ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 320

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
17 ta' Diċembru 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1990 tal-11 ta' Diċembru 2018 li jistabbilixxi l-formoli msemmija fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1104 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet f'materji tal-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1991 tat-13 ta' Diċembru 2018 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-frott artab tal-Lonicera caerulea L. bħala ikel tradizzjonali minn pajjiż terz skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 ( 1 )

22

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1992 tal-14 ta' Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1191/2014 rigward ir-rappurtar tad-data msemmija fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 f'dak li għandu x'jaqsam mal-idrofluworokarburi li jitqiegħdu fis-suq fir-Renju Unit u fl-Unjoni ta' 27 Stat Membru

25

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1993 tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar l-Arranġamenti Integrati tal-UE għal Rispons Politiku f'Sitwazzjonijiet ta' Kriżi

28

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1994 tal-11 ta' Diċembru 2018 li tawtorizza lill-Kroazja biex iddaħħal miżura speċjali ta' deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 26(1) u l-Artikolu 168 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

35

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1995 tat-13 ta' Diċembru 2018 li tapprova l-pjan għall-eradikazzjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi f'ċerti żoni tar-Rumanija (notifikata bid-dokument C(2018) 8448)  ( 1 )

38

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1996 tal-14 ta' Diċembru 2018 li tistabbilixxi r-regoli interni dwar il-provvista ta' informazzjoni lis-suġġetti tad-data u r-restrizzjoni ta' wħud mid-drittijiet tagħhom fil-kuntest tal-ipproċessar ta' data personali għall-fini ta' investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ u l-politika kummerċjali

40

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Ir-Regolament Nru 99 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass għal użu f'fanali approvati ta' vetturi bil-magna [2018/1997]

45

 

*

Ir-Regolament Nru 128 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' sorsi tad-dawl b'dijodu li jemetti d-dawl (LED) għall-użu f'unitajiet ta' fanali approvati ta' vetturi motorizzati u tat-trejlers tagħhom [2018/1998]

63

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

17.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1990

tal-11 ta' Diċembru 2018

li jistabbilixxi l-formoli msemmija fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1104 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet f'materji tal-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1104 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet f'materji tal-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 45(3)(b), l-Artikolu 58(1), l-Artikolu 59(2) u l-Artikolu 60(2) tiegħu,

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat dwar il-liġi applikabbli, il-ġurisdizzjoni u l-infurzar f'materji tal-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati,

Billi:

(1)

Għal applikazzjoni xierqa tar-Regolament (UE) 2016/1104, jenħtieġ li jiġu stabbiliti diversi formoli.

(2)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/954 (2) li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tar-reġimi ta' proprjetà ta' koppji internazzjonali, ir-Regolament (UE) 2016/1104 jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet fil-materja ta' reġimi ta' proprjetà ta' koppji internazzjonali bejn il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Portugall, is-Slovenja, il-Finlandja u l-Iżvezja. Għalhekk dawk l-Istati Membri biss qed jieħdu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament,

(3)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-liġi applikabbli, il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni f'materji tal-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-formola li għandha tintuża għall-attestazzjoni msemmija fl-Artikolu 45(3)(b) tar-Regolament (UE) 2016/1104 għandha tkun kif stabbilit fl-Anness I.

2.   Il-formola li għandha tintuża għall-attestazzjoni li tikkonċerna strument awtentiku msemmi fl-Artikoli 58(1) u 59(2) tar-Regolament (UE) 2016/1104 għandha tkun kif stabbilit fl-Anness II.

3.   Il-formola li għandha tintuża għall-attestazzjoni li tikkonċerna soluzzjoni bil-qorti msemmija fl-Artikolu 60(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1104 għandha tkun kif stabbilit fl-Anness III.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-29 ta' Jannar 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 183, 8.7.2016, p. 30.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/954 tad-9 ta' Ġunju 2016 li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet dwar ir-reġimi ta' proprjetà ta' koppji internazzjonali, li tkopri kemm ir-reġimi ta' proprjetà matrimonjali kif ukoll il-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati (ĠU L 159, 16.6.2016, p. 16).


ANNESS I

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

ANNESS II

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

ANNESS III

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

17.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/22


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1991

tat-13 ta' Diċembru 2018

li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-frott artab tal-Lonicera caerulea L. bħala ikel tradizzjonali minn pajjiż terz skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li l-ikel ġdid awtorizzat imniżżel fil-lista tal-Unjoni biss jista' jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni. L-ikel tradizzjonali minn pajjiż terz huwa ikel ġdid iddefinit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(2)

Bi qbil mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ġie adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid awtorizzat.

(3)

Skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) 2015/2283, il-Kummissjoni trid tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni u dwar it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta' ikel tradizzjonali minn pajjiż terz.

(4)

Fis-26 ta' Jannar 2018, il-kumpanija Soloberry Ltd. (“l-applikant”) ippreżentat notifika lill-Kummissjoni li kienet biħsiebha tqiegħed il-frott artab tal-Lonicera caerulea L. (“Haskap”) fis-suq tal-Unjoni bħala ikel tradizzjonali minn pajjiż terz skont it-tifsira tal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2015/2283. L-applikant qed jitlob li l-frott artab tal-Lonicera caerulea L. jiġi kkunsmat fl-istat naturali tiegħu (frisk jew iffriżat) mill-popolazzjoni ġenerali.

(5)

Id-data ddokumentata ppreżentata mill-applikant turi li l-frott artab tal-Lonicera caerulea L. għandu storja ta' użu sikur bħala ikel fil-Ġappun.

(6)

Bi qbil mal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283, fit-28 ta' Frar 2018, il-Kummissjoni bagħtet in-notifika valida lill-Istati Membri u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”).

(7)

Ma tressqux oġġezzjonijiet debitament motivati b'rabta mas-sigurtà għat-tqegħid tal-frott artab tal-Lonicera caerulea L. fis-suq fl-Unjoni lill-Kummissjoni mill-Istati Membri jew mill-Awtorità fil-perjodu ta' erba' xhur stabbilit fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(8)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Kummissjoni tawtorizza t-tqegħid fis-suq fl-Unjoni tal-frott artab tal-Lonicera caerulea L. u taġġorna l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-frott artab tal-Lonicera caerulea L. kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandu jiddaħħal fil-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid awtorizzat stabbilita fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470.

2.   L-entrata fil-lista tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-kundizzjonijiet tal-użu u r-rekwiżiti tat-tikkettar stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).


ANNESS

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-entrata li ġejja tiddaħħal fit-Tabella 1 (L-ikel il-ġdid awtorizzat) f'ordni alfabetika:

L-ikel il-ġdid awtorizzat

Il-kundizzjonijiet li fihom jista' jintuża l-ikel il-ġdid

Rekwiżiti tat-tikkettar speċifiċi oħrajn

Rekwiżiti oħrajn

“Il-frott artab tal-Lonicera caerulea L. (haskap)

(Ikel tradizzjonali minn pajjiż terz)

Mhux speċifikat

Id-denominazzjoni tal-ikel ġdid fuq it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li fihom minn dan l-ikel għandha tkun ‘frott artab tal-haskap (Lonicera caerulea)’”

 

(2)

L-entrata li ġejja tiddaħħal fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet) f'ordni alfabetika:

L-Ikel il-Ġdid Awtorizzat

Speċifikazzjonijiet

“Il-frott artab tal-Lonicera caerulea L. (haskap)

(Ikel tradizzjonali minn pajjiż terz)

Deskrizzjoni/Definizzjoni:

L-ikel tradizzjonali huwa l-frott artab frisk u ffriżat tal-Lonicera caerulea var. edulis.

Il-Lonicera caerulea L. hija sġajra deċidwa tal-familja Caprifoliaceae.

Komponenti nutrittivi tipiċi tal-frott artab tal-haskap (tal-frott artab frisk):

Karboidrati: 12,8 %

Fibra: 2,1 %

Lipidi: 0,6 %

Proteina: 0,7 %

Rmied: 0,4 %

Ilma: 85,5 %”


17.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/25


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1992

tal-14 ta' Diċembru 2018

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1191/2014 rigward ir-rappurtar tad-data msemmija fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 f'dak li għandu x'jaqsam mal-idrofluworokarburi li jitqiegħdu fis-suq fir-Renju Unit u fl-Unjoni ta' 27 Stat Membru

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1191/2014 (2) jiddetermina l-format u l-mezzi għall-preżentazzjoni ta' rapport imsemmi fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 jistipula li t-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta' idrofluworokarburi mill-produtturi jew mill-importaturi huwa suġġett għal kwota annwali sabiex jinkiseb it-tnaqqis gradwali tagħhom. Dawk il-kwoti għall-produtturi u għall-importaturi jiġu kkalkulati abbażi ta' valuri ta' referenza ddeterminati mill-Kummissjoni bbażat mill-kwantitajiet medji annwali tal-idrofluworokarburi li jkunu rrappurtaw il-produtturi jew l-importaturi skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 mill-1 ta' Jannar 2015 'il quddiem bi qbil mal-Anness V ta' dak ir-Regolament.

(3)

Billi fid-29 ta' Marzu 2017 ir-Renju Unit innotifika li biħsiebu joħroġ mill-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattati jieqfu milli japplikaw għar-Renju Unit mid-data ta' meta jidħol fis-seħħ il-ftehim dwar l-irtirar jew, jekk dan ma jsirx, wara sentejn min-notifika, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi ftehim mar-Renju Unit, ma jiddeċidix li jestendi dak il-perjodu. Minħabba f'hekk, u mingħajr preġudizzju għal ebda dispożizzjoni tal-ftehim dwar l-irtirar, ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 japplika biss sakemm ir-Renju Unit jibqa' Stat Membru.

(4)

Fid-dawl tan-notifika skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea mir-Renju Unit, huwa importanti li jkun żgurat li jkun hemm data preċiża disponibbli dwar it-tqegħid fis-suq fl-Unjoni tal-idrofluworokarburi wara l-irtirar tar-Renju Unit bi skop li jiġu kkalkulati mill-ġdid il-valuri ta' referenza skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, liema kalkolu huwa maħsub li jsir fl-2020.

(5)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1191/2014 jiġi emendat biex jippermetti s-separazzjoni tal-ammonti ta' idrofluworokarburi li jitqiegħdu fis-suq fir-Renju Unit u fl-Unjoni ta' 27 Stat Membru.

(6)

Madankollu, is-separazzjoni tad-data ta' rappurtar dwar l-idrofluworokarburi mqiegħda fis-suq fir-rigward tar-Renju Unit u l-Unjoni ta' 27 Stat Membru tkun meħtieġa biss f'dak il-punt meta d-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit u fih. Għalhekk l-emenda tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1191/2014 hija meħtieġa biss għar-rappurtar tad-data għas-sena kalendarja 2018 u sas-sena, u inkluża s-sena li fiha r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni u d-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit u fih.

(7)

Sabiex is-separazzjoni tal-obbligu ta' rapportar tapplika fir-rigward tar-rappurtar tad-data għas-sena kalendarja 2018 meta d-data trid tiġi ppreżentata sal-31 ta' Marzu 2019, il-varjazzjoni tal-obbligu għandha tidħol fis-seħħ u tapplika qabel dik id-data. Għas-snin sussegwenti kollha, id-data għall-preżentazzjoni tad-data tar-rappurtar għandha tkun il-31 ta' Marzu.

(8)

L-ammonti ta' idrofluworokarburi li skont l-Anness ta' dan l-att ta' implimentazzjoni jridu jiġu rrappurtati li tqiegħdu fis-suq tar-Renju Unit jenħtieġ li jirreferu għall-ammonti mqiegħda fis-suq tar-Renju Unit għall-ewwel darba.

(9)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1191/2014 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1191/2014 tat-30 ta' Ottubru 2014 li jiddetermina l-format u l-mezzi għall-preżentazzjoni tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar gassijiet fluworurati b'effett ta' serra (ĠU L 318, 5.11.2014, p. 5).


ANNESS

It-Taqsima 13a li ġejja tinżied fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1191/2014:

It-Taqsima 13a: Trid timtela mill-produtturi u l-importaturi tal-gassijiet – l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u l-punti 1(a) sa 1(d); il-punti 2(a), 2(b) u 2(d) u l-punti 3(a) u 3(b) tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 517/2014.

Tapplika għall-ewwel darba għar-rappurtar dwar l-attivitajiet li twettqu fl-2018 (sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2019) u sas-sena, biha inkluża, meta d-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit jew ġo fih.

Il-kwantitajiet għandhom jiġu rrappurtati f'tunnellati metriċi bi preċiżjoni sat-tielet pożizzjoni deċimali, separatament għal kull gass elenkat fit-Taqsima 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, jew għal taħlitiet li fihom tal-anqas wieħed minn dawk il-gassijiet jew għal kull gass jew taħlita li jinsabu f'polioli mħalltin minn qabel.

 

KWANTITAJIET IKKALKULATI AWTOMATIKAMENT

KUMMENTI

13aA

L-ammont ta' idrofluworokarburi fiżikament imqiegħed fis-suq, bl-esklużjoni ta' użi eżentati

13aA = 4M – Is-somma ta' użi eżentati fit-Taqsima 5 (5 A – 5F)

 

INFORMAZZJONI LI TRID TIĠI RRAPPURTATA

13aB

Minnhom: l-ammont imqiegħed fis-suq tar-Renju Unit għall-ewwel darba

L-ammonti mqiegħda fis-suq tar-Renju Unit, iżda li sussegwentement ġew fornuti fl-Unjoni (mingħajr ir-Renju Unit) fi kwantitajiet kbar ma jridux ikunu inklużi

L-ammonti fornuti għas-suq tar-Renju Unit bl-ingrossa li preċedentement tqiegħdu fis-suq tal-Unjoni (mingħajr ir-Renju Unit) għandhom jiġu inklużi

 

KWANTITAJIET IKKALKULATI AWTOMATIKAMENT

13aC

Minnhom: l-ammont imqiegħed fis-suq tal-Unjoni, mingħajr ir-Renju Unit

13aC = 13aA – 13aB”


DEĊIŻJONIJIET

17.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/28


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1993

tal-11 ta' Diċembru 2018

dwar l-Arranġamenti Integrati tal-UE għal Rispons Politiku f'Sitwazzjonijiet ta' Kriżi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/415/UE tal-24 ta' Ġunju 2014 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni mill-Unjoni tal-klawżola ta' solidarjetà (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(3), tagħha,

Billi:

(1)

Din id-Deċiżjoni tirrigwarda l-adattament tal-arranġamenti integrati tal-UE għal rispons politiku f'sitwazzjonijiet ta' kriżi (“IPCR”), approvat mill-Kunsill fil-25 ta' Ġunju 2013 u msemmija fl-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni 2014/415/UE. Jenħtieġ li l-IPCR jippermetti koordinazzjoni u rispons f'waqthom fil-livell politiku tal-Unjoni għal kriżijiet, kemm jekk dawn joriġinaw ġewwa l-Unjoni u kemm jekk le, li għandhom impatt jew sinifikat politiku mifrux.

(2)

L-IPCR jenħtieġ li jappoġġa l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-klawżola ta' solidarjetà. Kif rikonoxxut mid-Deċiżjoni 2014/415/UE, l-IPCR jista' jintuża qabel invokazzjoni tal-klawżola ta' solidarjetà u wara l-eliminazzjoni gradwali tar-rispons. Għaldaqstant, l-IPCR jenħtieġ li jkun mfassal b'tali mod li jkunu rilevanti kemm fil-kuntest tal-invokazzjoni kif ukoll indipendentement mill-invokazzjoni tal-klawżola ta' solidarjetà.

(3)

Arranġamenti ta' rispons fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li jtejbu l-effettività permezz ta' koordinazzjoni msaħħa, filwaqt li jibnu fuq strumenti eżistenti u jirrispettaw is-setgħat tal-istituzzjonijiet kif ukoll il-kompetenzi u r-responsabiltajiet tal-Istati Membri.

(4)

Il-Kunsill, bħala l-istituzzjoni b'funzjonijiet ta' tfassil ta' politika u ta' koordinazzjoni skont l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), jenħtieġ li jkun inkarigat bl-IPCR, peress li dan tal-aħħar jikkonċernail-koordinazzjoni u r-rispons fil-livell politiku tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 222(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea(TFUE), il-Kunsill huwa l-istituzzjoni fejn iseħħ il-koordinazzjoni għall-implimentazzjoni tal-klawżola ta' solidarjetà mill-Unjoni u mill-Istati Membri skont l-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni 2014/415/UE.

(5)

Il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri għall-Unjoni Ewropea (Coreper), stabbilit mill-Artikolu 240 TFUE, huwa responsabbli skont it-TUE u t-TFUE, kif ukoll ir-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill, għat-tħejjija tal-ħidma tal-laqgħat kollha tal-Kunsill u għall-iżgurar tal-konsistenza tal-politiki u l-azzjonijiet tal-Unjoni.

Ir-responsabbiltà tal-Coreper fl-oqsma tal-politiki tal-Unjoni kollha u l-kombinazzjoni tar-rapidità u l-livell għoli ta' impenn politiku tagħha jpoġġu lill-Coreper fiċ-ċentru tal-attivitajiet tal-IPCR imwettqa fi ħdan il-Kunsill. Fid-dawl tar-responsabbiltà politika ġenerali tal-Presidenza waqt kull mandat, jenħtieġ li l-Presidenza tmexxi l-proċess tal-IPCR fil-livell tal-Coreper.

(6)

Il-Kumitat Permanenti għall-kooperazzjoni operattiva dwar is-sigurtà interna, stabbilit bl-Artikolu 71 TFUE, jiżgura li l-kooperazzjoni operattiva dwar is-sigurtà interna tkun promossa u msaħħa fl-Unjoni. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 240, huwa jiffaċilita l-koordinazzjoni tal-azzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

(7)

Il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS), stabbilit mill-Artikolu 38 TUE, jissorvelja s-sitwazzjoni internazzjonali fl-oqsma koperti mill-politika estera u ta' sigurtà komuni (PESK) u jikkontribwixxi għad-definizzjoni ta' politiki billi jagħti opinjonijiet lill-Kunsill, mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-Coreper. F'każ ta' kriżi bi żviluppi fl-oqsma koperti mill-PESK, tkun meħtieġa koordinazzjoni mill-qrib bejn il-Presidenti tal-Coreper u l-KPS.

(8)

Il-Kummissjoni bħala l-istituzzjoni li tippromwovi l-interess ġenerali tal-Unjoni u li tieħu inizjattivi xierqa għal dak il-għan kif ukoll li tiżgura l-applikazzjoni tat-Trattati u tal-miżuri adottati mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 17 TUE, għandha rwol ewlieni meta tipparteċipa fl-IPCR.

(9)

Ir-Rappreżentat Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ) u s-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna (SEAE) għandhom strutturi b'intelligence jew b'kompetenza esperta militari għad-dispożizzjoni tagħhom, kif ukoll in-netwerk tad-Delegazzjonijiet li jistgħu jikkontribwixxu fir-rispons għall-kriżijiet b'dimensjoni esterna. Skont il-kriżi, strutturi oħra u Aġenziji tal-Unjoni fil-qasam tal-PESK jew tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni jenħtieġ li jipprovdu, kif xieraq, kontributi f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni.

(10)

Kull kriżi jista' jkollha karatteristiċi differenti li jirrikjedu trattament xieraq fi ħdan il-Kunsill. L-IPCR huwa mfassal biex ikun flessibbli u skalabbli, filwaqt li jippermetti li l-involviment tal-livell politiku u l-appoġġ meħtieġ jiġi adattat għall-ħtiġijiet tal-kriżi. Il-flessibilità tinkiseb permezz taż-żewġ modalitajiet ta' attivazzjoni, jiġifieri l-kondiviżjoni ta' informazzjoni jew attivazzjoni sħiħa, u l-possibiltajiet li jkunu involuti l-atturi rilevanti. L-iskalabilità tirreferi għal-livell tat-teħid ta' deċiżjonijiet politiċi.

(11)

Il-Kummissjoni u r-RGħ kkontribwixxew b'mod attiv għat-tfassil u l-ħolqien tal-IPCR fl-2013. Mindu ġie stabbilit l-IPCR, il-Kummissjoni u r-RGħ iddeċidew b'mod konsistenti li jappoġġaw l-IPCR u baqgħu impenjati li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tagħhom. Il-kontribut tal-Kummissjoni u r-RGħ għall-IPCR jenħtieġ li jkun inkorporat ukoll f'din id-Deċiżjoni, b'kont sħiħ meħud tal-kompetenzi tal-Kummissjoni u r-RGħ.

(12)

L-IPCR intuża b'mod estensiv biex jiġi appoġġat l-iskambju ta' informazzjoni dwar kriżijiet kumplessi (paġni ta' monitoraġġ dwar is-Sirja/l-Iraq, il-Jemen, l-Ebola, l-Ukrajna, in-Nepal, eċċ.), dwar komunikazzjoni fi żmien ta' kriżi (l-aħjar prattiki u strateġiji ta' komunikazzjoni), dwar l-għajnuna umanitarja, u dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu. Huma ġew attivati għall-ewwel darba f'Ottubru 2015 għall-kriżi tar-refuġjati u l-migrazzjoni. Mindu ġew attivati, huma kienu strumentali fil-monitoraġġ u l-appoġġ tar-rispons għall-kriżi, filwaqt li rrapportaw lill- Coreper, il-Kunsill u l-Kunsill Ewropew. L-IPCR intużaw ukoll biex jiġi eżerċitat ir-rispons tal-Unjoni għal kriżijiet kbar ikkawżati minn attakki ċibernetiċi, diżastri naturali, jew theddid ibridu.

(13)

Il-Proċeduri Operattivi Standard tal-IPCR (IPCR SOPs) li diġà jeżistu skont arranġamenti attwali tal-IPCR u li huma dettaljati f'dokument separat, jenħtieġ li jkunu żviluppati u aġġornati ulterjorment kif meħtieġ sabiex ikunu identifikati b'mod ċar il-proċeduri, kif ukoll l-azzjonijiet mistennija minn kull attur fil-proċess tal-IPCR.

(14)

Jenħtieġ li l-Proċeduri Operattivi Standard ta' għarfien u analiżi integrati tas-sitwazzjoni (“ISAA”)żviluppati, f'konformità mal-IPCR SOPs, mill-Kummissjoni u s-SEAE fi ħdan ir-rwoli u r-responsabiltajiet rispettivi tagħhom jiddettaljaw b'mod partikolari l-funzjonament tal-produzzjoni tal-ISAA u l-modalitajiet għall-integrazzjoni tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri. Fil-produzzjoni ta' ISAA, ser ikun kruċjali li jiġu sfruttati b'mod sħiħ is-sinerġiji potenzjali bejn partijiet interessati u l-mezzi, l-istrutturi u l-kapaċitajiet eżistenti fil-livell tal-Unjoni, filwaqt li jkunu evitati d-duplikazzjoni ta' strutturi eżistenti u l-ħolqien ta' strutturi permanenti ġodda.

(15)

Ġie stabbilit netwerk informali tal-IPCR ta' komunikaturi f'każ ta' kriżi (“CCN”) magħmul minn esperti tal-komunikazzjoni mill-Istati Membri u l-korpi rilevanti tal-Unjoni biex jikkontribwixxi għall-istat tat-tħejjija b'mod partikolari permezz tal-iskambju tal-aħjar prattiki u l-lezzjonijiet identifikati.

(16)

Skont il-punt (a) tal-Artikolu 346(1) TFUE, l-ebda Stat Membru ma għandu jkun obbligat li jagħti informazzjoni li jikkunsidra li l-kxif tagħha jmur kontra l-interessi essenzjali tas-sigurtà tiegħu. Kwalunkwe informazzjoni klassifikata jenħtieġ li tkun trattata f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (2),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett u Kamp ta' Applikazzjoni

1.   Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-arranġamenti Integrati tal-UE għal Rispons Politiku f'Sitwazzjonijiet ta' Kriżi (“IPCR”). L-IPCR jippermetti koordinazzjoni u rispons f'waqthom fil-livell politiku tal-Unjoni għal kriżijiet, irrispettivament minn jekk dawn joriġinawx ġewwa jew barra l-Unjoni, li għandhom impatt jew sinifikat politiku mifrux.

2.   L-IPCR għandu jipprovdi lill-Kunsill bl-għodod u l-flessibbiltà neċessarji biex jiddeċiedi dwar it-trattament tar-rispons tal-Unjoni, inkluż permezz ta' konsultazzjonijiet rapidi u proposti possibbli għal azzjoni. Il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika għall-istadji kollha tal-proċess tal-IPCR għandhom ikunu taħt it-tmexxija tal-Presidenza tal-Kunsill, b'kont sħiħ meħud tal-kompetenzi tal-Kummissjoni u tar-RGħ.

3.   L-IPCR għandu jkun sett uniku ta' arranġamenti għal rispons għall-kriżijiet fil-livell politiku tal-Unjoni b'mod koerenti, effiċjenti u f'waqtu. L-IPCR għandu jintuża mill-Kunsill biex iwettaq koordinazzjoni fil-livell politiku għall-invokazzjoni tal-klawżola ta' solidarjetà kif stabbilita fl-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/415/UE skont l-Artikolu 222(3) TFUE.

4.   Dawn l-arranġamenti ma għandhomx jissostitwixxu jew jiddupplikaw mekkaniżmi jew arranġamenti eżistenti tal-Unjoni.

Artikolu 2

Arkitettura tal-IPCR

1.   L-IPCR għandu jkollu żewġ modalitajiet ta' attivazzjoni, li għandhom ikunu deċiżi mill-Presidenza skont is-serjetà tal-kriżi u l-ħtiġijiet tar-rispons:

(a)

modalità ta' kondiviżjoni tal-informazzjoni, li għandha sservi biex tkun stabbilita stampa ċara tas-sitwazzjoni u biex titwitta t-triq għal attivazzjoni sħiħa possibbli;

(b)

modalità ta' attivazzjoni sħiħa, li timplika t-tħejjija ta' miżuri ta' rispons.

2.   L-IPCR għandu jikkonsisti f'numru ta' elementi ta' appoġġ li huma essenzjali sabiex jiġi żgurat teħid ta' deċiżjonijiet infurmat fil-Kunsill u koordinazzjoni politika effettiva fil-livell tal-Unjoni. Dawn l-elementi ta' appoġġ għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

diskussjonijiet madwar mejda informali msejjħa mill-Presidenza bl-appoġġ u l-parir tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (“SĠK”), kif imsemmi fl-Artikolu 7;

(b)

kapaċità ta' għarfien u ta' analiżi integrati tas-sitwazzjoni (“ISAA”) żviluppati mis-servizzi tal-Kummissjoni u s-SEAE fir-rwoli u r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 8;

(c)

pjattaforma web tal-Kunsill, apposta u protetta li tiffaċilita skambju f'waqtu ta' informazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 9; u

(d)

punt ta' kuntatt ċentrali 24/7 fil-livell tal-Unjoni bl-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u partijiet interessati oħra, li għandu jkun previst miċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni għal Rispons ta' Emerġenza tal-Kummissjoni Ewropea, kif imsemmi fl-Artikolu 10;

3.   Sabiex jissaħħaħ it-teħid ta' deċiżjonijiet fil-livell politiku tal-Unjoni, l-elementi ta' appoġġ imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2 għandu jkollhom il-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

ikunu mfassla għall-ħtiġijiet tal-livell politiku tat-teħid tad-deċiżjonijiet, skont il-gwida tal-Presidenza b'segwitu għall-attivazzjoni tal-IPCR u f'konsultazzjoni mas-servizzi tal-Kummissjoni u s-SEAE;

(b)

ikopru s-setturi ewlenin kollha affettwati mill-kriżi;

(c)

ikunu integrati, waqt li jiġbru flimkien id-dimensjonijiet differenti ta' kriżi b'mod koerenti;

(d)

ikollhom il-livell xieraq ta' dettall meħtieġ; u

(e)

isiru f'ħin debitu, filwaqt li jkun hemm ħin biżżejjed qabel id-diskussjonijiet formali.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“kriżi” tfisser sitwazzjoni b'impatt jew sinifikat politiku tant mifrux, li tirrikjedi koordinazzjoni ta' politika u rispons fil-livell politiku tal-Unjoni f'waqthom;

(b)

“rispons” tfisser kwalunkwe azzjoni meħuda fil-każ ta' kriżi li tindirizza l-konsegwenzi ħżiena tagħha.

Artikolu 4

Attivazzjoni

1.   F'każ ta' kriżi, id-deċiżjoni li jkun attivat l-IPCR għandha tittieħed mill-Presidenza. Kwalunkwe Stat Membru jista' jistieden lill-Presidenza li tagħmel dan.

2.   Fejn tiġi invokata l-klawżola ta' solidarjetà, il-Presidenza għandha tattiva minnufih l-IPCR fil-modalità sħiħa, f'konformità mal-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni 2014/415/UE, sakemm ma tkunx qed tintuża diġà.

3.   Fejn il-klawżola ta' solidarjetà ma tiġix invokata, qabel ma tiddeċiedi li tattiva l-IPCR, il-Presidenza għandha tikkonsulta lill-Istati Membri kif xieraq, kif ukoll lill-Kummissjoni u lir-RGħ.

4.   Il-Presidenza għandha tingħata pariri u tkun appoġġata mis-SĠK. Il-Presidenza tista' tfittex ukoll għarfien espert mis-servizzi tal-Kummissjoni u s-SEAE, fi ħdan ir-rwoli u r-responsabiltajiet rispettivi tagħhom, kif ukoll l-Aġenziji rilevanti tal-Unjoni, l-Istati Membri u partijiet interessati jew organizzazzjonijiet rilevanti.

5.   Id-deċiżjoni li l-IPCR jiġi attivat fil-modalità ta' kondiviżjoni tal-informazzjoni tista' tittieħed ukoll bil-qbil tas-SĠK, is-servizzi tal-Kummissjoni u s-SEAE, f'konsultazzjoni mal-Presidenza.

6.   Skont l-evoluzzjoni tal-kriżi u l-ħtiġijiet politiċi, il-Presidenza tista' tiddeċiedi fi kwalunkwe punt li żżid jew tnaqqas l-intensità tal-operazzjoni billi tgħaddi minn modalità ta' attivazzjoni għall-oħra. Sakemm l-invokazzjoni tal-klawżola ta' solidarjetà tibqa' attiva, l-IPCR għandu jinżamm fil-modalità sħiħa.

7.   Il-Presidenza għandha tinnotifika lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill bid-deċiżjoni li jiġi attivat l-IPCR. Is-SĠK għandu jinforma lill-Kummissjoni u lir-RGħ kif ukoll lill-Kabinett tal-President tal-Kunsill Ewropew mingħajr dewmien.

Artikolu 5

Diżattivazzjoni

Id-deċiżjoni li l-IPCR jiġi diżattivat ser tittieħed mill-Presidenza, wara li tkun ikkonsultat lill-Istati Membri affettwati, kif xieraq, kif ukoll wara li tkun ikkonsultat lill-Kummissjoni u r-RGħ. L-IPCR ma għandhomx jiġu diżattivati sakemm l-invokazzjoni tal-klawżola ta' solidarjetà tibqa' attiva.

Artikolu 6

Livell Coreper

1.   Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tal-politiki u l-azzjonijiet tal-Unjoni, il-Coreper għandu jkun il-livell predefinit li fih titwettaq is-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-arranġamenti tal-IPCR. Il-Presidenza għandha tinforma lill-Coreper dwar l-aspetti prinċipali tal-kriżi u dwar il-proċedura maħsuba mingħajr dewmien.

2.   Il-Presidenza għandha tiddeċiedi, fid-dawl tal-karatteristiċi tal-kriżi u l-ħtiġijiet politiċi relatati tar-rispons, li tieħu l-kwistjonijiet li għandhom jiġu diskussi fil-korpi preparatorji adattati tal-Kunsill, f'konformità mar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill. Skont il-każ, il-Presidenza semestrali għandha tikkoordina mar-rappreżentanti tar-RGħ li jippresjedu l-korpi preparatorji rilevanti tal-Kunsill, kif ukoll mal-President tal-Kumitat Militari fejn adatt, li għandhom ir-responsabbiltà li jsejħu l-laqgħat ta' dawk il-korpi.

Artikolu 7

Diskussjonijiet madwar mejda

1.   Id-diskussjonijiet madwar mejda għandhom l-għan li jidentifikaw u jesploraw is-sitwazzjoni ta' kriżi sabiex it-teħid ta' deċiżjonijiet politiċi ikun infurmat kif xieraq.

2.   Id-diskussjonijiet madwar mejda għandhom jiġu msejjħa fuq l-inizjattiva tal-Presidenza, bl-appoġġ u l-parir tas-SĠK.

3.   Il-Presidenza għandha tiddeċiedi dwar il-kompożizzjoni tad-diskussjonijiet madwar mejda. Is-servizzi tal-Kummissjoni u s-SEAE għandhom jiġu mistiedna jattendu u jagħtu input dwar l-oqsma ta' kompetenza rispettivi tagħhom. Il-Kabinett tal-President tal-Kunsill Ewropew għandu wkoll ikun mistieden biex jattendi. L-Istati Membri affettwati u partijiet interessati rilevanti oħra u esperti dwar ċerti suġġetti, inkluż rappreżentanti minn pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, u l-Koordinatur tal-Unjoni għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu, għandhom ikunu mistiedna kif xieraq.

4.   Fil-modalità ta' kondiviżjoni ta' informazzjoni, fejn il-Presidenza ssejjaħ diskussjoni madwar mejda, id-diskussjoni madwar mejda għandha sservi prinċipalment biex tissorvelja s-sitwazzjoni, tevalwa l-ħtiġijiet ta' informazzjoni u tivvaluta jekk tkunx meħtieġa attivazzjoni sħiħa. F'każ ta' attivazzjoni sħiħa, il-parteċipanti għad-diskussjoni madwar mejda għandhom, taħt it-tmexxija tal-Presidenza, iħejju, jiżviluppaw u jaġġornaw l-abbozz ta' proposti għal azzjoni, fejn meħtieġ, li jridu jiġu ppreżentati lill-Kunsill għal diskussjoni u deċiżjoni kif neċessarju.

Artikolu 8

Għarfien u Analiżi integrati tas-Sitwazzjoni

1.   Il-kapaċità ta' appoġġ tal-ISAA għandha tiġġenera rapporti li jikkontribwixxu għall-informazzjoni tad-diskussjoni madwar medja, f'laqgħat tal-Kunsill u l-korpi preparatorji tiegħu, u tal-Kunsill Ewropew.

2.   Ir-rapporti ta-ISAA għandhom ikunu mfassla għall-ħtiġijiet tal-livell politiku tal-Unjoni kif definit mill-Presidenza tal-Kunsill. Għal dak il-għan, il-Presidenza għandha toħroġ gwida politika u strateġika wara konsultazzjoni mas-servizzi tal-Kummissjoni u s-SEAE, u taġġornaha kif meħtieġ.

3.   Il-kapaċità ta' appoġġ tal-ISAA għandha tippermetti:

(a)

il-ġbir u l-kondiviżjoni ta' informazzjoni dwar is-sitwazzjoni kurrenti, l-analiżi mwettqa mill-Unjoni u l-Istati Membri, id-deċiżjonijiet u l-miżuri meħuda jew li jridu jittieħdu mill-partijiet interessati, il-ħtieġa għal koordinazzjoni politika fil-livell tal-Unjoni espressa mill-partijiet interessati;

(b)

l-ipproċessar tal-informazzjoni msemmija fil-punt (a) u l-produzzjoni ta' sintesi integrata tas-sitwazzjoni; u

(c)

il-produzzjoni ta' analiżi integrata, inkluż dwar l-evoluzzjoni possibbli u l-konsegwenzi tas-sitwazzjoni.

Għal dak il-għan, l-Istati Membri u l-aġenziji u l-korpi rilevanti tal-Unjoni għandhom jirsistu biex jappoġġaw din il-ħidma u jikkontribwixxu informazzjoni rilevanti f'waqtu.

4.   L-ISAA għandha tikkostitwixxi strument għall-kondiviżjoni ta' informazzjoni li jipprovdi input għall-Istati Membri, u jappoġġa lill-Kummissjoni u lir-RGħ fl-attivitajiet tagħhom.

5.   L-ISAA għandha tkun żviluppata mis-servizzi tal-Kummissjoni u s-SEAE fi ħdan ir-rwoli u r-responsabiltajiet rispettivi tagħhom u fil-mezzi u l-kapaċitajiet eżistenti tagħhom. L-ISAA għandha tkun ukoll ibbażata fuq informazzjoni rilevanti u analiżi pprovduti mill-Istati Membri (eż. minn ċentri nazzjonali għall-kriżijiet rilevanti), b'mod partikolari permezz tal-pjattaforma web tal-IPCR, u mill-Aġenziji tal-Unjoni.

6.   Hekk kif jiġi attivat l-IPCR u sad-diżattivazzjoni tiegħu, dan l-appoġġ għandu jkun disponibbli fuq bażi permanenti. Huwa għandu jkun ipprovdut f'waqtu lill-Presidenza u l-Kunsill matul is-sitwazzjoni tal-kriżi kollha, filwaqt li jippermetti ġestjoni proattiva tal-kriżi. Skont l-evoluzzjoni tal-kriżi, il-Presidenza tista' tiddeċiedi li titlob li jiżdied jew jitnaqqas l-appoġġ tal-ISAA. Għandu jibqa' jkun hemm monitoraġġ regolari mis-sorsi settorjali tal-Unjoni.

7.   Skont in-natura tal-kriżi, pajjiżi terzi u sħab internazzjonali bħal pajjiżi assoċjati ma' Schengen, jistgħu jkunu awtorizzati mill-Coreper li jkollhom aċċess għal rapporti tal-ISAA għal kriżi speċifika.

Artikolu 9

Pjattaforma Web

1.   Pjattaforma web apposta żviluppata u ġestita mis-SĠK għandha sservi bħala għodda ewlenija għall-IPCR bħala hub elettroniku bejn il-partijiet interessati rilevanti.

2.   L-aċċess għal din il-pjattaforma għandu jkun ristrett għal persuni maħtura mill-partijiet interessati rilevanti, jiġifieri s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (għall-Kunsill u l-Kunsill Ewropew), l-Istati Membri, il-Kummissjoni, is-SEAE (għar-RGħ) u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni.

3.   Sabiex ikunu mħeġġa skambji dwar il-pjattaforma web, b'mod partikolari dawk ta' natura sensittiva, l-informazzjoni ma għandhiex tiġi żvelata lil partijiet li mhumiex partijiet interessati rilevanti stipulati fil-paragrafu 2, sakemm dan ma jiġix awtorizzat espliċitament mill-Coreper. Is-SĠK, flimkien mal-Presidenza, għandu jkun involut fir-rispons ta' talbiet għal informazzjoni miksuba minn tali partijiet.

4.   Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni, il-pjattaforma web ma għandha tissostitwixxi jew tkun sostitwita minn l-ebda għodod tal-web settorjali tal-Unjoni. L-informazzjoni klassifikata 'l fuq minn RESTREINT UE/EU RESTRICTED għandha tkun skambjata permezz tal-mezzi akkreditati rilevanti.

5.   Il-pjattaforma web għandha tkun disponibbli anke mingħajr attivazzjoni tal-IPCR, notevolment għal informazzjoni ta' sfond, eżerċizzji, tagħlimiet meħuda u taħriġ rilevanti kif ukoll punti ta' kuntatt tal-IPCR. Paġna ta' kriżi għandha tkun ġenerata għal kull attivazzjoni tal-IPCR.

6.   F'każ ta' kriżi mingħajr attivazzjoni tal-IPCR, is-SĠK – bi qbil mal-Presidenza – jista' joħloq “paġna ta' monitoraġġ” possibbilment fuq it-talba ta' Stat Membru kkonċernat, is-servizzi tal-Kummissjoni, jew is-SEAE. Din il-paġna għandha tiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni u taġixxi ta' repożitorju għal rapporti u informazzjoni tas-sitwazzjoni disponibbli minnufih. Il-ħolqien ta' paġna ta' monitoraġġ ma għandhiex twassal għall-produzzjoni ta' rapporti tal-ISAA.

7.   Il-pjattaforma web tal-IPCR għandu jkollha wkoll fora jew “hubs” speċifiċi b'orjentazzjoni tematika li jridu jintużaw b'mod partikolari fi żminijiet mhux ta' kriżi għal finijiet ta' netwerking, skambju ta' informazzjoni, u kollaborazzjoni biex jikkontribwixxu għall-istat tat-tħejjija tal-ġestjoni tal-kriżijiet.

8.   Is-SĠK għandu jikkonsulta l-Presidenza u d-delegazzjonijiet tal-Kunsill meta jippjana bidliet strutturali għall-Pjattaforma.

Artikolu 10

Punt ta' Kuntatt Ċentrali 24/7

Hekk kif jiġi attivat l-IPCR, il-punti ta' kuntatt ċentrali 24/7 għandu, mingħajr preġudizzju għad-distribuzzjoni tar-responsabbiltajiet fi ħdan is-servizzi tal-Kummissjoni u s-SEAE u għan-netwerks eżistenti ta' informazzjoni.

Artikolu 11

Proċeduri Operattivi Standard

1.   Il-Presidenza, bl-appoġġ tas-SĠK, għandha tiżviluppa aktar u taġġorna kif meħtieġ Proċeduri Operattivi Standard diġà eżistenti tal-IPCR (“IPCR SOPs”) sabiex tidentifika b'mod ċar il-proċeduri, kif ukoll l-azzjonijiet mistennija ta' kull attur fil-proċess tal-IPCR. L-Istati Membri, is-servizzi tal-Kummissjoni u s-SEAE għandhom ikunu mistiedna jikkontribwixxu. Kull verżjoni ġdida tal-IPCR SOPs għandha tkun ippreżentata lill-Coreper għall-approvazzjoni.

2.   Il-Kummissjoni Ewropea u s-SEAE, fi ħdan ir-rwoli u r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, għandhom jiżviluppaw Proċeduri Operattivi Standard tal-ISAA f'konformità mal-IPCR SOPs li jiddettaljaw il-funzjonament tal-produzzjoni tal-ISAA u l-modalitajiet għall-integrazzjoni tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.

Artikolu 12

Stat ta' tħejjija

1.   Biex tissaħħaħ aktar il-kapaċità ta' rispons rapidu fil-livell politiku tal-Unjoni fir-rigward ta' kriżijiet, għandhom jiġu żviluppati miżuri ta' tħejjija u qafas għal strateġija dwar komunikazzjoni. Dawn il-miżuri ser jiġu infurmati mill-oqsma ta' tħassib l-aktar rilevanti għal attivazzjoni potenzjali tal-IPCR, u għandhom ikunu msejsa fuq politika dwar l-istat tat-tħejjija tal-IPCR u programmi assoċjat li ser ifittxu li jtejbu l-komponenti kollha ta' kapaċità tal-IPCR.

2.   Il-politika dwar l-istat tat-tħejjija għandha tiġi ppreżentata lill-Kunsill għall-approvazzjoni. Il-programm tal-istat tat-tħejjija għandu jiġi ppreżentat lill-Coreper.

3.   Sabiex jissaħħu l-għarfien u l-istat ta' tħejjija tal-partijiet interessati rilevanti kollha, għandu jiġi organizzat taħriġ mfassal dwar proċeduri u għodod użati waqt kriżijiet li jeħtieġu koordinazzjoni fil-livell politiku tal-Unjoni.

4.   Il-politika dwar l-istat tat-tħejjija tal-IPCR għandha tipprevedi eżerċizzji transsettorjali u tiddefinixxi l-proċeduri u l-modalitajiet għall-ippjanar tal-eżerċizzji li jinvolvu l-IPCR. L-eżerċizzji tal-IPCR għandhom ikunu organizzati mill-Presidenza bl-appoġġ tas-SĠK u għandhom jinvolvu l-Istati Membri fuq bażi volontarja. Il-Kummissjoni u r-RGħ għandhom ikunu assoċjati mill-qrib ma' din il-ħidma u għandhom ikunu mistiedna jikkontribwixxu kif xieraq. Kwalunkwe eżerċizzju li jinvolvi l-IPCR għandu jirrispetta l-politika dwar l-istat tat-tħejjija tal-IPCR.

5.   Il-politika dwar l-istat tat-tħejjija tal-IPCR għandu jikkontribwixxi wkoll għat-tisħiħ tal-komunikazzjoni lill-pubbliku u l-koerenza tal-messaġġ fi żminijiet ta' kriżi. In-netwerk informali ta' komunikaturi f'każ ta' kriżi (“CCN”) jista' jappoġġa din il-ħidma.

6.   Ser jiġu identifikati tagħlimiet kemm minn eżerċizzji kif ukoll mill-attivazzjonijiet reali tal-arranġamenti tal-IPCR. Ser jiġi implimentat proċess strutturat ta' tagħlimiet meħuda.

Artikolu 13

Kunsill Ewropew

Skont il-kriżi, jistgħu jkunu meħtieġa konsultazzjonijiet jew deċiżjonijiet f'waqthom fil-livell tal-Kunsill Ewropew. Għal dan il-għan, il-Kabinett tal-President tal-Kunsill Ewropew għandu jkun mistieden jipparteċipa bis-sħiħ fl-IPCR mill-mument tal-attivazzjoni tiegħu u għal attivitajiet relatati mal-istat tat-tħejjija.

Artikolu 14

Informazzjoni u Komunikazzjoni

1.   Il-Presidenza għandha tinforma lill-Parlament Ewropew dwar l-attivazzjoni tal-IPCR mingħajr dewmien.

2.   Strateġija ta' komunikazzjoni koerenti, inkluż permezz ta' messaġġi komuni, għandha tkun parti mill-miżuri ta' rispons previsti f'każ ta' attivazzjoni tal-IPCR.

Artikolu 15

Rieżami

1.   L-arranġamenti skont din id-Deċiżjoni għandhom jiġu rieżaminati skont ħtiġijiet identifikati u fi kwalunkwe każ fi żmien 12-il xahar wara d-diżattivazzjoni tagħhom, sabiex ikun żgurat li t-tagħlimiet rilevanti jiġu identifikati u indirizzati. Dan ir-rieżami għandu jsir fil-Kunsill, abbażi tal-input ipprovdut mill-Istati Membri, l-Kummissjoni u r-RGħ.

2.   Fejn ikun xieraq, din id-Deċiżjoni tista' tiġi riveduta, b'mod partikolari biex ikunu indirizzati l-ħtiġijiet identifikati mill-Kunsill fil-kuntest tar-rieżami, skont l-Artikolu 9(3) tad-Deċiżjoni 2014/415/UE.

Artikolu 16

Dħul fis-Seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

G. BLÜMEL


(1)  ĠU L 192, 1.7.2014, p. 53.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).


17.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/35


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1994

tal-11 ta' Diċembru 2018

li tawtorizza lill-Kroazja biex iddaħħal miżura speċjali ta' deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 26(1) u l-Artikolu 168 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 168 tad-Direttiva 2006/112/KE jistabbilixxi d-dritt ta' persuna taxxabbli li tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) imposta fuq provvisti ta' merkanzija u servizzi rċevuti minn dik il-persuna għall-użu fit-tranżazzjonijiet taxxabbli ta' dik il-persuna. Il-punt (a) tal-Artikolu 26(1) ta' dik id-Direttiva fih rekwiżit li tiġi ddikjarata l-VAT meta xi assi ta' negozju jintuża għal skopijiet privati tal-persuna taxxabbli jew tal-persunal tagħha jew, b'mod iktar ġenerali, għal skopijiet mhux marbuta man-negozju tagħha.

(2)

Permezz ta' ittra rreġistrata mal-Kummissjoni fit-22 ta' Diċembru 2016, il-Kroazja talbet l-awtorizzazzjoni biex tapplika miżura speċjali li tidderoga mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112/KE li jirregolaw id-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa fuq x-xiri fir-rigward tax-xiri u l-kiri tal-ajruplani, il-bastimenti u l-karozzi personali, inkluż ix-xiri ta' aċċessorji għal tali merkanzija kif ukoll is-servizzi pprovduti fir-rigward tagħhom. Wara numru ta' diskussjonijiet mal-Kummissjoni, il-Kroazja ssottomettiet talba modifikata limitata għall-karozzi tal-passiġġieri, li ġiet irreġistrata mal-Kummissjoni fis-17 ta' Settembru 2018.

(3)

Il-Kummissjoni għaddiet it-talba tal-Kroazja lill-Istati Membri l-oħra permezz ta' ittra bid-data tal-21 ta' Settembru 2018. Permezz ta' ittra bid-data tal-24 ta' Settembru 2018, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Kroazja li kellha l-informazzjoni kollha li kienet tqis meħtieġa biex tevalwa t-talba.

(4)

Il-persuni taxxabbli fil-Kroazja ma jistgħux inaqqsu l-VAT marbuta mal-karozzi tal-passiġġieri li jintużaw parzjalment għal skopijiet kummerċjali. Il-Kroazja għandha l-ħsieb li timmodifika l-leġislazzjoni tagħha u tippermetti t-tnaqqis tal-VAT fuq ix-xiri marbut ma' karozzi tal-passiġġieri.

(5)

Il-Kroazja ssostni li ħafna drabi huwa kkumplikat li tiddetermina b'mod preċiż sa liema punt il-karozzi jintużaw għal skopijiet privati jew professjonali u li, anke meta dan ikun possibbli, dan ikun ta' spiss wisq diffiċli. Il-Kroazja għalhekk tikkunsidra li jkun xieraq li tapplika l-perċentwali fiss għat-tnaqqis tal-VAT. Abbażi ta' stimi, il-Kroazja ssostni li l-limitu ta' 50 % huwa xieraq.

(6)

Skont il-Kroazja, l-applikazzjoni ta' limitu perċentwali fiss għat-tnaqqis tal-VAT ma jirriżultax f'piż amministrattiv addizzjonali jew kostijiet addizzjonali għan-negozji u għall-awtoritajiet tat-taxxa filwaqt li t-tnaqqis tal-VAT ikun possibbli. L-introduzzjoni tat-tnaqqis tal-VAT ser tnaqqas l-interess tal-kontribwenti biex jakkwistaw merkanzija u servizzi marbuta mal-karozzi tal-passiġġieri minn persuni li jwettqu attività mhux irreġistrata.

(7)

Għalhekk, abbażi tal-Artikolu 395 tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kroazja talbet li tapplika miżura speċjali li tidderoga mill-punt (a) tal-Artikolu 26(1) u mill-Artikolu 168 ta' dik id-Direttiva sabiex tillimita d-dritt għat-tnaqqis fuq il-karozzi tal-passiġġieri għal perċentwali stabbilit (“il-miżura speċjali”).

(8)

Ir-restrizzjoni fuq id-dritt għat-tnaqqis jenħtieġ li tapplika għall-VAT imħallsa fuq ix-xiri u l-kiri tal-karozzi personali, inkluż ix-xiri tal-merkanzija u s-servizzi kollha pprovduti fir-rigward tagħhom. Il-karozzi tal-passiġġieri koperti huma kkunsidrati bħala vetturi bil-mutur intiżi għat-trasport tal-persuni b'massimu ta' tmien sitijiet minbarra s-sit tas-sewwieq.

(9)

Il-miżura speċjali hija mfassla biex tissimplifika l-proċedura tal-intaxxar u biex tilqa' kontra l-evażjoni tal-VAT filwaqt li tippermetti t-tnaqqis tal-VAT fuq il-karozzi tal-passiġġieri użati parzjalment għal skopijiet kummerċjali. Minħabba l-impatt potenzjalment pożittiv kemm fuq in-negozji u kemm fuq l-amministrazzjonijiet, huwa xieraq li tingħata l-miżura speċjali.

(10)

Il-miżura speċjali jenħtieġ li tapplika mill-1 ta' Jannar 2019 u jenħtieġ li tkun limitata fiż-żmien sal-31 ta' Diċembru 2021, bil-għan li jkun jista' jiġi vvalutat jekk ir-restrizzjoni ta' 50 % hijiex riflessjoni korretta tat-tqassim globali bejn l-użu kummerċjali u dak privat.

(11)

Fil-każ li l-Kroazja tikkunsidra li tkun meħtieġa estensjoni tal-miżura speċjali lil hinn mill-2021, jenħtieġ li, sal-31 ta' Marzu 2021, tibgħat talba lill-Kummissjoni għal estensjoni flimkien ma' rapport li jinkludi rieżami tal-limitu tal-perċentwali applikat.

(12)

Il-miżura speċjali ser ikollha biss effett negliġibbli fuq l-ammont globali tad-dħul mit-taxxa miġbur fl-istadju tal-konsum finali u mhux ser ikollha effett negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jinġabru mill-VAT,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B'deroga mill-Artikolu 168 tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kroazja hija awtorizzata li tillimita għal 50 % d-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) b'rabta man-nefqa fuq il-karozzi tal-passiġġieri li ma jintużawx biss għal skopijiet kummerċjali.

Artikolu 2

B'deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 26(1) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kroazja ma għandhiex tittratta bħala provvista ta' servizzi b'rimunerazzjoni l-użu mhux kummerċjali ta' karozza tal-passiġġieri inkluża fl-assi ta' negozju ta' persuna taxxabbli, meta dik il-karozza kienet soġġetta għal limitazzjoni awtorizzata skont l-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

In-nefqa msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkopri x-xiri u l-kiri tal-karozzi tal-passiġġiera inkluż ix-xiri tal-merkanzija u s-servizzi kollha pprovduti fir-rigward tagħhom.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika biss għall-vetturi bil-mutur intiżi għat-trasport tal-persuni b'massimu ta' tmien sitijiet minbarra s-sit tas-sewwieq.

Artikolu 5

L-Artikoli 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal:

(a)

vetturi użati għat-taħriġ tas-sewwieqa, l-ittestjar tal-karozzi, is-servizz ta' tiswija, attività ekonomika li tinvolvi t-trasport tal-passiġġieri u l-merkanzija, it-trasport ta' persuni deċeduti jew il-kiri;

(b)

vetturi mixtrija għall-iskop ta' bejgħ mill-ġdid.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2021.

Kull talba għall-estensjoni tal-awtorizzazzjoni prevista f'din id-Deċiżjoni għandha titressaq lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu 2021 u għandha tiġi akkumpanjata minn rapport li jinkludi rieżami tal-perċentwali stabbilit fl-Artikolu 1.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Kroazja.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

G. BLÜMEL


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.


17.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/38


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1995

tat-13 ta' Diċembru 2018

li tapprova l-pjan għall-eradikazzjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi f'ċerti żoni tar-Rumanija

(notifikata bid-dokument C(2018) 8448)

(It-test bir-Rumen biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda d-Direttiva 92/119/KEE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2002/60/KE tistabbilixxi l-miżuri minimi tal-Unjoni li għandhom jittieħdu għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, fosthom dawk li għandhom jiġu applikati jekk jiġi kkonfermat każ tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi.

(2)

Barra minn hekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (2) tistabbilixxi miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Istati Membri jew f'żoni tagħhom elenkati fl-Anness tal-istess Deċiżjoni (“l-Istati Membri kkonċernati”), u fl-Istati Membri kollha rigward movimenti ta' ħnieżer selvaġġi u l-obbligi ta' informazzjoni. L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE jiddemarka u jelenka ċerti żoni tal-Istati Membri kkonċernati, differenzjati skont il-livell tar-riskju abbażi tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward ta' dik il-marda, inkluż lista ta' żoni ta' riskju għoli. Dak l-Anness ġie emendat diversi drabi sabiex jitqiesu l-bidliet fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer li jeħtieġ li tkun riflessa f'dak l-Anness.

(3)

Fl-2018 ir-Rumanija nnotifikat lill-Kummissjoni l-każijiet tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi u ħadet il-miżuri għall-kontroll tal-mard meħtieġa mid-Direttiva 2002/60/KE.

(4)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali u f'konformità mal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/60/KE, ir-Rumanija ppreżentat lill-Kummissjoni pjan għall-eradikazzjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer (il-pjan ta' eradikazzjoni).

(5)

Reċentement, l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE ġie emendat bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/950 (3) sabiex iqis, inter alia, il-każijiet reċenti tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi fir-Rumanija u l-Partijiet I u III ta' dak l-Anness issa jinkludu ż-żoni infettati fir-Rumanija.

(6)

Il-pjan ta' eradikazzjoni ġie eżaminat mill-Kummissjoni u ġie konkluż li dan jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/60/KE. Għalhekk jenħtieġ li dan jiġi approvat kif xieraq.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pjan imressaq mir-Rumanija fil-21 ta' Settembru 2018 f'konformità mal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2002/60/KE, dwar l-eradikazzjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer mill-popolazzjoni tal-ħnieżer selvaġġi fiż-żoni msemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE huwa approvat.

Artikolu 2

Ir-Rumanija għandha ddaħħal fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjan ta' eradikazzjoni fi żmien perijodu ta' 30 jum mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Rumanija.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċerti Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 63).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/950 tat-3 ta' Lulju 2018 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri (ĠU L 167, 4.7.2018, p. 11).


17.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1996

tal-14 ta' Diċembru 2018

li tistabbilixxi r-regoli interni dwar il-provvista ta' informazzjoni lis-suġġetti tad-data u r-restrizzjoni ta' wħud mid-drittijiet tagħhom fil-kuntest tal-ipproċessar ta' data personali għall-fini ta' investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ u l-politika kummerċjali

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 249(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-qafas tal-mandat tagħha skont ir-Regolamenti (UE) 2015/478 (1), (UE) 2015/755 (2), (UE) 2016/1036 (3), (UE) 2016/1037 (4), tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-Kummissjoni tmexxi l-politika kummerċjali tal-Unjoni.

(2)

B'mod partikolari, matul l-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ, inevitabbilment tiġi pproċessata data personali fis-sens tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Il-Kummissjoni tiġbor informazzjoni ta' interess investigattiv, inkluż data personali. Soġġett għall-ħtiġijiet għall-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali, jenħtieġ li l-informazzjoni kollha magħmula disponibbli minn kwalunkwe parti għal investigazzjoni tkun disponibbli fil-pront għall-partijiet interessati l-oħra li qegħdin jieħdu sehem fl-investigazzjoni permezz tal-aċċess għall-fajl mhux kunfidenzjali. Dan it-trasferiment ta' data huwa neċessarju u legalment meħtieġ għad-difiża ta' talbiet legali tal-partijiet interessati. Il-kompiti tal-Kummissjoni fil-qasam tal-politika kummerċjali u tad-difiża tal-kummerċ huma r-responsabbiltà primarja tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (“DĠ Kummerċ”), fejn l-entitajiet organizzattivi tiegħu jaġixxu bħala kontrollur.

(3)

Pereżempju, id-data personali pproċessata mill-Kummissjoni hija, pereżempju, data ta' identifikazzjoni, data ta' kuntatt, data professjonali, u data relatata jew ippreżentata b'rabta mas-suġġett tal-investigazzjoni. Id-data personali hija maħżuna f'ambjent elettroniku sigur biex tevita aċċess illegali jew trasferiment ta' data lil persuni barra l-Kummissjoni. Ċerta data personali tista' tiġi inkluża f'ambjent elettroniku separat għal aċċess minn numru ta' partijiet regolat b'interess fl-investigazzjoni. Id-data personali tinżamm mis-servizzi tal-Kummissjoni responsabbli għall-investigazzjoni sakemm tispiċċa l-investigazzjoni. Il-perjodu ta' ritenzjoni amministrattiva tad-data huwa ħames snin, li jibda jgħodd minn meta tispiċċa l-investigazzjoni. Fi tmiem il-perjodu ta' ritenzjoni, l-informazzjoni relatata mal-każ, inkluża data personali tiġi trasferita fl-Arkivji Storiċi tal-Kummissjoni (6).

(4)

Filwaqt li twettaq il-kompiti tagħha, il-Kummissjoni hija obbligata li tirrispetta d-drittijiet ta' persuni fiżiċi b'rabta mal-ipproċessar ta' data personali rikonoxxuta mill-Artikolu 8(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mill-Artikolu 16(1) tat-Trattat, kif ukoll id-drittijiet previsti fir-Regolament (UE) 2018/1725. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni trid tikkonforma ma' regoli stretti ta' kunfidenzjalità msemmija fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2016/1036, l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2016/1037, l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/478 u l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2015/755.

(5)

F'ċerti ċirkustanzi, huwa meħtieġ li jiġu rrikonċiljati d-drittijiet tas-suġġetti tad-data skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 mal-ħtieġa ta' effikaċja tal-investigazzjonijiet, kif ukoll b'rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali u l-libertajiet ta' suġġetti oħra tad-data. F'dan is-sens, l-Artikolu 25(1)(c), (g) u (h) tar-Regolament (UE) 2018/1725 jipprovdi lill-Kummissjoni l-possibbiltà li tirrestrinġi l-applikazzjoni tal-Artikoli 14 sa 17, 19, 20 u 35, kif ukoll il-prinċipju ta' trasparenza previst fl-Artikolu 4(1)(a) tiegħu, sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu għad-drittijiet u l-obbligi previsti fl-Artikoli 14 sa 17, 19, 20 u 35 ta' dak ir-Regolament.

(6)

Sabiex tkun żgurata l-effettività tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-Kummerċ filwaqt li jitħarsu l-istandards ta' protezzjoni ta' data personali skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, li ssostitwixxa r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), huwa meħtieġ li jiġu adottati regoli interni li bihom il-Kummissjoni tista' tirrestrinġi d-drittijiet tas-suġġetti tad-data skont l-Artikolu 25(1)(c), (g) u (h) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

(7)

Huwa għalhekk neċessarju li jiġu stabbiliti regoli interni li jkopru l-operazzjonijiet ta' pproċessar kollha mwettqa mill-Kummissjoni fit-twettiq tal-funzjoni investigattiva tagħha fil-qasam tad-difiża tal-kummerċ. Dawk ir-regoli jenħtieġ li japplikaw għall-operazzjonijiet ta' pproċessar imwettqa qabel ma tinfetaħ investigazzjoni, matul investigazzjoni u matul il-monitoraġġ tas-segwitu tal-eżitu tal-investigazzjonijiet.

(8)

Biex tikkonforma mal-Artikoli 14, 15 u 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725, il-Kummissjoni jenħtieġ li tinforma lill-individwi kollha bl-attivitajiet tagħha li jinvolvu l-ipproċessar tad-data personali tagħhom u dwar id-drittijiet tagħhom b'mod trasparenti u koerenti fil-forma ta' avviżi ta' protezzjoni tad-data ppubblikati fuq is-sit web tal-Kummissjoni. Fejn ikun rilevanti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta salvagwardji addizzjonali biex tiżgura li s-suġġetti tad-data jiġu infurmati individwalment f'format xieraq.

(9)

Abbażi tal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, il-Kummissjoni tista' tirrestrinġi wkoll l-għoti ta' informazzjoni lis-suġġetti tad-data u l-applikazzjoni ta' drittijiet oħrajn tas-suġġetti tad-data sabiex tipproteġi l-investigazzjonijiet tagħha stess kif ukoll id-drittijiet ta' persuni oħra relatati mal-investigazzjonijiet tagħha.

(10)

Barra minn hekk, biex tinżamm il-kooperazzjoni effettiva, jista' jkun meħtieġ għall-Kummissjoni li tirrestrinġi l-applikazzjoni tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data biex tipproteġi l-attivitajiet ta' pproċessar ta' istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-UE jew tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkonsulta lil dawk l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji, aġenziji u awtoritajiet rilevanti fuq ir-raġunijiet rilevanti biex timponi restrizzjonijiet u dwar il-ħtieġa u l-proporzjonalità tar-restrizzjonijiet.

(11)

Il-Kummissjoni tista' wkoll ikollha tirrestrinġi l-għoti ta' informazzjoni lis-suġġetti tad-data u l-applikazzjoni ta' drittijiet oħra tas-suġġetti tad-data fir-rigward ta' data personali riċevuta minn pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, biex tikkoopera ma' dawk il-pajjiżi jew l-organizzazzjonijiet u b'hekk tissalvagwardja għan importanti ta' interess pubbliku ġenerali tal-Unjoni. Madankollu, f'ċerti ċirkustanzi l-interess jew id-drittijiet fundamentali tas-suġġett tad-data jistgħu jegħlbu l-interess tal-kooperazzjoni internazzjonali.

(12)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li tittratta r-restrizzjonijiet kollha b'mod trasparenti u tirreġistra kull applikazzjoni ta' restrizzjonijiet fis-sistema ta' reġistrazzjoni korrispondenti.

(13)

Skont l-Artikolu 25(8) tar-Regolament (UE) 2018/1725, il-kontrolluri jistgħu jipposponu, jonqsu jew jiċħdu milli jipprovdu informazzjoni dwar ir-raġunijiet għall-applikazzjoni ta' restrizzjoni lis-suġġett tad-data jekk l-għoti ta' dik l-informazzjoni kollha b'xi mod jikkomprometti l-finijiet tar-restrizzjoni. Dan, b'mod partikolari, huwa l-każ tar-restrizzjonijiet għad-drittijiet previsti fl-Artikoli 16 u 35 tar-Regolament (UE) 2018/1725.

(14)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrevedi b'mod regolari r-restrizzjonijiet imposti sabiex tiżgura li d-dritt tas-suġġett tad-data li jiġi infurmat skont l-Artikoli 16 u 35 tar-Regolament (UE) 2018/1725 jiġi ristrett biss sakemm dawn ir-restrizzjonijiet huma meħtieġa mill-Kummissjoni biex tkun tista' tmexxi l-investigazzjonijiet ta' difiża tal-kummerċ.

(15)

Fejn jiġu ristretti drittijiet oħra tas-suġġetti tad-data, il-kontrollur jenħtieġ li jivvaluta fuq bażi ta' każ b'każ jekk il-komunikazzjoni tar-restrizzjoni tikkompromettix l-għan tagħha.

(16)

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kummissjoni jenħtieġ li jwettaq rieżami indipendenti tal-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet, bil-għan li tiġi żgurata l-konformità ma' din id-Deċiżjoni.

(17)

Ir-Regolament (UE) 2018/1725 jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 45/2001 mingħajr l-ebda perjodu tranżizzjonali, mid-data li fiha jidħol fis-seħħ. Il-possibilità li japplikaw restrizzjonijiet fuq ċerti drittijiet tas-suġġetti tad-data ġie prevista fir-Regolament (KE) Nru 45/2001. Sabiex jiġi evitat l-ipperikolar tal-politika kummerċjali u t-tmexxija tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika mid-data ta' dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2018/1725.

(18)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ta l-opinjoni tiegħu fit-30 ta' Novembru 2018.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.   Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli li għandhom jiġu segwiti mill-Kummissjoni biex is-suġġetti tad-data jkunu infurmati dwar l-ipproċessar tad-data tagħhom f'konformità mal-Artikoli 14, 15 u 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725, meta twettaq investigazzjonijiet fil-politika kummerċjali u fid-difiża tal-kummerċ.

Hija tistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet li taħthom il-Kummissjoni tista' tirrestrinġi l-applikazzjoni tal-Artikoli 4, 14 sa 17, 19, 20 u 35 tar-Regolament (UE) 2018/1725, skont l-Artikolu 25(1)(c), (g) u (h) ta' dak ir-Regolament.

2.   Din id-Deċiżjoni tapplika għall-ipproċessar ta' data personali mill-Kummissjoni għall-fini ta' jew relatata ma', attivitajiet imwettqa sabiex jissodisfaw il-kompiti tal-Kummissjoni msemmija fir-Regolamenti (UE) 2016/1036, (UE) 2016/1037, (UE) 2015/478 u (UE) 2015/755.

3.   Din id-Deċiżjoni tapplika għall-ipproċessar ta' data personali mis-servizzi kollha tal-Kummissjoni sa fejn huma jipproċessaw data personali li tinsab f'informazzjoni li huma meħtieġa li jibagħtu lill-Kummissjoni jew data personali diġà pproċessata minnha għall-fini ta' jew fir-rigward tal-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 2

Eċċezzjonijiet u restrizzjonijiet applikabbli

1.   Fejn il-Kummissjoni teżerċita d-dmirijiet tagħha fir-rigward tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, għandha tqis jekk tapplikax xi waħda mill-eċċezzjonijiet stipulati f'dak ir-Regolament.

2.   Skont l-Artikoli 3 sa 7 ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tista' tirrestrinġi l-applikazzjoni tal-Artikoli 14 sa 17, 19, 20 u 35 tar-Regolament (UE) 2018/1725, kif ukoll il-prinċipju ta' trasparenza previst fl-Artikolu 4(1)(a) ta' dak ir-Regolament sa fejn id-dispożizzjonijiet tagħha jikkorrispondu mad-drittijiet u l-obbligi previsti fl-Artikoli 14 sa 17, 19, 20 u 35 ta' dak ir-Regolament, meta l-eżerċizzju ta' dawk id-drittijiet u l-obbligi jkun ta' preġudizzju għall-attivitajiet ta' politika kummerċjali u d-difiża tal-kummerċ tal-Kummissjoni, jew ikun jaffettwa b'mod ħażin id-drittijiet u l-libertajiet ta' suġġetti tad-data oħrajn.

3.   Skont l-Artikoli 3 sa 7 ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tista' tirrestrinġi wkoll id-drittijiet u l-obbligi msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu fir-rigward ta' data personali miksuba minn istituzzjonijiet, korpi, aġenziji u uffiċċji oħra tal-Unjoni, mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew pajjiżi terzi jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali, fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

fejn l-eżerċizzju ta' dawk id-drittijiet u l-obbligi jista' jiġi ristrett minn istituzzjonijiet, korpi, aġenziji u uffiċċji oħra tal-Unjoni, fuq il-bażi ta' atti oħra previsti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725 jew skont il-Kapitolu IX ta' dak ir-Regolament, jew f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) jew ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (9);

(b)

fejn l-eżerċizzju ta' dawk id-drittijiet u l-obbligi jista' jiġi ristrett mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fuq il-bażi ta' atti msemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), jew skont miżuri nazzjonali li jittrasponu l-Artikoli 13(3), 15(3) jew 16(3) tad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11);

(c)

fejn l-eżerċizzju ta' dawk id-drittijiet u l-obbligi jista' jipperikola l-kooperazzjoni tal-Kummissjoni ma' pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali fit-tmexxija tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ.

Qabel ma' tapplika r-restrizzjonijiet fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-istituzzjonijiet, korpi, aġenziji u uffiċċji rilevanti tal-Unjoni jew lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri sakemm ma jkunx ċar għall-Kummissjoni li l-applikazzjoni ta' restrizzjoni hija pprovduta minn xi wieħed mill-atti msemmija f'dawk il-punti.

Il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu ma għandux japplika fejn l-interess tal-Kummissjoni li tikkoopera ma' pajjiżi terzi jew organizzazzjoni internazzjonali jkun megħlub mill-interessi jew id-drittijiet fundamentali u libertà tas-suġġetti tad-data.

4.   Il-Paragrafi 1, 2 u 3 huma mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' deċiżjonijiet oħrajn tal-Kummissjoni li jistabbilixxu regoli interni li jikkonċernaw id-dispożizzjoni ta' informazzjoni għas-suġġetti tad-data u r-restrizzjoni ta' ċerti drittijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725 u l-Artikolu 23 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kummissjoni.

Artikolu 3

Dispożizzjoni ta' informazzjoni għas-suġġetti tad-data

1.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha avviż tal-protezzjoni tad-data li jinforma lis-suġġetti tad-data kollha bl-attivitajiet ta' difiża tal-kummerċ tagħha li jinvolvu l-ipproċessar tad-data personali tagħhom. Fejn ikun rilevanti, il-Kummissjoni għandha tiżgura li s-suġġetti tad-data jiġu infurmati individwalment f'format xieraq.

2.   Fejn il-Kummissjoni tillimita, totalment jew parzjalment id-dispożizzjoni ta' informazzjoni lis-suġġetti tad-data, li d-data tagħhom tiġi pproċessata għal skopijiet ta' politika kummerċjali jew investigazzjoni għad-difiża tal-kummerċ, hija għandha tniżżel u tirreġistra r-raġunijiet għar-restrizzjoni f'konformità mal-Artikolu 6.

Artikolu 4

Id-dritt ta' aċċess mis-suġġetti tad-data, id-dritt ta' tħassir u ta' restrizzjoni tal-ipproċessar

1.   Fejn il-Kummissjoni tillimita, totalment jew parzjalment, id-dritt ta' aċċess għad-data personali min-naħa tas-suġġetti tad-data, id-dritt ta' tħassir jew id-dritt ta' restrizzjoni tal-ipproċessar kif imsemmi fl-Artikoli 17, 19 u 20 rispettivament tar-Regolament (UE) 2018/1725, hija għandha tinforma lis-suġġett tad-data kkonċernat, fit-tweġiba tagħha għat-talba għal aċċess, tħassir jew restrizzjoni tal-ipproċessar, bir-restrizzjoni applikata u bir-raġuni prinċipali talli sar hekk, u bil-possibilità li jsir ilment mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jew li jintalab rimedju ġudizzjarju quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

2.   L-għoti tal-informazzjoni fir-rigward tar-raġunijiet għar-restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jista' jitħassar, ma jingħatax jew jiġi miċħud sakemm jibqa' jipperikola l-iskop tar-restrizzjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tirreġistra r-raġunijiet għal tali restrizzjoni skont l-Artikolu 6.

4.   Fejn id-dritt ta' aċċess ikun totalment jew parzjalment ristrett, is-suġġett tad-data għandu jeżerċita d-dritt tiegħu permezz ta' intermedjarju, jiġifieri l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, f'konformità mal-paragrafi 25(6), (7) u (8) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

Artikolu 5

Komunikazzjoni ta' ksur ta' data personali lis-suġġetti tad-data

Fejn il-Kummissjoni tirrestrinġi l-komunikazzjoni ta' ksur ta' data personali lis-suġġett tad-data, kif insemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2018/1725, hija għandha tniżżel u tirreġistra r-raġunijiet għar-restrizzjoni f'konformità mal-Artikolu 6 ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 6

It-tniżżil u r-reġistrazzjoni ta' restrizzjonijiet

1.   Il-Kummissjoni għandha tniżżel ir-raġunijiet għal kwalunkwe restrizzjoni applikata skont din id-Deċiżjoni, inkluża valutazzjoni tal-ħtieġa u l-proporzjonalità ta' tali restrizzjoni, li tqis ukoll l-elementi rilevanti fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

Għal dak il-għan, ir-reġistru għandu jindika kif l-eżerċizzju tad-dritt jipperikola l-għan tal-politika kummerċjali u tal-investigazzjoni għad-difiża tal-kummerċ, jew tar-restrizzjonijiet applikati skont l-Artikolu 2(2) jew (3), jew li jista' jaffettwa b'mod ħażin id-drittijiet u l-libertajiet ta' suġġetti tad-data oħrajn.

2.   Ir-reġistru u fejn applikabbli, id-dokumenti li fihom elementi fattwali u legali sottostanti għandhom jiġu rreġistrati. Dawn għandhom isiru disponibbli għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data meta jintalbu.

Artikolu 7

Tul ta' żmien tar-restrizzjonijiet

1.   Ir-restrizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 3, 4 u 5 għandhom ikomplu japplikaw sakemm jibqgħu applikabbli r-raġunijiet li jiġġustifikawhom.

2.   Fejn ir-raġunijiet għal restrizzjoni msemmija fl-Artikolu 3 jew 5 ma jkunux għadhom japplikaw, il-Kummissjoni għandha tneħħi r-restrizzjoni u tagħti r-raġuni għar-restrizzjoni lis-suġġett tad-data. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni għandha tinforma lis-suġġett tad-data bil-possibbiltà li jressaq ilment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'kull ħin, jew li jitlob rimedju ġudizzjarju quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

3.   Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami tal-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 3 u 5 kull sitt xhur mill-adozzjoni tagħhom u fl-għeluq tal-investigazzjoni. Wara dan, il-Kummissjoni/kontrollur għandu jissorvelja l-bżonn li tinżamm kwalunkwe restrizzjoni/posponiment fuq bażi annwali.

Artikolu 8

Rieżami mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kummissjoni Ewropea

1.   L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jiġi infurmat, mingħajr dewmien żejjed, kull meta d-drittijiet tas-suġġett tad-data jiġu ristretti f'konformità ma' din id-Deċiżjoni. Meta jitlob dan, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jingħata aċċess għar-rekord u għal kwalunkwe dokumenti li fihom elementi fattwali u legali sottostanti.

2.   L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jista' jitlob rieżami tar-restrizzjoni. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jkun infurmat bil-miktub bl-eżitu tar-rieżami mitlub.

Artikolu 9

Dħul fis-Seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-11 ta' Diċembru 2018.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  Ir-Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (ĠU L 83, 27.3.2015, p. 16).

(2)  Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(6)  Ir-ritenzjoni tal-fajls fil-Kummissjoni hija regolata mil-lista komuni ta' ritenzjoni, dokument regolatorju (l-aħħar verżjoni hija SEC(2012) 713) fil-forma ta' skeda ta' ritenzjoni li tistabbilixxi l-perjodi ta' ritenzjoni għat-tipi differenti ta' fajls tal-Kummissjoni.

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(11)  Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

17.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/45


It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett ġuridiku skont id-dritt internazzjonali pubbliku. Jenħtieġ li l-istat u d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istat NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Ir-Regolament Nru 99 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass għal użu f'fanali approvati ta' vetturi bil-magna [2018/1997]

Li jinkorpora t-test validu kollu sa:

Is-Suppliment 13 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament – Data tad-dħul fis-seħħ: L-10 ta' Ottubru 2017

WERREJ

REGOLAMENT

1.

Kamp ta' applikazzjoni

2.

Dispożizzjonijiet amministrattivi

3.

Rekwiżiti tekniċi

4.

Konformità tal-produzzjoni

5.

Penali għal nuqqas ta' konformità tal-produzzjoni

6.

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

7.

Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

ANNESSI

1.

Skedi għal sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass

2.

Komunikazzjoni

3.

Eżempju tal-arranġament tal-marka tal-approvazzjoni

4.

Metodu tal-kejl tal-karatteristiċi elettriċi u fotometriċi

5.

Tagħmir ottiku għall-kejl tal-pożizzjoni u l-forma tal-ark u tal-pożizzjoni tal-elettrodi

6.

Rekwiżiti minimi għall-proċeduri tal-kontroll tal-kwalità mill-manifattur

7.

Teħid ta' kampjuni u livelli ta' konformità għar-rekords tal-ittestjar tal-manifattur

8.

Rekwiżiti minimi għal teħid ta' kampjuni minn spettur

1.   KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Dan ir-Regolament japplika għal sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass murija fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament u li huma maħsuba għal użu f'fanali approvati ta' vetturi bil-magna.

2.   DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI

2.1.   Definizzjonijiet

2.1.1.   It-terminu “kategorija” jintuża f'dan ir-Regolament biex jiddeskrivi d-disinn bażiku ta' sorsi tad-dawl standardizzati b'disċarġ tal-gass ta' tipi differenti. Kull kategorija għandha deżinjazzjoni speċifika, bħal pereżempju: “D2S”.

2.1.2.   “Sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass ta' tipi differenti” (1) huma sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass fl-istess kategorija li jvarjaw f'xi aspetti essenzjali bħal:

2.1.2.1.

L-isem jew il-marka kummerċjali; jiġifieri:

(a)

Is-sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass li jkollhom l-istess isem jew marka kummerċjali iżda li jkunu ġew prodotti minn manifatturi differenti jitqiesu li huma ta' tipi differenti.

(b)

Is-sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass prodotti mill-istess manifattur li jvarjaw biss fl-isem jew il-marka kummerċjali jistgħu jitqiesu li huma tal-istess tip;

2.1.2.2.

Id-disinn tal-bozza u/jew tal-kappa, sa fejn dawn id-differenzi jaffettwaw ir-riżultati ottiċi.

2.2.   Applikazzjoni għall-approvazzjoni

2.2.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha tiġi sottomessa mill-proprjetarju tal-isem jew tal-marka kummerċjali, jew mir-rappreżentant debitament akkreditat tiegħu.

2.2.2.   Kull applikazzjoni għall-approvazzjoni għandu jkollha magħha (ara wkoll il-paragrafu 2.4.2 ta' hawn taħt):

2.2.2.1.

Tliet kopji tad-dijagrammi deskrittivi dettaljati biżżejjed biex jippermettu l-identifikazzjoni tat-tip;

2.2.2.2.

Deskrizzjoni teknika inkluż, jekk il-ballast mhux integrat fis-sors tad-dawl, l-identifikazzjoni tal-ballast;

2.2.2.3.

Tliet kampjuni ta' kull kulur li saret applikazzjoni għalih;

2.2.2.4.

Kampjun wieħed tal-ballast fil-każ li l-ballast mhux integrat fis-sors tad-dawl.

2.2.3.   Fil-każ ta' tip ta' sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass li jvarja biss fl-isem jew il-marka kummerċjali minn tip li jkun diġà ġie approvat għandu jkun biżżejjed li wieħed jissottometti:

2.2.3.1.

Dikjarazzjoni mill-manifattur li t-tip sottomess huwa identiku għat-tip diġà approvat (minbarra fl-isem jew il-marka kummerċjali) u li ġie prodott mill-istess manifattur tat-tip diġà approvat, fejn dan tal-aħħar ikun identifikat mill-kodiċi tal-approvazzjoni tiegħu;

2.2.3.2.

Żewġ kampjuni li jkollhom l-isem kummerċjali l-ġdid jew il-marka kummerċjali l-ġdida.

2.2.4.   L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha tivverifika l-eżistenza ta' arranġamenti sodisfaċenti biex jiġi żgurat il-kontroll effettiv tal-konformità tal-produzzjoni qabel ma tingħata l-approvazzjoni tat-tip.

2.3.   Skrizzjonijiet

2.3.1.   Sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass sottomessi għall-approvazzjoni għandu jkollhom fuq il-kappa jew il-bozza:

2.3.1.1.

L-isem jew il-marka kummerċjali tal-applikant;

2.3.1.2.

Id-denominazzjoni internazzjonali tal-kategorija rilevanti;

2.3.1.3.

Il-wattage nominali; dan m'għandux għalfejn jiġi indikat separatament jekk ikun parti mid-deżinjazzjoni internazzjonali tal-kategorija rilevanti;

2.3.1.4.

Spazju ta' daqs suffiċjenti biex jakkomoda l-marka tal-approvazzjoni.

2.3.2.   L-ispazju msemmi fil-paragrafu 2.3.1.4 ta' hawn fuq għandu jiġi indikat fid-dijagrammi deskrittivi li jakkumpanjaw l-applikazzjoni għall-approvazzjoni.

2.3.3.   Skrizzjonijiet oħra minbarra dawk koperti fil-paragrafu 2.3.1 ta' hawn fuq u fil-paragrafu 2.4.4 ta' hawn taħt jistgħu jitwaħħlu fuq il-kappa.

2.3.4.   Fil-każ li l-ballast ma jkunx integrat fis-sors tad-dawl, il-ballast użat għall-approvazzjoni tat-tip tas-sors tad-dawl għandu jiġi mmarkat bl-identifikazzjoni tat-tip u tal-marka kummerċjali u bil-voltaġġ u l-wattage nominali, kif indikat fl-iskeda tas-sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass rilevanti.

2.4.   Approvazzjoni

2.4.1.   Jekk il-kampjuni kollha ta' tip ta' sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass li jiġu sottomessi skont il-paragrafi 2.2.2.3 jew 2.2.3.2 ta' hawn fuq ikunu konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament meta ttestjati bil-ballast skont il-paragrafu 2.2.2.4, f'każ li l-ballast ma jkunx integrat fis-sors tad-dawl, l-approvazzjoni għandha tingħata.

2.4.2.   Kodiċi ta' approvazzjoni għandu jiġi assenjat lil kull tip approvat. L-ewwel ċifra tiegħu għandha tindika s-serje ta' emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi ewlenin l-iktar riċenti magħmula fir-Regolament fiż-żmien tal-ħruġ tal-approvazzjoni.

Din tiġi segwita minn kodiċi ta' identifikazzjoni li jkun magħmul minn mhux iktar minn tliet karattri. In-numri Għarab u l-ittri kapitali li jidhru fin-nota (2) f'qiegħ il-paġna biss għandhom jintużaw.

L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess kodiċi lil tip ieħor ta' sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass. Jekk l-applikant jixtieq li jsir hekk, l-istess kodiċi ta' approvazzjoni jista' jiġi assenjat liż-żewġ sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass li jemettu dawl abjad u dawl isfar selettiv (ara l-paragrafu 2.1.2 ta' hawn fuq).

2.4.3.   In-notifika ta' approvazzjoni jew ta' estensjoni jew rifjut jew irtirar tal-approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta' tip ta' sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass skont dan ir-Regolament għandha tintbagħat lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2 ta' dan ir-Regolament u ta' dijagramma deskrittiva, ipprovduta mill-applikant għall-approvazzjoni f'format mhux akbar minn A4 (210 × 297 mm) u fuq skala ta' mill-inqas 2: 1.

2.4.4.   Ma' kull sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass li jikkonforma ma' tip approvat skont dan ir-Regolament għandha titwaħħal fl-ispazju msemmi fil-paragrafu 2.3.1.4 ta' hawn fuq, minbarra l-iskrizzjonijiet meħtieġa skont il-paragrafu 2.3.1 ta' hawn fuq, marka ta' approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti fi:

2.4.4.1.

Ċirku maqtugħ li jdawwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (3);

2.4.4.2.

Il-kodiċi ta' approvazzjoni, imqiegħed qrib iċ-ċirku maqtugħ.

2.4.5.   Jekk l-applikant ikun kiseb l-istess kodiċi ta' approvazzjoni għal diversi ismijiet jew marki kummerċjali, wieħed jew iktar minn wieħed minnhom ikun biżżejjed biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafu 2.3.1.1 ta' hawn fuq.

2.4.6.   Il-marki u l-iskrizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 2.3.1 u 2.4.3 ta' hawn fuq għandhom ikunu jinqraw b'mod ċar u ta' tip li ma jistgħux jitħassru.

2.4.7.   L-Anness 3 ta' dan ir-Regolament jagħti eżempju ta' arranġament tal-marka tal-approvazzjoni.

3.   REKWIŻITI TEKNIĊI

3.1.   Definizzjonijiet

Japplikaw id-definizzjonijiet mogħtija fir-Riżoluzzjoni R.E.5 jew ir-reviżjonijiet sussegwenti tagħha, applikabbli fil-ħin tal-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip.

3.2.   Speċifikazzjonijiet ġenerali

3.2.1.   Kull kampjun sottomess għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament ta' meta jiġi ttestjat bil-ballast, fil-każ li l-ballast ma jkunx integrat fis-sors tad-dawl, skont il-paragrafu 2.2.2.4 ta' awn fuq.

3.2.2.   Sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li jkunu u jibqgħu jaħdmu sew meta jintużaw normalment. Barra minn hekk m'għandu jkollhom l-ebda difett fid-disinn jew fil-manifattura.

3.2.3.   L-ark tad-disċarġ għandu jkun l-uniku element tas-sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass li jiġġenera u jemetti d-dawl meta jingħata l-enerġija.

3.3.   Manifattura

3.3.1.   Il-bozza tas-sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass m'għandu jkollha ebda barxiet jew daqqiet li jistgħu jnaqqsu l-effiċjenza u l-prestazzjoni ottika tagħha.

3.3.2.   Fil-każ ta' bozza (esterna) ikkulurita, wara perjodu ta' tħaddim ta' 15-il siegħa bil-ballast jew bis-sors tad-dawl bil-ballast integrat bil-voltaġġ tat-test, is-superfiċje tal-bozza għandu jintmesaħ ħafif b'ċarruta tal-qoton imxarrba f'taħlita ta' 70 fil-mija bil-volum n-ettan u 30 fil-mija bil-volum tolwol. Wara madwar ħames minuti, għandha ssir spezzjoni viżiva tas-superfiċje. Fuq din m'għandhom jidhru ebda bidliet evidenti.

3.3.3.   Sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass għandhom ikunu mgħammra b'kapep standard li jikkonformaw mal-iskedi tad-data tal-kapep tal-Pubblikazzjoni IEC 60061, kif speċifikat fl-iskedi tad-data individwali fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

3.3.4.   Il-kappa għandha tkun soda u mwaħħla sew mal-bozza.

3.3.5.   Sabiex jiġi determinat jekk is-sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-paragrafi 3.3.3 sa 3.3.4 ta' hawn fuq, għandhom jitwettqu spezzjoni viżwali, verifika tad-dimensjonijiet u, fejn ikun xieraq, twaħħil ta' prova.

3.4.   Testijiet

3.4.1.   Is-sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass għandhom jitqaddmu kif indikat fl-Anness 4 ta' dan ir-Regolament.

3.4.2.   Il-kampjuni kollha għandhom jiġu ttestjati bil-ballast, skont il-paragrafu 2.2.2.4 ta' hawn fuq, fil-każ li l-ballast ma jkunx integrat fis-sors tad-dawl.

3.4.3.   Il-kejl elettriku għandu jsir bi strumenti ta' klassi 0.2 mill-inqas. (0,2 fil-mija preċiżjoni tal-iskala kollha).

3.5.   Pożizzjoni u dimesjonijiet tal-elettrodi, l-ark u l-istrixxi

3.5.1.   Il-pożizzjoni ġeometrika tal-elettrodi għandha tkun kif speċifikat fl-iskeda tad-data rilevanti. Eżempju ta' metodu tal-kejl tal-pożizzjoni tal-ark u tal-elettrodi jingħata fl-Anness 5 ta' dan ir-Regolament. Jistgħu jintużaw metodi oħra.

3.5.1.1.   Il-pożizzjoni u d-dimensjonijiet tal-elettrodi tas-sors tad-dawl għandhom jitkejlu qabel il-perjodu tat-tqaddim, bis-sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass mitfi u bl-użu ta' metodi ottiċi minn ġol-envelowp tal-ħġieġ.

3.5.2.   Il-forma u l-ispostament tal-ark għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kif stabbilit fl-iskeda tad-data rilevanti.

3.5.2.1.   Il-kejl għandu jsir wara t-tqaddim bis-sors tad-dawl ipprovdut mill-ballast bil-voltaġġ tat-test, jew is-sors tad-dawl bil-ballast integrat bil-voltaġġ tat-test.

3.5.3.   Il-pożizzjoni u d-dimensjoni u t-trażmissjoni tal-istrixxi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kif stabbilit fl-iskeda tad-data rilevanti.

3.5.3.1.   Il-kejl għandu jsir wara t-tqaddim bis-sors tad-dawl ipprovdut mill-ballast bil-voltaġġ tat-test, jew is-sors tad-dawl bil-ballast integrat bil-voltaġġ tat-test.

3.6.   Karatteristiċi tat-tqabbid, ir-run-up u t-tqabbid mill-ġdid waqt li jkun sħun

3.6.1.   Tqabbid

Meta jiġi ttestjat skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness 4 ta' dan ir-Regolament, is-sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass għandu jixgħel direttament u jibqa' mixgħul.

3.6.2.   Run-up

3.6.2.1.   Għal sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass li jkollhom fluss tal-luminożità oġġettiv ta' aktar minn 2 000 lm:

 

Meta mkejjel skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness 4, is-sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass għandu jemetti mill-inqas:

 

Wara sekonda (1): 25 fil-mija tal-fluss tal-luminożità oġġettiv tiegħu;

 

Wara 4 sekondi: 80 fil-mija tal-fluss tal-luminożità oġġettiv tiegħu.

 

Il-fluss tal-luminożità oġġettiv kif indikat fl-iskeda tad-data rilevanti.

3.6.2.2.   Għal sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass li jkollhom fluss tal-luminożità oġġettiv ta' mhux aktar minn 2 000 lm u li ma fihx strixxi suwed:

 

Meta mkejjel skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness 4, is-sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass għandu jemetti mill-inqas 800 lm wara sekonda waħda (1) u mill-inqas 1 000 lm wara 4 sekondi.

 

Il-fluss tal-luminożità oġġettiv kif indikat fl-iskeda tad-data rilevanti.

3.6.2.3.   Għal sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass li jkollhom fluss tal-luminożità oġġettiv ta' mhux aktar minn 2 000 lm u li ma jkunx fih strixxi suwed:

 

Meta mkejjel skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness 4, is-sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass għandu jemetti mill-inqas 700 lm wara sekonda waħda (1) u mill-inqas 900 lm wara 4 sekondi.

 

Il-fluss tal-luminożità oġġettiv kif indikat fl-iskeda tad-data rilevanti.

3.6.2.4.   Għal sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass li jkollhom aktar minn fluss tal-luminożità oġġettiv wieħed, u mill-inqas fluss tal-luminożità oġġettiv wieħed li ma jaqbiżx 2 000 lm:

 

Meta mkejjel skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness 4, is-sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass għandu jemetti mill-inqas 800 lm wara sekonda waħda (1) u mill-inqas 1 000 lm wara 4 sekondi.

 

Il-fluss tal-luminożità oġġettiv kif indikat fl-iskeda tad-data rilevanti.

3.6.3.   Tqabbid mill-ġdid waqt li jkun sħun

Meta jiġi ttestjat skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness 4 ta' dan ir-Regolament, is-sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass għandu jerġa' jixgħel direttament wara li jintefa għal perjodu kif indikat fl-iskeda tad-data. Wara sekonda, is-sors tad-dawl għandu jemetti minn tal-inqas 80 fil-mija tal-fluss tal-luminożità oġġettiv tiegħu.

3.7.   Karatteristiċi elettriċi

Meta mkejla skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness 4 ta' dan ir-Regolament, il-voltaġġ u l-wattage tas-sors tad-dawl għandhom ikunu fil-limiti stabbiliti fl-iskeda tad-data rilevanti.

3.8.   Fluss tal-luminożità

Meta mkejjel skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness 4 ta' dan ir-Regolament, il-fluss tal-luminożità għandu jkun fil-limiti stabbiliti fid-dokument tad-data rilevanti. Fil-każ fejn l-abjad u l-isfar selettiv ikunu speċifikati għall-istess tip, il-valur oġġettiv għandu japplika għas-sorsi tad-dawl li jemettu dawl abjad, filwaqt li l-fluss tal-luminożità tas-sors tad-dawl li jemetti dawl isfar selettiv għandu jkun mill-inqas 68 fil-mija tal-valur speċifikat.

3.9.   Kulur

3.9.1.   Il-kulur tad-dawl emess għandu jkun abjad jew isfar selettiv. Barra minn hekk, il-karatteristiċi kolorimetriċi, espressi f'koordinati tal-kromatiċità CIE, għandhom ikunu fil-limiti stabbiliti fl-iskeda tad-data rilevanti.

3.9.2.   Id-definizzjonijiet tal-kulur tad-dawl emess, mogħtija fir-Regolament Nru 48 u s-serje ta' emendi tiegħu li kienu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip għandhom japplikaw għal dan ir-Regolament.

3.9.3.   Il-kulur għandu jitkejjel skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 10 tal-Anness 4 ta' dan ir-Regolament.

3.9.4.   Il-kontenut minimu ta' aħmar ta' sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass għandu jkun tali li:

Formula

Fejn:

Ee (λ)

[W/nm]

hija d-distribuzzjoni spettrali tal-fluss radjanti;

V (λ)

[1]

hija l-effiċjenza luminuża spettrali;

λ

[nm]

hija t-tul tal-mewġa (wavelength).

Dan il-valur għandu jiġi kkalkulat bl-użu ta' intervalli ta' nanometru.

3.10.   Radjazzjoni UV

Ir-radjazzjoni UV tas-sors tad-dawl li jaħdem bid-disċarġ tal-gass għandha tkun tali li s-sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass ikun tat-tip b'radjazzjoni UV baxxa konformi ma':

Formula

Fejn:

S (λ)

[1]

hija l-funzjoni ta' ponderazzjoni spettrali;

km = 683

[lm/W]

hija l-ekwivalenti ta' radjazzjoni fotometrika.

(Għal definizzjonijiet ta' simboli oħra ara l-paragrafu 3.9.4 ta' hawn fuq.)

Dan il-valur għandu jiġi kkalkulat bl-użu ta' intervalli ta' nanometru.

Il-ponderazzjoni tar-radjazzjoni UV għandha ssir abbażi tal-valuri indikati f'din it-tabella.

λ

S(λ)

λ

S(λ)

λ

S(λ)

250

0,430

305

0,060

355

0,00016

255

0,520

310

0,015

360

0,00013

260

0,650

315

0,003

365

0,00011

265

0,810

320

0,001

370

0,000090

270

1,000

325

0,00050

375

0,000077

275

0,960

330

0,00041

380

0,000064

280

0,880

335

0,00034

385

0,000053

285

0,770

340

0,00028

390

0,000044

290

0,640

345

0,00024

395

0,000036

295

0,540

350

0,00020

400

0,000030

300

0,300

 

 

 

 

It-tulijiet ta' mewġa magħżula huma rappreżentattivi; valuri oħra għandhom jiġu interpolati.

Valuri skont il-“Linji Gwida IRPA/INIRC dwar il-limiti tal-esponiment għar-radjazzjoni ultravjola”.

3.11.   Sorsi tad-dawl standard b'disċarġ tal-gass

Sorsi tad-dawl standard (etalon) b'disċarġ tal-gass għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli għal sorsi tad-dawl tal-approvazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti speċifiċi kif iddikjarati fl-iskeda tad-data rilevanti. Fil-każ ta' tip li jemetti dawl abjad u isfar selettiv, is-sors tad-dawl standard għandu jemetti dawl abjad.

4.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

4.1.   Sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass approvati skont dan ir-Regolament għandhom ikunu manifatturati b'tali mod li jikkonformaw mat-tip approvat billi jissodisfaw l-iskrizzjonijiet u r-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fil-paragrafu 3. ta' hawn fuq u l-Annessi 1 u 3 ta' dan ir-Regolament.

4.2.   Sabiex jiġi verifikat li jintlaħqu r-rekwiżiti tal-paragrafu 4.1, għandhom jitwettqu kontrolli xierqa tal-produzzjoni.

4.3.   Id-detentur tal-approvazzjoni għandu b'mod partikolari:

4.3.1.

Jiżgura l-eżistenza ta' proċeduri għall-kontroll effettiv tal-kwalità tal-prodotti,

4.3.2.

Ikollu aċċess għat-tagħmir tal-kontroll meħtieġ għall-verifika tal-konformità ma' kull tip approvat,

4.3.3.

Jiżgura li d-dettalji tar-riżultati tat-testijiet huma rreġistrati u li d-dokumenti relatati għandhom jibqgħu disponibbli għal perjodu li għandu jiġi ddeterminat bi ftehim mal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip,

4.3.4.

Janalizza r-riżultati ta' kull tip ta' test, filwaqt li japplika l-kriterji tal-Anness 7 ta' dan ir-Regolament, sabiex jivverifika u jiżgura l-istabbilità tal-karatteristiċi tal-prodott, filwaqt li tiġi permessa marġni ta' varjazzjoni għall-proċess tal-produzzjoni industrijali,

4.3.5.

Jiżgura li għal kull tip ta' sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass, mill-inqas jitwettqu t-testijiet preskritti fl-Anness 6 ta' dan ir-Regolament,

4.3.6.

Jiżgura li kwalunkwe ġbir ta' kampjuni li jindika nuqqas ta' konformità mat-tip tat-test ikkunsidrat għandu jwassal għal teħid ta' kampjuni ieħor u test ieħor. Għandhom jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex tiġi stabbilita mill-ġdid il-konformità tal-produzzjoni korrispondenti.

4.4.   L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tista' fi kwalunkwe ħin tivverifika l-metodi ta' kontroll tal-konformità applikabbli għal kull unità tal-produzzjoni.

4.4.1.   F'kull spezzjoni, il-kotba tat-testijiet u r-reġistru tal-istħarriġ tal-produzzjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-ispettur li jkun qed jagħmel iż-żjara.

4.4.2.   L-ispettur jista' jieħu kampjuni b'mod aleatorju li jiġu ttestjati fil-laboratorju tal-manifattur. In-numru minimu ta' kampjuni jista' jiġi ddeterminat skont ir-riżultati tal-verifika proprja tal-manifattur.

4.4.3.   Meta l-livell tal-kwalità ma jidhirx sodisfaċenti jew meta jkun jidher li hemm bżonn li tiġi vverifikata l-validità tat-testijiet li jkunu saru skont il-paragrafu 4.4.2 ta' hawn fuq, l-ispettur għandu jagħżel il-kampjuni li għandhom jintbagħtu lis-servizz tekniku li jkun wettaq it-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip.

4.4.4.   L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip tista' twettaq kwalunkwe test preskritt f'dan ir-Regolament. Dawn it-testijiet għandhom isiru fuq kampjuni magħżula b'mod aleatorju mingħajr ma jtellfu fl-impenni tal-forniment tal-manifattur u skont il-kriterji tal-Anness 8 ta' dan ir-Regolament.

4.4.5.   L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha tipprova tikseb frekwenza ta' spezzjoni ta' darba kull sentejn. Madanakollu, dan huwa fid-diskrezzjoni tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip u l-kunfidenza tagħhom fl-arranġamenti biex ikun żgurat kontroll effettiv tal-konformità tal-produzzjoni. Fil-każ li jiġu rreġistrati riżultati negattivi, l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha tiżgura ruħha li jittieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex il-konformità tal-produzzjoni terġa' tiġi stabbilita mill-ġdid mill-aktar fis possibbli.

5.   PENALI GĦAL NUQQAS TA' KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

5.1.   L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta' sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass skont dan ir-Regolament tista' tiġi rtirata jekk il-konformità preskritta tar-rekwiżiti tal-produzzjoni ma tintlaħaqx.

5.2.   Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, din għandha minnufih tavża b'dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' kopja tal-formola ta' komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 2 ta' dan ir-Regolament.

6.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf għalkollox milli jimmanifattura tip ta' sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass approvat skont dan ir-Regolament, hu għandu jinforma dwar dan lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma dwar dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2 ta' dan ir-Regolament.

7.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI GĦAT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni u fejn għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni, jew il-produzzjoni mwaqqfa għalkollox, maħruġa f'pajjiżi oħra.


(1)  Bozza ta' kulur isfar selettiv jew bozza esterna addizzjonali ta' kulur isfar selettiv, maħsuba biss biex tibdel il-kulur iżda mhux il-karatteristiċi l-oħra ta' sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass li jemetti dawl abjad, ma tikkostitwix bidla fit-tip tas-sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass.

(2)  0 1 2 3 4 5 6 7 8 9

A B C D E F G H J K L M N P R S T U V W X Y Z

(3)  In-numri distintivi tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 jidhru għal darb'oħra fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev. 3, Anness 3 - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html


ANNESS 1

SKEDI (1) GĦAL SORSI TAD-DAWL B'DISĊARĠ TAL-GASS

L-iskedi tal-kategorija tas-sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass rilevanti u l-grupp li fiha hija elenkata din il-kategorija b'restrizzjonijiet fuq l-użu ta' din il-kategorija għandhom japplikaw kif inkorporat fir-Riżoluzzjoni R.E.5 (1) jew fir-reviżjonijiet sussegwenti tagħha, applikabbli fil-ħin tal-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tas-sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass.


(1)  Mit-22 ta' Ġunju 2017 'il quddiem, l-iskedi għal sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass, il-lista u l-grupp ta' kategoriji tas-sors tad-dawl b'restrizzjonijiet fuq l-użu ta' din il-kategorija u n-numri tal-iskeda tagħhom huma inkorporati fir-Riżoluzzjoni R.E.5 bis-simbolu ECE/TRANS/WP.29/2016/111.


ANNESS 2

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 3

EŻEMPJU TAL-ARRANĠAMENT TAL-MARKA TAL-APPROVAZZJONI

(ara l-paragrafu 2.4.4 ta' dan ir-Regolament)

Image

a = min. ta’ 2,5 mm

Il-marka tal-approvazzjoni li tidher hawn fuq, imwaħħla ma' sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass, tindika li s-sors tad-dawl ġie approvat fir-Renju Unit (E 11) bil-kodiċi tal-approvazzjoni 0A01. L-ewwel ċifra tal-kodiċi tal-approvazzjoni tindika li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 99 fil-forma oriġinali tiegħu.


ANNESS 4

METODU TAL-KEJL TAL-KARATTERISTIĊI ELETTRIĊI U FOTOMETRIĊI

1.   ELEMENTI ĠENERALI

Għal testijiet ta' tqabbid, run-up u tqabbid mill-ġdid meta jkun għadu sħun u għall-kejl tal-karatteristiċi elettriċi u fotometriċi, is-sors tad-dawl li jaħdem bid-disċarġ tal-gass għandu jitħaddem fil-ftuħ b'temparatura ambjentali ta' 25° ± 5 °C.

2.   BALLAST

Fil-każ li l-ballast ma jkunx integrat fis-sors tad-dawl, it-testijiet u l-kejl kollha għandhom jitwettqu bil-ballast, skont il-paragrafu 2.2.2.4 ta' dan ir-Regolament. Il-provvista tal-enerġija użata għat-testijiet tat-tqabbid u tar-run-up għandha tiġi kkwalifikata sabiex tiżgura li l-impuls tal-kurrent jitla' b'mod rapidu.

3.   IL-POŻIZZJONI TAL-FUNZJONAMENT

Il-pożizzjoni tal-funzjonament għandha tkun orizzontali f'marġni ta' ± 10°, bil-wajer konduttur 'l isfel. Il-pożizzjonijiet tat-tqaddim u tal-ittestjar għandhom ikunu identiċi. Jekk is-sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass jitħaddem bi żball fid-direzzjoni żbaljata, għandu jitqaddem mill-ġdid qabel ma jibda jittieħed il-kejl. Waqt it-tqaddim u l-kejl ebda oġġetti li jittrażmettu l-elettriku ma għandhom ikunu awtorizzati f'ċilindru li jkollu dijametru ta' 32 mm u tul ta' 60 mm konċentriku mal-assi ta' referenza u simmetriku mal-ark. Barra minn hekk għandhom jiġu evitati l-kampi manjetiċi ta' interferenza.

4.   TQADDIM

It-testijiet kollha għandhom jitwettqu bis-sorsi tad-dawl li jkunu tqaddmu għal minimu ta' 15-il ċiklu, b'dan iċ-ċiklu ta' swiċċjar:

 

45 minuti mixgħul, 15-il sekonda mitfi, 5 minuti mixgħul, 10 minuti mitfi.

5.   VOLTAĠĠ TA' PROVVISTA

It-testijiet kollha għandhom jitwettqu bil-voltaġġ tat-test kif indikat fl-iskeda tad-data rilevanti.

6.   TEST TAT-TQABBID

It-test tat-tqabbid għandu jiġi applikat għas-sorsi tad-dawl li ma tqaddmux u li ma ġewx użati għal perjodu ta' minn tal-inqas 24 siegħa qabel ma sar it-test.

7.   TEST TAR-RUN-UP

It-test tar-run-up għandu jkun applikat għas-sorsi tad-dawl li ma ġewx użati għal perjodu ta' minn tal-inqas siegħa qabel ma sar it-test.

8.   TEST TA' TQABBID MILL-ĠDID META JKUN SĦUN

Is-sors tad-dawl għandu jitqabbad u jitħaddem bil-ballast (possibilment integrat) bil-voltaġġ tat-test għal perjodu ta' 15-il minuta. Imbagħad il-voltaġġ tal-provvista lill-ballast jew lis-sors tad-dawl bil-ballast integrat għandu jintefa għal perjodu ta' tifi kif indikat fl-iskeda tad-data rilevanti u jinxtegħel mill-ġdid.

9.   TEST ELETTRIKU U FOTOMETRIKU

Qabel kwalunkwe kejl, is-sors tad-dawl għandu jiġi stabilizzat għal perjodu ta' 15-il minuta.

10.   KULUR

Il-kulur tas-sors tad-dawl għandu jitkejjel fi sfera integratorja permezz ta' sistema ta' kejl li turi l-koordinati tal-kromatiċità CIE tad-dawl irċevut b'riżoluzzjoni ta' ± 0,002.


ANNESS 5

TAGĦMIR OTTIKU GĦALL-KEJL TAL-POŻIZZJONI U L-FORMA TAL-ARK U TAL-POŻIZZJONI TAL-ELETTRODI (1)

Is-sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass għandu jitqiegħed kif muri fid-dijagramma deskrittiva prinċipali tal-kategorija rispettiva.

Image

Sistema ottika għandha tipproġetta immaġni reali A′ tal-ark A, preferibbilment bi tkabbir ta' M = s′ /s = 20 fuq skrin. Is-sistema ottika għandha tkun aplanatika u akromatika. Fit-tul tal-punt fokali f tas-sistema ottika, dijaframma d għandha tikkawża projezzjoni fuq l-ark b'direzzjonijiet tal-osservazzjoni kważi paralleli. Sabiex jinkiseb l-angolu tan-nofs diverġenza mhux ikbar minn μ = 0,5°, id-dijametru tad-dijaframma tal-punt fokali fir-rigward tat-tul tal-punt fokali tas-sistema ottika m'għandux ikun aktar minn d = 2f tan(μ). Id-dijametru attiv tas-sistema ottika għandu jkun mhux iktar minn:

 

D = (1 + 1/M)d + c + (b1 + b2)/2. (c, b1 u b2 huma mogħtija fl-iskedi li jippreskrivu l-pożizzjoni tal-elettrodi).

Skala fuq l-iskrin għandha tippermetti l-kejl tal-pożizzjoni tal-elettrodi. Il-kalibrazzjoni tal-arranġament tista' tiġi ffaċilitata bl-użu ta' proġekter separat b'raġġ parallel imqabbad ma' gejġ li d-dell tiegħu jiġi pproġettat fuq l-iskrin. Il-gejġ għandu juri l-assi ta' referenza u l-pjan parallel mal-pjan ta' referenza, f'distanza ta' “e” mm minnu.

Fil-pjan tal-iskrin għandu jintrama' riċevitur mobbli f'direzzjoni vertikali fuq linja li tikkorrispondi mal-pjan f'distanza “e” mill-pjan ta' referenza tas-sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass.

Ir-riċevitur għandu jkollu s-sensittività spettrali relattiva tal-għajn tal-bniedem. Id-daqs tar-riċevitur għandu jkun mhux iktar minn 0,2 M mm fid-direzzjoni orizzontali u mhux iktar minn 0,025 M mm fid-direzzjoni vertikali (M = it-tkabbir). Il-medda tal-moviment li jista' jitkejjel għandha tkun tali li l-kejl meħtieġ tal-kurvatura tal-ark r u d-diffużjoni tal-ark s jistgħu jitkejlu. Għall-kejl ta' dawl mhux iċċentrat, ir-riċevitur għandu jkun f'għamla tonda, b'dijametru ta' 0,2M mm.


(1)  Dan il-metodu huwa eżempju ta' metodu ta' kejl; jista' jintuża kwalunkwe metodu ieħor bl-istess preċiżjoni ta' kejl.


ANNESS 6

REKWIŻITI MINIMI GĦALL-PROĊEDURI TAL-KONTROLL TAL-KWALITÀ MILL-MANIFATTUR

1.   ELEMENTI ĠENERALI

Ir-rekwiżiti tal-konformità għandhom jitqiesu ssodisfati minn perspettiva fotometrika (inkluża r-radjazzjoni UV), ġeometrika, viżwali u elettrika jekk jintlaħqu t-tolleranzi speċifikati għal sorsi tad-dawl tal-produzzjoni b'disċarġ tal-gass stipulati fl-iskeda tad-data rilevanti tal-Anness 1 ta' dan ir-Regolament u l-iskeda tad-data rilevanti għall-kapep.

2.   REKWIŻITI MINIMI GĦALL-VERIFIKA TAL-KONFORMITÀ MILL-MANIFATTUR

Għal kull tip ta' sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass il-manifattur jew id-detentur tal-marka tal-approvazzjoni għandu jwettaq it-testijiet, skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, f'intervalli adattati.

2.1.   In-natura tat-testijiet

It-testijiet tal-konformità ta' dawn l-ispeċifikazzjonijiet għandhom ikopru l-karatteristiċi fotometriċi, ġeometriċi u ottiċi tagħhom.

2.2.   Metodi użati fit-testijiet

2.2.1.   It-testijiet għandhom isiru ġeneralment skont il-metodi stipulati f'dan ir-Regolament.

2.2.2.   L-applikazzjoni tal-paragrafu 2.2.1 ta' dan l-Anness teħtieġ kalibrazzjoni regolari tal-apparat għat-testijiet u l-korrelazzjoni tiegħu mal-kejl li jsir minn Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip.

2.3.   Kif jittieħdu l-kampjuni

Il-kampjuni ta' sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass għandhom jintgħażlu b'mod aleatorju mill-produzzjoni ta' lott uniformi. Lott uniformi jfisser sett ta' sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass tal-istess tip, definit skont il-metodi tal-produzzjoni tal-manifattur.

2.4.   Karatteristiċi spezzjonati u rreġistrati

Is-sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass għandhom jiġu spezzjonati, filwaqt li r-riżultati tal-ittestjar għandhom jiġu rreġistrati skont ir-raggruppament tal-karatteristiċi kif elenkat fit-Tabella 1 tal-Anness 7 ta' dan ir-Regolament.

2.5.   Il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabilità

Il-manifattur jew id-detentur tal-approvazzjoni huwa responsabbli għat-twettiq ta' studju statistiku tar-riżultati tal-ittestjar sabiex tintlaħaq l-ispeċifikazzjoni għall-verifika tal-konformità ta' prodotti stabbilita fil-paragrafu 4.1 ta' dan ir-Regolament.

Il-konformità għandha tiġi żgurata jekk ma jinqabiżx il-livell ta' nuqqas ta' konformità aċċettabbli għal kull raggruppament tal-karatteristiċi stabbiliti fit-tabella 1 tal-Anness 7 ta' dan ir-Regolament. Dan ifisser li n-numru tas-sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass li ma jikkonformawx mar-rekwiżit ta' kwalunkwe raggruppament ta' karatteristiċi ta' kwalunkwe tip ta' sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass ma jaqbiżx il-limiti ta' kwalifika fit-tabelli rilevanti 2, 3 jew 4 tal-Anness 7 ta' dan ir-Regolament.

Nota: Kull rekwiżit ta' sors tad-dawl individwali b'disċarġ tal-gass għandu jitqies bħala karatteristika.


ANNESS 7

TEĦID TA' KAMPJUNI U LIVELLI TA' KONFORMITÀ GĦAR-REKORDS TAL-ITTESTJAR TAL-MANIFATTUR

Tabella 1

Karatteristiċi

Ragruppament tal-karatteristiċi

Ragruppament (*1) tar-rekords tal-ittestjar bejn tipi ta' sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass

Kampjun minimu ta' 12-il xahar għal kull ragruppament (*1)

Livell aċċettabbli ta' nuqqas ta' konformità għal kull ragruppament ta' karatteristiċi (%)

Immarkar, leġibbiltà u durabbiltà

It-tipi kollha bl-istess dimensjonijiet esterni

315

1

Il-kwalità tal-bozza

It-tipi kollha bl-istess bozza

315

1

Dimensjonijiet esterni (minbarra l-kappa)

It-tipi kollha tal-istess kategorija

315

1

Pożizzjoni u dimensjonijiet tal-ark u l-istrixxi

It-tipi kollha tal-istess kategorija

200

6,5

Tqabbid, run-up u tqabbid mill-ġdid meta jkun għadu sħun

It-tipi kollha tal-istess kategorija

200

1

Il-voltaġġ u l-wattage tas-sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass

It-tipi kollha tal-istess kategorija

200

1

Fluss tal-luminożità, kulur u radjazzjoni UV

It-tipi kollha tal-istess kategorija

200

1

Il-limiti kwalifikattivi għall-aċċettazzjoni bbażati fuq għadd differenti ta' riżultati tat-testijiet għal kull ragruppament ta' karatteristiċi huma elenkati fit-Tabella 2 bħala għadd massimu ta' nuqqas ta' konformità. Il-limiti huma bbażati fuq livell aċċettabbli ta' 1 fil-mija ta' nuqqas ta' konformità, jekk wieħed jassumi probabbiltà ta' aċċettazzjoni ta' mill-inqas 0,95.

Tabella 2

Numru ta' riżultati tal-ittestjar ta' kull karatteristika

Limiti tal-kwalifikazzjoni għall-aċċettazzjoni

…-200

5

201-260

6

261-315

7

316-370

8

371-435

9

436-500

10

501-570

11

571-645

12

646-720

13

721-800

14

801-860

15

861-920

16

921-990

17

991-1 060

18

1 061 -1 125

19

1 126 -1 190

20

1 191 -1 249

21

Fit-Tabella 3 jidhru l-limiti tal-kwalifikazzjoni għall-aċċettazzjoni, bħala numru massimu ta' nuqqasijiet ta' konformità, abbażi ta' numri differenti ta' riżultati tal-ittestjar għal kull ragruppament ta' karatteristiċi. Il-limiti huma bbażati fuq livell aċċettabbli ta' 6,5 fil-mija ta' nuqqas ta' konformità, jekk wieħed jassumi probabbiltà ta' aċċettazzjoni ta' mill-inqas 0,95.

Tabella 3

L-għadd ta' sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass f'rekords

Limitu tal-kwalifikazzjoni

L-għadd ta' sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass f'rekords

Limitu tal-kwalifikazzjoni

L-għadd ta' sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass f'rekords

Limitu tal-kwalifikazzjoni

-200

21

541-553

47

894-907

73

201-213

22

554-567

48

908-920

74

214-227

23

568-580

49

921-934

75

228-240

24

581-594

50

935-948

76

241-254

25

595-608

51

949-961

77

255-268

26

609-621

52

962-975

78

269-281

27

622-635

53

976-988

79

282-295

28

636-648

54

989-1 002

80

296-308

29

649-662

55

1 003 -1 016

81

309-322

30

663-676

56

1 017 -1 029

82

323-336

31

677-689

57

1 030 -1 043

83

337-349

32

690-703

58

1 044 -1 056

84

350-363

33

704-716

59

1 057 -1 070

85

364-376

34

717-730

60

1 071 -1 084

86

377-390

35

731-744

61

1 085 -1 097

87

391-404

36

745-757

62

1 098 -1 111

88

405-417

37

758-771

63

1 112 -1 124

89

418-431

38

772-784

64

1 125 -1 138

90

432-444

39

785-798

65

1 139 -1 152

91

445-458

40

799-812

66

1 153 -1 165

92

459-472

41

813-825

67

1 166 -1 179

93

473-485

42

826-839

68

1 180 -1 192

94

486-499

43

840-852

69

1 193 -1 206

95

500-512

44

853-866

70

1 207 -1 220

96

513-526

45

867-880

71

1 221 -1 233

97

527-540

46

881-893

72

1 234 -1 249

98

Fit-Tabella 4 jidhru l-limiti kwalifikattivi għall-aċċettazzjoni, bħala perċentwal tar-riżultati, abbażi ta' numri differenti ta' riżultati tal-ittestjar għal kull ragruppament ta' karatteristiċi, bis-suppożizzjoni ta' probabbiltà ta' aċċettazzjoni ta' mill-inqas 0,95.

Tabella 4

Għadd ta' riżultati tal-ittestjar ta' kull karatteristika

Limiti tal-kwalifikazzjoni mogħtija bħala perċentwal tar-riżultati

Limiti tal-kwalifikazzjoni mogħtija bħala perċentwal tar-riżultati

Livell aċċettabbli ta' 1 fil-mija ta' nuqqasijiet ta' konformità

Livell aċċettabbli ta' 6,5 fil-mija ta' nuqqasijiet ta' konformità

1 250

1,68

7,91

2 000

1,52

7,61

4 000

1,37

7,29

6 000

1,30

7,15

8 000

1,26

7,06

10 000

1,23

7,00

20 000

1,16

6,85

40 000

1,12

6,75

80 000

1,09

6,68

100 000

1,08

6,65

1 000 000

1,02

6,55


(*1)  Il-valutazzjoni għandha b'mod ġenerali tkopri sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass prodotti f'sensiela minn fabbriki individwali. Manifattur jista' jiġbor flimkien rekords li jikkonċernaw l-istess tip minn bosta fabbriki, diment li dawn joperaw skont l-istess sistema ta' kwalità u ġestjoni tal-kwalità.


ANNESS 8

REKWIŻITI MINIMI GĦAL TEĦID TA' KAMPJUNI MINN SPETTUR

1.   Ir-rekwiżiti tal-konformità għandhom jitqiesu ssodisfati minn perspettiva fotometrika, ġeometrika, viżwali u elettrika jekk jintlaħqu t-tolleranzi speċifikati għal sorsi tad-dawl tal-produzzjoni b'disċarġ tal-gass stipulati fl-iskeda tad-data rilevanti tal-Anness 1 u l-iskeda tad-data rilevanti għall-kapep.

2.   Il-konformità ta' sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass prodotti fi kwantitajiet kbar m'għandhiex tiġi kkontestata jekk ir-riżultati jaqblu mal-paragrafu 5 ta' dan l-Anness.

3.   Il-konformità għandha tiġi kkontestata u l-manifattur mitlub jagħmel mezz biex il-produzzjoni tissodisfa r-rekwiżiti jekk ir-riżultati ma jkunux jaqblu mal-paragrafu 5 ta' dan l-Anness.

4.   Jekk il-paragrafu 3 ta' dan l-Anness jiġi applikat, kampjun addizzjonali ta' 250 sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass, magħżula b'mod aleatorju minn produzzjoni riċenti, għandu jittieħed fi żmien xahrejn.

5.   Il-konformità approvata jew diżapprovata għandha tiġi deċiża skont il-valuri fit-tabella. Għal kull ragruppament ta' karatteristiċi, is-sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass għandhom jiġu jew aċċettati jew rifjutati skont il-valuri indikati fit-tabella (1).

Kampjun

1 fil-mija (*1)

6,5 fil-mija (*1)

Aċċetta

Irrifjuta

Aċċetta

Irrifjuta

Id-daqs tal-ewwel kampjun: 125

2

5

11

16

Jekk l-għadd ta' unitajiet li ma jikkonformawx ikun ikbar minn 2 (11) u inqas minn 5 (16), ħu kampjun ieħor ta' daqs 125 u evalwa l-250

6

7

26

27


(1)  L-iskema proposta hija mfassla biex tivvaluta l-konformità tas-sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass għal livell ta'aċċettazzjoni ta' nuqqas ta' konformità ta' 1 fil-mija u 6,5 fil-mija rispettivament u hija bbażata fuq id-Double Sampling Plan for Normal Inspection fil-Pubblikazzjoni IEC 60410: Sampling Plans and Procedures for Inspection by Attributes (Pjanijiet u Proċeduri ta' Teħid ta' Kampjuni għal Spezzjonar skont l-Attributi).

(*1)  Is-sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass għandhom jiġu spezzjonati, filwaqt li r-riżultati tal-ittestjar għandhom jiġu irreġistrati skont ir-raggruppament tal-karatteristiċi kif elenkat fit-Tabella 1 tal-Anness 7 ta' dan ir-Regolament.


17.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/63


It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett ġuridiku skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aktar verżjoni reċenti tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Ir-Regolament Nru 128 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' sorsi tad-dawl b'dijodu li jemetti d-dawl (LED) għall-użu f'unitajiet ta' fanali approvati ta' vetturi motorizzati u tat-trejlers tagħhom [2018/1998]

Li jinkorpora t-test validu kollu sa:

Is-Suppliment 7 għall-verżjoni oriġinali tar-Regolament — Data tad-dħul fis-seħħ: 16 ta' Ottubru 2018

WERREJ

REGOLAMENT

1.

Kamp ta' applikazzjoni

2.

Dispożizzjonijiet amministrattivi

3.

Rekwiżiti tekniċi

4.

Il-konformità tal-produzzjoni

5.

Penali għal nuqqas ta' konformità tal-produzzjoni

6.

Produzzjoni mwaqqfa b'mod definittiv

7.

Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

ANNESSI

1.

Skedi għal sorsi tad-dawl LED

2.

Komunikazzjoni

3.

Eżempju tal-arranġament tal-marka ta' approvazzjoni

4.

Metodu tal-kejl tal-karatteristiċi elettriċi u fotometriċi

5.

Rekwiżiti minimi għall-proċeduri ta' kwalità mill-manifattur

6.

Teħid ta' kampjuni u livelli ta' konformità għar-rekords tat-testijiet tal-manifattur

7.

Rekwiżiti minimi għall-verifiki fuq il-post mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip

8.

Konformità approvata permezz ta' verifika fuq il-post

9.

Metodu għall-kejl tal-kuntrast tal-luminanza u l-uniformità tal-luminanza taż-żona li temetti d-dawl

1.   KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Dan ir-Regolament japplika għas-sorsi tad-dawl LED imsemmija fl-Anness 1 u li huma maħsuba għall-użu f'fanali approvati ta' vetturi motorizzati u tat-trejlers tagħhom.

2.   DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI

2.1.   Definizzjonijiet

2.1.1.   Definizzjoni ta' “kategorija”

It-terminu “kategorija” jintuża f'dan ir-Regolament biex jiddeskrivi d-disinn bażiku ta' sorsi tad-dawl LED standardizzati. Kull kategorija għandha deżinjazzjoni speċifika, bħal pereżempju: “LW1”, “LY2”, “LR2”.

2.1.2.   Definizzjoni ta' “tip”

Sorsi tad-dawl LED ta' “tipi” differenti huma sorsi tad-dawl LED fl-istess kategorija li jvarjaw f'xi aspetti essenzjali bħal:

2.1.2.1.

L-isem jew il-marka kummerċjali;

Sorsi tad-dawl LED li jkollhom l-istess isem jew marka kummerċjali iżda prodotti minn manifatturi differenti jitqiesu li huma ta' tipi differenti. Sorsi tad-dawl LED prodotti mill-istess manifattur li jvarjaw biss fl-isem jew fil-marka kummerċjali jistgħu jitqiesu li huma tal-istess tip;

2.1.2.2.

Id-disinn tas-sors tad-dawl, meta dawn id-differenzi jaffettwaw ir-riżultati ottiċi;

2.1.2.3.

Voltaġġ ikkalkulat.

2.2.   Applikazzjoni għall-approvazzjoni

2.2.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha tiġi sottomessa mill-proprjetarju tal-isem jew tal-marka kummerċjali, jew mir-rappreżentant debitament akkreditat tiegħu.

2.2.2.   Kull applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha jkollha magħha (ara wkoll il-paragrafu 2.4.2):

2.2.2.1.

Tliet kopji tad-disinji ddettaljati biżżejjed biex jippermettu l-identifikazzjoni tat-tip;

2.2.2.2.

Deskrizzjoni teknika qasira;

2.2.2.3.

Ħames kampjuni;

2.2.3.   Fil-każ ta' tip ta' sorsi tad-dawl LED li jvarjaw biss fl-isem jew fil-marka kummerċjali minn tip li jkun diġà ġie approvat għandu jkun biżżejjed li wieħed jissottometti:

2.2.3.1.

Dikjarazzjoni mill-manifattur li t-tip sottomess

(a)

Huwa l-istess bħal (għajr l-isem jew il-marka kummerċjali), u

(b)

Ġie prodott mill-istess manifattur, bħat-tip diġà approvat, b'tal-aħħar identifikat bil-kodiċi ta' approvazzjoni tiegħu.

2.2.3.2.

Żewġ kampjuni li jkollhom l-isem kummerċjali l-ġdid jew il-marka kummerċjali l-ġdida.

2.2.4.   L-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-eżistenza ta' arranġamenti sodisfaċenti biex jiġu żgurati kontrolli effettivi dwar il-konformità tal-produzzjoni qabel ma tingħata approvazzjoni tat-tip.

2.3.   Iskrizzjonijiet

2.3.1.   Sorsi tad-dawl LED sottomessi għall-approvazzjoni għandu jkollhom fuq il-kappa:

2.3.1.1.

L-isem jew il-marka kummerċjali tal-applikant;

2.3.1.2.

Il-voltaġġ nominali;

2.3.1.3.

Id-deiżinjazzjoni tal-kategorija rilevanti;

2.3.1.4.

Spazju ta' daqs biżżejjed biex fih toqgħod il-marka ta' approvazzjoni.

2.3.2.   L-ispazju msemmi fil-paragrafu 2.3.1.4 ta' hawn fuq għandu jiġi indikat fid-disinni li jakkumpanjaw l-applikazzjoni għall-approvazzjoni.

2.3.3.   Skrizzjonijiet għajr dawk koperti mill-paragrafi 2.3.1 u 2.4.4 jistgħu jitwaħħlu, bil-kondizzjoni li ma jaffettwawx b'mod avvers il-karatteristiċi luminużi.

2.4.   Approvazzjoni

2.4.1.   Jekk il-kampjuni kollha ta' tip ta' sors tad-dawl LED li jiġu sottomessi skont il-paragrafi 2.2.2.3 jew 2.2.3.2 ta' hawn fuq jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, l-approvazzjoni għandha tingħata.

2.4.2.   Kodiċi ta' approvazzjoni għandu jiġi assenjat lil kull tip approvat. L-ewwel ċifra tiegħu għandha tindika s-serje ta' emendi fiż-żmien tal-ħruġ tal-approvazzjoni.

Din tiġi segwita minn kodiċi ta' identifikazzjoni li jkun magħmul minn mhux iktar minn tliet karattri. Għandhom jintużaw biss dawn in-numri Għarab u l-ittri kapitali:

“0 1 2 3 4 5 6 7 8 9 A B C D E F G H J K L M N P R S T U V W X Y Z”.

L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess kodiċi lil tip ieħor ta' sorsi tad-dawl LED.

2.4.3.   In-notifika tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni jew ta' produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta' tip ta' sorsi tad-dawl LED skont dan ir-Regolament għandha tiġi kkomunikata lill-Partijiet tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola konformi mal-mudell fl-Anness 2 ta' dan ir-Regolament u permezz ta' disinn, ipprovduti mill-applikant għall-approvazzjoni f'format li ma jkunx akbar minn dak ta' A4 (210 × 297 mm) u fuq skala ta' mill-inqas 2: 1.

2.4.4.   Ma' kull sors tad-dawl LED li jikkonforma ma' tip approvat skont dan ir-Regolament għandha titwaħħal fl-ispazju msemmi fil-paragrafu 2.3.1.4, minbarra l-iskrizzjonijiet meħtieġa skont il-paragrafu 2.3.1, marka ta' approvazzjoni internazzjonali magħmula minn:

2.4.4.1.

Ċirku maqtugħ li jdawwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (1);

2.4.4.2.

Il-kodiċi ta' approvazzjoni, imqiegħed qrib iċ-ċirku maqtugħ.

2.4.5.   Jekk l-applikant ikun kiseb l-istess kodiċi ta' approvazzjoni għal diversi ismijiet jew marki kummerċjali, wieħed jew iktar minn wieħed minnhom ikun biżżejjed biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafu 2.3.1.1.

2.4.6.   Il-marki u l-iskrizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 2.3.1 u 2.4.4 għandhom ikunu jistgħu jinqraw b'mod ċar u ma jkunux jistgħux jitħassru.

2.4.7.   L-Anness 3 ta' dan ir-Regolament jagħti eżempju ta' arranġament tal-marka ta' approvazzjoni.

3.   REKWIŻITI TEKNIĊI

3.1.   Definizzjonijiet

Japplikaw id-definizzjonijiet mogħtija fir-Riżoluzzjoni R.E.5 jew ir-reviżjonijiet sussegwenti tagħha, applikabbli fil-ħin tal-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip.

3.2.   Speċifikazzjonijiet ġenerali

3.2.1.   Kull kampjun għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament.

3.2.2.   Is-sorsi tad-dawl LED għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li jkunu u jibqgħu jaħdmu sew waqt l-użu normali tagħhom. Barra minn hekk m'għandu jkollhom l-ebda difett fid-disinn jew fil-manifattura.

3.2.3.   Is-sorsi tad-dawl LED m'għandu jkollhom l-ebda grif jew tikek fuq is-superfiċje ottika tagħhom li jistgħu jnaqqsu mill-effiċjenza u mill-prestazzjoni ottika tagħhom. Dan għandu jiġi vverifikat meta jinbeda l-ittestjar tal-approvazzjoni u meta jkun meħtieġ fil-paragrafi rispettivi f'dan ir-Regolament.

3.2.4.   Is-sorsi tad-dawl LED għandhom ikunu mgħammra b'kapep standard li jikkonformaw mal-iskedi ta' data tal-kapep tal-Pubblikazzjoni tal-IEC Nru 60061, kif speċifikat fuq l-iskeda ta' data individwali fl-Anness 1.

3.2.5.   Il-kappa għandha tkun imwaħħla sew u b'mod sod mal-bqija tas-sors tad-dawl LED.

3.2.6.   Sabiex ikun aċċertat jekk is-sorsi tad-dawl LED jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-paragrafi 3.2.3 sa 3.2.5 ta' hawn fuq, għandha ssir spezzjoni viżwali, jew verifika tal-qisien u fejn meħtieġ, immuntar bi prova fil-ħowlder kif speċifikat fil-pubblikazzjoni tal-IEC Nru 60061.

3.2.7.   Il-ġunzjoni(jiet) ta' stat solidu u possibbilment wieħed jew aktar elementi għal konverżjoni bbażata fuq fluworexxenza għandha(hom) tkun(ikunu) l-uniku(uniċi) element(i) tas-sors tad-dawl LED li jiġġenera(jiġġeneraw) u jemetti(jemettu) d-dawl meta jingħata(jingħataw) enerġija.

3.3.   Testijiet

3.3.1.   L-ewwel, is-sorsi tad-dawl LED għandhom jitqaddmu bil-voltaġġ tat-test tagħhom għal tal-anqas tmienja u erbgħin siegħa. Għal sorsi tad-dawl LED multifunzjonali, kull funzjoni għandha titqaddem separatament.

3.3.2.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, il-kejl elettriku u fotometriku għandu jsir bil-voltaġġ(i) tat-test rilevanti.

3.3.3.   Il-kejl elettriku kif speċifikat fl-Anness 4 għandu jsir, mill-inqas, bi strumenti ta' klassi 0.2 (0,2 fil-mija ta' preċiżjoni fuq l-iskala kollha).

3.4.   Il-pożizzjoni u d-dimensjonijiet taż-żona li temetti d-dawl

3.4.1.   Il-pożizzjoni u d-dimensjonijiet taż-żona li temetti d-dawl għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kif mogħtija fl-iskeda ta' data rilevanti tal-Anness 1.

3.4.2.   Il-kejl għandu jsir wara t-tiqdim tas-sors tad-dawl LED skont il-paragrafu 3.3.1.

3.5.   Fluss tal-luminożità

3.5.1.   Meta mkejjel skont il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Anness 4, il-fluss luminuż għandu jkun fil-limiti mogħtija fl-iskeda ta' data rilevanti tal-Anness 1.

3.5.2.   Il-kejl għandu jsir wara t-tiqdim tas-sors tad-dawl LED skont il-paragrafu 3.3.1.

3.6.   Distribuzzjoni tal-intensità luminuża normalizzata/distribuzzjoni tal-fluss luminuż kumulattiv

3.6.1.   Meta mkejjel skont il-kondizzjonijiet tal-ittestjar speċifikati fl-Anness 4 ta' dan ir-Regolament, id-distribuzzjoni tal-intensità luminuża normalizzata u/jew id-distribuzzjoni tal-fluss luminuż kumulattiv għandha tkun fil-limiti stabbiliti fl-iskeda ta' data rilevanti tal-Anness 1.

3.6.2.   Il-kejl għandu jsir wara t-tiqdim tas-sors tad-dawl LED skont il-paragrafu 3.3.1.

3.7.   Kulur

3.7.1.   Il-kulur tad-dawl emess mis-sorsi tad-dawl LED għandu jiġi speċifikat fl-iskeda ta' data rilevanti. Id-definizzjonijiet tal-kulur tad-dawl emess, mogħtija fir-Regolament Nru 48 u fis-serje ta' emendi tiegħu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip għandhom japplikaw għal dan ir-Regolament.

3.7.2.   Il-kulur tad-dawl emess għandu jitkejjel bil-metodu speċifikat fl-Anness 4. Il-valur intergrali mkejjel tal-koordinati tal-kromatiċità għandu jkun fi ħdan ż-żona ta' kromatiċità meħtieġa.

3.7.2.1.   Barra minn hekk, fil-każ ta' sorsi tad-dawl LED li jemettu d-dawl abjad u għall-użu f'apparat ta' dawl 'il quddiem, il-kulur għandu jitkejjel bl-istess direzzjonijiet fejn id-distribuzzjoni ta' intensità luminuża tiġi speċifikata fl-iskeda ta' data rilevanti, iżda biss meta l-intensità luminuża minima speċifikata tkun aktar minn 50 cd/klm. Kull valur imkejjel tal-koordinati tal-kromatiċità għandu jkun f'żona ta' tolleranza ta' 0,025 unità fid-direzzjoni x u 0,050 unità fid-direzzjoni y, li jkun jinkludi l-valur integrali mkejjel. Il-valur imkejjel fid-direzzjoni tal-intensità luminuża massima u l-valuri kollha mkejla għal sors tad-dawl LED standard (étalon) għandhom ikunu wkoll fi ħdan iż-żona ta' kromatiċità meħtieġa għal dawl abjad.

3.7.3.   Barra minn hekk, fil-każ ta' sorsi tad-dawl LED li jemettu dawl abjad, il-kontenut minimu ta' aħmar tad-dawl għandu jkun tali li:

Formula

fejn:

Ee(λ)

(unità: W)

hija d-distribuzzjoni spettrali tal-irradjanza;

V(λ)

(unità: 1)

hija l-effiċjenza luminuża spettrali;

λ

(unità: nm)

hija t-tul tal-mewġa (wavelength).

Dan il-valur għandu jiġi kkalkulat billi jintużaw intervalli ta' nanometru wieħed.

3.8.   Radjazzjoni UV

Ir-radjazzjoni UV tas-sors tad-dawl LED għandha tkun tali li s-sors tad-dawl LED ikun tat-tip b'radjazzjoni UV baxxa konformi ma':

Formula

fejn:

S(λ)(unità: 1)

hija l-funzjoni ta' ponderazzjoni spettrali;

km = 683 lm/W

huwa l-valur massimu tal-effiċjenza luminuża tar-radjazzjoni.

(Għal definizzjonijiet ta' simboli oħra ara l-paragrafu 3.7.3 ta' hawn fuq)

Dan il-valur għandu jiġi kkalkulat billi jintużaw intervalli ta' nanometru wieħed. Ir-radjazzjoni UV għandha tiġi ponderata abbażi tal-valuri indikati fit-Tabella ta' hawn taħt:

λ

S(λ)

λ

S(λ)

λ

S(λ)

250

0,430

305

0,060

355

0,00016

255

0,520

310

0,015

360

0,00013

260

0,650

315

0,003

365

0,00011

265

0,810

320

0,001

370

0,00009

270

1,000

325

0,00050

375

0,000077

275

0,960

330

0,00041

380

0,000064

280

0,880

335

0,00034

385

0,000053

285

0,770

340

0,00028

390

0,000044

290

0,640

345

0,00024

395

0,000036

295

0,540

350

0,00020

400

0,000030

300

0,300

 

 

 

 

Nota: Valuri skont il-“Linji Gwida IRPA/INIRC dwar il-limiti tal-esponiment għar-radjazzjoni ultravjola”. It-tul tal-mewġa (f'nanometri) magħżula huma rappreżentattivi; valuri oħra għandhom jiġu interpolati.

3.9.   Sorsi tad-dawl LED standard

Rekwiżiti addizzjonali għal sorsi tad-dawl LED standard (étalon) huma mogħtija fl-iskedi ta' data rilevanti tal-Anness 1.

3.10.   Temperatura massima tat-test

F'każ li tiġi speċifikata temperatura massima tat-test fuq l-iskeda ta' data rilevanti tal-Anness 1, japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

3.10.1.

Meta mkejla skont il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Anness 4, paragrafu 5.

(a)

Il-valuri tal-fluss luminuż f'temperaturi elevati għandhom ikunu fil-limiti mogħtija fl-iskeda ta' data rilevanti tal-Anness 1; u

(b)

Il-varjazzjoni tal-kulur m'għandhiex tkun aktar minn 0,010.

3.10.2.

Wara li titlesta l-proċedura tal-kejl kif deskritt fil-paragrafu 3.10.1, is-sors tad-dawl LED għandu jitħaddem b'mod kontinwu matul 1 000 siegħa fil-voltaġġ(i) tat-test rilevanti; u

(a)

F'każ ta' heatsink integrat f'temperatura ambjentali li tikkorrispondi għat-temperatura massima tat-test kif speċifikat fl-iskeda ta' data rilevanti tal-Anness 1;

(b)

F'każ ta' punt Tb speċifikat f'valur Tb li jikkorrispondi għat-temperatura tat-test massima kif speċifikat fl-iskeda ta' data rilevanti tal-Anness 1.

3.10.3.

Wara li titlesta l-proċedura kif previst fil-paragrafu 3.10.2, meta mkejla skont il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Anness 4, paragrafu 5:

(a)

Il-valuri tal-fluss luminuż f'temperaturi elevati m'għandhomx jiddevjaw b'aktar minn ± 10 fil-mija mill-valuri korrispondenti tal-kampjun individwali mkejla skont il-paragrafu 3.10.1; u

(b)

Il-varjazzjoni tal-kulur m'għandhiex tiddevja mill-valuri korrispondenti tal-kampjun individwali mkejla skont il-paragrafu 3.10.1 b'aktara minn ± 0,010.

3.10.4.

Wara li titlesta l-proċedura tal-kejl kif preskritt mill-paragrafu 3.10.3, ir-rekwiżiti fi 3.2.3 għandhom jerġgħu jiġu vverifikati.

3.11.   Sorsi tad-dawl LED mingħajr restrizzjonijiet ġenerali

3.11.1.   Karatteristiċi taż-żona li temetti d-dawl

Id-daqs u l-pożizzjoni tal-kaxxa emittenti nominali kif ukoll il-ġenb (ġnub) taż-żona li temetti d-dawl li huma kapaċi jiġġeneraw il-cut-off huma speċifikati fl-iskeda ta' data rilevanti tal-Anness 1.

Il-valuri tal-karatteristiċi li ġejjin għandhom jiġu determinati bl-użu tal-metodu deskritt fl-Anness 9.

(a)

Kuntrast ta' luminanza;

(b)

Daqs u pożizzjoni taż-żona 1a u taż-żona 1b;

(c)

Proporzjon tal-wiċċ R0,1 u R0,7

(d)

Valur ta' devjazzjoni massima ΔL.

3.11.2.   Kuntrast ta' luminanza taż-żona li temetti d-dawl

3.11.2.1.   Il-valur(i) tal-kuntrast ta' luminanza taż-żona li temetti d-dawl għandhom ikunu fil-limiti mogħtija fuq l-iskeda ta' data rilevanti tal-Anness 1.

3.11.2.2.   F'każ li fuq l-iskeda ta' data ta' sigurtà rilevanti tiġi speċifikata biss naħa waħda taż-żona li temetti d-dawl bħala li tiġġenera l-cut-off, iż-żona 1b għandu jkollha pożizzjoni aktar qrib tan-naħa korrispondenti taż-żona 1a milli n-naħa opposta.

3.11.3.   Uniformità ta' luminanza taż-żona li temetti d-dawl

3.11.3.1.   L-erja taż-żona 1a (żona li temetti d-dawl) għandha tkun fil-kaxxa emittenti nominali kif speċifikat fl-iskeda ta' data rilevanti tal-Anness 1, u d-daqs taż-żona li temetti d-dawl għandha tkun fil-limiti mogħtija fuq l-iskeda ta' data rilevanti tal-Anness 1.

3.11.3.2.   Il-valur ta' R0,1 għandu jkun fil-limiti mogħtija fuq l-iskeda ta' data rilevanti tal-Anness 1.

3.11.3.3.   Il-valur ta' R0,7 għandu jkun fil-limiti mogħtija fuq l-iskeda ta' data rilevanti tal-Anness 1.

3.11.3.4.   Id-devjazzjoni tal-luminanza ΔL m'għandhiex tkun aktar minn ± 20 fil-mija.

4.   IL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

4.1.   Is-sorsi tad-dawl LED approvati skont dan ir-Regolament għandhom ikunu manifatturati b'tali mod li jikkonformaw mat-tip approvat billi jissodisfaw l-iskrizzjonijiet u r-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fil-paragrafu 3 ta' hawn fuq u fl-Annessi 1, 4 u 5 ta' dan ir-Regolament.

4.2.   Sabiex jiġi vverifikat li r-rekwiżiti tal-paragrafu 4.1 jiġu ssodisfati, għandhom isiru kontrolli adegwati tal-produzzjoni.

4.3.   Id-detentur tal-approvazzjoni għandu b'mod partikolari:

4.3.1.

Jassigura l-eżistenza ta' proċeduri għall-kontroll effettiv tal-kwalità tal-prodotti,

4.3.2.

Ikollu aċċess għat-tagħmir ta' kontroll meħtieġ għall-verifika tal-konformità ma' kull tip approvat;

4.3.3.

Jiżgura li d-data tar-riżultati tat-testijiet tiġi rreġistrata u li d-dokumenti relatati jibqgħu disponibbli għal perjodu li għandu jkun determinat bi ftehim mal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip;

4.3.4.

Janalizza r-riżultati ta' kull tip ta' test, filwaqt li japplika l-kriterji tal-Anness 6, sabiex jivverifika u jiżgura l-istabbilità tal-karatteristiċi tal-prodott filwaqt li jiġu permessi varjazzjonijiet fil-proċess tal-produzzjoni industrijali,

4.3.5.

Jiżgura li għal kull tip ta' sors tad-dawl LED, mill-inqas jitwettqu t-testijiet preskritti fl-Anness 5 ta' dan ir-Regolament,

4.3.6.

Jiżgura li kull ġbir ta' kampjuni li jagħti evidenza ta' nuqqas ta' konformità mat-tip ta' test ikkunsidrat jagħti lok għat-teħid ta' kampjun ieħor u għal test ieħor. Għandhom jittieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex terġa' tiġi stabbilita l-konformità tal-produzzjoni korrispondenti.

4.4.   L-awtorità kompetenti li tat l-approvazzjoni tat-tip tista', meta jidhrilha, tivverifika l-metodi ta' kontroll tal-konformità applikabbli għal kull unità ta' produzzjoni.

4.4.1.   F'kull spezzjoni, il-kotba tat-testijiet u r-reġistri tal-istħarriġ tal-produzzjoni għandhom jiġu preżentati lill-ispettur waqt iż-żjara tiegħu.

4.4.2.   L-ispettur jista' jieħu kampjuni b'mod aleatorju li wara jiġu ttestjati fil-laboratorju tal-manifattur. L-għadd minimu ta' kampjuni jista' jiġi stabbilit skont ir-riżultati tal-verifika tal-manifattur stess.

4.4.3.   Meta l-livell tal-kwalità ma jidhirx sodisfaċenti jew meta jkun jidher li hemm bżonn li tiġi vverifikata l-validità tat-testijiet li jkunu saru skont il-paragrafu 4.4.2 ta' hawn fuq, l-ispettur għandu jagħżel il-kampjuni li għandhom jintbagħtu lis-servizz tekniku li jkun wettaq it-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip.

4.4.4.   L-awtorità kompetenti tista' twettaq kwalunkwe test preskritt f'dan ir-Regolament. Meta l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li twettaq verifiki ta' kampjunar b'mod aleatorju, il-kriterji tal-Annessi 7 u 8 ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu applikati.

4.4.5.   Il-frekwenza normali ta' spezzjonijiet awtorizzati mill-awtorità kompetenti għandha tkun ta' darba kull sentejn. Fil-każ fejn riżultati negattivi jiġu rreġistrati f'waħda minn dawn iż-żjarat, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li jittieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid il-konformità tal-produzzjoni malajr kemm jista' jkun.

5.   PENALI GĦAL NUQQAS TA' KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

5.1.   L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta' sors tad-dawl LED skont dan ir-Regolament tista' tiġi rtirata jekk ma jiġux issodisfati r-rekwiżiti jew jekk is-sors tad-dawl LED li jkollu l-marka ta' approvazzjoni ma jkunx konformi mat-tip approvat.

5.2.   Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat preċedentement, minnufih għandha tinnotifika b'dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħrajn għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2 ta' dan ir-Regolament.

6.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għalkollox il-manifattura ta' tip ta' sors tad-dawl LED approvat skont dan ir-Regolament, huwa għandu jgħarraf b'dan lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-Awtorità għandha tavża b'dan lill-Partijiet l-oħrajn għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 2 ta' dan ir-Regolament.

7.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI GĦAT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAL-AWTORITAJIET GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

Il-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni jew ta' produzzjoni mwaqqfa għalkollox maħruġa f'pajjiżi oħrajn.


(1)  Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3.), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2, para. 2


ANNESS 1

SKEDI (1) GĦAL SORSI TAD-DAWL LED

L-iskedi tal-kategorija tas-sors tad-dawl LED rilevanti u l-grupp li fiha hija elenkata din il-kategorija b'restrizzjonijiet fuq l-użu ta' din il-kategorija għandhom japplikaw kif inkorporat fir-Riżoluzzjoni R.E.5 jew fir-reviżjonijiet sussegwenti tagħha, applikabbli fil-ħin tal-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tas-sors tad-dawl LED.


(1)  Mit-22 ta' Ġunju 2017 'il quddiem, l-iskedi għal sorsi tad-dawl LED, il-lista u grupp ta' kategoriji tas-sors tad-dawl b'restrizzjonijiet fuq l-użu ta' din il-kategorija u n-numri tal-iskeda tagħhom huma inkorporati fir-Riżoluzzjoni R.E.5 bis-simbolu ECE/TRANS/WP.29/2016/111.


ANNESS 2

Image Test ta 'immaġni

ANNESS 3

EŻEMPJU TAL-ARRANĠAMENT TAL-MARKA TA' APPROVAZZJONI

(ara l-paragrafu 2.4.4)

Image

Din il-marka ta' approvazzjoni msemmija hawn fuq imwaħħla ma' sors tad-dawl LED tindika li s-sors tad-dawl ġie approvat fir-Renju Unit (E11) bil-kodiċi ta' approvazzjoni 0A01. L-ewwel karattru tal-kodiċi ta' approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 128 (*1) fil-forma oriġinali tiegħu.


(*1)  Mhumiex meħtieġa bidliet fin-numru tal-approvazzjoni.


ANNESS 4

METODU TAL-KEJL TAL-KARATTERISTIĊI ELETTRIĊI U FOTOMETRIĊI

Is-sorsi tad-dawl LED tal-kategoriji kollha li jkollhom heatsink integrat għandhom jitkejlu f'temperatura ambjentali ta' (23 ± 2) °Ċ f'arja wieqfa. Għal dan il-kejl, għandu jinżamm l-ispazju ta' arja libera minimu kif definit fl-iskedi ta' data.

Is-sorsi tad-dawl LED tal-kategoriji kollha b'definizzjoni ta' temperatura Tb għandhom jitkejlu billi l-punt Tb jiġi stabbilizzat fit-temperatura speċifika definita fuq l-iskeda ta' data tal-kategorija.

F'każ li tiġi speċifikata temperatura tat-test massima fl-iskeda ta' data rilevanti tal-Anness 1, għandhom jittieħdu miżuri addizzjonali f'temperaturi elevati skont il-metodu deskritt fil-paragrafu 5 ta' dan l-anness.

1.   FLUSS TAL-LUMINOŻITÀ

1.1.   Għandu jsir kejl tal-fluss luminuż bl-użu ta' metodu ta' integrazzjoni

(a)

Fil-każ ta' heatsink integrat wara minuta u wara 30 minuta ta' tħaddim, jew

(b)

Wara li t-temperatura tiġi stabbilizata fil-punt Tb.

1.2.   Il-valuri tal-fluss luminuż, kif imkejla wara

(a)

30 minuta, jew

(b)

L-istabilizzazzjoni tat-temperatura Tb

għandha tkun konformi mar-rekwiżiti minimi u massimi.

Fil-każ ta' (a), sakemm ma jiġix speċifikat b'mod ieħor fuq l-iskeda ta' data, dan il-valur għandu jkun bejn 100 fil-mija u 80 fil-mija tal-valur imkejjel wara minuta.

1.3.   Il-kejl irid jitwettaq bil-voltaġġ tat-test rilevanti u bil-valuri minimi u massimi tal-medda ta' voltaġġ rilevanti. Sakemm ma jkunx speċifikat b'mod aktar rigoruż fl-iskeda ta' data, id-devjazzjoni tal-fluss luminuż li ġejja ma għandhiex tkun akbar minn dawn il-limiti tal-intervall ta' tolleranza.

Voltaġġ nominali

Voltaġġ min

Voltaġġ massimu

6

6,0

7,0

12

12,0

14,0

24

24,0

28,0

Tolleranza tal-fluss luminuż korrispondenti (*1)

± 30 %

± 15 %

2.   INTENSITÀ LUMINUŻA NORMALIZZATA/FLUSS LUMINUŻ KUMULATTIV

2.1.   Il-kejl tal-intensità luminuża għandu jinbeda

(a)

Fil-każ ta' heatsink integrat, wara 30 minuta ta' tħaddim; jew

(b)

F'każ ta' punt Tb, speċifikat fl-iskeda ta' data rilevanti, wara stabbilizzazzjoni tat-temperatura f'dan il-punt Tb.

2.2.   Il-kejl irid jitwettaq bil-voltaġġ tat-test rilevanti.

2.3.   L-intensità luminuża normalizzata ta' kampjun tat-test tiġi kkalkulata billi d-distribuzzjoni tal-intensità luminuża kif imkejla skont il-paragrafu 2.1 u 2.2 ta' dan l-anness tiġi diviża bil-fluss luminuż kif iddeterminat skont il-paragrafu 1.2 ta' dan l-anness.

2.4.   Il-fluss luminuż kumulattiv ta' kampjun tat-test jiġi kkalkulat skont il-pubblikazzjoni tas-CIE Nru 84-1989, taqsima 4.3 bl-integrazzjoni tal-valuri tal-intensità luminuża kif imkejla skont il-paragrafi 2.1 u 2.2 f'kon li jinkludi fih angolu solidu.

3.   KULUR

Il-kulur tad-dawl emess kif imkejjel bl-istess kondizzjonijiet bħal dawk deskritti fil-paragrafu 1.1 ta' dan l-anness għandu jkun fil-limiti tal-kulur meħtieġa.

4.   KONSUM TAL-ENERĠIJA

4.1.   Il-kejl tal-konsum tal-enerġija għandu jsir bl-istess kondizzjonijiet bħal dawk deskritti fil-paragrafu 1.1 ta' dan l-anness bl-użu tar-rekwiżiti tal-paragrafu 3.3.3 ta' dan ir-Regolament.

4.2.   Il-kejl tal-konsum tal-enerġija għandu jsir bil-voltaġġ tat-test rilevanti.

4.3.   Il-valuri miksubin għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti minimi u massimi tal-iskeda ta' data rilevanti.

5.   IL-KEJL FOTOMETRIKU F'KAŻ LI TIĠI SPEĊIFIKATA TEMPERATURA MASSIMA TAT-TEST

5.1.   Temperatura u medda tat-temperatura

5.1.1.   Il-kejl fotometriku kif speċifikat fil-paragrafi 5.3, 5.4 u 5.5 għandu jsir f'temperaturi elevati T f'intervalli ta' mhux aktar minn 25 °C, filwaqt li s-sors tad-dawl LED jibqa' jitħaddem b'mod kontinwu.

5.1.1.1.   Fil-każ ta' sorsi tad-dawl LED ta' kategorija b'heatsink integrat, il-medda tat-temperatura hija definita mit-temperatura ambjentali ta' (23 ± 2) °C elevata sa u li tinkludi t-temperatura tat-test massima kif speċifikat fl-iskeda ta' data rilevanti tal-Anness 1, filwaqt li l-ispazju ta' arja libera minima kif definit fl-iskeda ta' data rilevanti għandu jinżamm u wieħed għandu jistenna għal perjodu ta' 30 minuta ta' tħaddim wara kull żieda fit-temperatura ambjentali.

5.1.1.2.   F'każ ta' sorsi tad-dawl LED ta' kategorija, li għalihom hemm temperatura Tb speċifikata, il-medda tat-temperatura hija definita bit-temperatura Tb speċifikata fl-iskeda ta' data rilevanti elevata sa u li tinkludi t-temperatura tat-test massima kif speċifikata fl-iskeda ta' data rilevanti tal-Anness 1, filwaqt li t-temperatura fil-punt Tb hija stabbilizzata qabel kull kejl.

5.2.   Voltaġġ

Il-kejl irid jitwettaq bil-voltaġġ tat-test rilevanti.

5.3.   Direzzjoni tal-kejl tal-intensità luminuża u tal-koordinati tal-kulur

Il-valuri kollha tal-intensità luminuża u tal-koordinati tal-kulur fil-medda tat-temperatura kif speċifikata fil-paragrafu 5.1 jistgħu jitkejlu f'direzzjoni waħda unika. Din id-direzzjoni għandha tkun tali li l-intesità luminuża tkun aktar minn 20 cd għall-kejl kollu.

5.4.   Valuri tal-fluss luminuż f'temperaturi elevati

Il-valuri tal-fluss luminuż f'temperaturi T elevati fil-medda kif speċifikat fil-paragrafu 5.1 jistgħu jiġu kkalkulati billi jiġi kkoreġut il-valur tal-fluss luminuż kif imkejjel skont il-paragrafu 1.2 ta' dan l-anness, bil-proporzjon tal-valuri tal-intensità luminuża kif deskritt fil-paragrafu 5.3 u l-valur tal-intensità luminuża mkejjel fi:

(a)

23 °C, f'każ ta' heatsink integrat;

(b)

Tb, f'każ li tiġi definita temperatura Tb.

5.5.   Varjazzjoni tal-kulur

Il-varjazzjoni tal-kulur hija d-devjazzjoni massima tal-punti kollha tal-kulur (mogħtija mill-koordinati tal-kromatiċità x, y) fit-temperaturi T elevati fil-medda kif speċifikat fil-paragrafu 5.1, mill-punt tal-kulur (x0, y0) fi:

(a)

23 °C, f'każ ta' heatsink integrat:

max{√[(x(T) – x0(23 °C))2 + (y(T) – y0(23 °C))2]};

(b)

Tb, f'każ li jiġi definit valur tat-temperatura Tb:

max{√[(x(T) – x0(Tb))2 + (y(T) – y0(Tb))2]}.


(*1)  Id-devjazzjoni massima tal-fluss luminuż fil-limiti ta' tolleranza tiġi kkalkulata permezz tal-fluss imkejjel bil-voltaġġ tat-test bħala referenza. Bejn il-voltaġġ tat-test u l-limiti tal-medda ta' voltaġġ, l-imġiba tal-fluss luminuż għandha tkun sostanzjalment uniformi.


ANNESS 5

REKWIŻITI MINIMI GĦALL-PROĊEDURI TAL-KONTROLL TAL-KWALITÀ MILL-MANIFATTUR

1.   ĠENERALI

Ir-rekwiżiti tal-konformità għandhom jiġu kkunsidrati ssodisfati mil-lat fotometriku, ġeometriku, viżiv u elettriku jekk jiġu rrispettati t-tolleranzi speċifikati għal sorsi tad-dawl LED tal-produzzjoni fl-iskeda ta' data rilevanti tal-Anness 1 u fl-iskeda ta' data rilevanti għall-kapep.

2.   REKWIŻITI MINIMI GĦALL-VERIFIKA TAL-KONFORMITÀ MILL-MANIFATTUR

Għal kull tip ta' sors tad-dawl LED, il-manifattur jew id-detentur tal-marka ta' approvazzjoni għandu jwettaq it-testijiet, skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, f'intervalli xierqa.

2.1.   In-natura tat-testijiet

It-testijiet tal-konformità ta' dawn l-ispeċifikazzjonijiet għandhom ikopru l-karatteristiċi fotometriċi, ġeometriċi u ottiċi tagħhom.

2.2.   Metodi użati fit-testijiet

2.2.1.   It-testijiet għandhom isiru ġeneralment skont il-metodi stipulati f'dan ir-Regolament.

2.2.2.   L-applikazzjoni tal-paragrafu 2.2.1 ta' dan l-Anness teħtieġ kalibrazzjoni regolari tal-apparat għat-testijiet u l-korrelazzjoni tiegħu mal-kejl li jsir minn awtorità kompetenti.

2.3.   Kif jittieħdu l-kampjuni

Il-kampjuni ta' sorsi tad-dawl LED għandhom jintgħażlu b'mod aleatorju mill-produzzjoni ta' lott uniformi. Lott uniformi jfisser sett ta' sorsi tad-dawl LED tal-istess tip, definit skont il-metodi tal-produzzjoni tal-manifattur.

2.4.   Karatteristiċi spezzjonati u rreġistrati

Is-sorsi tad-dawl LED għandhom jiġu spezzjonati u r-riżultati tat-test irreġistrati wara r-raggruppament tal-karatteristiċi kif jidher fl-Anness 6, Tabella 1.

2.5.   Il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabilità

Il-manifattur jew id-detentur tal-approvazzjoni huwa responsabbli għat-twettiq ta' studju statistiku tar-riżultati tat-test sabiex jiġu ssodisfati l-ispeċifikazzjonijiet stipulati għall-verifika tal-konformità tal-produzzjoni fil-paragrafu 4.1 ta' dan ir-Regolament.

Il-konformità tiġi żgurata jekk ma jinqabiżx il-livell tan-nuqqas ta' konformità aċċettabbli għal kull grupp ta' karatteristiċi mogħti fit-Tabella 1 tal-Anness 6. Dan ifisser li n-numru tas-sorsi tad-dawl LED li ma jikkonformawx mar-rekwiżit għal kwalunkwe raggruppar tal-karatteristiċi ta' kwalunkwe tip ta' sors tad-dawl LED ma jkunx ogħla mil-limiti ta' kwalifika fit-Tabelli rilevanti Nru 2, 3 jew 4 tal-Anness 6.

Nota: Kull rekwiżit individwali tas-sors tad-dawl LED għandu jiġi kkunsidrat bħala karatteristika.


ANNESS 6

TEĦID TA' KAMPJUNI U LIVELLI TA' KONFORMITÀ GĦAR-REKORDS TAT-TESTIJIET TAL-MANIFATTUR

Tabella 1

Karatteristiċi

Ragruppar tal-karatteristiċi

Raggruppar (*1) ta' rekords tat-test bejn tipi ta' sors tad-dawl LED

Kampjun minimu ta' 12-il xahar għal kull grupp (*1)

Livell aċċettabbli ta' nuqqas ta' konformità għal kull grupp ta' karatteristiċi (perċentwal)

Immarkar, leġibbiltà u durabbiltà

It-tipi kollha bl-istess dimensjonijiet esterni

315

1

Dimensjonijiet esterni tas-sors tad-dawl LED (eskluż kappa/bażi)

It-tipi kollha tal-istess kategorija

200

1

Dimensjonijiet tal-kapep u tal-bażijiet

It-tipi kollha tal-istess kategorija

200

6,5

Dimensjonijiet relatati mas-superfiċje ta' emissjoni ta' dawl u ma' elementi interni (*2)

Is-sorsi tad-dawl LED ta' tip wieħed kollha

200

6,5

Qari inizjali, enerġija, kulur u fluss luminuż (*2)

Is-sorsi tad-dawl LED ta' tip wieħed kollha

200

1

Distribuzzjoni tal-intensità luminuża normalizzata jew tal-fluss luminuż kumulattiv

Is-sorsi tad-dawl LED ta' tip wieħed kollha

20

6,5

Il-limiti kwalifikattivi għall-aċċettazzjoni bbażati fuq għadd differenti ta' riżultati tat-testijiet għal kull grupp ta' karatteristiċi huma elenkati fit-Tabella 2 bħala għadd massimu ta' nuqqas ta' konformità. Il-limiti huma bbażati fuq livell aċċettabbli ta' 1 fil-mija ta' nuqqas ta' konformità, jekk wieħed jassumi probabbiltà ta' aċċettazzjoni ta' mill-inqas 0,95.

Tabella 2

Numru ta' riżultati tal-ittestjar ta' kull karatteristika

Limiti tal-kwalifikazzjoni għall-aċċettazzjoni

20

0

21-50

1

51-80

2

81-125

3

126-200

5

201-260

6

261-315

7

316-370

8

371-435

9

436-500

10

501-570

11

571-645

12

646-720

13

721-800

14

801-860

15

861-920

16

921-990

17

991-1 060

18

1 061 -1 125

19

1 126 -1 190

20

1 191 -1 249

21

Il-limiti kwalifikattivi għall-aċċettazzjoni bbażati fuq għadd differenti ta' riżultati tat-testijiet għal kull grupp ta' karatteristiċi huma mniżżla fit-Tabella 3 bħala għadd massimu ta' nuqqas ta' konformità. Il-limiti huma bbażati fuq livell aċċettabbli ta' 6,5 fil-mija ta' nuqqas ta' konformità, jekk wieħed jassumi probabbiltà ta' aċċettazzjoni ta' mill-inqas 0,95.

Tabella 3

Numru ta' sorsi tad-dawl LED fir-rekords

Limitu tal-kwalifikazzjoni

Numru ta' sorsi tad-dawl LED fir-rekords

Limitu tal-kwalifikazzjoni

Numru ta' sorsi tad-dawl LED fir-rekords

Limitu tal-kwalifikazzjoni

20

3

500-512

44

881-893

72

21-32

5

513-526

45

894-907

73

33-50

7

527-540

46

908-920

74

51-80

10

541-553

47

921-934

75

81-125

14

554-567

48

935-948

76

126-200

21

568-580

49

949-961

77

201-213

22

581-594

50

962-975

78

214-227

23

595-608

51

976-988

79

228-240

24

609-621

52

989-1 002

80

241-254

25

622-635

53

1 003 -1 016

81

255-268

26

636-648

54

1 017 -1 029

82

269-281

27

649-662

55

1 030 -1 043

83

282-295

28

663-676

56

1 044 -1 056

84

296-308

29

677-689

57

1 057 -1 070

85

309-322

30

690-703

58

1 071 -1 084

86

323-336

31

704-716

59

1 085 -1 097

87

337-349

32

717-730

60

1 098 -1 111

88

350-363

33

731-744

61

1 112 -1 124

89

364-376

34

745-757

62

1 125 -1 138

90

377-390

35

758-771

63

1 139 -1 152

91

391-404

36

772-784

64

1 153 -1 165

92

405-417

37

785-798

65

1 166 -1 179

93

418-431

38

799-812

66

1 180 -1 192

94

432-444

39

813-825

67

1 193 -1 206

95

445-458

40

826-839

68

1 207 -1 220

96

459-472

41

840-852

69

1 221 -1 233

97

473-485

42

853-866

70

1 234 -1 249

98

486-499

43

867-880

71

 

 

Fit-Tabella 4 jidhru l-limiti kwalifikattivi għall-aċċettazzjoni, bħala perċentwal tar-riżultati, abbażi ta' numri differenti ta' riżultati tal-ittestjar għal kull grupp ta' karatteristiċi, bis-suppożizzjoni ta' probabbiltà ta' aċċettazzjoni ta' mill-inqas 0,95.

Tabella 4

Numru ta' riżultati tal-ittestjar ta' kull karatteristika

Limiti tal-kwalifikazzjoni mogħtija bħala perċentwal tar-riżultati.

Livell aċċettabbli ta' nuqqas ta' konformità ta' 1 %

Limiti tal-kwalifikazzjoni mogħtija bħala perċentwal tar-riżultati.

Livell aċċettabbli ta' nuqqas ta' konformità ta' 6,5 %

1 250

1,68

7,91

2 000

1,52

7,61

4 000

1,37

7,29

6 000

1,30

7,15

8 000

1,26

7,06

10 000

1,23

7,00

20 000

1,16

6,85

40 000

1,12

6,75

80 000

1,09

6,68

100 000

1,08

6,65

1 000 000

1,02

6,55


(*1)  L-evalwazzjoni għandha, b'mod ġenerali, tkopri sorsi tad-dawl LED prodotti f'sensiela minn fabbriki individwali. Manifattur jista' jiġbor flimkien rekords li jikkonċernaw l-istess tip minn bosta fabbriki, diment li dawn joperaw skont l-istess sistema ta' kwalità u ġestjoni tal-kwalità.

(*2)  F'każ li sors tad-dawl LED ikollu aktar minn funzjoni ta' tidwil waħda, ir-ragruppament tal-karatteristiċi (dimensjonijiet, qawwa, kulur u fluss luminuż) japplika għal kull element b'mod separat.


ANNESS 7

REKWIŻITI MINIMI GĦALL-VERIFIKI TA' KAMPJUNAR B'MOD ALEATORJU MILL-AWTORITÀ TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

1.   Ġenerali

Ir-rekwiżiti tal-konformità għandhom jiġu kkunsidrati ssodisfati mil-lat fotometriku, ġeometriku, viżiv u elettriku jekk jiġu rrispettati t-tolleranzi speċifikati għal sorsi tad-dawl LED tal-produzzjoni fl-iskeda ta' data rilevanti tal-Anness 1 u fl-iskeda ta' data rilevanti għall-kapep.

2.   Il-konformità tas-sorsi tad-dawl LED prodotti fi kwantità kbira ma għandhiex tiġi kkontestata jekk ir-riżultati jaqblu mal-Anness 8 ta' dan ir-Regolament.

3.   Jekk ir-riżultati ma jaqblux mal-Anness 8 ta' dan ir-Regolament, il-konformità għandha tiġi kkontestata u l-manifattur għandu jintalab iġib il-produzzjoni f'konformità mar-rekwiżiti.

4.   Jekk il-paragrafu 3 ta' dan l-Anness jiġi applikat, kampjun addizzjonali ta' 250 sors tad-dawl LED, magħżula b'mod aleatorju minn produzzjoni riċenti, għandu jittieħed fi żmien xahrejn.


ANNESS 8

KONFORMITÀ APPROVATA PERMEZZ TA' VERIFIKA TA' KAMPJUNAR B'MOD ALEATORJU

Il-konformità approvata jew diżapprovata għandha tiġi deċiża skont il-valuri fit-tabella. Għal kull grupp ta' karatteristiċi, is-sorsi tad-dawl LED għandhom jew jiġu aċċettati jew rifjutati abbażi tal-valuri fit-Tabella (1).

 

1 % (*1)

6,5 % (*1)

Aċċetta

Irrifjuta

Aċċetta

Irrifjuta

Id-daqs tal-ewwel kampjun: 125 unità

2

5

11

16

Jekk l-għadd ta' unitajiet li ma jikkonformawx ikun ikbar minn 2 (11) u inqas minn 5 (16), ħu tieni daqs ta' kampjun ta' 125 unità u evalwa l-250 unità

6

7

26

27


(1)  L-iskema proposta hija mfassla biex tevalwa l-konformità tas-sorsi tad-dawl LED għal livell ta' aċċettazzjoni ta' nuqqas ta' konformità ta' 1 fil-mija u 6,5 fil-mija rispettivament u hija bbażata fuq id-Double Sampling Plan for Normal Inspection fil-Pubblikazzjoni tal-IEC Nru 60410: Sampling Plans and Procedures for Inspection by Attributes (Pjanijiet ta' Teħid ta' Kampjuni u Proċedduri għal Spezzjonar skont l-Attributi).

(*1)  Is-sorsi tad-dawl LED għandhom jiġu spezzjonati u r-riżultati tat-test irreġistrati wara r-raggruppament tal-karatteristiċi kif jidher fl-Anness 6, Tabella 1.


ANNESS 9

METODU GĦALL-KEJL TAL-KUNTRAST TAL-LUMINANZA U L-UNIFORMITÀ TAL-LUMINANZA TAŻ-ŻONA LI TEMETTI D-DAWL

1.   It-tagħmir tal-kejl tal-luminanza għandu jkun kapaċi jiddistingwi b'mod ċar jekk il-kuntrast tal-luminanza taż-żona li temetti d-dawl ikunx ogħla jew taħt il-livell meħtieġ għas-sors tad-dawl LED li jkun qed jiġi ttestjat.

Barra minn hekk, dan it-tagħmir għandu jkollu riżoluzzjoni ta' 20 μm jew inqas f'żona li hija akbar miż-żona li temetti d-dawl tas-sors tad-dawl LED li qed jiġi ttestjat. Fil-każ li dan it-tagħmir ikollu riżoluzzjoni ta' inqas minn 10 μm, għandha tiġi kkalkulata l-medja aritmetika tal-valuri tal-kejl tal-luminanza ta' qrib li tkun tirrappreżenta valur tal-luminanza ta' żona ta' bejn 10 μm u 20 μm.

2.   Il-kejl tal-luminanza ta' żona għandu jsir fi grilja ekwidistanti fiż-żewġ direzzjonijiet.

3.   Iż-żona 1a u ż-żona 1b għandhom jiġu determinati minn kejl tal-luminanza ta' żona li tikkonsisti mill-kaxxa emittenti nominali kif speċifikat fl-iskeda ta' data rilevanti tal-Anness 1 u mkabbra fuq in-naħat kollha b'10 fil-mija tad-dimensjoni tal-kaxxa korrispondenti (ara figura 1). Il-valur L98 huwa t-98 perċentil tal-valuri kollha ta' dan il-kejl tal-luminanza.

3.1.   Iż-żona 1a (żona li temetti d-dawl) għandha tkun l-iżgħar rettangolu ċirkomferenzjali li jkollu l-istess orjentazzjoni bħall-kaxxa emittenti nominali u għandu jkun fiha l-kejl tal-luminanza kollu b'valur ta' 10 fil-mija jew aktar tal-valur L98. Il-valur L1 għandu jkun il-medja aritmetika tal-valuri tal-kejl tal-luminanza kollu fiż-żona 1a (ara figura 2). Il-valur ta' R0,1 għandu jkun il-proporzjon tal-wiċċ taż-żona 1a fejn il-valur tal-luminanza jkun aktar minn 10 fil-mija tal-valur L1. Il-valur ta' R0,7 għandu jkun il-proporzjon tal-wiċċ taż-żona 1a fejn il-valur tal-luminanza jkun aktar minn 70 fil-mija tal-valur L1.

3.2.   Iż-żona 1b għandha tkun l-iżgħar rettangolu ċirkomferenzjali li jkollu l-istess orjentazzjoni bħall-kaxxa emittenti nominali u għandu jkun fiha l-kejl tal-luminanza kollu b'valur ta' 70 fil-mija jew aktar tal-valur L98.

4.   Iż-żona 2 għandu jkollha fiż-żewġ direzzjonijiet 1,5 drabi d-daqs tal-kaxxa emittenti nominali kif speċifikat fl-iskeda ta' data rilevanti tal-Anness 1 u għandha tkun ippożizzjonata b'mod simetriku għall-kaxxa emittenti nominali f'distanza ta' d0 = 0,2 mm għaż-żona 1a, sakemm ma jkunx speċifikat b'mod ieħor fuq l-iskeda ta' data (ara figura 3). Il-valur L2 għandu jkun il-medja aritmetika ta' 1 fil-mija tal-valuri kollha tal-luminanza mkejla fiż-żona 2 li jirrappreżentaw l-ogħla valuri.

Fil-każ li fl-iskeda ta' data rilevanti tiġi speċifikata aktar minn naħa waħda taż-żona 1a (żona li temetti d-dawl) bħala li tiġġenera l-cut-off, għal kull waħda minn dawn in-naħat, għandu jiġi determinat valur L2 kif deskritt hawn fuq.

5.   Il-valur(i) tal-kuntrast tal-luminanza għandu(għandhom) ikun(u) il-proporzjon tal-valur tal-luminanza L1 taż-żona 1a u l-valur tal-luminanza L2 taż-żona/i 2.

6.   Fil-każ li l-kaxxa emittenti nominali kif speċifikat fl-iskeda ta' data rilevanti tal-Anness 1 tiġi subdiviża f'n żoni (eż. n = 1 × 4), l-istess subdiviżjoni għandha tapplika wkoll għaż-żona 1a.

6.1.   Għal kull waħda minn n żoni, il-valur L1,i (i = 1, …, n) għandu jkun il-medja aritmetika tal-valuri tal-kejl kollu tal-luminanza fiż-żona korrispondenti.

6.2.   Il-valur ΔL għandu jkun id-devjazzjoni relattiva massima tal-valuri kollha tal-luminanza L1,i mill-valur tal-luminanza L1.

ΔL = Max {(L1,i – L1)/L1; i = 1, …, n}

Figura 1

Tkabbir tal-kaxxa emittenti nominali

Image

Kaxxa emittenti nomi-nali (daqs u pożizzjoni definiti fl-iskeda ta’ data)

Żona għall-kejl tal-luminanza

Pjan ta’ referenza

Assi ta’ referenza

Figura 2

Definizzjoni taż-żoni 1a u 1b

Image

Żona 1a ( fiha l-valuri kollha ≥ 10 % ta’ L98)

Żona 1b (fiha l-valuri kollha≥ 70 % ta’ L98)

Pjan ta’ referenza

Assi ta’ referenza

Figura 3

Definizzjoni taż-żona 2

Image

— 1,5 × dimensjoni tal-kaxxa emittenti nominali

— distanza d0 min-naħa "cut-off" taż-żona 1a

Żona 2

Pjan ta’ referenza

Assi ta’ referenza