|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 329 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 61 |
|
Werrej |
|
I Atti leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
|
DIRETTIVI |
|
|
|
* |
|
|
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
|
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/2059 tad-29 ta' Novembru 2018 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, dwar l-emenda tal-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) għall-Ftehim ŻEE ( 1 ) |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
|
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
|
* |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
27.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 329/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2018/2056
tas-6 ta' Diċembru 2018
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 216/2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 352 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġislattiva speċjali,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 (1) jipprevedi li l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali jrid ikollha siġill elettroniku avvanzat ibbażat fuq ċertifikat kwalifikat u maħluq b'tagħmir li joħloq firem siguri, f'konformità mad-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi qafas legali għall-firem elettroniċi, is-siġilli elettroniċi, it-timbri tal-ħin elettroniċi, id-dokumenti elettroniċi, is-servizzi elettroniċi ta' konsenja reġistrati u s-servizzi ta' ċertifikazzjoni tal-awtentikazzjoni ta' siti elettroniċi. |
|
(3) |
L-awtentikazzjoni bis-siġill elettroniku toffri garanziji komparabbli għal dawk ipprovduti b'firma elettronika. L-użu ta' siġill elettroniku li jawtentika l-Ġurnal Uffiċjali jgħaġġel il-proċedura għall-pubblikazzjoni tal-Ġurnal Uffiċjali fuq is-sit elettroniku tal-EUR-Lex. |
|
(4) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 216/2013 jiġi emendat, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 216/2013, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“1. L-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali għandu jkollha firma elettronika kwalifikata definita f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), jew siġill elettroniku kwalifikat definit f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 910/2014. Iċ-ċertifikati kwalifikati għall-firma elettronika jew għas-siġill elettroniku u t-tiġdid tagħhom għandhom jiġu ppubblikati fis-sit elettroniku tal-EUR-Lex biex il-pubbliku jkun jista' jivverifika l-firma elettronika kwalifikata jew is-siġill elettroniku kwalifikat u l-awtentiċità tal-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
H. KICKL
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta' Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 1).
(2) Id-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 dwar kwadru tal-Komunità għall-firem elettroniċi (ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettronċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).
DIRETTIVI
|
27.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 329/3 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL (UE) 2018/2057
tal-20 ta' Diċembru 2018
li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tal-applikazzjoni temporanja ta' mekkaniżmu tar-reverse charge ġeneralizzat b'rabta mal-provvisti ta' merkanzija u servizzi 'l fuq minn ċertu livell limitu
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġislattiva speċjali,
Billi:
|
(1) |
Fil-komunikazzjoni tas-7 ta' April 2016 dwar pjan ta' azzjoni dwar il-VAT, il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjonijiet tagħha li tressaq proposta għal reġim definittiv ta' taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) għall-kummerċ transfruntier fost in-negozji bejn l-Istati Membri abbażi tat-tassazzjoni tal-provvisti transfruntieri ta' merkanzija u servizzi. |
|
(2) |
Fid-dawl tal-livell attwali ta' frodi tal-VAT u l-fatt li mhux l-Istati Membri kollha huma affettwati indaqs minn dan it-tip ta' frodi, u minħabba li ser jgħaddu bosta snin sabiex jiġi implimentat ir-reġim definittiv tal-VAT, jistgħu jkunu meħtieġa xi miżuri urġenti u speċifiċi. |
|
(3) |
F'dan il-kuntest, ċertu Stati Membri talbu li jitħallew jimplimentaw mekkaniżmu temporanju tar-reverse charge ġeneralizzat (“GRCM”) b'ċertu livell limitu għal kull transazzjoni li jidderoga minn wieħed mill-prinċipji ġenerali tas-sistema attwali tal-VAT, fir-rigward tas-sistema tal-pagament frazzjonat, sabiex tiġi indirizzata l-frodi karusell endemika. Il-frodi karusell għandha l-għeruq tagħha notevolment fl-eżenzjoni attwali fuq il-provvisti intra-Komunitarji li tippermetti li l-merkanzija tinkiseb mingħajr VAT. Numru ta' negozjanti jinvolvu ruħhom sussegwentement fil-frodi tal-VAT billi ma jħallsux il-VAT li jirċievu mill-klijenti tagħhom lill-awtoritajiet tat-taxxa. Dawk il-klijenti, madankollu, peress li jkollhom fatturi validi, jibqgħu intitolati għal tnaqqis mit-taxxa. L-istess merkanzija tista' tiġi pprovduta diversi drabi oħra billi jerġgħu jiġu inklużi l-provvisti intra-Komunitarji eżentati. Jista' jkun hemm każijiet ta' frodi karusell simili meta jiġu fornuti servizzi. Bin-nomina tal-persuna taxxabbli li lilha tkun qed tiġi pprovduta l-merkanzija jew is-servizzi bħala l-persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT, id-deroga tneħħi l-opportunità li wieħed iwettaq dan it-tip ta' frodi tat-taxxa. |
|
(4) |
L-Istati Membri li juru differenzi fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet tal-awtoritajiet tat-taxxa tagħhom jagħmlu sforz speċjali, f'termini li jindirizzaw livelli ogħla ta' frodi tal-VAT u t-telf tad-dħul, fl-implimentazzjoni tas-sistema tal-VAT, kif imsemmi fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
|
(5) |
Sabiex jiġi limitat ir-riskju taċ-ċaqliq tal-frodi bejn l-Istati Membri, l-Istati Membri li jissodisfaw ċertu kriterji fir-rigward tal-livell tal-frodi tagħhom, b'mod partikolari b'rabta mal-frodi karusell, u li jistgħu jistabbilixxu li miżuri oħrajn ta' kontroll mhumiex suffiċjenti biex tiġi miġġielda dik il-frodi, jenħtieġ li jitħallew jużaw il-GRCM. Barra minn hekk, huma jenħtieġ li jistabbilixxu li l-gwadanni stmati fil-konformità u l-ġbir ta' taxxa mistennija bħala riżultat tal-introduzzjoni tal-GRCM jkunu akbar mill-piż addizzjonali ġenerali stmat fuq in-negozji u l-awtoritajiet tat-taxxa u li n-negozji u l-awtoritajiet tat-taxxa mhumiex ser iġarrbu spejjeż li huma ogħla minn dawk imġarrba bħala riżultat tal-applikazzjoni ta' miżuri oħra ta' kontroll. |
|
(6) |
Jekk l-Istati Membri jagħżlu li japplikaw il-GRCM, jenħtieġ li japplikawh għall-provvisti mhux transkonfini kollha ta' merkanzija u servizzi 'l fuq minn livell limitu definit għal kull transazzjoni. Il-GRCM jenħtieġ li ma jiġi limitat għal ebda settur speċifiku. |
|
(7) |
L-Istati Membri li jagħżlu li japplikaw il-GRCM għandhom jintroduċu obbligi speċifiċi ta' rappurtar elettroniku dwar il-persuni taxxabbli sabiex jiżguraw il-funzjonament u l-monitoraġġ effettiv tal-applikazzjoni tal-GRCM. Jenħtieġ li jidentifikaw u jipprevjenu l-forom ġodda kollha ta' frodi tat-taxxa, bħall-qsim artifiċjali tal-ammont taxxabbli tat-transazzjonijiet. |
|
(8) |
Sabiex ikun jista' jiġi vvalutat jekk l-introduzzjoni tal-GRCM fi Stat Membru wieħed tirriżultax f'ċaqliq ta' frodi lejn Stati Membri oħrajn u biex ikun jista' jiġi vvalutat il-grad ta' tfixkil possibbli għall-funzjonament tas-suq intern, huwa xieraq li jiġi previst obbligu speċifiku għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri li japplikaw il-GRCM u dawk li ma japplikawhx. L-iskambji kollha ta' informazzjoni huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data personali u l-kunfidenzjalità, li jinkludu eżenzjonijiet u restrizzjonijiet biex jiġu ssalvagwardjati l-interessi tal-Istati Membri jew tal-Unjoni fil-qasam tat-tassazzjoni. |
|
(9) |
Sabiex jiġi vvalutat l-effett tal-applikazzjoni tal-GRCM fuq l-attivitajiet frodulenti b'mod trasparenti, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji ta' evalwazzjoni definiti minn qabel minn dawk l-Istati Membri, biex tkun possibbli valutazzjoni tal-livell ta' frodi qabel u wara l-applikazzjoni tal-GRCM. |
|
(10) |
Id-deċiżjonijiet li jawtorizzaw l-applikazzjoni tal-GRCM ikollhom impatt baġitarju li jista' jkun sinifikanti għal xi Stat Membru wieħed jew aktar. Għaldaqstant, jenħtieġ li s-setgħa ta' awtorizzazzjoni tal-applikazzjoni tal-GRCM tiġi kkonferita lill-Kunsill. |
|
(11) |
Jenħtieġ li Stat Membru li jagħżel li japplika l-GRCM jitlob lill-Kummissjoni tipproponi l-applikazzjoni tal-GRCM u jipprovdi l-informazzjoni rilevanti biex il-Kummissjoni tkun tista' tivvaluta tali talba. Fejn ikun neċessarju, jenħtieġ li il-Kummissjoni tkun tista' titlob informazzjoni addizzjonali. |
|
(12) |
Minħabba l-effetti mhux mistennija li jista' jkollha l-applikazzjoni ta' dan il-GRCM fuq il-funzjonament tas-suq intern minħabba ċaqliq possibbli tal-frodi lejn Stati Membri oħrajn li ma japplikawx il-GRCM, jenħtieġ li l-Kunsill, bħala miżura ta' salvagwardja, ikun jista' jirrevoka d-deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni kollha li jawtorizzaw l-applikazzjoni tal-GRCM. Fid-dawl tal-ħtieġa ta' reazzjoni rapida f'sitwazzjoni fejn ikun ġie stabbilit impatt negattiv konsiderevoli fuq is-suq intern, jenħtieġ li jintuża l-vot b'unanimità inversa. |
|
(13) |
Fid-dawl tal-effetti inċerti li jista' jkollu dan il-GRCM, jenħtieġ li l-applikazzjoni tiegħu jkun limitat fiż-żmien. |
|
(14) |
Sabiex jiġi mmonitorjat mill-qrib l-impatt fuq is-suq intern, jenħtieġ li l-Istati Membri kollha, fejn il-GRCM jintuża f'tal-inqas Stat Membru wieħed, jippreżentaw rapporti lill-Kummissjoni biex tkun tista' ssir valutazzjoni tal-impatt fuq il-frodi, il-kostijiet tal-konformità għan-negozji u ċaqliq fl-attivitajiet frodulenti minħabba l-applikazzjoni tal-GRCM. |
|
(15) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (3) tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Fid-Direttiva 2006/112/KE, jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
“Artikolu 199c
1. B'deroga mill-Artikolu 193, Stat Membru jista', sat-30 ta' Ġunju 2022, jintroduċi mekkaniżmu tar-reverse charge ġeneralizzat (‘GRCM’) fuq provvisti mhux transkonfinali, bil-kondizzjoni li l-persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT tkun il-persuna taxxabbli li lilha jsiru l-provvisti kollha tal-merkanzija u s-servizzi 'l fuq minn livell limitu ta' EUR 17 500 għal kull transazzjoni.
Stat Membru li jixtieq li jintroduċi l-GRCM għandu jikkonforma mal-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
huwa kellu fl-2014, skont il-metodu u ċ-ċifri stabbiliti fir-rapport finali tal-2016 bid-data tat-23 ta' Awwissu 2016 dwar id-diskrepanza tal-VAT ippubblikat mill-Kummissjoni, diskrepanza fil-VAT, espressa bħala perċentwal tal-ammont totali dovut ta' VAT, ta' mill-inqas ħames punti perċentwali 'l fuq mid-diskrepanza tal-VAT medjana tal-Komunità; |
|
(b) |
ikollu, abbażi tal-valutazzjoni tal-impatt li akkumpanjat il-proposta leġislattiva għal dan l-Artikolu, livell ta' frodi karusell fi ħdan id-diskrepanza tal-VAT totali tiegħu ta' aktar minn 25 %; |
|
(c) |
jistabbilixxi li miżuri oħra ta' kontroll mhumiex biżżejjed biex tkun miġġielda l-frodi karusell fuq it-territorju tiegħu, b'mod partikolari billi jispeċifika l-miżuri ta' kontroll applikati u r-raġunijiet partikolari għan-nuqqas ta' effikaċja tagħhom, kif ukoll ir-raġunijiet għaliex il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tal-VAT kienet insuffiċjenti; |
|
(d) |
jistabbilixxi li l-gwadanni stmati fil-konformità u l-ġbir tat-taxxa mistennija bħala riżultat tal-introduzzjoni tal-GRCM ikunu akbar mill-piż addizzjonali ġenerali fuq in-negozji u l-awtoritajiet tat-taxxa b'mill-inqas 25 %; u |
|
(e) |
jistabbilixxi li l-introduzzjoni tal-GRCM mhix ser tirriżulta fil-fatt li n-negozji u l-awtoritajiet tat-taxxa jkollhom spejjeż li huma ogħla minn dawk imġarrba bħala riżultat tal-applikazzjoni ta' miżuri oħra ta' kontroll. L-Istat Membru għandu jehmeż mat-talba msemmija fil-paragrafu 3 l-kalkolu tad-diskrepanza tal-VAT skont il-metodu u ċ-ċifri disponibbli fir-rapport dwar id-diskrepanza tal-VAT ippubblikat mill-Kummissjoni, kif imsemmi fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu. |
2. L-Istati Membri li japplikaw il-GRCM għandhom jistabbilixxu obbligi ta' rappurtar elettroniku xierqa u effettivi għall-persuni taxxabbli kollha u, b'mod partikolari, għall-persuni taxxabbli li jipprovdu jew li jirċievu merkanzija jew servizzi li japplika għalihom il-GRCM biex jiżguraw il-funzjonament u l-monitoraġġ effettiv tal-applikazzjoni tal-GRCM.
3. L-Istati Membri li jixtiequ japplikaw il-GRCM għandhom jippreżentaw talba lill-Kummissjoni u jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
ġustifikazzjoni dettaljata li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jkunu ssodisfati; |
|
(b) |
id-data ta' meta jkun ser jibda jiġi applikat il-GRCM u l-perijodu li għandu jkopri l-GRCM; |
|
(c) |
l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu biex il-persuni taxxabbli jiġu infurmati bl-introduzzjoni tal-applikazzjoni tal-GRCM; u |
|
(d) |
deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri ta' akkumpanjament imsemmija fil-paragrafu 2. |
Jekk il-Kummissjoni tqis li m'għandhiex l-informazzjoni kollha meħtieġa, hija għandha titlob informazzjoni addizzjonali, inkluż metodi, assunzjonijiet u studji sottostanti u dokumenti oħra ta' appoġġ, fi żmien xahar mill-wasla tat-talba. L-Istat Membru rikjedenti għandu jippreżenta l-informazzjoni meħtieġa fi żmien xahar mill-wasla tan-notifika.
4. Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li talba tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 3, hija għandha, sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara li tkun irċeviet l-informazzjoni kollha meħtieġa, tibgħat proposta lill-Kunsill. Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'mod unanimu dwar tali proposta mill-Kummissjoni, jista' jawtorizza lill-Istat Membru rikjedenti li japplika l-GRCM. Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li talba ma tkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 3, hija għandha, fl-istess skadenza, tikkomunika r-raġunijiet tagħha lill-Istat Membru rikjedenti u lill-Kunsill.
5. Fejn impatt negattiv konsiderevoli fuq is-suq intern ġie stabbilit skont it-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard minn tliet xhur wara li tkun irċeviet l-informazzjoni neċessarja kollha, tipproponi t-tħassir tad-deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 4, għallinqas sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tal-ewwel deċiżjoni ta' implimentazzjoni li tawtorizza Stat Membru japplika l-GRCM. Dan it-tħassir għandu jitqies li jkun ġie adottat mill-Kunsill sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix b'unanimità li jirrifjuta l-proposta tal-Kummissjoni fi żmien 30 jum mill-adozzjoni tagħha mill-Kummissjoni.
Impatt negattiv konsiderevoli għandu jiġi kkunsidrat stabbilit meta l-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:
|
(a) |
mill-inqas Stat Membru wieħed li ma japplikax il-GRCM jinforma lill-Kummissjoni b'żieda fil-frodi tal-VAT fit-territorju tiegħu minħabba l- applikazzjoni tal-GRCM; u |
|
(b) |
il-Kummissjoni tistabbilixxi, inkluż abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri msemmija fil-punt (a) ta' dan is-subparagrafu, li ż-żieda fil-frodi tal-VAT fit-territorju tagħhom tkun relatata mal-applikazzjoni tal-GRCM fi Stat Membru wieħed jew aktar. |
6. L-Istati Membri li japplikaw il-GRCM għandhom jissottomettu l-informazzjoni li ġejja lill-Istati Membri kollha:
|
(a) |
l-ismijiet tal-persuni li, fit-12-il xahar li jippreċedu d-data tal-bidu tal-applikazzjoni tal-GRCM, kienu soġġetti għal proċedimenti, kemm jekk kriminali kif ukoll jekk amministrattivi, għal frodi tal-VAT; u |
|
(b) |
l-ismijiet tal-persuni, inkluż fil-każ ta' persuni ġuridiċi, l-ismijiet tad-diretturi tagħhom, li r-reġistrazzjoni tal-VAT tagħhom f'dak l-Istat Membru tiġi terminata wara l-introduzzjoni tal-GRCM; u |
|
(c) |
l-ismijiet tal-persuni, inkluż fil-każ ta' persuni ġuridiċi, l-ismijiet tad-diretturi tagħhom li jkunu naqsu milli jippreżentaw denunzja tal-VAT għal żewġ perijodi tat-taxxa konsekuttivi wara l-introduzzjoni tal-GRCM. |
L-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi ppreżentata sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-introduzzjoni tal-GRCM u għandha tiġi aġġornata kull tliet xhur minn hemm 'il quddiem. L-informazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi ppreżentata sa mhux aktar tard minn disa' xhur wara l-introduzzjoni tal-GRCM u għandha tiġi aġġornata kull tliet xhur minn hemm 'il quddiem.
L-Istati Membri li japplikaw il-GRCM għandhom jippreżentaw rapport interim lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn sena wara l-bidu tal-applikazzjoni tal-GRCM. Dak ir-rapport għandu jipprovdi valutazzjoni dettaljata tal-effikaċja tal-GRCM. Tliet xhur wara t-tmiem tal-applikazzjoni tal-GRCM, l-Istati Membri li japplikaw il-GRCM għandhom jippreżentaw rapport finali dwar l-impatt ġenerali tiegħu.
7. L-Istati Membri li ma japplikawx il-GRCM għandhom jippreżentaw rapport interim lill-Kummissjoni fir-rigward tal-impatt fuq it-territorju tagħhom tal-applikazzjoni tal-GRCM minn Stati Membri oħrajn. Dak ir-rapport għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur wara li l-GRCM ikun ġie applikat għal tal-inqas sena fi Stat Membru wieħed.
Jekk tal-inqas Stat Membru wieħed japplika l-GRCM, l-Istati Membri li ma japplikawx il-GRCM għandhom, sat-30 ta' Settembru 2022, jippreżentaw rapport finali lill-Kummissjoni fir-rigward tal-impatt fit-territorju tagħhom tal-GRCM applikat minn Stati Membri.
8. Fir-rapporti msemmija fil-paragrafu 6, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw l-impatt tal-applikazzjoni tal-GRCM abbażi tal-kriterji ta' evalwazzjoni li ġejjin:
|
(a) |
l-evoluzzjoni tad-diskrepanza tal-VAT; |
|
(b) |
l-evoluzzjoni tal-frodi tal-VAT, b'mod partikolari l-frodi karusell u l-frodi fil-livell tal-bejgħ bl-imnut; |
|
(c) |
l-evoluzzjoni tal-piż amministrattiv fuq il-persuni taxxabbli; |
|
(d) |
l-evoluzzjoni tal-ispejjeż amministrattivi għall-awtoritajiet tat-taxxa. |
9. Fir-rapporti msemmija fil-paragrafu 7, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw l-impatt tal-applikazzjoni tal-GRCM abbażi tal-kriterji ta' evalwazzjoni li ġejjin:
|
(a) |
l-evoluzzjoni tal-frodi tal-VAT, b'mod partikolari l-frodi karusell u l-frodi fil-livell tal-bejgħ bl-imnut; |
|
(b) |
ċaqliq fil-frodi minn dawk l-Istati Membri li japplikaw jew li kienu applikaw il-GRCM.”. |
Artikolu 2
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika sat-30 ta' Ġunju 2022.
Artikolu 3
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
E. KÖSTINGER
(1) Opinjoni tal-11 ta' Diċembru 2018 (P8_TA(2018)0496).
(2) Opinjoni tal-31 ta' Mejju 2017 (OJ C 288, 31.8.2017, p. 52).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
27.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 329/8 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2018/2058
tas-17 ta' Diċembru 2018
li jiffissa għall-2019 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut fil-Baħar l-Iswed
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 43(3) tat-Trattat jistipula li l-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd. |
|
(2) |
Ir-Regolament(UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jeżiġi li jiġu adottati miżuri ta' konservazzjoni filwaqt li jitqiesu l-pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi disponibbli, inkluż, fejn rilevanti, rapporti mfassla mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF). |
|
(3) |
Il-Kunsill għandu r-responsabbiltà li jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont is-sajd jew il-grupp tas-sajd fil-Baħar l-Iswed, inkluż, fejn xieraq, ċerti kundizzjonijiet li huma funzjonalment marbuta magħhom. F'konformità mal-Artikolu 16(1) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri b'tali mod li jiżguraw l-istabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd ta' kull Stat Membru għal kull stokk ta' ħut jew sajd u, f'konformità mal-objettivi tal-politika komuni tas-sajd stabbiliti fl-Artikolu 2(2) ta' dak ir-Regolament. |
|
(4) |
Fil-41 Laqgħa Annwali tagħha fl-2017, il-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd għall-Baħar Mediterran adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/41/2017/4 dwar pjan ta' ġestjoni pluriennali għas-sajd tal-barbun imperjali fis-subżona ġeografika 29 (il-Baħar l-Iswed). Ir-rakkomandazzjoni tistabbilixxi qabda totali permissibbli (TAC) għall-barbun imperjali għal sentejn (2018-2019) b'allokazzjoni temporanja ta' kwoti. Jenħtieġ li dik il-miżura tiġi implimentata fil-liġi tal-Unjoni. |
|
(5) |
Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd jiġu stabbiliti abbażi tal-pariri xjentifiċi disponibbli, b'kunsiderazzjoni ta' aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi filwaqt li jkun żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll fid-dawl tal-opinjonijiet espressi matul il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati. |
|
(6) |
Skont il-parir xjentifiku pprovdut mill-STECF, huwa meħtieġ li jinżamm il-livell attwali ta' mortalità mis-sajd, sabiex tiġi żgurata s-sostenibbilità tal-istokk tal-laċċa kaħla fil-Baħar l-Iswed. |
|
(7) |
L-użu tal-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti f'dan ir-Regolament huwa soġġett għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (2) u, b'mod partikolari, għall-Artikoli 33 u 34 tiegħu rigward ir-reġistrazzjoni tal-qabdiet u n-notifika tad-data dwar l-eżawriment tal-opportunitajiet tas-sajd. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġu speċifikati l-kodiċijiet li għandhom jintużaw mill-Istati Membri meta jibagħtu d-data lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ħatt l-art tal-istokkijiet li huma soġġetti għal dan ir-Regolament. |
|
(8) |
F'konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (3), iridu jiġu identifikati l-istokkijiet li huma soġġetti għall-miżuri varji msemmija fih. |
|
(9) |
Fir-rigward tal-istokk tal-barbun imperjali, jenħtieġ li jittieħdu aktar miżuri ta' konservazzjoni. Iż-żamma tal-perjodu tal-għeluq ta' xahrejn, mill-15 ta' April sal-15 ta' Ġunju, applikabbli bħalissa, tkompli tipprovdi protezzjoni għall-istokk matul l-istaġun riproduttiv tal-barbun imperjali. Il-ġestjoni tal-isforzi tas-sajd u l-limitazzjoni tal-jiem ta' sajd għal 180 jum fis-sena ikollhom impatt ta' konservazzjoni pożittiv fuq l-istokk tal-barbun imperjali. |
|
(10) |
Sabiex tkun evitata l-interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd u sabiex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, huwa importanti li fl-1 ta' Jannar 2019 jinfetħu t-tipi tas-sajd inkwistjoni fil-Baħar l-Iswed. Għal raġunijiet ta' urġenza, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu. |
|
(11) |
Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd jintużaw f'konformità sħiħa mal-liġi applikabbli tal-Unjoni, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jiffissa għall-2019 l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jtajru l-bandiera tal-Bulgarija u tar-Rumanija għall-istokkijiet li ġejjin fil-Baħar l-Iswed:
|
(a) |
laċċa kaħla (Sprattus sprattus); |
|
(b) |
barbun imperjali (Psetta maxima). |
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jtajru l-bandiera tal-Bulgarija jew tar-Rumanija u li joperaw fil-Baħar l-Iswed.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“il-Baħar l-Iswed” tfisser is-subżona ġeografika 29 kif iddefinita fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4); |
|
(b) |
“bastiment tas-sajd” tfisser kull bastiment mgħammar għall-isfruttament kummerċjali tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar; |
|
(c) |
“bastiment tas-sajd tal-Unjoni” tfisser bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru u rreġistrat fl-Unjoni; |
|
(d) |
“stokk” tfisser riżorsa bijoloġika tal-baħar li tinsab f'żona ta' ġestjoni partikolari; |
|
(e) |
“qabda totali permissibbli” (TAC) tfisser il-kwantità ta' kull stokk li tista' tinqabad fuq perjodu ta' sena; |
|
(f) |
“kwota awtonoma tal-Unjoni” tfisser limitu tal-qabdiet allokat b'mod awtonomu lil bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fin-nuqqas ta' qbil dwar TAC; |
|
(g) |
“kwota analitika” tfisser kwota awtonoma tal-Unjoni li għaliha tkun disponibbli valutazzjoni analitika; |
|
(h) |
“valutazzjoni analitika” tfisser evalwazzjoni kwantitattiva tax-xejriet fi stokk partikolari, abbażi ta' data dwar il-bijoloġija u l-isfruttament tal-istokk, li l-analiżi xjentifika tkun indikat li hija data ta' kwalità biżżejjed biex abbażi tagħha jingħata parir xjentifiku dwar l-alternattivi għall-qabdiet futuri. |
KAPITOLU II
OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD
Artikolu 4
Allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd
1. Il-kwota awtonoma tal-Unjoni għal-laċċa kaħla, l-allokazzjoni ta' tali kwota fost l-Istati Membri, u, fejn xieraq, il-kundizzjonijiet funzjonalment marbuta magħhom huma indikati fl-Anness.
2. It-TAC għall-barbun imperjali, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, l-allokazzjoni ta' tali TAC fost l-Istati Membri u, fejn xieraq, il-kundizzjonijiet funzjonalment marbuta magħhom huma indikati fl-Anness.
Artikolu 5
Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet
L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri kif stabbilit f'dan ir-Regolament għandha tkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
skambji li jsiru skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; |
|
(b) |
tnaqqis u riallokazzjonijiet li jsiru skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009; |
|
(c) |
tnaqqis li jsir skont l-Artikoli 105 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. |
Artikolu 6
Ġestjoni tal-isforz tas-sajd għall-barbun imperjali
Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li huma awtorizzati għas-sajd tal-barbun imperjali fil-Baħar l-Iswed, irrispettivament mit-tul totali tal-bastimenti, ma għandhomx jaqbżu l-180 jum ta' sajd fis-sena.
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 7
Trażmissjoni tad-data
Meta, skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jibagħtu data lill-Kummissjoni relatata mal-ħatt l-art ta' kwantitajiet ta' stokkijiet maqbuda, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet indikati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
E. KÖSTINGER
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta' Mejju 1996 li jintroduċi kundizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (il-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (ĠU L 347, 30.12.2011, p. 44).
ANNESS
It-tabelli f'dan l-Anness jindikaw it-TACs u l-kwoti f'tunnellati ta' piż ħaj u, fejn xieraq, il-kundizzjonijiet funzjonalment marbuta magħhom.
|
Speċijiet: |
Laċċa kaħla Sprattus sprattus |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar l-Iswed (SPR/F3742C) |
|
|
Il-Bulgarija |
8 032,50 |
|
|
|
|
Ir-Rumanija |
3 442,50 |
|
|
|
|
L-Unjoni |
11 475 |
|
|
|
|
TAC |
Mhux rilevanti/Mhux miftiehma |
|
Kwota analitika Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96. Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96. |
|
|
Speċijiet: |
Barbun imperjali Psetta maxima |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar l-Iswed (TUR/F3742C) |
|
|
Il-Bulgarija |
57 |
|
|
|
|
Ir-Rumanija |
57 |
|
|
|
|
L-Unjoni |
114 (*1) |
|
|
|
|
TAC |
644 |
|
TAC analitika Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96. Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96. |
|
(*1) L-ebda attività tas-sajd inkluż it-trażbord, it-teħid abbord, il-ħatt l-art u l-ewwel bejgħ mhi permessa mill-15 ta' April sal-15 ta' Ġunju 2019.
DEĊIŻJONIJIET
|
27.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 329/13 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/2059
tad-29 ta' Novembru 2018
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, dwar l-emenda tal-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) għall-Ftehim ŻEE
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994. |
|
(2) |
Bis-saħħa tal-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, inter alia, l-Anness IX għal dak il-Ftehim, li fih dispożizzjonijiet dwar is-servizzi finanzjarji. |
|
(3) |
Ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(5) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness IX għall-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Għaldaqstant jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozzi ta' deċiżjonijiet mehmużin, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta tal-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) għall-Ftehim ŻEE, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozzi ta' deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmużin ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Novembru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
M. SCHRAMBÖCK
(1) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.
(3) Ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 1).
(4) Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 tal-14 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidentifika pajjiżi terzi b'riskju kbir b'nuqqasijiet strateġiċi (ĠU L 254, 20.9.2016, p. 1).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/…
ta'…
li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) għall-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE) |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2015/847 iħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness IX għal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness IX għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
It-test tal-punt 23ba (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE) huwa sostitwit b'dan li ġej: “ 32015 R 0847: Ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 1). Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, għandhom jinqraw bl-adattament li ġej: B'deroga mill-Artikoli 4 u 6, fir-rigward ta' trasferimenti ta' fondi fi Franki Svizzeri fil-Liechtenstein u minn u lejn il-Liechtenstein fi ħdan l-Unjoni Monetarja tiegħu mal-Isvizzera, l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikoli 4 u 6 għandha tinġabar u tkun disponibbli meta mitluba mill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas tal-benfiċjarju fi żmien tliet ijiem ta' xogħol, iżda mhux neċessarjament tkun trasferita immedjatament mat-trasferimenti tal-fondi kif previst fl-Artikoli 4 u 6. Din id-deroga għandha tkun applikabbli għal perjodu transitorju li jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2022.” |
|
2. |
Jitħassar it-test tal-punt 23d (ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) 2015/847 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi […], dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta' … (2) [li tinkorpora AMLD IV (celex 32015L0849) fil-Ftehim ŻEE], skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Is-Segretarji għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
(*1) [Ma hu indikat ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.]
(2) ĠU L …
ABBOZZ
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/…
ta' …
li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) għall-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 tal-14 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidentifika pajjiżi terzi b'riskju kbir b'nuqqasijiet strateġiċi (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Id-Direttiva (UE) 2015/849 tħassar id-Direttiva tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (4), li huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandhom jitħassru skont il-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness IX għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
It-test tal-punt 23b (id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) huwa sostitwit b'dan li ġej: “ 32015 L 0849: Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73). Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:
|
|
2. |
It-test tal-punt 23ba (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE) huwa sostitwit b'dan li ġej: “ 32016 R 1675: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 tal-14 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidentifika pajjiżi terzi b'riskju kbir b'nuqqasijiet strateġiċi (ĠU L 254, 20.9.2016, p. 1).” |
|
3. |
Jiżdied l-inċiż li ġej fil-punt 31bc (ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
Artikolu 2
It-testi tad-Direttiva (UE) 2015/849 u tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1675 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi […], dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Novembru 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Is-Segretarji għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
(1) ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73.
(2) ĠU L 254, 20.9.2016, p. 1.
(3) ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.
(4) ĠU L 214, 4.8.2006, p. 29.
(5) ĠU L 253, 7.10.2000, p. 42.
(*1) [Ma hu indikat ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.]
Dikjarazzjoni mill-Istati tal-EFTA
għad-Deċiżjoni Nru […] li tinkorpora d-Direttiva (UE) 2015/849 fil-Ftehim ŻEE
Id-Direttiva (UE) 2015/849 fiha dispożizzjonijiet b'referenzi għal atti adottati taħt it-Titolu V TFUE. Ta' min ifakkar li l-inkorporazzjoni ta' atti b'tali dispożizzjonijiet fil-Ftehim ZEE hija mingħajr preġudizzju għall-prinċipju li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea adottata bis-saħħa tat-Titolu V TFUE ma taqax fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Ftehim ŻEE.
Dikjarazzjoni Konġunta mill-Partijiet Kontraenti
għad-Deċiżjoni Nru […] li tinkorpora d-Direttiva (UE) 2015/849 fil-Ftehim ŻEE
Il-partijiet Kontraenti qablu li jinkludu każijiet serji ta' frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea fil-lista ta' reati predikati għall-ħasil tal-flus. Għal raġunijiet prattiċi, ir-Raba' Direttiva dwar il-Ħasil tal-Flus (Direttiva (UE) 2015/849) ġiet inkorporata mingħajr ftehim reċiproku biex jiġu protetti wkoll l-interessi finanzjarji tal-Istati tal-EFTA membri taż-ŻEE. Minkejja dan, il-prinċipji ta' reċiproċità u omoġeneità kif stabbilit fl-Artikolu 1 tal-Ftehim ŻEE u msemmi fil-Premessa 4 tiegħu, jibqgħu applikabbli bis-sħiħ ukoll għall-protezzjoni reċiproka kontra attività kriminali li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Partijiet Kontraenti fis-sens ta' [din id-Deċiżjoni].
|
27.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 329/20 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/2060
tal-20 ta' Diċembru 2018
li temenda d-Deċiżjoni 2009/791/KE li tawtorizza lill-Ġermanja biex tkompli tapplika miżura ta' deroga mill-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
L-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE li jirregolaw id-dritt tal-persuni taxxabbli li jnaqqsu t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) imposta fuq il-merkanzija u s-servizzi fornuti lilhom għall-iskopijiet tat-tranżazzjonijiet taxxabbli tagħhom. Il-Ġermanja kienet awtorizzata li tintroduċi miżura ta' deroga maħsuba biex teskludi mid-dritt ta' tnaqqis il-VAT fuq il-merkanzija u s-servizzi meta l-persuna taxxabbli tuża l-merkanzija u s-servizzi, f'iktar minn 90 % tal-każijiet, għal skopijiet privati jew għall-iskopijiet tal-impjegati tagħha, jew b'mod ġenerali għal skopijiet mhux kummerċjali jew għal attivitajiet mhux ekonomiċi. |
|
(2) |
Inizjalment, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/186/KE (2) awtorizzat lill-Ġermanja tintroduċi u tapplika miżuri speċjali li jidderogaw mill-Artikoli 6 u 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE (3) sal-31 ta' Diċembru 2002. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/354/KE (4) awtorizzat lill-Ġermanja tapplika miżura ta' deroga mill-Artikolu 17 tad-Direttiva 77/388/KEE sat-30 ta' Ġunju 2004. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/817/KE (5) estendiet l-awtorizzazzjoni sal-31 ta' Diċembru 2009. |
|
(3) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/791/KE (6) l-Ġermanja kienet awtorizzata li tkompli tapplika miżura speċjali ta' deroga mill-Artikolu 168 tad-Direttiva 2006/112/KE sal-31 ta' Diċembru 2012. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/705/UE (7) awtorizzat lill-Ġermanja biex tapplika miżura speċjali li tidderoga mill-Artikoli 168 u 168a sal-31 ta' Diċembru 2015, u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2428 (8) sal-31 ta' Diċembru 2018. |
|
(4) |
Permezz ta' ittra rreġistrata mal-Kummissjoni fl-10 ta' Settembru 2018, il-Ġermanja talbet l-awtorizzazzjoni biex tkompli tapplika l-miżura speċjali ta' deroga mill-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE sabiex teskludi kompletament mid-dritt ta' tnaqqis il-VAT imposta fuq merkanzija u servizzi li jintużaw minn persuna taxxabbli, f'iktar minn 90 % tal-każijiet, għal skopijiet privati jew mhux kummerċjali, inklużi l-attivitajiet mhux ekonomiċi. Din it-talba kienet akkumpanjata minn rapport dwar l-applikazzjoni tal-miżura speċjali, inkluż analiżi tar-rata ta' tqassim applikata għad-dritt ta' tnaqqis tal-VAT kif meħtieġ mill-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2009/791/KE. |
|
(5) |
B'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni bagħtet it-talba mressqa mill-Ġermanja lill-Istati Membri l-oħra, permezz ta' ittri datati l-14 ta' Settembru 2018. Permezz ta' ittra datata s-17 ta' Settembru 2018, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Ġermanja li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tqis it-talba. |
|
(6) |
Skont il-Ġermanja, il-miżura speċjali kienet effettiva ħafna biex tissimplifika l-ġbir tal-VAT u biex tipprevjeni l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa. Il-miżura tnaqqas il-piż amministrattiv għan-negozji u l-amministrazzjonijiet tat-taxxa, billi ma jkun hemm bżonn l-ebda monitoraġġ tal-użu sussegwenti tal-merkanzija u s-servizzi li għalihom kienet tapplika l-esklużjoni mit-tnaqqis fid-data tal-akkwist tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li l-Ġermanja tkun awtorizzata tkompli tapplika l-miżura speċjali għal perjodu limitat ulterjuri sal-31 ta' Diċembru 2021. |
|
(7) |
F'każ li l-Ġermanja tikkunsidra li tkun meħtieġa estensjoni lil hinn mill-2021, jenħtieġ li, sal-31 ta' Marzu 2021, tippreżenta lill-Kummissjoni talba għal estensjoni flimkien ma' rapport dwar l-applikazzjoni tal-miżura speċjali li jinkludi reviżjoni tar-rata ta' tqassim applikata. |
|
(8) |
Il-miżura speċjali mhux ser ikollha l-ebda impatt negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jirriżultaw mill-VAT. |
|
(9) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2009/791/KE tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2009/791/KE huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2021.
Kwalunkwe talba għall-estensjoni tal-miżura ta' deroga prevista f'din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu 2021.
Flimkien mat-tali talba għandu jintbagħat rapport dwar l-applikazzjoni ta' din il-miżura li jinkludi analiżi tar-rata ta' tqassim applikata għad-dritt ta' tnaqqis tal-VAT abbażi ta' din id-Deċiżjoni.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.
Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2019.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
E. KÖSTINGER
(1) ĠU L 347, 11.12.2006, p.1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/186/KE tat-28 ta' Frar 2000 li tawtorizza lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja biex tapplika miżura li tidderoga mill-Artikoli 6 u 17 tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 59, 4.3.2000, p. 12).
(3) Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Mejju 2003 2003/354/KE li tawtorizza lill-Ġermanja sabiex tapplika miżura li tidderoga mill-Artikolu 17 tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ (ĠU L 123, 17.5.2003, p. 47).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/817/KE tad-19 ta' Novembru 2004 li tawtorizza lill-Ġermanja sabiex tapplika miżura li tidderoga mill-Artikolu 17 tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ (ĠU L 357, 2.12.2004, p. 33).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/791/KE tal-20 ta' Ottubru 2009 li tawtorizza lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja biex tkompli tapplika miżura ta' deroga mill-Artikolu 168 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 283, 30.10.2009, p. 55).
(7) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/705/UE tat-13 ta' Novembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2009/791/KE u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2009/1013/UE li jawtorizzaw lill-Ġermanja u lill-Awstrija rispettivament li jkomplu japplikaw miżura ta' deroga mill-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 319, 16.11.2012, p. 8).
(8) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2428 tal-10 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2009/791/KE u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2009/1013/UE li jawtorizzaw lill-Ġermanja u lill-Awstrija rispettivament ikomplu japplikaw miżura ta' deroga mill-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 334, 22.12.2015, p. 12).
|
27.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 329/22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2018/2061
tat-18 ta' Diċembru 2018
li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (EUBAM Libya/2/2018)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/233/PESK tat-22 ta' Mejju 2013 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont id-Deċiżjoni 2013/233/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta' EUBAM Libya, inkluża, b'mod partikolari, id-deċiżjoni li taħtar Kap tal-Missjoni. |
|
(2) |
Fit-30 ta' Awwissu 2016, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1634 (2), li taħtar lis-Sur Vincenzo TAGLIAFERRI bħala Kap tal-Missjoni ta' EUBAM Libya mill-1 ta' Settembru 2016 sal-21 ta' Awwissu 2017. |
|
(3) |
Fis-17 ta' Lulju 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1342/ (3), li testendi l-mandat ta' EUBAM Libya mit-22 ta' Awwissu 2017 sal-31 ta' Diċembru 2018. |
|
(4) |
Fit-18 ta' Lulju 2017, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1401 (4), li testendi l-mandat tas-Sur Vincenzo TAGLIAFERRI bħala Kap tal-Missjoni ta' EUBAM Libya mit-22 ta' Awwissu 2017 sal-21 ta' Awwissu 2018. |
|
(5) |
Fl-20 ta' Marzu 2018, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/558 (5), li testendi l-mandat tas-Sur Vincenzo TAGLIAFERRI bħala Kap tal-Missjoni ta' EUBAM Libya mit-22 ta' Awwissu 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018. |
|
(6) |
Fis-17 ta' Diċembru 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/2009 (6), li testendi l-mandat ta' EUBAM Libya mill-1 ta' Jannar 2019 sat-30 ta' Ġunju 2020. |
|
(7) |
Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ppropona li l-mandat tas-Sur Vincenzo TAGLIAFERRI bħala l-Kap tal-Missjoni ta' EUBAM Libya jiġi estiż mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2019, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sur Vincenzo TAGLIAFERRI bħala Kap tal-Missjoni ta' EUBAM Libya huwa b'dan estiż sal-31 ta' Diċembru 2019.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2019.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
S. FROM-EMMESBERGER
(1) ĠU L 138, 24.5.2013, p. 15.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2016/1634 tat-30 ta' Awwissu 2016 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (EUBAM Libya/1/2016) (ĠU L 243, 10.9.2016, p. 10).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1342 tas-17 ta' Lulju 2017 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2013/233/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (ĠU L 185, 18.7.2017, p. 60).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2017/1401 tat-18 ta' Lulju 2017 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (ĠU L 199, 29.7.2017, p. 13).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2018/558 tal-20 ta' Marzu 2018 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (EUBAM Libya/1/2018) (ĠU L 93, 11.4.2018, p. 3).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/2009 tas-17 ta' Diċembru 2018 li temenda u testendi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/233/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (ĠU L 322, 18.12.2018, p. 25).
|
27.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 329/24 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2018/2062
tat-18 ta' Diċembru 2018
li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (EUCAP Somalia/1/2018)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/389/PESK tas-16 ta' Lulju 2012 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Bis-saħħa tal-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2012/389/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) hu awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċizzju tal-kontroll politiku u tad-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR), inkluż id-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni. |
|
(2) |
Fit-12 ta' Diċembru 2016, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2240 (2) estendiet il-mandat tal-Missjoni EUCAP NESTOR sal-31 ta' Diċembru 2018 u tatha l-isem ġdid EUCAP Somalia. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill issostitwixxiet il-“Missjoni dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP Nestor)” bil-“Missjoni ta' Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia)”. |
|
(3) |
Fl-10 ta' Diċembru 2018, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1942 (3) estendiet il-mandat tal-Missjoni EUCAP Somalia sal-31 ta' Diċembru 2020. |
|
(4) |
Fis-26 ta' Lulju 2016, il-KPS adotta d-Deċiżjoni EUCAP NESTOR/1/2016 (4) li taħtar lis-Sa Maria-Cristina STEPANESCU bħala Kap ta' EUCAP NESTOR mill-1 ta' Settembru 2016 sat-12 ta' Diċembru 2016. |
|
(5) |
Fl-10 ta' Jannar 2017, il-KPS adotta d-Deċiżjoni EUCAP Somalia/1/2017 (5) li testendi l-mandat tas-Sa Maria-Cristina STEPANESCU bħala Kap ta' EUCAP Somalia mit-13 ta' Diċembru 2016 sat-12 ta' Diċembru 2017. |
|
(6) |
Fil-31 ta' Ottubru 2017, il-KPS adotta d-Deċiżjoni EUCAP Somalia/2/2017 (6) li testendi l-mandat tas-Sa Maria-Cristina STEPANESCU bħala Kap ta' EUCAP Somalia mit-13 ta' Diċembru 2017 sal-31 ta' Diċembru 2018. |
|
(7) |
Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet li l-mandat tas-Sa Maria-Cristina STEPANESCU bħala Kap ta' EUCAP Somalia jiġi estiż mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Awwissu 2019, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sa Maria-Cristina STEPANESCU bħala Kap ta' EUCAP Somalia huwa b'dan estiż sal-31 ta' Awwissu 2019.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2019.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
S. FROM-EMMESBERGER
(1) ĠU L 187, 17.7.2012, p. 40.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2240 tat-12 ta' Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR) (ĠU L 337, 13.12.2016, p. 18).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1942 tal-10 ta' Diċembru 2018 li testendi u temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (ĠU L 314, 11.12.2018, p. 56).
(4) Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2016/1633 tas-26 ta' Lulju 2016 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR) (EUCAP NESTOR/1/2016) (ĠU L 243, 10.9.2016, p. 8).
(5) Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2017/114 tal-10 ta' Jannar 2017 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia/1/2017) (ĠU L 18, 24.1.2017, p. 49).
(6) Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2017/2059 tal-31 ta' Ottubru 2017 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (EUCAP Somalia/2/2017) (ĠU L 294, 11.11.2017, p. 40).
|
27.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 329/26 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2018/2063
tat-18 ta' Diċembru 2018
li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (EUCAP Sahel Mali/2/2018)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/219/PESK tal-15 ta' April 2014 dwar il-missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea f'Mali (EUCAP Sahel Mali) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Bis-saħħa tad-Deċiżjoni 2014/219/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċizzju tal-kontroll politiku u tat-tmexxija strateġika tal-missjoni EUCAP Sahel Mali, inkluż id-deċiżjoni dwar il-ħatra ta' Kap tal-Missjoni. |
|
(2) |
Fid-9 ta' Jannar 2018, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/57 (2), li ħatret lis-Sur Philippe RIO bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Mali mill-15 ta' Jannar 2018 sal-14 ta' Jannar 2019. |
|
(3) |
Fis-17 ta' Diċembru 2018 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/2008 (3), li estendiet il-mandat tal-EUCAP Sahel Mali sat-28 ta' Frar 2019. |
|
(4) |
Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Philippe RIO bħala Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Mali mill-15 ta' Jannar 2019, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sur Philippe RIO bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Mali huwa b'dan estiż mill-15 ta' Jannar 2019.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tiskadi fit-28 ta' Frar 2019.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
S. FROM-EMMESBERGER
(1) ĠU L 113, 16.4.2014, p. 21.
(2) Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2018/57 tad-9 ta' Jannar 2018 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (EUCAP Sahel Mali/1/2018) (ĠU L 10, 13.1.2018, p. 14).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/2008 tas-17 ta' Diċembru 2018 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2014/219/PESK dwar il-Missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea f'Mali (EUCAP Sahel Mali) (ĠU L 322, 18.12.2018, p. 24).
|
27.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 329/27 |
DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ EWROPEA TAT-TITOLI U S-SWIEQ (UE) 2018/2064
tal-14 ta' Diċembru 2018
li ġġedded il-projbizzjoni temporanja tal-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ tal-opzjonijiet binarji lill-klijenti mhux professjonali
IL-BORD TAS-SUPERVIŻURI TAL-AWTORITÀ EWROPEA TAT-TITOLI U S-SWIEQ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010, li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 9(5), 43(2) u 44(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 40 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/567 tat-18 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-definizzjonijiet, it-trasparenza, il-kompressjoni tal-portafoll u l-miżuri superviżorji fuq l-intervent fuq prodotti u pożizzjonijiet (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni (UE) 2018/795 (4), l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) ipprojbiet il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ tal-opzjonijiet binarji lill-klijenti mhux professjonali b'effett mit-2 ta' Lulju 2018 għal perjodu ta' tliet xhur. |
|
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 40(6) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, l-ESMA trid tirrieżamina miżura temporanja dwar l-intervent fuq il-prodott f'intervalli xierqa u tal-inqas kull tliet xhur. |
|
(3) |
Bid-Deċiżjoni (UE) 2018/1466 (5), l-ESMA ġeddet u emendat l-projbizzjoni temporanja tal-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ tal-opzjonijiet binarji lill-klijenti mhux professjonali b'effett mit-2 ta' Ottubru 2018 għal perjodu ta' tliet xhur. |
|
(4) |
Ir-rieżami addizzjonali tal-ESMA tal-projbizzjoni dwar opzjonijiet binarji ġiet informata minn, inter alia, stħarriġ fost l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (6) (NCAs) dwar l-applikazzjoni prattika u l-impatt tal-miżura dwar l-intervent fuq il-prodott kif ukoll informazzjoni addizzjonali pprovduta mill-NCAs u mill-partijiet ikkonċernati. |
|
(5) |
L-NCAs identifikaw biss eżempji limitati ta' nonkonformità mal-miżuri tal-ESMA dwar l-intervent fuq il-prodott. Barra minn hekk, sa mit-tħabbir tal-miżuri maqbula fis-27 ta' Marzu 2018 ma ġiet ipprovduta l-ebda awtorizzazzjoni ġdida lil ditti li jikkummerċjalizzaw, jiddistribwixxu jew ibigħu opzjonijiet binarji. |
|
(6) |
L-NCAs innutaw żieda żgħira fin-numru ta' klijenti ttrattati bħala klijenti professjonali fuq talba. Madankollu, in-numru ta' klijenti professjonali fuq talba huwa relattivament żgħir meta mqabbel man-numru preċedenti ta' klijenti mhux professjonali ta' fornituri ta' opzjonijiet binarji. L-ESMA hija konxja li xi ditti ta' pajjiżi terzi qed javviċinaw b'mod attiv lill-klijenti tal-Unjoni. Madankollu, mingħajr awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni fl-Unjoni, dawn id-ditti jistgħu biss joffru servizzi lil klijenti stabbiliti jew li jinsabu fl-Unjoni fuq inizjattiva proprja esklussiva tal-klijent. L-ESMA hija konxja wkoll li d-ditti qed jibdew jipprovdu prodotti oħra ta' investiment spekulattiv. L-ESMA ser tkompli tissorvelja l-offerta ta' dawn il-prodotti l-oħra biex tiddetermina jekk miżuri oħra tal-Unjoni jkunux xierqa. |
|
(7) |
Sa mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2018/795, l-ESMA ma kisbitx evidenza li tikkontradixxi s-sejba ġenerali tagħha ta' tħassib sinifikanti dwar il-protezzjoni tal-investituri identifikat fid-Deċiżjoni (UE) 2018/795 jew fid-Deċiżjoni (UE) 2018/1466 (Deċiżjonijiet). Għaldaqstant l-ESMA kkonkludiet li t-tħassib sinifikanti dwar il-protezzjoni tal-investituri identifikat fid-Deċiżjonijiet ser jippersisti jekk il-projbizzjoni temporarja tal-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ tal-opzjonijiet binarji lill-klijenti mhux professjonali ma tiġix imġedda. |
|
(8) |
Barra minn hekk, ir-rekwiżiti regolatorji eżistenti applikabbli skont il-liġi tal-Unjoni ma nbidlux u jibqgħu ma jindirizzawx it-theddid identifikat mill-ESMA. Barra minn hekk, l-NCAs ma ħadux azzjoni biex jindirizzaw it-theddid jew l-azzjonijiet meħudin ma jindirizzawx it-theddid b'mod adegwat. B'mod partikolari, sa mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2018/795, l-ebda NCA ma adottat il-miżura proprja nazzjonali dwar l-intervent fuq il-prodott skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 (7). |
|
(9) |
It-tiġdid tal-projbizzjoni m'għandux effett detrimentali fuq l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji jew fuq l-investituri li huwa sproporzjonat għall-benefiċċji tal-azzjoni u ma joħloqx riskju ta' arbitraġġ regolatorju għall-istess raġunijiet stipulati fid-Deċiżjonijiet. |
|
(10) |
Jekk il-projbizzjoni temporanja ma tiġix imġedda, l-ESMA tkompli tikkunsidra li x'aktarx l-opzjonijiet binarji ser jerġgħu jkunu offruti lill-klijenti mhux professjonali u li l-istess prodotti jew oħrajn simili ser jirritornaw fis-suq li ta bidu għad-detriment tal-konsumatur identifikat fid-Deċiżjonijiet. |
|
(11) |
Fid-dawl ta' dawn ir-raġunijiet, meħuda flimkien mar-raġunijiet stipulati fid-Deċiżjonijiet, l-ESMA ddeċidiet li ġġedded il-projbizzjoni fuq l-istess termini bħal dawk stipulati fid-Deċiżjoni (UE) 2018/1466 għal perjodu addizzjonali ta' tliet xhur biex tindirizza t-tħassib sinifikanti dwar il-protezzjoni tal-investituri. |
|
(12) |
Billi l-miżuri proposti jistgħu, sa ċertu punt limitat, jirrigwardaw derivattivi ta' komoditajiet agrikoli, l-ESMA kkonsultat il-korpi pubbliċi kompetenti għas-sorveljanza, għall-amministrazzjoni u għar-regolamentazzjoni ta' swieq agrikoli fiżiċi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (8). L-ebda wieħed minn dawn il-korpi ma qajjem kwalunkwe oġġezzjoni għat-tiġdid propost tal-miżuri. |
|
(13) |
L-ESMA nnotifikat lill-NCAs dwar id-Deċiżjoni ta' tiġdid proposta. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI
Artikolu 1
Projbizzjoni temporanja dwar opzjonijiet binarji fir-rigward ta' klijenti mhux professjonali
1. Il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta' opzjonijiet binarji lil klijenti mhux professjonali huma pprojbiti.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, irrispettivament minn jekk tiġix innegozjata f'ċentru tan-negozjar, opzjoni binarja hija derivattiva li tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
is-saldu tagħha jrid isir fi flus kontanti jew jista' jsir fi flus kontanti fuq l-għażla ta' waħda mill-partijiet għajr minħabba inadempjenza jew avveniment ieħor ta' terminazzjoni; |
|
(b) |
hija tipprevedi biss ħlas fl-għeluq jew fl-iskadenza tagħha; |
|
(c) |
il-ħlas tagħha huwa limitat għal:
|
3. Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ma tapplikax għal:
|
(a) |
opzjoni binarja li għaliha l-ammont stabbilit predeterminat l-iktar baxx mit-tnejn huwa tal-inqas daqs il-ħlas totali li jsir minn klijent mhux professjonali għall-opzjoni binarja, inkluż kwalunkwe kummissjoni, tariffa ta' tranżazzjoni u spiża relatata oħra; |
|
(b) |
opzjoni binarja li tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
Artikolu 2
Projbizzjoni tal-parteċipazzjoni f'attivitajiet ta' evitar
Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonali, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jiġu evitati r-rekwiżiti fl-Artikolu 1, inkluż billi wieħed jaġixxi bħala sostitut għall-fornitur tal-opzjoni binarja.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
1. Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-2 ta' Jannar 2019 għal perjodu ta' 3 xhur.
Magħmula f'Pariġi, l-14 ta' Diċembru 2018.
Għall-Bord tas-Superviżuri
Steven MAIJOOR
Il-President
(1) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.
(2) ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84.
(3) ĠU L 87, 31.3.2017, p. 90.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (UE) 2018/795 tat-22 ta' Mejju 2018 sabiex jiġu pprojbiti temporanjament il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ tal-opzjonijiet binarji lill-klijenti mhux professjonali fl-Unjoni skont l-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 136, 1.6.2018, p. 31).
(5) Deċiżjoni tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (UE) 2018/1466 tal-21 ta' Settembru 2018 li ġġedded u temenda l-projbizzjoni temporanja fid-Deċiżjoni (UE) 2018/795 dwar il- kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta' opzjonijiet binarji lil klijenti mhux professjonali (ĠU L 245, 1.10.2018, p. 17).
(6) 24 NCAs irrispondew: Financial Market Authority (AT – FMA), Cyprus Securities and Exchange Commission (CY-CySEC), Czech National Bank (CZ – CNB), Bundesanstalt für Finanzdienstleistungsaufsicht (DE – BaFiN), Finanstilsynet (DK-Finanstilsynet), Hellenic Capital Markets Commission (EL-HCMC), Comisión Nacional del Mercado de Valores (ES – CNMV), Finnish Financial Supervisory Authority (FI – FSA), Autorité des Marchés Financiers (FR – AMF), Magyar Nemzeti Bank (HU – MNB), Central Bank of Ireland (IE – CBI), Financial Supervisory Authority (IS – FME), Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (IT – Consob), Commission de Surveillance du Secteur Financier (LU – CSSF), Malta Financial Services Authority (MT – MFSA), Autoriteit Financiële Markten (NL-AFM), Finanstilsynet (Finanstilsynet-NO), Komisja Nadzoru Finansowego (PL-KNF), Comissão do Mercado de Valores Mobiliários (PT – CMVM), Romanian Financial Supervisory Authority (RO – FSA), Finansinspektionen (SE- Finansinspektionen), Agencija za trg vrednostnih papirjev (SI-ATVP), National Bank Slovakia (NBS-SK), Financial Conduct Authority (UK- FCA).
(7) Fl-4 ta' Ġunju 2018, awtorità kompetenti ta' Stat ŻEE EFTA, NO-Finanstilsynet, adottat miżuri nazzjonali dwar l-intervent fuq il-prodott li għandhom l-istess termini u dati ta' applikazzjoni tal-miżuri tal-ESMA. Barra minn hekk, fil-5 ta' Lulju 2018, l-Awtorità Superviżorja Finanzjarja tal-Iżlanda ppubblikat li skont il-liġi nazzjonali tagħha (l-Artikolu 5 tal-Att Nru 108/2007 dwar it-Tranżazzjonijiet tat-Titoli) hi tikkunsidra li l-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta' opzjonijiet binarji huma kuntrarju għall-proċeduri u l-prattiki xierqa u tajba tan-negozju fil-kummerċ tat-titoli (l-Artikolu 5 tal-Att Nru 108/2007 dwar it-Tranżazzjonijiet tat-Titoli). Barra minn hekk, fis-6 ta' Lulju 2018 fir-Rumanija, bdiet tapplika liġi nazzjonali li għandha termini simili bħall-miżuri tal-ESMA.
(8) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).
(9) Id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE, (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64).
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
27.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 329/30 |
ID-DEĊIŻJONI Nru 1/2018 TAL-KUMITAT KONĠUNT DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-IŻVIZZERA STABBILIT PERMEZZ TAL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU
tat-12 ta' Diċembru 2018
li tissostitwixxi l-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru [2018/2065]
IL-KUMITAT DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-IŻVIZZERA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 23(4) tiegħu,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
L-Anness ta' din id-Deċiżjoni jissostitwixxi l-Anness tal-Ftehim, mill-1 ta' Frar 2019.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kumitat Konġunt
Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea
Filip CORNELIS
Il-Kap tad-Delegazzjoni Żvizzera
Christian HEGNER
ANNESS
Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim:
|
— |
Bis-saħħa tat-Trattat ta' Lisbona, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea għandha tissostitwixxi u tissuċċedi l-Komunità Ewropea; |
|
— |
Kull fejn l-atti speċifikati f'dan l-Anness fihom referenzi għall-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, kif sostitwita bl-Unjoni Ewropea, jew rekwiżit għal rabta ma' din tal-aħħar, ir-referenzi għandhom, għall-fini tal-Ftehim, jinftiehmu li japplikaw b'mod ugwali għall-Iżvizzera jew għar-rekwiżit ta' rabta mal-Iżvizzera; |
|
— |
Ir-referenzi għar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 u Nru 2408/92 li saru fl-Artikoli 4, 15, 18, 27 u 35 tal-Ftehim, għandhom jinftiehmu bħala referenzi għar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15 ta' dan il-Ftehim, it-terminu “trasportatur tal-ajru Komunitarju” li ssir referenza għalih fid-Direttivi u fir-Regolamenti Komunitarji li ġejjin għandu jinkludi trasportatur tal-ajru bil-liċenzja u li għandu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu u, jekk jeżisti, l-uffiċju reġistrat tiegħu fl-Iżvizzera b'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008. Kwalunkwe referenza għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 għandha tinftiehem bħala referenza għar-Regolament (KE) Nru 1008/2008; |
|
— |
Kwalunkwe referenza fit-testi li ġejjin għall-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat jew għall-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tinftiehem li tfisser l-Artikoli 8 u 9 ta' dan il-Ftehim. |
1. Liberalizzazzjoni tal-avjazzjoni u regoli oħra tal-avjazzjoni ċivili
Nru 1008/2008
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi bl-ajru fil-Komunità, ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3
Nru 2000/79
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2000 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim Ewropew fuq l-Organizzazzjoni tal-Ħinijiet tax-Xogħol ta' Ħaddiema Mobbli fl-Avjazzjoni Ċivili konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Linji tal-Ajru Ewropej (AEA), il-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kabini tal-Piloti (ECA), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Linji tal-Ajru Reġjonali (ERA) u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasportazzjoni bl-Ajru (IACA), ĠU L 302, 1.12.2000, p. 57
Nru 93/104
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta' Novembru 1993 dwar xi aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, ĠU L 307, 13.12.1993, p. 18, kif emendata:
|
— |
bid-Direttiva 2000/34/KE, ĠU L 195, 1.8.2000, p. 41 |
Nru 437/2003
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2003 dwar il-prospetti tal-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru, ĠU L 66, 11.3.2003, p. 1
Nru 1358/2003
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-31 ta' Lulju 2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospetti tal-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru u li jemenda l-Annessi I u II tiegħu, ĠU L 194, 1.8.2003, p. 9, kif emendat:
|
— |
bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 158/2007, ĠU L 49, 17.2.2007, p. 9 |
Nru 785/2004
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar ir-rekwiżiti tal-assigurazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru u l-operaturi tal-ajruplani, ĠU L 138, 30.4.2004, p. 1, kif emendat:
|
— |
bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 285/2010, ĠU L 87, 7.4.2010, p. 19 |
Nru 95/93
Ir-Regolament tal-Kunsill tat-18 ta' Jannar 1993 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta' slots f'ajruporti tal-Komunità, ĠU L 14, 22.1.1993, p. 1, (l-Artikoli 1-12) kif emendat:
|
— |
bir-Regolament (KE) Nru 793/2004, ĠU L 138, 30.4.2004, p. 50 |
Nru 2009/12
Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-imposti tal-ajruporti, ĠU L 70, 14.3.2009, p. 11
Nru 96/67
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-15 ta' Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità, ĠU L 272, 25.10.1996, p. 36
(l-Artikoli 1-9, 11-23, u 25)
Nru 80/2009
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Jannar 2009 dwar Kodiċi ta' Kondotta għal sistemi ta' riservazzjoni kompjuterizzata u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2299/89, ĠU L 35, 4.2.2009, p. 47.
2. Regoli tal-kompetizzjoni
Nru 1/2003
Ir-Regolament tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat, ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1, (l-Artikoli 1-13, 15-45)
(Sal-punt li dan ir-Regolament huwa rilevanti għall-applikazzjoni ta' dan il-ftehim. L-inserzjoni ta' dan ir-Regolament ma taffettwax it-tqassim tal-kompiti skont dan il-ftehim)
Nru 773/2004
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-7 ta' April 2004 dwar it-tmexxija ta' proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE, ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18, kif emendat:
|
— |
bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006, ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1 |
|
— |
bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2008, ĠU L 171, 1.7.2008, p. 3 |
Nru 139/2004
Ir-Regolament tal-Kunsill tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet), ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1,
(l-Artikoli 1-18, 19(1)-(2), u 20-23)
Fir-rigward tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, bejn il-Komunità Ewropea u l-Iżvizzera għandu japplika dan li ġej:
|
(1) |
Fir-rigward ta' konċentrazzjoni kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 li ma għandux dimensjoni tal-Komunità skont it-tifsira tal-Artikolu 1 ta' dak ir-Regolament u li jista' jiġi rieżaminat skont il-liġijiet tal-kompetizzjoni nazzjonali ta' minn tal-inqas tliet Stati Membri tal-KE u l-Konfederazzjoni Żvizzera, il-persuni jew l-impriżi msemmija fl-Artikolu 4(2) ta' dak ir-Regolament jistgħu, qabel kwalunkwe notifika lill-awtoritajiet kompetenti, jinformaw lill-Kummissjoni tal-KE permezz ta' sottomissjoni motivata li l-konċentrazzjoni jenħtieġ li tiġi eżaminata mill-Kummissjoni. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tittrażmetti s-sottomissjonijiet kollha skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 u l-paragrafu preċedenti lill-Konfederazzjoni Żvizzera mingħajr dewmien. |
|
(3) |
Fejn il-Konfederazzjoni Żvizzera tkun esprimiet in-nuqqas ta' qbil tagħha fir-rigward tat-talba biex tirreferi l-każ, l-awtorità kompetenti tal-kompetizzjoni Żvizzera għandha żżomm il-kompetenza tagħha, u l-każ ma għandux jiġi riferut mill-Konfederazzjoni Żvizzera skont dan il-paragrafu. |
Fir-rigward tal-limiti ta' żmien msemmija fl-Artikoli 4(4) u (5), fl-Artikoli 9(2) u (6), u fl-Artikoli 22(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet:
|
(1) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tittrażmetti d-dokumenti rilevanti kollha skont l-Artikolu 4(4) u (5), l-Artikolu 9(2) u (6), u l-Artikolu 22(2) lill-awtorità kompetenti tal-kompetizzjoni Żvizzera mingħajr dewmien. |
|
(2) |
Il-kalkolu tal-limiti ta' żmien imsemmija fl-Artikolu 4(4) u (5), fl-Artikolu 9(2) u (6), u fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 għandu jibda, għall-Konfederazzjoni Żvizzera, mal-wasla tad-dokumenti rilevanti mill-awtorità kompetenti tal-kompetizzjoni Żvizzera. |
Nru 802/2004
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-7 ta' April 2004 li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi, ĠU L 133, 30.4.2004, p. 1, (l-Artikoli 1-24), kif emendat:
|
— |
bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006, ĠU L 362, 20.12.2006, p. 3, |
|
— |
bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1033/2008, ĠU L 279, 22.10.2008, p. 3, |
|
— |
bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1269/2013, ĠU L 336, 14.12.2013, p. 1 |
Nru 2006/111
Id-Direttiva tal-Kummissjoni tas-16 ta' Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja f'ċerti intrapriżi, ĠU L 318, 17.11.2006, p. 17
Nru 487/2009
Ir-Regolament tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' akkordji u prattiċi miftiehma fis-settur tat-trasport bl-ajru, ĠU L 148, 11.6.2009, p. 1.
3. Sikurezza tal-avjazzjoni
Nru 216/2008
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE, ĠU L 79, 19.2.2008, p. 1, kif emendat:
|
— |
bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2009, ĠU L 199, 31.7.2009, p. 6, |
|
— |
bir-Regolament (KE) Nru 1108/2009, ĠU L 309, 24.11.2009, p. 51, |
|
— |
bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 6/2013, ĠU L 4, 9.1.2013, p. 34, |
|
— |
bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/4, ĠU L 3, 6.1.2016, p. 1 |
L-Aġenzija għandha tgawdi wkoll fl-Iżvizzera mis-setgħat mogħtija lilha skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament.
Il-Kummissjoni għandha tgawdi wkoll fl-Iżvizzera mis-setgħat mogħtija lilha għad-deċiżjonijiet skont l-Artikolu 11(2), l-Artikolu 14(5),(7), l-Artikolu 24(5), l-Artikolu 25(1), l-Artikolu 38(3)(i), l-Artikolu 39(1), l-Artikolu 40(3), l-Artikolu 41(3),(5), l-Artikolu 42(4), l-Artikolu 54(1) u l-Artikolu 61(3).
Minkejja l-adattament orizzontali previst fit-tieni inċiż tal-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, ir-referenzi għall-“Istati Membri” li saru fl-Artikolu 65 tar-Regolament jew fid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 1999/468/KE imsemmija f'dik id-dispożizzjoni ma għandhomx jinftiehmu li japplikaw għall-Iżvizzera.
Xejn f'dan ir-Regolament ma għandu jitqies bħala trasferiment lejn l-awtorità EASA biex taġixxi f'isem l-Iżvizzera fil-qafas ta' ftehimiet internazzjonali għal finijiet oħra għajr li tassisti fil-qadi tal-obbligi tagħha skont tali ftehimiet.
It-test tar-Regolament għandu, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqara bl-adattamenti li ġejjin:
|
(a) |
L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:
|
|
(b) |
Fl-Artikolu 29 jiżdied il-paragrafu li ġej: “4. B'deroga mill-Artikolu 12(2)(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Komunitajiet Ewropej, iċ-ċittadini Żvizzeri li jgawdu mid-drittijiet kollha tagħhom bħala ċittadini jistgħu jiġu impjegati b'kuntratt mid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija.” |
|
(c) |
Fl-Artikolu 30 jiżdied il-paragrafu li ġej: “L-Iżvizzera għandha tapplika għall-Aġenzija l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, li huwa stabbilit fl-Anness A ta' dan l-Anness, b'konformità mal-Appendiċi tal-Anness A.” |
|
(d) |
Fl-Artikolu 37 jiżdied il-paragrafu li ġej: “L-Iżvizzera għandha tipparteċipa għalkollox fil-Bord Amministrattiv u fih għandu jkollha l-istess drittijiet u obbligi bħall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, għajr id-dritt li tivvota”. |
|
(e) |
Fl-Artikolu 59 jiżdied il-paragrafu li ġej: “12. L-Iżvizzera għandha tipparteċipa fil-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1(b), skont il-formula li ġejja:
fejn:
|
|
(f) |
Fl-Artikolu 61 jiżdied il-paragrafu li ġej: “Id-dispożizzjonijiet marbuta mal-kontroll finanzjarju mill-Komunità fl-Iżvizzera li jikkonċernaw il-parteċipanti fl-attivitajiet tal-Aġenzija huma stabbiliti fl-Anness B ta' dan l-Anness.” |
|
(g) |
L-Anness II tar-Regolament għandu jiġi estiż biex jinkludi l-inġenji tal-ajru li ġejjin bħala prodotti koperti mill-Artikolu 2(3)(a)(ii) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 tal-24 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom (1):
|
Nru 1178/2011
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-3 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1, kif emendat:
|
— |
bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 290/2012, ĠU L 100, 5.4.2012, p. 1, |
|
— |
bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 70/2014, ĠU L 23, 28.1.2014, p. 25, |
|
— |
bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 245/2014, ĠU L 74, 14.3.2014, p. 33, |
|
— |
bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/445, ĠU L 74, 18.3.2015, p. 1, |
|
— |
bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/539, ĠU L 91, 7.4.2016, p. 1 |
Nru 3922/91
Ir-Regolament tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili, ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4, (l-Artikoli 1-3, 4(2), 5-11, u 13), kif emendat:
|
— |
bir-Regolament (KE) Nru 1899/2006, ĠU L 377, 27.12.2006, p. 1, |
|
— |
bir-Regolament (KE) Nru 1900/2006, ĠU L 377, 27.12.2006, p. 176, |
|
— |
bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 8/2008, ĠU L 10, 12.1.2008, p. 1, |
|
— |
bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 859/2008, ĠU L 254, 20.9.2008, p. 1 |
Nru 996/2010
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta' aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE, ĠU L 295, 12.11.2010, p. 35, kif emendat:
|
— |
bir-Regolament (UE) Nru 376/2014, ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18 |
Nru 104/2004
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-22 ta' Jannar 2004 li jniżżel ir-regoli dwar l-organizzazzjoni u l-kompożizzjoni tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ewropea, ĠU L 16, 23.1.2004, p. 20
Nru 2111/2005
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' lista komunitarja ta' kumpanniji tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta' operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija tal-ajru li topera, u li jħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE, ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15
Nru 473/2006
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta' trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità kif jissemma fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [traduzzjoni mhux uffiċjali], ĠU L 84, 23.3.2006, p. 8
Nru 474/2006
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14, kif emendat l-aħħar:
|
— |
bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/871, ĠU L 152, 15.6.2018, p. 5 |
Nru 1332/2011
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2011 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni dwar l-użu tal-ispazju tal-ajru u l-proċeduri operattivi għall-evitar ta' kolliżjonijiet fl-ajru, kif emendat:
|
— |
bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/583, ĠU L 101, 16.4.2016, p. 7 |
Nru 646/2012
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2012 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar multi u ħlasijiet penali perjodiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 187, 17.7.2012, p. 29
Nru 748/2012
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-3 ta' Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta' inġenji tal-ajru u ta' prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni, kif emendat:
|
— |
bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 7/2013, ĠU L 4, 9.1.2013, p. 36, |
|
— |
bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 69/2014, ĠU L 23, 28.1.2014, p. 12, |
|
— |
bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1039, ĠU L 167, 1.7.2015, p. 1, |
|
— |
bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/5, ĠU L 3, 6.1.2016, p. 3 |
Nru 965/2012
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1, kif emendat:
|
— |
bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 800/2013, ĠU L 227, 24.8.2013, p. 1, |
|
— |
bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 71/2014, ĠU L 23, 28.1.2014, p. 27, |
|
— |
bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 83/2014, ĠU L 28, 31.1.2014, p. 17, |
|
— |
bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 379/2014, ĠU L 123, 24.4.2014, p. 1, |
|
— |
bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/140, ĠU L 24, 30.1.2015, p. 5, |
|
— |
bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1329, ĠU L 206, 1.8.2015, p. 21, |
|
— |
bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/640, ĠU L 106, 24.4.2015, p. 18, |
|
— |
bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2338, ĠU L 330, 16.12.2015, p. 1, |
|
— |
bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1199, ĠU L 198, 23.7.2016, p. 13, |
|
— |
bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/363, ĠU L 55, 2.3.2017, p. 1, |
|
— |
bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/394, ĠU L 71, 14.3.2018, p. 1 |
Nru 2012/780
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Diċembru 2012 dwar id-drittijiet ta' aċċess għar-Repożitorju Ċentrali Ewropew tar-Rakkomandazzjonijiet dwar is-Sikurezza u t-tweġibiet tagħhom stabbilit bl-Artikolu 18(5) tar-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta' aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE, ĠU L 342, 14.12.2012, p. 46
Nru 628/2013
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ġunju 2013 dwar metodi ta' operat tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għat-twettiq ta' spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni u għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tar-regoli fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2006, ĠU L 179, 29.6.2013, p. 46
Nru 139/2014
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-12 ta' Frar 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b'rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 44, 14.2.2014, p. 1, kif emendat:
|
— |
bir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2017/161, ĠU L 27, 1.2.2017, p. 99, |
|
— |
bir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2018/401, ĠU L 72, 15.3.2018, p. 17 |
Nru 319/2014
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-27 ta' Marzu 2014 dwar drittijiet u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 593/2007, ĠU L 93, 28.3.2014, p. 58
Nru 376/2014
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta' okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007, ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18
Nru 452/2014
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tad-29 ta' April 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru ta' pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 133, 6.5.2014, p. 12, kif emendat:
|
— |
bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1158, ĠU L 192, 16.7.2016, p. 21 |
Nru 1321/2014
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol, ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1, kif emendat:
|
— |
bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1088, ĠU L 176, 7.7.2015, p. 4, |
|
— |
bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1536, ĠU L 241, 17.9.2015, p. 16, |
|
— |
bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/334, ĠU L 50, 28.2.2017, p. 13 |
Nru 2015/340
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2015 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati maċ-ċertifikati u l-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 805/2011, ĠU L 63, 6.3.2015, p. 1
Nru 2015/640
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-23 ta' April 2015 dwar l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà għal tip partikolari ta' operazzjonijiet u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012, ĠU L 106, 24.4.2015, p. 18, kif emendat:
|
— |
bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/394, ĠU L 71, 14.3.2018, p. 1 |
Nru 2015/1018
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ġunju 2015 li jistabbilixxi lista ta' klassifikazzjoni tal-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili li għandhom jiġu rapportati b'mod mandatorju skont ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 163, 30.6.2015, p. 1
Nru 2016/2357
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2016 dwar in-nuqqas ta' konformità effettiva mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mar-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu f'dak li għandu x'jaqsam ma' ċertifikati maħruġin mill-akkademja Ellenika tat-taħriġ fil-qasam tal-avjazzjoni msejħa “Hellenic Aviation Training Academy” (HATA) u ma' liċenzji tal-Parti-66 maħruġin abbażi ta' dawn iċ-ċertifikati, ĠU L 348, 21.12.2016, p. 72
Nru 2018/395
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-13 ta' Marzu 2018 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operat tal-blalen tal-arja skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 71, 14.3.2018, p. 10
4. Sigurtà tal-Avjazzjoni
Nru 300/2008
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002, ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72
Nru 272/2009
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-2 ta' April 2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti fl-Anness tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 91, 3.4.2009, p. 7, kif emendat:
|
— |
bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2010, ĠU L 90, 10.4.2010, p. 1, |
|
— |
bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 720/2011, ĠU L 193, 23.7.2011, p. 19, |
|
— |
bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1141/2011, ĠU L 293, 11.11.2011, p. 22, |
|
— |
bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 245/2013, ĠU L 77, 20.3.2013, p. 5 |
Nru 1254/2009
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-18 ta' Diċembru 2009 li jistabbilixxi l-kriterji li jippermettu lill-Istati Membri jidderogaw mill-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u jadottaw miżuri alternattivi tas-sigurtà, ĠU L 338, 19.12.2009, p. 17, kif emendat:
|
— |
bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2096, ĠU L 326, 1.12.2016, p. 7 |
Nru 18/2010
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-8 ta' Jannar 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam ma' speċifikazzjonijiet għall-programmi nazzjonali ta' kontroll tal-kwalità fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili, ĠU L 7, 12.1.2010, p. 3
Nru 72/2010
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-26 ta' Jannar 2010 li jistabbilixxi proċeduri biex jitwettqu spezzjonijiet mill-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni, ĠU L 23, 27.1.2010, p. 1, kif emendat:
|
— |
bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/472, ĠU L 85, 1.4.2016, p. 28 |
Nru 2015/1998
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Novembru 2015 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni, ĠU L 299, 14.11.2015, p. 1, kif emendat:
|
— |
bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2426, ĠU L 334, 22.12.2015, p. 5, |
|
— |
bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/815, ĠU L 122, 13.5.2017, p. 1, |
|
— |
bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/55, ĠU L 10, 13.1.2018, p. 5 |
Nru C(2015) 8005
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Novembru 2015 li tistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni li fihom it-tagħrif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, kif emendata:
|
— |
bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2017) 3030, |
|
— |
bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2018)4857 |
5. Ġestjoni tat-traffiku tal-ajru
Nru 549/2004
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament Qafas), ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1, kif emendat:
|
— |
bir-Regolament (KE) Nru 1070/2009, ĠU L 300, 14.11.2009, p. 34 |
Il-Kummissjoni għandha tgawdi fl-Iżvizzera mis-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikoli 6, 8, 10, 11 u 12.
L-Artikolu 10 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
Fil-paragrafu 2, il-kliem “fil-livell tal-Komunità” jenħtieġ li jiġi sostitwit bil-kliem “fil-livell Komunitarju, bl-involviment tal-Iżvizzera”. |
|
|
Minkejja l-aġġustament orizzontali msemmi fit-tieni inċiż tal-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, ir-referenzi għall-“Istati Membri” li saru fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 jew fid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 1999/468/KE imsemmija f'dik id-dispożizzjoni ma għandhomx jinftiehmu li japplikaw għall-Iżvizzera. |
Nru 550/2004
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament tal-Forniment ta' Servizz), kif emendat permezz ta':
|
— |
bir-Regolament (KE) Nru 1070/2009, ĠU L 300, 14.11.2009, p. 34 |
B'rabta mal-Iżvizzera, il-Kummissjoni għandha tgawdi mis-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikoli 9a, 9b, 15, 15a, 16 u 17.
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jiġu emendati kif ġej:
|
(a) |
L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej: Fil-paragrafu 2, il-kliem “u l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”. |
|
(b) |
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej: Fil-paragrafu 1 u fil-paragrafu 6, il-kliem “u l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”. |
|
(c) |
L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej: Fil-paragrafu 1, il-kliem “u l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”. |
|
(d) |
L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej: Fil-paragrafu 1, il-kliem “u l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”. |
|
(e) |
L-Artikolu 16(3) huwa sostitwit b'dan li ġej: “3. Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri u tinforma lill-fornitur tas-servizz dwarha, sa fejn jikkonċernah legalment.” |
Nru 551/2004
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-arja fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament tal-Ispazju tal-Arja), ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20, kif emendat:
|
— |
bir-Regolament (KE) Nru 1070/2009, ĠU L 300, 14.11.2009, p. 34 |
Il-Kummissjoni għandha tgawdi fl-Iżvizzera mis-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikoli 3a, 6 u 10.
Nru 552/2004
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta' Amministrazzjoni ta' Traffiku tal-Ajru (ir-Regolament ta' Interoperabilità), ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26, kif emendat:
|
— |
bir-Regolament (KE) Nru 1070/2009, ĠU L 300, 14.11.2009, p. 34 |
Il-Kummissjoni għandha tgawdi fl-Iżvizzera mis-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikoli 4, 7 u 10(3).
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jiġu emendati kif ġej:
|
(a) |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej: Fil-paragrafu 2, il-kliem “jew l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”. |
|
(b) |
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej: Fil-paragrafu 4, għandhom jiddaħħlu l-kliem “jew l-Isvizzera” wara l-kliem “il-Komunità”. |
|
(c) |
L-Anness III għandu jiġi emendat kif ġej: Fit-Taqsima 3, it-tieni u l-aħħar inċiż, il-kliem “jew l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”. |
Nru 2150/2005
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-23 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli komuni għall-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru, ĠU L 342, 24.12.2005, p. 20
Nru 1033/2006
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-4 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar il-proċeduri għall-pjanijiet tat-titjiriet fil-fażi ta' qabel it-titjira għall-Ajru Uniku Ewropew, ĠU L 186, 7.7.2006, p. 46, kif emendat:
|
— |
bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012, ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1, |
|
— |
bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 428/2013, ĠU L 127, 9.5.2013, p. 23, |
|
— |
bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2120, ĠU L 329, 3.12.2016, p. 70, |
|
— |
bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/139, ĠU L 25, 30.1.2018, p. 4 |
Nru 1032/2006
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-6 ta' Lulju 2006 li jistipula rekwiżiti għal sistemi awtomatiċi għall-iskambju ta' tagħrif dwar it-titjiriet bejn ċentri tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru għall-iskopijiet ta' notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta' titjiriet, ĠU L 186, 7.7.2006, p. 27, kif emendat:
|
— |
bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 30/2009, ĠU L 13, 17.1.2009, p. 20 |
Nru 219/2007
Ir-Regolament tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta' Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR), ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1, kif emendat:
|
— |
bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1361/2008, ĠU L 352, 31.12.2008, p. 12, |
|
— |
bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 721/2014, ĠU L 192, 1.7.2014, p. 1 |
Nru 633/2007
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-7 ta' Ġunju 2007 li jistipula rekwiżiti għall-applikazzjoni ta' protokoll ta' trasferiment ta' messaġġ tat-titjira użat għan-notifika, il-koordinazzjoni u t-trasferiment ta' titjiriet bejn ċentri ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru, ĠU L 146, 8.6.2007, p. 7, kif emendat:
|
— |
bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 283/2011, ĠU L 77, 23.3.2011, p. 23 |
Nru 2017/373 (2)
|
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Marzu 2017 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni għall-fornituri ta' servizzi fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u funzjonijiet oħrajn tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-sorveljanza tagħhom, li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 482/2008, ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1034/2011, (UE) Nru 1035/2011 u (UE) 2016/1377 u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 677/2011, ĠU L 62, 8.3.2017, p. 1 |
Nru 29/2009
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-16 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta' kollegament tad-data għall-Ajru Uniku Ewropew, ĠU L 13, 17.1.2009, p. 3, kif emendat:
|
— |
bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/310, ĠU L 56, 27.2.2015, p. 30, |
It-test tar-Regolament għandu, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqara bl-adattament li ġej:
|
|
“UIR tal-Iżvizzera” tiżdied fil-parti A tal-Anness I. |
Nru 262/2009
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-30 ta' Marzu 2009 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-allokazzjoni koordinata u għall-użu ta' kodiċijiet tal-interrogatur Mode S għall-Ajru Uniku Ewropew, ĠU L 84, 31.3.2009, p. 20, kif emendat:
|
— |
bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2345, ĠU L 348, 21.12.2016, p. 11 |
Nru 73/2010
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-26 ta' Jannar 2010 li jistipula r-rekwiżiti dwar il-kwalità tad-data ajrunawtika u l-informazzjoni ajrunawtika għall-Ajru Uniku Ewropew, ĠU L 23, 27.1.2010, p. 6, kif emendat:
|
— |
bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1029/2014, ĠU L 284, 30.9.2014, p. 9 |
Nru 255/2010
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-25 ta' Marzu 2010 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru, ĠU L 80, 26.3.2010, p. 10, kif emendat:
|
— |
bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012, ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1, |
|
— |
bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1006, ĠU L 165, 23.6.2016, p. 8, |
|
— |
bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2159, ĠU L 304, 21.11.2017, p. 45. |
Nru C(2010)5134
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Lulju 2010 dwar il-ħatra ta' Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew
Nru 176/2011
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-24 ta' Frar 2011 dwar l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta qabel l-istabbiliment u l-modifikazzjoni ta' blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali, ĠU L 51, 25.2.2011, p. 2
Nru 677/2011
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-7 ta' Lulju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2010, ĠU L 185, 15.7.2011, p. 1, kif emendat:
|
— |
bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 970/2014, ĠU L 272, 13.9.2014, p. 11, |
|
— |
bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373, ĠU L 62, 8.3.2017, p. 1 |
Nru 2011/4130
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Lulju 2011 dwar in-nomina ta' Maniġer tan-Netwerk għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) tal-funzjonijiet tan-netwerks fl-ajru uniku Ewropew
Nru 1034/2011
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2011 dwar is-sorveljanza tas-sikurezza fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2010, ĠU L 271, 18.10.2011, p. 15
Nru 1035/2011
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta' servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 482/2008 u (UE) Nru 691/2010, ĠU L 271, 18.11.2011, p. 23, kif emendat:
|
— |
bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012, ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1, |
|
— |
bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 448/2014, ĠU L 132, 3.5.2014, p. 53 |
Nru 1206/2011
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar l-identifikazzjoni ta' inġenji tal-ajru għas-sorveljanza fl-Ajru Uniku Ewropew, ĠU L 305, 23.11.2011, p. 23
It-test tar-Regolament għandu, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqara bl-adattament li ġej:
|
|
“UIR tal-Iżvizzera” tiżdied fl-Anness I. |
Nru 1207/2011
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti għall-prestazzjoni u l-interoperabilità tas-sorveljanza għall-Ajru Uniku Ewropew, ĠU L 305, 23.11.2011, p. 35, kif emendat:
|
— |
bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1028/2014, ĠU L 284, 30.9.2014, p. 7, |
|
— |
bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/386, ĠU L 59, 7.3.2017, p. 34 |
Nru 923/2012
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010, ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1, kif emendat:
|
— |
bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/340, ĠU L 63, 6.3.2015, p. 1, |
|
— |
bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1185, ĠU L 196, 21.7.2016, p. 3 |
Nru 1079/2012
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Novembru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti ta' spazjar bejn il-kanali ta' komunikazzjoni vokali għall-Ajru Uniku Ewropew, ĠU L 320, 17.11.2012, p. 14, kif emendat:
|
— |
bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 657/2013, ĠU L 190, 11.7.2013, p. 37, |
|
— |
bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2345, ĠU L 348, 21.12.2016, p. 11, |
|
— |
bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2160, ĠU L 304, 21.11.2017, p. 47. |
Nru 390/2013
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk, ĠU L 128, 9.5.2013, p. 1
Nru 391/2013
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema komuni ta' imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru, ĠU L 128, 9.5.2013, p. 31
Nru 409/2013
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Mejju 2013 dwar id-definizzjoni ta' proġetti komuni, it-twaqqif ta' governanza u l-identifikazzjoni ta' inċentivi li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru, ĠU L 123, 4.5.2013, p. 1
Nru 2014/132
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2014 li tistabbilixxi miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u l-livelli limiti ta' twissija għat-tieni perjodu ta' referenza mill-2015 sal-2019, ĠU L 71, 12.3.2014, p. 20
Nru 716/2014
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Ġunju 2014 dwar l-istabbiliment tal-Proġett Pilota Komuni li jsostni l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru, ĠU L 190, 28.6.2014, p. 19
Nru 2015/2224
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Novembru 2015 dwar il-ħatra tal-President, tal-membri u tas-sostituti tagħhom tal-Bord ta' Ġestjoni tan-Netwerk għall-funzjonijiet tan-netwerk ta' ġestjoni tat-traffiku tal-ajru għat-tieni perjodu ta' referenza (2015-2019), ĠU L 316, 2.12.2015, p. 9
Nru 2016/1373
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Awwissu 2016 li tapprova l-Pjan ta' Prestazzjoni tan-Netwerk għat-tieni perjodu ta' referenza tal-iskema ta' prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (2015-2019), ĠU L 217, 12.8.2016, p. 51
6. Ambjent u storbju
Nru 2002/30
Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Marzu 2002 dwar l-istabbiliment ta' regoli u proċeduri għall-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet tal-ħoss fl-ajruporti tal-Komunità (l-Artikoli 1-12 u 14-18), ĠU L 85, 28.3.2002, p. 40
(L-emendi għall-Anness I, li jirriżultaw mill-Anness II, il-Kapitolu 8 (Politika tat-Trasport), it-Taqsima G (Trasport bl-Ajru), il-punt 2 tal-Att li jikkonċerna l-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti tat-Trattati li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea, għandhom japplikaw).
Nru 89/629
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-4 ta' Diċembru 1989 dwar il-limitazzjoni tal-emissjoni ta' ħsejjes minn ajruplani ċivili jet subsoniċi, ĠU L 363, 13.12.1989, p. 27,
(l-Artikoli 1-8)
Nru 2006/93
Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar ir-regolament tal-operazzjoni tal-ajruplani koperta mill-Parti II, il-Kapitolu 3, il-Volum 1 tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, it-tieni edizzjoni (1988), ĠU L 374, 27.12.2006, p. 1
7. Protezzjoni tal-konsumatur
Nru 90/314
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż, ĠU L 158, 23.6.1990, p. 59,
(l-Artikoli 1-10)
Nru 93/13
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-5 ta' April 1993 dwar klawsoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur, ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29
(l-Artikoli 1-11)
Nru 2027/97
Ir-Regolament tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 1997 dwar ir-responsabbiltà ta' trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta' inċidenti, ĠU L 285, 17.10.1997, p. 1, (l-Artikoli 1-8), kif emendat:
|
— |
bir-Regolament (KE) Nru 889/2002, ĠU L 140, 30.5.2002, p. 2 |
Nru 261/2004
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, ĠU L 46, 17.2.2004, p. 1,
(l-Artikoli 1-18)
Nru 1107/2006
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabbiltà u ta' persuni b'mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru, ĠU L 204, 26.7.2006, p. 1
8. Mixxellanji
Nru 2003/96
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar it-tassazzjoni fuq prodotti tal-enerġija u l-elettriku, ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51,
(l-Artikolu 14(1)(b) u l-Artikolu 14(2).
9. Annessi
A: Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea
B: Dispożizzjonijiet dwar il-kontroll finanzjarju mill-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-parteċipanti Żvizzeri li qed jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-EASA
(1) ĠU L 243, 27.9.2003, p. 6.
(2) Ir-Regolament (UE) 2017/373 huwa applikabbli biss minn Jannar 2020. Madankollu, l-Artikolu 9(2) huwa applikabbli mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2017/373; fir-rigward tal-Aġenzija, l-Artikolu 4(1), (2), (5), (6) u (8) u l-Artikolu 5 se japplikaw ukoll mid-data tad-dħul fis-seħħ. Fir-rigward tal-fornituri tas-servizzi tad-data, l-Artikolu 6 se japplika mill-1 ta' Jannar 2019 u, fejn tali fornitur japplika u jingħata ċertifikat b'konformità mal-Artikolu 6, mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2017/373. Sadanittant jibqgħu japplikaw ukoll l-Artikoli rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 482/2008.
ANNESS A
Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea
IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJIN,
FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li, b'konformità mal-Artikolu 343 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 191 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“KEEA”), l-Unjoni Ewropea u l-KEEA għandhom igawdu fit-territorji tal-Istati Membri tali privileġġi u immunitajiet kif inhu neċessarju għall-qadi tal-kompiti tagħhom,
QABLU dwar id-dispożizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jiġu annessi mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika:
KAPITOLU I
PROPRJETÀ, FONDI, ASSI U OPERAZZJONIJIET TAL-UNJONI EWROPEA
Artikolu 1
L-istabbilimenti u l-binjiet tal-Unjoni għandhom ikunu invjolabbli. Għandhom ikunu eżentati minn tiftix, rekwiżizzjoni, konfiska jew esproprjazzjoni. Il-proprjetà u l-assi tal-Unjoni ma għandhomx ikunu soġġetti għal kwalunkwe miżura ġuridika jew amministrattiva ta' restrizzjoni mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Artikolu 2
L-arkivji tal-Unjoni għandhom ikunu invjolabbli.
Artikolu 3
L-Unjoni, l-assi, l-introjtu u proprjetà oħra tagħha għandhom ikunu eżentati mit-taxxi diretti kollha.
Il-gvernijiet tal-Istati Membri għandhom, kull fejn possibbli, jieħdu l-miżuri xierqa biex iħallsu jew jagħtu lura l-ammont tat-taxxi indiretti jew tat-taxxi tal-bejgħ inkluż fil-prezz tal-proprjetà mobbli jew immobbli, fejn l-Unjoni tagħmel, għall-użu uffiċjali tagħha, xiri sostanzjali li l-prezz tiegħu jinkludi taxxi ta' dan it-tip. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet ma għandhomx jiġu applikati, sabiex ikollhom effett ta' distorsjoni fuq il-kompetizzjoni fl-Unjoni.
Ma għandha tingħata l-ebda eżenzjoni fir-rigward tat-taxxi u tal-ħlasijiet dovuti li jammontaw sempliċement għal imposti għal servizzi ta' utilità pubblika.
Artikolu 4
L-Unjoni għandha tkun eżentata mid-dazji doganali, mill-projbizzjonijiet u mir-restrizzjonijiet kollha fuq l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet fir-rigward tal-oġġetti maħsuba għall-użu uffiċjali tagħha: l-oġġetti importati b'dan il-mod ma għandhomx jintremew, irrispettivament jekk hux bi ħlas jew le, fit-territorju tal-pajjiż li fih ġew importati, għajr b'kundizzjonijiet approvati mill-gvern ta' dak il-pajjiż.
L-Unjoni għandha tkun eżentata wkoll minn kwalunkwe dazju doganali u kwalunkwe projbizzjoni u restrizzjoni fuq l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet fir-rigward tal-pubblikazzjonijiet tagħha.
KAPITOLU II
KOMUNIKAZZJONIJIET U LAISSEZ-PASSER
Artikolu 5
Għall-komunikazzjonijiet uffiċjali u għat-trażmissjoni tad-dokumenti kollha tagħhom, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom igawdu fit-territorju ta' kull Stat Membru t-trattament akkordat minn dak l-Istat għall-missjonijiet diplomatiċi.
Il-korrispondenza uffiċjali u komunikazzjonijiet uffiċjali oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma għandhomx ikunu soġġetti għal ċensura.
Artikolu 6
Il-Presidenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jistgħu joħorġu laissez-passer fil-forma preskritta mill-Kunsill, li jaġixxi permezz ta' maġġoranza sempliċi, li għandu jiġi rikonoxxut bħala dokument validu tal-ivvjaġġar mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, għall-membri u għall-impjegati ta' dawn l-istituzzjonijiet. Dawn il-laissez-passer għandhom jinħarġu għall-uffiċjali u għal impjegati oħra bil-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' impjegati oħra tal-Unjoni.
Il-Kummissjoni tista' tikkonkludi ftehimiet għal dawn il-laissez-passer biex jiġu rikonoxxuti bħala dokumenti validi tal-ivvjaġġar fit-territorju ta' pajjiżi terzi.
KAPITOLU III
MEMBRI TAL-PARLAMENT EWROPEW
Artikolu 7
Ma għandha tiġi imposta l-ebda restrizzjoni amministrattiva jew restrizzjoni oħra fuq il-moviment liberu tal-Membri tal-Parlament Ewropew li jkunu qed jivvjaġġaw lejn il-post tal-laqgħa tal-Parlament Ewropew jew minnu.
Il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom, fir-rigward tad-dwana u l-kontroll fuq il-kambju, jingħataw:
|
(a) |
mill-gvern tagħhom stess, l-istess faċilitajiet bħal dawk li jingħataw lill-uffiċjali anzjani li jivvjaġġaw lejn pajjiżi oħra fuq missjonijiet uffiċjali temporanji; |
|
(b) |
mill-gvern ta' Stati Membri oħra, l-istess faċilitajiet bħal dawk li jingħataw lir-rappreżentanti ta' gvernijiet barranin fuq missjonijiet uffiċjali temporanji. |
Artikolu 8
Il-Membri tal-Parlament Ewropew ma għandhomx ikunu soġġetti għal kwalunkwe forma ta' inkjesta, detenzjoni jew proċediment legali fir-rigward tal-opinjonijiet espressi jew tal-voti mixħuta minnhom fil-qadi ta' dmirijiethom.
Artikolu 9
Matul is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Membri tiegħu għandhom igawdu:
|
(a) |
fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-Parlament tagħhom; |
|
(b) |
fit-territorju ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor, l-immunità minn kwalunkwe miżura ta' detenzjoni u minn proċedimenti legali. |
L-immunità bl-istess mod għandha tapplika għall-Membri meta jkunu qed jivvjaġġaw lejn il-post tal-laqgħa tal-Parlament Ewropew u minnu.
L-immunità ma tistax tintalab meta Membru jinstab fl-att tat-twettiq ta' reat u ma għandhiex twaqqaf lill-Parlament Ewropew milli jeżerċita d-dritt tiegħu li jirrinunzja l-immunità ta' wieħed mill-Membri tiegħu.
KAPITOLU IV
RAPPREŻENTANTI TAL-ISTATI MEMBRI LI QED JIPPARTEĊIPAW FIL-ĦIDMA TAL-ISTITUZZJONIJIET TAL-UNJONI EWROPEA
Artikolu 10
Ir-rappreżentanti tal-Istati Membri li qed jipparteċipaw fil-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u l-konsulenti u l-esperti tekniċi tagħhom għandhom, fit-twettiq ta' dmirijiethom u matul il-vjaġġi tagħhom lejn il-post tal-laqgħa u minnu, igawdu mill-privileġġi, mill-immunitajiet u mill-faċilitajiet abitwali.
Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għall-membri tal-korpi konsultattivi tal-Unjoni.
KAPITOLU V
UFFIĊJALI U IMPJEGATI OĦRA TAL-UNJONI EWROPEA
Artikolu 11
Fit-territorju ta' kull Stat Membru u irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, l-uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni għandhom:
|
(a) |
soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattati marbuta, minn naħa waħda, mar-regoli dwar ir-responsabbiltà tal-uffiċjali u impjegati oħra lejn l-Unjoni u, min-naħa l-oħra, mal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'tilwim bejn l-Unjoni u l-uffiċjali u impjegati oħra tagħha, ikollhom immunità minn proċedimenti legali fir-rigward tal-atti mwettqa minnhom fil-kapaċità uffiċjali tagħhom, inkluż kliemhom mitkellem jew miktub. Għandhom ikomplu jgawdu minn din l-immunità wara li jkunu waqfu mill-kariga tagħhom; |
|
(b) |
flimkien mal-konjugi tagħhom u l-membri dipendenti tal-familja tagħhom, ma jkunux soġġetti għal restrizzjonijiet ta' immigrazzjoni jew għal formalitajiet għar-reġistrazzjoni tal-persuni barranin; |
|
(c) |
fir-rigward tar-regolamenti dwar il-munita jew il-kambju, jingħataw l-istess faċilitajiet kif jingħataw b'mod abitwali lil uffiċjali ta' organizzazzjonijiet internazzjonali; |
|
(d) |
igawdu d-dritt li jimportaw mingħajr dazju l-għamara u l-affarijiet tagħhom l-ewwel darba li jibdew jaħdmu fil-pajjiż ikkonċernat, u d-dritt li jesportaw mill-ġdid mingħajr dazju l-għamara u l-affarijiet tagħhom, malli jtemmu dmirijiethom f'dak il-pajjiż, soġġett fi kwalunkwe każ għall-kundizzjonijiet ikkunsidrati neċessarji mill-gvern tal-pajjiż fejn dan id-dritt huwa eżerċitat; |
|
(e) |
id-dritt jimportaw mingħajr dazju karozza għall-użu personali tagħhom, akkwistata fil-pajjiż tal-aħħar residenza tagħhom jew fil-pajjiż li tiegħu huma ċittadini skont it-termini ta' amministrazzjoni fis-suq domestiku f'dak il-pajjiż, u li jesportawha mill-ġdid mingħajr dazju, soġġett fi kwalunkwe każ għall-kundizzjonijiet ikkunsidrati neċessarji mill-gvern tal-pajjiż ikkonċernat. |
Artikolu 12
L-uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni għandhom iħallsu taxxa għall-benefiċċju tal-Unjoni fuq is-salarji, il-pagi jew l-emolumenti mħallsa lilhom mill-Unjoni, b'konformità mal-kundizzjonijiet u mal-proċedura stabbilita mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, li jaġixxu permezz tar-regolamenti b'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara konsultazzjoni tal-istituzzjonijiet ikkonċernati.
Għandhom ikunu eżentati mit-taxxi nazzjonali fuq is-salarji, il-pagi u l-emolumenti mħallsa mill-Unjoni.
Artikolu 13
Fl-applikazzjoni tat-taxxa fuq l-introjtu, tat-taxxa fuq il-ġid u tad-dazji tal-mewt u fl-applikazzjoni tal-konvenzjonijiet dwar l-evitar tat-tassazzjoni doppja konklużi bejn l-Istati Membri tal-Unjoni, l-uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni li, sempliċement minħabba l-qadi ta' dmirijiethom fis-servizz tal-Unjoni, jistabbilixxu r-residenza tagħhom fit-territorju ta' Stat Membru ieħor li mhux il-pajjiż ta' domiċilju tagħhom għal finijiet ta' taxxa fil-mument li jibdew jaħdmu mal-Unjoni, għandhom jiġu kkunsidrati, kemm fil-pajjiż tar-residenza proprja tagħhom u fil-pajjiż ta' domiċilju għal finijiet ta' taxxa, li żammew id-domiċilju tagħhom fil-pajjiż tal-aħħar diment li huwa membru tal-Unjoni. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika wkoll għall-konjugi, sal-punt li tal-aħħar ma jkunx/tkunx separatament impjegat(a) f'impjieg bi ħlas, u għat-tfal dipendenti fuq il-persuni msemmija f'dan l-Artikolu u fil-kura tagħhom.
Il-proprjetà mobbli li tappartjeni għall-persuni msemmija fil-paragrafu preċedenti u li tinsab fit-territorju tal-pajjiż fejn qed jgħixu għandha tkun eżentata mid-dazji tal-mewt f'dak il-pajjiż; tali proprjetà għandha, għall-valutazzjoni ta' tali dazju, tiġi kkunsidrata bħala li tinsab fil-pajjiż ta' domiċilju għall-finijiet ta' taxxa, soġġett għad-drittijiet tal-pajjiżi terzi u għall-applikazzjoni possibbli tad-dispożizzjonijiet tal-konvenzjonijiet internazzjonali dwar it-tassazzjoni doppja.
Kwalunkwe domiċilju miksub biss minħabba l-qadi ta' dmirijiet fis-servizz ta' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra ma għandux jitqies fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 14
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu permezz tar-regolamenti b'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet ikkonċernati, għandhom jistabbilixxu l-iskema tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali għall-uffiċjali u għal impjegati oħra tal-Unjoni.
Artikolu 15
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu permezz tar-regolamenti b'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet l-oħra kkonċernati, għandhom jiddeterminaw il-kategoriji tal-uffiċjali u ta' impjegati oħra tal-Unjoni li għalihom għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 12, u l-Artikolu 13, kompletament jew parti minnhom.
L-ismijiet, il-gradi u l-indirizzi tal-uffiċjali u ta' impjegati oħra inklużi f'tali kategoriji għandhom jiġu kkomunikati perjodikament lill-gvernijiet tal-Istati Membri.
KAPITOLU VI
PRIVILEĠĠI U IMMUNITAJIET TAL-MISSJONIJIET TA' PAJJIŻI TERZI AKKREDITATI LILL-UNJONI EWROPEA
Artikolu 16
L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-Unjoni għandha s-sede tagħha għandu jagħti l-immunitajiet u l-privileġġi diplomatiċi abitwali lill-missjonijiet ta' pajjiżi terzi akkreditati lill-Unjoni.
KAPITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 17
Il-privileġġi, l-immunitajiet u l-faċilitajiet għandhom jingħataw lill-uffiċjali u lil impjegati oħra tal-Unjoni biss fl-interessi tal-Unjoni.
Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tkun meħtieġa tirrinunzja l-immunità mogħtija lil uffiċjal jew lil impjegat ieħor kull fejn dik l-istituzzjoni tikkunsidra li dik ir-rinunzja ta' tali immunità ma tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni.
Artikolu 18
L-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom, għall-fini tal-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll, jikkooperaw mal-awtoritajiet responsabbli tal-Istati Membri kkonċernati.
Artikolu 19
L-Artikoli 11 sa 14 u l-Artikolu 17 għandhom japplikaw għall-Membri tal-Kummissjoni.
Artikolu 20
L-Artikoli 11 sa 14 u l-Artikolu 17 għandhom japplikaw għall-Imħallfin, għall-Avukati Ġenerali, għar-Reġistraturi u għall-Assistenti Relaturi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea marbut mal-immunità minn proċedimenti legali tal-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali.
Artikolu 21
Dan il-Protokoll għandu japplika wkoll għall-Bank Ewropew tal-Investiment, għall-membri tal-organi tiegħu, għall-persunal tiegħu u għar-rappreżentanti tal-Istati Membri li jkunu qed jipparteċipaw fl-attivitajiet tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Bank.
Barra minn hekk, il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jkun eżentat minn kwalunkwe forma ta' tassazzjoni jew ta' impożizzjoni ta' natura simili fl-okkażjoni ta' kwalunkwe żieda fil-kapital tiegħu u mid-diversi formalitajiet li jistgħu jkunu konnessi miegħu fl-Istat fejn il-Bank għandu s-sede tiegħu. B'mod simili, ix-xoljiment jew il-likwidazzjoni tiegħu ma għandhomx jagħtu lok għal xi impożizzjoni. Finalment, l-attivitajiet tal-Bank u tal-organi tiegħu mwettqa b'konformità mal-Istatut tiegħu ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi taxxa fuq il-fatturat.
Artikolu 22
Dan il-Protokoll għandu japplika wkoll għall-Bank Ċentrali Ewropew, għall-membri tal-organi u tal-persunal tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew.
Barra minn hekk, il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jkun eżentat minn kwalunkwe forma ta' tassazzjoni jew ta' impożizzjoni ta' natura simili fl-okkażjoni ta' kwalunkwe żieda fil-kapital tiegħu u mid-diversi formalitajiet li jistgħu jkunu konnessi miegħu fl-Istat fejn il-Bank għandu s-sede tiegħu. L-attivitajiet tal-Bank u tal-organi tiegħu mwettqa b'konformità mal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi taxxa fuq il-fatturat.
Appendiċi
Proċeduri għall-applikazzjoni fl-Iżvizzera tal-protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea
1. Estensjoni tal-applikazzjoni għall-Iżvizzera
Kull fejn il-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem “il-Protokoll”) fih referenzi għall-Istati Membri, ir-referenzi jridu jinftiehmu li japplikaw b'mod ugwali għall-Iżvizzera, sakemm id-dispożizzjonijiet li ġejjin ma jiddeterminawx mod ieħor.
2. Eżenzjoni tal-Aġenzija mit-tassazzjoni indiretta (inkluż il-VAT).
L-oġġetti u s-servizzi esportati mill-Iżvizzera ma jridux ikunu soġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) tal-Iżvizzera. Fil-każ ta' oġġetti u ta' servizzi fornuti lill-Aġenzija fl-Iżvizzera għall-użu uffiċjali tagħha, b'konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll, l-eżenzjoni mill-VAT hija permezz ta' rifużjoni. Eżenzjoni mill-VAT għandha tingħata jekk il-prezz proprju tax-xiri tal-oġġetti u tas-servizzi msemmija fil-fattura jew f'dokument ekwivalenti jkollu total ta' minn tal-inqas 100 frank Żvizzeru (inkluż it-taxxa).
Ir-rifużjoni tal-VAT trid tingħata mal-preżentazzjoni tal-formoli Żvizzeri pprovduti għal dan l-għan lid-Diviżjoni Prinċipali tal-VAT tal-Amministrazzjoni Federali tat-Taxxa. Bħala regola, l-applikazzjonijiet tar-rifużjoni jridu jiġu pproċessati fi żmien tliet xhur wara d-data li fiha ġew reġistrati flimkien mad-dokumenti ta' sostenn neċessarji.
3. Proċeduri għall-applikazzjoni tar-regoli marbuta mal-persunal tal-Aġenzija
Fir-rigward tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 12 tal-Protokoll, l-Iżvizzera għandha teżenta, skont il-prinċipji tad-dritt nazzjonali tagħha, l-uffiċjali u impjegati oħra tal-Aġenzija skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tar-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 tal-Kunsill (1) minn taxxi federali, kantonali u komunali fuq salarji, pagi u emolumenti mħallsa lilhom mill-Unjoni Ewropea u soġġett għal taxxa interna għall-benefiċċju tagħha.
L-Iżvizzera ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala Stat Membru skont it-tifsira tal-punt 1 ta' hawn fuq għall-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-Protokoll.
L-uffiċjali u impjegati oħra tal-Aġenzija u l-membri tal-familji tagħhom li huma membri tas-sistema ta' assigurazzjoni soċjali applikabbli għall-uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea mhumiex obbligati jkunu membri tas-sistema tas-sigurtà soċjali Żvizzera.
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġurisdizzjoni esklużiva fi kwalunkwe kwistjoni li tikkonċerna r-relazzjonijiet bejn l-Aġenzija jew il-Kummissjoni u l-persunal tagħha fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tal-Kunsill (2) u d-dispożizzjonijiet l-oħra tad-dritt tal-Unjoni Ewropea li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tax-xogħol.
(1) Ir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 tal-Kunsill tal-25 ta' Marzu 1969 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej lil liema d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw (ĠU L 74, 27.3.1969, p. 1).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68, tad-29 ta' Frar 1968, li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri partikolari li huma temporanjament applikabbli għall-uffiċjali tal-Kummissjoni (Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' impjegati oħra) (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).
ANNESS B
Kontroll finanzjarju fir-rigward tal-parteċipanti Żvizzeri fl-attivitajiet tal-Ftehim Ewropew dwar l-Avjazzjoni
Artikolu 1
Komunikazzjoni diretta
L-Aġenzija u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw direttament mal-persuni jew mal-entitajiet kollha stabbiliti fl-Iżvizzera u li jkunu qed jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Aġenzija, bħala kuntratturi, parteċipanti fil-programmi tal-Aġenzija, riċevituri ta' pagamenti mill-baġit tal-Aġenzija jew tal-Komunità, jew sottokuntratturi. Tali persuni jistgħu jibagħtu direttament lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni rilevanti kollha li huma meħtieġa jissottomettu abbażi tal-istrumenti msemmija f'din id-deċiżjoni u tal-kuntratti jew tal-ftehimiet konklużi u kwalunkwe deċiżjoni meħuda skonthom.
Artikolu 2
Verifiki
1. B'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1) u r-Regolament Finanzjarju adottat mill-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija fis-26 ta' Marzu 2003, mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (2) u mal-istrumenti l-oħra msemmija f'din id-Deċiżjoni, il-kuntratti jew il-ftehimiet konklużi u d-deċiżjonijiet meħuda mal-benefiċjarji stabbiliti fl-Iżvizzera jistgħu jipprevedu li awditi xjentifiċi, finanzjarji, teknoloġiċi jew awditi oħra jitwettqu fi kwalunkwe mument fl-istabbiliment tal-benefiċjarji u tas-sottokuntratturi tagħhom mill-uffiċjali tal-Aġenzija u tal-Kummissjoni jew minn persuni oħra b'mandat mill-Aġenzija u mill-Kummissjoni.
2. L-uffiċjali tal-Aġenzija u tal-Kummissjoni u persuni oħra b'mandat mill-Aġenzija u mill-Kummissjoni għandu jkollhom aċċess xieraq għas-siti, għax-xogħlijiet u għad-dokumenti u għall-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettqu tali awditi, inkluż fil-forma elettronika. Dan id-dritt ta' aċċess għandu jkun iddikjarat b'mod espliċitu fil-kuntratti jew fil-ftehimiet konklużi għall-implimentazzjoni tal-istrumenti msemmija f'din id-Deċiżjoni.
3. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandu jkollha l-istess drittijiet bħall-Kummissjoni.
4. L-awditi jistgħu jsiru sa ħames snin wara l-iskadenza ta' din id-Deċiżjoni jew skont it-termini tal-kuntratti jew tal-ftehimiet konklużi u d-deċiżjonijiet meħuda.
5. L-Uffiċċju Federali Żvizzeru tal-Awditi jrid jiġi informat minn qabel dwar l-awditi li jsiru fit-territorju Żvizzeru. Din l-informazzjoni mhux se tkun kundizzjoni legali għat-twettiq ta' tali awditi.
Artikolu 3
Verifiki fuq il-post
1. Skont dan il-Ftehim, il-Kummissjoni (l-OLAF) hija awtorizzata twettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fit-territorju Żvizzeru, skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (3).
2. Il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom jitħejjew u jitwettqu mill-Kummissjoni b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju Federali Żvizzeru tal-Awditi u ma' awtoritajiet Żvizzeri kompetenti oħra maħtura mill-Uffiċċju Federali Żvizzeru tal-Awditi, li għandhom jiġu nnotifikati minn qabel biżżejjed dwar l-oġġett, l-iskop u l-bażi ġuridika tal-verifiki u tal-ispezzjonijiet, sabiex ikunu jistgħu jipprovdu l-għajnuna kollha meħtieġa. Għal dak l-għan, l-uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri jistgħu jipparteċipaw fil-verifiki u fl-ispezzjonijiet fuq il-post.
3. Jekk l-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri jkunu jixtiequ li jsir hekk, il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post jistgħu jitwettqu b'mod konġunt mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri.
4. Fejn il-parteċipanti fil-programm jirreżistu verifika jew spezzjoni fuq il-post, l-awtoritajiet Żvizzeri, filwaqt li jaġixxu b'konformità mar-regoli nazzjonali, għandhom jagħtu tali assistenza lill-ispetturi tal-Kummissjoni kif ikunu jeħtieġu biex ikunu jistgħu jwettqu dmirhom fit-twettiq ta' verifika jew ta' spezzjoni fuq il-post.
5. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta malajr kemm jista' jkun lill-Uffiċċju Federali Żvizzeru tal-Awditi kwalunkwe fatt jew suspett marbut ma' irregolarità li tkun innutat matul il-verifika jew l-ispezzjoni fuq il-post. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni hija meħtieġa tinforma lill-awtorità msemmija hawn fuq dwar ir-riżultat ta' tali verifiki u spezzjonijiet.
Artikolu 4
Informazzjoni u konsultazzjoni
1. Għall-finijiet tal-implimentazzjoni korretta ta' dan l-Anness, l-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri u tal-Komunità għandhom jiskambjaw l-informazzjoni regolarment u, fuq talba ta' waħda mill-Partijiet, għandhom iwettqu konsultazzjonijiet.
2. L-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri għandhom jinformaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar kwalunkwe fatt jew suspett li nnutaw marbut ma' irregolarità marbuta mal-konklużjoni u mal-implimentazzjoni tal-kuntratti jew tal-ftehimiet konklużi fl-applikazzjoni tal-istrumenti msemmija f'din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
Kunfidenzjalità
L-informazzjoni kkomunikata jew miksuba fi kwalunkwe forma skont dan l-Anness se tkun koperta mill-kunfidenzjalità professjonali u tkun protetta bl-istess mod bħal ma hija protetta informazzjoni simili mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Iżvizzera u mid-dispożizzjonijiet korrispondenti applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Komunità. Tali informazzjoni ma għandhiex tiġi kkomunikata lil persuni għajr dawk fl-istituzzjonijiet tal-Komunità, fl-Istati Membri, jew fl-Iżvizzera li l-funzjoni tagħhom tirrikjedi li jkunu jafuha, u lanqas ma tista' tintuża għal finijiet oħra għajr biex tiżgura l-protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Partijiet Kontraenti.
Artikolu 6
Miżuri u penali amministrattivi
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi kriminali Żvizzera, jistgħu jiġu imposti miżuri u penali amministrattivi mill-Aġenzija jew mill-Kummissjoni b'konformità mar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 (4) u mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (5).
Artikolu 7
Irkupru u infurzar
Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija jew mill-Kummissjoni fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni li jimponu obbligu pekunarju fuq persuni għajr Stati għandhom ikunu infurzabbli fl-Iżvizzera.
L-ordni ta' infurzar trid tinħareġ, mingħajr xi kontroll ieħor għajr verifika tal-awtentiċità tal-att, mill-awtorità maħtura mill-gvern Żvizzeru, li trid tinforma lill-Aġenzija jew lill-Kummissjoni dwarha. L-infurzar jrid iseħħ b'konformità mar-regoli Żvizzeri ta' proċedura. Il-legalità tad-deċiżjoni ta' infurzar hija soġġetta għal kontroll mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Is-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea skont klawsola tal-arbitraġġ huma infurzabbli bl-istess termini.
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jistipula r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1)
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).
Rettifika
|
27.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 329/53 |
Rettifika tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2018/1695 tas-6 ta' Novembru 2018 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tal-perijodu ta' applikazzjoni tal-mekkaniżmu tar-reverse charge fakultattiv fir-rigward ta' provvisti ta' ċerti merkanzija u servizzi suxxettibbli għall-frodi u tal-Mekkaniżmu ta' Reazzjoni Rapida kontra l-frodi tal-VAT
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 282 tat-12 ta' Novembru 2018 )
F'paġna 7, fl-Artikolu 1, jiżdied il-punt li ġej:
|
“(4) |
L-Artikolu 193 huwa sostitwit b'dan li ġej:
‘Artikolu 193 Il-VAT għandha titħallas minn kwalunkwe persuna taxxabbli li tkun qed twettaq forniment taxxabbli ta' merkanzija jew servizzi, minbarra fejn din titħallas minn persuna oħra fil-każijiet imsemmija fl-Artikoli 194 sa 199b u fl-Artikolu 202.’”. |
|
27.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 329/53 |
Rettifika għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1921 tal-4 ta' Diċembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/191/UE li tawtorizza lil-Latvja biex iddaħħal miżura speċjali ta' deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 26(1) u l-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 311 tas-7 ta' Diċembru 2018 )
It-titolu fil-werrej u f'paġna 36:
minflok:
“Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1921 tal-4 ta' Diċembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/191/UE li tawtorizza lil-Latvja biex iddaħħal miżura speċjali ta' deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 26(1) u l-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud”,
aqra:
“Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1921 tal-4 ta' Diċembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2429 li tawtorizza lil-Latvja biex iddaħħal miżura speċjali ta' deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 26(1) u l-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud”.