-inġenji tal-ajru u ta' persuna responsabbli għand l-operatur tal-inġenji tal-ajru, l-indirizz ta' kuntatt, l-Istat Membru li jamministra, l-awtorità kompetenti li tamministra;

(b)

lista inizjali tat-tipi ta' inġenji tal-ajru fil-flotta tiegħu li jkunu qegħdin joperaw fiż-żmien tas-sottomissjoni tal-pjan ta' monitoraġġ u l-għadd ta' inġenji tal-ajru skont it-tip, u lista indikattiva ta' tipi addizzjonali ta' inġenji tal-ajru mistennija li jintużaw inkluż, fejn disponibbli, għadd stmat ta' inġenji tal-ajru skont it-tip kif ukoll il-flussi minn sorsi (tipi ta' karburant) assoċjati ma' kull tip ta' inġenju tal-ajru;

(c)

deskrizzjoni ta' proċeduri, sistemi u responsabbiltajiet użati għall-aġġornament tal-kompletezza tal-lista ta' sorsi ta' emissjoni matul is-sena ta' monitoraġġ għall-fini li tiġi żgurata l-kompletezza tal-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet ta' inġenji tal-ajru li jkunu ta' proprjetà tagħhom kif ukoll inġenji tal-ajru mikrija;

(d)

deskrizzjoni tal-proċeduri użati għall-monitoraġġ tal-kompletezza tal-lista ta' titjiriet operati taħt id-deżinjatur uniku permezz ta' par ajrudromi, u l-proċeduri użati għad-determinazzjoni ta' jekk it-titjiriet humiex koperti bl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE għall-fini li tiġi żgurata l-kompletezza tat-titjiriet u jiġi evitat l-għadd doppju;

(e)

deskrizzjoni tal-proċedura għall-immaniġġjar u t-tqassim tar-responsabbiltajiet għall-monitoraġġ u r-rapportar, u għall-immaniġġjar tal-kompetenzi tal-persunal responsabbli;

(f)

deskrizzjoni tal-proċedura għal evalwazzjoni regolari tal-adegwatezza tal-pjan ta' monitoragġ, inkluż kwalunkwe miżura potenzjali għat-titjib tal-metodoloġija ta' monitoraġġ u l-proċeduri relatati applikati;

(g)

deskrizzjoni tal-proċeduri bil-miktub tal-attivitajiet ta' fluss ta' data kif meħtieġ bl-Artikolu 58, inkluż dijagramma, fejn xieraq, għall-kjarifika;

(h)

deskrizzjoni tal-proċeduri bil-miktub għall-attivitajiet ta' kontroll stabbiliti skont l-Artikolu 59;

(i)

fejn applikabbli, informazzjoni dwar konnessjonijiet rilevanti ma' attivitajiet imwettqa fil-qafas tal-EMAS, sistemi koperti bl-istandard armonizzat ISO 14001:2004 u sistemi ta' ġestjoni ambjentali oħra, inkluż informazzjoni dwar proċeduri u kontrolli b'rilevanza għall-moniotraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra;

(j)

in-numru tal-verżjoni tal-pjan ta' monitoraġġ u d-data minn meta dik il-verżjoni tal-pjan ta' monitoraġġ hija applikabbli;

(k)

il-konferma jekk l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandux il-ħsieb juża s-simplifikazzjoni skont l-Artikolu 28a(6) tad-Direttiva 2003/87/KE.

2.

Il-pjan ta' monitoraġġ għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja għall-operaturi ta' inġenji tal-ajru li mhumiex emittenti żgħar skont l-Artikolu 55(1) jew li ma għandhomx il-ħsieb li jużaw għodda ta' emittent żgħir skont l-Artikolu 55(2):

(a)

deskrizzjoni tal-proċedura bil-miktub li għandha tintuża għad-definizzjoni tal-metodoloġija ta' monitoraġġ għal tipi addizzjonali ta' inġenji tal-ajru li operatur tal-inġenji tal-ajru jistenna li se juża;

(b)

deskrizzjoni tal-proċeduri bil-miktub għall-monitoraġġ tal-konsum ta' karburant f'kull inġenju tal-ajru, inkluż:

(i)

il-metodoloġija magħżula (il-Metodu A jew Metodu B) għall-kalkolu tal-konsum tal-karburant; u jekk l-istess metodu mhuwiex applikat għat-tipi kollha ta' inġenji tal-ajru, ġustifikazzjoni għal dik il-metodoloġija, u kif ukoll lista li tispeċifika liema metodu qed jintuża taħt liema kundizzjonijiet;

(ii)

proċeduri għall-kejl tal-ammonti tal-fjuwil ippompjat u tal-fjuwil fit-tankijiet, deskrizzjoni tal-istrumenti tal-kejl involuti u l-proċeduri sabiex tiġi ddokumentata, irkuprata, trażmessa u maħżuna informazzjoni dwar il-kejl, kif applikabbli;

(iii)

il-metodu għad-determinazzjoni tad-densità, fejn applikabbli;

(iv)

ġustifikazzjoni tal-metodoloġija tal-monitoraġġ magħżula, sabiex jiġu żgurati l-iktar livelli baxxi ta' inċertezza, skont l-Artikolu 56(1);

(c)

lista ta' devjazzjonijiet għal ajrudromi speċifiċi mill-metodoloġija ta' monitoraġġ ġenerali kif deskritt fil-punt (b) fejn ma jkunx possibbli għall-operatur tal-inġenji tal-ajru minħabba ċirkostanzi speċjali li jipprovdi d-data kollha meħtieġa għall-metodoloġija ta' monitoraġġ meħtieġa;

(d)

fatturi ta' emissjoni użati għal kull tip ta' karburant, jew fil-każ ta' karburanti alternattivi, il-metodoloġiji għad-determinazzjoni tal-fatturi ta' emissjoni, inkluż il-metodoloġija għall-kampjunar, il-metodi ta' analiżi, deskrizzjoni tal-laboratorji użati u tal-akkreditazzjoni tagħhom u/jew tal-proċeduri ta' garanzija tal-kwalità tagħhom;

(e)

deskrizzjoni tal-proċeduri u s-sistemi għall-identifikazzjoni, il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tan-nuqqasijiet fid-data skont l-Artikolu 66(2).

3.   KONTENUT MINIMU TA' PJANIJIET TA' MONITORAĠĠ GĦAD-DATA TAT-TUNNELLATI KILOMETRI

Il-pjan ta' monitoraġġ għad-data tat-tunnellati kilometri għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-elementi mniżżla fil-punt 1 tat-Taqsima 2 tal-Anness;

(b)

deskrizzjoni tal-proċeduri bil-miktub użati għad-determinazzjoni tad-data tat-tunnellati kilometri għal kull titjira, inkluż:

(i)

il-proċeduri, ir-responsabbiltajiet, is-sorsi tad-data u l-formoli ta' kalkolu għad-determinazzjoni u d-dokumentazzjoni tad-distanza għal kull par ta' ajrudromi;

(ii)

il-livell użat għad-determinazzjoni tal-massa tal-passiġġieri inklużi l-bagalji rreġistrati; fil-każ tal-livell 2, għandha tiġi pprovduta deskrizzjoni tal-proċedura biex tinkiseb il-massa ta' passiġġieri u bagalji;

(iii)

deskrizzjoni tal-proċeduri użati għad-determinazzjoni tal-massa tal-merkanzija u l-posta, fejn applikabbli;

(iv)

deskrizzjoni tal-istrumenti tal-kejl użati għall-kejl tal-massa tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta kif applikabbli.


(1)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1.


ANNESS II

Definizzjonijiet tal-livelli għal metodoloġiji bbażati fuq il-kalkolu relatati mal-installazzjonijiet (Artikolu 12(1))

1.   DEFINIZZJONI TA' LIVELLI GĦAD-DATA TAL-ATTIVITAJIET

Il-livelli limitu ta' inċertezza fit-Tabella 1 għandhom japplikaw għal-livelli rilevanti għar-rekwiżiti ta' data tal-attivitajiet skont il-punt (a) tal-Artikolu 28(1) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 29(2), u l-Anness IV, ta' dan ir-Regolament. Il-livelli limitu ta' inċertezza għandhom jiġu interpretati bħala l-inċertezzi massimi permissibbli għad-determinazzjoni ta' flussi minn sorsi tul perjodu ta' rapportar.

Fejn it-Tabella 1 ma tinkludix attivitajiet elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE u l-bilanċ tal-massa ma jiġix applikat, l-operatur għandu juża l-livelli elenkati fit-Tabella 1 taħt “Kombustjoni ta' karburanti u karburanti użati bħala input ta' proċess” għal dawk l-attivitajiet.

Tabella 1

Livelli għad-data tal-attivitajiet (inċertezza massima permissibbli għal kull livell)

Attività/tip ta' fluss minn sors

Parametru li għalih tiġi applikata l-inċertezza

Livell 1

Livell 2

Livell 3

Livell 4

Il-kombustjoni ta' karburanti u karburanti użati bħala input tal-proċess

Karburanti kummerċjali standard

Ammont ta' karburant [t] jew [Nm3]

± 7,5 %

± 5 %

± 2,5 %

± 1,5 %

Karburanti gassużi u likwidi oħrajn

Ammont ta' karburant [t] jew [Nm3]

± 7,5 %

± 5 %

± 2,5 %

± 1,5 %

Karburanti solidi

Ammont ta' karburant [t]

± 7,5 %

± 5 %

± 2,5 %

± 1,5 %

Ivvampjar

Ammont ta' gass fl-apparat tal-ivvampjar [Nm3]

± 17,5 %

± 12,5 %

± 7,5 %

 

Purifikazzjoni: karbonat (il-Metodu A)

Ammont ta' karbonat ikkonsmat [t]

± 7,5 %

 

 

 

Purifikazzjoni: ġipsum (il-Metodu B)

Ammont ta' ġipsum prodott [t]

± 7,5 %

 

 

 

Purifikazzjoni: urea

Ammont ta' urea kkonsmat

± 7,5 %

 

 

 

Raffinerija ta' żejt minerali

Riġenerazzjoni ta' krekkjar katalitiku (*1)

Rekwiżiti ta' inċertezza japplikaw separatament għal kull sors ta' emissjoni

± 10 %

± 7,5 %

± 5 %

± 2,5 %

Produzzjoni tal-kokk

Metodoloġija tal-bilanċ tal-massa

Kull materjal ta' input u produzzjoni [t]

± 7,5 %

± 5 %

± 2,5 %

± 1,5 %

Xiwi u sinterizzazzjoni ta' metall mhux maħdum

L-input tal-karbonat u r-residwi tal-proċessi

Il-materjal tal-input tal-karbonat u r-residwi tal-proċess [t]

± 5 %

± 2,5 %

 

 

Metodoloġija tal-bilanċ tal-massa

Kull materjal ta' input u produzzjoni [t]

± 7,5 %

± 5 %

± 2,5 %

± 1,5 %

Produzzjoni tal-ħadid u l-azzar

Karburant bħala input ta' proċess

Kull fluss ta' mass lejn u mill-installazzjoni[t]

± 7,5 %

± 5 %

± 2,5 %

± 1,5 %

Metodoloġija tal-bilanċ tal-massa

Kull materjal ta' input u produzzjoni [t]

± 7,5 %

± 5 %

± 2,5 %

± 1,5 %

Produzzjoni ta' gagazza tas-siment

Abbażi tal-input tal-kalkara (il-Metodu A)

Kull input tal-kalkara rilevanti [t]

± 7,5 %

± 5 %

± 2,5 %

 

Output tal-gagazza (il-Metodu B)

Gagazza prodotta [t]

± 5 %

± 2,5 %

 

 

CKD

CKD jew trab tal-bypass [t]

m.a. (*2)

± 7,5 %

 

 

Karbonju mhux karbonat

Kull materja prima [t]

± 15 %

± 7,5 %

 

 

Produzzjoni ta' ġir u kalċinazzjoni ta' dolomit u manjeżit

Karbonati u materjali oħrajn tal-proċess (il-Metodu A)

Kull input tal-kalkara rilevanti [t]

± 7,5 %

± 5 %

± 2,5 %

 

Ossidu alkalin tal-art (il-Metodu B)

Ġir prodott [t]

± 5 %

± 2,5 %

 

 

Trab tal-gagazza (il-Metodu B)

Trab tal-gagazza [t]

m.a. (*2)

± 7,5 %

 

 

Manifattura ta' ħġieġ u suf minerali

Karbonati u materjali oħrajn tal-proċess (input)

Kull materja prima tal-karbonat jew addittivi assoċjati mal-emissjonijiet ta' CO2 [t]

± 2,5 %

± 1,5 %

 

 

Manifattura ta' prodotti taċ-ċeramika

Inputs tal-karbonju (il-Metodu A)

Kull materja prima tal-karbonat jew addittivi assoċjati mal-emissjonijiet ta' CO2 [t]

± 7,5 %

± 5 %

± 2,5 %

 

Ossidu alkalin (il-Metodu B)

Produzzjoni grossa inklużi prodotti mwarrba u skart ta' ħġieġ miksur mill-kalkari u l-konsenja [t]

± 7,5 %

± 5 %

± 2,5 %

 

Purifikazzjoni

CaCO3 niexef ikkonsmat [t]

± 7,5 %

 

 

 

Produzzjoni ta' polpa u karta

Sustanzi kimiċi tal-make up

Ammont ta' CaCO3 u Na2CO3 [t]

± 2,5 %

± 1,5 %

 

 

Produzzjoni ta' iswed tal-karbonju

Metodoloġija tal-bilanċ tal-massa

Kull materjal ta' input u produzzjoni [t]

± 7,5 %

± 5 %

± 2,5 %

± 1,5 %

Produzzjoni ta' ammonijaka

Karburant bħala input ta' proċess

Ammont ta' karburant użat bħala input ta' proċess [t] jew [Nm3]

± 7,5 %

± 5 %

± 2,5 %

± 1,5 %

Produzzjoni tal-idroġenu u l-gass tas-sinteżi

Karburant bħala input ta' proċess

Ammont ta' karburant użat bħala input ta' proċess għall-produzzjoni tal-idroġenu [t] jew [Nm3]

± 7,5 %

± 5 %

± 2,5 %

± 1,5 %

Metodoloġija tal-bilanċ tal-massa

Kull materjal ta' input u produzzjoni [t]

± 7,5 %

± 5 %

± 2,5 %

± 1,5 %

Produzzjoni ta' sustanzi kimiċi organiċi fi kwantitajiet kbar

Metodoloġija tal-bilanċ tal-massa

Kull materjal ta' input u produzzjoni [t]

± 7,5 %

± 5 %

± 2,5 %

± 1,5 %

Produzzjoni jew ipproċessar ta' metalli ferrużi u mhux ferrużi, inkluż aluminju sekondarju

Emissjonijiet ta' proċess

Kull materjal ta' input jew residwu ta' proċess użat bħala materjal ta' input fil-proċess [t]

± 5 %

± 2,5 %

 

 

Metodoloġija tal-bilanċ tal-massa

Kull materjal ta' input u produzzjoni [t]

± 7,5 %

± 5 %

± 2,5 %

± 1,5 %

Produzzjoni ta' aluminju primarju

Metodoloġija tal-bilanċ tal-massa

Kull materjal ta' input u produzzjoni [t]

± 7,5 %

± 5 %

± 2,5 %

± 1,5 %

Emissjonijiet ta' PFC (il-Metodu tal-pendil)

produzzjoni ta' aluminju primarju [t], minuti ta' effett tal-anodu fi [għadd ta' effetti tal-anodu/jum ta' ċellula] u [minuti ta' effett tal-anodu/okkorrenza]

± 2,5 %

± 1,5 %

 

 

Emissjonijiet ta' PFC (il-metodu tal-vultaġġ żejjed)

produzzjoni tal-aluminju primarju fi [t], vultaġġ qawwi żżejjed tal-effett tal-anodu [mV] u effiċjenza kurrenti [-]

± 2,5 %

± 1,5 %

 

 

2.   DEFINIZZJONI TA' LIVELLI GĦALL-FATTURI TA' KALKOLU GĦALL-EMISSJONIJIET TA' KOMBUSTJONI

L-operaturi għandhom jimmonitorjaw l-emissjonijiet ta' CO2 minn kull tip ta' proċess ta' kombustjoni li jkun qed iseħħ taħt l-attivitajiet kollha elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE jew inkluż fl-Iskema tal-Unjoni skont l-Artikolu 24 ta' dik id-Direttiva bl-użu tad-definizzjonijiet tal-livelli stabbiliti f'din it-taqsima. Fejn il-karburanti jew materjali kombustibbli li joħolqu emissjonijiet ta' CO2 jintużaw bħala input ta' proċess, għandha tapplika t-taqsima 5 ta' dan l-Anness. Fejn il-karburanti jagħmlu parti minn bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 25(1) ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet tal-livelli għall-bilanċi tal-massa fit-Taqsima 3 ta' dan l-Anness.

Għal emissjonijiet ta' proċess mit-tisfija mill-impuritajiet tal-gass tal-egżost, għandhom jintużaw definizzjonijiet tal-livell skont it-taqsimiet 4 u 5 ta' dan l-Anness, kif applikabbli.

2.1   Livelli għall-fatturi ta' emissjoni

Fejn frazzjoni ta' bijomassa tiġi ddeterminata minn karburant jew materjal imħallat, il-livelli ddefiniti għandhom jirrigwardaw il-fattur ta' emissjoni preliminari. Għall-karburanti u l-materjali fossili l-livelli għandhom jirrigwardaw il-fattur ta' emissjonijiet.

Livell 1: L-operatur għandu japplika wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

il-fatturi standard elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness VI;

(b)

valuri oħrajn kostanti skont il-punt (e) tal-Artikolu 31(1), fejn ma jkun hemm l-ebda valur applikabbli fit-Taqsima 1 tal-Anness VI.

Livell 2a: L-operatur għandu japplika fatturi ta' emissjoni speċifiċi għall-pajjiż għall-karburant jew il-materjal rispettiv skont il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 31(1) jew valuri skont il-punt (d) tal-Artikolu 31(1).

Livell 2b: L-operatur għandu jikseb fatturi ta' emissjoni għall-karburant abbażi ta' waħda mill-alternattivi stabbiliti li ġejjin, b'kombinament ma' korrelazzjoni empirika kif iddeterminat mill-inqas darba fis-sena skont l-Artikoli 32 sa 35 u 39:

(a)

kejl tad-densità ta' żjut jew gassijiet speċifiċi, inklużi dawk komuni għall-industrija tar-raffineriji jew tal-azzar;

(b)

valur kalorifiku nett għal tipi speċifiċi ta' faħam.

L-operatur għandu jiżgura li l-korrelazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti tal-prattiki tajba tal-inġinerija u li tiġi applikata biss għal valuri tal-prokura li jaqgħu fil-firxa li għaliha tkun ġiet stabbilita.

Livell 3: L-operatur għandu japplika wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

determinazzjoni tal-fattur ta' emissjoni skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikoli 32 sa 35;

(b)

il-korrelazzjoni empirika kif speċifikata għal-Livell 2b, fejn l-operatur juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-inċertezza tal-korrelazzjoni empirika ma taqbiżx 1/3 tal-valur tal-inċertezza li l-operatur għandu jaderixxi miegħu fir-rigward tad-data dwar l-attività determinazzjoni tal-karburant jew materjal rilevanti.

2.2   Livelli għall-valur kalorifiku nett (NCV)

Livell 1: L-operatur għandu japplika wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

il-fatturi standard elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness VI;

(b)

valuri oħrajn kostanti skont il-punt (e) tal-Artikolu 31(1), fejn ma jkun hemm l-ebda valur applikabbli fit-Taqsima 1 tal-Anness VI.

Livell 2a: L-operatur għandu japplika fatturi speċifiċi għall-pajjiż għall-karburant rispettiv skont il-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 31(1) jew valuri skont il-punt (d) tal-Artikolu 31(1).

Livell 2b: Għall-karburanti li jinbiegħu b'mod kummerċjali għandu jintuża l-valur kalorifiku nett kif miksub mir-reġistri tax-xiri għall-karburant rispettiv ipprovduti mill-fornitur tal-karburant, bil-kundizzjoni li jkun ġie dderivat abbażi ta' standards nazzjonali jew internazzjonali aċċettati.

Livell 3: L-operatur għandu jiddetermina l-valur kalorifiku nett skont l-Artikoli 32 sa 35.

2.3   Livelli għall-fatturi ta' ossidazzjoni

Livell 1: L-operatur għandu japplika fattur ta' ossidazzjoni ta' 1.

Livell 2: L-operatur għandu japplika fatturi ta' ossidazzjoni għall-karburant rispettiv skont il-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 31(1).

Livell 3: Għall-karburanti, l-operatur għandu jikseb fatturi speċifiċi għall-attivitajiet ibbażati fuq il-kontenut tal-karbonju rilevanti ta' rmied, effluwenti u skart ieħor u prodotti sekondarji, u forom gassużi rilevanti oħra mhux ossidati kompletament ta' karbonju rilaxxat minbarra CO. Id-data tal-kompożizzjoni għandha tiġi ddeterminata skont l-Artikoli 32 sa 35.

2.4   Livelli għall-frazzjoni ta' bijomassa

Livell 1: L-operatur għandu japplika valur applikabbli ppubblikat mill-awtorità kompetenti jew il-Kummissjoni, jew valuri skont l-Artikolu 31(1).

Livell 2: L-operatur għandu japplika metodu ta' stima approvat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 39(2).

Livell 3: L-operatur għandu japplika analiżi skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 39(2), u skont l-Artikoli 32 sa 35.

Fejn operatur jassumi frazzjoni ta' fossili ta' 100 % skont l-Artikolu 39(1), l-ebda livell ma għandu jiġi assenjat għall-frazzjoni tal-bijomassa.

3.   DEFINIZZJONI TAL-LIVELLI GĦALL-FATTURI TA' KALKOLU GĦALL-BILANĊI TAL-MASSA

Fejn operatur juża bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 25, huwa għandu juża d-definizzjonijiet tal-livelli ta' din it-taqsima.

3.1   Livelli għall-kontenut tal-karbonju

L-operatur għandu japplika wieħed mil-livelli elenkati f'dan il-punt. Għad-derivazzjoni tal-kontenut tal-karbonju minn fattur ta' emissjoni, l-operatur għandu juża l-ekwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

:

għall-fatturi ta' emissjoni espressi bħala t CO2/TJ

:

C = (EF × NCV) / f

(b)

:

għall-fatturi ta' emissjoni espressi bħala t CO2/t

:

C = EF / f

F'dawk il-formoli, C huwa l-kontenut tal-karbonju espress bħala frazzjoni (tunnellata karbonju għal kull tunnellata prodott), EF huwa l-fattur ta' emissjoni, NCV huwa l-valur kalorifiku nett, u f huwa l-fattur stabbilit fl-Artikolu 36(3).

Fejn tiġi ddeterminata frazzjoni ta' bijomassa għal karburant jew materjal imħallat, il-livelli definiti għandhom jirrigwardaw il-kontenut totali ta' karbonju. Il-frazzjoni ta' bijomassa tal-karbonju għandha tiġi ddeterminata bl-użu tal-livelli definiti fit-Taqsima 2.4 ta' dan l-Anness.

Livell 1: L-operatur għandu japplika wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

il-kontenut ta' karbonju dderivat minn fatturi standard elenkati fl-Anness VI t-Taqsimiet 1 u 2;

(b)

valuri oħrajn kostanti skont il-punt (e) tal-Artikolu 31(1), fejn ma jkun hemm l-ebda valur applikabbli fl-Anness VI t-Taqsimiet 1 u 2.

Livell 2a: L-operatur għandu jidderiva l-kontenut tal-karbonju minn fatturi ta' emissjoni speċifiċi għall-pajjiż għall-karburant jew il-materjal rispettiv skont il-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 31(1) jew valuri skont il-punt (d) tal-Artikolu 31(1).

Livell 2b: L-operatur għandu jidderiva l-kontenut tal-karbonju minn fatturi ta' emissjoni għall-karburant abbażi ta' waħda mill-alternattivi stabbiliti li ġejjin b'kombinazzjoni ma' korrelazzjoni empirika kif iddeterminat mill-inqas darba fis-sena skont l-Artikoli 32 sa 35:

(a)

kejl tad-densità ta' żjut jew gassijiet speċifiċi komuni, pereżempju, għall-industrija tar-raffineriji jew tal-azzar;

(b)

il-valur kalorifiku nett għal tipi speċifiċi ta' faħam.

L-operatur għandu jiżgura li l-korrelazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti tal-prattiki tajba tal-inġinerija u li tiġi applikata biss għal valuri tal-prokura li jaqgħu fil-firxa li għaliha tkun ġiet stabbilita.

Livell 3: L-operatur għandu japplika wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

determinazzjoni tal-kontenut tal-karbonju skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikoli 32 sa 35;

(b)

il-korrelazzjoni empirika kif speċifikata għal-Livell 2b, fejn l-operatur juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-inċertezza tal-korrelazzjoni empirika ma taqbiżx 1/3 tal-valur tal-inċertezza li l-operatur għandu jaderixxi miegħu fir-rigward tad-data dwar l-attività determinazzjoni tal-karburant jew materjal rilevanti.

3.2   Livell għall-valuri kalorifiċi netti

Għandhom jintużaw il-livelli definiti fit-Taqsima 2.2 ta' dan l-Anness.

3.3   Livelli għall-frazzjoni tal-bijomassa

Għandhom jintużaw il-livelli definiti fit-Taqsima 2.4 ta' dan l-Anness.

4.   DEFINIZZJONI TAL-LIVELLI GĦALL-FATTURI TA' KALKOLU GĦALL-EMISSJONIJIET TA' PROĊESS MID-DEKOMPOŻIZZJONI TAL-KARBONATI

Għall-emissjonijiet kollha ta' proċessi, fejn jiġu mmonitorjati bl-użu tal-metodoloġija standard skont l-Artikolu 24(2), għandhom jiġu applikati d-definizzjonijiet tal-livelli li ġejjin għall-fattur ta' emissjoni u l-fattur ta' konverżjoni fil-każ ta':

(a)

Metodu A: Abbażi ta' input, il-fattur ta' emissjoni u d-data tal-attivitajiet relatati mal-ammont ta' input ta' materjal ta' karbonat fil-proċess.

(b)

Metodu B: Abbażi tal-produzzjoni, il-fattur ta' emissjoni u d-data tal-attivitajiet relatati mal-ammont ta' produzzjoni mill-proċess.

4.1   Livelli għall-fattur ta' emissjoni bl-użu tal-Metodu A:

Livell 1: L-operatur għandu japplika wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

il-fatturi standard elenkati fl-Anness VI taqsima 2 Tabella 2;

(b)

valuri oħrajn kostanti skont il-punt (e) tal-Artikolu 31(1), fejn ma jkun hemm l-ebda valur applikabbli fl-Anness VI.

Livell 2: L-operatur għandu japplika fattur ta' emissjoni speċifiku għall-pajjiż skont il-punt (b) jew (c) tal-Art. 31(1), jew valuri skont il-punt (d) tal-Artikolu 31(1).

Livell 3: L-operatur għandu jiddetermina l-fattur ta' emissjoni skont l-Artikoli 32 sa 35. Il-proporzjonijiet stojkjometriċi kif elenkati fit-Taqsima 2 tal-Anness VI għandhom jintużaw għall-konverżjoni tad-data ta' kompożizzjoni f'fatturi ta' emissjoni, fejn rilevanti.

4.2   Livelli għall-fattur ta' konverżjoni bl-użu tal-Metodu A:

Livell 1: Għandu jintuża fattur ta' konverżjoni ta' 1.

Livell 2: Il-karbonati u karbonju ieħor li joħorġu mill-proċess għandhom jiġu kkunsidrati permezz ta' fattur ta' konverżjoni b'valur ta' bejn 0 u 1. L-operatur jista' jassumi konverżjoni kompluta għal input wieħed jew ħafna inputs u jattribwixxi materjali mhux konvertiti jew karbonju ieħor lill-inputs li jifdal. Id-determinazzjoni addizzjonali ta' parametri kimiċi rilevanti tal-prodotti għandha titwettaq skont l-Artikoli 32 sa 35.

4.3   Livelli għall-fattur ta' emissjoni bl-użu tal-Metodu B:

Livell 1: L-operatur għandu japplika wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

il-fatturi standard elenkati fl-Anness VI taqsima 2 Tabella 3.

(b)

valuri oħrajn kostanti skont il-punt (e) tal-Artikolu 31(1), fejn ma jkun hemm l-ebda valur applikabbli fl-Anness VI.

Livell 2: L-operatur għandu japplika fattur ta' emissjoni speċifiku għall-pajjiż skont il-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 31(1), jew valuri skont il-punt (d) tal-Artikolu 31(1).

Livell 3: L-operatur għandu jiddetermina l-fattur ta' emissjoni skont l-Artikoli 32 sa 35. Il-proporzjonijiet stojkjometriċi msemmija fl-Anness VI t-Taqsima 2 it-Tabella 3 għandhom jintużaw għall-konverżjoni tad-data ta' kompożizzjoni f'fatturi ta' emissjoni bis-suppożizzjoni li l-ossidi metalliċi rilevanti kollha jkunu ġew idderivati mill-karbonati rispettivi. Għal dan il-għan l-operatur għandu jqis mill-inqas CaO u MgO, u għandu jipprovdi evidenza lill-awtorità kompetenti dwar liema ossidi tal-metall oħra jirrigwardaw il-karbonati fil-materja prima.

4.4   Livelli għall-fattur ta' konverżjoni bl-użu tal-Metodu B:

Livell 1: Għandu jintuża fattur ta' konverżjoni ta' 1.

Livell 2: L-ammont ta' komposti mhux karbonati tal-metalli rilevanti fil-materja prima, inkluż it-trab li jirritorna jew l-irmied li jtir jew materjali oħrajn li diġà jkunu ġew kalċinati, għandu jiġi rifless permezz ta' fatturi ta' konverżjoni b'valur ta' bejn 0 u 1 b'valur ta' 1 li jikkorrispondi għal konverżjoni kompluta tal-karbonati tal-materja prima f'ossidi. Id-determinazzjoni addizzjonali ta' parametri kimiċi rilevanti tal-inputs tal-proċessi għandha titwettaq skont l-Artikoli 32 sa 35.

5.   DEFINIZZJONI TAL-LIVELLI GĦALL-FATTURI TA' KALKOLU GĦALL-EMISSJONIJIET TA' PROĊESS TA' CO2 MINN MATERJALI OĦRAJN MINBARRA KARBONATI

Materjali tal-proċess li jagħtu lok għal emissjonijiet ta' CO2, inklużi urea, kokk, grafit u materjali oħrajn li fihom karbonju mhux karbonat, għandhom jiġu mmonitorjati bl-użu ta' approċċ ibbażat fuq l-input skont din it-taqsima, sakemm ma jkunux inklużi f'bilanċ tal-massa.

5.1   Livelli għall-fatturi ta' emissjoni

Għandhom jintużaw il-livelli definiti fit-Taqsima 2.1 ta' dan l-Anness.

5.2   Livelli għall-valur kalorifiku nett (NCV)

Jekk il-materjal tal-proċess ikun fih karburant kombustibbli, l-operatur għandu jirrapporta l-valur NCV. Għandhom jintużaw il-livelli definiti fit-Taqsima 2.2 ta' dan l-Anness.

5.3   Livelli għall-fatturi ta' konverżjoni / ossidazzjoni

Jekk il-materjal tal-proċess fih karburant kombustibbli, l-operatur għandu japplika fattur ta' ossidazzjoni. Għal dan il-għan għandhom jintużaw il-livelli definiti fit-Taqsima 2.3 ta' dan l-Anness.

Fil-każijiet l-oħrajn kollha, l-operatur għandu japplika fattur ta' konverżjoni. Għal dan il-għan għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tal-livelli li ġejjin:

Livell 1: Għandu jintuża fattur ta' konverżjoni ta' 1.

Livell 2: Il-karbonju li joħroġ mill-proċess għandu jiġi kkunsidrat permezz ta' fattur ta' konverżjoni b'valur ta' bejn 0 u 1. L-operatur jista' jassumi konverżjoni kompluta għal input wieħed jew ħafna inputs u jattribwixxi materjali mhux konvertiti jew karbonju ieħor lill-inputs li jifdal. Id-determinazzjoni addizzjonali ta' parametri kimiċi rilevanti tal-prodotti għandha titwettaq skont l-Artikoli 32 sa 35.

5.4   Livelli għall-frazzjoni ta' bijomassa

Għandhom jintużaw il-livelli definiti fit-Taqsima 2.4 ta' dan l-Anness.


(*1)  Għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet mir-riġenerazzjoni ta' impjant ta' krekkjar katalitiku (riġenerazzjoni ta' katalist ieħor u produtturi tal-kokk flessibbli) f'raffineriji taż-żejt minerali, l-inċertezza meħtieġa hija relatata mal-inċertezza totali tal-emissjonijiet kollha minn dak is-sors.

(*2)  Ammont [t] ta' CKD jew trab tal-bypass (fejn rilevanti) li joħroġ mis-sistema tal-kalkara matul perjodu ta' rapportar ikkalkulat bl-użu ta' linji gwida tal-aqwa prattiki tal-industrija.


ANNESS III

Metodoloġiji ta' monitoraġġ għall-avjazzjoni (l-Artikolu 53 u l-Artikolu 57)

1.   METODOLOĠIJI TA' KALKOLU GĦAD-DETERMINAZZJONI TA' GHGS FIS-SETTUR TAL-AVJAZZJONI

Metodu A:

L-operatur għandu juża l-formola li ġejja:

Konsum effettiv ta' karburant għal kull titjira [t] = Ammont ta' karburant li jkun hemm fit-tankijiet tal-inġenju tal-ajru ladarba l-ippumpjar tal-karburant għat-titjira jkun komplut [t] – Ammont ta' karburant li jkun hemm fit-tankijiet tal-inġenju tal-ajru ladarba l-ippumpjar tal-karburant għat-titjira sussegwenti jkun komplut [t] + L-ammont ta' karburant ippumpjat fit-tank għal dik it-titjira sussegwenti [t]

Fejn ma jkun hemm l-ebda ppumpjar tal-karburant għat-titjira jew it-titjira sussegwenti, l-ammont ta' karburant fit-tankijiet tal-inġenju tal-ajru għandu jiġi ddeterminat waqt il-block-off għat-titjira jew it-titjira sussegwenti. Fil-każ eċċezzjonali li inġenju tal-ajru jwettaq attivitajiet oħra minbarra titjira, inkluż li jiġi sottopost għal manutenzjoni sinifikanti li tinvolvi l-iżvujtar tat-tankijiet, wara t-titjira li l-konsum ta' karburant tagħha jkun qed jiġi mmonitorjat, l-operatur ta' inġenju tal-ajru jista' jibdel il-kwantità “Ammont ta' karburant li jkun hemm fit-tankijiet tal-inġenju tal-ajru ladarba l-ippumpjar tal-karburant għat-titjira suċċessiva jkun komplut + Karburant ippumpjat fit-tank għal dik it-titjira sussegwenti” bl-“Ammont ta' karburant li jifdal fit-tankijiet fil-bidu tal-attività sussegwenti tal-inġenju tal-ajru”, kif iddokumentat fir-reġistri tekniċi.

Metodu B:

L-operatur għandu juża l-formola li ġejja:

Konsum effettiv ta' karburant għal kull titjira [t] = Ammont ta' karburant li jifdal fit-tankijiet tal-inġenju tal-ajru fil-block-on fl-aħħar tat-titjira ta' qabel [t] + Ammont ta' karburant ippumpjat fit-tank għat-titjira [t] - Ammont ta' karburant li jkun hemm fit-tankijiet fil-block-on fl-aħħar tat-titjira [t]

Il-mument tal-block-on jista' jiġi kkunsidrat bħala ekwivalenti għall-mument tat-tifi tal-magna (shut down). Fejn inġenju tal-ajru ma jwettaqx titjira qabel it-titjira li għaliha l-konsum ta' karburant ikun qed jiġi mmonitorjat, l-operatur tal-inġenji tal-ajru jista' jissostitwixxi l-kwantità “Ammont ta' karburant li jibqa' fit-tankijiet tal-inġenji tal-ajru fil-block-on fit-tmien tat-titjira ta' qabel” bl-“Ammont ta' karburant li jibqa' fit-tankijiet tal-inġenji tal-ajru fit-tmiem tal-attività ta' qabel tal-inġenju tal-ajru”, kif irreġistrat mir-reġistri tekniċi.

2.   FATTURI TA' EMISSJONI GĦAL KARBURANTI STANDARD

Tabella 1

Fatturi ta' emissjoni ta' CO2 tal-karburant tal-avjazzjoni

Karburant

Fattur ta' emissjoni (t CO2/t karburant)

Gażolina tal-avjazzjoni (AvGas)

3,10

Gażolina tal-ġettijiet (Jet B)

3,10

Pitrolju tal-ġettijiet (Jet A1 jew Jet A)

3,15

3.   KALKOLU TAD-DISTANZA TAĊ-ĊIRKU L-KBIR

Distanza [km] = Distanza taċ-Ċirku l-Kbir [km] + 95 km

Id-Distanza taċ-Ċirku l-Kbir għandha tkun l-iqsar distanza bejn kwalunkwe żewġ punti fuq wiċċ id-Dinja, li għandha tiġi approssimata bl-użu tas-sistema msemmija fl-Artikolu 3.7.1.1 tal-Anness 15 tal-Konvenzjoni ta' Chicago (WGS 84).

Il-latitudini u l-lonġitudini tal-ajrudromi għandhom jittieħdu mid-data tal-post tal-ajrudrom ippubblikata fil-Pubblikazzjonijiet dwar l-Informazzjoni Ajrunawtika (Aeronautical Information Publications, minn hawn 'il quddiem “AIP”) f'konformità mal-Anness 15 tal-Konvenzjoni ta' Chicago jew minn sors li juża din id-data tal-AIP.

Jistgħu jintużaw distanzi kkalkulati minn softwer jew minn parti terza, bil-kundizzjoni li l-metodoloġija tal-kalkolu tkun ibbażata fuq il-formola stabbilita f'din it-taqsima, id-data tal-AIP u r-rekwiżiti WGS 84.


ANNESS IV

Metodoloġiji ta' monitoraġġ speċifiċi għall-attivitajiet relatati ma' installazzjonijiet (l-Artikolu 20(2))

1.   REGOLI SPEĊIFIĊI TA' MONITORAĠĠ GĦALL-EMISSJONIJIET MINN PROĊESSI TA' KOMBUSTJONI

A.   Kamp ta' applikazzjoni

L-operaturi għandhom jimmonitorjaw l-emissjonijiet ta' CO2 mit-tipi kollha ta' proċessi ta' kombustjoni li jkunu qegħdin iseħħu taħt l-attivitajiet kollha elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE jew inklużi fis-sistema tal-Unjoni taħt l-Artikolu 24 ta' dik id-Direttiva inklużi l-proċessi relatati ta' tisfija mill-impuritajiet bl-użu tar-regoli stabbiliti f'dan l-Anness. Kwalunkwe emissjoni minn karburanti użati bħala input ta' proċess jiġu ttrattati bħala emissjonijiet ta' kombustjoni fir-rigward ta' metodoloġiji ta' monitoraġġ u rapportar, mingħajr preġudizzju għal klassifikazzjonijiet oħra applikati għall-emissjonijiet.

L-operatur ma għandux jimmonitorja u jirrapporta emissjonijiet minn magni tal-kombustjoni interni għal finijiet ta' trasport. L-operatur għandu jassenja l-emissjonijiet kollha mill-kombustjoni ta' karburanti fl-installazzjoni lill-installazzjoni, irrispettivament mill-esportazzjonijiet ta' sħana jew elettriku lejn installazzjonijiet oħrajn. L-operatur ma għandux jassenja emissjonijiet assoċjati mal-produzzjoni ta' sħana jew elettriku li jiġu importati minn installazzjonijiet oħra lill-installazzjoni li tkun qed timporta.

L-operatur għandu jinkludi mill-inqas is-sorsi ta' emissjoni li ġejjin: kaldaruni, berners, turbini, ħiters, fran (furnaces), inċineraturi, kalkari, fran (ovens), nixxiefa, magni, flares, purifikaturi (emissjonijiet ta' proċess) u kwalunkwe tagħmir jew makkinarju ieħor li juża karburant, minbarra t-tagħmir jew il-makkinarju b'magni ta' kombustjoni li jintużaw għal finijiet ta' trasport.

B.   Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ

L-emissjonijiet minn proċessi ta' kombustjoni għandhom jiġu kkalkulati skont l-Artikolu 24(1), sakemm il-karburanti ma jkunux inklużi f'bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 25. Għandhom japplikaw il-livelli definiti fit-Taqsima 2 tal-Anness II. Barra dan, l-emissjonijiet ta' proċess mit-tisfija mill-impuritajiet ta' gass mit-tromba taċ-ċumnija għandhom jiġu mmonitorjati bl-użu ta' dispożizzjonijiet stabbiliti fis-subtaqsima C.

Għall-emissjonijiet minn flares għandhom japplikaw rekwiżiti speċjali, kif stabbilit fis-subtaqsima D ta' din it-taqsima.

Il-proċessi ta' kombustjoni li jitwettqu fit-terminals tal-ipproċessar tal-gass jistgħu jiġu mmonitorjati bl-użu ta' bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 25.

C.   Tisfija tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija

C.1   Desulfurizzazzjoni

L-emissjonijiet ta' CO2 ta' proċess mill-użu ta' karbonat għat-tisfija minn impuritajiet tal-gass aċiduż mill-fluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija għandhom jiġu kkalkulati skont l-Artikolu 24(2) abbażi tal-karbonat ikkunsmat, il-Metodu A kif ġej, jew il-ġipsum prodott, il-Metodu B kif ġej. Dan li ġej japplika permezz ta' deroga mit-taqsima 4 tal-Anness II.

Metodu A: Fattur ta' emissjoni

Livell 1: Il-fattur ta' emissjoni għandu jiġi ddeterminat minn proporzjonijiet stojkjometriċi kif stabbilit fit-taqsima 2 tal-Anness VI. Id-determinazzjoni tal-ammont ta' CaCO3 u MgCO3 fil-materjal ta' input rilevanti għandha titwettaq bl-użu tal-linji gwida tal-aqwa prattika tal-industrija.

Metodu B: Fattur ta' emissjoni

Livell 1: Il-fattur ta' emissjoni għandu jkun il-proporzjon stojkjometriku ta' ġipsum niexef (CaSO4 × 2H2O) ma' CO2 rilaxxat: 0,2558 t CO2/t ġipsum.

Fattur ta' Konverżjoni:

Livell 1: Għandu jintuża fattur ta' konverżjoni ta' 1.

C.2   De-NOx

B'deroga mit-taqsima 5 tal-Anness II, l-emissjonijiet ta' CO2 mill-użu ta' urea għat-tisfija tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija għandhom jiġu kkalkulati skont l-Artikolu 24(2) billi jiġu applikati l-livelli li ġejjin.

Fattur ta' emissjoni:

Livell 1: Id-determinazzjoni tal-ammont ta' urea fil-materjal ta' input rilevanti għandha titwettaq bl-użu tal-linji gwida tal-aqwa prattika tal-industrija. Il-fattur ta' emissjoni għandu jiġi ddeterminat bl-użu ta' proporzjon stojkjometriku ta' 0,7328 t CO2/t urea.

Fattur ta' Konverżjoni:

Il-livell 1 biss għandu jkun applikabbli.

D.   Flares

Meta jkun qed jikkalkula l-emissjonijiet mill-flares l-operatur għandu jinkludi flaring regolari u flaring operazzjonali (trips, start-up u shutdown kif ukoll relieves f'emerġenza). L-operatur għandu jinkludi wkoll CO2 inerenti skont l-Artikolu 48.

Permezz ta' deroga mit-Taqsima 2.1 tal-Anness II, il-livelli 1 u 2b għall-fattur ta' emissjoni għandhom jiġu ddefiniti kif ġej:

 

Livell 1: L-operatur għandu juża fattur ta' emissjoni ta' referenza ta' 0,00393 t CO2/Nm3 idderivat mill-kombustjoni ta' etan pur użat bħala prokura konservattiva għall-gassijiet tal-flare.

 

Livell 2b: Il-fatturi ta' emissjoni speċifiċi għal installazzjoni għandhom jiġu dderivati minn stima tal-piż molekolari tal-fluss tal-flare, bl-użu ta' mudellar ta' proċess ibbażat fuq mudelli standard tal-industrija. Billi jiġu kkunsidrati l-proporzjonijiet relattivi u l-piżijiet molekolari ta' kull waħda mill-flussi tal-kontribwenti, għandha tiġi dderivata ċifra medja annwali ppeżata għall-piż molekolari tal-gass tal-flare.

Permezz ta' deroga mit-Taqsima 2.3 tal-Anness II, il-livelli 1 u 2 biss għandhom jiġu applikati għall-fattur ta' ossidazzjoni fil-każ ta' flares.

2.   RAFFINAR TAŻ-ŻEJT MINERALI KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE

A.   Kamp ta' applikazzjoni

L-operatur għandu jimmonitorja u jirrapporta l-emissjonijiet kollha ta' CO2 mill-proċessi ta' kombustjoni u produzzjoni kif iseħħu fir-raffineriji.

L-operatur għandu jinkludi mill-inqas is-sorsi potenzjali ta' emissjonijiet ta' CO2 li ġejjin: kaldaruni, ħiters/tagħmir għat-trattament ta' proċess, magni/turbini tal-kombustjoni interna, ossidaturi katalitiċi u termali, kalkari tal-kalċinazzjoni tal-kokk, pompi għall-isparar ta' ġett ta' ilma, ġeneraturi ta' emerġenza/standby, flares, inċineraturi, tagħmir tal-ikkrekkjar, unitajiet tal-produzzjoni tal-idroġenu, unitajiet tal-proċess Claus, riġenerazzjoni ta' katalisti (minn krekkjar katalitiku u proċessi katalitiċi oħra) u produtturi tal-kokk (produzzjoni flessibbli tal-kokk, produzzjoni ttardjata tal-kokk).

B.   Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ

Il-monitoraġġ tal-attivitajiet ta' raffinar taż-żejt minerali għandu jitwettaq skont it-Taqsima 1 ta' dan l-Anness għall-emissjonijiet ta' kombustjoni inkluż it-tisfija tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija. L-operatur jista' jagħżel li juża l-metodoloġija tal-bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 25 għar-raffinerija kollha jew unitajiet ta' proċess individwali bħall-impjanti tal-gassifikazzjoni taż-żejt tqil jew tal-kalċinazzjoni. Fejn jintużaw kombinamenti ta' metodoloġija standard u bilanċ tal-massa, l-operatur għandu jipprovdi evidenza lill-awtorità kompetenti li turi l-kompletezza tal-emissjonijiet koperti, u li ma jkun qed iseħħ l-ebda għadd doppju ta' emissjonijiet.

L-emissjonijiet minn unitajiet tal-produzzjoni tal-idroġenu ddedikati għandhom jiġu mmonitorjati skont it-taqsima 19 ta' dan l-Anness.

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 24 u 25, emissjonijiet mir-riġenerazzjoni tal-ikkrekkjar katalitiku, ir-riġenerazzjoni ta' katalisti oħra u produtturi tal-kokk flessibbli għandhom jiġu mmonitorjati bl-użu ta' bilanċ tal-massa, b'kunsiderazzjoni tal-istat tal-arja tal-input u l-gass mit-tromba taċ-ċumnija. Il-CO kollu fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija għandu jiġi kkunsidrat bħala CO2, bl-applikazzjoni tar-relazzjoni tal-massa: t CO2 = t CO * 1,571. L-analiżi tal-arja tal-input u l-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija u l-għażla tal-livelli għandha ssir skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 32 sa 35. Il-metodoloġija tal-kalkolu speċifiku għandha tiġi approvata mill-awtorità kompetenti.

3.   PRODUZZJONI TA' KOKK KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE

A.   Kamp ta' applikazzjoni

L-operatur għandu jinkludi mill-inqas is-sorsi potenzjali ta' emissjonijiet ta' CO2 li ġejjin: materja prima (inkluż faħam jew kokk tal-petrol), karburanti konvenzjonali (inkluż gass naturali), gassijiet ta' proċess (inkluż gass tal-kalkara tal-funderija – BFG), karburanti oħrajn u t-tisfija ta' gass ta' skart.

B.   Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ

Għall-monitoraġġ ta' emissjonijiet mill-produzzjoni tal-kokk, l-operatur jista' jagħżel li juża bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 25 u t-Taqsima 3 tal-Anness II, jew il-metodoloġija standard skont l-Artikolu 24 u t-Taqsimiet 2 u 4 tal-Anness II.

4.   XIWI U SINTERIZZAZZJONI TA' METALL MHUX MAĦDUM KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE

A.   Kamp ta' applikazzjoni

L-operatur għandu jinkludi mill-inqas is-sorsi potenzjali ta' emissjonijiet ta' CO2 li ġejjin: materja prima (kalċinazzjoni tal-ġebel tal-ġir, id-dolomit u l-ħadid mhux maħdum karbonatiku, inkluż l-FeCO3) il-karburanti konvenzjonali (inkluż il-gass naturali u l-kokk/partikoli tal-kokk (coke breeze)), gassijiet ta' proċess (inkluż il-gass tal-forn tal-kokk –COG u l-gass tal-kalkara tal-funderija – BFG), residwi ta' proċessi użati bħala materjal ta' input inkluż it-trab iffiltrat mill-impjant tas-sinterizzazzjoni, il-konvertitur u l-kalkara tal-funderija, karburanti oħra u t-tisfija tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija.

B.   Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ

Għall-monitoraġġ ta' emissjonijiet mix-xiwi, is-sinterizzazzjoni jew il-pelitizzazzjoni ta' metall mhux maħdum, l-operatur jista' jagħżel li juża bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 25 u t-Taqsima 3 tal-Anness II jew il-metodoloġija standard skont l-Artikolu 24 u t-Taqsimiet 2, 4 u 5 tal-Anness II.

5.   PRODUZZJONI TA' ĦADID MHUX MAĦDUM U AZZAR KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE

A.   Kamp ta' applikazzjoni

L-operatur għandu jinkludi mill-inqas is-sorsi potenzjali ta' emissjonijiet ta' CO2 li ġejjin: materja prima (kalċinazzjoni tal-ġebel tal-ġir, id-dolomit u l-ħadid mhux maħdum karbonatiku, inkluż l-FeCO3), il-karburanti konvenzjonali (il-gass naturali, il-faħam u l-kokk), l-aġenti tar-riduzzjoni (inkluż il-kokk, il-faħam, il-plastiks, eċċ.), gassijiet ta' proċess (gass tal-forn tal-kokk –COG, il-gass tal-kalkara tal-funderija – BFG u l-gass bażiku tal-ossiġenu tal-forn – BOFG), il-konsum tal-elettrodi tal-grafit, karburanti oħrajn u t-tisfija mill-impuritajiet tal-gass ta' skart.

B.   Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ

Għall-monitoraġġ ta' emissjonijiet mill-produzzjoni ta' ħadid mhux maħdum u azzar, l-operatur jista' jagħżel li juża bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 25 u t-Taqsima 3 tal-Anness II, jew il-metodoloġija standard skont l-Artikolu 24 u t-Taqsimiet 2 u 4 tal-Anness II, mill-inqas għal parti tal-flussi minn sorsi, bl-evitar ta' kwalunkwe nuqqasijiet jew għadd doppju ta' emissjonijiet.

Permezz ta' deroga mit-Taqsima 3.1 tal-Anness II, il-livell 3 għall-kontenut tal-karbonju jiġi ddefinit kif ġej:

Livell 3: L-operatur għandu jidderiva l-kontenut tal-karbonju tal-fluss tal-input jew tal-produzzjoni billi jsegwi l-Artikoli 32 sa 35 rigward il-kampjunar rappreżentattiv tal-karburanti, il-prodotti u l-prodotti sekondarji, id-determinazzjoni tal-kontenut tal-karbonju tagħhom u l-frazzjoni tal-bijomassa. L-operatur għandu jibbaża l-kontenut tal-karbonju ta' prodotti jew prodotti parzjalment lesti fuq analiżi annwali billi jsegwi l-Artikoli 32 sa 35 jew jidderiva l-kontenut tal-karbonju minn valuri ta' kompożizzjoni ta' firxa medja kif speċifikat minn standards internazzjonali jew nazzjonali rilevanti.

6.   PRODUZZJONI JEW IPPROĊESSAR TA' METALLI FERRUŻI U MHUX FERRUŻI KIF ELENKAT FL-ANNESS I TAD-DIRETTIVA 2003/87/KE

A.   Kamp ta' applikazzjoni

L-operatur ma għandux japplika d-dispożizzjonijiet f'din it-taqsima għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet ta' CO2 mill-produzzjoni tal-ħadid mhux maħdum u mill-azzar u l-aluminju primarju.

L-operatur għandu jikkunsidra mill-inqas is-sorsi potenzjali ta' emissjonijiet li ġejjin għall-emissjonijiet tas-CO2: karburanti konvenzjonali; karburanti alternattivi inkluż il-materjal granulat tal-plastik minn impjanti ta' wara t-tqattigħ; aġenti tar-riduzzjoni inkluż il-kokk, elettrodi tal-grafit; materji primi inkluż il-ġebel tal-ġir u d-dolomit; il-karbonju li jinkludi metalli mhux maħdumin u konċentrati; u materjali sekondarji ta' alimentazzjoni.

B.   Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ

Meta l-karbonju li joriġina minn karburanti jew materjali ta' input użati f'din l-installazzjoni jibqa' fil-prodotti jew produzzjonijiet oħra tal-produzzjoni, l-operatur għandu juża bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 25 tat-Taqsima 3 tal-Anness II. Fejn dan ma jkunx il-każ l-operatur għandu jikkalkula l-emissjonijiet tal-kombustjoni u tal-proċess b'mod separat bl-użu tal-metodoloġija standard skont l-Artikolu 24 u t-Taqsimiet 2 u 4 tal-Anness II.

Fejn jintuża bilanċ tal-massa, l-operatur jista' jagħżel li jinkludi emissjonijiet minn proċessi ta' kombustjoni fil-bilanċ tal-massa jew li juża l-metodoloġija standard skont l-Artikolu 24 u t-Taqsima 1 ta' dan l-Anness għal parti mill-flussi minn sorsi, billi jevita kwalunkwe nuqqasijiet jew għadd doppju ta' emissjonijiet.

7.   EMISSJONIJIET TA' CO2 MILL-PRODUZZJONI JEW L-IPPROĊESSAR TA' ALUMINJU PRIMARJU KIF ELENKAT FL-ANNESS I TAD-DIRETIVA 2003/87/KE

A.   Kamp ta' applikazzjoni

L-operatur għandu japplika d-dispożizzjonijiet ta' din it-taqsima għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' CO2 mill-produzzjoni ta' elettrodi għat-tidwib tal-aluminju primarju, inkluż l-impjanti awtonomi għall-produzzjoni ta' elettrodi bħal dawn, u l-konsum tal-elettrodi matul l-elettroliżi.

L-operatur għandu jikkunsidra mill-inqas is-sorsi potenzjali li ġejjin għal emissjonijiet ta' CO2: karburanti għall-produzzjoni ta' sħana jew fwar, produzzjoni ta' elettrodi, riduzzjoni ta' Al2O3 waqt l-elettroliżi relatata mal-konsum tal-elettrodi, u l-użu tal-irmied tas-soda jew karbonati oħra għat-tisfija tal-gass ta' skart.

L-emissjonijiet assoċjati tal-perfluworokarburi – PFCs, li jirriżultaw minn effetti tal-anodi, inklużi emissjonijiet li jaħarbu, għandhom jiġu mmonitorjati skont it-Taqsima 8 ta' dan l-Anness.

B.   Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ

L-operatur għandu jiddetermina l-emissjonijiet ta' CO2 mill-produzzjoni jew l-ipproċessar tal-aluminju primarju bl-użu tal-metodoloġija tal-bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 25. Il-metodoloġija tal-bilanċ tal-massa għandha tikkunsidra l-karbonju kollu fl-inputs, il-ħażniet, il-prodotti kollha u esportazzjonijiet oħra mit-taħlit, l-iffurmar, il-ħami u r-riċiklar ta' elettrodi kif ukoll mill-konsum tal-elettrodi fl-elettroliżi. Fejn jintużaw l-anodi moħmija minn qabel, jistgħu jiġu applikati bilanċi separati tal-massa għall-produzzjoni u l-konsum, jew bilanċ wieħed tal-massa komuni b'kunsiderazzjoni kemm tal-produzzjoni kif ukoll tal-konsum tal-elettrodi. Fil-każ ta' ċelloli ta' Søderberg, l-operatur għandu juża bilanċ wieħed tal-massa komuni.

Għall-emissjonijiet minn proċessi ta' kombustjoni l-operatur jista' jagħżel li jinkludihom fil-bilanċ tal-massa jew li juża l-metodoloġija standard skont l-Artikolu 24 u t-Taqsima 1 ta' dan l-Anness tal-anqas għal parti mill-flussi minn sorsi, u jevita kwalunkwe nuqqas jew għadd doppju ta' emissjonijiet.

8.   EMISSJONIJIET TA' PFC MILL-PRODUZZJONI JEW L-IPPROĊESSAR TA' ALUMINJU PRIMARJU KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE

A.   Kamp ta' applikazzjoni

L-operatur għandu japplika dan li ġej għall-emissjonijiet ta' perfluworokarburi (PFCs) li jirriżultaw minn effetti tal-anodi inklużi l-emissjonijiet li jaħarbu ta' PFCs. Għall-emissjonijiet assoċjati ta' CO2, inklużi l-emissjonijiet mill-produzzjoni ta' elettrodi, l-operatur għandu japplika t-Taqsima 7 ta' dan l-Anness. Barra minn hekk, l-operatur għandu jikkalkula l-emissjonijiet tal-PFC mhux relatati mal-effetti tal-anodi bbażati fuq metodi ta' stima skont l-aħjar prattika tal-industrija, u kwalunkwe linji gwida ppubblikati mill-Kummissjoni għal dan il-għan.

B.   Determinazzjoni tal-emissjonijiet ta' PFC

L-emissjonijiet ta' PFC għandhom jiġu kkalkulati mill-emissjonijiet li jkunu jistgħu jitkejlu f'tubu jew ċumnija (“emissjonijiet minn sors f'punt”) kif ukoll emissjonijiet li jaħarbu bl-użu tal-effiċjenza tal-ġbir tat-tubu:

Emissjonijiet ta' PFC (totali) = emissjonijiet ta' PFC (tubu) / effiċjenza tal-ġbir

L-effiċjenza tal-ġbir għandha titkejjel meta jiġu ddeterminati l-fatturi ta' emissjoni speċifiċi għall-installazzjoni. Sabiex tiġi ddeterminata għandha tintuża l-iżjed verżjoni reċenti tal-gwida msemmija taħt il-Livell 3 tat-Taqsima 4.4.2.4 tal-Linji Gwida tal-IPCC 2006.

L-operatur għandu jikkalkula l-emissjonijiet ta' CF4 u C2F6 rilaxxati minn tubu jew ċumnija bl-użu ta' wieħed mill-metodi li ġejjin:

(a)

Il-Metodu A fejn jiġu ddokumentati l-minuti tal-effett tal-anodu għal kull jum ta' ċellula;

(b)

Il-Metodu B fejn jiġi ddokumentat il-vultaġġ żejjed tal-effett tal-anodu.

Metodu A ta' Kalkulazzjoni – Metodu tal-pendil:

L-operatur għandu juża l-ekwazzjonijiet li ġejjin sabiex jiddetermina l-emissjonijiet ta' PFC:

 

emissjonijiet CF4 [t] = AEM × (SEFCF4/1 000) × PrAl

 

emissjonijiet C2F6 [t] = emissjonijiet CF4 * FC2F6

Fejn:

AEM= Minuti ta' effett tal-anodu / jum ta' ċellula;

SEFCF4 = Fattur ta' emissjoni f'pendil [(kg CF4 / t Al prodott)/(minuti ta' effett ta' anodu / jum ta' ċellola)]. Fejn juntużaw tipi differenti ta' ċellula, jistgħu jiġu applikati SEF differenti, kif xieraq;

PrAl = Produzzjoni annwali ta' Aluminju primarju [t];

FC2F6 = Frazzjoni tal-piż ta' C2F6 (t C2F6 / t CF4).

Il-minuti ta' effett tal-anodu kull jum ta' ċellula għandhom jesprimu l-frekwenza tal-effetti tal-anodu (għadd ta' effetti tal-anodu / jum ta' ċellula) immultiplikata bid-dewmien medju tal-effetti tal-anodu (minuti ta' effett tal-anodu / okkorrenza):

AEM= frekwenza × dewmien medju

Fattur ta' emissjoni: Il-fattur ta' emissjoni ta' CF4 (fattur ta' emissjoni tax-xaqliba SEFCF4) jesprimi l-ammont [kg] ta' CF4 rilaxxat għal kull tunnellata ta' aluminju prodott għal kull minuta ta' effett ta' anodu / jum ta' ċellula. Il-fattur ta' emissjoni (frazzjoni tal-piż FC2F6) ta' C2F6 jesprimi l-ammont [t] ta' C2F6 rilaxxat proporzjonat għall-ammont [t] tas-CF4 rilaxxat.

Livell 1: L-operatur għandu juża fatturi ta' emissjoni speċifiċi għat-teknoloġija mit-Tabella 1 ta' din it-taqsima tal-Anness IV.

Livell 2: L-operatur għandu juża fatturi ta' emissjoni speċifiċi għal installazzjonijiet għal CF4 u C2F6 stabbiliti permezz ta' kejl fuq is-sit kontinwu jew intermittenti. Għad-determinazzjoni ta' dawk il-fatturi ta' emissjoni l-operatur għandu juża l-verżjoni l-iżjed reċenti tal-gwida msemmija taħt il-Livell 3 tat-Taqsima 4.4.2.4 tal-Linji Gwida tal-IPCC 2006 (1). Il-fattur ta' emissjoni għandu jqis ukoll emissjonijiet relatati ma' effetti mhux anodi. L-operatur għandu jiddetermina kull fattur ta' emissjoni b'inċertezza massima ta' ±15 %.

L-operatur għandu jistabbilixxi l-fatturi ta' emissjoni tal-anqas kull tliet snin jew qabel jekk ikun meħtieġ minħabba tibdil rilevanti fl-installazzjoni. It-tibdil rilevanti għandu jinkludi bidla fit-tqassim tad-dewmien tal-effett tal-anodu, jew bidla fl-algoritmu ta' kontroll li jaffettwa t-taħlita tat-tipi ta' effetti ta' anodu jew in-natura tar-rutina tat-terminazzjoni tal-effett tal-anodu.

Tabella 1

Fatturi ta' emissjoni speċifiċi għat-teknoloġija relatati mad-data tal-attivitajiet għall-metodu tal-pendil.

Teknoloġija

Fatturi ta' emissjoni għal CF4 (SEFCF4)

[(kg CF4/t Al)/(AE-Minuti/jum ta' ċellula)]

Fattur ta' emissjoni għal C2F6 (FC2F6)

[t C2F6/ t CF4]

Ħidma Ċċentrata ta' Qabel il-Ħami (CWPB)

0,143

0,121

Vertical Stud Søderberg (VSS)

0,092

0,053

Il-Metodu tal-Kalkolu B – Il-Metodu tal-Vultaġġ Żejjed:

Fejn jitkejjel il-vultaġġ żejjed tal-effett tal-anodu, l-operatur għandu juża l-ekwazzjonijiet li ġejjin għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet ta' PFC:

 

emissjonijiet CF4 [t] = OVC × (AEO/CE) × PrAl × 0,001

 

emissjonijiet C2F6 [t] = emissjonijiet CF4 × FCF2F6

Fejn:

OVC= Koeffiċjent tal-vultaġġ żejjed (“fattur ta' emissjoni”) espress bħala kg CF4 għal kull tunnellata ta' aluminju prodott għal kull mV ta' vultaġġ żejjed;

AEO= Vultaġġ żejjed ta' effett ta' anodu għal kull ċellula [mV] iddeterminat bħala l-integrali ta' (ħin × vultaġġ ogħla mill-vultaġġ ta' mira) diviż bil-ħin (durata) tal-ġbir tad-data;

CE= Effiċjenza medja tal-kurrent tal-produzzjoni tal-aluminju [%];

PrAl = Produzzjoni annwali ta' Aluminju primarju [t];

FCF2F6 = Frazzjoni tal-piż ta' C2F6 (t C2F6 / t CF4);

It-terminu AEO/CE (Vultaġġ żejjed tal-effett tal-anodu / effiċjenza tal-kurrent) jesprimi l-vultaġġ żejjed tal-effett tal-anodu medju integrat bil-ħin [mV vultaġġ żejjed] għal kull effiċjenza medja tal-kurrent [%].

Fattur ta' emissjoni: Il-fattur ta' emissjoni għal CF4 (“koeffiċjent tal-vultaġġ żejjed” OVC) għandu jesprimi l-ammont [kg] ta' CF4 rilaxxat għal kull tunnellata ta' aluminju prodott għal kull millivolt ta' vultaġġ żejjed [mV]. Il-fattur ta' emissjoni ta' C2F6 (frazzjoni tal-piż FC2F6) għandu jesprimi l-ammont [t] ta' C2F6 rilaxxat proporzjonat għall-ammont [t] tas-CF4 rilaxxat.

Livell 1: L-operatur għandu japplika fatturi ta' emissjoni speċifiċi għat-teknoloġija mit-Tabella 2 ta' din it-taqsima tal-Anness IV.

Livell 2: L-operatur għandu juża fatturi ta' emissjoni speċifiċi għall-istallazzjoni għal CF4 [(kg CF4 / t Al) / (mV)] u C2F6 [t C2F6/ t CF4] stabbilit permezz ta' kejl kontinwu jew intermittenti tal-kamp. Għad-determinazzjoni ta' dawk il-fatturi ta' emissjoni l-operatur għandu juża l-verżjoni l-iżjed reċenti tal-gwida msemmija taħt il-Livell 3 tat-taqsima 4.4.2.4 tal-Linji Gwida tal-IPCC 2006. L-operatur għandu jiddetermina l-fatturi ta' emissjoni b'inċertezza massima ta' ± 15 % kull wieħed.

L-operatur għandu jistabbilixxi l-fatturi ta' emissjoni tal-anqas kull tliet snin jew qabel jekk ikun meħtieġ minħabba tibdil rilevanti fl-installazzjoni. It-tibdil rilevanti għandu jinkludi bidla fit-tqassim tad-dewmien tal-effett tal-anodu, jew bidla fl-algoritmu ta' kontroll li jaffettwa t-taħlita tat-tipi ta' effetti ta' anodu jew in-natura tar-rutina tat-terminazzjoni tal-effett tal-anodu.

Tabella 2

Fatturi ta' emissjoni speċifiċi għat-teknoloġija relatati ma' data ta' attività ta' vultaġġ żejjed.

Teknoloġija

Fattur ta' emissjoni għal CF4

[(kg CF4/t Al) / mV]

Fattur ta' emissjoni għal C2F6

[t C2F6/ t CF4]

Ħidma Ċċentrata ta' Qabel il-Ħami (CWPB)

1,16

0,121

Vertical Stud Søderberg (VSS)

M.A.

0,053

C.   Determinazzjoni ta' emissjonijiet ta' CO2(e)

L-operatur għandu jikkalkula l-emissjonijiet ta' CO2(e) mill-emissjonijiet ta' CF4 u C2F6 kif ġej, bl-użu tal-potenzjali għat-tisħin globali elenkati fl-Anness VI t-taqsima 3 it-Tabella 6:

Emissjonijiet ta' PFC [t CO2(e)] = emissjonijiet ta' CF4 [t] * GWPCF4 + emissjonijiet ta' C2F6 [t] * GWPC2F6

9.   PRODUZZJONI TA' GAGAZZA TAS-SIMENT KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE

A.   Kamp ta' applikazzjoni

L-operatur għandu jinkludi mill-inqas is-sorsi potenzjali ta' emissjonijiet ta' CO2 li ġejjin: kalċinazzjoni tal-ġebla tal-ġir fil-materja prima, karburanti fossili konvenzjonali tal-kalkara, karburanti alternattivi u materja prima tal-kalkara bbażati fuq il-fossili, karburanti tal-kalkara tal-bijomassa (skart tal-bijomassa), karburanti mhux tal-kalkara, kontenut ta' karbonju organiku tal-ġebla tal-ġir u shale u materja prima użata għat-tisfija mill-impuritajiet tal-gass ta' skart.

B.   Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ

L-emissjonijiet mill-kombustjoni għandhom jiġu mmonitorjati skont it-taqsima 1 ta' dan l-Anness. L-emissjonijiet ta' proċess minn komponenti tal-grixa mhux raffinata jiġu mmonitorjati skont it-Taqsima 4 tal-Anness II abbażi tal-kontenut tal-karbonat tal-input ta' proċess (il-Metodu tal-kalkolu A) jew fuq l-ammont ta' gagazza prodott (il-Metodu tal-kalkolu B). Fil-każ tal-Metodu A, il-karbonati li għandhom jiġu kkunsidrati għandhom mill-inqas jinkludu CaCO3, MgCO3 u FeCO3. Fil-każ tal-Metodu B, l-operatur għandu jqis mill-inqas CaO u MgO, u għandu jipprovdi evidenza lill-awtorità kompetenti sa liema punt għandhom jitqiesu sorsi oħrajn tal-karbonju.

L-emissjonijiet ta' CO2 relatati mat-trab imneħħija mill-proċess u l-karbonju organiku fil-materja prima għandhom jiġu miżjuda skont is-sottotaqsimiet C u D ta' din it-taqsima tal-Anness IV.

Il-Metodu tal-Kalkolu A: Abbażi tal-Input tal-Kalkara

Fejn it-trab tal-kalkara tas-siment (CKD) u t-trab tal-bypass joħorġu mis-sistema tal-kalkara l-operatur ma għandux jikkunsidra l-materja prima relatata bħala input ta' proċess, iżda jikkalkula l-emissjonijiet mis-CKD skont is-subtaqsima C.

Għajr jekk il-grixa mhux raffinata tkun ikkaratterizzata, l-operatur għandu japplika r-rekwiżiti ta' inċertezza għad-data tal-attivitajiet b'mod separat għal kull wieħed mill-inputs tal-kalkara li jkollu l-karbonju, bl-evitar tal-għadd doppju jew omissjonijiet minn materjali rritornati jew by-passed. Fejn id-data tal-attivitajiet tiġi ddeterminata abbażi tal-gagazza prodotta, l-ammont nett ta' grixa mhux raffinata jista' jiġi ddeterminat permezz ta' proporzjon empiriku ta' grixa mhux raffinata/gagazza speċifika għall-post. Il-proporzjon għandu jiġi aġġornat tal-anqas darba kull sena bl-applikazzjoni ta' linji gwida tal-aqwa prattiki tal-industrija.

Il-Metodu tal-Kalkolu B: Abbażi tal-Output ta' Gagazza

L-operatur għandu jiddetermina d-data tal-attivitajiet bħala l-produzzjoni ta' gagazza [t] matul il-perjodu ta' rapportar f'wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)

permezz ta' ppeżar dirett tal-gagazza;

(b)

abbażi tal-konsenji tas-siment, permezz ta' bilanċ materjali b'kunsiderazzjoni tal-konsenja ta' gagazza, il-provvisti ta' gagazza kif ukoll il-varjazzjoni fil-ħażniet tal-gagazza, bl-użu tal-formola li ġejja:

gagazza prodotta [t]

=

((konsenji ta' siment [t] – varjazzjoni fil-ħażniet tas-siment [t]) * proporzjoni gagazza / siment [t gagazza / t siment]) – (gagazza fornuta [t]) + (gagazza mibgħuta [t]) – (varjazzjoni fil-ħażniet tal-gagazza [t]).

L-operatur għandu jew jidderiva l-proporzjon gagazza / siment għal kull prodott differenti ta' siment abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 32 sa 35 jew jikkalkula l-proporzjon mid-differenza bejn il-kunsinni ta' siment u t-tibdil fil-ħażniet u l-materjali użati kollha bħala addittivi mas-siment inkluż it-trab tal-by-pass u t-trab tal-kalkara tas-siment.

Permezz ta' deroga mit-Taqsima 4 tal-Anness II, il-livell 1 għall-fattur ta' emissjoni għandu jiġi ddefinit kif ġej:

Livell 1: L-operatur għandu japplika fattur ta' emissjoni ta' 0,525 t CO2/t gagazza.

C.   Emissjonijiet Relatati mat-Trab Mormi

L-operatur għandu jgħodd l-emissjonijet ta' CO2, mit-trab tal-bypass jew it-trab tal-kalkara tas-siment (CKD) li joħroġ mis-sistema tal-kalkara, korrett għal proporzjon parzjali ta' kalċinazzjoni ta' CKD kkalkulat bħala emissjonijiet ta' proċess skont l-Artikolu 24(2). Permezz ta' deroga mit-Taqsima 4 tal-Anness II, il-livelli 1 u 2b għall-fattur ta' emissjoni għandhom jiġu ddefiniti kif ġej:

 

Livell 1: L-operatur għandu japplika fattur ta' emissjoni ta' 0,525 t CO2/t gagazza.

 

Livell 2: L-operatur għandu jiddetermina l-fattur ta' emissjoni (EF) mill-inqas darba fis-sena billi jsegwi l-Artikoli 32 sa 35 u bl-użu tal-formola li ġejja:

Formula

Fejn:

EFCKD = Fattur ta' emissjoni ta' trab tal-kalkara tas-siment parzjalment ikkalċinat [t CO2/t CKD];

EFCli = Fattur ta' emissjoni tal-gagazza speċifiku għall-installazzjoni [t CO2/t gagazza];

d = Grad ta' kalċinazzjoni CKD (CO2 rilaxxat bħala % tal-karbonat totali CO2 fit-taħlita primarja).

Il-Livell 3 għall-fattur ta' emissjoni mhuwiex applikabbli.

D.   Emissjonijiet minn karbonju mhux karbonat fil-grixa mhux raffinata

L-operatur għandu jiddetermina l-emissjonijiet mill-karbonju mhux karbonat tal-anqas mill-ġebel tal-ġir, shale jew materja prima alternattiva (pereżempju, l-irmied tal-faħam) użati fil-grixa mhux raffinata fil-kalkara skont l-Artikolu 24(2).

Għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tal-livelli li ġejjin għall-fattur ta' emissjoni:

 

Livell 1: Il-kontenut ta' karbonju mhux karbonat fil-materja prima rilevanti għandu jkun stmat billi jintużaw il-linji ta' gwida tal-aħjar prattika fl-industrija.

 

Livell 2: Il-kontenut tal-karbonju mhux karbonat fil-materja prima rilevanti għandu jiġi ddeterminat mill-inqas darba fis-sena skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 32 sa 35.

Għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tal-livelli li ġejjin għall-fattur ta' konverżjoni:

 

Livell 1: Għandu jiġi applikat fattur ta' konverżjoni ta' 1.

 

Livell 2: Il-fattur ta' konverżjoni għandu jiġi kkalkulat bl-applikazzjoni tal-aqwa prattiki tal-industrija.

10.   PRODUZZJONI TAL-ĠIR JEW KALĊINAZZJONI TAD-DOLOMIT JEW TAL-MANJEŻIT KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE

A.   Kamp ta' applikazzjoni

L-operatur għandu jinkludi mill-inqas is-sorsi potenzjali ta' emissjonijiet ta' CO2 li ġejjin: kalċinazzjoni tal-ġebel tal-ġir, dolomit jew manjeżit fil-materja prima, karburanti fossili tal-kalkara konvenzjonali, karburanti alternattivi bbażati fuq il-fossili u l-materja prima, karburanti tal-kalkara tal-bijomassa (skart tal-bijomassa) u karburanti oħrajn.

Fejn il-ġir maħruq u CO2 li joriġina mill-ġebla tal-ġir jintuża għall-proċessi ta' purifikazzjoni, b'mod li bejn wieħed u ieħor l-istess ammont ta' CO2 jingħaqad mill-ġdid, mhuwiex meħtieġ li d-dekompożizzjoni tal-karbonati kif ukoll il-proċess ta' purifikazzjoni jiġu inklużi b'mod separat fil-pjan ta' monitoraġġ tal-installazzjoni.

B.   Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ

L-emissjonijiet mill-kombustjoni għandhom jiġu mmonitorjati skont it-taqsima 1 ta' dan l-Anness. L-emissjonijiet tal-proċess mill-materja prima għandhom jiġu mmonitorjati skont it-taqsima 4 u t-taqsima 5 tal-Anness II. Il-karbonati tal-kalċju u tal-manjeżju għandhom dejjem jiġu kkunsidrati. Għandhom jiġu kkunsidrati karbonati oħrajn u karbonju organiku fil-materja prima, fejn ikunu rilevanti għall-kalkolu tal-emissjonijiet.

Għall-metodoloġija bbażata fuq l-input, il-valuri tal-kontenut tal-karbonat għandhom jiġu aġġustati għall-kontenut rispettiv ta' umdità u gangue tal-materjal. Fil-każ ta' produzzjoni tal-manjeżja, għandhom jiġu kkunsidrati minerali oħra li fihom il-manjeżju, kif ikun xieraq.

Għandhom jiġu evitati l-għadd doppju jew l-omissjonijiet li jirriżultaw minn materjal irritornat jew tal-by-pass. Waqt l-applikazzjoni tal-Metodu B, it-trab tal-kalkara tal-ġir għandu jigi kkunsidrat bħala fluss minn sors separat fejn rilevanti.

11.   MANIFATTURA TA' ĦĠIEĠ, FIBRA TAL-ĦĠIEĠ JEW MATERJAL TA' IŻOLAMENT TAS-SUF MINERALI KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE

A.   Kamp ta' applikazzjoni

L-operatur għandu japplika d-dispożizzjonijiet f'din it-taqsima anke għall-installazzjonijiet għall-produzzjoni ta' silikat tas-sodju u stone/rock wool (suf minerali).

L-operatur għandu jinkludi mill-inqas is-sorsi potenzjali ta' emissjonijiet ta' CO2 li ġejjin: id-dekompożizzjoni tal-karbonati tal-alkali u l-karbonati tal-alkali tal-art waqt it-tidwib tal-materja prima, il-karburanti fossili konvenzjonali, il-karburanti alternattivi bbażati fuq il-fossili u l-materja prima, il-karburanti tal-bijomassa (skart tal-bijomassa), karburanti oħra, il-karbonju li jkun fih addittivi inkluż il-kokk, it-trab tal-faħam u l-grafit, il-postkombustjoni tal-gassijiet taċ-ċumnija u t-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija.

B.   Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ

L-emissjonijiet mill-kombustjoni, inkluż it-tisfija mill-impuritajiet tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija, għandu jiġi mmonitorjat skont it-Taqsima 1 ta' dan l-Anness. L-emissjonijiet tal-proċess minn materja prima għandhom jiġu mmonitorjati skont it-taqsima 4 tal-Anness II. Il-karbonati li għandhom jiġu kkunsidrati jinkludu mill-inqas CaCO3, MgCO3, Na2CO3, NaHCO3, BaCO3, Li2CO3, K2CO3, u SrCO3. Għandu jintuża biss il-Metodu A. L-emissjonijiet mill-materjali ta' proċess inkluż il-kokk, il-grafit u t-trab tal-faħam għandhom jiġu mmonitorjati skont it-Taqsima 5 tal-Anness II.

Permezz ta' deroga mit-taqsima 4 tal-Anness II, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tal-livelli li ġejjin għall-fattur ta' emissjoni:

 

Livell 1: Għandhom jintużaw il-proporzjonijiet stojkjometriċi kif elenkat fit-taqsima 2 tal-Anness VI. Il-purezza tal-materjali ta' input rilevanti għandha tiġi ddeterminata permezz tal-aqwa prattiki tal-industrija.

 

Livell 2: Id-determinazzjoni tal-ammont ta' karbonati rilevanti f'kull materjal ta' input rilevanti għandha titwettaq skont l-Artikoli 32 sa 35.

Għall-fattur ta' konverżjoni, il-livell 1 biss għandu jkun applikabbli.

12.   MANIFATTURA TA' PRODOTTI TAĊ-ĊERAMIKA KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE

A.   Kamp ta' applikazzjoni

L-operatur għandu jinkludi mill-inqas is-sorsi potenzjali ta' emissjonijiet ta' CO2 li ġejjin: karburanti tal-kalkara, kalċinazzjoni tal-ġebla tal-ġir/dolomit u karbonati oħra fil-materja prima, il-ġebla tal-ġir u karbonati oħra għat-tnaqqis tas-sustanzi li jniġġsu l-arja u tindif ieħor ta' gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija, addittivi fossili/tal-bijomassa użati sabiex isseħħ il-porożità, inkluż il-polistirol, ir-residwi mill-produzzjoni tal-karta jew is-serratura tal-injam, materjal organiku fossili fit-tafal u materja prima oħra.

B.   Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ

L-emissjonijiet mill-kombustjoni inkluż it-tisfija mill-impuritajiet tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija għandu jiġi mmonitorjat skont it-taqsima 1 ta' dan l-Anness. L-emissjonijiet tal-proċess mill-komponenti u addittivi tal-grixa mhux raffinata għandhom jiġu mmonitorjati skont it-taqsimiet 4 u 5 tal-Anness II. Għall-prodotti taċ-ċeramika bbażati fuq tafal ippurifikat jew sintetiku l-operatur jista' juża l-Metodu A jew il-Metodu B. Għall-prodotti taċ-ċeramika bbażati fuq tafal mhux ipproċessat u kull darba li jintużaw tafal jew addittivi b'kontenut organiku sinifikanti, l-operatur għandu juża l-Metodu A. Il-karbonati tal-kalċju dejjem għandhom jiġu kkunsidrati. Għandhom jiġu kkunsidrati karbonati oħrajn u karbonju organiku fil-materja prima, fejn ikunu rilevanti għall-kalkolu tal-emissjonijiet.

Id-data dwar l-attivitajiet għal materjali ta' input għall-Metodu A tista' tiġi ddeterminata b'kalkolu retroattiv xieraq ibbażat fuq l-aħjar prattika tal-industrija u approvat mill-awtorità kompetenti. Dak il-kalkolu retroattiv għandu jikkunsidra liema kejl b'miter huwa disponibbli għal prodotti ekoloġiċi mnixxfin jew prodotti moħmijin, u sorsi ta' data xierqa għall-umdità tat-tafal u addittivi u telf bl-ittemprar (telf minħabba ignixin) tal-materjali involuti.

Permezz ta' deroga mit-taqsima 4 tal-Anness II, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tal-livelli li ġejjin għall-fatturi ta' emissjoni għall-emissjonijiet ta' proċess ta' materja prima li tinkludi karbonati:

Metodu A (Abbażi ta' input):

Livell 1: Għandu jiġi applikat valur konservattiv ta' 0,2 tunnellata ta' CaCO3 (li jikkorrispondu għal 0,08794 tunnellati ta' CO2) għal kull tunnellata ta' tafal niexef għall-kalkolu tal-fattur ta' emissjoni minflok ir-riżultati ta' analiżi. Il-karbonju inorganiku u organiku kollu fil-materjal tat-tafal għandu jiġi kkunsidrat bħala inkluż f'dan il-valur. L-addittivi għandhom jiġu kkunsidrati bħala mhux inklużi f'dan il-valur.

Livell 2: Fattur ta' emissjoni għal kull fluss minn sors għandu jiġi dderivat u aġġornat mill-inqas darba fis-sena bl-użu tal-aqwa prattiki tal-industrija li jirriflettu kundizzjonijiet speċifiċi għall-post u t-taħlita tal-prodott tal-installazzjoni.

Livell 3: Id-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-materja prima rilevanti għandha titwettaq skont l-Artikoli 32 sa 35. Il-proporzjonijiet stojkjometriċi kif elenkati fit-Taqsima 2 tal-Anness VI għandhom jintużaw għall-konverżjoni tad-data ta' kompożizzjoni f'fatturi ta' emissjoni, fejn rilevanti.

Metodu B (Abbażi tal-produzzjoni):

Livell 1: Għandu jiġi applikat valur konservattiv ta' 0,123 tunnellati ta' CaO (li jikkorrispondu għal 0,09642 tunnellati ta' CO2) għal kull tunnellata ta' prodott għall-kalkolu tal-fattur ta' emissjoni minflok ir-riżultati tal-analiżi. Il-karbonju inorganiku u organiku kollu fil-materjal tat-tafal għandu jiġi kkunsidrat bħala inkluż f'dan il-valur. L-addittivi għandhom jiġu kkunsidrati bħala mhux inklużi f'dan il-valur.

Livell 2: Fattur ta' emissjoni għandu jiġi dderivat u aġġornat mill-inqas darba fis-sena bl-użu tal-aqwa prattiki tal-industrija li jirriflettu kundizzjonijiet speċifiċi għall-post u t-taħlita tal-prodott tal-installazzjoni.

Livell 3: Id-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-prodotti għandha titwettaq skont l-Artikoli 32 sa 35. Il-proporzjonijiet stojkjometriċi msemmija fl-Anness VI t-taqsima 2 it-Tabella 3 għandhom jintużaw għall-konverżjoni tad-data ta' kompożizzjoni f'fatturi ta' emissjoni bis-suppożizzjoni li l-ossidi metalliċi rilevanti kollha jkunu ġew idderivati mill-karbonati rispettivi.

Permezz ta' deroga mit-taqsima 1 ta' dan l-Anness, għat-tisfija tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija għandu japplika l-livell li ġej għall-fattur ta' emissjoni:

Livell 1: L-operatur għandu japplika l-proporzjon stojkjometriku ta' CaCO3 kif muri fit-taqsima 2 tal-Anness VI.

Għat-tisfija mill-impuritajiet, ma għandu jintuża l-ebda livell ieħor u l-ebda fattur ta' konverżjoni. L-għadd doppju minn ġebel tal-ġir użat li jiġi rriċiklat bħala materja prima fl-istess installazzjoni għandu jiġi evitat.

13.   PRODUZZJONI TA' ĠIPSUM U PLASTERBOARD KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE

A.   Kamp ta' applikazzjoni

L-operatur għandu jinkludi tal-anqas emissjonijiet ta' CO2 mit-tipi kollha ta' attivitajiet ta' kombustjoni.

B.   Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ

L-emissjonijiet mill-kombustjoni għandhom jiġu mmonitorjati skont it-taqsima 1 ta' dan l-Anness.

14.   PRODUZZJONI TA' POLPA U KARTA KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE

A.   Kamp ta' applikazzjoni

L-operatur għandu jinkludi mill-inqas is-sorsi potenzjali ta' emissjonijiet ta' CO2 li ġejjin: kaldaruni, turbini tal-gass, u strumenti oħra ta' kombustjoni li jipproduċu fwar jew enerġija elettrika, kaldaruni tal-irkupru u strumenti oħrajn li jaħarqu likuri tal-ippulpjar użati, inċineraturi, kalkari tal-ġir u kalċinaturi, tisfija tal-gass ta' skart u nixxiefa li jaħdmu bil-karburant (bħan-nixxiefa tar-raġġi infra ħomor).

B.   Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ

Il-monitoraġġ ta' emissjonijiet mill-kombustjoni inkluż it-tisfija tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija għandu jitwettaq skont it-taqsima 1 ta' dan l-Anness.

L-emissjonijiet ta' proċess mill-materja prima użata bħala sustanzi kimiċi tal-make up, inkluż mill-inqas l-irmied tal-ġebel tal-ġir jew tas-soda, għandhom jiġu mmonitorjati permezz tal-Metodu A skont it-taqsima 4 tal-Anness II. Għandu jiġi preżunt li l-emissjonijiet ta' CO2 mill-irkupru tal-iskart tal-ġebel tal-ġir fil-produzzjoni tal-polpa huma bijomassa rriċiklata ta' CO2. L-ammont ta' CO2 proporzjonali mal-input minn sustanzi kimiċi tal-make up biss huwa preżunt li joħloq emissjonijiet ta' CO2 fossili.

Għall-emissjonijiet mis-sustanzi kimiċi tal-make up, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tal-livelli li ġejjin għall-fattur ta' emissjoni:

 

Livell 1: Għandhom jintużaw il-proporzjonijiet stojkjometriċi kif elenkat fit-taqsima 2 tal-Anness VI. Il-purezza tal-materjali ta' input rilevanti għandha tiġi ddeterminata permezz tal-aqwa prattiki tal-industrija. Il-valuri dderivati għandhom jiġu aġġustati skont il-kontenut ta' umdità u gangue tal-materjali ta' karbonat applikati.

 

Livell 2: Id-determinazzjoni tal-ammont ta' karbonati rilevanti f'kull materjal ta' input rilevanti għandha titwettaq skont l-Artikoli 32 sa 35. Il-proporzjonijiet stojkjometriċi kif elenkati fit-Taqsima 2 tal-Anness VI għandhom jintużaw għall-konverżjoni tad-data ta' kompożizzjoni f'fatturi ta' emissjoni, fejn rilevanti.

Għall-fattur ta' konverżjoni, il-livell 1 biss għandu jkun applikabbli.

15.   PRODUZZJONI TA' ISWED TAL-KARBONJU KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE

A.   Kamp ta' applikazzjoni

L-operatur għandu jinkludi mill-inqas il-karburanti kollha għall-kombustjoni u l-karburanti kollha użati bħala materjal ta' proċess bħala sorsi għall-emissjonijiet ta' CO2.

B.   Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ

Il-monitoraġġ tal-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-iswed tal-karbonju jista' jiġi mmonitorjat jew bħala proċess ta' kombustjoni, inkluż it-tisfija tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija skont it-taqsima 1 ta' dan l-Anness jew bl-użu ta' bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 25 u t-taqsima 3 tal-Anness II.

16.   DETERMINAZZJONI TAL-EMISSJONIJIET TAL-OSSIDU NITRUŻ (N2O) MILL-PRODUZZJONI TAL-AĊIDU NITRIKU, L-AĊIDU ADIPIKU, IL-KAPROLATTAM, IL-GLIOSSAL U L-AĊIDU GLIOSSILIKU KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE

A.   Kamp ta' applikazzjoni

Għal kull attività li minnha jirriżultaw emissjonijiet ta' N2O, kull operatur għandu jikkunsidra s-sorsi kollha li jirrilaxxaw N2O minn proċessi ta' produzzjoni, inkluż fejn l-emissjonijiet ta' N2O mill-produzzjoni jiġu mgħoddija minn ġo kwalunkwe tagħmir ta' eliminazzjoni. Dan jinkludi kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a)

il-produzzjoni tal-aċidu nitriku – emissjonijiet ta' N2O mill-ossidazzjoni katalitika tal-ammonja u/jew mill-unitajiet ta' tnaqqis ta' NOx/N2O;

(b)

il-produzzjoni tal-aċidu adipiku – emissjonijiet ta' N2O inkluż mir-reazzjoni tal-ossidazzjoni, kwalunkwe vventjar ta' proċess dirett u/jew kwalunkwe tagħmir ta' kontroll ta' emissjonijiet;

(c)

il-produzzjoni tal-gliossal u l-aċidu gliossiliku – emissjonijiet ta' N2O inkluż minn reazzjonijiet ta' proċessi, kwalunkwe vventjar ta' proċess dirett u/jew kwalunkwe tagħmir ta' kontroll ta' emissjonijiet;

(d)

il-produzzjoni tal-kaprolattam – emissjonijiet ta' N2O inkluż mir-reazzjonijiet ta' proċessi, kwalunkwe vventjar ta' proċess dirett u/jew kwalunkwe tagħmir ta' kontroll tal-emissjonijiet.

Dawn id-dispożizzjonijiet ma għandhom japplikaw għal ebda emissjoni ta' N2O mill-kombustjoni tal-karburanti.

B.   Determinazzjoni ta' emissjonijiet ta' N2O

B.1.   Emissjonijiet annwali ta' N2O

L-operatur għandu jimmonitorja l-emissjonijiet ta' N2O mill-produzzjoni tal-aċidu nitriku bl-użu ta' kejl kontinwu tal-emissjonijiet. L-operatur għandu jimmonitorja l-emissjonijiet ta' N2O mill-produzzjoni tal-aċidu adipiku, il-kaprolattam, il-gliossal u l-aċidu gliossiliku bl-użu ta' metodoloġija bbażata fuq il-kejl għall-emissjonijiet imnaqqsa u metodu bbażat fuq il-kalkolu (ibbażat fuq metodoloġija ta' bilanċ tal-massa) għall-okkorrenzi temporanji ta' emissjonijiet mhux imnaqqsa.

Għal kull sors ta' emissjoni fejn jiġi applikat kejl kontinwu tal-emissjonijiet, l-operatur għandu jikkunsidra l-emissjonijiet annwali totali bħala s-somma tal-emissjonijiet kollha fis-siegħa bl-użu tal-ekwazzjoni 1 mogħtija fit-taqsima 3 tal-Anness VIII.

B.2.   Emissjonijiet N2O fis-siegħa

L-operatur għandu jikkalkula l-emissjonijiet annwali medji ta' N2O fis-siegħa għall kull sors fejn jiġi applikat kejl kontinwu ta' emissjonijiet bl-użu tal-ekwazzjoni 2 mogħtija fit-taqsima 3 tal-Anness VIII.

L-operatur għandu jiddetermina l-konċentrazzjonijiet fis-siegħa ta' N2O fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija minn kull sors ta' emissjoni bl-użu ta' metodoloġija bbażata fuq il-kejl f'punt rappreżentattiv, wara t-tagħmir ta' tnaqqis tal-NOx/N2O, fejn jintuża t-tnaqqis. L-operatur għandu japplika tekniki kapaċi jkejlu l-konċentrazzjonijiet ta' N2O tas-sorsi kollha ta' emissjonijiet kemm waqt il-kundizzjonijiet ta' eliminazzjoni kif ukoll waqt dawk mingħajr eliminazzjoni. Fejn l-inċertezzi jiżdiedu waqt perjodi bħal dawn, l-operatur għandu jikkunsidrahom fil-valutazzjoni tal-inċertezza.

L-operatur għandu jaġġusta l-kejl kollu għal bażi ta' gass niexef fejn ikun meħtieġ u jirrapportah b'mod konsistenti.

B.3.   Determinazzjoni tal-fluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija

L-operatur għandu juża l-metodi għall-monitoraġġ tal-fluss ta' gass mit-tromba taċ-ċumnija stabbiliti fl-Artikolu 43(5) ta' dan ir-Regolament għall-kejl tal-fluss ta' gass mit-tromba taċ-ċumnija għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' N2O. Għall-produzzjoni tal-aċidu nitriku, l-operatur għandu japplika l-metodu skont il-punt (a) tal-Artikolu 43(5) għajr jekk dan ma jkunx teknikament vijabbli. F'dan il-każ u bl-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti, l-operatur għandu japplika metodu alternattiv, inkluż metodoloġija tal-bilanċ tal-massa bbażata fuq parametri sinifikanti bħall-piż ta' input tal-ammonja, jew id-determinazzjoni tal-fluss permezz tal-kejl kontinwu tal-fluss tal-emissjonijiet.

Il-fluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija għandu jiġi kkalkulat skont il-formola li ġejja:

Vfluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija [Nm3/h] = Varja * (1 - O2,air) / (1 - O2, gass mit-tromba taċ-ċumnija)

Fejn:

Varja = Fluss totali ta' arja tal-input f'Nm3/siegħa f'kundizzjonijiet standard;

O2, arja = Frazzjoni ta' volum ta' O2 f'arja niexfa [= 0,2095];

O2, gass mit-tromba taċ-ċumnija = Frazzjoni tal-volum ta' O2 fil-gass tat-tromba taċ-ċumnija.

Il-Varja għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma tal-flussi kollha tal-arja li jkunu deħlin fl-unità tal-produzzjoni tal-aċidu nitriku.

L-operatur għandu japplika l-formola li ġejja, għajr jekk ikun iddikjarat mod ieħor fil-pjan ta' monitoraġġ tiegħu:

Varja = Vprim + Vsek + Vsiġill

Fejn:

Vprim = Fluss ta' arja ta' input primarju f'Nm3/siegħa f'kundizzjonijiet standard;

Vsek = Fluss ta' arja ta' input sekondarju f'Nm3/siegħa f'kundizzjonijiet standard;

Vsiġill = Fluss ta' arja ta' input tas-siġill f'Nm3/siegħa f'kundizzjonijiet standard.

L-operatur għandu jiddetermina Vprim permezz ta' kejl kontinwu tal-fluss qabel ma jseħħ it-taħlit mal-ammonja. L-operatur għandu jiddetermina Vsec permezz tal-kejl kontinwu tal-fluss, inkluż fejn il-kejl ikun qabel l-unità tal-irkupru tas-sħana. Għall-Vsiġill l-operatur għandu jikkunsidra l-fluss tal-arja vventjat fil-proċess tal-produzzjoni tal-aċidu nitriku.

Għal kurrenti ta' arja ta' input li flimkien jammontaw għal inqas minn 2,5 % tal-fluss totali tal-arja, l-awtorità kompetenti tista' taċċetta metodi ta' kalkolu għad-determinazzjoni ta' dik ir-rata ta' fluss tal-arja proposta mill-operatur ibbażati fuq l-aqwa prattiki tal-industrija.

L-operatur għandu jipprovdi evidenza permezz ta' kejl taħt kundizzjonijiet normali ta' operat li l-fluss ta' arja taċ-ċumnija mkejjel ikun omoġenju biżżejjed sabiex jippermetti l-metodu propost ta' kejl. Jekk jiġi kkonfermat fluss mhux omoġenju permezz ta' dan il-kejl, l-operatur dan għandu jikkunsidrah meta jkun qed jiddetermina metodi xierqa ta' monitoraġġ u meta jkun qed jikkalkula l-inċertezza fl-emissjonijiet ta' N2O.

L-operatur għandu jaġġusta l-kejl kollu għal bażi ta' gass niexef u jirrapportah b'mod konsistenti.

B.4.   Konċentrazzjonijiet ta' ossiġenu (O2)

L-operatur għandu jkejjel il-konċentrazzjonijiet ta' ossiġenu fil-gass tat-tromba taċ-ċumnija fejn ikun meħtieġ għall-kalkolu tal-fluss tal-gass tat-tromba taċ-ċumnija skont is-subtaqsima B.3 ta' din it-taqsima tal-Anness IV. Meta jkun qed jagħmel dan, l-operatur għandu jikkonforma mar-rekwiżiti għall-kejl tal-konċentrazzjonijiet fl-Artikolu 41(1) u (2). Meta jkun qed jiddetermina l-inċertezza tal-emissjonijiet ta' N2O, l-operatur għandu jikkunsidra l-inċertezza tal-kejl tal-konċentrazzjoni ta' O2.

L-operatur għandu jaġġusta l-kejl kollu għal bażi ta' gass niexef fejn ikun meħtieġ u jirrapportah b'mod konsistenti.

B.5.   Kalkolu tal-emissjonijiet ta' N2O

Għal perjodi speċifiċi ta' emissjonijiet mhux imnaqqsa ta' N2O mill-produzzjoni tal-aċidu adipiku, il-kaprolattam, il-gliossal u l-aċidu gliossiliku, inkluż emissjonijiet mhux imnaqqsa minn ivventjar għal raġunijiet ta' sikurezza u meta l-impjant ta' tnaqqis ma jaħdimx, u fejn il-monitoraġġ kontinwu tal-emissjonijiet ta' N2O ma jkunx teknikament vijabbli, l-operatur jista' soġġett għall-approvazzjoni tal-metodoloġija speċifika min-naħa tal-awtorità kompetenti jikkalkula l-emissjonijiet ta' N2O bl-użu ta' metodoloġija tal-bilanċ tal-massa. Għal dan il-għan l-inċertezza ġenerali għandha tkun simili għar-riżultat tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-livelli tal-Artikolu 41(1) u (2). L-operatur għandu jibbaża l-metodu ta' kalkolu fuq ir-rata massima tal-emissjoni potenzjali ta' N2O mir-reazzjoni kimika li tkun qiegħda sseħħ fil-ħin u l-perjodu tal-emissjoni.

L-operatur għandu jikkunsidra l-inċertezza fi kwalunkwe emissjoni kkalkulata għal sors speċifiku ta' emissjoni meta jkun qed jiddetermina l-inċertezza annwali medja fis-siegħa għas-sors ta' emissjoni.

B.6.   Determinazzjoni tar-rati ta' produzzjoni tal-attivitajiet

Ir-rati ta' produzzjoni għandhom jiġu kkalkulati bl-użu ta' rapporti ta' kuljum dwar il-produzzjoni u s-sigħat ta' operat.

B.7.   Rati ta' kampjunar

Medji validi fis-siegħa jew medji minn perjodi iqsar ta' referenza għandhom jiġu kkalkulati skont l-Artikolu 44 għal:

(a)

konċentrazzjoni ta' N2O fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija;

(b)

fluss totali ta' gass fejn dan jitkejjel direttament u fejn meħtieġ;

(c)

il-flussi ta' gassijiet u l-konċentrazzjonijiet ta' ossiġenu kollha meħtieġa sabiex jiġi kkalkulat il-fluss totali ta' gass mit-tromba taċ-ċumnija indirettament.

C.   Determinazzjoni tal-ekwivalenti annwali ta' CO2 – CO2(e)

L-operatur għandu jikkonverti l-emissjonijiet totali annwali ta' N2O mis-sorsi kollha ta' emissjoni, imkejla f'tunnellati sa tliet punti deċimali, f'emissjonijiet annwali ta' CO2(e) f'tunnellati approssimati, bl-użu tal-formola li ġejja u l-valuri GWP fl-Anness VI t-taqsima 3:

CO2(e) [t] = N2Oannwali[t] * GWPN2O

Fejn:

N2Oannwali = emissjonijiet N2O annwali totali, ikkalkulati skont l-ekwazzjoni 1 mogħtija fit-taqsima 3 tal-Anness VIII.

Is-CO2(e) totali annwali ġġenerat mis-sorsi kollha ta' emissjoni u kwalunkwe emissjoni diretta ta' CO2 minn sorsi oħrajn ta' emissjoni inklużi fil-permess għall-gassijiet serra għandhom jiżdiedu mal-emissjonijiet annwali totali ta' CO2 ġġenerati mill-installazzjoni u għandhom jintużaw għar-rapportar u ċ-ċediment ta' kwoti.

L-emissjonijiet totali annwali ta' N2O għandhom jiġu rrapportati f'tunnellati sa tliet punti deċimali u bħala CO2(e) f'tunnellati approssimati.

17.   PRODUZZJONI TA' AMMONJA KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE

A.   Kamp ta' applikazzjoni

L-operatur għandu jinkludi mill-inqas is-sorsi potenzjali ta' emissjonijiet li ġejjin għall-emissjonijiet ta' CO2: il-kombustjoni ta' karburanti li jipprovdu s-sħana għar-riformar jew l-ossidazzjoni parzjali, il-karburanti użati bħala input ta' proċess fil-proċess ta' produzzjoni tal-ammonja (riformar jew ossidazzjoni parzjali), il-karburanti użati għal proċessi oħrajn ta' kombustjoni inkluż għall-għan ta' produzzjoni ta' ilma sħun jew fwar.

B.   Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ

Għall-monitoraġġ ta' emissjonijiet minn proċessi ta' kombustjoni u minn karburanti użati bħala inputs ta' proċess, għandha tiġi applikata l-metodoloġija standard skont l-Artikolu 24 u t-Taqsima 1 ta' dan l-Anness.

Fejn CO2 mill-produzzjoni tal-ammonja jintuża bħala materja prima għall-produzzjoni tal-urea jew sustanzi kimiċi oħra, jew jiġi ttrasferit barra mill-installazzjoni għal kwalunkwe użu mhux kopert bl-Artikolu 49(1), l-ammont relatat ta' CO2 għandu jiġi kkunsidrat bħala rilaxxat mill-installazzjoni li tkun qiegħda tipproduċi CO2.

18.   PRODUZZJONI TA' SUSTANZI KIMIĊI ORGANIĊI FI KWANTITAJIET KBAR KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE

A.   Kamp ta' applikazzjoni

L-operatur għandu jikkunsidra mill-inqas is-sorsi potenzjali ta' emissjonijiet ta' CO2 li ġejjin: krekkjar (katalitiku u mhux katalitiku), riformar, ossidazzjoni parzjali u sħiħa, proċessi simili li jwasslu għal emissjonijiet ta' CO 2 mill-karbonju li jkun hemm f'materja prima abbażi ta' idrokarburi, kombustjoni tal-iskart ta' gassijiet u flaring, u l-ħruq ta' karburant fi proċessi oħra ta' kombustjoni.

B.   Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ

Fejn il-produzzjoni ta' sustanzi kimiċi organiċi fi kwantitajiet kbar tiġi teknikament integrata f'raffinerija taż-żejt minerali, l-operatur ta' dik l-installazzjoni għandu japplika d-dispożizzjonijet rilevanti tat-taqsima 2 ta' dan l-Anness.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-operatur għandu jimmonitorja l-emissjonijiet minn proċessi ta' kombustjoni fejn il-karburanti użati ma jiħdux parti fi jew joriġinaw minn reazzjonijiet kimiċi għall-produzzjoni ta' sustanzi kimiċi organiċi fi kwantitajiet kbar bl-użu tal-metodoloġija standard skont l-Artikolu 24 u t-taqsima 1 ta' dan l-Anness. Fil-każijiet l-oħra kollha, l-operatur jista' jagħżel li jimmonitorja l-emissjonijiet mill-produzzjoni ta' sustanzi kimiċi organiċi fi kwantitajiet kbar permezz ta' metodoloġija tal-massa tal-bilanċ skont l-Artikolu 25 jew il-metodoloġija standard skont l-Artikolu 24. Fejn juża l-metodoloġija standard, l-operatur għandu jipprovdi evidenza lill-awtorità kompetenti li l-metodoloġija magħżula tkopri l-emissjonijiet rilevanti kollha li kieku jkunu koperti wkoll minn metodoloġija tal-bilanċ tal-massa.

Għad-determinazzjoni tal-kontenut tal-karbonju skont l-Livell 1, għandhom jiġu applikati l-fatturi ta' emissjoni ta' referenza kif imniżżla fit-Tabella 5 fl-Anness VI. Għas-sustanzi mhux imniżżla fit-Tabella 5 tal-Anness VI jew dispożizzjonijiet oħra ta' dan ir-Regolament, l-operatur għandu jikkalkula l-kontenut tal-karbonju mill-kontenut tal-karbonju stojkjometriku fis-sustanza pura u l-konċentrazzjoni tas-sustanza fil-fluss tal-input jew tal-produzzjoni.

19.   PRODUZZJONI TA' IDROĠENU U GASS TAS-SINTEŻI KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE

A.   Kamp ta' applikazzjoni

L-operatur għandu jinkludi mill-inqas is-sorsi potenzjali ta' emissjonijiet li ġejjin għall-emissjonijiet ta' CO2: karburanti użati fil-proċess ta' produzzjoni tal-idroġenu jew il-gass tas-sinteżi (riformar jew ossidazzjoni parzjali), u karburanti użati għal proċessi oħra ta' kombustjoni inkluż bl-għan li jiġi prodott l-ilma sħun jew il-fwar. Il-gass tas-sinteżi prodott għandu jiġi kkunsidrat bħala fluss minn sors taħt il-metodoloġija tal-bilanċ tal-massa.

B.   Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ

Għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet minn proċessi ta' kombustjoni u minn karburanti użati bħala inputs ta' proċess fil-produzzjoni tal-idroġenu, għandha tintuża l-metodoloġija standard skont l-Artikolu 24 u t-taqsima 1 ta' dan l-Anness.

Għall-monitoraġġ ta' emissjonijiet mill-produzzjoni ta' gass tas-sinteżi, għandu jintuża bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 25. Għall-emissjonijiet minn proċessi separati ta' kombustjoni, l-operatur jista' jagħżel li jinkludihom fil-bilanċ tal-massa jew li juża l-metodoloġija standard skont l-Artikolu 24 mill-inqas għal parti tal-flussi minn sorsi, u jevita kwalunkwe nuqqas ta' emissjonijiet jew għadd doppju tagħhom.

Fejn fl-istess installazzjoni jiġu prodotti l-idroġenu u l-gass tas-sinteżi, l-operatur għandu jikkalkula l-emissjonijiet ta' CO2 billi juża jew metodoloġiji separati għall-idroġenu u għall-gass tas-sinteżi kif deskritt fil-qosor fl-ewwel żewġ paragrafi tas-subtaqsima, jew bl-użu ta' bilanċ tal-massa wieħed komuni.

20.   PRODUZZJONI TA' RMIED TAS-SODA U BIKARBONAT TAS-SODJU KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE

A.   Kamp ta' applikazzjoni

Is-sorsi ta' emissjoni u l-flussi minn sorsi għall-emissjonijiet ta' CO2 minn installazzjonijiet għall-produzzjoni ta' rmied tas-soda u bikarbonat tas-sodju għandhom jinkludu:

(a)

karburanti użati għall-proċessi ta' kombustjoni, inkluż karburanti użati bl-għan li jiġi prodott l-ilma sħun jew il-fwar;

(b)

materja prima, inkluż gass tal-ivventjar mill-kalċinazzjoni tal-ġebla tal-ġir, safejn ma jintużax għall-karbonazzjoni;

(c)

gassijiet ta' skart minn ħasil jew passi ta' filtrazzjoni wara l-karbonazzjoni, safejn ma jintużax għall-karbonazzjoni.

B.   Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ

Għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-irmied tas-soda u l-bikarbonat tas-sodju, l-operatur għandu juża bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 25. Għall-emissjonijiet minn proċessi ta' kombustjoni, l-operatur jista' jagħżel li jinkludihom fil-bilanċ tal-massa jew li juża l-metodoloġija standard skont l-Artikolu 24 mill-inqas għal parti tal-flussi minn sorsi, u jevita kwalunkwe nuqqas ta' emissjonijiet jew għadd doppju tagħhom.

Fejn jintuża s-CO2 mill-produzzjoni tal-irmied tas-soda għall-produzzjoni ta' bikarbonat tas-sodju, l-ammont ta' CO2 użat għall-produzzjoni tal-bikarbonat tas-sodju mill-irmied tas-soda għandu jiġi kkunsidrat bħala rilaxxat mill-installazzjoni li tkun qiegħda tipproduċi s-CO2.

21.   DETERMINAZZJONI TA'EMISSJONIJIET TA' GASSIJIET SERRA MINN ATTIVITAJIET TA' QBID TA' CO2 GĦALL-FINI TA' TRASPORT U ĦŻIN ĠEOLOĠIKU F'POST TA' ĦŻIN PERMESS TAĦT ID-DIRETTIVA 2009/31/KE

A.   Kamp ta' applikazzjoni

Il-qbid ta' CO2 għandu jitwettaq jew minn installazzjoni dedikata li tkun qiegħda tirċievi CO2 permezz ta' trasferiment minn installazzjoni oħra jew minn installazzjonijiet oħrajn, jew permezz tal-istess installazzjoni li tkun qiegħda twettaq l-attivitajiet li jipproduċu s-CO2 maqbud taħt l-istess permess għal emissjonijiet ta' gassijiet serra. Il-partijiet kollha tal-installazzjoni relatati mal-qbid tas-CO2, il-ħżin intermedju, it-trasferiment lejn netwerk tat-trasport ta' CO2 jew lejn post għall-ħżin ġeoloġiku tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra ta' CO2 għandhom jiġu inklużi fil-permess għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra u għandu jkun hemm rendikont tagħhom fil-pjan ta' monitoraġġ assoċjat. F'każ li l-installazzjoni twettaq attivitajiet oħra koperti bid-Direttiva 2003/87/KE, l-emissjonijiet ta' dawk l-attivitajiet għandhom jiġu mmonitorjati skont it-taqsimiet rispettivi l-oħra ta' dan l-Anness.

L-operatur ta' attività ta' qbid ta' CO2 għandu mill-inqas jinkludi s-sorsi potenzjali li ġejjin ta' emissjonijet ta' CO2:

(a)

CO2 ttrasferit lejn l-installazzjonijiet tal-qbid;

(b)

il-kombustjoni u attivitajiet assoċjati oħra fl-installazzjoni li jkunu relatati mal-attività tal-qbid, inkluż l-użu tal-karburant u l-materjal ta' input.

B.   Kwantifikazzjoni ta' ammonti ta' CO2 ttrasferit u rrilaxxat

B.1.   Kwantifikazzjoni tal-livell ta' installazzjoni

Kull operatur għandu jikkalkula l-emissjonijiet billi jikkunsidra l-emissjonijiet potenzjali ta' CO2 mill-proċessi kollha rilevanti ta' emissjoni fl-installazzjoni, kif ukoll l-ammont ta' CO2 maqbud u ttrasferit lejn in-netwerk ta' trasport, bl-użu tal-formoli li ġejjin:

Einstallazzjoni għall-qbid = Tinput + Egħall-qbid – Tmingħajr ħżin

Fejn:

Einstallazzjoni għall-qbid = Emissjonijiet totali ta' gassijiet serra tal-installazzjoni għall-qbid;

Tinput = Ammont ta' CO2 ttrasferit lejn l-installazzjoni għall-qbid, iddeterminat skont l-Artikoli 40 sa 46 u l-Artikolu 49.

Emingħajr qbid = L-emissjonijiet tal-installazzjoni jekk is-CO2 ma jinqabadx, jiġifieri s-somma tal-emissjonijiet mill-attivitajiet l-oħra kollha fl-installazzjoni, immonitorjati skont it-taqsimiet rilevanti tal-Anness IV;

Tgħall-ħżin = L-ammont ta' CO2 ttrasferit f'netwerk ta' trasport jew post ta' ħżin, iddeterminat skont l-Artikoli 40 sa 46 u l-Artikolu 49.

F'każijiet fejn il-qbid ta' CO2 jitwettaq mill-istess installazzjoni li minnha jkun oriġina s-CO2 maqbud, l-operatur għandu juża żero għat-Tinput.

F'każijiet ta' installazzjonijiet għall-qbid awtonomi, l-operatur għandu jikkunsidra Emingħajr qbid sabiex jirrappreżenta l-ammont ta' emissjonijiet li jseħħu minn sorsi oħrajn minbarra s-CO2 ttrasferit fl-installazzjonijiet għall-qbid. L-operatur għandu jiddetermina dawk l-emissjonijiet skont dan ir-Regolament.

Fil-każ ta' installazzjonijiet għall-qbid awtonomi, l-operatur tal-installazzjoni li tkun qiegħda tittrasferixxi s-CO2 lejn l-installazzjoni għall-qbid għandu jnaqqas l-ammont Tinput mill-emissjonijiet tal-installazzjoni tiegħu skont l-Artikolu 49.

B.2.   Determinazzjoni tas-CO2ittrasferit

Kull operatur għandu jiddetermina l-ammont ta' CO2 ttrasferit minn u lejn installazzjoni għall-qbid skont l-Artikolu 49 permezz ta' metodoloġiji ta' kejl imwettqa skont l-Artikoli 40 sa 46.

Huwa biss fejn l-operatur tal-installazzjoni li tittrasferixxi CO2 lejn l-installazzjoni għall-qbid juri b'sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li s-CO2 ttrasferit lejn l-installazjoni għall-qbid huwa ttrasferit totalment u tal-anqas bi preċiżjoni ekwivalenti, li l-awtorità kompetenti tista' tippermetti li dak l-operatur juża metodoloġija bbażata fuq il-kalkolu skont l-Artikoli 24 jew 25 għad-determinazzjoni tal-ammont Tinput minflok metodoloġija bbażata fuq il-kejl skont l-Artikoli 40 sa 46 u l-Artikolu 49.

22.   DETERMINAZZJONI TAL-EMISSJONIJIET TA' GASSIJIET SERRA MIT-TRASPORT TA' CO2 PERMEZZ TA' PAJPLAJNS GĦALL-ĦŻIN ĠEOLOĠIKU F'POST TA' ĦŻIN PERMESS TAĦT ID-DIRETTIVA 2009/31/KE

A.   Kamp ta' applikazzjoni

Il-konfini għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet mit-trasport ta' CO2 permezz ta' pajplajn għandhom jiġu stabbiliti fil-permess għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra tan-netwerk ta' trasport, inkluż l-impjanti anċillari kollha li jkunu konnessi b'mod funzjonali man-netwerk ta' trasport, inklużi stazzjonijiet booster u ħiters. Kull netwerk ta' trasport għandu jkollu minimu ta' punt tal-bidu wieħed u punt tat-tmiem wieħed, kull wieħed minnhom konness ma' installazzjonijiet oħra li jkunu qegħdin iwettqu attività waħda jew aktar minn dawn li ġejjin: qbid, trasport jew ħżin ġeoloġiku ta' CO2. Il-punti tal-bidu u tat-tmiem jistgħu jinkludu biforkazzjonijiet tan-netwerk ta' trasport u konfini transnazzjonali. Il-punti tal-bidu u tat-tmiem kif ukoll l-installazzjonijiet li jkunu konnessi magħhom, għandhom jiġu stabbiliti fil-permess għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra.

L-operatur għandu jikkunsidra mill-inqas is-sorsi potenzjali ta' emissjonijiet li ġejjin għall-emissjonijiet ta' CO2: il-kombustjoni u l-proċessi l-oħrajn fl-istallazzjonijiet imqabbdin b'mod funzjonali man-netwerk tat-trasport inklużi l-istazzjonijiet booster; l-emissjonijiet li jaħarbu min-netwerk tat-trasport; l-emissjonijiet irrilaxxati apposta min-netwerk tat-trasport; u l-emissjonijiet minn inċidenti ta' tnixxija fin-netwerk tat-trasport.

B.   Metodoloġiji ta' Kwantifikazzjoni għal CO2

L-operatur tan-netwerks ta' trasport għandu jiddetermina l-emissjonijiet bl-użu ta' wieħed mill-metodi li ġejjin:

(a)

Metodu A (bilanċ tal-massa ġenerali tal-flussi kollha tal-input u l-produzzjoni) stabbilit fis-subtaqsima B.1;

(b)

Metodu B (monitoraġġ individwali ta' sorsi ta' emissjonijiet) stabbilit fis-subtaqsima B.2.

Meta jkun qed jagħżel bejn il-Metodu A jew il-Metodu B, kull operatur għandu juri lill-awtorità kompetenti li l-metodoloġija magħżula se twassal għal riżultati iżjed affidabbli b'anqas inċertezza tal-emissjonijiet ġenerali, bl-użu tal-aqwa teknoloġija u għarfien disponibbli fil-ħin tal-applikazzjoni għall-permess għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra u l-approvazzjoni tal-pjan ta' monitoraġġ, mingħajr ma twassal għal kostijiet irraġonevoli. Jekk jintgħażel il-Metodu B kull operatur għandu juri għas-sodisfazzjoni tal-awtorità kompetenti li l-inċertezza ġenerali għal-livell annwali ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra għan-netwerk ta' trasport tal-operatur ma taqbiżx is-7,5 %.

L-operatur tan-netwerk ta' trasport li jkun qed juża l-Metodu B ma għandux iżid CO2 riċevut minn installazzjoni oħra permess skont id-Direttiva 2003/87/KE mal-livell ikkalkulat ta' emissjonijiet tiegħu, u ma għandux inaqqas mil-livell ta' emissjonijiet tiegħu l-ebda CO2 ttrasferit lejn installazzjoni oħra permess skont id-Direttiva 2003/87/KE.

Kull operatur ta' netwerk ta' trasport għandu juża l-Metodu A għall-validazzjoni tar-riżultati tal-Metodu B mill-inqas darba fis-sena. Għal dik il-validazzjoni, l-operatur jista' juża livelli iżjed baxxi għall-applikazzjoni tal-Metodu A.

B.1.   Metodu A

Kull operatur għandu jiddetermina l-emissjonijiet skont il-formula li ġejja:

Formula

Fejn:

Emissjonijiet= Emissjonijiet totali ta' CO2 tan-netwerk ta' trasport [t CO2];

Eattività proprja = Emissjonijiet mill-attività proprja tan-netwerk ta' trasport, jiġifieri li l-emissjonijiet ma joriġinawx mis-CO2 ttrasportat, iżda jinkludu emissjonijiet mill-użu ta' karburant fl-istazzjonijiet booster, immonitorjati skont it-taqsimiet rispettivi tal-Anness IV;

TIN,i = L-ammont ta' CO2 ttrasferit fin-netwerk ta' trasport fil-punt tad-dħul i, iddeterminat skont l-Artikoli 40 sa 46 u l-Artikolu 49.

TOUT,i = L-ammont ta' CO2 ttrasferit barra min-netwerk ta' trasport fil-punt tal-ħruġ i, iddeterminat skont l-Artikoli 40 sa 46 u l-Artikolu 49.

B.2.   Metodu B

Kull operatur għandu jiddetermina l-emissjonijiet billi jikkunsidra l-proċessi kollha rilevanti ta' emissjoni fl-installazzjoni kif ukoll l-ammont ta' CO2 maqbud u ttrasferit fil-faċilità ta' trasport, u bl-użu tal-formula li ġejja:

Emissjonijiet[t CO2]= CO2 li jaħrab + CO2 vventjat + CO2 avvenimenti ta' tnixxija + CO2 installazzjonijiet

Fejn:

Emissjonijiet= Emissjonijiet totali ta' CO2 tan-netwerk ta' trasport [t CO2];

CO2 li jaħrab = Ammont ta' emissjonijiet li jaħarbu [t CO2] minn CO2 ttrasportat fin-netwerk ta' trasport, inkluż minn siġilli, valvoli, stazzjonijiet intermedjarji ta' kompressjoni u faċilitajiet intermedjarji ta' ħżin;

CO2 vventjat = Ammont ta' emissjonijiet ivventjati [t CO2] minn CO2 ttrasportat fin-netwerk ta' trasport;

Avvenimenti ta' tnixxija ta' CO2 = Ammont ta' CO2 [t CO2] ittrasportat fin-netwerk ta' trasport, li jiġi rilaxxat minħabba li komponent wieħed jew iktar tan-netwerk ta' trasport ma jaħdimx;

Installazzjonijiet ta' CO2 = Ammont ta' CO2 [t CO2] li jkun qed jiġi rilaxxat minn kombustjoni jew proċessi oħra konnessi b'mod funzjonali mat-trasport bil-pajplajn fin-netwerk ta' trasport, immonitorjat skont it-taqsimiet rilevanti tal-Anness IV.

B.2.1.   Emissjonijiet li jaħarbu min-netwerk ta' trasport

L-operatur għandu jikkunsidra l-emissjonijiet li jaħarbu minn kwalunkwe mit-tipi ta' tagħmir li ġejjin:

(a)

siġilli;

(b)

strumenti tal-kejl;

(c)

valvoli;

(d)

stazzjonijiet intermedji ta' kompressjoni;

(e)

faċilitajiet intermedji ta' ħżin.

L-operatur għandu jiddetermina l-fatturi medji ta' emissjoni EF (espressi fi gm CO2/unità ta' ħin) għal kull biċċa tagħmir għal kull okkorrenza fejn jista' jiġi mistenni li jseħħu emissjonijiet li jaħarbu fil-bidu tal-operat, u l-aktar tard sal-aħħar tal-ewwel sena ta' rapportar li fiha n-netwerk ta' trasport ikun qiegħed jopera. L-operatur għandu janalizza dawn il-fatturi mill-inqas kull ħames (5) snin fid-dawl tal-aqwa tekniki u għarfien f'dan il-qasam.

L-operatur għandu jikkalkula l-emissjonijet li jaħarbu billi jimmultiplika l-għadd ta' bċejjeċ ta' tagħmir f'kull kategorija bil-fattur ta' emissjoni u jgħodd ir-riżultati għall-kategoriji singoli kif muri fl-ekwazzjoni li ġejja:

Formula

L-għadd ta' okkorrenzi (Noccurr ) għandu jkun l-għadd ta' biċċiet tat-tagħmir speċifiku għal kull kategorija, immultiplikat bl-għadd ta' unitajiet ta' ħin fis-sena.

B.2.2.   Emissjonijiet minn avvenimenti ta' tnixxija

L-operatur ta' netwerk ta' trasport għandu jipprovdi evidenza tal-integrità tan-netwerk billi juża data rappreżentattiva (relatata mal-ispazju u ż-żmien) tat-temperatura u l-pressjoni. Fejn id-data tindika li tkun seħħet tnixxija, l-operatur għandu jikkalkula l-ammont ta' CO2 li jkun ħareġ b'metodoloġija adattata ddokumentata fil-pjan ta' monitoraġġ, ibbażata fuq linji gwida tal-aqwa prattiki tal-industrija, inkluż bl-użu tad-differenzi fid-data tat-temperatura u l-pressjoni mqabbla ma' valuri medji tal-pressjoni u t-temperatura relatati mal-integrità.

B.2.3.   Emissjonijiet ivventjati

Kull operatur għandu jipprovdi fil-pjan ta' monitoraġġ analiżi dwar is-sitwazzjonijiet potenzjali ta' vventjar ta' emissjonijiet, inkluż għal raġunijiet ta' manutenzjoni jew emerġenza, u jipprovdi metodoloġija ddokumentata adattata sabiex jikkalkula l-ammont ta' CO2 vventjat, abbażi tal-linji gwida dwar l-aqwa prattiki tal-industrija.

23.   ĦŻIN ĠEOLOĠIKU TA' CO2 F'POST TA' ĦŻIN PERMESS SKONT ID-DIRETTIVA 2009/31/KE

A.   Kamp ta' applikazzjoni

L-awtorità kompetenti għandha tibbaża l-limiti għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet minn ħżin ġeoloġiku ta' CO2 fuq id-delimitazzjoni tal-post tal-ħżin u l-kumpless tal-ħżin kif speċifikat fil-permess skont id-Direttiva 2009/31/KE. Fejn jiġu identifikati tnixxijat mill-kumpless tal-ħżin u dawn iwasslu għal emissjonijiet jew rilaxx ta' CO2 fil-kolonna tal-ilma, l-operatur għandu minnufih iwettaq dan kollu li ġej:

(a)

jinnotifika lill-awtorità kompetenti;

(b)

jinkludi t-tnixxija bħala sors ta' emissjoni għall-installazzjoni rispettiva;

(c)

jimmonitorja u jirrapporta l-emissjonijiet.

L-operatur għandu jelimina t-tnixxija bħala sors ta' emissjonijiet mill-pjan ta' monitoraġġ u ma jibqax jimmonitorja u jirrapporta dawn l-emissjonijiet biss meta jkunu ttieħdu miżuri korrettivi skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2009/31/KE u ma jibqgħux jiġu individwati emissjonijiet jew rilaxx fil-kolonna tal-ilma minn dik it-tnixxija.

Kull operatur ta' attività ta' ħżin ġeoloġiku għandu jikkunsidra mill-inqas is-sorsi ta' emissjoni potenzjali li ġejjin għas-CO2 b'mod ġenerali: użu ta' karburant minn stazzjonijiet booster assoċjati u attivitajiet ta' kombustjoni oħrajn inklużi impjanti tal-enerġija elettrika fil-post; ivventjar minn operazzjonijiet ta' injezzjoni jew ta' rkupru mtejjeb ta' idrokarburi; emissjonijiet li jaħarbu waqt l-injezzjoni; CO2 breakthrough mill-operat ta' rkupru mtejjeb ta' idrokarburi; u tnixxijat.

B.   Kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet ta' CO2

L-operatur tal-attività ta' ħżin ġeoloġiku ma għandux iżid is-CO2 riċevut minn installazzjoni oħra mal-livell ikkalkulat ta' emissjonijiet tiegħu, u mil-livell ikkalkulat ta' emissjonijiet tiegħu ma għandu jnaqqas l-ebda CO2 li jkun maħżun b'mod ġeoloġiku fil-post tal-ħżin jew li jiġi ttrasferit lejn installazzjoni oħra.

B.1.   Emissjonijiet ivventjati u li jaħarbu minn injezzjoni

L-operatur għandu jiddetermina l-emissjonijiet minn emissjonijiet ivventjati u li jaħarbu kif ġej:

CO2 rilaxxat [t CO2 ] = V CO2 [t CO2] + F CO2 [t CO2]

Fejn:

V CO2 = ammont ta' CO2 vventjat;

F CO2 = ammont ta' CO2 minn emissjonijiet li jaħarbu.

Kull operatur għandu jiddetermina l-V CO2 bl-użu ta' metodoloġiji bbażati fuq il-kejl skont l-Artikoli 41 sa 46 ta' dan ir-Regolament. Permezz ta' deroga mill-ewwel sentenza u mal-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti, l-operatur jista' jinkludi fil-pjan ta' monitoraġġ metodoloġija xierqa għad-determinazzjoni tal-V CO2 abbażi tal-aqwa prattiki tal-industrija, fejn l-applikazzjoni ta' metodoloġiji bbażati fuq kejl ikunu jistgħu jwasslu għal kostijiet irraġonevoli.

L-operatur għandu jikkunsidra l-F CO2 bħala sors wieħed, li jfisser li r-rekwiżiti ta' inċertezza assoċjati mal-livelli skont it-taqsima 1 tal-Anness VIII jiġu applikati għall-valur totali minflok għall-punti individwali ta' emissjoni. Kull operatur għandu jipprovdi fil-pjan ta' monitoraġġ analiżi dwar sorsi potenzjali ta' emissjonijiet li jaħarbu, u jipprovdi metodoloġija ddokumentata adattata sabiex jikkalkula jew ikejjel l-ammont ta' F CO2, abbażi ta' linji gwida tal-aqwa prattiki tal-industrija. Għad-determinazzjoni tal-F CO2 l-operatur jista' juża data miġbura skont l-Artikoli 32 sa 35 u l-Anness II (1.1) (e) sa (h) tad-Direttiva 2009/31/KE għall-faċilità ta' injezzjoni, fejn tikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

B.2.   Emissjonijiet ivventjati u li jaħarbu minn operazzjonijiet ta' rkupru mtejjeb ta' idrokarburi

Kull operatur għandu jikkunsidra s-sorsi potenzjali ta' emissjonijiet addizzjonali li ġejjin mill-irkupru mtejjeb ta' idrokarburi (EHR):

(a)

l-unitajiet ta' separazzjoni tal-gass u taż-żejt u l-impjant tar-riċiklaġġ tal-gass, fejn jistgħu jseħħu emissjonijiet li jaħarbu ta' CO2;

(b)

iċ-ċumnija tal-flare, fejn jistgħu jseħħu emissjonijiet minħabba l-applikazzjoni ta' sistemi kontinwi ta' vventjar pożittiv u waqt id-depressurizzazzjoni tal-installazzjoni tal-produzzjoni ta' idrokarburi;

(c)

is-sistema ta' vventjar ta' CO2, sabiex jiġi evitat li konċentrazzjonijiet għolja ta' CO2 jitfu l-flare.

Kull operatur għandu jiddetermina emissjonijiet li jaħarbu jew CO2 vventjat skont is-subtaqsima B.1 ta' din it-taqsima tal-Anness IV.

Kull operatur għandu jiddetermina l-emissjonijiet miċ-ċumnija tal-flare skont is-subtaqsima D tat-taqsima 1 ta' dan l-Anness, billi jikkunsidra s-CO2 inerenti potenzjali fil-gass tal-flare skont l-Artikolu 48.

B.3.   Tnixxija mill-kumpless ta' ħżin

L-emissjonijiet u r-rilaxx fil-kolonna tal-ilma għandhom jiġu kkwantifikati kif ġej:

Formula

Fejn:

L CO2 = il-massa ta' CO2 emessa jew rilaxxata kull jum kalendarju minħabba t-tnixxija skont dan kollu li ġej:

(a)

għal kull jum kalendarju li għalih tiġi mmonitorjata tnixxija, kull operatur għandu jikkalkula l-L CO2 bħala l-medja tal-massa li tkun ħarġet bħala tnixxija kull siegħa [t CO2/siegħa] immultiplikata b'24;

(b)

kull operatur għandu jiddetermina l-massa li tkun ħarġet bħala tnixxija kull siegħa skont id-dispożizzjonijiet fil-pjan ta' monitoraġġ approvat għall-post tal-ħżin u t-tnixxija;

(c)

għal kull jum kalendarju qabel il-bidu tal-monitoraġġ, l-operatur għandu jikkunsidra l-massa ta' tnixxija għal kull jum li tkun daqs il-massa li tkun ħarġet bħala tnixxija għal kull jum għall-ewwel jum ta' monitoraġġ filwaqt li jiżgura li ma' sseħħ l-ebda sottostima;

Tbidu = l-iżjed reċenti ta':

a)

l-aħħar data meta l-ebda emissjoni jew rilaxx ta' CO2 fil-kolonna tal-ilma mis-sors ikkunsidrati ma jkunu ġew irrapportati;

b)

id-data li fiha tkun bdiet l-injezzjoni ta' CO2;

c)

data oħra b'mod li jkun hemm evidenza li turi b'sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li mhuwiex possibbli li l-emissjoni jew ir-rilaxx fil-kolonna tal-ilma jkunu bdew qabel dik id-data.

Ttmiem = id-data sa liema jkunu ttieħdu miżuri korrettivi skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2009/31/KE u ma jkunux għadhom qegħdin jiġu skoperti emissjonijiet jew rilaxx ta' CO2 fil-kolonna tal-ilma.

L-awtorità kompetenti għandha tapprova u tippermetti l-użu ta' metodi oħra għall-kwantifikazzjoni ta' emissjonijiet jew rilaxx ta' CO2 fil-kolonna tal-ilma minn tnixxijat fejn l-operatur jista' juri b'sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li metodi bħal dawn iwasslu għal preċiżjoni ogħla mill-metodoloġija stabbilita f'din is-subtaqsima.

L-operatur għandu jikkwantifika l-ammont ta' emissjonijiet li jnixxu mill-kumpless ta' ħżin għal kull wieħed mill-avvenimenti ta' tnixxija b'inċertezza ġenerali massima matul il-perjodu ta' rapportar ta' 7,5 %. F'każ li l-inċertezza ġenerali tal-metodoloġija ta' kwantifikazzjoni applikata tkun iżjed minn 7,5 %, kull operatur għandu japplika aġġustament, kif ġej:

CO2,Irrapportat [t CO2] = CO2,Ikkwantifikat [t CO2] * (1 + (InċertezzaSistema [%]/100) – 0,075)

Fejn:

CO2,Irrapportat = l-ammont ta' CO2 li għandu jiġi inkluż fir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet rigward l-avveniment ta' tnixxija inkwistjoni;

CO2,Ikkwantifikat = l-ammont ta' CO2 ddeterminat permezz tal-metodoloġija ta' kwantifikazzjoni użata għall-avveniment ta' tnixxija inkwistjoni;

InċertezzaSistema = il-livell ta' inċertezza assoċjat mal-metodoloġija ta' kwantifikazzjoni użata għall-avveniment ta' tnixxija inkwistjoni.


(1)  Istitut Internazzjonali tal-Aluminju; Il-Protokoll rigward il-Gassijiet Serra fis-Settur tal-Aluminju; Ottubru 2006;L-Aġenzija għall-Ħarsien Ambjentali tal-Istati Uniti u l-Istitut Internazzjonali tal-Aluminju; Protokoll għall-Kejl tat-Tetrafluworometan (CF4) u l-Eżafluworoetan (C2F6) Emissjonijiet minn Produzzjoni tal-Aluminju Primarju; April 2008.


ANNESS V

Rekwiżiti minimi tal-livelli għal metodoloġiji bbażati fuq il-kalkolu li jinvolvu installazzjonijiet tal-kategorija A u fatturi ta' kalkolu għal karburanti kummerċjali standard użati fl-installazzjonijiet tal-kategoriji B u C (l-Artikolu 26(1))

Tabella 1

Livelli minimi li għandhom jiġu applikati għal metodoloġiji bbażati fuq il-kalkolu fil-każ ta' installazzjonijiet tal-kategorija A u fil-każ ta' fatturi ta' kalkolu għal karburanti standard kummerċjali għall-installazzjonijiet kollha skont il-punt (a) tal-Artikolu 26(1)

Attività/Tip ta' fluss minn sors

Id-data dwar l-attivitajiet

Fattur ta' emissjoni (*1)

data ta' kompożizzjoni (kontenut ta' karbonju) (*1)

Fattur ta' ossidazzjoni

Fattur ta' konverżjoni

Ammont ta' karburant jew materjal

Valur kalorifiku nett

Kombustjoni ta' karburanti

Karburanti kummerċjali standard

2

2a/2b

2a/2b

m.a.

1

m.a.

Karburanti gassużi u likwidi oħrajn

2

2a/2b

2a/2b

m.a.

1

m.a.

Karburanti solidi

1

2a/2b

2a/2b

m.a.

1

m.a.

Metodoloġija tal-bilanċ tal-massa għat-Terminals tal-Ipproċessar tal-Gass

1

m.a.

m.a.

1

m.a.

m.a.

Flares

1

m.a.

1

m.a.

1

m.a.

Tisfija mill-impuritajiet (karbonat)

1

m.a.

1

m.a.

m.a.

1

Tisfija mill-impuritajiet (ġipsum)

1

m.a.

1

m.a.

m.a.

1

Tisfija mill-impuritajiet (urea)

1

1

1

m.a.

1

m.a.

Raffinerija ta' żejt minerali

Riġenerazzjoni ta' krekkjar katalitiku

1

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

Produzzjoni tal-kokk

 

 

 

 

 

 

Bilanċ tal-massa

1

m.a.

m.a.

2

m.a.

m.a.

Karburant bħala input ta' proċess

1

2

2

m.a.

m.a.

m.a.

Xiwi u sinterizzazzjoni ta' metall mhux maħdum

Bilanċ tal-massa

1

m.a.

m.a.

2

m.a.

m.a.

Input ta' karbonat

1

m.a.

1

m.a.

m.a.

1

Produzzjoni tal-ħadid u l-azzar

Bilanċ tal-massa

1

m.a.

m.a.

2

m.a.

m.a.

Karburant bħala input ta' proċess

1

2a/2b

2

m.a.

m.a.

m.a.

Produzzjoni jew ipproċessar ta' metalli ferrużi u mhux ferrużi, inkluż aluminju sekondarju

Bilanċ tal-massa

1

m.a.

m.a.

2

m.a.

m.a.

Emissjonijiet ta' proċess

1

m.a.

1

m.a.

m.a.

1

Produzzjoni ta' aluminju primarju

Bilanċ tal-massa għall-emissjonijiet ta' CO2

1

m.a.

m.a.

2

m.a.

m.a.

Emissjonijiet ta' PFC (il-Metodu tal-pendil)

1

m.a.

1

m.a.

m.a.

m.a.

Emissjonijiet ta' PFC (il-metodu tal-vultaġġ żejjed)

1

m.a.

1

m.a.

m.a.

m.a.

Produzzjoni ta' gagazza tas-siment

Abbażi tal-input tal-kalkara (il-Metodu A)

1

m.a.

1

m.a.

m.a.

1

Output tal-gagazza (il-Metodu B)

1

m.a.

1

m.a.

m.a.

1

CKD

1

m.a.

1

m.a.

m.a.

m.a.

Input ta' karbonju mhux karbonat

1

m.a.

1

m.a.

m.a.

1

Produzzjoni ta' ġir u kalċinazzjoni ta' dolomit u manjeżit

Karbonati (il-Metodu A)

1

m.a.

1

m.a.

m.a.

1

Inputs oħrajn ta' proċess

1

m.a.

1

m.a.

m.a.

1

Ossidu alkalin tal-art (il-Metodu B)

1

m.a.

1

m.a.

m.a.

1

Manifattura ta' ħġieġ u suf minerali

Inputs tal-karbonat

1

m.a.

1

m.a.

m.a.

m.a.

Inputs oħrajn ta' proċess

1

m.a.

1

m.a.

m.a.

1

Manifattura ta' prodotti taċ-ċeramika

Inputs tal-karbonju (il-Metodu A)

1

m.a.

1

m.a.

m.a.

1

Inputs oħrajn ta' proċess

1

m.a.

1

m.a.

m.a.

1

Ossidu alkalin (il-Metodu B)

1

m.a.

1

m.a.

m.a.

1

Purifikazzjoni

1

m.a.

1

m.a.

m.a.

m.a.

Produzzjoni ta' ġipsum u plasterboard: ara kombustjoni tal-karburanti

Produzzjoni ta' polpa u karta

Sustanzi kimiċi tal-make up

1

m.a.

1

m.a.

m.a.

m.a.

Produzzjoni ta' iswed tal-karbonju

Metodoloġija tal-bilanċ tal-massa

1

m.a.

m.a.

1

m.a.

m.a.

Produzzjoni ta' ammonijaka

Karburant bħala input ta' proċess

2

2a/2b

2a/2b

m.a.

m.a.

m.a.

Produzzjoni ta' sustanzi kimiċi organiċi fi kwantitajiet kbar

Bilanċ tal-massa

1

m.a.

m.a.

2

m.a.

m.a.

Produzzjoni tal-idroġenu u l-gass tas-sinteżi

Karburant bħala input ta' proċess

2

2a/2b

2a/2b

m.a.

m.a.

m.a.

Bilanċ tal-massa

1

m.a.

m.a.

2

m.a.

m.a.

Produzzjoni ta' irmied tas-soda u bikarbonat tas-sodju

Bilanċ tal-massa

1

m.a.

m.a.

2

m.a.

m.a.

(“m.a.” tfisser “mhux applikabbli”)


(*1)  Livelli għall-fattur ta' emissjoni huma relatati mal-fattur ta' emissjoni preliminari, u l-kontenut ta' karbonju huwa relatat mal-kontenut totali tal-karbonju. Għal materjali mħallta, il-frazzjoni tal-bijomassa għandha tkun iddeterminata separatament. Il-Livell 1 għandu jkun il-livell minimu li għandu jiġi applikat għall-frazzjoni tal-bijomassa fil-każ ta' installazzjonijiet tal-kategorija A u fil-każ ta' karburanti standard kummerċjali għall-installazzjonijiet kollha skont il-punt (a) tal-Artikolu 26(1).


ANNEX VI

Valuri ta' referenza għall-fatturi ta' kalkolu (l-Artikolu 31(1)(a))

1.   FATTURI TA' EMISSJONI TA' KARBURANTI RELATATI MA' VALURI KALORIFIĊI NETTI (NCV)

Tabella 1

Fatturi ta' emissjoni tal-fjuwil li huma relatati għall-valur kalorifiku nett (NCV) u għall-valuri kalorifiċi netti skont il-massa tal-fjuwil.

Deskrizzjoni tat-tip ta' fjuwil

Fattur ta' emissjoni (t CO2/TJ)

Valur kalorifiku nett (TJ/Gg)

Sors

Żejt mhux raffinat

73,3

42,3

IPCC 2006 GL

Orimulsjoni

77,0

27,5

IPCC 2006 GL

Likwidi tal-gass naturali

64,2

44,2

IPCC 2006 GL

Gażolina tal-muturi

69,3

44,3

IPCC 2006 GL

Pitrolju (minbarra l-pitrolju tal-ġettijiet)

71,9

43,8

IPCC 2006 GL

Żejt tax-shale

73,3

38,1

IPCC 2006 GL

Żejt tal-Gass/Diżil

74,1

43,0

IPCC 2006 GL

Żejt tal-fjuwil residwu

77,4

40,4

IPCC 2006 GL

Gassijiet tal-petroleum likwefatti

63,1

47,3

IPCC 2006 GL

Etan

61,6

46,4

IPCC 2006 GL

Nafta

73,3

44,5

IPCC 2006 GL

Bitum

80,7

40,2

IPCC 2006 GL

Lubrikanti

73,3

40,2

IPCC 2006 GL

Kokk tal-petroleum

97,5

32,5

IPCC 2006 GL

Għalf tar-raffineriji

73,3

43,0

IPCC 2006 GL

Gass tar-raffineriji

57,6

49,5

IPCC 2006 GL

Xemgħat tal-Paraffina

73,3

40,2

IPCC 2006 GL

Spirtu Abjad u SBP

73,3

40,2

IPCC 2006 GL

Prodotti oħrajn tal-petroleum

73,3

40,2

IPCC 2006 GL

Antraċit

98,3

26,7

IPCC 2006 GL

Faħam għall-produzzjoni tal-kokk

94,6

28,2

IPCC 2006 GL

Faħam bituminuż ieħor

94,6

25,8

IPCC 2006 GL

Faħam sub-bituminuż

96,1

18,9

IPCC 2006 GL

Linjite

101,0

11,9

IPCC 2006 GL

Żejt tax-shale u ramel tal-qatran

107,0

8,9

IPCC 2006 GL

Karburant ibbrevettat

97,5

20,7

IPCC 2006 GL

Kokk tal-forn tal-kokk u kokk tal-linjite

107,0

28,2

IPCC 2006 GL

Kokk tal-gass

107,0

28,2

IPCC 2006 GL

Qatran tal-faħam

80,7

28,0

IPCC 2006 GL

Gass tal-fabbriki tal-gass

44,4

38,7

IPCC 2006 GL

Gass tal-forn tal-kokk

44,4

38,7

IPCC 2006 GL

Gass tal-kalkara tal-funderija

260

2,47

IPCC 2006 GL

Gass tal-forn tal-azzar tal-ossiġenu

182

7,06

IPCC 2006 GL

Gass naturali

56,1

48,0

IPCC 2006 GL

Skart industrijali

143

m.a.

IPCC 2006 GL

Żjut għar-rimi

73,3

40,2

IPCC 2006 GL

Pit

106,0

9,76

IPCC 2006 GL

Injam/Skart ta' Injam

15,6

IPCC 2006 GL

Bijomassa solida primarja oħra

11,6

IPCC 2006 GL (NCV biss)

Faħam tal-kannol

29,5

IPCC 2006 GL (NCV biss)

Bijogażolina

27,0

IPCC 2006 GL (NCV biss)

Bijodiżils

27,0

IPCC 2006 GL (NCV biss)

Bijokarburanti likwidi oħrajn

27,4

IPCC 2006 GL (NCV biss)

Gass tal-landfill

50,4

IPCC 2006 GL (NCV biss)

Gass mill-ħama

50,4

IPCC 2006 GL (NCV biss)

Bijogass ieħor

50,4

IPCC 2006 GL (NCV biss)

Tajers ta' skart

85,0 (1)

m.a.

WBCSD CSI

Monossidu tal-karbonju

155,2 (2)

10,1

J. Falbe and M. Regitz, Römpp Chemie Lexikon, Stuttgart, 1995

Metan

54,9 (3)

50,0

J. Falbe and M. Regitz, Römpp Chemie Lexikon, Stuttgart, 1995

2.   FATTURI TA' EMISSJONI RELATATI MA' EMISSJONIJIET TA' PROĊESSI

Tabella 2

Fattur stojkjometriku ta' emissjoni għal emissjonijiet ta' proċess mid-dekompożizzjoni tal-karbonati (il-Metodu A)

Karbonat

Fattur ta' emissjoni [t CO2/ t Karbonat]

CaCO3

0,440

MgCO3

0,522

Na2CO3

0,415

BaCO3

0,223

Li2CO3

0,596

K2CO3

0,318

SrCO3

0,298

NaHCO3

0,524

FeCO3

0,380

Ġenerali

Fattur ta' emissjoni = [M(CO2)] / {Y * [M(x)] + Z *[M(CO3 2-)]}

X= metall

M(x)= piż molekolari ta' X f'[gm/mol]

M(CO2)= piż molekulari ta' CO2 f'[g/mol]

M(CO3 2-)= piż molekulari ta' CO3 2- f'[g/mol]

Y= numru stojkjometriku ta' X

Z=

numru stojkjometriku ta' CO3 2-


Tabella 3

Fattur stojkjometriku ta' emissjoni għal emissjonijiet ta' proċess mid-dekompożizzjoni tal-karbonati abbażi ta' ossidi alkalini tal-art (il-Metodu B)

Ossidu

Fattur ta' emissjoni [t CO2/ t Ossidu]

CaO

0,785

MgO

1,092

BaO

0,287

ġenerali:

XYOZ

Fattur ta' emissjoni = [M(CO2)] / {Y * [M(x)] + Z * [M(O)]}

X= metall alkalin tal-art jew alkalin

M(x)= piż molekolari ta' X f'[gm/mol]

M(CO2)= piż molekulari ta' CO2 [g/mol]

M(O)= piż molekolari ta' O [gm/mol]

Y= numru stojkjometriku ta' X

= 1 (għal metalli alkalini tal-art)

= 2 (għal metalli alkalini)

Z= numru stojkjometriku ta' O = 1


Tabella 4

Fatturi stojkjometriku ta' emissjonijiet għall-emissjonijiet ta' proċess minn materjali oħrajn ta' proċess (il-produzzjoni ta' ħadid u azzar, u l-ipproċessar ta' materjali ferrużi)  (4)

Materjal ta' input jew produzzjoni

Kontenut ta' karbonju

(t C/t)

Fattur ta' emissjoni

(t CO2/t)

Ħadid miksub b'riduzzjoni diretta (DRI)

0,0191

0,07

Elettrodi tal-karbonju EAF

0,8188

3,00

Karbonju taċ-ċarġ EAF

0,8297

3,04

Ħadid magħmul f'mattunelli meta jaħraq

0,0191

0,07

Gass tal-forn tal-azzar tal-ossiġenu

0,3493

1,28

Kokk tal-petroleum

0,8706

3,19

Ħadid fondut grezz

0,0409

0,15

Ħadid / ruttam ferruż

0,0409

0,15

Azzar / ruttam tal-metall

0,0109

0,04


Tabella 5

Fatturi stojkjometriku ta' emissjonijiet għall-emissjonijiet ta' proċess minn materjali oħra ta' proċess (Sustanzi kimiċi organiċi fi kwantitajiet kbar)  (5)

Sustanza

Kontenut ta' karbonju

(t C/t)

Fattur ta' emissjoni

(t CO2 / t)

Aċetonitril

0,5852

2,144

Akrilonitril

0,6664

2,442

Butadien

0,888

3,254

Iswed tal-karbonju

0,97

3,554

Etilen

0,856

3,136

Diklorur tal-etilen

0,245

0,898

Glikol tal-etilen

0,387

1,418

Ossidu tal-etilen

0,545

1,997

Ċjanur tal-idroġenu

0,4444

1,628

Metanol

0,375

1,374

Metan

0,749

2,744

Propan

0,817

2,993

Propilen

0,8563

3,137

Monomer tal-klorur tal-vinil

0,384

1,407

3.   POTENZJALI GĦAT-TISĦIN GLOBALI GĦAL GASSIJIET SERRA LI MHUMIEX CO2

Tabella 6

Potenzjali għat-tisħin globali

Gass

Potenzjal għat-tisħin globali

N2O

298 t CO2(e) / t N2O

CF4

7 390 t CO2(e) / t CF4

C2F6

12 200 t CO2(e) / t C2F6


(1)  Dan il-valur huwa l-fattur ta' emissjoni preliminari, jiġifieri qabel l-applikazzjoni ta' frazzjoni tal-bijomassa, jekk applikabbli.

(2)  Abbażi ta' NCV ta' 10,12 TJ/t

(3)  Abbażi ta' NCV ta' 50,01 TJ/t

(4)  IPCC 2006 Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra

(5)  IPCC 2006 Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra


ANNESS VII

Frekwenza minima tal-analiżijiet (l-Artikolu 35)

Karburant/materjal

Frekwenza minima tal-analiżijiet

Gass naturali

Mill-inqas darba fil-ġimgħa

Gassijiet oħrajn, b'mod partikolari gass tas-sinteżi u gassijiet ta' proċess bħal gass imħallat tar-raffinerija, gass tal-forn tal-kokk, gass tal-forn tal-blast, gass tal-konvertitur, gass tal-bjar taż-żejt u tal-gasfield

Mill-inqas kuljum — bl-użu ta' proċeduri xierqa f'partijiet differenti tal-jum

Żjut tal-karburant (pereżempju żejt tal-karburant ħafif, medju, tqil, bitumen)

Kull 20 000 tunnellata ta' karburant u mill-inqas sitt darbiet fis-sena

Faħam, faħam tal-produzzjoni tal-kokk, kokk, kokk tal-petroleum, pit

Kull 20 000 tunnellata ta' karburant/materjal u mill-inqas sitt darbiet fis-sena

Karburanti oħrajn

Kull 10 000 tunnellata ta' karburant u mill-anqas erba' darbiet fis-sena

Skart solidu mhux ittrattat (fossili puri jew fossili tal-bijomassa mħallta)

Kull 5 000 tunnellata ta' skart u mill-inqas erba' darbiet fis-sena

Skart likwidu, skart solidu ttrattat minn qabel

Kull 10 000 tunnellata ta' skart u mill-inqas erba' darbiet fis-sena

Minerali tal-karbonat (inklużi ġebel tal-ġir u dolomit)

Kull 50 000 tunnellata ta' materjal u mill-inqas erba' darbiet fis-sena

Tafal u shale

Ammonti ta' materjali li jikkorrispondu għal 50 000 tunnellata ta' CO2 u mill-inqas erba' darbiet fis-sena

Materjali oħrajn (prodott primarju, intermedju u finali)

Skont it-tip ta' materjal u l-varjazzjoni, l-ammonti ta' materjal korrispondenti għal 50 000 tunnellata ta' CO2 u mill-inqas erba' darbiet fis-sena


ANNESS VIII

Metodoloġiji bbażati fuq il-kejl (Artikolu 41)

1.   DEFINIZZJONIIET TAL-LIVELLI GĦAL METODOLOĠIJI BBAŻATI FUQ IL-KEJL

Il-metodoloġiji bbażati fuq il-kejl għandhom jiġu approvati skont livelli bl-inċertezzi massimi permissibbli li ġejjin għall-emissjonijiet annwali medji fis-siegħa kkalkulati skont l-Ekwazzjoni 2 kif stabbilit fit-taqsima 3 ta' dan l-Anness.

Tabella 1

Livelli għal CEMS (inċertezza massima permessa għal kull livell)

Fil-każ ta' CO2, l-inċertezza għandha tiġi applikata għall-ammont totali ta' CO2 imkejjel. Fejn il-frazzjoni tal-bijomassa hija ddeterminata bl-użu ta' metodoloġija bbażata fuq il-kejl, l-istess definizzjoni tal-livell bħal dik ta' CO2 għandhom jiġu applikati għall-frazzjoni tal-bijomassa.


 

Livell 1

Livell 2

Livell 3

Livell 4

Sorsi ta' emissjoni ta' CO2

± 10 %

± 7,5 %

± 5 %

± 2,5 %

Sorsi ta' emissjoni ta' N2O

± 10 %

± 7,5 %

± 5 %

M.A.

Trasferiment ta' CO2

± 10 %

± 7,5 %

± 5 %

± 2,5 %

2.   REKWIŻITI MINIMI TAL-LIVELLI GĦAL INSTALLAZZJONIJIET TAL-KATEGORIJA A

Tabella 2

Livelli minimi li għandhom jiġu applikati għal installazzjonijiet tal-kategorija A għal metodoloġiji bbażati fuq il-kejl skont il-punt (a) tal-Artikolu 41(1)

Gass serra

Livell minimu meħtieġ

CO2

2

N2O

2

3.   DETERMINAZZJONI TA' GHGS BL-UŻU TA' METODOLOĠIJI BBAŻATI FUQ IL-KEJL

Ekwazzjoni 1: Kalkolu tal-emissjonijiet annwali skont l-Artikolu 43(1):

Formula

Ekwazzjoni 2: Determinazzjoni tal-emissjonijiet medji fis-siegħa:

Formula

Ekwazzjoni 2a: Determinazzjoni tal-konċentrazzjoni medja ta' GHG kull siegħa bl-għan tar-rapportar skont il-punt 9(b) tal-Anness X, taqsima 1:

Formula

Ekwazzjoni 2b: Determinazzjoni tal-fluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija medju fis-siegħa bil-għan tar-rapportar skont il-punt 9(b) tal-Anness X, taqsima 1:

Formula

Ekwazzjoni 2c: Kalkolu tal-emissjonijiet annwali għall-għan tar-rapport annwali tal-emissjonijiet skont il-punt 9(b) tal-Anness X, taqsima 1:

Formula

L-abbrevjazzjonijiet li ġejjin huma użati fl-Ekwazzjoni 1 sa 2c:

L-indiċi i jirreferi għas-siegħa tal-operat individwali. Fejn operatur juża perjodi ta' referenza iqsar skont l-Artikolu 44(1), dak il-perjodu ta' referenza għandu jintuża minflok sigħat għal dawn il-kalkoli.

GHG Emtotali = emissjonijiet ta' GHG totali annwali f'tunnellati

GHG konċfis-siegħa, i = konċentrazzjonijiet fis-siegħa ta' emissjonijiet ta' GHG f'gm/Nm3 fil-fluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija mkejjel matul l-operat għal siegħa i;

Vfis-siegħa, i = volum tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija f'Nm3 għal siegħa i (jiġifieri fluss integrat matul is-siegħa jew perjodu ta' referenza iqsar);

GHG Emmedji = emissjonijiet annwali medji fis-siegħa f'kg/siegħa mis-sors;

Sigħat ta' Op = numru totali ta' sigħat li għalihom hija applikata l-metodoloġija bbażata fuq il-kejl, inklużi s-sigħat li għalihom id-data ġiet sostitwita skont l-Artikolu 45(2) sa (4);

GHG konċmedja = il-medja annwali tal-konċentrazzjonijiet fis-siegħa tal-emissjonijiet ta' GHG f'gm/Nm3;

Flussmedju = fluss medju annwali ta' gass mit-tromba taċ-ċumnija f'Nm3/siegħa.

4.   KALKOLU TAL-KONĊENTRAZZJONI BL-UŻU TA' KEJL INDIRETT TAL-KONĊENTRAZZJONI

Ekwazzjoni 3: Kalkolu tal-konċentrazzjoni

Formula

5.   SOSTITUZZJONI GĦAL DATA TAL-KONĊENTRAZZJONIJIET NIEQSA GĦALL-METODOLOĠIJI BBAŻATI FUQ IL-KEJL

Ekwazzjoni 4: Sostituzzjoni għal data tnieqsa għall-metodoloġiji bbażati fuq il-kejl

Formula

Fejn:

Formula = il-medja aritmetika tal-konċentrazzjoni tal-parametru speċifiku matul il-perjodu kollu ta' rapportar jew, fejn ċirkostanzi speċifiċi kienu japplikaw meta kien seħħ it-telf ta' data, perjodu xieraq li jirrifletti ċ-ċirkostanzi speċifiċi;

σ C_ = l-aqwa stima tad-devjazzjoni standard tal-konċentrazzjoni tal-parametru speċifiku matul il-perjodu kollu ta' rapportar jew, fejn kienu japplikaw ċirkostanzi speċifiċi meta kien seħħ it-telf ta' data, perjodu xieraq li jirrifletti ċ-ċirkostanzi speċifiċi.


ANNESS IX

data u informazzjoni minimi li għandhom jinżammu skont l-Artikolu 67(1)

L-operaturi u l-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom mill-inqas iżommu dan li ġej:

1.   ELEMENTI KOMUNI GĦALL-INSTALLAZZJONIJIET U L-OPERATURI TA' INĠENJI TAL-AJRU

(1)

Il-pjan ta' monitoraġġ approvat mill-awtorità kompetenti;

(2)

Dokumenti li jiġġustifikaw l-għażla tal-metodoloġija ta' monitoraġġ u d-dokumenti li jiġġustifikaw tibdil temporali u mhux temporali tal-metodoloġiji ta' monitoraġġ u, fejn applikabbli, il-livelli approvati mill-awtorità kompetenti;

(3)

L-aġġornamenti rilevanti kollha tal-pjanijiet ta' monitoraġġ innotifikati lill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 15, u t-tweġibiet tal-awtorità kompetenti;

(4)

Il-proċeduri kollha bil-miktub imsemmija fil-pjan ta' monitoraġġ, inkluż il-pjan ta' kampjunar fejn rilevanti, il-proċeduri għall-attivitajiet ta' fluss ta' data u l-proċeduri għall-attivitajiet ta' kontroll;

(5)

Lista tal-verżjonijiet tal-pjan ta' monitoraġġ kollha użati u l-proċeduri kollha relatati;

(6)

Dokumentazzjoni tar-responsabbiltajiet b'konnessjoni mal-monitoraġġ u r-rapportar;

(7)

Il-valutazzjoni tar-riskji mwettqa mill-operatur jew l-operatur ta' inġenju tal-ajru, fejn applikabbli;

(8)

Ir-rapporti ta' titjib skont l-Artikolu 69;

(9)

Ir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet ivverifikat;

(10)

Ir-rapport ta' verifika;

(11)

Kwalunkwe informazzjoni oħra li tiġi identifikata kif ikun meħtieġ għall-verifika tar-rapport annwali dwar l-emissjonijiet.

2.   ELEMENTI SPEĊIFIĊI GĦAL INSTALLAZZJONIJIET TA' SORSI STAZZJONARJI:

(1)

Il-permess għal emissjonijiet ta' gassijiet serra, u kwalunkwe aġġornamenti tiegħu;

(2)

Kwalunkwe valutazzjonijiet tal-inċertezzi, fejn applikabbli;

(3)

Għall-metodoloġiji bbażati fuq kalkolu applikati fl-installazzjonijiet:

(a)

id-data tal-attivitajiet użata għal kwalunkwe kalkolu tal-emissjonijiet għal kull fluss minn sors, ikkategorizzata skont il-proċess u t-tip ta' karburant jew materjal;

(b)

lista tal-valuri predefiniti kollha bħala fatturi ta' kalkolu, fejn applikabbli;

(c)

is-sett sħiħ ta' riżultati ta' kampjunar u analiżi għad-determinazzjoni tal-fatturi ta' kalkolu;

(d)

dokumentazzjoni dwar il-proċeduri ineffettivi kollha kkoreġuti u l-azzjoni korrettiva meħuda skont l-Artikolu 64;

(e)

kwalunkwe riżultat tal-kalibrazzjoni u l-manutenzjoni ta' strumenti tal-kejl.

(4)

Għall-metodoloġiji bbażati fuq il-kejl fl-installazzjonijiet, l-elementi addizzjonali li ġejjin:

(a)

dokumentazzjoni li tiġġustifika l-għażla ta' metodoloġija bbażata fuq il-kejl;

(b)

id-data użata għall-analiżi ta' inċertezza ta' emissjonijiet minn kull sors ta' emissjoni, ikkategorizzata skont il-proċess;

(c)

id-data użata għall-kalkoli ta' korroborazzjoni u r-riżultati ta' kalkoli;

(d)

deskrizzjoni teknika dettaljata tas-sistema ta' kejl kontinwu inkluża d-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni min-naħa tal-awtorità kompetenti;

(e)

data mhux ipproċessata u aggregata mis-sistema ta' kejl kontinwu, inkluża dokumentazzjoni dwar it-tibdil matul iż-żmien, ir-reġistru dwar it-testijiet, il-ħinijiet ta' nuqqas ta' disponibbiltà tas-sistema (down-time), il-kalibrazzjonijiet u l-manutenzjoni;

(f)

dokumentazzjoni ta' kwalunkwe tibdil tas-sistema ta' kejl kontinwu;

(g)

kwalunkwe riżultat tal-kalibrazzjoni u l-manutenzjoni ta' strumenti tal-kejl;

(h)

fejn applikabbli, il-mudell tal-bilanċ tal-massa jew l-enerġija użat għall-fini li tiġi ddeterminata data ta' sostituzzjoni skont l-Artikolu 45(4) u s-suppożizzjonijiet sottostanti;

(5)

Fejn tiġi applikata metodoloġija alternattiva kif imsemmija fl-Artikolu 22, id-data kollha meħtieġa għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet għas-sorsi ta' emissjoni u l-flussi minn sorsi li għalihom dik il-metodoloġija tiġi applikata, kif ukoll id-data proxy għad-data tal-attività, il-fatturi ta' kalkolu u parametri oħra li jkollhom jiġu rrapportati taħt approċċ ta' livelli;

(6)

Għall-produzzjoni tal-aluminju primarju, l-elementi addizzjonali li ġejjin:

(a)

dokumentazzjoni tar-riżultati minn kampanji ta' kejl għad-determinazzjoni tal-fatturi ta' emissjoni speċifiċi għall-installazzjoni għal CF4 u C2F6;

(b)

dokumentazzjoni tar-riżultati tad-determinazzjoni tal-effiċjenza tal-ġbir għall-emissjonijiet li jaħarbu;

(c)

id-data rilevanti kollha dwar il-produzzjoni tal-aluminju primarju, il-frekwenza tal-effett tal-anodu u d-data dwar id-dewmien jew il-vultaġġ żejjed;

(7)

Għall-qbid ta' CO2, attivitajiet ta' trasport u ħżin ġeoloġiku, fejn applikabbli, l-elementi addizzjonali li ġejjin:

(a)

dokumentazzjoni tal-ammont ta' CO2 injettat fil-kumpless ta' ħżin minn installazzjonijiet li jkunu qegħdin iwettqu ħżin ġeoloġiku ta' CO2;

(b)

data ta' pressjonijiet u temperaturi aggregata b'mod rappreżentattiv minn netwerk ta' trasport;

(c)

kopja tal-permess għall-ħżin, inkluż il-pjan ta' monitoraġġ approvat, skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2009/31/KE;

(d)

ir-rapporti sottomessi skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/31/KE;

(e)

rapporti dwar ir-riżultati tal-ispezzjonijiet imwettqa skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2009/31/KE;

(f)

dokumentazzjoni dwar miżuri korrettivi meħuda skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2009/31/KE.

3.   ELEMENTI SPEĊIFIĊI GĦALL-ATTIVITAJIET TAL-AVJAZZJONI:

(1)

Lista ta' inġenji tal-ajru li jkunu proprjetà tal-operatur, li jinkrew mingħand jew lil parti oħra, u l-evidenza meħtieġa għall-kompletezza ta' dik il-lista; għal kull inġenju tal-ajru d-data meta dan jiżdied mal-flotta jew jitneħħa mill-flotta tal-operatur tal-inġenji tal-ajru;

(2)

Lista ta' titjiriet koperti f'kull perjodu ta' rapportar, u l-evidenza meħtieġa għall-kompletezza ta' dik il-lista;

(3)

data rilevanti użata għad-determinazzjoni tal-konsum u l-emissjonijiet ta' karburant;

(4)

data użata għad-determinazzjoni tat-tagħbija utli u d-distanza rilevanti għas-snin li għalihom d-data tat-tunnellati kilometri tiġi rrapportata;

(5)

Dokumentazzjoni dwar il-metodoloġija għal nuqqasijiet fid-data fejn applikabbli, in-numru ta' titjiriet fejn seħħew in-nuqqasijiet fid-data, id-data użata biex jingħalqu n-nuqqasijiet fid-data, fejn seħħew, u, fejn in-numru ta' titjiriet bin-nuqqasijiet fid-data qabżu l-5 % tat-titjiriet li ġew irrappurtati, ir-raġunijiet għal nuqqasijiet fid-data kif ukoll id-dokumentazzjoni tal-azzjonijiet rimedjali meħuda.


ANNESS X

Kontenut Minimu tar-Rapporti Annwali (Artikolu 68(3))

1.   RAPPORTI DWAR L-EMISSJONIJIET ANNWALI TA' INSTALLAZZJONIJIET TA' SORSI STAZZJONARJI

Ir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet ta' installazzjoni għandu mill-inqas jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(1)

Id-data li tidentifika l-installazzjoni, kif speċifikat fl-Anness IV tad-Direttiva 2003/87/KE, u n-numru uniku tal-permess tagħha;

(2)

Isem u indirizz tal-verifikatur tar-rapport;

(3)

Is-sena ta' rapportar;

(4)

Referenza u n-numru tal-verżjoni tal-aħħar pjan ta' monitoraġġ approvat u d-data li minnha huwa applikabbli, kif ukoll ir-referenza u n-numru tal-verżjoni ta' kwalunkwe pjanijiet ta' monitoraġġ oħrajn rilevanti għas-sena tar-rappurtar;

(5)

It-tibdil rilevanti fl-operat ta' installazzjoni u t-tibdil kif ukoll id-devjazzjonijiet temporanji li jkunu seħħew waqt il-perjodu ta' rapportar fil-pjan ta' monitoraġġ approvat mill-awtorità kompetenti; inkluż it-tibdil temporali jew permanenti ta' livelli, ir-raġunijiet għal dak it-tibdil, id-data tal-bidu għat-tibdil, u d-dati tal-bidu u t-tmiem tat-tibdil temporali;

(6)

Informazzjoni għall-emissjonijiet u l-flussi minn sorsi kollha li mill-inqas tikkonsisti minn:

(a)

l-emissjonijiet totali espressi bħala t CO2(e);

(b)

fejn jiġu rilaxxati gassijiet serra li ma jkunux CO2, l-emissjonijiet totali espressi bħala t;

(c)

jekk il-kejl jew il-metodoloġija tal-kalkolu msemmija fl-Artikolu 21 jiġux applikati jew le;

(d)

il-livelli applikati;

(e)

data tal-attivitajiet:

(i)

fil-każ ta' karburanti l-ammont ta' karburant (espress bħala tunnellati jew Nm3) u l-valur kalorifiku nett (GJ/t jew GJ/Nm3) li jiġu rrapportati b'mod separat;

(ii)

għall-flussi l-oħrajn kollha ta' sorsi l-ammont espress bħala tunnellati jew Nm3;

(f)

fatturi ta' emissjoni, espressi skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 36(2); frazzjoni ta' bijomassa, ossidazzjoni u fatturi ta' konverżjoni, espressi bħala frazzjonijiet mingħajr dimensjoni;

(g)

fejn il-fatturi ta' emissjoni għall-karburanti jkunu relatati mal-massa jew mal-volum minflok mal-enerġija, il-valuri ddeterminati skont l-Artikolu 26(5) għall-valur kalorifiku nett tal-fluss minn sors rispettiv;

(7)

Fejn tiġi applikata metodoloġija tal-bilanċ tal-massa, il-fluss tal-massa, u l-kontenut ta' karbonju għal kull fluss minn sors li jidħol u joħroġ mill-installazzjoni; il-frazzjoni tal-bijomassa u l-valur kalorifiku nett, fejn rilevanti;

(8)

Informazzjoni li għandha tiġi rrapportata bħala element ta' memo, li mill-inqas tkun tinkludi:

(a)

ammonti ta' bijomassa maħruqa, espressi f'TJ, jew impjegati fi proċessi, espressi f't jew Nm3;

(b)

emissjonijiet ta' CO2 minn bijomassa, espressi f't CO2, fejn tintuża metodoloġija bbażata fuq il-kejl għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet;

(c)

proxy għall-valur kalorifiku nett tal-flussi minn sorsi ta' bijomassa użati bħala karburant, fejn rilevanti;

(d)

ammonti u kontenut ta' enerġija ta' bijolikwidi u bijokarburanti maħruqa, espressi f't u TJ.

(e)

CO2 or N2O ttrasferit f'installazzjoni jew riċevut minn installazzjoni, fejn huwa applikabbli l-Artikolu 49 jew 50, espress f't CO2(e);

(f)

CO2 inerenti ttrasferit lejn installazzjoni jew riċevut minn installazzjoni, fejn l-Artikolu 48 ikun applikabbli, espress f't CO2;

(g)

fejn applikabbli, l-isem tal-installazzjoni u l-kodiċi ta' identifikazzjoni tagħha kif rikonoxxut skont l-atti adottati skont l-Artikolu 19(3) tad-Direttiva 2003/87/KE:

(i)

tal-installazzjoni(jiet) li fiha jiġi ttrasferit CO2 jew N2O skont il-punti (e) u (f) ta' dan il-punt (8);

(ii)

tal-installazzjoni(jiet) li minnha/hom jiġi riċevut CO2 or N2O skont il-punti (e) u (f) ta' dan il-punt (8);

Fejn dik l-installazzjoni ma jkollhiex tali kodiċi ta' identifikazzjoni, għandhom jiġu pprovduti l-isem u l-indirizz tal-installazzjoni kif ukoll l-informazzjoni ta' kuntatt rilevanti ta' persuna ta' kuntatt.

(h)

CO2 ttrasferit mill-bijomassa, espress f't CO2;

(9)

Fejn tiġi applikata metodoloġija tal-kejl:

(a)

fejn jitkejjel CO2 bħala l-emissjonijiet annwali ta' CO2fossili u l-emissjonijiet annwali ta' CO2mill-użu ta' bijomassa;

(b)

is-sigħat ta' operat tas-sistema ta' kejl ta' emissjonijiet kontinwi (CEMS), il-konċentrazzjonijiet imkejla ta' gassijiet serra u l-fluss ta' gass mit-tromba taċ-ċumnija espressi bħala medja annwali fis-siegħa, u bħala valur totali annwali;

(10)

Fejn tiġi applikata metodoloġija “alternattiva” msemmija fl-Artikolu 22, id-data kollha meħtieġa għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet għas-sorsi ta' emissjonijiet u l-flussi minn sorsi li għalihom tiġi applikata dik il-metodoloġija, kif ukoll id-data proxy għad-data tal-attivitajiet, il-fatturi ta' kalkolu u parametri oħra li jkollhom jiġu rrapportati taħt metodoloġija ta' livelli;

(11)

Fejn ikunu seħħu nuqqasijiet fid-data u jkunu ġew irrimedjati minn data ta' sostituzzjoni skont l-Artikolu 66(1):

(a)

il-fluss mis-sors jew is-sors tal-emissjoni li għalihom ikun japplika kull wieħed min-nuqqasijiet fid-data;

(b)

ir-raġunijiet għal kull nuqqas fid-data;

(c)

id-data tal-bidu u tat-tmiem u l-ħin ta' kull nuqqas fid-data;

(d)

l-emissjonijiet ikkalkulati abbażi ta' data ta' sostituzzjoni;

(e)

fejn il-metodu ta' stima għad-data ta' sostituzzjoni jkun għadu ma ġiex inkluż fil-pjan ta' monitoraġġ, deskrizzjoni dettaljata tal-metodu ta' stima inkluża evidenza li l-metodoloġija użata ma twassalx għal sottostima tal-emissjonijiet għall-perjodu ta' żmien rispettiv;

(12)

Kwalunkwe tibdil ieħor fl-installazzjoni waqt il-perjodu ta' rapportar b'rilevanza għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-installazzjoni waqt is-sena ta' rapportar;

(13)

Fejn applikabbli, il-livell ta' produzzjoni tal-aluminju primarju, il-frekwenza u d-dewmien medju tal-effetti tal-anodu waqt il-perjodu ta' rapportar, jew id-data tal-vultaġġ qawwi żżejjed tal-effett tal-anodu waqt il-perjodu ta' rapportar, kif ukoll ir-riżultati tad-determinazzjoni l-iżjed reċenti tal-fatturi ta' emissjoni speċifiċi għall-installazzjoni għal CF4 and C2F6 kif deskritt fil-qosor fl-Anness IV, u tad-determinazzjoni l-iżjed reċenti tal-effiċjenza tal-ġbir tat-tubi.

L-emissjonijiet li jseħħu minn sorsi differenti ta' emissjoni, jew flussi minn sorsi tal-istess tip ta' installazzjoni unika li tagħmel parti mill-istess tip ta' attività jistgħu jiġu rrapportati b'mod aggregat għat-tip ta' attività.

Fejn il-livelli jkunu nbidlu fil-perjodu ta' rapportar, l-operatur għandu jikkalkula u jirrapporta l-emissjoni bħala taqsimiet separati tar-rapport annwali għall-partijiet rispettivi tal-perjodu ta' rapportar.

L-operaturi ta' postijiet ta' ħżin ta' CO2 jistgħu jużaw rapporti ssimplifikati dwar l-emissjonijiet wara l-għeluq tal-post ta' ħżin skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2009/31/KE li tkun tinkludi tal-anqas l-elementi elenkati taħt il-punti 1 sa 5, bil-kundizzjoni li l-permess għal emissjonijiet ta' gassijiet serra ma jkun jinkludi l-ebda sors ta' emissjoni.

2.   RAPPORTI ANNWALI DWAR EMISSJONIJIET TAL-OPERATURI TA' INĠENJI TAL-AJRU

Ir-rapport dwar l-emissjonijiet għal operatur tal-inġenji tal-ajru għandu mill-inqas jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(1)

data li tidentifika l-operatur tal-inġenji tal-ajru kif stabbilit bl-Anness IV tad-Direttiva 2003/87/KE, u s-sinjal tas-sejħa jew deżinjaturi uniċi oħra użati għal finijiet ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru, kif ukoll dettalji ta' kuntatt rilevanti;

(2)

Isem u indirizz tal-verifikatur tar-rapport;

(3)

Is-sena ta' rapportar;

(4)

Referenza u n-numru tal-verżjoni tal-aħħar pjan ta' monitoraġġ approvat u d-data li minnha huwa applikabbli, ir-referenza u n-numru tal-verżjoni ta' pjanijiet ta' monitoraġġ oħrajn rilevanti għas-sena tar-rappurtar;

(5)

Tibdil rilevanti fl-operat u d-devjazzjonijiet mill-pjan ta' monitoraġġ approvati waqt il-perjodu ta' rapportar;

(6)

In-numri ta' reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru u t-tipi ta' inġenji tal-ajru użati fil-perjodu kopert mir-rapport għat-twettiq tal-attivitajiet ta' avjazzjoni koperti bl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE mwettqa mill-operatur tal-inġenji tal-ajru;

(7)

In-numru totali ta' titjiriet għal kull par ta' Stati koperti mir-rapport;

(8)

Massa ta' fjuwil (f'tunnellati) għal kull tip ta' karburant għal kull par ta' Stati;

(9)

L-emissjonijiet totali ta' CO2 f'tunnellati ta' CO2 diżaggregati skont l-Istat Membru tat-tluq u l-wasla;

(10)

Fejn l-emissjonijiet jiġu kkalkulati bl-użu ta' fattur ta' emissjoni jew kontenut tal-karbonju relatati mal-massa u l-volum, id-data proxy għall-valur kalorifiku nett tal-karburant;

(11)

Fejn ikunu seħħu nuqqasijiet fid-data u jkunu ġew irrimedjati minn data ta' sostituzzjoni skont l-Artikolu 66(2):

(a)

in-numru ta' titjiriet espressi bħala perċentwal ta' titjiriet annwali (approssimat għall-eqreb 0,1 %) li għalihom seħħew nuqqasijiet fid-data; u ċ-ċirkostanzi u r-raġunijiet għan-nuqqasijiet fid-data li japplikaw;

(b)

il-metodu ta' stima għad-data ta' sostituzzjoni applikata;

(c)

l-emissjonijiet ikkalkulati abbażi ta' data ta' sostituzzjoni;

(12)

Elementi ta' memo:

(a)

ammont ta' bijomassa użata bħala karburant waqt is-sena ta' rapportar (f'tunnellati jew m3) elenkat għal kull tip ta' karburant;

(b)

il-valur kalorifiku nett ta' karburanti alternattivi;

(13)

Bħala anness għar-rapport annwali dwar l-emissjonijiet l-operatur għandu jinkludi l-emissjonijiet u l-għadd annwali tat-titjiriet għal kull par ta' ajrudromi. Fuq talba tal-operatur l-awtorità kompetenti għandha tittratta dik l-informazzjoni bħala kunfidenzjali.

3.   RAPPORTI DWAR ID-DATA TAT-TUNNELLATI KILOMETRI TAL-OPERATURI TA' INĠENJI TAL-AJRU

Ir-rapport dwar id-data tat-tunnellati kilometri għal operatur tal-inġenji tal-ajru għandu tal-anqas jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(1)

Id-data li tidentifika l-operatur tal-ajru kif stabbilit bl-Anness IV tad-Direttiva 2003/87/KE, u s-sinjal tas-sejħa jew deżinjatur uniku ieħor użat għal finijiet ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru, kif ukoll dettalji ta' kuntatt rilevanti;

(2)

Isem u indirizz tal-verifikatur tar-rapport;

(3)

Is-sena ta' rapportar;

(4)

Referenza u n-numru tal-verżjoni tal-aħħar pjan ta' monitoraġġ approvat u d-data li minnha huwa applikabbli, ir-referenza u n-numru tal-verżjoni ta' pjanijiet ta' monitoraġġ oħrajn rilevanti għas-sena tar-rappurtar;

(5)

Tibdil rilevanti fl-operat u d-devjazzjonijiet mill-pjan ta' monitoraġġ approvati waqt il-perjodu ta' rapportar;

(6)

In-numri ta' reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru u t-tipi ta' inġenji tal-ajru użati fil-perjodu kopert mir-rapport għat-twettiq tal-attivitajiet ta' avjazzjoni koperti bl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE mwettqa mill-operatur tal-inġenji tal-ajru;

(7)

Il-metodu magħżul għall-kalkolu tal-massa tal-passiġġieri u l-bagalji rreġistrati, kif ukoll għall-merkanzija u l-posta;

(8)

L-għadd totali ta' passiġġieri kilometri u tunnellati kilometri għat-titjiriet kollha mwettqa matul is-sena li għaliha jirreferi r-rapport li jaqgħu taħt l-attivitajiet ta' avjazzjoni elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE;

(9)

Għal kull par ta' ajrudromi: id-deżinjatur tal-ICAO taż-żewġ ajrudromi; id-distanza (id-distanza taċ-ċirku l-kbir + 95 km) f'km; in-numru totali ta' titjiriet għal kull par ajrudromi fil-perjodu ta' rapportar; il-massa totali ta' passiġġieri u bagalji rreġistrati (tunnellati) waqt il-perjodu ta' rapportar għal kull par ajrudromi; in-numru totali ta' passiġġieri matul il-perjodu tar-rappurtar; in-numru totali ta' passiġġieri mmultiplikat bil-kilometri għal kull par ajrudromi; il-massa totali ta' merkanzija u posta rreġistrati (tunnellati) waqt il-perjodu ta' rapportar għal kull par ajrudromi; it-total ta' tunnellati kilometri għal kull par ajrudromi (t km).


ANNESS XI

Tabella ta' korrelazzjoni

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012

Dan ir-Regolament

L-Artikolu 1 sa 49

L-Artikolu 1 sa 49

L-Artikolu 50

L-Artikolu 50 sa 67

L-Artikolu 51 sa 68

L-Artikolu 68

L-Artikolu 69 sa 75

L-Artikolu 69 sa 75

L-Artikolu 76

L-Artikolu 76 sa 77

L-Artikolu 77 sa 78

L-Anness I sa X

L-Anness I sa X

L-Anness XI


31.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 334/94


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/2067

tad-19 ta' Diċembru 2018

dwar il-verifika tad-data u l-akkreditament tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1), u b'mod partikulari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 15 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 10a tagħha,

Billi:

(1)

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ b'urġenza sabiex titqies l-Ewwel Edizzjoni tal-Istandards Internazzjonali u l-Prattiki Rakkomandati dwar il-Ħarsien Ambjentali - Skema ta' Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali (CORSIA) (il-Volum IV tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta' Chicago) li l-Kunsill tal-ICAO adotta waqt l-għaxar laqgħa tal-214-il sessjoni tiegħu fis-27 ta' Ġunju 2018 u li għandhom jibdew japplikaw fl-2019.

(2)

Huwa meħtieġ qafas ġenerali ta' regoli għall-akkreditament tal-verifikaturi sabiex jiġi żgurat li l-verifika tar-rapporti tal-operaturi jew tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru fil-qafas tas-sistema tal-Unjoni għan-negozjar tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, li jridu jintbagħtu skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 (2), titwettaq minn verifikaturi li jkollhom il-kompetenza teknika biex iwettqu l-kompitu fdat lilhom b'mod indipendenti u imparzjali u f'konformità mar-rekwiżiti u mal-prinċipji stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(3)

L-esperjenza fl-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 600/2012 (3) uriet li r-regoli dwar l-akkreditament u dwar il-verifika jeħtieġ li jittejbu u jiġu ċċarati u ssimplifikati sabiex tkompli tiġi promossa l-armonizzazzjoni u sabiex is-sistema ssir iktar effiċjenti. Għalhekk jeħtieġ li jsiru għadd ta' emendi fir-Regolament (UE) Nru 600/2012. Fl-interess taċ-ċarezza, jenħtieġ li dak ir-Regolament jinbidel.

(4)

Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) tistabbilixxi qafas ġenerali sabiex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu tas-servizzi u tal-fornituri tas-servizzi fl-Unjoni, filwaqt li tinżamm kwalità għolja tas-servizzi. Jenħtieġ li l-armonizzazzjoni tar-regoli għall-akkreditament u għall-verifika marbutin mas-sistema tal-Unjoni għan-negozjar tal-emissjonijiet fl-Unjoni tikkontribwixxi għal suq kompetittiv għall-verifikaturi, filwaqt li tiżgura t-trasparenza u l-informazzjoni għall-operaturi u għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru.

(5)

Huwa u jiġi implimentat l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2003/87/KE, jeħtieġ li tiġi żgurata sinerġija bejn il-qafas komprensiv għall-akkreditament stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u d-dispożizzjonijiet relatati tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), minn naħa, u l-karatteristiċi speċifiċi tas-sistema tal-Unjoni għan-negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u r-rekwiżiti li huma essenzjali għall-implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva 2003/87/KE, min-naħa l-oħra. Jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 765/2008 jkompli japplika għal dawk l-aspetti tal-akkreditament tal-verifikaturi li mhumiex ittrattati f'dan ir-Regolament. B'mod partikulari, jenħtieġ li jiġi żgurat li meta, minħabba l-prattiki interni ta' Stat Membru, awtorità nazzjonali maħtura minn dak l-Istat Membru skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 twettaq proċedura alternattiva għall-akkreditament, b'mod partikulari ċ-ċertifikazzjoni ta' verifikaturi li huma persuni fiżiċi, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi provi ddokumentati li t-tali awtorità tilħaq livell ta' kredibbiltà li jkun jixbah lil dak tal-korpi nazzjonali ta' akkreditament li tkun saritilhom evalwazzjoni b'suċċess bejn il-pari organizzata mill-korp irrikonoxxut skont l-Artikolu 14 ta' dak ir-Regolament.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) jipprevedi sistema indipendenti u newtrali tal-akkreditament jew tal-liċenzjar għall-verifikaturi ambjentali. Għal raġunijiet ta' koerenza u sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-Istati Membri u għall-operaturi ekonomiċi, huwa xieraq li jitqiesu s-sinerġiji bejn dak ir-Regolament u dan il-wieħed.

(7)

Jenħtieġ li s-sistema ta' verifika u ta' akkreditament tevita kull irduppjar żejjed tal-proċeduri u tal-organizzazzjonijiet stabbiliti skont strumenti legali oħrajn tal-Unjoni li jwassal għal iżjed piż fuq l-Istati Membri jew fuq l-operaturi ekonomiċi. Għalhekk, huwa xieraq li jintużaw l-aqwa prattiki li joħorġu mill-applikazzjoni tal-istandards armonizzati li l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni jadotta abbażi ta' talba li l-Kummissjoni tagħmillu skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), bħall-istandard armonizzat dwar ir-rekwiżiti ġenerali għall-korpi tal-akkreditament li jakkreditaw il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità u l-istandard armonizzat dwar ir-rekwiżiti għall-korpi tal-validazzjoni u tal-verifika tal-gassijiet serra li jintużaw fl-akkreditament jew f'forom oħrajn ta' rikonoxximent, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll mid-dokument EA-6/03 u minn dokumenti tekniċi oħrajn żviluppati mill-Kooperazzjoni Ewropea tal-Akkreditament jew minn korpi oħrajn.

(8)

Huma u jiġu stabbiliti r-regoli armonizzati għall-verifika tar-rapporti tal-operaturi jew tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru u għall-akkreditament tal-verifikaturi, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-piż impost fuq l-operaturi li f'sena jkollhom inqas emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju (CO2), fuq l-operaturi tal-inġenji tal-ajru li jitqiesu bħala emittenti żgħar skont it-tifsira tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, kif ukoll fuq ir-riżorsi disponibbli tal-Istati Membri ma jkunx sproporzjonat meta mqabbel mal-għanijiet li jridu jintlaħqu.

(9)

Sabiex is-sinerġiji jintużaw bl-aqwa mod, u minħabba l-importanza li tiġi vverifikata d-data li tintuża biex jiġu aġġornati l-valuri ta' referenza ex ante u biex tiġi stabbilita l-allokazzjoni bla ħlas lill-istallazzjonijiet, huwa xieraq li fir-regoli armonizzati għall-verifika u għall-akkreditament tal-verifikaturi jiddaħħlu regoli għall-verifika tar-rapporti dwar id-data ta' referenza u tar-rapporti dwar id-data ta' min jidħol ġdid li huma meħtieġa skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni …./…. tad-19 ta' Diċembru 2018 li jistabbilixxi regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għall-allokazzjoni armonizzata bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

(10)

Skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2003/87/KE, l-Istati Membri jistgħu jeskludu l-istallazzjonijiet iż-żgħar suġġetti għal miżuri ekwivalenti mis-sistema tal-Unjoni għan-negozjar tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, dejjem jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet mogħtija f'dak l-Artikolu. Skont l-Artikolu 27a tad-Direttiva 2003/87/KE, l-Istati Membri jistgħu jeskludu l-istallazzjonijiet b'emissjonijiet ta' inqas minn 2 500 tunnellata mis-sistema tal-Unjoni għan-negozjar tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, dejjem jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet mogħtija f'dak l-Artikolu. Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jkunx japplika direttament għall-istallazzjonijiet esklużi skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2003/87/KE jew skont l-Artikolu 27a tagħha, sakemm l-Istat Membru ma jiddeċidix mod ieħor.

(11)

Skont il-prinċipji tal-Anness V tad-Direttiva 2003/87/KE, jenħtieġ li l-verifikatur iwettaq żjara fuq il-post sabiex jiċċekkja l-limiti tal-istallazzjoni rispettiva jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru rispettiv, sabiex jivvaluta l-operat tal-istrumenti tal-kejl u tas-sistemi ta' monitoraġġ, sabiex iwettaq intervisti u sabiex iwettaq attivitajiet oħrajn. Jenħtieġ li l-verifikatur ma jwettaqx iż-żjara fuq il-post f'kundizzjonijiet speċifiċi biss.

(12)

Skont il-prinċipji tal-Anness V tad-Direttiva 2003/87/KE, jenħtieġ li l-verifikatur japplika approċċ ibbażat fuq ir-riskju bil-għan li jilħaq opinjoni ta' verifika li tkun tipprovdi garanzija raġonevoli li l-emissjonijiet totali jew it-tunnellati kilometri totali ddikjarati ma jkunux iddikjarati ħażin mil-lat materjali u li r-rapport ikun jista' jiġi vverifikat bħala wieħed sodisfaċenti. Jenħtieġ li l-livell ta' garanzija jkun marbut mal-profondità tal-attivitajiet ta' verifika li jkunu twettqu waqt il-verifika u mad-dettall tagħhom, kif ukoll mal-kliem tad-dikjarazzjoni tal-opinjoni ta' verifika. Jenħtieġ li l-verifikatur ikun obbligat jaġġusta attività waħda jew iktar tal-proċess ta' verifika sabiex jissodisfa r-rekwiżiti biex tinkiseb garanzija raġonevoli jekk ikun hemm bżonn minħabba s-sejbiet li jsiru waqt dan il-proċess u l-informazzjoni li tinkiseb matulu.

(13)

Sabiex jiġi evitat it-tgerfix bejn ir-rwol tal-awtorità kompetenti u dak tal-verifikatur, jenħtieġ li jiġu ddefiniti biċ-ċar ir-responsabbiltajiet ta' verifikatur meta jkun qed iwettaq verifika. Jenħtieġ li l-verifikatur jieħu l-pjan ta' monitoraġġ approvat mill-awtorità kompetenti bħala punt ta' referenza u jivvaluta jekk dan il-pjan u l-proċeduri deskritti fih ikunux ġew implimentati sewwa jew le. Meta l-verifikatur jidentifika nuqqas ta' konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, jenħtieġ li huwa jkollu r-responsabbiltà jirrapporta din il-kwistjoni ta' nuqqas ta' konformità fir-rapport ta' verifika.

(14)

Huwa neċessarju li jkun hemm fehim sħiħ tal-attivitajiet ta' operatur jew ta' operatur tal-inġenji tal-ajru biex issir verifika effettiva tar-rapport ta' operatur jew ta' operatur tal-inġenji tal-ajru. Jenħtieġ li verifikatur iwettaq l-attivitajiet ta' verifika mitlubin biss wara li huwa jkun żgura, wara li tkun saret valutazzjoni preliminari, li huwa kompetenti jagħmel dan. Sabiex l-attivitajiet ta' verifika jkunu ta' kwalità għolja, jenħtieġ li jiġu żviluppati regoli armonizzati għal valutazzjoni preliminari sabiex jiġi stabbilit jekk verifikatur huwiex kompetenti, indipendenti u imparzjali biex iwettaq l-attivitajiet ta' verifika mitlubin skont ir-regoli u l-prinċipji stabbiliti f'dan ir-Regolament jew le.

(15)

L-għoti tal-informazzjoni rilevanti bejn l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru u l-verifikatur hija essenzjali fl-aspetti kollha tal-proċess ta' verifika, b'mod partikulari fil-fażi prekuntrattwali, fit-twettiq ta' analiżi strateġika min-naħa tal-verifikatur u matul il-proċess kollu tal-verifika. Jeħtieġ li jiġi stabbilit sett ta' rekwiżiti armonizzati li jrid jirregola l-ħin kollu dan l-għoti tal-informazzjoni bejn l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru u l-verifikatur.

(16)

L-attivitajiet kollha ta' verifika fil-proċess ta' verifika huma marbutin ma' xulxin u jenħtieġ li jiġu konklużi bil-ħruġ ta' rapport ta' verifika min-naħa tal-verifikatur li jkun fih dikjarazzjoni ta' verifika li tkun proporzjonata mar-riżultat tal-valutazzjoni tal-verifika. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti armonizzati għar-rapporti ta' verifika u għat-twettiq tal-attivitajiet ta' verifika sabiex ikun żgurat li r-rapporti ta' verifika u l-attivitajiet ta' verifika fl-Istati Membri jkunu jilħqu l-istess standards.

(17)

L-analiżi ta' kemm id-data rrappurtata hija suxxettibbli għal dikjarazzjonijiet skorretti li jistgħu jkunu materjali hija parti essenzjali mill-proċess ta' verifika u tistabbilixxi kif il-verifikatur irid iwettaq l-attivitajiet ta' verifika. Għalhekk kull element fil-proċess ta' verifika jrid ikun marbut mill-qrib mar-riżultat tal-analiżi ta' dawn ir-riskji li jsiru dikjarazzjonijiet skorretti.

(18)

Jenħtieġ li jkun hemm dispożizzjoni speċifika għall-verifika tar-rapport tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru u għal dik tar-rapport tal-operaturi tas-siti li għalihom tapplika d-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).

(19)

Ir-rappurtar korrett u effettiv tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra min-naħa tal-operaturi jew tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru huwa essenzjali għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE. Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament it-tajjeb tal-proċess ta' monitoraġġ u ta' rappurtar, jenħtieġ li t-titjib kontinwu fil-prestazzjoni tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru jkun jifforma parti mill-attivitajiet ta' verifika li jwettaq il-verifikatur.

(20)

Jenħtieġ li l-verifikaturi u l-persunal tagħhom li jkun kompetenti biss iwettqu l-attivitajiet ta' verifika u joħorġu r-rapporti ta' verifika. Jenħtieġ li l-verifikaturi jistabbilixxu proċessi interni li jiżguraw li l-persunal kollu involut fl-attivitajiet ta' verifika jkun kompetenti biex iwettaq il-kompiti fdati lilu u li jtejbu dawn il-proċessi b'mod kontinwu. Jenħtieġ li l-kriterji biex jiġi stabbilit jekk verifikatur huwiex kompetenti jew le jkunu l-istess fl-Istati Membri kollha u li dawn ikunu oġġettivi u trasparenti u jkunu jistgħu jiġu vverifikati.

(21)

Jenħtieġ li l-korp nazzjonali ta' akkreditament stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 jingħata s-setgħa jakkredita u joħroġ dikjarazzjoni awtorevoli dwar il-kompetenza ta' verifikatur biex iwettaq l-attivitajiet ta' verifika skont dan ir-Regolament, jadotta miżuri amministrattivi u jissorvelja lill-verifikaturi.

(22)

Il-mudelli u formati speċifiċi tal-fajls li l-verifikaturi jridu jużaw jippromwovu l-armonizzazzjoni bejn l-Istati Membri u jevitaw li jkun hemm differenzi fl-approċċi. Jenħtieġ li l-verifikaturi jużaw mudelli u formati speċifiċi tal-fajls żviluppati mill-Kummissjoni. Meta Stat Membru jkun żviluppa mudelli nazzjonali jew speċifikazzjonijiet nazzjonali dwar il-format tal-fajls, jenħtieġ li dawn ikun fihom tal-inqas l-istess kontenut bħall-mudelli żviluppati mill-Kummissjoni sabiex ikunu żgurati approċċi armonizzati.

(23)

Jenħtieġ li Stat Membru li jidhirlu li ma jagħmilx sens mil-lat ekonomiku li jistabbilixxi korp nazzjonali ta' akkreditament jew li jwettaq attivitajiet ta' akkreditament jew li jidhirlu li dan mhuwiex sostenibbli mil-lat ekonomiku jitħalla jirrikorri għall-korp nazzjonali ta' akkreditament ta' Stat Membru ieħor. Jenħtieġ li l-korpi nazzjonali ta' akkreditament li tkun saritilhom evalwazzjoni b'suċċess bejn il-pari organizzata mill-korp irrikonoxxut skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 biss jitħallew iwettqu l-attivitajiet ta' akkreditament skont dan ir-Regolament.

(24)

Jenħtieġ li wieħed jassumi li l-korpi nazzjonali ta' akkreditament li juru li huma konformi ma' dan ir-Regolament u li tkun diġà saritilhom evalwazzjoni b'suċċess bejn il-pari organizzata mill-korp irrikonoxxut skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jissodisfaw ir-rekwiżiti proċedurali imposti fuq il-korpi nazzjonali ta' akkreditament bħal, pereżempju, ir-rekwiżiti dwar l-istruttura ta' korp nazzjonali ta' akkreditament, l-istabbiliment ta' proċess ta' kompetenza u l-istabbiliment tal-proċeduri u tas-sistema ta' ġestjoni meħtieġa u tal-arranġamenti biex titħares il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miksuba, u li dawn jiġu eżentati milli ssirilhom evalwazzjoni ġdida bejn il-pari wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Skont id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), jenħtieġ li t-tagħrif ambjentali li jkun fihom ir-rapporti vverifikati tal-operaturi jew tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru li l-awtoritajiet pubbliċi jkollhom jiġi ppubblikat sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, suġġett għal ċerti rekwiżiti ta' kunfidenzjalità.

(25)

Il-kooperazzjoni effettiva bejn il-korpi nazzjonali ta' akkreditament jew, meta dan ikun applikabbli, bejn awtoritajiet nazzjonali oħrajn u l-awtoritajiet kompetenti hija essenzjali għall-funzjonament it-tajjeb tas-sistema tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u għas-sorveljanza tal-kwalità tal-verifika. Għal raġunijiet ta' trasparenza, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-korpi nazzjonali ta' akkreditament jew, meta dan ikun applikabbli, awtoritajiet nazzjonali oħrajn, u l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu mezzi effettivi għall-iskambju tal-informazzjoni. Jenħtieġ li l-iskambji tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-korpi nazzjonali ta' akkreditament jew awtoritajiet nazzjonali oħrajn jiġu rregolati mill-garanziji l-iżjed stretti ta' kunfidenzjalità u ta' segretezza professjonali u li dawn jiġu ttrattati skont il-liġijiet nazzjonali u l-liġijiet tal-Unjoni applikabbli.

(26)

Dan ir-Regolament jinkludi titjib fil-proċess tal-akkreditament u tal-verifika li, b'mod parzjali, iqis l-Ewwel Edizzjoni tal-Istandards Internazzjonali u l-Prattiki Rakkomandati dwar il-Ħarsien Ambjentali - Skema ta' Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali (CORSIA) (il-Volum IV tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta' Chicago) li l-Kunsill tal-ICAO adotta waqt l-għaxar laqgħa tal-214-il sessjoni tiegħu fis-27 ta' Ġunju 2018. Ir-Regolament dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE ukoll qed jiġi emendat sabiex iqis l-Ewwel Edizzjoni tal-Istandards Internazzjonali u l-Prattiki Rakkomandati, u dawn iż-żewġ strumenti qed jiġu ssupplimentati minn Att Delegat skont l-Artikolu 28c tad-Direttiva 2003/87/KE.

(27)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-verifika tar-rapporti mibgħuta skont id-Direttiva 2003/87/KE u għall-akkreditament u għas-sorveljanza tal-verifikaturi.

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 765/2008, dan ir-Regolament jispeċifika wkoll dispożizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-verifikaturi u għall-evalwazzjoni bejn il-pari tal-korpi nazzjonali ta' akkreditament skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2003/87/KE.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-verifika tad-data dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u dwar it-tunnellati kilometri li jkun hemm mill-1 ta' Jannar 2019 'il quddiem, irrappurtata skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2003/87/KE, u għall-verifika tad-data rilevanti għall-aġġornament tal-valuri ta' referenza ex ante u għall-istabbiliment tal-allokazzjoni bla ħlas lill-istallazzjonijiet.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, minbarra d-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/87/KE u fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“riskju tad-detezzjoni” tfisser ir-riskju li verifikatur ma jindunax b'dikjarazzjoni skorretta materjali;

(2)

“akkreditament” tfisser attestazzjoni min-naħa ta' korp nazzjonali ta' akkreditament li verifikatur jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti minn standards armonizzati skont it-tifsira tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 u r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament sabiex iwettaq il-verifika ta' rapport ta' operatur jew ta' operatur tal-inġenji tal-ajru skont dan ir-Regolament;

(3)

“verifikatur” tfisser persuna ġuridika jew entità legali oħra li twettaq attivitajiet ta' verifika skont dan ir-Regolament u li tkun akkreditata minn korp nazzjonali ta' akkreditament skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 u skont dan ir-Regolament jew persuna fiżika awtorizzata b'mod ieħor, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(2) ta' dak ir-Regolament, fiż-żmien li fih jinħareġ rapport ta' verifika;

(4)

“verifika” tfisser l-attivitajiet li verifikatur iwettaq biex joħroġ rapport ta' verifika skont dan ir-Regolament;

(5)

“dikjarazzjoni skorretta” tfisser ommissjoni, dikjarazzjoni falza jew żball fid-data li operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru jirrapporta, mingħajr ma titqies l-inċertezza permissibbli skont l-Artikolu 12(1)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066;

(6)

“dikjarazzjoni skorretta materjali” tfisser dikjarazzjoni skorretta li, fl-opinjoni tal-verifikatur, meta tittieħed waħedha jew flimkien ma' dikjarazzjonijiet skorretti oħrajn, taqbeż il-livell ta' materjalità jew tista' taffettwa t-trattament tar-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru mill-awtorità kompetenti;

(7)

“rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru” tfisser ir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet li operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru jrid jibgħat skont l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, ir-rapport dwar it-tunnellati kilometri li operatur tal-inġenji tal-ajru jrid jibgħat biex japplika għall-allokazzjoni tal-kwoti skont l-Artikoli 3e u 3f ta' dik id-Direttiva, ir-rapport dwar id-data ta' referenza li operatur jibgħat skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Delegat (UE) …/… jew ir-rapport dwar id-data li operatur jibgħat skont l-Artikolu 5(2) ta' dak ir-Regolament;

(8)

“kamp ta' applikazzjoni tal-akkreditament” tfisser l-attivitajiet li jissemmew fl-Anness I li għalihom ikun qed jintalab l-akkreditament jew li għalihom dan ikun ingħata;

(9)

“kompetenza” tfisser il-ħila li wieħed japplika l-għarfien u l-ħiliet tiegħu biex iwettaq attività;

(10)

“livell ta' materjalità” tfisser il-livell limitu kwantitattiv jew il-punt ta' limitu li, meta jinqabeż, verifikatur iqis id-dikjarazzjonijiet skorretti, meta jittieħdu waħedhom jew flimkien ma' dikjarazzjonijiet skorretti oħrajn, bħala materjali;

(11)

“sistema ta' kontroll” tfisser il-valutazzjoni tar-riskju tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru u s-sett sħiħ ta' attivitajiet ta' kontroll tiegħu, fosthom il-ġestjoni kontinwa tagħhom, li operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru jkun stabbilixxa, iddokumenta, implimenta u żamm skont l-Artikolu 59 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew skont l-Artikolu 11 tar-Regolament Delegat (UE) …/…, skont il-każ;

(12)

“attivitajiet ta' kontroll” tfisser kull att li operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru jwettaq biex inaqqas kemm jista' jkun ir-riskji inerenti jew kull miżura li dan jimplimenta għal dan il-għan;

(13)

“nuqqas ta' konformità” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

għall-finijiet tal-verifika ta' rapport dwar l-emissjonijiet ta' operatur, kull att jew ommissjoni ta' att min-naħa tal-operatur li jmur kontra l-permess għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra u r-rekwiżiti tal-pjan ta' monitoraġġ approvat mill-awtorità kompetenti;

(b)

għall-finijiet tal-verifika ta' rapport dwar l-emissjonijiet jew ta' rapport dwar it-tunnellati kilometri ta' operatur tal-inġenji tal-ajru, kull att jew ommissjoni ta' att min-naħa tal-operatur tal-inġenji tal-ajru li jmur kontra r-rekwiżiti tal-pjan ta' monitoraġġ approvat mill-awtorità kompetenti;

(c)

għall-finijiet tal-verifika tar-rapport dwar id-data ta' referenza li operatur jibgħat skont l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament Delegat (UE) …/… jew tar-rapport dwar id-data ta' min jidħol ġdid li operatur jibgħat skont l-Artikolu 5(2) ta' dak ir-Regolament, kull att jew ommissjoni ta' att min-naħa tal-operatur li jmur kontra r-rekwiżiti tal-pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ;

(d)

għall-finijiet tal-akkreditament skont il-Kapitolu IV, kull att jew ommissjoni ta' att min-naħa tal-verifikatur li jmur kontra r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament;

(14)

“sit”, għall-finijiet tal-verifika tar-rapport dwar l-emissjonijiet jew dwar it-tunnellati kilometri ta' operatur tal-inġenji tal-ajru, tfisser il-postijiet fejn jiġi ddefinit u mmaniġġjat il-proċess ta' monitoraġġ, fosthom il-postijiet fejn jiġu kkontrollati u maħżuna d-data u l-informazzjoni rilevanti;

(15)

“ambjent ta' kontroll” tfisser l-ambjent li fih taħdem is-sistema interna ta' kontroll u l-azzjonijiet ġenerali tal-ġestjoni ta' operatur jew ta' operatur tal-inġenji tal-ajru sabiex jiġi żgurat l-għarfien dwar din is-sistema interna ta' kontroll;

(16)

“riskju inerenti” tfisser kemm parametru fir-rapport ta' operatur jew ta' operatur tal-inġenji tal-ajru jkun suxxettibbli għal dikjarazzjonijiet skorretti li jistgħu jkunu materjali meta jittieħdu waħedhom jew flimkien ma' dikjarazzjonijiet skorretti oħrajn, qabel ma jitqies l-effett ta' kull attività ta' kontroll relatata;

(17)

“riskju ta' kontroll” tfisser kemm parametru fir-rapport ta' operatur jew ta' operatur tal-inġenji tal-ajru jkun suxxettibbli għal dikjarazzjonijiet skorretti li jistgħu jkunu materjali meta jittieħdu waħedhom jew flimkien ma' dikjarazzjonijiet skorretti oħrajn u li s-sistema ta' kontroll ma tistax tipprevenihom jew tinnutahom u tikkoreġihom fil-ħin;

(18)

“riskju ta' verifika” tfisser ir-riskju, li huwa funzjoni tar-riskju inerenti, tar-riskju ta' kontroll u tar-riskju tad-detezzjoni, li l-verifikatur jagħti opinjoni ta' verifika li ma tkunx xierqa meta r-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru jkun fih dikjarazzjonijiet skorretti materjali;

(19)

“garanzija raġonevoli” tfisser livell għoli ta' garanzija iżda mhux livell assolut tagħha, espress b'mod pożittiv fl-opinjoni ta' verifika, dwar jekk ir-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru li jkun qed jiġi vverifikat ikunx ħieles minn dikjarazzjonijiet skorretti materjali jew le;

(20)

“proċeduri analitiċi” tfisser l-analiżi tal-varjazzjonijiet u tax-xejriet fid-data, fosthom analiżi tar-relazzjonijiet li ma jkunux konsistenti ma' informazzjoni rilevanti oħra jew li jiddevjaw mill-ammonti previsti;

(21)

“dokumentazzjoni interna tal-verifika” tfisser id-dokumentazzjoni interna kollha li verifikatur ikun ġabar sabiex jirreġistra l-provi ddokumentati kollha u l-ġustifikazzjonijiet kollha tal-attivitajiet li jitwettqu għall-verifika ta' rapport ta' operatur jew ta' operatur tal-inġenji tal-ajru;

(22)

“awditur ewlieni tal-EU ETS” tfisser awditur tal-EU ETS li huwa responsabbli għat-tmexxija u għas-sorveljanza tat-tim tal-verifika li jkun responsabbli għat-twettiq tal-verifika ta' rapport ta' operatur jew ta' operatur tal-inġenji tal-ajru u għar-rappurtar dwarha;

(23)

“awditur tal-EU ETS” tfisser membru individwali ta' tim tal-verifika li jkun responsabbli għat-twettiq ta' verifika ta' rapport ta' operatur jew ta' operatur tal-inġenji tal-ajru, minbarra l-awditur ewlieni tal-EU ETS;

(24)

“espert tekniku” tfisser persuna li tipprovdi għarfien espert u ddettaljat dwar suġġett speċifiku li jkun meħtieġ biex jitwettqu l-attivitajiet ta' verifika għall-finijiet tal-Kapitolu III u biex jitwettqu l-attivitajiet ta' akkreditament għall-finijiet tal-Kapitolu V;

(25)

“livell ta' garanzija” tfisser il-livell ta' garanzija li verifikatur jipprovdi fir-rapport ta' verifika abbażi tal-għan li jitnaqqas ir-riskju ta' verifika skont iċ-ċirkustanzi tal-impenn ta' verifika;

(26)

“assessur” tfisser persuna li korp nazzjonali ta' akkreditament iqabbad biex tivvaluta lil verifikatur skont dan ir-Regolament, waħedha jew bħala parti minn tim tal-valutazzjoni;

(27)

“assessur ewlieni” tfisser assessur li jingħata r-responsabbiltà ġenerali għat-twettiq tal-valutazzjoni ta' verifikatur skont dan ir-Regolament;

(28)

“rapport dwar id-data ta' referenza” tfisser rapport li operatur jibgħat skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Delegat (UE) …/…;

(29)

“rapport dwar id-data ta' min jidħol ġdid” tfisser rapport li operatur jibgħat skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament Delegat (UE) …/….

Artikolu 4

Suppożizzjoni ta' konformità

Meta verifikatur juri li huwa konformi mal-kriterji stabbiliti fl-istandards armonizzati rilevanti ddefiniti fl-Artikolu 2(9) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew ma' partijiet minnhom, wieħed għandu jassumi li dan il-verifikatur huwa konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli II u III ta' dan ir-Regolament sal-punt li fih l-istandards armonizzati applikabbli jkopru dawk ir-rekwiżiti.

Artikolu 5

Qafas ġenerali għall-akkreditament

Meta dan ir-Regolament ma jistabbilixxi l-ebda dispożizzjoni speċifika dwar il-kompożizzjoni tal-korpi nazzjonali ta' akkreditament jew dwar l-attivitajiet u r-rekwiżiti marbutin mal-akkreditament, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

KAPITOLU II

VERIFIKA

Artikolu 6

Affidabbiltà tal-verifika

Rapport ivverifikat dwar l-emissjonijiet, dwar id-data ta' referenza jew dwar id-data ta' min jidħol ġdid għandu jkun affidabbli għall-utenti. Huwa għandu jirrappreżenta b'mod fidil dak li għandu l-għan li jirrappreżenta jew inkella dak li wieħed jista' jistenna b'mod raġonevoli li jirrappreżenta.

Il-proċess ta' verifika tar-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jkun għodda affidabbli u effettiva ta' appoġġ għall-proċeduri ta' garanzija tal-kwalità u ta' kontroll tal-kwalità, li tipprovdi informazzjoni li operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru jkun jista' juża biex itejjeb il-prestazzjoni tiegħu b'rabta mal-monitoraġġ u mar-rappurtar tal-emissjonijiet u tad-data rilevanti għall-allokazzjoni bla ħlas.

Artikolu 7

Obbligi ġenerali tal-verifikatur

1.   Il-verifikatur għandu jwettaq il-verifika u l-attivitajiet meħtieġa skont dan il-Kapitolu bil-għan li jipprovdi rapport ta' verifika li jikkonkludi b'garanzija raġonevoli li r-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru ma fihx dikjarazzjonijiet skorretti materjali.

2.   Il-verifikatur għandu jippjana u jwettaq il-verifika b'attitudni ta' xettiċiżmu professjonali u jirrikonoxxi li jista' jkun hemm ċirkustanzi li jwasslu biex ir-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru jkun fih dikjarazzjonijiet skorretti materjali.

3.   Il-verifikatur irid iwettaq il-verifika fl-interess pubbliku u jkun indipendenti mill-operatur jew mill-operatur tal-inġenji tal-ajru u mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għad-Direttiva 2003/87/KE.

4.   Waqt il-verifika, il-verifikatur għandu jivvaluta dan li ġej:

(a)

jekk ir-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru huwiex komplut u jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness X tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew fl-Anness IV tar-Regolament Delegat (UE) …/… skont il-każ, jew le;

(b)

jekk l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru jkunx aġixxa f'konformità mar-rekwiżiti tal-permess għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra u tal-pjan ta' monitoraġġ approvat mill-awtorità kompetenti jew le meta l-verifika tkun qed issir b'rabta ma' rapport dwar l-emissjonijiet ta' operatur, u jekk huwa jkunx aġixxa f'konformità mar-rekwiżiti tal-pjan ta' monitoraġġ approvat mill-awtorità kompetenti jew le meta l-verifika tkun qed issir b'rabta ma' rapport dwar l-emissjonijiet jew dwar it-tunnellati kilometri ta' operatur tal-inġenji tal-ajru;

(c)

jekk l-operatur ikunx aġixxa f'konformità mar-rekwiżiti tal-pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ skont l-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat (UE) …/… approvat mill-awtorità kompetenti jew le meta l-verifika tkun qed issir b'rabta ma' rapport dwar id-data ta' referenza ta' operatur jew ma' rapport dwar id-data ta' min jidħol ġdid tiegħu;

(d)

jekk id-data tar-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru tkunx ħielsa minn dikjarazzjonijiet skorretti materjali jew le;

(e)

jekk tistax tiġi pprovduta informazzjoni li tappoġġa l-attivitajiet tal-fluss tad-data u s-sistema ta' kontroll tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru u l-proċeduri marbutin magħhom tiegħu sabiex tittejjeb il-prestazzjoni tal-monitoraġġ u tar-rappurtar tiegħu jew le.

B'deroga mill-punt (c), il-verifikatur għandu jivvaluta jekk il-pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ tal-operatur ikunx konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament Delegat (UE) …/… jew le meta dak il-pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ ma jkunx ġie approvat mill-awtorità kompetenti qabel ma jkun intbagħat ir-rapport dwar id-data ta' referenza. Jekk il-verifikatur isib li pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ ma jkunx jikkonforma mar-Regolament Delegat (UE) …/…, l-operatur għandu jibdel dak il-pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ sabiex ikun jikkonforma ma' dak ir-Regolament.

Għall-finijiet tal-punt (d) ta' dan il-paragrafu, il-verifikatur għandu jikseb provi ċari u oġġettivi mingħand l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru li tappoġġa l-emissjonijiet jew it-tunnellati kilometri aggregati rrappurtati jew id-data aggregata rrappurtata rilevanti għall-allokazzjoni bla ħlas, filwaqt li jqis l-informazzjoni l-oħra kollha pprovduta fir-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru.

5.   Jekk il-verifikatur isib li operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru ma jkunx qed jikkonforma mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew mar-Regolament Delegat (UE) …/…, huwa għandu jniżżel dik l-irregolarità fir-rapport ta' verifika, anke jekk l-awtorità kompetenti tkun approvat il-pjan ta' monitoraġġ jew il-pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ ikkonċernat, skont il-każ.

6.   Jekk l-awtorità kompetenti ma tkunx approvat il-pjan ta' monitoraġġ skont l-Artikolu 12 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew jekk dan ma jkunx komplut jew jekk, matul il-perjodu tar-rappurtar, ikun sar tibdil sinifikanti fih imsemmi fl-Artikolu 15(3) jew (4) ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni li l-awtorità kompetenti ma tkunx approvat kif xieraq, il-verifikatur għandu jagħti parir lill-operatur jew lill-operatur tal-inġenji tal-ajru jikseb l-approvazzjoni meħtieġa mingħand l-awtorità kompetenti.

Jekk tkun trid tinkiseb l-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti għall-pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ qabel ma jintbagħat ir-rapport dwar id-data ta' referenza skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament Delegat (UE) …/… u l-pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ ma jkunx ġie approvat jew ma jkunx komplut, jew jekk ikun sar tibdil sinifikanti fih imsemmi fl-Artikolu 9(5) ta' dak ir-Regolament li l-awtorità kompetenti ma tkunx approvat, il-verifikatur għandu jagħti parir lill-operatur jikseb l-approvazzjoni meħtieġa mingħand l-awtorità kompetenti.

Wara li l-awtorità kompetenti tagħti l-approvazzjoni tagħha, il-verifikatur għandu jkompli l-attivitajiet ta' verifika jew jirrepetihom jew jadattahom kif xieraq.

Jekk ma tkunx inkisbet l-approvazzjoni qabel ma jinħareġ ir-rapport ta' verifika, il-verifikatur għandu jniżżel dan fir-rapport ta' verifika.

Artikolu 8

Obbligi prekuntrattwali

1.   Qabel ma jaċċetta impenn ta' verifika, verifikatur għandu jikseb fehim tajjeb tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru u jivvaluta jekk jistax jidħol għall-verifika jew le. Għal dan il-għan, il-verifikatur għandu jagħmel tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:

(a)

jevalwa r-riskji involuti fit-twettiq tal-verifika tar-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru skont dan ir-Regolament;

(b)

janalizza l-informazzjoni li l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru jipprovdilu sabiex jistabbilixxi l-kamp ta' applikazzjoni tal-verifika;

(c)

jivvaluta jekk l-impenn jidħolx fil-kamp ta' applikazzjoni tal-akkreditament tiegħu jew le;

(d)

jivvaluta jekk għandux il-kompetenza, il-persunal u r-riżorsi meħtieġa biex jagħżel tim tal-verifika li jkun kapaċi jittratta l-kumplessità tal-istallazzjoni jew tal-attivitajiet u tal-flotta tal-operatur tal-inġenji tal-ajru jew le, kif ukoll jekk huwiex kapaċi jlesti b'suċċess l-attivitajiet ta' verifika fil-perjodu taż-żmien meħtieġ jew le;

(e)

jivvaluta jekk huwiex kapaċi jiżgura li t-tim tal-verifika potenzjali li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu għandu l-kompetenza u l-persuni kollha meħtieġa għat-twettiq tal-attivitajiet ta' verifika għal dak l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru speċifiku jew le;

(f)

għal kull impenn ta' verifika mitlub, jistabbilixxi l-allokazzjoni tal-ħin meħtieġa biex il-verifika ssir sewwa.

2.   L-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jagħti lill-verifikatur l-informazzjoni kollha rilevanti li tippermettilu jwettaq l-attivitajiet li jisssemmew fil-paragrafu 1.

Artikolu 9

Allokazzjoni tal-ħin

1.   Huwa u jistabbilixxi l-allokazzjoni tal-ħin għal impenn ta' verifika msemmija fl-Artikolu 8(1)(f), il-verifikatur għandu jqis tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:

(a)

il-kumplessità tal-istallazzjoni jew tal-attivitajiet u tal-flotta tal-operatur tal-inġenji tal-ajru;

(b)

il-livell ta' informazzjoni u l-kumplessità tal-pjan ta' monitoraġġ approvat mill-awtorità kompetenti jew tal-pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ, skont il-każ;

(c)

il-livell meħtieġ ta' materjalità;

(d)

il-kumplessità u l-kompletezza tal-attivitajiet tal-fluss tad-data u tas-sistema ta' kontroll tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru;

(e)

il-post fejn jinsabu l-informazzjoni u d-data marbutin mal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, id-data dwar it-tunnellati kilometri u d-data rilevanti għall-allokazzjoni bla ħlas.

2.   Il-verifikatur għandu jiżgura li l-kuntratt tal-verifika jipprevedi l-possibbiltà ta' ħin li jrid jiġi ċċarġjat minbarra l-ħin miftiehem fil-kuntratt meta jinstab li t-tali ħin addizzjonali jkun meħtieġ għall-analiżi strateġika, għall-analiżi tar-riskji jew għal attivitajiet oħrajn ta' verifika. Is-sitwazzjonijiet li fihom jaf ikun meħtieġ il-ħin addizzjonali għandhom jinkludu tal-inqas dawn li ġejjin:

(a)

waqt il-verifika meta l-attivitajiet tal-fluss tad-data, l-attivitajiet ta' kontroll jew il-loġistika tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru jidhru li jkunu iżjed kumplessi minn dak li kien previst fil-bidu;

(b)

meta l-verifikatur jidentifika dikjarazzjonijiet skorretti, nuqqasijiet ta' konformità, data insuffiċjenti jew żbalji fis-settijiet tad-data waqt il-verifika.

3.   Il-verifikatur għandu jniżżel il-ħin allokat fid-dokumentazzjoni interna tal-verifika.

Artikolu 10

Informazzjoni mingħand operatur jew mingħand operatur tal-inġenji tal-ajru

1.   Qabel l-analiżi strateġika u f'mumenti oħrajn waqt il-verifika, l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jagħti lill-verifikatur l-affarijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-permess għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-operatur meta l-verifika tkun qed issir b'rabta ma' rapport dwar l-emissjonijiet ta' operatur;

(b)

l-aħħar verżjoni tal-pjan ta' monitoraġġ tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru, kif ukoll kull verżjoni rilevanti oħra tal-pjan ta' monitoraġġ approvat mill-awtorità kompetenti, fosthom il-provi tal-approvazzjoni;

(c)

l-aħħar verżjoni tal-pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ tal-operatur, kif ukoll kull verżjoni rilevanti oħra tal-pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ, fosthom il-provi tal-approvazzjoni meta dan ikun applikabbli;

(d)

deskrizzjoni tal-attivitajiet tal-fluss tad-data tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru;

(e)

il-valutazzjoni tar-riskju tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 59(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 u fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament Delegat (UE) …/…, skont il-każ, u deskrizzjoni tas-sistema ġenerali ta' kontroll;

(f)

il-valutazzjoni ssimplifikata tal-inċertezza msemmija fl-Artikolu 7(2)(c) tar-Regolament Delegat (UE) …/…, meta dan ikun applikabbli;

(g)

il-proċeduri msemmijin fil-pjan ta' monitoraġġ kif approvat mill-awtorità kompetenti jew fil-pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ, fosthom il-proċeduri għall-attivitajiet tal-fluss tad-data u għall-attivitajiet ta' kontroll;

(h)

ir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet, ir-rapport dwar it-tunnellati kilometri, ir-rapport dwar id-data ta' referenza jew ir-rapport dwar id-data ta' min jidħol ġdid ta' operatur jew ta' operatur tal-inġenji tal-ajru, skont il-każ;

(i)

ir-rapporti dwar id-data ta' referenza tal-perjodi tal-allokazzjoni ta' qabel għall-fażijiet tal-allokazzjoni ta' qabel u r-rapporti annwali dwar il-livell tal-attività tas-snin ta' qabel li jkunu ntbagħtu lill-awtorità kompetenti għall-finijiet tal-Artikolu 10a(21) tad-Direttiva 2003/87/KE, jekk dan ikun applikabbli;

(j)

il-pjan ta' kampjunar tal-operatur imsemmi fl-Artikolu 33 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 kif approvat mill-awtorità kompetenti, meta dan ikun applikabbli;

(k)

jekk il-pjan ta' monitoraġġ ikun inbidel matul il-perjodu tar-rappurtar, reġistru ta' dak it-tibdil kollu skont l-Artikolu 16(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066;

(l)

ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 69(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, meta dan ikun applikabbli;

(m)

ir-rapport ta' verifika tas-sena ta' qabel jew tal-perjodu ta' referenza ta' qabel, skont il-każ, jekk il-verifikatur ma jkunx wettaq il-verifika ta' dak l-operatur partikulari jew ta' dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru partikulari fis-sena ta' qabel jew fil-perjodu ta' referenza ta' qabel, skont il-każ;

(n)

il-korrispondenza kollha rilevanti mal-awtorità kompetenti, b'mod partikulari l-informazzjoni marbuta man-notifika ta' tibdil fil-pjan ta' monitoraġġ jew fil-pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ, skont il-każ;

(o)

informazzjoni dwar il-bażijiet tad-data u s-sorsi tad-data użati għall-finijiet tal-monitoraġġ u tar-rappurtar, fosthom dawk tal-Eurocontrol jew ta' organizzazzjoni rilevanti oħra;

(p)

meta l-verifika tkun qed issir b'rabta ma' rapport dwar l-emissjonijiet ta' stallazzjoni li tkun qed twettaq il-ħżin ġeoloġiku tal-gassijiet serra f'sit tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE, il-pjan ta' monitoraġġ meħtieġ skont dik id-Direttiva u r-rapporti meħtieġa skont l-Artikolu 14 ta' dik id-Direttiva, li jkunu jkopru tal-inqas il-perjodu tar-rappurtar tar-rapport dwar l-emissjonijiet li jrid jiġi vverifikat;

(q)

l-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti sabiex ma jitwettqux iż-żjarat fuq il-post għall-istallazzjonijiet skont l-Artikolu 31(1), meta dan ikun applikabbli;

(r)

provi min-naħa tal-operatur li juru l-konformità mal-limiti tal-inċertezza għas-saffi stabbiliti fil-pjan ta' monitoraġġ;

(s)

kull informazzjoni rilevanti oħra meħtieġa għall-ippjanar tal-verifika u għat-twettiq tagħha.

2.   Qabel ma l-verifikatur joħroġ ir-rapport ta' verifika, l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jagħtih ir-rapport finali awtorizzat u vvalidat internament tiegħu.

Artikolu 11

Analiżi strateġika

1.   Fil-bidu tal-verifika l-verifikatur għandu jivvaluta n-natura, l-iskala u l-kumplessità li x'aktarx ikollhom il-kompiti tal-verifika billi jwettaq analiżi strateġika tal-attivitajiet kollha li jkunu rilevanti għall-istallazzjoni jew għall-operatur tal-inġenji tal-ajru.

2.   Sabiex jifhem l-attivitajiet li twettaq l-istallazzjoni jew li jwettaq l-operatur tal-inġenji tal-ajru, il-verifikatur għandu jiġbor u janalizza l-informazzjoni meħtieġa sabiex jivvaluta li t-tim tal-verifika huwa kompetenti biżżejjed biex iwettaq il-verifika, sabiex jistabbilixxi li l-allokazzjoni tal-ħin indikata fil-kuntratt ġiet stabbilita tajjeb u sabiex jiżgura li huwa għandu l-ħila jwettaq l-analiżi tar-riskji meħtieġa. L-informazzjoni għandha tinkludi tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:

(a)

l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(1);

(b)

il-livell meħtieġ ta' materjalità;

(c)

l-informazzjoni miksuba mill-verifika tas-snin ta' qabel, jekk il-verifikatur ikun qed iwettaq il-verifika għall-istess operatur jew għall-istess operatur tal-inġenji tal-ajru.

3.   Huwa u janalizza l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-verifikatur għandu jivvaluta tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:

(a)

għall-finijiet tal-verifika tar-rapport dwar l-emissjonijiet ta' operatur, il-kategorija tal-istallazzjoni msemmija fl-Artikolu 19 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 u l-attivitajiet li jitwettqu f'dik l-istallazzjoni;

(b)

għall-finijiet tal-verifika tar-rapport dwar l-emissjonijiet jew dwar it-tunnellati kilometri ta' operatur tal-inġenji tal-ajru, id-daqs tal-operatur tal-inġenji tal-ajru u n-natura tiegħu, it-tqassim tal-informazzjoni f'postijiet differenti, kif ukoll l-għadd ta' titjiriet u t-tip tagħhom;

(c)

il-pjan ta' monitoraġġ approvat mill-awtorità kompetenti jew il-pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ, skont il-każ, kif ukoll id-dettalji tal-metodoloġija tal-monitoraġġ stabbilita f'dak il-pjan ta' monitoraġġ jew f'dak il-pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ, skont il-każ;

(d)

in-natura, l-iskala u l-kumplessità tas-sorsi tal-emissjonijiet u tal-flussi mis-sorsi, kif ukoll it-tagħmir u l-proċessi li jkunu wasslu għad-data dwar l-emissjonijiet, għad-data dwar it-tunnellati kilometri u għad-data rilevanti għall-allokazzjoni bla ħlas, fosthom it-tagħmir tal-kejl deskritt fil-pjan ta' monitoraġġ jew fil-pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ, skont il-każ, l-oriġini u l-applikazzjoni tal-fatturi ta' kalkolu u sorsi primarji oħrajn tad-data;

(e)

l-attivitajiet tal-fluss tad-data, is-sistema ta' kontroll u l-ambjent ta' kontroll.

4.   Huwa u jwettaq l-analiżi strateġika, il-verifikatur għandu jiċċekkja l-affarijiet li ġejjin:

(a)

jekk il-verżjoni tal-pjan ta' monitoraġġ jew tal-pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ ippreżentata lilu, skont il-każ, hijiex l-iktar verżjoni riċenti jew le u ġietx approvata mill-awtorità kompetenti jew le meta tkun meħtieġa t-tali approvazzjoni;

(b)

jekk sarx tibdil fil-pjan ta' monitoraġġ matul il-perjodu tar-rappurtar jew jekk sarx tibdil fil-pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ matul il-perjodu ta' referenza, skont il-każ, jew le;

(c)

jekk l-awtorità kompetenti ġietx mgħarrfa bit-tibdil imsemmi fil-punt (b) skont l-Artikolu 15(1) jew l-Artikolu 23 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew jekk l-awtorità kompetenti approvatx dan it-tibdil skont l-Artikolu 15(2) ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni jew le, meta dan ikun applikabbli;

(d)

jekk l-awtorità kompetenti ġietx mgħarrfa bit-tibdil imsemmi fil-punt (b) skont l-Artikolu 9(3) tar-Regolament Delegat (UE) …/… jew jekk l-awtorità kompetenti approvatx dan it-tibdil skont l-Artikolu 9(4) ta' dak ir-Regolament jew le, meta dan ikun applikabbli.

Artikolu 12

Analiżi tar-riskji

1.   Il-verifikatur għandu jidentifika u janalizza l-elementi li ġejjin sabiex ifassal, jippjana u jimplimenta verifika effettiva:

(a)

ir-riskji inerenti;

(b)

l-attivitajiet ta' kontroll;

(c)

meta jkunu ġew implimentati l-attivitajiet ta' kontroll imsemmijin fil-punt (b), ir-riskji ta' kontroll marbutin mal-effettività ta' dawk l-attivitajiet ta' kontroll.

2.   Huwa u jidentifika u janalizza l-elementi msemmijin fil-paragrafu 1, il-verifikatur għandu jqis tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:

(a)

is-sejbiet tal-analiżi strateġika msemmija fl-Artikolu 11(1);

(b)

l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(1) u fl-Artikolu 11(2)(c);

(c)

il-livell ta' materjalità msemmi fl-Artikolu 11(2)(b).

3.   Jekk il-verifikatur jistabbilixxi li l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru ma jkunx irnexxielu jidentifika r-riskji inerenti u r-riskji ta' kontroll rilevanti fil-valutazzjoni tar-riskju tiegħu, għandu javża lill-operatur jew lill-operatur tal-inġenji tal-ajru b'dan.

4.   Meta dan ikun xieraq skont l-informazzjoni miksuba waqt il-verifika, il-verifikatur għandu jirrevedi l-analiżi tar-riskji u jibdel l-attivitajiet ta' verifika li jridu jitwettqu jew jirrepetihom.

Artikolu 13

Pjan ta' verifika

1.   Il-verifikatur għandu jabbozza pjan ta' verifika li jkun proporzjonat mal-informazzjoni miksuba u mar-riskji identifikati waqt l-analiżi strateġika u waqt l-analiżi tar-riskji, li jrid ikun fih tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:

(a)

programm ta' verifika li jiddeskrivi n-natura tal-attivitajiet ta' verifika u l-kamp ta' applikazzjoni tagħhom, kif ukoll il-ħin li fih iridu jitwettqu dawn l-attivitajiet u l-mod kif għandhom jitwettqu;

(b)

pjan magħmul bħala test li jistabbilixxi l-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet ta' kontroll u l-metodi tal-ittestjar tagħhom, kif ukoll il-proċeduri għall-attivitajiet ta' kontroll;

(c)

pjan ta' kampjunar tad-data li jistabbilixxi l-kamp ta' applikazzjoni u l-metodi tal-kampjunar tad-data b'rabta mal-punti tad-data li fuqhom jissejsu l-emissjonijiet aggregati mogħtija fir-rapport dwar l-emissjonijiet tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru, id-data aggregata dwar it-tunnellati kilometri mogħtija fir-rapport dwar it-tunnellati kilometri tal-operatur tal-inġenji tal-ajru u d-data aggregata rilevanti għall-allokazzjoni bla ħlas mogħtija fir-rapport dwar id-data ta' referenza jew fir-rapport dwar id-data ta' min jidħol ġdid tal-operatur.

2.   Il-verifikatur għandu jistabbilixxi l-pjan magħmul bħala test imsemmi fil-paragrafu 1(b) b'mod li jippermettilu jistabbilixxi kemm jista' joqgħod fuq l-attivitajiet ta' kontroll rilevanti biex jivvaluta l-konformità mar-rekwiżiti msemmijin fl-Artikolu 7(4)(b), (c) jew (d) jew fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(4).

Huwa u jistabbilixxi d-daqs tal-kampjunar u l-attivitajiet tal-kampjunar għall-ittestjar tal-attivitajiet ta' kontroll, il-verifikatur għandu jqis l-elementi li ġejjin:

(a)

ir-riskji inerenti;

(b)

l-ambjent ta' kontroll;

(c)

l-attivitajiet ta' kontroll rilevanti;

(d)

ir-rekwiżit li jagħti opinjoni ta' verifika b'garanzija raġonevoli.

3.   Huwa u jistabbilixxi d-daqs tal-kampjunar u l-attivitajiet tal-kampjunar għall-kampjunar tad-data msemmija fil-paragrafu 1(c), il-verifikatur għandu jqis l-elementi li ġejjin:

(a)

ir-riskji inerenti u r-riskji ta' kontroll;

(b)

ir-riżultati tal-proċeduri analitiċi;

(c)

ir-rekwiżit li jagħti opinjoni ta' verifika b'garanzija raġonevoli;

(d)

il-livell ta' materjalità;

(e)

il-materjalità tal-kontribut ta' element individwali tad-data għas-sett tad-data ġenerali.

4.   Il-verifikatur għandu jistabbilixxi u jimplimenta l-pjan ta' verifika b'tali mod li r-riskju ta' verifika jitnaqqas għal livell aċċettabbli biex tinkiseb garanzija raġonevoli li r-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru ma fihx dikjarazzjonijiet skorretti materjali.

5.   Il-verifikatur għandu jaġġorna l-analiżi tar-riskji u l-pjan ta' verifika u jadatta l-attivitajiet ta' verifika waqt il-verifika meta huwa jsib riskji addizzjonali li jridu jitnaqqsu jew meta huwa jsib li r-riskju reali huwa inqas minn dak li kien mistenni fil-bidu.

Artikolu 14

Attivitajiet ta' verifika

Il-verifikatur għandu jimplimenta l-pjan ta' verifika u jiċċekkja l-implimentazzjoni tal-pjan ta' monitoraġġ kif approvat mill-awtorità kompetenti jew tal-pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ, skont il-każ, abbażi tal-analiżi tar-riskji.

Għal dak il-għan, il-verifikatur għandu jwettaq tal-inqas ittestjar sostantiv li jkun jikkonsisti fi proċeduri analitiċi, verifika tad-data u ċċekkjar tal-metodoloġija tal-monitoraġġ u għandu jiċċekkja l-affarijiet li ġejjin:

(a)

l-attivitajiet tal-fluss tad-data u s-sistemi użati fil-fluss tad-data, fosthom is-sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni;

(b)

jekk l-attivitajiet ta' kontroll tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru humiex iddokumentati, implimentati u miżmuma kif xieraq u humiex effettivi biex jitnaqqsu kemm jista' jkun ir-riskji inerenti jew le;

(c)

jekk il-proċeduri mniżżlin fil-pjan ta' monitoraġġ jew fil-pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ, skont il-każ, humiex effettivi biex jitnaqqsu kemm jista' jkun ir-riskji inerenti u r-riskji ta' kontroll jew le u jekk il-proċeduri humiex implimentati, iddokumentati biżżejjed u miżmuma sewwa jew le.

Għall-finijiet tal-punt (a) tat-tieni paragrafu, il-verifikatur għandu jsegwi l-fluss tad-data billi jsegwi s-sekwenza u l-interazzjoni tal-attivitajiet tal-fluss tad-data mid-data mis-sorsi primarji sal-kumpilazzjoni tar-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru.

Artikolu 15

Proċeduri analitiċi

1.   Il-verifikatur għandu juża proċeduri analitiċi biex jivvaluta kemm hi plawżibbli u kompluta d-data f'każijiet fejn ir-riskju inerenti, ir-riskju ta' kontroll u l-livell ta' adattament tal-attivitajiet ta' kontroll tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru juru li hemm bżonn isiru t-tali proċeduri analitiċi.

2.   Meta jkun qed iwettaq il-proċeduri analitiċi msemmijin fil-paragrafu 1, il-verifikatur għandu jivvaluta d-data rrappurtata sabiex jidentifika l-oqsma potenzjali ta' riskju u wara jivvalida l-attivitajiet ta' verifika ppjanati u jadattahom għalihom. Il-verifikatur għandu jagħmel tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:

(a)

jivvaluta kemm huma plawżibbli l-varjazzjonijiet u x-xejriet tul iż-żmien jew fost l-oġġetti li jistgħu jitqabblu ma' xulxin;

(b)

jidentifika l-anomaliji immedjati, id-data mhix mistennija u n-nuqqasijiet fid-data.

3.   Meta jkun qed japplika l-proċeduri analitiċi msemmijin fil-paragrafu 1, il-verifikatur għandu jwettaq il-proċeduri li ġejjin:

(a)

proċeduri analitiċi preliminari b'rabta mad-data aggregata qabel ma jwettaq l-attivitajiet imsemmijin fl-Artikolu 14 sabiex jifhem in-natura, l-kumplessità u r-rilevanza tad-data rrappurtata;

(b)

proċeduri analitiċi sostantivi b'rabta mad-data aggregata u mal-punti tad-data li fuqhom tissejjes din id-data sabiex jidentifika l-iżbalji strutturali potenzjali u l-anomaliji immedjati li jista' jkun hemm;

(c)

proċeduri analitiċi finali b'rabta mad-data aggregata sabiex jiżgura li l-iżbalji kollha li jkunu ġew identifikati waqt il-proċess ta' verifika jkunu ssolvew kif suppost.

4.   Meta l-verifikatur jidentifika anomaliji, varjazzjonijiet, xejriet, nuqqasijiet fid-data jew data li ma tkunx konsistenti ma' informazzjoni rilevanti oħra jew li tkun tvarja ħafna mill-ammonti jew mil-proporzjonijiet mistennija, huwa għandu jikseb spjegazzjonijiet dwar dan mingħand l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru, appoġġati minn provi rilevanti addizzjonali.

Abbażi tal-ispjegazzjonijiet u tal-provi addizzjonali pprovduti, il-verifikatur għandu jivvaluta l-impatt tagħhom fuq il-pjan ta' verifika u fuq l-attivitajiet ta' verifika li jridu jitwettqu.

Artikolu 16

Verifika tad-data

1.   Il-verifikatur għandu jivverifika d-data mogħtija fir-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru billi jittestja d-data b'mod iddettaljat, fosthom billi jittraċċa d-data lura lejn is-sors primarju tad-data, billi jivverifika d-data ma' sorsi esterni tad-data, billi jwettaq rikonċiljazzjonijiet, billi jiċċekkja l-limiti marbutin mad-data x-xierqa u billi jagħmel il-kalkoli mill-ġdid.

2.   Bħala parti mill-verifika tad-data msemmija fil-paragrafu 1 u filwaqt li jqis il-pjan ta' monitoraġġ jew il-pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ approvat, skont il-każ, fosthom il-proċeduri deskritti f'dak il-pjan, il-verifikatur għandu jiċċekkja l-affarijiet li ġejjin:

(a)

għall-finijiet tal-verifika ta' rapport dwar l-emissjonijiet ta' operatur, il-limiti ta' stallazzjoni;

(b)

għall-finijiet tal-verifika ta' rapport dwar id-data ta' referenza ta' operatur jew ta' rapport dwar id-data ta' min jidħol ġdid tiegħu, il-limiti ta' stallazzjoni u tas-subinstallazzjonijiet tagħha;

(c)

għall-finijiet tal-verifika ta' rapport dwar l-emissjonijiet ta' operatur, ta' rapport dwar id-data ta' referenza tiegħu jew ta' rapport dwar id-data ta' min jidħol ġdid tiegħu, il-kompletezza tal-flussi mis-sorsi u tas-sorsi tal-emissjonijiet kif deskritt fil-pjan ta' monitoraġġ approvat mill-awtorità kompetenti jew fil-pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ, skont il-każ;

(d)

għall-finijiet tal-verifika ta' rapport dwar l-emissjonijiet u ta' rapport dwar it-tunnellati kilometri ta' operatur tal-inġenji tal-ajru, il-kompletezza tat-titjiriet koperti minn attività tal-avjazzjoni mniżżla fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE li għaliha l-operatur tal-inġenji tal-ajru jkun responsabbli, kif ukoll il-kompletezza tad-data dwar l-emissjonijiet u tad-data dwar it-tunnellati kilometri rispettivament;

(e)

għall-finijiet tal-verifika ta' rapport dwar l-emissjonijiet u ta' rapport dwar it-tunnellati kilometri ta' operatur tal-inġenji tal-ajru, il-konsistenza bejn id-data rrappurtata u d-dokumentazzjoni dwar il-massa u l-bilanċ;

(f)

għall-finijiet tal-verifika ta' rapport dwar l-emissjonijiet ta' operatur tal-inġenji tal-ajru, il-konsistenza bejn il-konsum aggregat tal-fjuwil u d-data dwar il-fjuwil mixtri jew ipprovdut mod ieħor lill-inġenju tal-ajru li jkun qed iwettaq l-attività tal-avjazzjoni;

(g)

il-konsistenza tad-data aggregata rrappurtata f'rapport ta' operatur jew ta' operatur tal-inġenji tal-ajru mad-data mis-sorsi primarji;

(h)

meta operatur japplika metodoloġija bbażata fuq il-kejl imsemmija fl-Artikolu 21(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, il-valuri mkejla bl-użu tar-riżultati tal-kalkoli li l-operatur ikun għamel skont l-Artikolu 46 ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni;

(i)

l-affidabbiltà u l-preċiżjoni tad-data.

3.   Għall-finijiet tal-iċċekkjar tal-kompletezza tat-titjiriet imsemmija fil-paragrafu 2(d), il-verifikatur għandu juża d-data dwar it-traffiku tal-ajru tal-operatur tal-inġenji tal-ajru, fosthom id-data miġbura mill-Eurocontrol jew minn organizzazzjonijiet rilevanti oħrajn li jistgħu jipproċessaw l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-ajru bħal dik disponibbli għall-Eurocontrol.

Artikolu 17

Verifika tal-applikazzjoni korretta tal-metodoloġija tal-monitoraġġ

1.   Il-verifikatur għandu jiċċekkja l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni korretti tal-metodoloġija tal-monitoraġġ kif approvata mill-awtorità kompetenti fil-pjan ta' monitoraġġ, fosthom id-dettalji speċifiċi ta' dik il-metodoloġija tal-monitoraġġ.

2.   Għall-finijiet tal-verifika tar-rapport dwar l-emissjonijiet ta' operatur, il-verifikatur għandu jiċċekkja l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni korretti tal-pjan ta' kampjunar imsemmi fl-Artikolu 33 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 kif approvat mill-awtorità kompetenti.

3.   Għall-finijiet tal-verifika tar-rapport dwar id-data ta' referenza ta' operatur jew tar-rapport dwar id-data ta' min jidħol ġdid tiegħu, il-verifikatur għandu jiċċekkja jekk il-metodoloġija għall-ġbir u għall-monitoraġġ tad-data ddefinita fil-pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ hijiex applikata kif suppost jew le, fosthom l-affarijiet li ġejjin:

(a)

jekk id-data kollha marbuta mal-emissjonijiet, mad-dħul, mal-prodotti u mal-flussi tal-enerġija ġietx attribwita sewwa għas-subinstallazzjonijiet skont il-limiti tas-sistema kif imsemmi fl-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) …/… jew le;

(b)

jekk id-data hijiex kompluta u jekk kienx hemm nuqqasijiet fid-data jew għadd doppju jew le;

(c)

jekk il-livelli tal-attività għall-valuri ta' referenza tal-prodotti humiex ibbażati fuq applikazzjoni korretta tad-definizzjonijiet tal-prodotti mniżżlin fl-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) …/… jew le;

(d)

jekk il-livelli tal-attività għas-subinstallazzjonijiet ta' referenza għas-sħana, għas-subinstallazzjoni tat-tisħin distrettwali, għas-subinstallazzjonijiet ta' referenza għall-fjuwil u għas-subinstallazzjonijiet tal-emissjonijiet mill-proċessi ġewx attribwiti sewwa skont il-prodotti li ġew prodotti u skont l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 10b(5) tad-Direttiva 2003/87/KE jew le.

4.   Meta s-CO2 ittrasferit jitnaqqas skont l-Artikolu 49 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew in-N2O ittrasferit ma jingħaddx skont l-Artikolu 50 ta' dak ir-Regolament u s-CO2 jew in-N2O ittrasferit jitkejjel kemm mill-istallazzjoni li tkun qed tittrasferih u kemm mill-istallazzjoni li tkun qed tirċevih, il-verifikatur għandu jiċċekkja jekk l-inċertezza tas-sistemi tal-kejl tistax tispjega d-differenzi bejn il-valuri mkejla fiż-żewġ stallazzjonijiet jew le u jekk tkunx intużat il-medja aritmetika korretta tal-valuri mkejla fir-rapporti dwar l-emissjonijiet taż-żewġ stallazzjonijiet jew le.

Meta l-inċertezza tas-sistemi tal-kejl ma tkunx tista' tispjega d-differenzi bejn il-valuri mkejla fiż-żewġ stallazzjonijiet, il-verifikatur għandu jiċċekkja jekk sarux xi aġġustamenti sabiex jiġu allinjati d-differenzi bejn il-valuri mkejla jew le, jekk dawk l-aġġustamenti kinux konservattivi jew le u jekk l-awtorità kompetenti approvatx dawk l-aġġustamenti jew le.

5.   Meta, skont l-Artikolu 12(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012, l-operaturi jkollhom idaħħlu iktar elementi fil-pjan ta' monitoraġġ li jkunu rilevanti għall-ilħiq tar-rekwiżiti tal-Artikolu 24(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE (12), il-verifikatur għandu jiċċekkja l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni korretti tal-proċeduri msemmijin fl-Artikolu 12(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012. Meta jagħmel dan, il-verifikatur għandu jiċċekkja wkoll jekk l-operatur ikunx bagħat l-informazzjoni dwar it-tibdil ippjanat jew it-tibdil effettiv fil-kapaċità, fil-livell tal-attività u fl-operat ta' stallazzjoni lill-awtorità kompetenti sal-31 ta' Diċembru tal-perjodu tar-rappurtar jew le.

Artikolu 18

Verifika tal-metodi applikati għad-data nieqsa

1.   Meta jkunu ntużaw il-metodi stabbiliti fil-pjan ta' monitoraġġ kif approvat mill-awtorità kompetenti biex tiġi kompluta d-data nieqsa skont l-Artikolu 66 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, il-verifikatur għandu jiċċekkja jekk il-metodi użati kinux xierqa għas-sitwazzjoni speċifika jew le u jekk dawn ġewx applikati tajjeb jew le.

Jekk l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru jkun kiseb approvazzjoni mingħand l-awtorità kompetenti biex juża metodi oħrajn minbarra dawk imsemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 66 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, il-verifikatur għandu jiċċekkja jekk l-approċċ approvat ġiex applikat tajjeb u ddokumentat kif xieraq jew le.

Meta operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru ma jkunx kapaċi jikseb it-tali approvazzjoni fil-ħin, il-verifikatur għandu jiċċekkja jekk l-approċċ li l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru jkun uża biex iżid id-data nieqsa jiżgurax li l-emissjonijiet ma jiġux issottovalutati jew le u li dan l-approċċ ma jwassalx għal dikjarazzjonijiet skorretti materjali.

2.   Il-verifikatur għandu jiċċekkja l-effettività tal-attivitajiet ta' kontroll li l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru jkun implimenta biex jevita li jkun hemm id-data nieqsa msemmija fl-Artikolu 66 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066.

3.   Meta jkun hemm nuqqasijiet fid-data fir-rapporti dwar id-data ta' referenza jew fir-rapporti dwar id-data ta' min jidħol ġdid, il-verifikatur għandu jiċċekkja jekk fil-pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ hemmx metodi stabbiliti biex jiġu ttrattati n-nuqqasijiet fid-data skont l-Artikolu 12 tar-Regolament Delegat (UE) …/… jew le, jekk dawn il-metodi kinux xierqa għas-sitwazzjoni speċifika jew le u jekk dawn ġewx applikati tajjeb jew le.

Meta fil-pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ ma jkun hemm l-ebda metodu applikabbli stabbilit b'rabta man-nuqqasijiet fid-data, il-verifikatur għandu jiċċekkja jekk l-approċċ li l-operatur ikun uża biex jikkumpensa għad-data nieqsa kienx ibbażat fuq provi raġonevoli u kienx jiżgura li d-data meħtieġa skont ir-Regolament Delegat (UE) …/… ma tiġix issottovalutata jew issopravalutata jew le.

Artikolu 19

Valutazzjoni tal-inċertezza

1.   Meta, skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, l-operatur ikollu juri l-konformità tiegħu mal-limiti tal-inċertezza għad-data dwar l-attività u għall-fatturi ta' kalkolu, il-verifikatur għandu jikkonferma l-validità tal-informazzjoni li tkun intużat biex jiġu kkalkulati l-livelli tal-inċertezza kif stabbilit fil-pjan ta' monitoraġġ approvat.

2.   Meta operatur juża metodoloġija tal-monitoraġġ li ma tkunx ibbażata fuq is-saffi, kif imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, il-verifikatur għandu jiċċekkja l-affarijiet li ġejjin:

(a)

jekk l-operatur ikunx ivvaluta u kkwantifika l-inċertezza b'mod li juri li ntlaħaq il-limitu ġenerali tal-inċertezza meħtieġ għal-livell annwali tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra skont l-Artikolu 22(c) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew le;

(b)

il-validità tal-informazzjoni li tkun intużat għall-valutazzjoni u għall-kwantifikazzjoni tal-inċertezza;

(c)

jekk l-approċċ ġenerali li jkun intuża għall-valutazzjoni u għall-kwantifikazzjoni tal-inċertezza jkunx konformi mal-Artikolu 22(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew le;

(d)

jekk ikunux ingħataw provi li jkunu ntlaħqu l-kundizzjonijiet għall-metodoloġija tal-monitoraġġ imsemmija fl-Artikolu 22(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew le.

3.   Meta, skont ir-Regolament Delegat (UE) …/…, l-operatur ikollu jagħmel valutazzjoni ssimplifikata tal-inċertezza, il-verifikatur għandu jikkonferma l-validità tal-informazzjoni li tkun intużat għl dik il-valutazzjoni.

Artikolu 20

Kampjunar

1.   Huwa u jivverifika l-konformità tal-attivitajiet ta' kontroll u tal-proċeduri msemmijin fl-Artikolu 14(b) u (c) jew huwa u jwettaq il-verifiki msemmijin fl-Artikoli 15 u 16, il-verifikatur jista' juża metodi tal-kampjunar speċifiċi għal stallazzjoni jew għal operatur tal-inġenji tal-ajru, dejjem jekk il-kampjunar ikun iġġustifikat abbażi tal-analiżi tar-riskji.

2.   Meta l-verifikatur jidentifika nuqqas ta' konformità jew dikjarazzjoni skorretta waqt il-kampjunar, għandu jitlob lill-operatur jew lill-operatur tal-inġenji tal-ajru jispjega l-kawżi ewlenin tan-nuqqas ta' konformità jew tad-dikjarazzjoni skorretta sabiex jivvaluta l-impatt tan-nuqqas ta' konformità jew tad-dikjarazzjoni skorretta fuq id-data rrappurtata. Abbażi tar-riżultat ta' dik il-valutazzjoni, il-verifikatur għandu jistabbilixxi jekk ikunx hemm bżonn ta' attivitajiet addizzjonali ta' verifika u jekk ikunx hemm bżonn li jitkabbar id-daqs tal-kampjunar jew le, u liema parti mill-popolazzjoni tad-data jrid jikkoreġi l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru.

3.   Il-verifikatur għandu jiddokumenta r-riżultat tal-verifiki msemmijin fl-Artikoli 14 sa 17, inklużi d-dettalji tal-kampjuni addizzjonali, fid-dokumentazzjoni interna tal-verifika.

Artikolu 21

Żjarat fuq il-post

1.   F'ħin opportun jew f'diversi ħinijiet opportuni waqt il-proċess ta' verifika, il-verifikatur għandu jwettaq żjara fuq il-post sabiex jivvaluta l-operat tal-istrumenti tal-kejl u tas-sistemi ta' monitoraġġ, sabiex iwettaq intervisti u sabiex iwettaq l-attivitajiet meħtieġa skont dan il-Kapitolu, kif ukoll sabiex jiġbor biżżejjed informazzjoni u provi biex ikun jista' jikkonkludi jekk ir-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru huwiex ħieles minn dikjarazzjonijiet skorretti materjali jew le.

2.   Lill-verifikatur, l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jagħtih aċċess għas-siti tiegħu.

3.   Għall-finijiet tal-verifika tar-rapport dwar l-emissjonijiet ta' operatur, il-verifikatur għandu juża wkoll żjara fuq il-post biex jivvaluta l-limiti tal-istallazzjoni kif ukoll il-kompletezza tal-flussi mis-sorsi u tas-sorsi tal-emissjonijiet.

4.   Għall-finijiet tal-verifika tar-rapport dwar id-data ta' referenza ta' operatur jew tar-rapport dwar id-data ta' min jidħol ġdid tiegħu, il-verifikatur għandu juża wkoll żjara fuq il-post biex jivvaluta l-limiti tal-istallazzjoni u tas-subinstallazzjonijiet tagħha, kif ukoll il-kompletezza tal-flussi mis-sorsi, tas-sorsi tal-emissjonijiet u tal-konnessjonijiet tekniċi.

5.   Għall-finijiet tal-verifika tar-rapport dwar l-emissjonijiet ta' operatur, tar-rapport dwar id-data ta' referenza tiegħu jew tar-rapport dwar id-data ta' min jidħol ġdid tiegħu, il-verifikatur għandu jiddeċiedi, abbażi tal-analiżi tar-riskji, jekk hemmx bżonn isiru żjarat f'postijiet addizzjonali jew le, fosthom meta partijiet rilevanti mill-attivitajiet tal-fluss tad-data u mill-attivitajiet ta' kontroll jitwettqu f'postijiet oħrajn bħal fil-kwartieri ġenerali tal-kumpanija u f'uffiċċji oħrajn barra mill-post.

Artikolu 22

Trattament tad-dikjarazzjonijiet skorretti u tan-nuqqasijiet ta' konformità

1.   Jekk, waqt il-verifika, il-verifikatur jidentifika dikjarazzjonijiet skorretti, nuqqasijiet ta' konformità jew nuqqas ta' konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew mar-Regolament Delegat (UE) …/…, skont il-każ, huwa għandu javża lill-operatur jew lill-operatur tal-inġenji tal-ajru fil-waqt b'dan u jitolbu jagħmel il-korrezzjonijiet rilevanti.

L-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jikkoreġi d-dikjarazzjonijiet skorretti jew in-nuqqasijiet ta' konformità li jkun ġie mgħarraf bihom.

Meta jkun ġie identifikat nuqqas ta' konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew mar-Regolament Delegat (UE) …/…, l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jgħarraf lill-awtorità kompetenti b'dan u jikkoreġi n-nuqqas ta' konformità kif xieraq mingħajr dewmien żejjed.

2.   Fid-dokumentazzjoni interna tal-verifika, il-verifikatur għandu jiddokumenta u jimmarka bħala solvuti d-dikjarazzjonijiet skorretti kollha, in-nuqqasijiet kollha ta' konformità jew in-nuqqasijiet kollha ta' konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew mar-Regolament Delegat (UE) …/… li l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru jkun ikkoreġa waqt il-verifika.

3.   Jekk l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru ma jikkoreġix id-dikjarazzjonijiet skorretti jew in-nuqqasijiet ta' konformità li l-verifikatur ikun għarrfu bihom skont il-paragrafu 1 qabel ma l-verifikatur joħroġ ir-rapport ta' verifika, il-verifikatur għandu jitlob lill-operatur jew lill-operatur tal-inġenji tal-ajru jispjega l-kawżi ewlenin tan-nuqqas ta' konformità jew tad-dikjarazzjoni skorretta sabiex jivvaluta l-impatt tan-nuqqasijiet ta' konformità jew tad-dikjarazzjonijiet skorretti fuq id-data rrappurtata.

Il-verifikatur għandu jistabbilixxi jekk id-dikjarazzjonijiet skorretti mhux ikkoreġuti, meta jittieħdu waħedhom jew flimkien ma' dikjarazzjonijiet skorretti oħrajn, ikollhomx effett materjali fuq l-emissjonijiet totali rrappurtati, fuq id-data totali rrappurtata dwar it-tunnellati kilometri jew fuq id-data totali rrappurtata rilevanti għall-allokazzjoni bla ħlas. Meta jkun qed jivvaluta l-materjalità tad-dikjarazzjonijiet skorretti, il-verifikatur għandu jqis id-daqs u n-natura tad-dikjarazzjonijiet skorretti, kif ukoll iċ-ċirkustanzi partikulari li fihom ikunu seħħew.

Il-verifikatur għandu jivvaluta jekk in-nuqqas ta' konformità mhux ikkoreġut, meta jittieħed waħdu jew flimkien ma' nuqqasijiet ta' konformità oħrajn, ikollux impatt fuq id-data rrappurtata jew le u jekk dan iwassalx għal dikjarazzjoni skorretta materjali jew le.

Jekk l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru ma jikkoreġix in-nuqqas ta' konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew mar-Regolament Delegat (UE) …/… skont il-paragrafu 1 qabel ma l-verifikatur joħroġ ir-rapport ta' verifika, il-verifikatur għandu jivvaluta jekk in-nuqqas ta' konformità mhux ikkoreġut ikollux impatt fuq id-data rrappurtata jew le u jekk dan iwassalx għal dikjarazzjoni skorretta materjali jew le.

Il-verifikatur jista' jqis id-dikjarazzjonijiet skorretti bħala materjali anke jekk dawk id-dikjarazzjonijiet skorretti, meta jittieħdu waħedhom jew flimkien ma' dikjarazzjonijiet skorretti oħrajn, ma jkunux jaqbżu l-livell ta' materjalità stabbilit fl-Artikolu 23, meta d-daqs u n-natura tad-dikjarazzjonijiet skorretti u ċ-ċirkustanzi partikulari li fihom iseħħu jkunu jiġġustifikaw it-tali kunsiderazzjoni.

Artikolu 23

Livell ta' materjalità

1.   Għall-finijiet tal-verifika tar-rapporti dwar l-emissjonijiet, il-livell ta' materjalità għandu jkun ta' 5 % tal-emissjonijiet totali rrappurtati fil-perjodu tar-rappurtar li għalih tkun qed issir il-verifika, għal kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a)

l-istallazzjonijiet tal-kategorija A msemmijin fl-Artikolu 19(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 u l-istallazzjonijiet tal-kategorija B imsemmijin fl-Artikolu 19(2)(b) ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni;

(b)

l-operaturi tal-inġenji tal-ajru b'emissjonijiet annwali ta' 500 kilotunnellata ta' CO2 fossili jew inqas.

2.   Għall-finijiet tal-verifika tar-rapporti dwar l-emissjonijiet, il-livell ta' materjalità għandu jkun ta' 2 % tal-emissjonijiet totali rrappurtati fil-perjodu tar-rappurtar li għalih tkun qed issir il-verifika, għal kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a)

l-istallazzjonijiet tal-kategorija C imsemmijin fl-Artikolu 19(2)(c) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066;

(b)

l-operaturi tal-inġenji tal-ajru b'emissjonijiet annwali ta' iktar minn 500 kilotunnellata ta' CO2 fossili.

3.   Għall-finijiet tal-verifika tar-rapporti dwar it-tunnellati kilometri tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru, il-livell ta' materjalità għandu jkun ta' 5 % tad-data totali rrappurtata dwar it-tunnellati kilometri fil-perjodu tar-rappurtar li għalih tkun qed issir il-verifika.

4.   Għall-finijiet tal-verifika tar-rapporti dwar id-data ta' referenza jew tar-rapporti dwar id-data ta' min jidħol ġdid, il-livell ta' materjalità għandu jkun ta' 5 % tal-valur totali rrappurtat għall-affarijiet li ġejjin:

(a)

l-emissjonijiet totali tal-istallazzjoni, meta d-data tkun marbuta mal-emissjonijiet;

(b)

l-importazzjonijiet u l-produzzjoni tas-sħana netta li tista' titkejjel, magħdudin flimkien, jekk dan ikun rilevanti, meta d-data tkun marbuta mad-data dwar is-sħana li tista' titkejjel;

(c)

l-ammonti tal-gassijiet tal-iskart importati u prodotti fl-istallazzjoni, magħdudin flimkien, jekk dan ikun rilevanti;

(d)

il-livell tal-attività ta' kull subinstallazzjoni ta' referenza għall-prodotti rilevanti meħuda waħedha.

Artikolu 24

Konklużjonijiet dwar is-sejbiet tal-verifika

Huwa u jlesti l-verifika u huwa u jqis l-informazzjoni li tkun inkisbet waqt il-verifika, il-verifikatur għandu jagħmel l-affarijiet li ġejjin:

(a)

jiċċekkja d-data finali li l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru jkun ipprovda, fosthom id-data li tkun ġiet aġġustata abbażi tal-informazzjoni li tkun inkisbet waqt il-verifika;

(b)

janalizza r-raġunijiet tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru għal kull differenza bejn id-data finali pprovduta u d-data li kienet ingħatat qabel;

(c)

janalizza r-riżultat tal-valutazzjoni biex jistabbilixxi jekk il-pjan ta' monitoraġġ approvat mill-awtorità kompetenti jew il-pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ, skont il-każ, ikunx ġie implimentat sewwa jew le, inklużi l-proċeduri deskritti f'dak il-pjan;

(d)

jivvaluta jekk ir-riskju ta' verifika jkunx f'livell baxx aċċettabbli biex tinkiseb garanzija raġonevoli;

(e)

jiżgura li jkunu nġabru biżżejjed provi biex ikun jista' jagħti opinjoni ta' verifika b'garanzija raġonevoli li r-rapport ma fihx dikjarazzjonijiet skorretti materjali;

(f)

jiżgura li l-proċess ta' verifika jiġi ddokumentat bis-sħiħ fid-dokumentazzjoni interna tal-verifika u li jkun jista' jingħata ġudizzju finali fir-rapport ta' verifika.

Artikolu 25

Analiżi indipendenti

1.   Il-verifikatur għandu jibgħat id-dokumentazzjoni interna tal-verifika u r-rapport ta' verifika lil eżaminatur indipendenti qabel ma joħroġ ir-rapport ta' verifika.

2.   L-eżaminatur indipendenti ma għandu jkun wettaq l-ebda attività ta' verifika li jkun qed janalizza.

3.   Il-kamp ta' applikazzjoni tal-analiżi indipendenti għandu jinkludi l-proċess kollu ta' verifika deskritt f'dan il-Kapitolu u rreġistrat fid-dokumentazzjoni interna tal-verifika.

L-eżaminatur indipendenti għandu jwettaq l-analiżi b'mod li jiżgura li l-proċess ta' verifika jkun twettaq skont dan ir-Regolament, li l-proċeduri għall-attivitajiet ta' verifika msemmijin fl-Artikolu 41 ikunu twettqu tajjeb u li tkun ingħatat attenzjoni professjonali xierqa u jkun sar ġudizzju professjonali xieraq.

L-eżaminatur indipendenti għandu jivvaluta wkoll jekk il-provi li jkunu nġabru jkunux biżżejjed biex il-verifikatur ikun jista' joħroġ rapport ta' verifika b'garanzija raġonevoli jew le.

4.   Meta jinqalgħu ċirkustanzi li jistgħu jwasslu għal tibdil fir-rapport ta' verifika wara l-analiżi, l-eżaminatur indipendenti għandu janalizza wkoll dak it-tibdil u l-provi ta' dan.

5.   Il-verifikatur għandu jawtorizza kif xieraq lil persuna tawtentika r-rapport ta' verifika abbażi tal-konklużjonijiet tal-eżaminatur indipendenti u tal-provi mogħtija fid-dokumentazzjoni interna tal-verifika.

Artikolu 26

Id-dokumentazzjoni interna tal-verifika

1.   Il-verifikatur għandu jħejji u jikkumpila dokumentazzjoni interna tal-verifika li jkun fiha tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:

(a)

ir-riżultati tal-attivitajiet ta' verifika li jkunu twettqu;

(b)

l-analiżi strateġika, l-analiżi tar-riskji u l-pjan ta' verifika;

(c)

biżżejjed informazzjoni biex tappoġġa l-opinjoni ta' verifika, fosthom il-ġustifikazzjonijiet għall-ġudizzji li jkunu saru dwar jekk id-dikjarazzjonijiet skorretti identifikati għandhomx effett materjali fuq l-emissjonijiet irrappurtati, fuq id-data rrappurtata dwar it-tunnellati kilometri jew fuq id-data rrappurtata rilevanti għall-allokazzjoni bla ħlas.

2.   Id-dokumentazzjoni interna tal-verifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi abbozzata b'tali mod li l-eżaminatur indipendenti msemmi fl-Artikolu 25 u l-korp nazzjonali ta' akkreditament ikunu jistgħu jivvalutaw jekk il-verifika tkunx twettqet skont dan ir-Regolament jew le.

Wara li r-rapport ta' verifika jiġi awtentikat skont l-Artikolu 25(5), il-verifikatur għandu jinkludi r-riżultati tal-analiżi indipendenti fid-dokumentazzjoni interna tal-verifika.

3.   Fuq talba, il-verifikatur għandu jagħti aċċess lill-awtorità kompetenti għad-dokumentazzjoni interna tal-verifika sabiex jiffaċilita evalwazzjoni tal-verifika min-naħa tal-awtorità kompetenti.

Artikolu 27

Rapport ta' verifika

1.   Abbażi tal-informazzjoni miġbura waqt il-verifika, il-verifikatur għandu joħroġ rapport ta' verifika lill-operatur jew lill-operatur tal-inġenji tal-ajru għal kull rapport dwar l-emissjonijiet, rapport dwar it-tunnellati kilometri, rapport dwar id-data ta' referenza jew rapport dwar id-data ta' min jidħol ġdid li jkun ġie vverifikat. Ir-rapport ta' verifika għandu jinkludi tal-inqas waħda mis-sejbiet li ġejjin:

(a)

li r-rapport ġie vverifikat bħala sodisfaċenti;

(b)

li r-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru fih dikjarazzjonijiet skorretti materjali li ma ġewx ikkoreġuti qabel ma nħareġ ir-rapport ta' verifika;

(c)

li l-kamp ta' applikazzjoni tal-verifika huwa limitat wisq skont l-Artikolu 28 u l-verifikatur ma setax jikseb biżżejjed provi biex jagħti opinjoni ta' verifika b'garanzija raġonevoli li r-rapport ma fihx dikjarazzjonijiet skorretti materjali;

(d)

li n-nuqqasijiet ta' konformità, meħudin waħedhom jew flimkien ma' nuqqasijiet ta' konformità oħrajn, ma jipprovdux ċarezza biżżejjed u jipprevjenu lill-verifikatur milli jiddikjara b'garanzija raġonevoli li r-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru ma fihx dikjarazzjonijiet skorretti materjali;

(e)

meta l-pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ ma jkunx ġie approvat mill-awtorità kompetenti, li nuqqas ta' konformità mar-Regolament Delegat (UE) …/… ma jipprovdix ċarezza biżżejjed u jipprevjeni lill-verifikatur milli jiddikjara b'garanzija raġonevoli li r-rapport dwar id-data ta' referenza jew ir-rapport dwar id-data ta' min jidħol ġdid ma fihx dikjarazzjonijiet skorretti materjali.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, ir-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru jista' jiġi vverifikat bħala sodisfaċenti biss meta dan ma jkunx fih dikjarazzjonijiet skorretti materjali.

2.   L-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jibgħat ir-rapport ta' verifika lill-awtorità kompetenti flimkien mar-rapport ikkonċernat tiegħu.

3.   Ir-rapport ta' verifika għandu jkun fih tal-inqas l-elementi li ġejjin:

(a)

isem l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru li saritlu l-verifika;

(b)

l-għanijiet tal-verifika;

(c)

il-kamp ta' applikazzjoni tal-verifika;

(d)

referenza għar-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru li jkun ġie vverifikat;

(e)

il-kriterji li ntużaw għall-verifika tar-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru, inkluż il-permess, meta dan ikun applikabbli, u l-verżjonijiet tal-pjan ta' monitoraġġ approvat mill-awtorità kompetenti jew tal-pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ, skont il-każ, kif ukoll il-perjodu ta' validità ta' kull pjan;

(f)

fil-każ tal-verifika tar-rapport ta' referenza meħtieġ għall-allokazzjoni għall-perjodu mill-2021 sal-2025, u f'każ li l-awtorità kompetenti ma tkunx imponiet obbligu li l-pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ jiġi approvat, konferma li l-verifikatur iċċekkja l-pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ u li dan il-pjan huwa konformi mar-Regolament Delegat (UE) …/…;

(g)

meta dan ikollu x'jaqsam mal-verifika tar-rapport dwar l-emissjonijiet ta' operatur jew ta' operatur tal-inġenji tal-ajru, l-emissjonijiet aggregati jew it-tunnellati kilometri aggregati għal kull attività msemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE u għal kull stallazzjoni jew għal kull operatur tal-inġenji tal-ajru;

(h)

meta dan ikollu x'jaqsam mal-verifika tar-rapport dwar id-data ta' referenza jew tar-rapport dwar id-data ta' min jidħol ġdid, id-data annwali aggregata vverifikata għal kull sena tal-perjodu ta' referenza għal kull subinstallazzjoni għal-livell annwali tal-attività u l-emissjonijiet attribwiti lis-subinstallazzjoni;

(i)

il-perjodu tar-rappurtar jew il-perjodu ta' referenza li għalih tkun qed issir il-verifika;

(j)

ir-responsabbiltajiet tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru, tal-awtorità kompetenti u tal-verifikatur;

(k)

id-dikjarazzjoni tal-opinjoni ta' verifika;

(l)

deskrizzjoni ta' kull dikjarazzjoni skorretta u ta' kull nuqqas ta' konformità identifikati li ma jkunux ġew ikkoreġuti qabel ma nħareġ ir-rapport ta' verifika;

(m)

id-dati meta jkunu twettqu ż-żjarat fuq il-post u min ikun wettaqhom;

(n)

informazzjoni dwar jekk kienx hemm xi eżenzjoni għal xi żjara fuq il-post kif ukoll ir-raġunijiet għall-eżenzjoni ta' dawn iż-żjarat fuq il-post;

(o)

kull kwistjoni ta' nuqqas ta' konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew mar-Regolament Delegat (UE) …/… li tkun ħarġet fid-deher waqt il-verifika;

(p)

jekk l-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti għall-metodu użat biex jingħalaq in-nuqqas fid-data skont l-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 18(1) ma tkunx tista' tinkiseb fil-ħin, konferma dwar jekk il-metodu użat huwiex konservattiv jew le u dwar jekk dan iwassalx għal dikjarazzjonijiet skorretti materjali jew le;

(q)

dikjarazzjoni jekk il-metodu użat biex jingħalaq kull nuqqas fid-data skont l-Artikolu 12 tar-Regolament Delegat (UE) …/… iwassal għal dikjarazzjonijiet skorretti materjali;

(r)

meta l-verifikatur ikun innota tibdil fil-kapaċità, fil-livell tal-attività u fl-operat tal-istallazzjoni li jista' jkollu impatt fuq l-allokazzjoni tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-istallazzjoni u li ma jkunx ġie rrappurtat lill-awtorità kompetenti sal-31 ta' Diċembru tal-perjodu tar-rappurtar skont l-Artikolu 24(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, deskrizzjoni ta' dan it-tibdil u l-kummenti marbutin miegħu;

(s)

rakkomandazzjonijiet għal titjib, meta dan ikun applikabbli;

(t)

l-ismijiet tal-awditur ewlieni tal-EU ETS, tal-eżaminatur indipendenti u, meta dan ikun applikabbli, tal-awditur tal-EU ETS u tal-espert tekniku li kienu involuti fil-verifika tar-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru;

(u)

id-data u l-firma ta' persuna awtorizzata f'isem il-verifikatur, inkluż isimha.

4.   Fir-rapport ta' verifika, il-verifikatur għandu jiddeskrivi d-dikjarazzjonijiet skorretti, in-nuqqasijiet ta' konformità u n-nuqqas ta' konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew mar-Regolament Delegat (UE) …/… f'biżżejjed dettall biex l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru u l-awtorità kompetenti jkunu jistgħu jifhmu l-affarijiet li ġejjin:

(a)

id-daqs u n-natura tad-dikjarazzjoni skorretta, tan-nuqqas ta' konformità jew tan-nuqqas ta' konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew mar-Regolament Delegat (UE) …/…;

(b)

għaliex id-dikjarazzjoni skorretta għandha effett materjali jew le;

(c)

għal liema element tar-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru tirreferi d-dikjarazzjoni skorretta jew għal liema element tal-pjan ta' monitoraġġ jew tal-pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ jirreferi n-nuqqas ta' konformità;

(d)

ma' liema Artikolu tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew tar-Regolament Delegat (UE) …/… għandu x'jaqsam in-nuqqas ta' konformità.

5.   Għall-finijiet tal-verifika tar-rapporti dwar l-emissjonijiet jew tar-rapporti dwar it-tunnellati kilometri, jekk Stat Membru jkun jeżiġi li l-verifikatur jibgħat iktar informazzjoni dwar il-proċess ta' verifika minbarra l-elementi deskritti fil-paragrafu 3 u dik l-informazzjoni ma tkunx meħtieġa biex wieħed jifhem l-opinjoni ta' verifika, għal raġunijiet ta' effiċjenza, l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru jista' jibgħat dik l-informazzjoni addizzjonali lill-awtorità kompetenti b'mod separat mir-rapport ta' verifika f'data alternattiva, iżda mhux iktar tard mill-15 ta' Mejju tal-istess sena.

Artikolu 28

Limitazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni

Il-verifikatur jista' jikkonkludi li l-kamp ta' applikazzjoni tal-verifika msemmi fl-Artikolu 27(1)(c) huwa limitat wisq fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

meta jkun hemm data nieqsa li ma tħallihx jikseb il-provi meħtieġa biex inaqqas ir-riskju ta' verifika għal-livell li jkun meħtieġ biex jinkiseb livell raġonevoli ta' garanzija;

(b)

meta l-awtorità kompetenti ma tkunx approvat il-pjan ta' monitoraġġ;

(c)

meta l-pjan ta' monitoraġġ jew il-pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ, skont il-każ, ma jkunx jipprovdi biżżejjed ċarezza jew kamp ta' applikazzjoni wiesa' biżżejjed biex ikun jista' joħroġ b'konklużjonijiet dwar il-verifika;

(d)

meta l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru ma jkunx tah biżżejjed informazzjoni biex huwa jkun jista' jwettaq il-verifika;

(e)

meta l-awtorità kompetenti tkun trid tapprova l-pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ qabel ma jintbagħat ir-rapport dwar id-data ta' referenza skont ir-Regolament Delegat (UE) …/… jew skont ir-regoli tal-Istat Membru, u l-awtorità kompetenti ma tkunx approvat dak il-pjan qabel il-bidu tal-verifika.

Artikolu 29

Trattament tan-nuqqasijiet ta' konformità mhux materjali pendenti

1.   Il-verifikatur għandu jivvaluta jekk l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru jkunx ikkoreġa n-nuqqasijiet ta' konformità indikati fir-rapport ta' verifika marbut mal-perjodu ta' monitoraġġ ta' qabel skont ir-rekwiżiti li għandu l-operatur imsemmijin fl-Artikolu 69(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew le, meta dan ikun rilevanti.

Jekk l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru ma jkunx ikkoreġa dawk in-nuqqasijiet ta' konformità skont l-Artikolu 69(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, il-verifikatur għandu jqis jekk l-ommissjoni żżidx ir-riskju ta' dikjarazzjonijiet skorretti jew tistax tagħmel dan jew le.

Fir-rapport ta' verifika, il-verifikatur għandu jniżżel jekk l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru jkunx solva dawn in-nuqqasijiet ta' konformità jew le.

2.   Fid-dokumentazzjoni interna tal-verifika, il-verifikatur għandu jniżżel id-dettalji ta' meta u kif, waqt il-verifika, l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru solva n-nuqqasijiet ta' konformità identifikati.

Artikolu 30

Titjib fil-proċess ta' monitoraġġ u ta' rappurtar

1.   Meta l-verifikatur ikun identifika oqsma ta' titjib fil-prestazzjoni tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru marbutin mal-punti (a) sa (e) ta' dan il-paragrafu, fir-rapport ta' verifika huwa għandu jinkludi rakkomandazzjonijiet għal titjib marbut mal-prestazzjoni tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru f'dawk il-punti:

(a)

il-valutazzjoni tar-riskju tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru;

(b)

l-iżvilupp, id-dokumentazzjoni, l-implimentazzjoni u ż-żamma tal-attivitajiet tal-fluss tad-data u tal-attivitajiet ta' kontroll, kif ukoll l-evalwazzjoni tas-sistema ta' kontroll;

(c)

l-iżvilupp, id-dokumentazzjoni, l-implimentazzjoni u ż-żamma tal-proċeduri għall-attivitajiet tal-fluss tad-data u għall-attivitajiet ta' kontroll, kif ukoll ta' proċeduri oħrajn li operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru jrid jistabbilixxi skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament Delegat (UE) …/…;

(d)

il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet jew tat-tunnellati kilometri, fosthom b'rabta mal-ilħiq ta' saffi ogħla, mat-tnaqqis tar-riskji u mat-titjib fl-effiċjenza tal-monitoraġġ u tar-rappurtar;

(e)

il-monitoraġġ u r-rappurtar tad-data għar-rapporti dwar id-data ta' referenza u għar-rapporti dwar id-data ta' min jidħol ġdid.

2.   Waqt il-verifika wara sena li fiha jkunu saru rakkomandazzjonijiet għal titjib f'rapport ta' verifika, il-verifikatur għandu jiċċekkja jekk l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru jkunx implimenta dawk ir-rakkomandazzjonijiet għal titjib jew le u l-mod kif ikun għamel dan.

Meta l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru ma jkunx implimenta dawk ir-rakkomandazzjonijiet jew ma jkunx implimentahom sewwa, il-verifikatur għandu jivvaluta l-impatt li dan għandu fuq ir-riskju ta' dikjarazzjonijiet skorretti u ta' nuqqasijiet ta' konformità.

Artikolu 31

Verifika ssimplifikata fil-każ tal-istallazzjonijiet

1.   B'deroga mill-Artikolu 21(1), il-verifikatur jista' jiddeċiedi li ma jwettaqx żjarat fuq il-post fl-istallazzjonijiet, dejjem jekk awtorità kompetenti tapprova dan skont it-tieni subparagrafu ta' dan l-Artikolu. Din id-deċiżjoni għandha tissejjes fuq ir-riżultat tal-analiżi tar-riskji u għandha tittieħed wara li jiġi stabbilit li l-verifikatur jista' jkollu aċċess mill-bogħod għad-data rilevanti kollha u li jkunu ntlaħqu l-kundizzjonijiet biex ma jitwettqux iż-żjarat fuq il-post. Il-verifikatur għandu javża lill-operatur b'dan mingħajr dewmien żejjed.

L-operatur għandu jibgħat applikazzjoni lill-awtorità kompetenti li fiha jitlobha tapprova d-deċiżjoni tal-verifikatur li ma jwettaqx iż-żjara fuq il-post.

Meta tirċievi applikazzjoni mingħand l-operatur ikkonċernat, l-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi jekk tapprovax id-deċiżjoni tal-verifikatur li ma jwettaqx iż-żjara fuq il-post jew le billi tqis l-elementi kollha li ġejjin:

(a)

l-informazzjoni pprovduta mill-verifikatur dwar ir-riżultat tal-analiżi tar-riskji;

(b)

informazzjoni dwar il-fatt li jista' jkun hemm aċċess mill-bogħod għad-data rilevanti;

(c)

provi li r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 3 ma japplikawx għall-istallazzjoni;

(d)

provi li jkunu ntlaħqu l-kundizzjonijiet biex ma jitwettqux iż-żjarat fuq il-post.

2.   L-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu mhix meħtieġa biex ma jitwettqux żjarat fuq il-post fl-istallazzjonijiet b'livell baxx ta' emissjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 47(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066.

3.   Fis-sitwazzjonijiet li ġejjin, il-verifikatur dejjem għandu jwettaq żjarat fuq il-post:

(a)

meta huwa jkun qed jivverifika r-rapport dwar l-emissjonijiet ta' operatur għall-ewwel darba;

(b)

jekk huwa ma jkunx wettaq żjara fuq il-post fiż-żewġ perjodi tar-rappurtar ta' eżatt qabel il-perjodu attwali tar-rappurtar;

(c)

jekk ikun sar tibdil sinifikanti fil-pjan ta' monitoraġġ matul il-perjodu tar-rappurtar, fosthom dak imsemmi fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066;

(d)

jekk huwa jkun qed jivverifika rapport dwar id-data ta' referenza ta' operatur jew rapport dwar id-data ta' min jidħol ġdid tiegħu.

4.   Il-paragrafu 3(c) ma japplikax meta, matul il-perjodu tar-rappurtar, ikun sar biss tibdil fil-valur prestabbilit għal fattur ta' kalkolu kif imsemmi fl-Artikolu 15(3)(h) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066.

Artikolu 32

Kundizzjonijiet biex ma jitwettqux iż-żjarat fuq il-post

Il-kundizzjonijiet biex ma jitwettqux iż-żjarat fuq il-post imsemmijin fl-Artikolu 31(1) huma kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(1)

meta l-verifika jkollha x'taqsam ma' stallazzjoni tal-kategorija A msemmija fl-Artikolu 19(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew ma' stallazzjoni tal-kategorija B imsemmija fl-Artikolu 19(2)(b) ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni, li fiha:

(a)

ikun hemm biss fluss wieħed mis-sorsi kif imsemmi fl-Artikolu 19(3)(c) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, li jkun gass naturali, jew fluss wieħed jew iktar mis-sorsi de minimis li, meta jittieħdu flimkien, ma jkunux jaqbżu l-limitu għall-flussi mis-sorsi de minimis stabbilit fl-Artikolu 19 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066;

(b)

il-gass naturali jkun immonitorjat permezz tal-kejl fiskali b'miter li jkun jidħol fi skema legali xierqa għall-kontroll tal-miters għall-kejl fiskali u li jkun jilħaq il-livelli meħtieġa tal-inċertezza marbutin mas-saff applikabbli;

(c)

jiġu applikati biss il-valuri prestabbiliti għall-fatturi ta' kalkolu tal-gass naturali;

(2)

meta l-verifika jkollha x'taqsam ma' stallazzjoni tal-kategorija A msemmija fl-Artikolu 19(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew ma' stallazzjoni tal-kategorija B imsemmija fl-Artikolu 19(2)(b) ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni, li fiha:

(a)

ikun hemm biss fluss wieħed mis-sorsi li jkun fjuwil mingħajr emissjonijiet mill-proċessi, u dak il-fjuwil ikun jew fjuwil solidu li jinħaraq mill-ewwel fiha mingħajr ma jinħażen b'mod intermedju jew fjuwil gassuż jew likwidu li jista' jinħażen b'mod intermedju;

(b)

id-data dwar l-attività marbuta mal-fluss mis-sorsi tiġi mmonitorjata billi jintuża wieħed mill-metodi li ġejjin:

(i)

b'metodu tal-kejl fiskali b'miter li jkun jidħol fi skema legali xierqa għall-kontroll tal-miters għall-kejl fiskali u li jkun jilħaq il-livelli meħtieġa tal-inċertezza marbutin mas-saff applikabbli;

(ii)

b'metodu bbażat biss fuq id-data mill-fatturi li jkun iqis il-bidliet fl-istokk, jekk ikun hemm bżonn;

(c)

jiġu applikati biss il-valuri prestabbiliti għall-fatturi ta' kalkolu;

(d)

ikun jintuża pjan issimplifikat tal-monitoraġġ, bl-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti, skont l-Artikolu 13 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066;

(3)

meta l-verifika jkollha x'taqsam ma' stallazzjoni b'livell baxx ta' emissjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 47(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 u jkun japplika l-punt 2(a) sa (c);

(4)

meta l-verifika jkollha x'taqsam ma' stallazzjoni li tkun tinsab f'sit mingħajr persunal li fiha:

(a)

id-data mkejla mis-sit mingħajr persunal permezz tal-miters mill-bogħod tkun tintbagħat direttament lejn post ieħor fejn tiġi pproċessata, ġestita u maħżuna d-data kollha;

(b)

l-istess persuna tkun responsabbli għall-ġestjoni u għar-reġistrazzjoni tad-data kollha marbuta mas-sit;

(c)

l-operatur jew laboratorju jkunu diġà wettqu spezzjoni fuq il-post tal-miters skont l-Artikolu 60 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 u li għaliha l-operatur ikun ipprovda dokument iffirmat jew ritratti bid-data fuqhom li jservu ta' provi li juru li fiha ma sar l-ebda tibdil fil-kejl bil-miters jew tibdil operattiv minn mindu saret dik l-ispezzjoni;

(5)

meta l-verifika jkollha x'taqsam ma' stallazzjoni li tkun tinsab f'post imbiegħed jew li ma jkunx aċċessibbli, b'mod partikulari stallazzjoni lil hinn mill-kosta, li fiha:

(a)

ikun hemm livell għoli ta' ċentralizzazzjoni tad-data li tinġabar minn dak is-sit u li tintbagħat direttament lejn post ieħor fejn tiġi pproċessata, ġestita u maħżuna d-data kollha b'garanzija tajba tal-kwalità;

(b)

l-operatur jew laboratorju jkunu diġà wettqu spezzjoni fuq il-post tal-miters skont l-Artikolu 60 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 u li għaliha l-operatur ikun ipprovda dokument iffirmat jew ritratti bid-data fuqhom li jservu ta' provi li juru li fiha ma sar l-ebda tibdil fil-kejl bil-miters jew tibdil operattiv minn mindu saret dik l-ispezzjoni.

Il-punt (2) jista' jiġi applikat ukoll jekk, minbarra l-fluss mis-sorsi kif imsemmi fil-punt (a) ta' dak il-punt, l-istallazzjoni tkun tuża fluss wieħed jew iktar mis-sorsi de minimis li, meta jittieħdu flimkien, ma jkunux jaqbżu l-limitu għall-flussi mis-sorsi de minimis stabbilit fl-Artikolu 19 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066.

Artikolu 33

Verifika ssimplifikata fil-każ tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru

1.   B'deroga mill-Artikolu 21(1) ta' dan ir-Regolament, verifikatur jista' jiddeċiedi li ma jwettaqx żjara fuq il-post fil-każ ta' emittent żgħir imsemmi fl-Artikolu 55(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jekk huwa jkun ikkonkluda, abbażi tal-analiżi tar-riskji tiegħu, li jista' jkollu aċċess mill-bogħod għad-data rilevanti kollha.

2.   Meta operatur tal-inġenji tal-ajru juża l-għodod issimplifikati msemmijin fl-Artikolu 55(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 biex jistabbilixxi l-konsum tal-fjuwil u d-data rrappurtata tkun ġiet iġġenerata bl-użu ta' dawk l-għodod, b'mod indipendenti minn kull dħul nin-naħa tal-operatur tal-inġenji tal-ajru, il-verifikatur jista' jiddeċiedi, abbażi tal-analiżi tar-riskji tiegħu, li ma jwettaqx il-verifiki msemmijin fl-Artikoli 14 u 16, fl-Artikolu 17(1) u (2) u fl-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 34

Pjanijiet ta' verifika ssimplifikati

Meta verifikatur juża pjan ta' verifika ssimplifikat, għandu jżomm reġistru tal-ġustifikazzjonijiet għall-użu tat-tali pjanijiet fid-dokumentazzjoni interna tal-verifika, fosthom il-provi li ntlaħqu l-kundizzjonijiet għall-użu tal-pjanijiet ta' verifika ssimplifikati.

KAPITOLU III

REKWIŻITI GĦALL-VERIFIKATURI

Artikolu 35

Kampijiet ta' applikazzjoni settorjali tal-akkreditament

Il-verifikatur għandu joħroġ rapport ta' verifika lil operatur jew lil operatur tal-inġenji tal-ajru li jwettaq attività li tkun koperta mill-kamp ta' applikazzjoni tal-attività msemmi fl-Anness I li għalih huwa jkun ġie akkreditat skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 u ta' dan ir-Regolament biss.

Artikolu 36

Proċess kontinwu ta' kompetenza

1.   Il-verifikatur għandu jistabbilixxi, jiddokumenta, jimplimenta u jżomm proċess ta' kompetenza sabiex jiżgura li l-persunal kollu li jiġi fdat bl-attivitajiet ta' verifika jkun kompetenti biex iwettaq il-kompiti li jiġu allokati lilu.

2.   Bħala parti mill-proċess ta' kompetenza msemmi fil-paragrafu 1, il-verifikatur għandu jistabbilixxi, jiddokumenta, jimplimenta u jżomm tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:

(a)

kriterji ġenerali ta' kompetenza għall-persunal kollu li jkun qed iwettaq attivitajiet ta' verifika;

(b)

il-kriterji speċifiċi ta' kompetenza għal kull funzjoni tal-verifikatur li jkun qed iwettaq attivitajiet ta' verifika, b'mod partikulari għall-awditur tal-EU ETS, għall-awditur ewlieni tal-EU ETS, għall-eżaminatur indipendenti u għall-espert tekniku;

(c)

metodu biex jiġu żgurati l-kompetenza kontinwa u l-evalwazzjoni regolari tal-prestazzjoni tal-persunal kollu li jwettaq attivitajiet ta' verifika;

(d)

proċess biex jiġi żgurat taħriġ kontinwu tal-persunal li jkun qed iwettaq attivitajiet ta' verifika;

(e)

proċess biex jiġi vvalutat jekk l-impenn ta' verifika jidħolx fil-kamp ta' applikazzjoni tal-akkreditament tiegħu jew le, u jekk huwa għandux il-kompetenza, il-persunal u r-riżorsi meħtieġa biex jagħżel it-tim tal-verifika u jlesti b'suċċess l-attivitajiet ta' verifika fil-perjodu taż-żmien meħtieġ jew le.

Il-kriterji ta' kompetenza msemmijin fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandhom ikunu speċifiċi għal kull kamp ta' applikazzjoni tal-akkreditament li fih dawn il-persuni jkunu qed iwettqu l-attivitajiet ta' verifika.

Meta jkun qed jevalwa l-kompetenza tal-persunal skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, il-verifikatur għandu jivvaluta dik il-kompetenza billi jqabbilha mal-kriterji ta' kompetenza msemmijin fil-punti (a) u (b).

Il-proċess imsemmi fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu għandu jinkludi wkoll proċess biex jiġi vvalutat jekk it-tim tal-verifika jkollux il-kompetenzi u l-persuni kollha meħtieġa biex iwettaq l-attivitajiet ta' verifika għal operatur jew għal operatur tal-inġenji tal-ajru speċifiku jew le.

Il-verifikatur għandu jiżviluppa kriterji ġenerali u speċifiċi ta' kompetenza li jkunu konformi mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 37(4) u fl-Artikoli 38, 39 u 40.

3.   Il-verifikatur għandu jimmonitorja l-prestazzjoni tal-persunal kollu li jwettaq l-attivitajiet ta' verifika b'mod regolari sabiex jikkonferma l-kompetenza kontinwa ta' dak il-persunal.

4.   Il-verifikatur għandu janalizza l-proċess ta' kompetenza msemmi fil-paragrafu 1 b'mod regolari sabiex jiżgura l-affarijiet li ġejjin:

(a)

li l-kriterji ta' kompetenza msemmijin fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 jiġu żviluppati skont ir-rekwiżiti ta' kompetenza previsti f'dan ir-Regolament;

(b)

li jiġu ttrattati l-kwistjonijiet kollha li jistgħu jiġu identifikati b'rabta mal-istabbiliment tal-kriterji ġenerali u speċifiċi ta' kompetenza skont il-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2;

(c)

li r-rekwiżiti kollha fil-proċess ta' kompetenza jiġu aġġornati u jinżammu kif xieraq.

5.   Il-verifikatur għandu jkollu sistema biex jirreġistra r-riżultati tal-attivitajiet li jitwettqu fil-proċess ta' kompetenza msemmi fil-paragrafu 1.

6.   Evalwatur kompetenti biżżejjed għandu jivvaluta l-kompetenza u l-prestazzjoni ta' awditur tal-EU ETS u ta' awditur ewlieni tal-EU ETS.

L-evalwatur kompetenti għandu jimmonitorja lil dawk l-awdituri waqt il-verifika tar-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru fis-sit tal-istallazzjoni jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru, skont il-każ, biex jistabbilixxi jekk huma jissodisfawx il-kriterji ta' kompetenza jew le.

7.   Jekk xi membru tal-persunal ma jkunx kapaċi juri li huwa jissodisfa għalkollox il-kriterji ta' kompetenza għal kompitu speċifiku allokat lilu, il-verifikatur għandu jidentifika l-bżonn ta' taħriġ addizzjonali jew ta' esperjenza tax-xogħol taħt superviżjoni u jorganizza dan. Il-verifikatur għandu jimmonitorja lil dak il-membru sa ma dan jurih li huwa jissodisfa l-kriterji ta' kompetenza.

Artikolu 37

Timijiet tal-verifika

1.   Għal kull impenn partikulari ta' verifika, il-verifikatur għandu jgħaqqad tim tal-verifika li jkun kapaċi jwettaq l-attivitajiet ta' verifika msemmijin fil-Kapitolu II.

2.   It-tim tal-verifika għandu jkun magħmul tal-inqas minn awditur ewlieni tal-EU ETS u, meta l-konklużjonijiet tal-verifikatur li joħorġu mill-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1)(e) u mill-analiżi strateġika jkunu jeħtieġu dan, minn għadd xieraq ta' awdituri tal-EU ETS u ta' esperti tekniċi.

3.   Għall-analiżi indipendenti tal-attivitajiet ta' verifika marbutin ma' impenn partikulari ta' verifika, il-verifikatur għandu jaħtar eżaminatur indipendenti li ma għandux ikun jagħmel parti mit-tim tal-verifika.

4.   Kull membru tat-tim għandu:

(a)

jifhem sewwa r-rwol tiegħu fil-proċess ta' verifika;

(b)

ikun kapaċi jikkomunika b'mod effettiv bl-ilsien meħtieġ biex iwettaq il-kompiti speċifiċi tiegħu.

5.   It-tim tal-verifika għandu jinkludi tal-inqas persuna waħda li jkollha l-kompetenza teknika u l-għarfien meħtieġa biex tivvaluta l-aspetti tekniċi speċifiċi tal-monitoraġġ u tar-rappurtar marbutin mal-attivitajiet imsemmijin fl-Anness I li jitwettqu mill-istallazzjoni jew mill-operatur tal-inġenji tal-ajru. It-tim tal-verifika għandu jinkludi wkoll persuna waħda li tkun kapaċi tikkomunika bl-ilsien meħtieġ għall-verifika tar-rapport ta' operatur jew ta' operatur tal-inġenji tal-ajru fl-Istat Membru fejn il-verifikatur ikun qed iwettaq dik il-verifika.

Meta l-verifikatur ikun qed iwettaq verifika tar-rapporti dwar id-data ta' referenza u tar-rapporti dwar id-data ta' min jidħol ġdid, it-tim tal-verifika għandu jinkludi wkoll tal-inqas persuna waħda li jkollha l-kompetenza teknika u l-għarfien meħtieġa biex tivvaluta l-aspetti tekniċi speċifiċi marbutin mal-ġbir, mal-monitoraġġ u mar-rappurtar tad-data rilevanti għall-allokazzjoni bla ħlas.

6.   Meta t-tim tal-verifika jkun magħmul minn persuna waħda, din il-persuna għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha ta' kompetenza għall-awditur tal-EU ETS u għall-awditur ewlieni tal-EU ETS u tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 4 u 5.

Artikolu 38

Rekwiżiti ta' kompetenza għall-awdituri tal-EU ETS u għall-awdituri ewlenin tal-EU ETS

1.   Awditur tal-EU ETS għandu jkollu l-kompetenza jwettaq il-verifika. Għal dan il-għan, l-awditur tal-EU ETS għandu jkollu tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:

(a)

għarfien tad-Direttiva 2003/87/KE, tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, tar-Regolament Delegat (UE) …/… fil-każ tal-verifika tar-rapport dwar id-data ta' referenza jew tar-rapport dwar id-data ta' min jidħol ġdid, ta' dan ir-Regolament, tal-istandards rilevanti, ta' leġiżlazzjoni rilevanti oħra u tal-linji gwida applikabbli, kif ukoll tal-linji gwida u tal-leġiżlazzjoni rilevanti li jkun ħareġ l-Istat Membru fejn il-verifikatur ikun qed iwettaq il-verifika;

(b)

għarfien tal-awditjar tad-data u tal-informazzjoni u esperjenza f'dan il-qasam, fosthom b'rabta mal-affarijiet li ġejjin:

(i)

il-metodoloġiji tal-awditjar tad-data u tal-informazzjoni, fosthom l-applikazzjoni tal-livell ta' materjalità u l-valutazzjoni tal-materjalità tad-dikjarazzjonijiet skorretti;

(ii)

l-analiżi tar-riskji inerenti u tar-riskji ta' kontroll;

(iii)

it-tekniki tal-kampjunar marbutin mal-kampjunar tad-data u mal-verifika tal-attivitajiet ta' kontroll;

(iv)

il-valutazzjoni tas-sistemi tad-data u tal-informazzjoni, tas-sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni, tal-attivitajiet tal-fluss tad-data, tal-attivitajiet ta' kontroll, tas-sistemi ta' kontroll u tal-proċeduri għall-attivitajiet ta' kontroll;

(c)

il-ħila jwettaq l-attivitajiet marbutin mal-verifika tar-rapport ta' operatur jew ta' operatur tal-inġenji tal-ajru kif meħtieġ skont il-Kapitolu II;

(d)

għarfien tal-aspetti tekniċi tal-monitoraġġ u tar-rappurtar li jkunu speċifiċi għas-settur u li jkunu rilevanti għall-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet imsemmijin fl-Anness I li fih huwa jkun qed iwettaq il-verifika, u esperjenza fihom.

2.   Awditur ewlieni tal-EU ETS għandu jissodisfa r-rekwiżiti ta' kompetenza għal awditur tal-EU ETS u għandu jkun wera kompetenza fit-tmexxija ta' tim tal-verifika u fit-teħid ta' responsabbiltà għat-twettiq tal-attivitajiet ta' verifika skont dan ir-Regolament.

Artikolu 39

Rekwiżiti ta' kompetenza għall-eżaminaturi indipendenti

1.   L-eżaminatur indipendenti għandu jkollu l-awtorità x-xierqa biex janalizza l-abbozz tar-rapport ta' verifika u d-dokumentazzjoni interna tal-verifika skont l-Artikolu 25.

2.   L-eżaminatur indipendenti għandu jissodisfa r-rekwiżiti ta' kompetenza tal-awditur ewlieni tal-EU ETS imsemmijin fl-Artikolu 38(2).

3.   L-eżaminatur indipendenti għandu jkollu l-kompetenza meħtieġa biex janalizza l-informazzjoni pprovduta sabiex jikkonferma l-kompletezza u l-integrità tagħha, biex jikkontesta l-informazzjoni nieqsa jew kontradittorja, kif ukoll biex jivverifika r-rendikont tad-data biex jivvaluta jekk id-dokumentazzjoni interna tal-verifika hijiex kompluta u tipprovdix biżżejjed informazzjoni biex tappoġġa l-abbozz tar-rapport ta' verifika jew le.

Artikolu 40

Użu tal-esperti tekniċi

1.   Huwa u jwettaq l-attivitajiet ta' verifika, verifikatur jista' juża esperti tekniċi biex jipprovdu għarfien espert u ddettaljat dwar suġġett speċifiku li jkun meħtieġ biex l-awditur tal-EU ETS u l-awditur ewlieni tal-EU ETS jingħataw appoġġ fit-twettiq tal-attivitajiet ta' verifika tagħhom.

2.   Meta l-eżaminatur indipendenti ma jkollux il-kompetenza jivvaluta kwistjoni partikulari fil-proċess tal-analiżi, il-verifikatur għandu jitlob l-appoġġ ta' espert tekniku.

3.   L-espert tekniku għandu jkollu l-kompetenza u l-għarfien espert meħtieġa biex jappoġġa b'mod effettiv lill-awditur tal-EU ETS u lill-awditur ewlieni tal-EU ETS, jew lill-eżaminatur indipendenti, meta jkun hemm bżonn, fis-suġġett li dwaru jkun qed jintalab l-għarfien u l-għarfien espert tiegħu. Barra minn hekk, l-espert tekniku għandu jifhem biżżejjed il-kwistjonijiet deskritti fl-Artikolu 38(1)(a), (b) u (c).

4.   L-espert tekniku għandu jwettaq il-kompiti speċifiċi tiegħu taħt id-direzzjoni u r-responsabbiltà sħiħa tal-awditur ewlieni tal-EU ETS tat-tim tal-verifika li fih huwa jkun qed jaħdem jew taħt id-direzzjoni u r-responsabbiltà sħiħa tal-eżaminatur indipendenti.

Artikolu 41

Proċeduri għall-attivitajiet ta' verifika

1.   Verifikatur għandu jistabbilixxi, jiddokumenta, jimplimenta u jżomm proċedura waħda jew aktar għall-attivitajiet ta' verifika kif deskritt fil-Kapitolu II u l-proċeduri u l-proċessi meħtieġa skont l-Anness II. Huwa u jistabbilixxi u jimplimenta dawk il-proċeduri u dawk il-proċessi, il-verifikatur għandu jwettaq l-attivitajiet skont l-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness II.

2.   Verifikatur għandu jfassal, jiddokumenta, jimplimenta u jżomm sistema ta' ġestjoni tal-kwalità sabiex jiżgura li l-proċeduri u l-proċessi msemmijin fil-paragrafu 1 jiġu żviluppati, implimentati, mtejbin u analizzati b'mod konsistenti skont l-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness II.

Artikolu 42

Reġistri u komunikazzjoni

1.   Verifikatur għandu jżomm reġistri biex juri l-konformità ma' dan ir-Regolament, fosthom reġistri dwar il-kompetenza u l-imparzjalità tal-persunal.

2.   Verifikatur għandu jqiegħed l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenju tal-ajru u ta' partijiet rilevanti oħrajn b'mod regolari skont l-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness II.

3.   Verifikatur għandu jħares il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li jkun kiseb waqt il-verifika skont l-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness II.

Artikolu 43

Imparzjalità u indipendenza

1.   Verifikatur għandu jkun indipendenti minn operatur jew minn operatur tal-inġenji tal-ajru u għandu jkun imparzjali fit-twettiq tal-attivitajiet ta' verifika tiegħu.

Sabiex jiġu żgurati l-indipendenza u l-imparzjalità, il-verifikatur u kull parti mill-istess entità legali ma għandhomx ikunu operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru jew ikunu s-sid ta' operatur jew ta' operatur tal-inġenji tal-ajru jew ikunu l-proprjetà tagħhom, u l-verifikatur lanqas ma għandu jkollu relazzjonijiet mal-operatur jew mal-operatur tal-inġenji tal-ajru li jistgħu jaffettwaw l-indipendenza u l-imparzjalità tiegħu. Il-verifikatur għandu jkun indipendenti wkoll mill-korpi li jinnegozjaw il-kwoti tal-emissjonijiet fil-kuntest tas-sistema għan-negozjar tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stabbilita skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/87/KE.

2.   Verifikatur għandu jkun organizzat b'tali mod li jħares l-oġġettività, l-indipendenza u l-imparzjalità tiegħu. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fl-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness II.

3.   Verifikatur ma għandux iwettaq attivitajiet ta' verifika għal operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru li joħolqulu riskju inaċċettabbli għall-imparzjalità tiegħu jew li joħolqulu kunflitt ta' interess. Il-verifikatur ma għandux juża membri tal-persunal jew persuni mqabbdin b'kuntratt biex jivverifika rapport ta' operatur jew ta' operatur tal-inġenji tal-ajru meta dan joħloq kunflitt ta' interess jew ikun jista' joħloq kunflitt ta' interess. Il-verifikatur għandu jiżgura wkoll li l-attivitajiet tal-persunal jew tal-organizzazzjonijiet ma jaffettwawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività, l-indipendenza u l-imparzjalità tal-verifika.

Għandu jitqies li jkun inħoloq riskju inaċċettabbli għall-imparzjalità jew kunflitt ta' interess imsemmijin fl-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu b'mod partikulari fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

meta verifikatur jew kull parti mill-istess entità legali jkunu jipprovdu servizzi ta' konsulenza biex tiġi żviluppata parti mill-proċess ta' monitoraġġ u ta' rappurtar li hija deskritta fil-pjan ta' monitoraġġ approvat mill-awtorità kompetenti jew fil-pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ, skont il-każ, fosthom biex tiġi żviluppata l-metodoloġija tal-monitoraġġ, biex jiġi abbozzat ir-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru u biex jiġi abbozzat il-pjan ta' monitoraġġ jew il-pjan ta' metodoloġija tal-monitoraġġ;

(b)

meta verifikatur jew kull parti mill-istess entità legali jkunu jipprovdu assistenza teknika biex tiġi żviluppata jew biex tinżamm is-sistema implimentata għall-monitoraġġ u għar-rappurtar tal-emissjonijiet, tad-data dwar it-tunnellati kilometri jew tad-data rilevanti għall-allokazzjoni bla ħlas.

4.   Għandu jitqies li jkun inħoloq kunflitt ta' interess għall-verifikatur fir-relazzjonijiet tiegħu ma' operatur jew ma' operatur tal-inġenji tal-ajru b'mod partikulari fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

meta r-relazzjoni bejn il-verifikatur u l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru tkun ibbażata fuq sjieda komuni, governanza komuni, ġestjoni jew persunal komuni, riżorsi kondiviżi, finanzi komuni u kuntratti jew kummerċjalizzazzjoni komuni;

(b)

meta l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru jkun irċieva s-servizzi ta' konsulenza msemmijin fil-paragrafu 3(a) jew l-assistenza teknika msemmija fil-punt (b) ta' dak il-paragrafu minn korp ta' konsulenza, korp tal-assistenza teknika jew organizzazzjoni oħra li jkollha relazzjonijiet mal-verifikatur u li thedded l-imparzjalità tal-verifikatur.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-imparzjalità tal-verifikatur għandha titqies li tkun ġiet mhedda meta r-relazzjonijiet bejn il-verifikatur u l-korp ta' konsulenza, il-korp tal-assistenza teknika jew l-organizzazzjoni l-oħra jkunu bbażati fuq sjieda komuni, governanza komuni, ġestjoni jew persunal komuni, riżorsi kondiviżi, finanzi komuni, kuntratti jew kummerċjalizzazzjoni komuni u ħlas komuni tal-inkarigi tal-bejgħ jew inċentivi oħrajn għar-riferiment ta' klijenti ġodda.

5.   Verifikatur ma għandux jesternalizza l-analiżi indipendenti jew il-ħruġ tar-rapport ta' verifika. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, meta jkun qed jesternalizza attivitajiet oħrajn ta' verifika, il-verifikatur għandu jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fl-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness II.

Madankollu, il-fatt li l-individwi jitqabbdu b'kuntratt biex iwettqu l-attivitajiet ta' verifika ma għandux jikkostitwixxi esternalizzazzjoni għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu jekk il-verifikatur ikun jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti mogħtija fl-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness II meta jkun qed iqabbad lil dawk il-persuni b'kuntratt.

6.   Verifikatur għandu jistabbilixxi, jiddokumenta, jimplimenta u jżomm proċess biex jiżgura l-imparzjalità u l-indipendenza kontinwi tiegħu stess, ta' partijiet mill-istess entità legali tiegħu, ta' organizzazzjonijiet oħrajn imsemmijin fil-paragrafu 4 u tal-persunal kollu u tal-persuni kollha mqabbdin b'kuntratt involuti fil-verifika. Dak il-proċess għandu jinkludi mekkaniżmu biex jitħarsu l-imparzjalità u l-indipendenza tal-verifikatur u għandu jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fl-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness II.

7.   Jekk l-awditur ewlieni tal-EU ETS iwettaq sitt verifiki annwali għal operatur tal-inġenji tal-ajru partikulari, huwa għandu jieqaf għal tliet snin konsekuttivi milli jipprovdi s-servizzi ta' verifika lil dak l-istess operatur tal-inġenji tal-ajru. Il-perjodu massimu ta' sitt snin jinkludi kull verifika tal-gassijiet serra li titwettaq għal operatur tal-inġenji tal-ajru minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament 'il quddiem.

KAPITOLU IV

AKKREDITAMENT

Artikolu 44

Akkreditament

Verifikatur li jkun qed joħroġ rapport ta' verifika lil operatur jew lil operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jkun akkreditat għall-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet imsemmijin fl-Anness I li fih huwa jkun qed iwettaq il-verifika tar-rapport ta' operatur jew ta' operatur tal-inġenji tal-ajru.

Għall-finijiet tal-verifika tar-rapporti dwar id-data ta' referenza jew tar-rapporti dwar id-data ta' min jidħol ġdid, verifikatur li jkun qed joħroġ rapport ta' verifika lil operatur għandu jkun akkreditat ukoll għall-grupp ta' attività bin-numru 98 imsemmi fl-Anness I.

Artikolu 45

Għanijiet tal-akkreditament

Waqt il-proċess tal-akkreditament u l-monitoraġġ tal-verifikaturi akkreditati, kull korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jivvaluta jekk il-verifikatur u l-persunal tiegħu li jkunu qed iwettqu l-attivitajiet ta' verifika:

(a)

għandhomx il-kompetenza jwettqu l-verifika tar-rapporti tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru skont dan ir-Regolament jew le;

(b)

ikunux qed iwettqu l-verifika tar-rapporti tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru skont dan ir-Regolament jew le;

(c)

jissodisfawx ir-rekwiżiti msemmijin fil-Kapitolu III jew le.

Artikolu 46

Talba għall-akkreditament

1.   Kull persuna ġuridika jew entità legali oħra tista' titlob akkreditament skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 u skont id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu.

It-talba għandu jkun fiha l-informazzjoni meħtieġa abbażi tal-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness III.

2.   Minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, qabel tinbeda l-valutazzjoni skont l-Artikolu 45, applikant għandu jqiegħed ukoll l-affarijiet li ġejjin għad-dispożizzjoni tal-korp nazzjonali ta' akkreditament:

(a)

l-informazzjoni kollha mitluba mill-korp nazzjonali ta' akkreditament;

(b)

il-proċeduri u l-informazzjoni marbutin mal-proċessi msemmijin fl-Artikolu 41(1) u l-informazzjoni dwar is-sistema ta' ġestjoni tal-kwalità msemmija fl-Artikolu 41(2);

(c)

il-kriterji ta' kompetenza msemmijin fl-Artikolu 36(2)(a) u (b), ir-riżultati tal-proċess ta' kompetenza msemmi fl-Artikolu 36, kif ukoll dokumentazzjoni rilevanti oħra dwar il-kompetenza tal-persunal kollu involut fl-attivitajiet ta' verifika;

(d)

informazzjoni dwar il-proċess biex jiġu żgurati l-imparzjalità u l-indipendenza kontinwi msemmi fl-Artikolu 43(6), fosthom ir-reġistri rilevanti dwar l-imparzjalità u l-indipendenza tal-applikant u tal-persunal tiegħu;

(e)

informazzjoni dwar l-esperti tekniċi u l-persunal ewlieni involut fil-verifika tar-rapporti tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru;

(f)

is-sistema u l-proċess biex tiġi żgurata dokumentazzjoni interna xierqa tal-verifika;

(g)

ir-reġistri rilevanti l-oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 42(1).

Artikolu 47

Tħejjija tal-valutazzjoni

1.   Huwa u jħejji l-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 45, kull korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jqis il-kumplessità tal-kamp ta' applikazzjoni li għalih l-applikant jitlob l-akkreditament, kif ukoll il-kumplessità tas-sistema ta' ġestjoni tal-kwalità msemmija fl-Artikolu 41(2), il-proċeduri u l-informazzjoni dwar il-proċessi msemmijin fl-Artikolu 41(1) u ż-żoni ġeografiċi li fihom l-applikant ikun qed iwettaq il-verifiki jew li fihom ikun beħsiebu jwettaq il-verifiki.

2.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jissodisfa r-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness III.

Artikolu 48

Valutazzjoni

1.   Sabiex iwettaq il-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 45, it-tim tal-valutazzjoni msemmi fl-Artikolu 58 għandu jwettaq tal-inqas l-attivitajiet li ġejjin:

(a)

analiżi tad-dokumenti u tar-reġistri kollha rilevanti msemmijin fl-Artikolu 46;

(b)

żjara fil-post tal-applikant sabiex janalizza kampjun rappreżentattiv tad-dokumentazzjoni interna tal-verifika u sabiex jivvaluta l-implimentazzjoni tas-sistema ta' ġestjoni tal-kwalità tal-applikant u tal-proċeduri jew tal-proċessi msemmijin fl-Artikolu 41;

(c)

osservazzjoni ta' parti rappreżentattiva mill-kamp ta' applikazzjoni mitlub għall-akkreditament u tal-prestazzjoni u tal-kompetenza ta' għadd rappreżentattiv ta' membri tal-persunal tal-applikant li jkunu involuti fil-verifika tar-rapport tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru sabiex jiġi żgurat li l-persunal ikun qed jaħdem skont dan ir-Regolament.

Meta jkun qed iwettaq dawk l-attivitajiet, it-tim tal-valutazzjoni għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness III.

2.   It-tim tal-valutazzjoni għandu jirrapporta s-sejbiet u n-nuqqasijiet ta' konformità lill-applikant skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness III u għandu jitolbu jwieġeb għas-sejbiet u għan-nuqqasijiet ta' konformità rrappurtati skont dawk id-dispożizzjonijiet.

3.   Applikant għandu jieħu azzjoni korrettiva biex jittratta kull nuqqas ta' konformità rrappurtat skont il-paragrafu 2 u, fit-tweġiba tiegħu għas-sejbiet u għan-nuqqasijiet ta' konformità rrappurtati mit-tim tal-valutazzjoni, għandu jindika liema azzjonijiet ikun ħa biex isolvi kull nuqqas ta' konformità identifikat jew liema azzjonijiet ikun beħsiebu jieħu f'perjodu taż-żmien stabbilit mill-korp nazzjonali ta' akkreditament biex jagħmel dan.

4.   Il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu janalizza t-tweġibiet għas-sejbiet u għan-nuqqasijiet ta' konformità li l-applikant ikun bagħat skont il-paragrafu 3.

Meta l-korp nazzjonali ta' akkreditament isib li t-tweġiba tal-applikant ma tkunx suffiċjenti jew ma tkunx effettiva, għandu jitolbu jagħtih iktar informazzjoni jew jieħu iktar azzjonijiet. Il-korp nazzjonali ta' akkreditament jista' jitlob ukoll provi tal-implimentazzjoni effettiva tal-azzjonijiet li jkunu ttieħdu jew iwettaq valutazzjoni ta' segwitu sabiex jivvaluta l-implimentazzjoni effettiva tal-azzjonijiet korrettivi.

Artikolu 49

Deċiżjoni dwar l-akkreditament u ċertifikat tal-akkreditament

1.   Il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jqis ir-rekwiżiti stabbiliti fl-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness III meta jkun qed iħejji u jieħu d-deċiżjoni dwar jekk jagħtix l-akkreditament lil applikant, jekk jestendihulux jew jekk iġeddidulux jew le.

2.   Meta l-korp nazzjonali ta' akkreditament jiddeċiedi li jagħti l-akkreditament lil applikant jew li jestendihulu jew li jġeddidulu, għandu joħroġ ċertifikat tal-akkreditament dwar dan.

Iċ-ċertifikat tal-akkreditament għandu jkun fih tal-inqas l-informazzjoni meħtieġa abbażi tal-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness III.

Iċ-ċertifikat tal-akkreditament għandu jkun validu għal perjodu ta' mhux iktar minn ħames snin mid-data meta l-korp nazzjonali ta' akkreditament ikun ħarġu.

Artikolu 50

Sorveljanza

1.   Il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jwettaq sorveljanza annwali ta' kull verifikatur li għalih ikun ħareġ ċertifikat tal-akkreditament.

Is-sorveljanza għandha tinkludi tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:

(a)

żjara fil-post tal-verifikatur sabiex jitwettqu l-attivitajiet imsemmijin fl-Artikolu 48(1)(b);

(b)

osservazzjoni tal-prestazzjoni u tal-kompetenza ta' għadd rappreżentattiv ta' membri tal-persunal tal-verifikatur skont l-Artikolu 48(1)(c).

2.   Il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jwettaq l-ewwel sorveljanza ta' verifikatur skont il-paragrafu 1 mhux iktar tard minn 12-il xahar mid-data meta ċ-ċertifikat tal-akkreditament ikun inħareġ lil dak il-verifikatur.

3.   Il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jħejji l-pjan tiegħu għas-sorveljanza ta' kull verifikatur b'tali mod li jippermetti l-valutazzjoni ta' kampjuni rappreżentattivi tal-kamp ta' applikazzjoni tal-akkreditament, skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness III.

4.   Abbażi tar-riżultati tas-sorveljanza msemmija fil-paragrafu 1, il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jiddeċiedi jekk jikkonfermax il-kontinwazzjoni tal-akkreditament jew le.

5.   Meta verifikatur iwettaq verifika fi Stat Membru ieħor, il-korp nazzjonali ta' akkreditament li jkun akkredita lil dak il-verifikatur jista' jitlob lill-korp nazzjonali ta' akkreditament tal-Istat Membru fejn titwettaq il-verifika jwettaq attivitajiet ta' sorveljanza f'ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

Artikolu 51

Valutazzjoni mill-ġdid

1.   Qabel ma jiskadi ċ-ċertifikat tal-akkreditament, il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jivvaluta mill-ġdid lill-verifikatur li għalih ikun ħareġ ċertifikat tal-akkreditament sabiex jistabbilixxi jekk tistax tiġi estiża l-validità ta' dak iċ-ċertifikat tal-akkreditament jew le.

2.   Il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jħejji l-pjan tiegħu għall-valutazzjoni mill-ġdid ta' kull verifikatur b'tali mod li jippermetti l-valutazzjoni ta' kampjuni rappreżentattivi tal-kamp ta' applikazzjoni tal-akkreditament. Meta jkun qed jippjana u jwettaq il-valutazzjoni mill-ġdid, il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness III.

Artikolu 52

Valutazzjoni straordinarja

1.   Fi kwalunkwe mument, il-korp nazzjonali ta' akkreditament jista' jwettaq valutazzjoni straordinarja tal-verifikatur biex jiżgura li dan jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

2.   Sabiex il-korp nazzjonali ta' akkreditament ikun jista' jiddeċiedi jekk hemmx bżonn ta' valutazzjoni straordinarja jew le, il-verifikatur għandu javża lill-korp nazzjonali ta' akkreditament minnufih b'kull tibdil sinifikanti f'kull aspett tal-istat jew tal-operat tiegħu li jkun rilevanti għall-akkreditament tiegħu. It-tibdil sinifikanti għandu jinkludi dak it-tibdil imsemmi fl-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness III.

Artikolu 53

Twessigħ tal-kamp ta' applikazzjoni

Bi tweġiba għal applikazzjoni min-naħa ta' verifikatur biex jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni ta' akkreditament li jkun ingħata, il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jwettaq l-attivitajiet meħtieġa biex jistabbilixxi jekk il-verifikatur jissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 45 għat-twessigħ mitlub tal-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-akkreditament jew le.

Artikolu 54

Miżuri amministrattivi

1.   Il-korp nazzjonali ta' akkreditament jista' jissospendi, jirtira jew jillimita l-akkreditament ta' verifikatur jekk il-verifikatur ma jkunx jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

Il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jissospendi, jirtira jew jillimita l-akkreditament ta' verifikatur jekk il-verifikatur jitlob dan.

Il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jistabbilixxi, jiddokumenta, jimplimenta u jżomm proċedura għas-sospensjoni tal-akkreditament, għall-irtirar tiegħu u għal-limitazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tiegħu.

2.   Il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jissospendi l-akkreditament jew jillimita l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

jekk il-verifikatur ikun wettaq ksur serju tar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament;

(b)

jekk il-verifikatur ikun naqas b'mod persistenti u ripetut milli jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament;

(c)

jekk il-verifikatur ikun kiser termini u kundizzjonijiet speċifiċi oħrajn tal-korp nazzjonali ta' akkreditament.

3.   Il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jirtira l-akkreditament fil-każijiet li ġejjin:

(a)

jekk il-verifikatur ikun naqas milli jieħu azzjonijiet ta' rimedju b'rabta mar-raġunijiet li għalihom ikun ġie deċiż li jiġi sospiż iċ-ċertifikat tal-akkreditament;

(b)

jekk membru tal-maniġment superjuri tal-verifikatur jew membru tal-persunal tal-verifikatur li jkun involut f'attivitajiet ta' verifika skont dan ir-Regolament ikun instab ħati li wettaq frodi;

(c)

jekk il-verifikatur ikun ta informazzjoni falza jew ikun ħeba l-informazzjoni bi ħsieb.

4.   Jista' jsir appell b'rabta mad-deċiżjoni ta' korp nazzjonali ta' akkreditament li jissospendi, jirtira jew jillimita l-kamp ta' applikazzjoni tal-akkreditament skont il-paragrafi 2 u 3.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri għar-riżoluzzjoni ta' dawk l-appelli.

5.   Id-deċiżjoni ta' korp nazzjonali ta' akkreditament li jissospendi, jirtira jew jillimita l-kamp ta' applikazzjoni tal-akkreditament għandu jkollha effett minn meta l-verifikatur jiġi mgħarraf biha.

Il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jtemm is-sospensjoni ta' ċertifikat tal-akkreditament meta jkun irċieva informazzjoni sodisfaċenti u jkun konvint li l-verifikatur ikun jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

KAPITOLU V

REKWIŻITI GĦALL-KORPI TAL-AKKREDITAMENT FIL-KUNTEST TAL-AKKREDITAMENT TAL-VERIFIKATURI TAL-ETS

Artikolu 55

Korp nazzjonali ta' akkreditament

1.   Il-kompiti marbutin mal-akkreditament skont dan ir-Regolament għandhom jitwettqu mill-korpi nazzjonali ta' akkreditament maħturin skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

2.   Meta Stat Membru jiddeċiedi li jippermetti ċ-ċertifikazzjoni ta' verifikaturi li jkunu persuni fiżiċi, skont dan ir-Regolament il-kompiti marbutin maċ-ċertifikazzjoni ta' dawk il-verifikaturi għandhom jiġu fdati lil awtorità nazzjonali oħra minbarra l-korp nazzjonali ta' akkreditament maħtur skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

3.   Meta Stat Membru jiddeċiedi li juża l-għażla stabbilita fil-paragrafu 2, huwa għandu jiżgura li l-awtorità nazzjonali kkonċernata tkun tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, inklużi dawk stabbiliti fl-Artikolu 71 tiegħu, u għandu jipprovdi l-provi ddokumentati meħtieġa skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

4.   Korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jkun membru tal-korp irrikonoxxut skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

5.   Korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jiġi fdat iwettaq l-akkreditament bħala attività ta' awtorità pubblika u jiġi rrikonoxxut b'mod formali mill-Istat Membru jekk l-akkreditament ma jsirx direttament mill-awtoritajiet pubbliċi.

6.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jwettaq il-funzjonijiet tiegħu skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness III.

Artikolu 56

Akkreditament transkonfinali

Meta Stat Membru jidhirlu li ma jagħmilx sens mil-lat ekonomiku li jaħtar korp nazzjonali ta' akkreditament jew li jipprovdi servizzi ta' akkreditament skont it-tifsira tal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2003/87/KE jew jidhirlu li dan mhuwiex sostenibbli mil-lat ekonomiku, dak l-Istat Membru għandu jitħalla jirrikorri għall-korp nazzjonali ta' akkreditament ta' Stat Membru ieħor.

L-Istat Membru kkonċernat għandu javża lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn b'dan.

Artikolu 57

Indipendenza u imparzjalità

1.   Il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jkun organizzat b'tali mod li jiżgura l-indipendenza sħiħa tiegħu mill-verifikaturi li jivvaluta u l-imparzjalità tiegħu fit-twettiq tal-attivitajiet ta' akkreditament tiegħu.

2.   Għal dak il-għan, il-korp nazzjonali ta' akkreditament ma għandu joffri jew jipprovdi l-ebda attività jew servizz li jipprovdi verifikatur, u lanqas ma għandu jipprovdi servizzi ta' konsulenza, ikollu ishma f'verifikatur jew ikollu interess finanzjarju jew maniġerjali mod ieħor f'verifikatur.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 55(2), l-istruttura, ir-responsabbiltajiet u l-kompiti tal-korp nazzjonali ta' akkreditament għandhom ikunu distinti b'mod ċar minn dawk tal-awtorità kompetenti u ta' awtoritajiet nazzjonali oħrajn.

4.   Il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jieħu d-deċiżjonijiet finali kollha dwar l-akkreditament tal-verifikaturi.

Madankollu, il-korp nazzjonali ta' akkreditament jista' jissottokuntratta ċerti attivitajiet, dejjem jekk jitħarsu r-rekwiżiti stabbiliti fl-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness III.

Artikolu 58

Tim tal-valutazzjoni

1.   Il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jaħtar tim tal-valutazzjoni għal kull valutazzjoni partikulari.

2.   It-tim tal-valutazzjoni għandu jkun magħmul minn assessur ewlieni u, meta jkun hemm bżonn, minn għadd xieraq ta' assessuri jew ta' esperti tekniċi għal kamp ta' applikazzjoni speċifiku tal-akkreditament.

It-tim tal-valutazzjoni għandu jinkludi tal-inqas persuna waħda li jkollha għarfien tal-monitoraġġ u tar-rappurtar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 li jkunu rilevanti għall-kamp ta' applikazzjoni tal-akkreditament u li jkollha l-kompetenza u l-għarfien meħtieġa biex tivvaluta l-attivitajiet ta' verifika fl-istallazzjoni jew fl-operatur tal-inġenji tal-ajru għal dak il-kamp ta' applikazzjoni, u tal-inqas persuna waħda li tkun taf il-leġiżlazzjoni u l-linji gwida nazzjonali rilevanti.

Meta l-korp nazzjonali ta' akkreditament jivvaluta l-kompetenza u l-prestazzjoni tal-verifikatur għall-kamp ta' applikazzjoni bin-numru 98 imsemmi fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, it-tim tal-valutazzjoni għandu jinkludi wkoll tal-inqas persuna waħda li jkollha għarfien dwar il-ġbir, il-monitoraġġ u r-rappurtar tad-data rilevanti għall-allokazzjoni bla ħlas skont ir-Regolament Delegat (UE) …/… kif ukoll il-kompetenza u l-għarfien meħtieġa biex tivvaluta l-attivitajiet ta' verifika għal dak il-kamp ta' applikazzjoni.

Artikolu 59

Rekwiżiti ta' kompetenza għall-assessuri

1.   Assessur għandu jkollu l-kompetenza jwettaq l-attivitajiet meħtieġa skont il-Kapitolu IV meta jkun qed jivvaluta lill-verifikatur. Għal dak il-għan, l-assessur:

(a)

għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness III, skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(b)

għandu jkollu għarfien tad-Direttiva 2003/87/KE, tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, tar-Regolament Delegat (UE) …/… meta huwa jkun qed jivvaluta l-kompetenza u l-prestazzjoni tal-verifikatur għall-kamp ta' applikazzjoni bin-numru 98 imsemmi fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, għarfien ta' dan ir-Regolament, tal-istandards rilevanti u ta' leġiżlazzjoni rilevanti oħra, kif ukoll tal-linji gwida applikabbli;

(c)

għandu jkollu għarfien tal-awditjar tad-data u tal-informazzjoni msemmi fl-Artikolu 38(1)(b) ta' dan ir-Regolament miksub permezz tat-taħriġ jew ikollu aċċess għal persuna li jkollha għarfien tat-tali data u tat-tali informazzjoni u li jkollha esperjenza f'dan il-qasam.

2.   Assessur ewlieni għandu jissodisfa r-rekwiżiti ta' kompetenza msemmijin fil-paragrafu 1, ikun wera kompetenza fit-tmexxija ta' tim tal-valutazzjoni u jkun responsabbli għat-twettiq ta' valutazzjoni skont dan ir-Regolament.

3.   L-eżaminaturi interni u l-persuni li jkunu qed jieħdu d-deċiżjonijiet dwar l-għoti, l-estensjoni jew it-tiġdid ta' akkreditament mhux biss għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' kompetenza msemmijin fil-paragrafu 1, iżda għandu jkollhom ukoll għarfien u esperjenza biżżejjed biex jevalwaw l-akkreditament.

Artikolu 60

Esperti tekniċi

1.   Il-korp nazzjonali ta' akkreditament jista' jinkludi esperti tekniċi fit-tim tal-valutazzjoni biex jipprovdu għarfien espert u ddettaljat dwar suġġett speċifiku li jkun meħtieġ biex l-assessur ewlieni jew l-assessur jingħataw appoġġ fit-twettiq tal-attivitajiet ta' valutazzjoni.

2.   L-espert tekniku għandu jkollu l-kompetenza meħtieġa biex jappoġġa b'mod effettiv lill-assessur ewlieni u lill-assessur fis-suġġett li dwaru jkun qed jintalab l-għarfien u l-għarfien espert tiegħu. Barra minn hekk, l-espert tekniku:

(a)

għandu jkollu għarfien tad-Direttiva 2003/87/KE, tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, tar-Regolament Delegat (UE) …/… meta huwa jkun qed jivvaluta l-kompetenza u l-prestazzjoni tal-verifikatur għall-kamp ta' applikazzjoni bin-numru 98 imsemmi fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, għarfien ta' dan ir-Regolament, tal-istandards rilevanti u ta' leġiżlazzjoni rilevanti oħra, kif ukoll tal-linji gwida applikabbli;

(b)

għandu jifhem biżżejjed l-attivitajiet ta' verifika.

3.   Espert tekniku għandu jwettaq kompiti speċifiċi taħt id-direzzjoni u r-responsabbiltà sħiħa tal-assessur ewlieni tat-tim tal-valutazzjoni kkonċernat.

Artikolu 61

Proċeduri

Il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

Artikolu 62

Ilmenti

Meta l-korp nazzjonali ta' akkreditament jirċievi lment mingħand l-awtorità kompetenti, mingħand l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru jew mingħand partijiet interessati oħrajn dwar il-verifikatur, fi żmien raġonevoli iżda mhux aktar tard minn tliet xhur minn meta jirċievi dak l-ilment, huwa għandu:

(a)

jiddeċiedi dwar il-validità tal-ilment;

(b)

jiżgura li l-verifikatur ikkonċernat jingħata l-opportunità jibgħat il-kummenti tiegħu;

(c)

jieħu azzjonijiet xierqa biex jittratta l-ilment;

(d)

jirreġistra l-ilment u l-azzjoni li tkun ittieħdet; u

(e)

iwieġeb lil min ikun għamel l-ilment.

Artikolu 63

Reġistri u dokumentazzjoni

1.   Il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jżomm reġistri dwar kull persuna li tkun involuta fil-proċess tal-akkreditament. Dawk ir-reġistri għandhom jinkludu reġistri marbutin mal-kwalifiki, mat-taħriġ, mal-esperjenza, mal-imparzjalità u mal-kompetenza rilevanti meħtieġa biex tintwera l-konformità ma' dan ir-Regolament.

2.   Il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jżomm reġistri dwar il-verifikatur skont l-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness III, skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008.

Artikolu 64

Aċċess għall-informazzjoni u kunfidenzjalità

1.   Il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jippubblika l-informazzjoni dwaru u dwar l-attivitajiet ta' akkreditament tiegħu u jaġġornaha b'mod regolari.

2.   Skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jagħmel l-arranġamenti adegwati biex iħares kif xieraq il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li jkun kiseb.

Artikolu 65

Evalwazzjoni bejn il-pari

1.   Il-korpi nazzjonali ta' akkreditament għandhom jissottomettu lilhom infushom għal evalwazzjoni regolari bejn il-pari.

Il-korp irrikonoxxut skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu jorganizza l-evalwazzjoni bejn il-pari.

2.   Il-korp irrikonoxxut skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu jimplimenta kriterji xierqa tal-evalwazzjoni bejn il-pari u proċess effettiv u indipendenti tal-evalwazzjoni bejn il-pari sabiex jivvaluta:

(a)

jekk il-korp nazzjonali ta' akkreditament li tkun qed issirlu l-evalwazzjoni bejn il-pari jkunx wettaq l-attivitajiet ta' akkreditament skont il-Kapitolu IV jew le;

(b)

jekk il-korp nazzjonali ta' akkreditament li tkun qed issirlu l-evalwazzjoni bejn il-pari jkunx issodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f'dan il-Kapitolu jew le.

Il-kriterji għandhom jinkludu rekwiżiti ta' kompetenza għall-evalwaturi u għat-timijiet li jwettqu l-evalwazzjonijiet bejn il-pari li jkunu speċifiċi għas-sistema għan-negozjar tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE.

3.   Il-korp irrikonoxxut skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu jippubblika r-riżultat tal-evalwazzjoni bejn il-pari ta' korp nazzjonali ta' akkreditament u jibagħtu lill-Kummissjoni, lill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-korpi nazzjonali ta' akkreditament fl-Istati Membri u lill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri jew lill-punt ta' kuntatt imsemmi fl-Artikolu 70(2).

4.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, meta korp nazzjonali ta' akkreditament tkun saritlu evalwazzjoni b'suċċess bejn il-pari organizzata mill-korp irrikonoxxut skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, huwa għandu jiġi eżentat milli ssirlu evalwazzjoni ġdida bejn il-pari wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jekk ikun jista' juri li huwa konformi ma' dan ir-Regolament.

Għal dak il-għan, il-korp nazzjonali ta' akkreditament ikkonċernat għandu jibgħat talba u d-dokumentazzjoni meħtieġa lill-korp irrikonoxxut skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

Il-korp irrikonoxxut skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu jiddeċiedi jekk ikunux intlaħqu l-kundizzjonijiet biex tingħata eżenzjoni jew le.

L-eżenzjoni għandha tapplika għal perjodu ta' mhux iktar minn tliet snin mid-data meta l-korp nazzjonali ta' akkreditament jiġi mgħarraf bid-deċiżjoni.

5.   L-awtorità nazzjonali fdata, skont l-Artikolu 55(2), bil-kompiti marbutin maċ-ċertifikazzjoni ta' verifikaturi li jkunu persuni fiżiċi, skont dan ir-Regolament, għandha tilħaq livell ta' kredibbiltà li jkun ekwivalenti għal dak tal-korpi nazzjonali ta' akkreditament li tkun saritilhom evalwazzjoni b'suċċess bejn il-pari.

Għal dak il-għan, eżatt wara li jiddeċiedi li jawtorizza lill-awtorità nazzjonali twettaq iċ-ċertifikazzjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jibgħat il-provi ddokumentati rilevanti kollha lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn. L-ebda awtorità nazzjonali ma għandha tiċċertifika lill-verifikaturi għall-finijiet ta' dan ir-Regolament qabel ma l-Istat Membru kkonċernat ikun ipprovda dawk il-provi ddokumentati.

L-Istat Membru kkonċernat għandu janalizza l-funzjonament tal-awtorità nazzjonali b'mod regolari sabiex jiżgura li din tkompli tilħaq il-livell ta' kredibbiltà msemmi qabel u għandu javża lill-Kummissjoni b'dan.

Artikolu 66

Azzjoni korrettiva

1.   L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw lill-korpi nazzjonali ta' akkreditament tagħhom f'intervalli regolari sabiex jiżguraw li dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament b'mod kontinwu, filwaqt li jqisu r-riżultati tal-evalwazzjoni bejn il-pari mwettqa skont l-Artikolu 65.

2.   Meta korp nazzjonali ta' akkreditament ma jkunx jissodisfa r-rekwiżiti jew jonqos milli jissodisfa l-obbligi tiegħu kif stabbilit f'dan ir-Regolament, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-azzjoni korrettiva x-xierqa jew jiżgura li tittieħed it-tali azzjoni korrettiva u għandu javża lill-Kummissjoni b'dan.

Artikolu 67

Rikonoxximent reċiproku tal-verifikaturi

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu l-ekwivalenza tas-servizzi li jagħtu l-korpi nazzjonali ta' akkreditament li tkun saritilhom evalwazzjoni b'suċċess bejn il-pari. L-Istati Membri għandhom jaċċettaw iċ-ċertifikati tal-akkreditament tal-verifikaturi akkreditati minn dawk il-korpi nazzjonali ta' akkreditament u jħarsu d-dritt tagħhom li jwettqu l-verifiki fil-kamp ta' applikazzjoni tal-akkreditament tagħhom.

2.   Meta korp nazzjonali ta' akkreditament ma jkunx sarlu l-proċess sħiħ tal-evalwazzjoni bejn il-pari, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw iċ-ċertifikati tal-akkreditament tal-verifikaturi akkreditati minn dak il-korp nazzjonali ta' akkreditament jekk il-korp irrikonoxxut skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 ikun beda evalwazzjoni bejn il-pari għal dak il-korp u ma jkun identifika l-ebda nuqqas ta' konformità ma' dan ir-Regolament min-naħa tiegħu.

3.   Meta awtorità nazzjonali msemmija fl-Artikolu 55(2) twettaq iċ-ċertifikazzjoni tal-verifikaturi, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw iċ-ċertifikat li toħroġ it-tali awtorità u jħarsu d-dritt tal-verifikaturi ċċertifikati li jwettqu l-verifiki fil-kamp ta' applikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni tagħhom.

Artikolu 68

Monitoraġġ tas-servizzi mogħtija

Meta waqt spezzjoni mwettqa skont l-Artikolu 31(4) tad-Direttiva 2006/123/KE, Stat Membru jkun stabbilixxa li verifikatur ma jkunx qed jikkonforma ma' dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti jew il-korp nazzjonali ta' akkreditament ta' dak l-Istat Membru għandhom javżaw lill-korp nazzjonali ta' akkreditament li jkun akkredita lill-verifikatur b'dan.

Il-korp nazzjonali ta' akkreditament li jkun akkredita lill-verifikatur għandu jqis il-komunikazzjoni ta' dik l-informazzjoni bħala lment skont it-tifsira tal-Artikolu 62 u għandu jieħu azzjoni xierqa dwarha u jwieġeb lill-awtorità kompetenti jew lill-korp nazzjonali ta' akkreditament dwarha skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 73(2).

Artikolu 69

Skambju elettroniku tad-data u użu ta' sistemi awtomatizzati

1.   L-Istati Membri jistgħu jobbligaw lill-verifikaturi jużaw mudelli elettroniċi jew formati speċifiċi tal-fajls għar-rapporti ta' verifika skont l-Artikolu 74(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jew skont l-Artikolu 13 tar-Regolament Delegat (UE) …/….

2.   Għal tipi ta' komunikazzjoni oħrajn bejn l-operatur, l-operatur tal-inġenji tal-ajru, il-verifikatur, l-awtorità kompetenti u l-korp nazzjonali ta' akkreditament jistgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni mudelli elettroniċi standardizzati jew speċifikazzjonijiet dwar il-formati tal-fajls skont l-Artikolu 74(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2066.

KAPITOLU VI

SKAMBJU TAL-INFORMAZZJONI

Artikolu 70

Skambju tal-informazzjoni u punti ta' kuntatt

1.   L-Istat Membru għandu jistabbilixxi skambju effettiv tal-informazzjoni x-xierqa u kooperazzjoni effettiva bejn il-korp nazzjonali ta' akkreditament tiegħu jew, meta dan ikun applikabbli, bejn l-awtorità nazzjonali fdata biċ-ċertifikazzjoni tal-verifikaturi u l-awtorità kompetenti.

2.   Meta fi Stat Membru partikulari jkun hemm iktar minn awtorità kompetenti waħda maħtura skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2003/87/KE, dak l-Istat Membru għandu jawtorizza lil waħda minnhom biex isservi ta' punt ta' kuntatt għall-iskambju tal-informazzjoni, għall-koordinazzjoni tal-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u għall-attivitajiet imsemmijin f'dan il-Kapitolu.

Artikolu 71

Programm ta' ħidma marbut mal-akkreditament u rapport dwar il-ġestjoni

1.   Sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena, il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru programm ta' ħidma marbut mal-akkreditament li jkun fih il-lista tal-verifikaturi li jkun akkredita li jkunu avżawh, skont l-Artikolu 77, li beħsiebhom iwettqu verifiki f'dawk l-Istati Membri. Il-programm ta' ħidma marbut mal-akkreditament għandu jkun fih tal-inqas l-informazzjoni li ġejja għal kull verifikatur:

(a)

il-ħin u l-post previsti għall-verifika;

(b)

informazzjoni dwar l-attivitajiet li l-korp nazzjonali ta' akkreditament ikun ippjana għal dak il-verifikatur, b'mod partikulari dawk ta' sorveljanza u ta' valutazzjoni mill-ġdid;

(c)

id-dati tal-awditi ta' osservazzjoni previsti li korp nazzjonali ta' akkreditament irid iwettaq biex jivvaluta lill-verifikatur, fosthom l-indirizz u d-dettalji ta' kuntatt tal-operaturi jew tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru li tkun se ssirilhom żjara waqt l-awditu ta' osservazzjoni;

(d)

informazzjoni dwar jekk il-korp nazzjonali ta' akkreditament ikunx talab lill-korp nazzjonali ta' akkreditament tal-Istat Membru li fih il-verifikatur ikun qed iwettaq il-verifika biex iwettaq attivitajiet ta' sorveljanza jew le.

F'każ li tinbidel l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, sal-31 ta' Jannar ta' kull sena, il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jibgħat programm ta' ħidma aġġornat lill-awtorità kompetenti.

2.   Wara li jintbagħat il-programm ta' ħidma marbut mal-akkreditament skont il-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tgħaddi l-informazzjoni rilevanti kollha lill-korp nazzjonali ta' akkreditament, fosthom il-leġiżlazzjoni u l-linji gwida nazzjonali rilevanti.

3.   Sal-1 ta' Ġunju ta' kull sena, il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti rapport dwar il-ġestjoni. Ir-rapport dwar il-ġestjoni għandu jkun fih tal-inqas l-informazzjoni li ġejja għal kull verifikatur li dak il-korp ikun akkredita:

(a)

id-dettalji tal-akkreditament tal-verifikaturi li jkunu ġew akkreditati għall-ewwel darba minn dak il-korp nazzjonali ta' akkreditament, fosthom il-kamp ta' applikazzjoni tal-akkreditament tagħhom;

(b)

kull tibdil fil-kamp ta' applikazzjoni tal-akkreditament ta' dawn il-verifikaturi;

(c)

sommarju tar-riżultati tal-attivitajiet ta' sorveljanza u ta' valutazzjoni mill-ġdid li l-korp nazzjonali ta' akkreditament ikun wettaq;

(d)

sommarju tar-riżultati tal-valutazzjonijiet straordinarji li jkunu saru, fosthom ir-raġunijiet għalfejn ikunu nbdew it-tali valutazzjonijiet straordinarji;

(e)

kull ilment li jkun sar kontra l-verifikatur minn meta jkun inħareġ l-aħħar rapport dwar il-ġestjoni 'l hawn u l-azzjonijiet li l-korp nazzjonali ta' akkreditament ikun ħa b'rabta ma' dan;

(f)

id-dettalji dwar l-azzjonijiet li l-korp nazzjonali ta' akkreditament ikun ħa bi tweġiba għall-informazzjoni li l-awtorità kompetenti tkun bagħtitlu, sakemm huwa ma jkunx qies dik l-informazzjoni bħala lment skont it-tifsira tal-Artikolu 62.

Artikolu 72

Skambju tal-informazzjoni dwar il-miżuri amministrattivi

Jekk il-korp nazzjonali ta' akkreditament ikun impona miżuri amministrattivi fuq il-verifikatur skont l-Artikolu 54 jew jekk tkun intemmet is-sospensjoni tal-akkreditament jew deċiżjoni f'appell tkun reġġgħet lura d-deċiżjoni ta' korp nazzjonali ta' akkreditament li jimponi l-miżuri amministrattivi msemmijin fl-Artikolu 54, il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu javża lill-partijiet li ġejjin b'dan:

(a)

lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn il-verifikatur ikun akkreditat;

(b)

lill-awtorità kompetenti u lill-korp nazzjonali ta' akkreditament ta' kull Stat Membru fejn il-verifikatur ikun qed iwettaq il-verifiki.

Artikolu 73

Skambju tal-informazzjoni min-naħa tal-awtorità kompetenti

1.   Kull sena, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn il-verifikatur ikun qed iwettaq il-verifika għandha tibgħat tal-inqas l-affarijiet li ġejjin lill-korp nazzjonali ta' akkreditament li jkun akkredita lil dak il-verifikatur:

(a)

ir-riżultati rilevanti tal-verifika tar-rapport tal-operatur u tal-operatur tal-inġenji tal-ajru u tar-rapporti ta' verifika, b'mod partikulari kull nuqqas ta' konformità ta' dak il-verifikatur ma' dan ir-Regolament li jkun ġie identifikat;

(b)

ir-riżultati tal-ispezzjoni tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru meta dawk ir-riżultati jkunu rilevanti għall-korp nazzjonali ta' akkreditament b'rabta mal-akkreditament u mas-sorveljanza tal-verifikatur jew meta dawk ir-riżultati jkunu jinkludu xi nuqqas ta' konformità ta' dak il-verifikatur ma' dan ir-Regolament li jkun ġie identifikat;

(c)

ir-riżultati tal-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni interna tal-verifika ta' dak il-verifikatur meta hija tkun evalwat it-tali dokumentazzjoni interna skont l-Artikolu 26(3);

(d)

l-ilmenti li hija tkun irċeviet dwar il-verifikatur.

2.   Meta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 turi li l-awtorità kompetenti identifikat nuqqas ta' konformità tal-verifikatur ma' dan ir-Regolament, il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jqis il-komunikazzjoni ta' dik l-informazzjoni bħala lment min-naħa tal-awtorità kompetenti dwar dak il-verifikatur skont it-tifsira tal-Artikolu 62.

Il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jieħu l-azzjonijiet ix-xierqa biex jittratta t-tali informazzjoni u għandu jwieġeb lill-awtorità kompetenti fi żmien raġonevoli iżda mhux aktar tard minn tliet xhur minn meta jirċievi dik l-informazzjoni. Fit-tweġiba tiegħu, il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jgħarraf lill-awtorità kompetenti bl-azzjonijiet li jkun ħa u, meta dan ikun rilevanti, bil-miżuri amministrattivi li jkun impona fuq il-verifikatur.

Artikolu 74

Skambju tal-informazzjoni dwar is-sorveljanza

1.   Meta l-korp nazzjonali ta' akkreditament tal-Istat Membru li fih verifikatur ikun qed iwettaq verifika jkun intalab iwettaq attivitajiet ta' sorveljanza skont l-Artikolu 50(5), dak il-korp nazzjonali ta' akkreditament għandu jibgħat is-sejbiet tiegħu lill-korp nazzjonali ta' akkreditament li jkun akkredita lill-verifikatur, sakemm iż-żewġ korpi nazzjonali ta' akkreditament ma jkunux ftehmu mod ieħor bejniethom.

2.   Il-korp nazzjonali ta' akkreditament li jkun akkredita lill-verifikatur għandu jqis is-sejbiet imsemmijin fil-paragrafu 1 meta jkun qed jivvaluta jekk il-verifikatur jissodisfax ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jew le.

3.   Meta s-sejbiet imsemmijin fil-paragrafu 1 juru li l-verifikatur ma jkunx qed jikkonforma ma' dan ir-Regolament, il-korp nazzjonali ta' akkreditament li jkun akkredita lill-verifikatur għandu jieħu l-azzjonijiet ix-xierqa skont dan ir-Regolament u għandu javża lill-korp nazzjonali ta' akkreditament li jkun wettaq l-attivitajiet ta' sorveljanza bl-affarijiet li ġejjin:

(a)

b'liema azzjonijiet ikun ħa;

(b)

b'kif il-verifikatur ikun solva s-sejbiet, meta dan ikun xieraq;

(c)

b'liema miżuri amministrattivi jkunu ġew imposti fuq il-verifikatur, meta dan ikun rilevanti.

Artikolu 75

Skambju tal-informazzjoni mal-Istat Membru fejn il-verifikatur ikun stabbilit

Meta verifikatur ikun ġie akkreditat minn korp nazzjonali ta' akkreditament ta' Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru li fih ikun stabbilit, il-programm ta' ħidma marbut mal-akkreditament u r-rapport dwar il-ġestjoni msemmijin fl-Artikolu 71 u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 72 għandhom jintbagħtu wkoll lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih il-verifikatur ikun stabbilit.

Artikolu 76

Bażijiet tad-data tal-verifikaturi akkreditati

1.   Il-korpi nazzjonali ta' akkreditament jew, meta dan ikun applikabbli, l-awtoritajiet nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 55(2), għandhom jistabbilixxu u jamministraw bażi tad-data u jippermettu lil korpi nazzjonali ta' akkreditament oħrajn, lil awtoritajiet nazzjonali oħrajn, lill-verifikaturi, lill-operaturi, lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru u lill-awtoritajiet kompetenti jkollhom aċċess għaliha.

Il-korp irrikonoxxut skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu jiffaċilita u jarmonizza l-aċċess għall-bażijiet tad-data sabiex ikun jista' jkun hemm komunikazzjoni effiċjenti u kosteffettiva bejn il-korpi nazzjonali ta' akkreditament, l-awtoritajiet nazzjonali, il-verifikaturi, l-operaturi, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru u l-awtoritajiet kompetenti u jista' jgħaqqad dawk il-bażijiet tad-data f'bażi tad-data waħda ċċentralizzata.

2.   Il-bażi tad-data msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem u l-indirizz ta' kull verifikatur akkreditat minn dak il-korp nazzjonali ta' akkreditament;

(b)

l-Istati Membri li fihom il-verifikatur ikun qed iwettaq il-verifiki;

(c)

il-kamp ta' applikazzjoni tal-akkreditament ta' kull verifikatur;

(d)

id-data meta ngħata l-akkreditament u d-data meta dan jiskadi;

(e)

l-informazzjoni kollha dwar il-miżuri amministrattivi li jkunu ġew imposti fuq il-verifikatur.

L-informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 77

Notifika min-naħa tal-verifikaturi

1.   Sabiex il-korp nazzjonali ta' akkreditament ikun jista' jabbozza l-programm ta' ħidma marbut mal-akkreditament u r-rapport dwar il-ġestjoni msemmijin fl-Artikolu 71, sal-15 ta' Novembru ta' kull sena, verifikatur għandu jibgħat l-informazzjoni li ġejja lill-korp nazzjonali ta' akkreditament li jkun akkreditah:

(a)

il-ħin u l-post ippjanati tal-verifiki li huwa għandu jwettaq;

(b)

l-indirizz u d-dettalji ta' kuntatt tal-operaturi jew tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru li r-rapporti dwar l-emissjonijiet, ir-rapporti dwar it-tunnellati kilometri, ir-rapporti dwar id-data ta' referenza jew ir-rapporti dwar id-data ta' min jidħol ġdid tagħhom huwa jkun qed jivverifika;

(c)

l-ismijiet tal-membri tat-tim tal-verifika u l-kamp ta' applikazzjoni tal-akkreditament li fih tidħol l-attività tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru.

2.   F'każ li tinbidel l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-verifikatur għandu jgħarraf lill-korp nazzjonali ta' akkreditament b'dak it-tibdil f'perjodu taż-żmien miftiehem miegħu.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 78

Tħassir tar-Regolament (UE) Nru 600/2012 u dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   Ir-Regolament (UE) Nru 600/2012 jitħassar b'effett mill-1 ta' Jannar 2019 jew mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, skont liema minnhom tiġi l-aħħar.

Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni mogħtija fl-Anness IV.

2.   Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 600/2012 għandhom jibqgħu japplikaw għall-verifika tal-emissjonijiet u, meta dan ikun applikabbli, għad-data dwar l-attività ta' qabel l-1 ta' Jannar 2019.

Artikolu 79

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2019 jew mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, skont liema minnhom tiġi l-aħħar.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 tad-19 ta' Diċembru 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 (Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 600/2012 tal-21 ta' Ġunju 2012 dwar il-verifika tar-rapporti dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u r-rapporti dwar it-tunnellati kilometri u l-akkreditazzjoni tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 181, 12.7.2012, p. 1).

(4)  Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

(6)  Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni 93/465/KEE (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82).

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).

(9)  Għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.

(10)  Id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-diossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, id-Direttivi 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE, 2008/1/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 114).

(11)  Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).

(12)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE tas-27 ta' April 2011 li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 130, 17.5.2011, p. 1).


ANNESS I

Kamp ta' applikazzjoni tal-akkreditament tal-verifikaturi

Il-kamp ta' applikazzjoni tal-akkreditament tal-verifikaturi għandu jiġi indikat fiċ-ċertifikat tal-akkreditament bl-użu tal-gruppi ta' attivitajiet li ġejjin skont l-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE u ta' attivitajiet oħrajn skont l-Artikoli 10a u 24 ta' dik id-Direttiva. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw ukoll għall-verifikaturi ċċertifikati minn awtorità nazzjonali skont l-Artikolu 55(2) ta' dan ir-Regolament.

Numru tal-grupp ta' attività

Kampijiet ta' applikazzjoni tal-akkreditament

1a

Il-kombustjoni tal-fjuwils fl-istallazzjonijiet li fihom jintużaw il-fjuwils kummerċjali standard kif iddefinit fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 biss jew fl-istallazzjonijiet tal-kategorija A jew B li fihom jintuża l-gass naturali

1b

Il-kombustjoni tal-fjuwils fl-istallazzjonijiet, mingħajr restrizzjonijiet

2

Ir-raffinar ta' żejt minerali

3

Il-produzzjoni tal-kokk

Ix-xiwi jew is-sinterizzazzjoni ta' minerali tal-metall (inkluż il-mineral tas-sulfur), inkluż il-pelitizzazzjoni

Il-produzzjoni tal-ħadid fondut grezz jew tal-azzar (fużjoni primarja jew sekondarja), inkluż l-ikkastjar kontinwu

4

Il-produzzjoni jew l-ipproċessar ta' metalli tal-ħadid (inklużi l-ligi tal-ħadid)

Il-produzzjoni tal-aluminju sekondarju

Il-produzzjoni jew l-ipproċessar ta' metalli mhux tal-ħadid, inkluża l-produzzjoni tal-ligi

5

Il-produzzjoni tal-aluminju primarju (emissjonijiet tas-CO2 u tal-PFC)

6

Il-produzzjoni tal-gagazza

Il-produzzjoni tal-ġir jew il-kalċinazzjoni tad-dolomit jew tal-manjeżit

Il-manifattura tal-ħġieġ inkluża l-fibra tal-ħġieġ

Il-manifattura tal-prodotti taċ-ċeramika permezz tan-nar

Il-manifattura ta' materjal ta' iżolament tas-suf minerali

It-tnixxif jew il-kalċinazzjoni tal-ġipsum jew il-produzzjoni ta' folji tal-materjal tal-kisi u ta' prodotti oħrajn tal-ġipsum

7

Il-produzzjoni tal-polpa mill-injam jew minn materjali fibrużi oħrajn

Il-produzzjoni tal-karta jew tal-kartun

8

Il-produzzjoni tal-iswed tal-karbonju

Il-produzzjoni tal-ammonijaka

Il-produzzjoni ta' sustanzi kimiċi organiċi fi kwantitajiet kbar permezz tal-ikkrekkjar, tal-iffurmar mill-ġdid, tal-ossidazzjoni parzjali jew sħiħa jew permezz ta' proċessi simili

Il-produzzjoni tal-idroġenu (H2) u tal-gass sintetiku permezz tal-iffurmar mill-ġdid jew tal-ossidazzjoni parzjali

Il-produzzjoni tal-karbonat tas-sodju (Na2CO3) u tal-bikarbonat tas-sodju (NaHCO3)

9

Il-produzzjoni tal-aċidu nitriku (emissjonijiet tas-CO2 u tan-N2O)

Il-produzzjoni tal-aċidu adipiku (emissjonijiet tas-CO2 u tan-N2O)

Il-produzzjoni tal-gliossal u tal-aċidu gliossiliku (emissjonijiet tas-CO2 u tan-N2O)

10

Il-ġbir tal-gassijiet serra minn stallazzjonijiet koperti mid-Direttiva 2003/87/KE għall-finijiet tat-trasport u tal-ħżin ġeoloġiku f'sit tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE

It-trasport tal-gassijiet serra permezz ta' linji tal-pajpijiet għall-finijiet tal-ħżin ġeoloġiku f'sit tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE

11

Il-ħżin ġeoloġiku tal-gassijiet serra f'sit tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE

12

L-attivitajiet tal-avjazzjoni (emissjonijiet u data dwar it-tunnellati kilometri)

98

Attivitajiet oħrajn skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE

99

Attivitajiet oħrajn li Stat Membru jinkludi skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/87/KE, li jridu jiġu speċifikati fid-dettall fiċ-ċertifikat tal-akkreditament


ANNESS II

Rekwiżiti għall-verifikaturi

L-istandard armonizzat dwar ir-rekwiżiti għall-korpi tal-validazzjoni u tal-verifika tal-gassijiet serra li jintużaw fl-akkreditament jew f'forom oħrajn ta' rikonoxximent previst fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti għall-verifikaturi. Barra minn hekk, għandhom japplikaw ukoll il-proċeduri, il-proċessi u l-arranġamenti li ġejjin imsemmijin fl-Artikolu 41(1):

(a)

proċess u politika għall-komunikazzjoni mal-operatur jew mal-operatur tal-inġenji tal-ajru u ma' partijiet rilevanti oħrajn;

(b)

arranġamenti adegwati biex titħares il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miksuba;

(c)

proċess biex jiġu ttrattati l-appelli;

(d)

proċess biex jiġu ttrattati l-ilmenti (fosthom skeda taż-żmien indikattiva);

(e)

proċess għall-ħruġ ta' rapport rivedut ta' verifika meta jkun ġie identifikat żball fir-rapport ta' verifika jew fir-rapport ta' operatur jew ta' operatur tal-inġenji tal-ajru wara li l-verifikatur ikun bagħat ir-rapport ta' verifika lill-operatur jew lill-operatur tal-inġenji tal-ajru biex dan jibagħtu lill-awtorità kompetenti;

(f)

proċedura jew proċess għall-esternalizzazzjoni tal-attivitajiet ta' verifika lil organizzazzjonijiet oħrajn.


ANNESS III

Rekwiżiti minimi tal-proċess tal-akkreditament u rekwiżiti għall-korpi tal-akkreditament

L-istandard armonizzat dwar ir-rekwiżiti ġenerali għall-korpi tal-akkreditament li jakkreditaw il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità previst fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti minimi għall-akkreditament u mar-rekwiżiti għall-korpi tal-akkreditament.


ANNESS IV

Tabella ta' korrelazzjoni

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 600/2012

Dan ir-Regolament

L-Artikoli 1 sa 31

L-Artikoli 1 sa 31

L-Artikolu 32

L-Artikoli 32 sa 78

L-Artikoli 33 sa 79

L-Annessi I sa III

L-Annessi I sa III

L-Anness IV