ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 317

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
14 ta' Diċembru 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1977 tal-11 ta' Diċembru 2018 li jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tas-sajd għall-perijodu 2019 – 2020

2

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1978 tal-10 ta' Diċembru 2018 li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta' isem imniżżel fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta' Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (Cidre de Bretagne/Cidre breton (IĠP))

9

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1979 tat-13 ta' Diċembru 2018 li jistipula l-medja ponderata tar-rati massimi għat-terminazzjoni tat-telefonati bil-mobile madwar l-Unjoni u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2311 ( 1 )

10

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1980 tat-13 ta' Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2325 fir-rigward tat-termini tal-awtorizzazzjoni ta' preparazzjonijiet ta' leċitini likwidi, leċitini idrolizzati u leċitini li jkun tneħħielhom iż-żejt bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali ( 1 )

12

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1981 tat-13 ta' Diċembru 2018 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanzi attivi komposti tar-ram bħala kandidati għas-sostituzzjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

16

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1982 tat-13 ta' Diċembru 2018 dwar il-prezz minimu għax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat għad-disgħa u għoxrin sejħa parzjali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080

21

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1983 tas-26 ta' Ottubru 2018 li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni ta' ċerti reġjuni tal-Italja bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi u uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet bovini (notifikata bid-dokument C(2018) 6981)  ( 1 )

22

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1984 tat-13 ta' Diċembru 2018 dwar ir-rikonoxximent tas-Sistema KZR INiG li turi konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà skont id-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

25

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1985 tat-13 ta' Diċembru 2018 li ma tapprovax Willaertia magna c2c maky bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 11 ( 1 )

27

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1986 tat-13 ta' Diċembru 2018 li tistabbilixxi programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni għal ċertu sajd u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2012/807/UE, 2013/328/UE, 2013/305/UE u 2014/156/UE

29

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2018 tal-Kumitat Konġunt UE-CTC tal-4 ta' Diċembru 2018 fir-rigward ta' stedina lir-Renju Unit biex jaderixxi mal-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta' tranżitu [2018/1987]

47

 

*

Deċiżjoni Nru 2/2018 tal-Kumitat Konġunt UE-CTC tal-4 ta' Diċembru 2018 li temenda l-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta' tranżitu [2018/1988]

48

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2018 tal-Kumitat Konġunt UE-CTC tal-4 ta' Diċembru 2018 fir-rigward ta' stedina lir-Renju Unit biex jaderixxi mal-Konvenzjoni dwar is-simplifikazzjoni ta' formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija [2018/1989]

56

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

14.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/1


Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru, iffirmat fi Brasília fl-14 ta' Lulju 2010, daħal fis-seħħ fid-9 ta' Ottubru 2018, f'konformità mal-Artikolu 8 tal-Ftehim, peress li l-aħħar notifika ġiet iddepożitata fid-9 ta' Ottubru 2018.


REGOLAMENTI

14.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/2


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2018/1977

tal-11 ta' Diċembru 2018

li jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tas-sajd għall-perijodu 2019 – 2020

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Bħalissa, il-provvisti tal-Unjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd jiddependu fuq l-importazzjoni minn pajjiżi terzi. Fl-aħħar 21 sena, l-Unjoni saret tiddependi aktar fuq l-importazzjoni biex tissodisfa l-konsum tagħha tal-prodotti tas-sajd. Sabiex il-produzzjoni tal-prodotti tas-sajd fl-Unjoni ma titqegħidx f'periklu u sabiex tiġi żgurata provvista adegwata għall-industrija tal-ipproċessar tal-Unjoni, jenħtieġ li d-dazji tal-importazzjoni jiġu sospiżi jew jitnaqqsu għal għadd ta' prodotti tas-sajd fil-kuntest ta' kwoti tariffarji ta' volum xieraq. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-produtturi tal-Unjoni, jenħtieġ li titqies is-sensittività tal-prodotti tas-sajd individwali fis-suq tal-UE..

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/2265 (1), li ġie emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1184 (2), fetaħ u ppreveda l-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tas-sajd għall-perijodu 2016 – 2018. Minħabba li l-perijodu ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/2265 jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2018, jenħtieġ li jiġi adottat Regolament ġdid li jipprevedi l-kwoti tariffarji għall-perijodu 2019 – 2020.

(3)

Aċċess ugwali u mingħajr interruzzjoni għall-kwoti tariffarji previsti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġi żgurat għall-importaturi kollha tal-Unjoni, u jenħtieġ li r-rati stabbiliti għall-kwoti tariffarji jiġu applikati mingħajr interruzzjoni għall-importazzjonijiet kollha tal-prodotti tas-sajd ikkonċernati fl-Istati Membri kollha sakemm ikunu ntużaw il-kwoti tariffarji kollha.

(4)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (3) jipprevedi sistema ta' ġestjoni tal-kwoti tariffarji li ssegwi l-ordni kronoloġiku tad-dati tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera. Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jamministraw il-kwoti tariffarji miftuħin permezz ta' dan ir-Regolament skont dik is-sistema.

(5)

Huwa importanti li jiġu żgurati t-trasparenza, il-prevedibbiltà u ċ-ċertezza legali għall-partijiet ikkonċernati kollha. Minħabba li l-kwoti tariffarji huma maħsubin biex jiżguraw provvista adegwata għall-industrija tal-ipproċessar tal-Unjoni, jenħtieġ li jkun hemm rekwiżit ta' trattament minimu jew operazzjoni minima biex wieħed ikollu dritt għall-kwota.

(6)

Sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza tal-ġestjoni komuni tal-kwoti tariffarji, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jieħdu l-kwantitajiet neċessarji mill-ammont tal-kwota tariffarja li jkunu jikkorrispondu mal-importazzjonijiet reali tagħhom. Minħabba li dan il-metodu ta' ġestjoni jeħtieġ kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tagħmel monitoraġġ tar-rata li biha jkunu qed jintużaw il-kwoti tariffarji u li hija tgħarraf lill-Istati Membri b'dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-dazji tal-importazzjoni fuq il-prodotti elenkati fl-Anness għandhom jitnaqqsu jew jiġu sospiżi fil-kuntest tal-kwoti tariffarji bir-rati, għall-perijodi u sal-ammonti indikati fih.

Artikolu 2

Il-ġestjoni tal-kwoti tariffarji msemmijin fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament għandha ssir skont l-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament (UE) 2015/2447.

Artikolu 3

Il-kwoti tariffarji għandhom ikunu soġġetti għal superviżjoni doganali tal-użu aħħari skont l-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

Artikolu 4

1.   It-tnaqqis jew is-sospensjoni tad-dazji tal-importazzjoni għandhom japplikaw biss għall-prodotti maħsubin għall-konsum mill-bniedem.

2.   Il-kwoti tariffarji ma għandhomx ikunu disponibbli għal dawk il-prodotti li jiġu pproċessati fil-livell tal-bejgħ bl-imnut jew tal-catering.

3.   Il-kwoti tariffarji ma għandhomx ikunu disponibbli għall-prodotti maħsubin biss għal waħda jew iktar mill-operazzjonijiet li ġejjin:

it-tindif, it-tiswija u l-qtugħ tad-denb u tar-ras;

il-qtugħ;

l-ippakkjar mill-ġdid ta' fletti ffriżati malajr individwalment;

it-teħid ta' kampjuni u l-għażla;

it-tikkettar;

l-ippakkjar;

it-tkessiħ;

l-iffriżar;

l-iffriżar qawwi;

l-igglejżjar;

it-taħlil;

is-separazzjoni.

4.   Minkejja l-paragrafu 3, il-kwoti tariffarji għandhom ikunu disponibbli għall-prodotti maħsubin għal waħda jew iktar mill-operazzjonijiet li ġejjin:

it-tqattigħ f'kubi;

it-tqattigħ fi ċrieki u fi strixxi tal-prodotti li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM 0307 43 91, 0307 43 92, 0307 43 99;

l-iffilettjar;

il-produzzjoni tal-qatgħat;

il-qtugħ ta' blokok iffriżati;

is-separazzjoni ta' blokok iffriżati ta' fletti b'folja bejniethom biex jinkisbu fletti individwali;

it-tqattigħ f'fetet tal-prodotti li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM ex 0303 66 11, 0303 66 12, 0303 66 13, 0303 66 19, 0303 89 70, 0303 89 90;

l-ipproċessar tal-prodotti li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM 0306 16 99 (fis-sottodiviżjonijiet 20 u 30 tat-TARIC), 0306 17 92 (fis-sottodiviżjoni 20 tat-TARIC), 0306 17 99 (fis-sottodiviżjoni 10 tat-TARIC), 0306 35 90 (fis-sottodiviżjonijiet 12, 14, 92 u 93 tat-TARIC), 0306 36 90 (fis-sottodiviżjonijiet 20 u 30 tat-TARIC), 1605 21 90 (fis-sottodiviżjonijiet 45, 55 u 62 tat-TARIC) u 1605 29 00 (fis-sottodiviżjonijiet 50, 55 u 60 tat-TARIC) bil-gassijiet tal-ippakkjar kif iddefinit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5);

id-diviżjoni tal-prodott iffriżat jew trattament bis-sħana tal-prodott iffriżat biex jippermetti t-tneħħija ta' skart intern għal prodotti li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM 0306 11 10 (fis-sottodiviżjoni 10 tat-TARIC), 0306 11 90 (fis-sottodiviżjoni 20 tat-TARIC) u 0306 31 00 (fis-sottodiviżjoni 10 tat-TARIC).

Artikolu 5

Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw il-ġestjoni u l-kontroll tajbin tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

G. BLÜMEL


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/2265 tas-7 ta' Diċembru 2015 li jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tas-sajd għall-perijodu 2016-2018 (ĠU L 322, 8.12.2015, p. 4).

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1184 tat-18 ta' Lulju 2016 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2265 li jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tas-sajd għall-perijodu 2016–2018 (ĠU L 196, 21.7.2016, p. 1).

(3)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).

(4)  Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(5)  Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16).


ANNESS

Numru tal-ordni

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tat-TARIC

Deskrizzjoni

Ammont annwali tal-kwota (f'tunnellati) (1)

Dazju fuq il-kwota

Perijodu tal-kwota

09.2746

ex 0302 89 90

30

Red snapper tan-Nofsinhar (Lutjanus purpureus), frisk, imkessaħ, għall-ipproċessar

1 500

0 %

1.1.2019-31.12.2020

09.2748

ex 0302 91 00

95

Bajd tal-ħut kontenut fil-membrana tal-ovarju, frisk, imkessaħ jew iffriżat, immellaħ jew fis-salmura, għall-ipproċessar

5 700

0 %

1.1.2019-31.12.2020

ex 0303 91 90

91

ex 0305 20 00

30

09.2750

ex 0305 20 00

35

Bajd tal-ħut, maħsul, imnaddaf mill-organi aderenti u sempliċiment immellaħ jew fis-salmura, għall-manifattura ta' sostituti tal-kavjar

1 500

0 %

1.1.2019-31.12.2020

09.2754

ex 0303 59 10

10

Inċova (Engraulis anchoita u Engraulis capensis), iffriżata, għall-ipproċessar

500

0 %

1.1.2019-31.12.2020

09.2759

ex 0302 51 10

20

Bakkaljaw (Gadus morhua, Gadus ogac, Gadus macrocephalus) u ħut tal-ispeċi Boreogadus saida, minbarra l-fwied u l-bajd, frisk, imkessaħ jew iffriżat, għall-ipproċessar

95 000

0 %

1.1.2019-31.12.2020

ex 0302 51 90

10

ex 0302 59 10

10

ex 0303 63 10

10

ex 0303 63 30

10

ex 0303 63 90

10

ex 0303 69 10

10

09.2760

ex 0303 66 11

10

Merluzz (Merluccius spp., minbarra Merluccius merluccius, Urophycis spp.), u pink cusk-eel (Genypterus blacodes u Genypterus capensis), iffriżati, għall-ipproċessar

12 000

0 %

1.1.2019-31.12.2020

ex 0303 66 12

10

ex 0303 66 13

10

ex 0303 66 19

11

 

91

ex 0303 89 70

10

ex 0303 89 90

30

09.2761

ex 0304 79 50

10

Grenadier ikħal (Macruronus spp.), fletti ffriżati u laħam ieħor iffriżat, għall-ipproċessar

17 500

0 %

1.1.2019-31.12.2020

ex 0304 79 90

11

 

17

ex 0304 95 90

11

 

17

09.2765

ex 0305 62 00

20

Bakkaljaw (Gadus morhua, Gadus ogac, Gadus macrocephalus) u ħut tal-ispeċi Boreogadus saida, immellaħ jew fis-salmura, iżda mhux imnixxef jew affumikat, għall-ipproċessar

3 500

0 %

1.1.2019-31.12.2020

 

25

 

29

ex 0305 69 10

10

09.2770

ex 0305 63 00

10

Inċova (Engraulis anchoita), immellħa jew fis-salmura, iżda mhux imnixxfa jew iffumikata, għall-ipproċessar

2 500

0 %

1.1.2019-31.12.2020

09.2772

ex 0304 93 10

10

Surimi, iffriżat, għall-ipproċessar

60 000

0 %

1.1.2019-31.12.2020

ex 0304 94 10

10

ex 0304 95 10

10

ex 0304 99 10

10

09.2774

ex 0304 74 15

10

Merluzz tal-Paċifiku tat-Tramuntana (Merluccius productus) u merluzz Arġentin (merluzz tal-Atlantiku tal-Lbiċ) (Merluccius hubbsi), fletti ffriżati u laħam ieħor, għall-ipproċessar

25 000

0 %

1.1.2019-31.12.2020

ex 0304 74 19

10

ex 0304 95 50

10

 

20

09.2776

ex 0304 71 10

10

Bakkaljaw (Gadus morhua, Gadus macrocephalus), fletti ffriżati u laħam iffriżat, għall-ipproċessar

50 000

0 %

1.1.2019-31.12.2020

ex 0304 71 90

10

ex 0304 95 21

10

ex 0304 95 25

10

09.2777

ex 0303 67 00

10

Merluzz tal-Alaska (Theragra chalcogramma), iffriżat, fletti ffriżati u laħam ieħor iffriżat, għall-ipproċessar

320 000

0 %

1.1.2019-31.12.2020

ex 0304 75 00

10

ex 0304 94 90

10

09.2778

ex 0304 83 90

21

Pixxiċatt, fletti ffriżati u laħam ieħor tal-ħut (Limanda aspera, Lepidopsetta bilineata, Pleuronectes quadrituberculatus, Limanda ferruginea, Lepidopsetta polyxystra), għall-ipproċessar

10 000

0 %

1.1.2019-31.12.2020

ex 0304 99 99

65

09.2785

ex 0307 43 91

10

Tubi (2) tal-klamar (Ommastrephes spp., minbarra Todarodes sagittatus (sinonimu Ommastrephes sagittatus), Nototodarus spp., Sepioteuthis spp.) u Illex spp., iffriżati, bil-ġilda u bil-pinen, għall-ipproċessar

28 000

0 %

1.1.2019-31.12.2020

ex 0307 43 92

10

ex 0307 43 99

21

09.2786

ex 0307 43 91

20

Klamar (Ommastrephes spp., minbarra Todarodes sagittatus (sinonimu Ommastrephes sagittatus), Nototodarus spp., Sepioteuthis spp.) u Illex spp., iffriżat, sħiħ jew it-tentakli u l-pinen, għall-ipproċessar

5 000

0 %

1.1.2019-31.12.2020

ex 0307 43 92

20

ex 0307 43 99

29

09.2788

ex 0302 41 00

10

Aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), b'piż ta' iktar minn 100 g kull biċċa jew qatgħat b'piż ta' iktar minn 80 g kull biċċa, minbarra l-fwied u l-bajd, għall-ipproċessar

8 000

0 %

1.10.2019-31.12.2019

1.10.2020-31.12.2020

ex 0303 51 00

10

ex 0304 59 50

10

ex 0304 99 23

10

09.2790

ex 1604 14 26

10

Fletti magħrufin bħala “lojns” tat-tonn u tal-palamit, għall-ipproċessar

30 000

0 %

1.1.2019-31.12.2020

ex 1604 14 36

10

ex 1604 14 46

11

 

21

 

92

 

94

09.2794

ex 1605 21 90

45

Gambli tal-ispeċi Pandalus borealis u Pandalus montagui, imsajrin u mqaxxrin, għall-ipproċessar

7 000

0 %

1.1.2019-31.12.2020

 

62

 

50

ex 1605 29 00

55

09.2798

ex 0306 16 99

20

Gambli tal-ispeċi Pandalus borealis u Pandalus montagui, bil-qoxra, friski, imkessħin jew iffriżati, għall-ipproċessar

4 000

0 %

1.1.2019-31.12.2020

 

30

ex 0306 35 90

12

 

14

 

92

 

93

09.2800

ex 1605 21 90

55

Gambli tal-ispeċi Pandalus jordani, imsajrin u mqaxxrin, għall-ipproċessar

3 000

0 %

1.1.2019-31.12.2020

ex 1605 29 00

60

09.2802

ex 0306 17 92

20

Gambli tal-ispeċi Penaeus vannamei u Penaeus monodon, kemm bil-qoxra u kemm mingħajrha, friski, imkessħin jew iffriżati, mhux imsajrin, għall-ipproċessar

40 000

0 %

1.1.2019-31.12.2020

ex 0306 36 90

30

09.2824

ex 0302 52 00

10

Merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus), frisk, imkessaħ jew iffriżat, bir-ras maqtugħa, bil-garġi mneħħija u msewwi, għall-ipproċessar

3 500

2,6 %

1.1.2019-31.12.2020

ex 0303 64 00

10

09.2826

ex 0306 17 99

10

Gambli tal-ispeċi Pleoticus muelleri, kemm bil-qoxra u kemm mingħajrha, friski, imkessħin jew iffriżati, għall-ipproċessar

4 000

0 %

1.1.2019-31.12.2020

ex 0306 36 90

20

09.2804

ex 1605 40 00

40

Dnub taċ-ċkal tal-ispeċi Procambarus clarkii, imsajrin, għall-ipproċessar

4 000

0 %

1.1.2019-31.12.2020

09.2762

ex 0306 11 10

10

Rock lobster u awwist imxewwek ieħor (Palinurus spp., Panulirus spp., Jasus spp.), ħaj, imkessaħ, iffriżat, għall-ipproċessar

200

6 %

1.1.2019-31.12.2020

ex 0306 11 90

20

ex 0306 31 00

10

09.2784 (3)

ex 1605 10 00

21

Granċijiet tal-ispeċi “King” (Paralithodes camchaticus), “Hanasaki” (Paralithodes brevipes), “Kegani” (Erimacrus isenbecki), “Queen” u “Snow” (Chionoecetes spp.), “Red” (Geryon quinquedens), “Rough stone” (Neolithodes asperrimus), Lithodes santolla, “Mud” (Scylla serrata), “Blue” (Portunus spp.), sempliċiment mgħollijin fl-ilma u mqaxxrin, kemm jekk iffriżati kif ukoll jekk le, f'ippakkjar immedjat b'kontenut nett ta' 2 kg jew aktar, għall-ipproċessar

500

0 %

1.1.2019-31.12.2020

 

95

09.2822

ex 0303 11 00

20

Salamun tal-Paċifiku, bir-ras maqtugħa u mnaddaf, iffriżat, tal-ispeċi Oncorhynchus nerka (salamun aħmar) u Oncorhynchus kisutch, għall-ipproċessar

10 000

0 %

1.1.2019-31.12.2020

ex 0303 12 00

20


(1)  Mogħti f'piż nett, sakemm ma jingħadx mod ieħor.

(2)  Ġisem iċ-ċefalopod jew il-klamar mingħajr ras u mingħajr tentakli, bil-ġilda u bil-pinen.

(3)  Din il-kwota tariffarja (09.2784) titħassar awtomatikament mill-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara li jidħol fis-seħħ jew jiġi applikat b'mod proviżorju, skont liema jiġi l-ewwel, il-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Vjetnam.


14.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/9


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1978

tal-10 ta' Diċembru 2018

li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta' isem imniżżel fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta' Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (“Cidre de Bretagne”/“Cidre breton” (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni mressqa minn Franza għall-approvazzjoni ta' emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Cidre de Bretagne”/“Cidre breton”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2446/2000 (2).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għal emenda, kif meħtieġ skont l-Artikolu 50(2)(a) tal-istess Regolament, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3).

(3)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna l-isem “Cidre de Bretagne”/“Cidre breton”, hija b'dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2446/2000 tas-6 ta' Novembru 2000 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta' ċerti ismijiet fir-“Reġistru ta' denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” pprovdut bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-ismijiet tal-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti tal-ikel agrikoli (ĠU L 281, 7.11.2000, p. 2).

(3)  ĠU C 222, 26.6.2018, p. 20.


14.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1979

tat-13 ta' Diċembru 2018

li jistipula l-medja ponderata tar-rati massimi għat-terminazzjoni tat-telefonati bil-mobile madwar l-Unjoni u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2311

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6e(2) tiegħu,

Billi:

(1)

B'konformità mar-Regolament (UE) Nru 531/2012, mill-15 ta' Ġunju 2017, jenħtieġ li l-fornituri domestiċi ma jimponu l-ebda ħlas supplimentari addizzjonali mal-prezz bl-imnut domestiku fuq il-klijenti tar-roaming, fi kwalunkwe Stat Membru għal kwalunkwe telefonata regolata tar-roaming irċevuta, fil-limiti permessi mill-politika tal-użu ġust.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 jillimita kull ħlas supplimentari applikat għal telefonati regolati tar-roaming irċevuti għall-medja ponderata tar-rati massimi għat-terminazzjoni tat-telefonati bil-mobile madwar l-Unjoni.

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2311 (2) jistabbilixxi l-medja ponderata tar-rati massimi għat-terminazzjoni tat-telefonati bil-mobile madwar l-Unjoni li trid tiġi applikata fl-2018 abbażi taċ-ċifri tad-data kif kienu fl-1 ta' Lulju 2017.

(4)

Il-Korp tar-Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjoni Elettronika pprovda informazzjoni aġġornata lill-Kummissjoni li ġabru l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri dwar il-livell massimu tar-rati għat-terminazzjoni tat-telefonati bil-mobile li imponew, skont l-Artikoli 7 u 16 tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), f'kull suq nazzjonali għat-terminazzjoni tat-telefonati bil-vuċi bl-ingrossa fuq netwerks individwali tat-telefonija mobbli; u dwar l-għadd totali ta' abbonati fl-Istati Membri.

(5)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 531/2012, il-Kummissjoni kkalkulat il-medja ponderata tar-rati massimi għat-terminazzjoni tat-telefonati bil-mobile madwar l-Unjoni billi mmultiplikat ir-rata massima għat-terminazzjoni tat-telefonati bil-mobile li ppermetta Stat Membru partikolari bl-għadd totali ta' abbonati f'dak l-Istat Membru; ir-riżultati ta' dawn il-multiplikazzjonijiet ta' Stati Membri differenti għoddiethom flimkien u mbagħad iddividiethom bl-għadd totali ta' abbonati fl-Istati Membri kollha, abbażi taċ-ċifri tad-data tal-1 ta' Lulju 2018. Għall-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro, ir-rata tal-kambju rilevanti hi l-medja fit-tieni kwart tal-2018 miksuba mill-bażi tad-data tal-Bank Ċentrali Ewropew.

(6)

Għalhekk jeħtieġ tiġi aġġornata ċ-ċifra tal-medja ponderata tar-rati massimi għat-terminazzjoni tat-telefonati bil-mobile madwar l-Unjoni stabbiliti skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2311.

(7)

Għalhekk jenħtieġ jitħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2311.

(8)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 531/2012, il-Kummissjoni trid tirrevedi l-medja ponderata tar-rati massimi għat-terminazzjoni tat-telefonati bil-mobile madwar l-Unjoni kull sena.

(9)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Komunikazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-medja ponderata tar-rati massimi għat-terminazzjoni tat-telefonati bil-mobile madwar l-Unjoni hi stabbilita għal EUR 0,0085 kull minuta.

Artikolu 2

Jitħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2311.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 172, 30.6.2012, p. 10.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2311 tat-13 ta' Diċembru 2017 li jistipula l-medja ponderata tar-rati massimi għat-terminazzjoni ta' telefonati bil-mobile madwar l-Unjoni u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2292 (ĠU L 331, 14.12.2017, p. 39).

(3)  Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33).

(4)  Id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Id-Direttiva tal-Aċċess) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 7).


14.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/12


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1980

tat-13 ta' Diċembru 2018

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2325 fir-rigward tat-termini tal-awtorizzazzjoni ta' preparazzjonijiet ta' leċitini likwidi, leċitini idrolizzati u leċitini li jkun tneħħielhom iż-żejt bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' tali awtorizzazzjoni.

(2)

L-użi tal-preparazzjonijiet tal-leċitini likwidi, tal-leċitini idrolizzati u tal-leċitini li jkun tneħħielhom iż-żejt bħala addittivi tal-għalf kienu awtorizzati bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2325 (2).

(3)

Skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, l-applikant ippropona li jinbidlu t-termini tal-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet billi ppreżenta applikazzjoni biex l-ispeċifikazzjonijiet għal-leċitini bħala addittivi fl-għalf jiġu allinjati mal-ispeċifikazzjonijiet għal-leċitini bħala addittivi fl-ikel u biex l-awtorizzazzjoni għall-użu taż-żerriegħa tal-lift bħala sors addizzjonali ta' leċitini idrolizzati u ta' leċitini li jkun tneħħielhom iż-żejt. Mal-applikazzjoni intbagħtet ukoll id-data ta' sostenn rilevanti. Il-Kummissjoni bagħtet din l-applikazzjoni lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”).

(4)

L-Awtorità kkonkludiet fl-opinjoni tagħha tat-12 ta' Ġunju 2018 (3) li l-leċitini kollha b'oriġini botanika differenti u l-forom tagħhom użati bħala addittivi fl-għalf, jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti għall-użu tal-leċitini bħala addittiv tal-ikel u li l-użu taż-żerriegħa tal-lift bħala sors addizzjonali tal-leċitini ma għandux effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent u li huma effikaċi bħala emulsjonant. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-modifiki proposti lill-awtorizzazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati.

(6)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2325 jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/2325 huwa sostitwit bl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Miżuri Tranżizzjonali

1.   L-addittivi 1c322i, 1c322ii u 1c322iii u t-taħlitiet li jkun fihom dawk l-addittivi li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-2 ta' Lulju 2019 f'konformità mar-regoli applikabbli qabel it-2 ta' Jannar 2019 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

2.   L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li jkun fihom l-addittivi kif speċifikat fl-Anness I u li jiġuprodotti u ttikkettati qabel it-2 ta' Jannar 2020 f'konformita mar-regoli applikabbli qabel it-2 ta' Jannar 2019 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk dawn ikunu maħsubin għall-annimali li jipproduċu l-ikel.

3.   L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li jkun fihom l-addittivi kif speċifikat fl-Anness I u li jiġuprodotti u ttikkettati qabel it-2 ta' Jannar 2021 f'konformita mar-regoli applikabbli qabel it-2 ta' Jannar 2019 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk dawn ikunu maħsubin għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2325 tal-14 ta' Diċembru 2017 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjonijiet ta' leċitini likwidi, leċitini idrolizzati u leċitini li jkun tneħħielhom iż-żejt bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1007 (ĠU L 333, 15.12.2017, p. 17).

(3)  EFSA Journal 2018; 16(6):5334


ANNESS

“ANNESS I

Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

mg ta' leċitini/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %

Kategorija tal-addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: emulsjonanti

1c322i

Leċitini

Kompożizzjoni tal-addittivi

Preparazzjonijiet ta':

leċitini u leċitini idrolizzati f'għamla likwida (minn plastika għal fluwida);

leċitini li jkun tneħħielhom iż-żejt u leċitini idrolizzati li jkun tneħħielhom iż-żejt f'għamla solida.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Leċitini, leċitini idrolizzati, leċitini li jkun tneħħielhom iż-żejt u leċitini idrolizzati li jkun tneħħielhom iż-żejt derivati mill-fażola tas-sojja, miż-żerriegħa tal-ġirasol jew miż-żerriegħa tal-lift:

Nru CAS: 8002-43-5;

Assaġġ:

Leċitini, leċitini li jkun tneħħielhom iż-żejt: mhux inqas minn 60,0 % ta' sustanzi insolubbli fl-aċeton;

leċitini idrolizzati u leċitini idrolizzati li jkun tneħħielhom iż-żejt: mhux inqas minn 56,0 % ta' sustanzi insolubbli fl-aċeton.

Telf mat-tnixxif: mhux aktar minn 2 % (105 °C, 1 h)

Materja li ma tinħallx fit-toluwen: mhux aktar minn 0,3 %

Valur aċiduż:

Leċitini, leċitini li jkun tneħħielhom iż-żejt: mhux aktar minn 35 mg ta' idrossidu tal-potassju għal kull gramma;

leċitini idrolizzati u leċitini idrolizzati li jkun tneħħielhom iż-żejt: mhux aktar minn 45 mg ta' idrossidu tal-potassju għal kull gramma

Valur tal-perossidu: 10 jew inqas

Metodu analitiku  (1)

Għall-karatterizzazzjoni tal-addittiv fl-għalf:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (2) u t-testijiet korrispondenti fil-monografu tal-FAO JECFA “Lecithin” (3)  (4)

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

Fuq it-tikketta tal-addittiv fl-għalf u tal-pretaħlitiet għandha tiġi indikata l-għamla użata/l-għamliet użati

fis-6 ta' Lulju 2027.


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).

(3)  FAO JECFA Combined Compendium of Food Additive Specifications, ‘Lecithin’, Monograph No. 4 (2007), http://www.fao.org/fileadmin/user_upload/jecfa_additives/docs/monograph4/additive-250-m4.pdf

(4)  FAO JECFA Combined Compendium for Food Additive Specifications - Analytical methods, test procedures and laboratory solutions used by and referenced in the food additive specifications, Vol. 4, http://www.fao.org/docrep/009/a0691e/a0691e00.htm


14.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/16


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1981

tat-13 ta' Diċembru 2018

li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanzi attivi komposti tar-ram bħala kandidati għas-sostituzzjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 24 flimkien mal-Artikolu 20(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/37/KE (2) daħħlet il-komposti tar-ram bħala sustanzi attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3).

(2)

Is-sustanzi attivi elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4).

(3)

Kif stipulat fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-approvazzjoni tas-sustanzi attivi l-komposti tar-ram tiskadi fil-31 ta' Jannar 2019.

(4)

Tressqet applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-komposti tar-ram bi qbil mal-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (5) fil-perjodu ta' żmien previst f'dak l-Artikolu.

(5)

L-applikant ippreżenta d-dossiers supplimentari meħtieġa skont l-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012. L-Istat Membru relatur sab li l-applikazzjoni kienet sħiħa.

(6)

L-Istat Membru relatur ħejja rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid b'konsultazzjoni mal-Istat Membru korelatur u ppreżentah lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fis-16 ta' Diċembru 2016.

(7)

L-Awtorità bagħtet ir-rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid lill-applikant u lill-Istati Membri għall-kummenti tagħhom, u għaddiet il-kummenti li rċeviet lill-Kummissjoni. L-Awtorità qegħdet ukoll id-dossier tas-sommarju supplimentari għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

(8)

Fl-20 ta' Diċembru 2017, l-Awtorità bagħtet il-konklużjonijiet tagħha (6) dwar jekk jistax ikun mistenni li l-komposti tar-ram jissodisfaw il-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 lill-Kummissjoni. Fil-25 ta' Mejju 2018, il-Kummissjoni ressqet l-abbozz tar-rapport dwar it-tiġdid tal-komposti tar-ram lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

(9)

L-applikant ingħata l-opportunità li jippreżenta l-kummenti tiegħu dwar l-abbozz tar-rapport dwar it-tiġdid.

(10)

Fir-rigward ta' użu rappreżentattiv wieħed jew aktar minn wieħed ta' mill-inqas prodott wieħed għal kull kompost tar-ram, ġie stabbilit li huma ssodisfati l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Għalhekk, jixraq li l-approvazzjoni tal-komposti tar-ram tiġġedded.

(11)

Il-valutazzjoni tar-riskju għat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-komposti tar-ram hija bbażata fuq għadd limitat ta' użi rappreżentattivi, li madankollu ma jillimitawx l-użi li għalihom jistgħu jiġu awtorizzati l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-komposti tar-ram. Għalhekk jixraq li titneħħa r-restrizzjoni li jintużaw esklussivament bħala funġiċidi u batteriċidi.

(12)

Madankollu, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-komposti tar-ram huma kandidati għas-sostituzzjoni skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Il-komposti tar-ram huma sustanzi persistenti u tossiċi skont il-punti 3.7.2.1 u 3.7.2.3, rispettivament, tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, billi n-nofs ħajja fil-ħamrija hija itwal minn 120 jum u l-konċentrazzjoni ta' bla effett osservat għal żmien twil fuq l-organiżmi tal-ilma ħelu hija inqas minn 0,01 mg/L. Għaldaqstant, il-komposti tar-ram jissodisfaw il-kundizzjoni stabbilita fit-tieni inċiż tal-punt 4 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(13)

Għalhekk jixraq li tiġġedded l-approvazzjoni tal-komposti tar-ram bħala kandidati għas-sostituzzjoni skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(14)

Madankollu, skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jeħtieġ li jiddaħħlu ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet.

(15)

B'mod partikolari jixraq li l-użu ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-komposti tar-ram jiġi ristrett għal rata massima ta' applikazzjoni ta' 28 kg/ha ta' ram tul perjodu ta' 7 snin (jiġifieri medja ta' 4 kg/ha/sena) sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun il-potenzjal ta' akkumulazzjoni fil-ħamrija u l-esponiment ta' organiżmi mhux fil-mira, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet agroklimatiċi fl-Istati Membri li jwasslu għal żieda ta' pressjoni fungali, li jseħħu perjodikament. Jenħtieġ li meta jkunu qegħdin jawtorizzaw il-prodotti l-Istati Membri jqisu ċerti kwistjonijiet u jistinkaw biex ir-rati tal-applikazzjoni jkunu mill-inqas kemm jista' jkun.

(16)

Jixraq ukoll li jkun limitat il-kontenut massimu ta' ċerti impuritajiet li huma ta' tħassib mil-lat tossikoloġiku.

(17)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat kif xieraq.

(18)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/84 (7) estenda l-perjodu ta' approvazzjoni tal-komposti tar-ram sal-31 ta' Jannar 2019 sabiex il-proċess ta' tiġdid ikun jista' jitlesta qabel tiskadi l-approvazzjoni ta' dawn is-sustanzi. Madankollu, peress li laħqet ittieħdet deċiżjoni dwar it-tiġdid qabel din id-data ta' skadenza estiża, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-1 ta' Jannar 2019.

(19)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi bħala kandidati għas-sostituzzjoni

L-approvazzjoni tas-sustanzi attivi l-komposti tar-ram, bħala kandidati għas-sostituzzjoni, hija mġedda kif stabbilit fl-Anness I.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat b'konformità mal-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u data ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/37/KE tat-23 ta' April 2009 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex jiġu inklużi bħala sustanzi attivi l-klormekwat, il-komposti tar-ram, il-propakwiżafop, il-kwiżalofop-P, it-teflubenżuron u ż-żeta-ċipermetrin (ĠU L 104, 24.4.2009, p. 23).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament ta' Implimentazzjoni (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).

(6)  EFSA (l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel), 2018. Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance copper compounds, EFSA Journal 2018;16(1):5152.

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/84 tad-19 ta' Jannar 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi klorpirifos, klorpirifos-metil, klotijanidin, komposti tar-ram, dimoksistrobina, mankożeb, mekoprop-p, metiram, oksamil, petoksamid, propikonażol, propineb, propiżamid, piraklostrobina u żoksamid (ĠU L 16, 20.1.2018, p. 8).


ANNESS I

Isem komuni, Numri tal-identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Komposti tar-ram:

 

 

fl-1 ta' Jannar 2019

fil-31 ta' Diċembru 2025

Għandhom jiġu awtorizzati biss l-użi li jirriżultaw f'applikazzjoni totali massima ta' 28 kg ta' ram fuq kull ettaru tul perjodu ta' 7 snin.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi msemmijin fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' rieżami dwar il-komposti tar-ram, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

Fil-valutazzjoni ġenerali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari:

għas-sikurezza tal-ħaddiema u ta' min jinsab fil-qrib, u jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-użu jippreskrivu l-użu ta' tagħmir ta' protezzjoni personali xieraq u ta' miżuri ta' mitigazzjoni oħrajn skont il-bżonn;

għall-protezzjoni ta' organiżmi akkwatiċi u organiżmi li mhumiex fil-mira. B'rabta ma' dawn ir-riskji identifikati, fejn ikun hemm bżonn għandhom jittieħdu miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskji bħalma huma żoni ta' lqugħ;

għall-ammont ta' sustanza attiva li jintuża u li jiżguraw li l-ammonti awtorizzati f'termini tar-rati u ta' kemm isiru applikazzjonijiet, ma jaqbżux il-minimu meħtieġ biex jinkisbu l-effetti mixtieqa u ma jikkawżawx effetti mhux aċċettabbli fuq l-ambejnt billi jqisu l-livelli ta' ram li diġà jkunu jinsabu fis-sit tal-applikazzjoni u, meta l-informazzjoni tkun disponibbli, l-ammont ta' ram li qed jiddaħħal minn sorsi oħrajn. B'mod partikolari, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jiffissaw rata annwali massima ta' applikazzjoni li ma taqbiżx l-4 kg/ha ta' ram.

Idrossidu tar-ram Nru CAS 20427-59-2 Nru CIPAC 44.305

Idrossidu tar-ram(II)

≥ 573 g/kg

Ossiklorur tar-ram Nru CAS 1332-65-6 jew 1332-40-7 Nru CIPAC 44.602

Triidrossiklorur tad-diram

≥ 550 g/kg

Ossidu tar-ram Nru CAS 1317-39-1 Nru CIPAC 44.603

Ossidu tar-ram

≥ 820 g/kg

Taħlita Bordeaux Nru CAS 8011-63-0 Nru CIPAC 44.604

Mhux allokat

≥ 245 g/kg

Sulfat tar-ram tribażiku Nru CAS 12527-76-3 Nru CIPAC 44.306

Mhux allokat

≥ 490 g/kg

L-impuritajiet li ġejjin ma għandhomx ikunu f'livelli ogħla minn dawn li jidhru taħt:

 

Massimu ta' Arseniku 0,1 mg/g Cu

 

Massimu ta' Kadmju 0,1 mg/g Cu

 

Massimu ta' Ċomb 0,3 mg/g Cu

 

Massimu ta' Nikil 1 mg/g Cu

 

Massimu ta' Kobalt 3 mg/kg

 

Massimu ta' Merkurju 5 mg/kg

 

Massimu ta' Kromu 100 mg/kg

 

Massimu ta' Antimonju 7 mg/kg


(1)  Fir-rapport ta' rieżami ngħataw aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva.


ANNESS II

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-Parti A, titħassar l-entrata 277 dwar il-komposti tar-ram;

(2)

fil-Parti E, tinżied l-entrata li ġejja:

Nru

Isem komuni, Numri tal-identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“10

Komposti tar-ram:

 

 

fl-1 ta' Jannar 2019

fil-31 ta' Diċembru 2025

Għandhom jiġu awtorizzati biss l-użi li jirriżultaw f'applikazzjoni totali massima ta' 28 kg ta' ram fuq kull ettaru tul perjodu ta' 7 snin.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi msemmijin fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' rieżami dwar il-komposti tar-ram, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

Fil-valutazzjoni ġenerali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari:

għas-sikurezza tal-ħaddiema u ta' min jinsab fil-qrib, u jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-użu jippreskrivu l-użu ta' tagħmir ta' protezzjoni personali xieraq u ta' miżuri ta' mitigazzjoni oħrajn skont il-bżonn;

għall-protezzjoni ta' organiżmi akkwatiċi u organiżmi li mhumiex fil-mira. B'rabta ma' dawn ir-riskji identifikati, fejn ikun hemm bżonn għandhom jittieħdu miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskji bħalma huma żoni ta' lqugħ;

għall-ammont ta' sustanza attiva li jintuża u li jiżguraw li l-ammonti awtorizzati f'termini tar-rati u ta' kemm isiru applikazzjonijiet, ma jaqbżux il-minimu meħtieġ biex jinkisbu l-effetti mixtieqa u ma jikkawżawx effetti mhux aċċettabbli fuq l-ambejnt billi jqisu l-livelli ta' ram li diġà jkunu jinsabu fis-sit tal-applikazzjoni u, meta l-informazzjoni tkun disponibbli, l-ammont ta' ram li qed jiddaħħal minn sorsi oħrajn. B'mod partikolari, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jiffissaw rata annwali massima ta' applikazzjoni li ma taqbiżx l-4 kg/ha ta' ram.”

Idrossidu tar-ram Nru CAS 20427-59-2 Nru CIPAC 44.305

Idrossidu tar-ram(II)

≥ 573 g/kg

Ossiklorur tar-ram Nru CAS 1332-65-6 jew 1332-40-7 Nru CIPAC 44.602

Triidrossiklorur tad-diram

≥ 550 g/kg

Ossidu tar-ram Nru CAS 1317-39-1 Nru CIPAC 44.603

Ossidu tar-ram

≥ 820 g/kg

Taħlita Bordeaux Nru CAS 8011-63-0 Nru CIPAC 44.604

Mhux allokat

≥ 245 g/kg

Sulfat tar-ram tribażiku Nru CAS 12527-76-3 Nru CIPAC 44.306

Mhux allokat

≥ 490 g/kg

L-impuritajiet li ġejjin ma għandhomx ikunu f'livelli ogħla minn dawn li jidhru taħt:

 

Massimu ta' Arseniku 0,1 mg/g Cu

 

Massimu ta' Kadmju 0,1 mg/g Cu

 

Massimu ta' Ċomb 0,3 mg/g Cu

 

Massimu ta' Nikil 1 mg/g Cu

 

Massimu ta' Kobalt 3 mg/kg

 

Massimu ta' Merkurju 5 mg/kg

 

Massimu ta' Kromu 100 mg/kg

 

Massimu ta' Antimonju 7 mg/kg


(1)  Fir-rapport ta' rieżami ngħataw aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva.


14.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/21


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1982

tat-13 ta' Diċembru 2018

dwar il-prezz minimu għax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat għad-disgħa u għoxrin sejħa parzjali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1240 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' intervent pubbliku u ta' għajnuna għall-ħżin privat (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 32 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 (3) fetaħ il-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti.

(2)

Fid-dawl tal-offerti li waslulhom b'risposta għad-disgħa u għoxrin stedina għall-offerti parzjali, għandu jiġi ffissat prezz minimu tal-bejgħ.

(3)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għad-disgħa u għoxrin sejħa parzjali għall-offerti għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat fil-kuntest tal-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080, illi fir-rigward tagħha l-perjodu meta l-offerti kellhom jintefgħu ntemm fil-11 ta' Diċembru 2018, il-prezz minimu tal-bejgħ għandu jkun ta' EUR 145,10/100 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 206, 30.7.2016, p. 71.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 tal-25 ta' Novembru 2016 dwar il-ftuħ tal-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti (ĠU L 321, 29.11.2016, p. 45).


DEĊIŻJONIJIET

14.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/22


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1983

tas-26 ta' Ottubru 2018

li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni ta' ċerti reġjuni tal-Italja bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi u uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet bovini

(notifikata bid-dokument C(2018) 6981)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffetwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-paragrafu 4 tal-Anness A.I. u l-paragrafu 7 tal-Anness A.II. tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 64/432/KEE tapplika għall-kummerċ tal-annimali bovini fl-Unjoni. Din tistipula l-kundizzjonijiet li bihom Stat Membru jista' jiġi ddikjarat uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi jew uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet bovini.

(2)

Il-Kapitolu 2 tal-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE (2) jelenka r-reġjuni tal-Istati Membri li huma ddikjarati bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet bovini.

(3)

L-Italja ressqet dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li tixhed il-konformità tal-Provinċja ta' Frosinone tar-Reġjun tal-Lazio mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 64/432/KEE għall-kwalifika ta' uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi fir-rigward tal-merħliet bovini. Għadaqstant, jenħtieġ li dik il-provinċja tiġi elenkata fil-Kapitolu 2 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2003/467/KE bħala reġjun uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi fir-rigward tal-merħliet bovini.

(4)

Il-Kapitolu 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE jelenka r-reġjuni tal-Istati Membri li huma ddikjarati bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi fir-rigward tal-annimali bovini.

(5)

L-Italja ressqet dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li tixhed il-konformità tal-Provinċja ta' Ruma tar-Reġjun tal-Lazio mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 64/432/KEE għall-kwalifika ta' uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet bovini. Billi preċedentement, il-provinċji l-oħra kollha tar-Reġjun tal-Lazio kienu ngħataw il-kwalifika ta' uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet bovini, jenħtieġ li r-reġjun kollu tal-Lazio jiġi elenkat fil-Kapitolu 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE bħala reġjun uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet bovini.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE jiġu emendati skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni Nru 2003/467/KE huma emendati skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Ottubru 2018.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta' Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-kwalifika ta' uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi, bruċellożi u lewkożi bovina enzootika ta' xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri rigward annimali bovini (ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74).


ANNESS

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati kif ġej:

(1)

fil-Kapitolu 2 tal-Anness I, l-entrata għall-Italja hija sostitwita b'dan li ġej:

“Fl-Italja:

Ir-Reġjun tal-Abruzzo: Il-Provinċja ta' Pescara,

Il-Provinċja ta' Bolzano,

Ir-Reġjun tal-Emilia-Romagna,

Ir-Reġjun tal-Friuli-Venezia Giulia,

Ir-Reġjun tal-Lazio: Il-Provinċji ta' Frosinone, Rieti, Viterbo,

Ir-Reġjun tal-Liguria,

Ir-Reġjun tal-Lombardia,

Ir-Reġjun tal-Marche: Il-Provinċji ta' Ancona, Ascoli Piceno, Fermo, Pesaro-Urbino,

Ir-Reġjun tal-Piemonte,

Ir-Reġjun ta' Sardenja: Il-Provinċji ta' Cagliari, Medio-Campidano, Ogliastra, Olbia-Tempio, Oristano,

Ir-Reġjun tat-Toskana,

Il-Provinċja ta' Trento,

Ir-Reġjun tal-Umbria,

Ir-Reġjun tal-Veneto.”

(2)

fil-Kapitolu 2 tal-Anness II, l-entrata għall-Italja hija sostitwita b'dan li ġej:

“Fl-Italja:

Ir-Reġjun tal-Abruzzo: Il-Provinċja ta' Pescara,

Il-Provinċja ta' Bolzano,

Ir-Reġjun tal-Emilia-Romagna,

Ir-Reġjun tal-Friuli-Venezia Giulia,

Ir-Reġjun tal-Lazio,

Ir-Reġjun tal-Liguria,

Ir-Reġjun tal-Lombardia,

Ir-Reġjun tal-Marche,

Ir-Reġjun tal-Molise: Il-Provinċja ta' Campobasso,

Ir-Reġjun tal-Piemonte,

Ir-Regjun tal-Puglia: Il-Provinċja ta' Brindisi,

Ir-Reġjun ta' Sardenja,

Ir-Reġjun tat-Toskana,

Il-Provinċja ta' Trento,

Ir-Reġjun tal-Umbria,

Ir-Reġjun tal-Valle d'Aosta,

Ir-Reġjun tal-Veneto.”


14.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/25


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1984

tat-13 ta' Diċembru 2018

dwar ir-rikonoxximent tas-“Sistema KZR INiG” li turi konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà skont id-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7c(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (2), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(4) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikoli 7b u 7c u l-Anness IV tad-Direttiva 98/70/KE u l-Artikoli 17 u 18 u l-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE jistipulaw kriterji simili ta' sostenibbiltà għall-bijofjuwils u għall-bijolikwidi, u proċeduri simili għall-verifika tal-konformità tal-bijofjuwils u tal-bijolikwidi ma' dawk il-kriterji.

(2)

Meta l-bijofjuwils u l-bijolikwidi jkunu jridu jitqiesu għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 17(1)(a), (b) u (c) tad-Direttiva 2009/28/KE, jenħtieġ li l-Istati Membri jirrikjedu li l-operaturi ekonomiċi juru li l-bijofjuwils u l-bijolikwidi jkunu konformi mal-kriterji ta' sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 17(2) sa (5) ta' dik id-Direttiva.

(3)

Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li l-iskemi volontarji nazzjonali jew internazzjonali li jistabbilixxu l-istandards għall-produzzjoni tal-prodotti tal-bijomassa fihom data preċiża għall-finijiet tal-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2009/28/KE, u/jew juru li l-konsenji tal-bijofjuwils jew tal-bijolikwidi huma konformi mal-kriterji ta' sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 17(3), (4) u (5), u/jew li l-ebda materjal ma ġie mmodifikat jew imwarrab intenzjonalment sabiex il-konsenja jew parti minnha tkun tista' taqa' taħt l-Anness IX. Meta operatur ekonomiku jagħti provi jew jipprovdi data miksuba skont skema volontarja rikonoxxuta mill-Kummissjoni, safejn ikun kopert bid-deċiżjoni tar-rikonoxximent, jenħtieġ li Stat Membru ma jirrikjedix li l-fornitur jipprovdi evidenza ulterjuri ta' konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà.

(4)

It-talba biex jiġi rikonoxxut li s-“Sistema KZR INiG” turi li l-konsenji tal-bijofjuwils huma konformi mal-kriterji ta' sostenibbiltà stabbiliti fid-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni fil-11 ta' Awwissu 2017. L-iskema, li hija bbażata f'ul. Lubicz 25 A, 31-503 Kraków, il-Polonja, tkopri firxa wiesgħa ta' materja prima li tinkludi l-iskart u r-residwi, u l-katina kollha tal-kustodja.

(5)

Hija u tivvaluta s-“Sistema KZR INiG”, il-Kummissjoni sabet li din tkopri b'mod adegwat il-kriterji kollha ta' sostenibbiltà stabbiliti fid-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE, kif ukoll li din tapplika metodoloġija ta' bilanċ tal-massa skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 7c(1) tad-Direttiva 98/70/KE u tal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2009/28/KE.

(6)

Il-valutazzjoni tas-“Sistema KZR INiG” sabet li din tilħaq standards xierqa ta' affidabbiltà, trasparenza u awditjar indipendenti u tikkonforma wkoll mar-rekwiżiti metodoloġiċi stabbiliti fl-Anness IV tad-Direttiva 98/70/KE u fl-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sostenibbiltà tal-Bijofjuwils u tal-Bijolikwidi,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-“Sistema KZR INiG” (“l-iskema”), li fil-11 ta' Awwissu 2017 ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni għal rikonoxximent, turi li l-konsenji tal-bijofjuwils u tal-bijolikwidi prodotti skont l-istandards għall-produzzjoni tal-bijofjuwils u tal-bijolikwidi stabbiliti fl-iskema huma konformi mal-kriterji ta' sostenibbiltà stipulati fl-Artikolu 7b(3), (4) u (5) tad-Direttiva 98/70/KE u fl-Artikolu 17(3), (4) u (5) tad-Direttiva 2009/28/KE.

L-iskema fiha wkoll data preċiża għall-finijiet tal-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2009/28/KE u tal-Artikolu 7b(2) tad-Direttiva 98/70/KE.

Artikolu 2

Fil-każ li l-kontenut tal-iskema, li ġiet ippreżentata fil-11 ta' Awwissu 2017 lill-Kummissjoni għal rikonoxximent, jinbidel b'tali mod li jista' jaffettwa l-bażi ta' din id-Deċiżjoni, dan it-tibdil għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni mingħajr dewmien. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta t-tibdil innotifikat bil-ħsieb li tistabbilixxi jekk l-iskema tkunx għadha tkopri b'mod adegwat il-kriterji ta' sostenibbiltà li għalihom tkun ġiet rikonoxxuta.

Artikolu 3

Il-Kummissjoni tista' tħassar din id-Deċiżjoni, fost affarijiet oħra, fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

jekk ikun intwera biċ-ċar li l-iskema ma tkunx implimentat elementi kkunsidrati bħala importanti għal din id-Deċiżjoni jew jekk ikun twettaq ksur gravi u strutturali ta' dawk l-elementi;

(b)

jekk l-iskema ma tippreżentax rapporti annwali lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7c(6) tad-Direttiva 98/70/KE u skont l-Artikolu 18(6) tad-Direttiva 2009/28/KE;

(c)

jekk l-iskema ma timplimentax l-istandards tal-awditjar indipendenti speċifikati fl-atti ta' implimentazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7c(5) tad-Direttiva 98/70/KE u fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 18(5) tad-Direttiva 2009/28/KE jew it-titjib ta' elementi oħra tal-iskema kkunsidrati bħala importanti għall-issoktar tar-rikonoxximent.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika sat-3 ta' Jannar 2024.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58.

(2)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.


14.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/27


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1985

tat-13 ta' Diċembru 2018

li ma tapprovax Willaertia magna c2c maky bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 11

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni ta' Franza rċeviet applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-mikroorganiżmu Willaertia magna c2c maky għall-użu bħala sustanza attiva fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 11, preservattivi għal sistemi tat-tkessiħ b'likwidu u tal-ipproċessar, kif deskritta fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(2)

L-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni ta' Franza ppreżentat ir-rapport tal-valutazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha fil-15 ta' Marzu 2017 f'konformità mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(3)

Il-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali tal-Aġenżija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ta l-opinjoni tiegħu fis-26 ta' April 2018, filwaqt li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni (2).

(4)

Skont dik l-opinjoni, il-prodotti bijoċidali li jintużaw għat-tip ta' prodott 11 u li fihom il-Willaertia magna c2c maky ma jistgħux jitqiesu li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 19(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. B'mod partikolari, ix-xenarji evalwati fil-valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem identifikaw riskji inaċċettabbli u l-ebda użu sikur ma seta' jiġi identifikat. Barra minn hekk, l-effikaċja innata tal-Willaertia magna c2c maky għall-kontroll tal-Legionella pneumophila ma ntwerietx biżżejjed.

(5)

Filwaqt li ġiet ikkunsidrata l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, il-Kummissjoni tikkunsidra li mhux xieraq li jiġi approvat il-Willaertia magna c2c maky għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 11.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Willaertia magna c2c maky mhux approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 11.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Biocidal Products Committee (BPC) Opinion on the application for approval of the active substance: Willaertia magna c2c maky, Product type: 11, ECHA/BPC/206/2018, Adottat fis-26 ta' April 2018.


14.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/29


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1986

tat-13 ta' Diċembru 2018

li tistabbilixxi programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni għal ċertu sajd u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2012/807/UE, 2013/328/UE, 2013/305/UE u 2014/156/UE

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jistabbilixxi regoli għall-kontroll tal-attivitajiet kollha koperti mill-Politika Komuni tas-Sajd imwettqa fit-territorju tal-Istati Membri jew fl-ilmijiet tal-Unjoni jew minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jew, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà primarja tal-Istat Membru tal-bandiera, minn ċittadini tal-Istati Membri, u jipprevedi b'mod partikolari li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontroll, l-ispezzjoni u l-infurzar isiru fuq bażi mhux diskriminatorja fir-rigward ta' setturi, ta' bastimenti jew ta' persuni, u abbażi tal-ġestjoni tar-riskju.

(2)

Skont l-Artikolu 95 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-Kummissjoni tista', flimkien mal-Istati Membri kkonċernati, tadotta programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni għal sajd u għal baċiri tal-baħar speċifiċi.

(3)

Programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni ġew adottati mill-Kummissjoni għal diversi baċiri tal-baħar u ġew implimentati mill-Istati Membri permezz ta' pjanijiet ta' eżerċizzju konġunti, bl-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (“EFCA”) tiżgura l-koordinazzjoni operazzjonali tal-attivitajiet ta' spezzjoni f'dan il-qafas.

(4)

L-evalwazzjoni REFIT reċenti tal-Kummissjoni (2) sabet li l-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni huma għodda effiċjenti u effettiva għal titjib fil-kooperazzjoni u fl-iskambju ta' informazzjoni fost l-Istati Membri.

(5)

Il-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni stabbiliti skont id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/807/UE (3), 2013/328/UE (4) u 2013/305/UE (5) jiskadu fil-31 ta' Diċembru 2018. Jenħtieġ li dawn il-programmi jkunu previsti wkoll wara dik id-data biex ikomplu jkattru l-kooperazzjoni u l-iskambju tad-data fost l-Istati Membri, kif ukoll biex jippromwovu kundizzjonijiet ekwi fl-attivitajiet ta' spezzjoni u ta' kontroll fl-Unjoni kollha.

(6)

Sabiex jissimplifikaw l-adozzjoni u jiżguraw l-implimentazzjoni konsistenti tal-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li dawk il-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni jinġabru f'deċiżjoni unika waħda. Jenħtieġ li l-obbligu ta' rapportar tal-Istati Membri jiġi revedut, bl-għan li jkunu allinjati mal-punti ta' riferiment ġodda u biex jitnaqqas kemm jista' jkun il-piż amministrattiv.

(7)

Sabiex tiġi żgurata l-koerenza fil-baċiri tal-baħar kollha, jenħtieġ li l-programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni stabbiliti skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/156/UE (6) jiġi revedut ukoll, inklużi l-punti ta' riferiment u l-obbligi ta' rapportar.

(8)

Skont l-Artikolu 95(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, jenħtieġ li l-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni jiddikjaraw il-kamp ta' applikazzjoni, l-objettivi u l-prijoritajiet kif ukoll il-punti ta' riferiment għall-attivitajiet ta' spezzjoni.

(9)

Sabiex jirrifletti l-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni tas-sajd tal-Unjoni li ġew adottati dan l-aħħar, jenħtieġ li l-kamp ta' applikazzjoni tal-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni addizzjonali jiġi estiż għal ċerti stokkijiet u sajd addizzjonali. Jenħtieġ li l-kamp ta' applikazzjoni jinkludi wkoll is-sajd rikreattiv għall-istokkijiet koperti b'miżuri ta' konservazzjoni tal-Unjoni u għas-sajd ġestit mill-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd. Jeħtieġ ukoll li l-prijoritajiet tal-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni jiġu allinjati ma' dawk tal-Politika Komuni tas-Sajd, b'mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art.

(10)

Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkopri ċertu sajd fil-Baħar Baltiku, fil-Baħar tat-Tramuntana, fl-Ilmijiet tal-Punent tal-Grigal tal-Atlantiku, fil-Lvant tal-Atlantiku, fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed.

(11)

L-Artikolu 95(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jipprevedi li l-punti ta' riferiment tal-programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni għall-attivitajiet ta' spezzjoni jridu jiġu stabbiliti abbażi ta' ġestjoni tar-riskju. Għal dan l-għan, u sabiex jiġi previst approċċ koerenti għall-kontrolli u għall-ispezzjonijiet f'baċir tal-baħar u kundizzjonijiet ekwi għas-sajd ta' Stati Membri differenti, jenħtieġ li tintuża metodoloġija armonizzata għall-valutazzjoni tar-riskju. Jenħtieġ li l-metodoloġija armonizzata tiġi stabbilita mill-Istati Membri f'kooperazzjoni mal-EFCA u jenħtieġ li tkun ibbażata fuq it-theddidiet li jista' jkun hemm ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.

(12)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkomunikaw ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju tagħhom lill-EFCA. L-EFCA jenħtieġ li tuża din l-informazzjoni meta tikkoordina l-valutazzjoni tar-riskju fil-livell reġjonali.

(13)

L-EFCA jenħtieġ li tistabbilixxi strateġija reġjonali għall-ġestjoni tar-riskju li għandha tiġi implimentata permezz ta' pjan ta' eżerċizzju konġunt kif definit fl-Artikolu 2(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 (7).

(14)

Skont l-Artikolu 95(4) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, jenħtieġ li l-Istati Membri jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw l-implimentazzjoni tal-programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tar-riżorsi umani u materjali meħtieġa u l-perjodi u ż-żoni fejn dawn iridu jintużaw.

(15)

Jenħtieġ li jitwettqu attivitajiet konġunti ta' spezzjoni u ta' sorveljanza bejn l-Istati Membri, fejn ikun applikabbli, skont il-pjanijiet ta' eżerċizzju konġunti stabbiliti mill-EFCA sabiex tittejjeb l-uniformità fil-prattiki ta' kontroll, ta' spezzjoni u ta' sorveljanza u sabiex tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni tal-attivitajiet ta' kontroll, ta' spezzjoni u ta' sorveljanza bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' dawk l-Istati Membri.

(16)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-punti ta' riferiment fil-mira li jiddeterminaw l-intensità tal-attivitajiet ta' kontroll u ta' spezzjoni għall-bastimenti tas-sajd fis-segmenti tal-flotta b'riskju għoli u għoli ħafna fl-Istati Membri kkonċernati kollha. Jenħtieġ li l-punti ta' riferiment fil-mira kollha jiġu vvalutati filwaqt li titqies l-evalwazzjoni annwali mwettqa mill-Istati Membri. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu intitolati jużaw punti ta' riferiment fil-mira li jkunu alternattivi u espressi f'termini ta' livelli ta' konformità mtejba.

(17)

L-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u mal-EFCA fir-rigward tad-data tas-sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti, id-data mis-sistema elettronika ta' rapportar inklużi r-rapporti ta' attività tas-sajd, in-notifiki minn qabel, id-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art u tat-trasbord, u n-noti tal-bejgħ, id-data tal-ispezzjoni u tas-sorveljanza, inklużi r-rapporti ta' spezzjoni u ta' osservazzjoni u r-rapporti ta' ksur, u l-ipproċessar tad-data personali huma meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni, għall-pjanijiet ta' eżerċizzju konġunti u għall-attivitajiet konġunti ta' spezzjoni u ta' sorveljanza. Jenħtieġ li jiġi żgurat, f'kull ħin u f'kull livell, li l-obbligi dwar il-protezzjoni tad-data personali stipulati fir-Regolamenti (UE) 2016/679 (8) u (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), u fejn ikun applikabbli, id-dispożizzjonijiet tal-Istati Membri li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) jiġu rrispettati.

(18)

Jenħtieġ li d-data personali pproċessata għall-iskop ta' implimentazzjoni tal-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni ma tinħażinx għal perjodu li jaqbeż l-għaxar snin. Dan il-perjodu jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u lill-EFCA jlestu d-dmirijiet tagħhom fir-rigward tas-segwitu, ir-rapportar u l-evalwazzjoni tal-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni. Fir-rigward tad-data meħtieġa għas-segwitu ta' spezzjonijiet bħal inkjesti, ksur, u proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi, huwa meħtieġ perjodu speċifiku itwal ta' żamma ta' għoxrin sena minħabba t-tul ta' tali proċessi u minħabba l-ħtieġa li dik id-data tintuża sa tmiem tali proċessi. Barra minn hekk, fejn id-data tintuża għal skopijiet xjentifiċi u għall-għoti ta' pariri xjentifiċi, jenħtieġ li l-perjodu ta' żamma jiġi estiż biex jippermetti l-monitoraġġ u l-valutazzjoni xjentifiċi fit-tul tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar.

(19)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jħejju u jibagħtu lill-Kummissjoni rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tuża dawn ir-rapporti biex tivvaluta l-implimentazzjoni tal-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni u biex tevalwa l-adegwatezza u l-effettività tagħhom. Tali valutazzjoni tista' sservi bħala l-bażi għar-rieżami tal-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni.

(20)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett

1.   Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni:

(a)

għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet jew l-ispeċijiet koperti mill-pjanijiet pluriennali msemmija fl-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) u mill-pjanijiet adottati skont l-Artikolu 18 ta' dak ir-Regolament kif ukoll minn miżuri oħra tal-Unjoni adottati skont l-Artikolu 43(3) tat-Trattat u li jipprevedu limitazzjonijiet kwantitattivi u l-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd;

(b)

għas-sajd li jisfrutta l-ispeċijiet soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(c)

għal ċertu sajd li jisfrutta l-istokkijiet jew l-ispeċijiet soġġetti għal miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni adottati mill-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd,

kif stabbilit fl-Annessi I sa V.

2.   Il-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni huma stabbiliti fl-Annessi I sa V u għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri msemmija f'dawk l-Annessi (“l-Istati Membri kkonċernati”).

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

Il-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni għandhom ikopru l-attivitajiet li ġejjin:

(a)

l-attivitajiet tas-sajd skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 fiż-żoni msemmija fl-Annessi I sa V ta' din id-Deċiżjoni (“żoni kkonċernati”);

(b)

l-attivitajiet relatati mas-sajd, inklużi l-użin, l-ipproċessar, il-kummerċjalizzazzjoni, it-trasport u l-ħżin tal-prodotti tas-sajd;

(c)

l-importazzjoni u l-importazzjoni indiretta kif definiti fl-Artikolu 2(11) u l-Artikolu 2(12) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 (12), għas-sajd kopert fl-Anness I;

(d)

l-esportazzjoni u r-riesportazzjoni kif definiti fl-Artikolu 2(13) u l-Artikolu 2(14) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008, għas-sajd kopert fl-Anness I;

(e)

is-sajd rikreattiv kif definit fl-Artikolu 4(28) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, meta jkun soġġett għal miżuri ta' konservazzjoni tal-Unjoni u meta jkun speċifikat fl-Anness rilevanti;

(f)

il-miżuri ta' emerġenza skont l-Artikolu 108 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u l-miżuri tal-Kummissjoni f'każ ta' theddida serja għar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Artikolu 3

Objettivi

1.   Il-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni uniformi u effettiva tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' kontroll applikabbli għall-istokkijiet u għas-sajd imsemmija fl-Annessi I sa V.

2.   L-attivitajiet ta' kontroll u ta' spezzjoni mwettqa fil-qafas ta' kull programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni għandhom jimmiraw b'mod partikolari li jiżguraw il-konformità mad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-ġestjoni tal-opportunitajiet tas-sajd u kwalunkwe kundizzjoni speċifika assoċjata magħha, inkluż il-monitoraġġ tal-użu tal-kwota, ir-reġim tal-isforz u l-miżuri tekniċi applikati fiż-żoni kkonċernati;

(b)

l-obbligi ta' rapportar applikabbli għall-attivitajiet tas-sajd, b'mod partikolari l-affidabbiltà tal-informazzjoni rreġistrata u rrapportata;

(c)

l-obbligu ta' ħatt l-art tal-qabdiet kollha ta' speċijiet soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art skont ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u l-miżuri biex jitnaqqas ir-rimi tal-ħut previst fit-Titolu IIIa tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 (13);

(d)

ir-regoli speċjali għall-użin ta' ċerti speċijiet pelaġiċi previsti fl-Artikoli 78 sa 89 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 404/2011 (14);

(e)

id-dispożizzjonijiet speċifiċi approvati mill-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd fir-rigward tal-istokkijiet u ż-żoni kkonċernati b'din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Prijoritajiet

1.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom iwettqu kontroll u spezzjoni tal-attivitajiet tas-sajd u tal-attivitajiet relatati mas-sajd fir-rigward tal-istokkijiet u taż-żona/i differenti msemmija fl-Annessi I sa V ta' din id-Deċiżjoni abbażi ta' ġestjoni tar-riskju, skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u l-Artikolu 98 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011.

2.   Kull Stat Membru kkonċernat għandu jattribwixxi livell ta' prijorità għall-kontroll u għall-ispezzjonijiet abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju mwettaq skont il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 5.

3.   Kull bastiment tas-sajd u/jew segment tal-flotta kif imsemmija fl-Artikolu 5(2)b għandhom ikunu soġġetti għal kontroll u għal spezzjonijiet skont il-livell ta' prijorità attribwita skont il-paragrafu 2, sabiex jiġi żgurat li l-istokkijiet kollha tas-sajd elenkati fl-Annessi I sa V ikunu koperti b'mod adegwat.

4.   L-ispezzjonijiet fuq l-art tal-operaturi involuti f'attivitajiet relatati mas-sajd għandhom jitwettqu meta jkun rilevanti b'rabta mal-pass fil-katina tas-sajd/tal-kummerċjalizzazzjoni u meta jkunu parti mill-istrateġija għall-ġestjoni tar-riskju kif imsemmi fl-Artikolu 6.

Artikolu 5

Proċeduri għall-valutazzjoni tar-riskju u rabta mal-pjanijiet ta' eżerċizzju konġunti

1.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jivvalutaw, minn tal-inqas darba fis-sena, ir-riskji fir-rigward tas-sajd elenkat fl-Annessi I sa V b'konformità mal-metodoloġija armonizzata stabbilita mill-Istati Membri f'kooperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA), u abbażi tat-theddidiet li jista' jkun hemm ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.

2.   Il-metodoloġija tal-valutazzjoni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 1 għandha tipprevedi li l-Istati Membri:

(a)

jikkunsidraw, billi jużaw l-informazzjoni disponibbli u rilevanti kollha, kemm huwa probabbli li jkun hemm nuqqas ta' konformità u, li kieku kellu jkun hemm dan in-nuqqas, l-impatt(i) potenzjali tiegħu;

(b)

jistabbilixxu l-livell ta' riskju skont l-istokkijiet, l-irkaptu, iż-żona koperta (imsemmija bħala “segment tal-flotta”) u ż-żmien tas-sena, abbażi tal-probabbiltà u l-impatt potenzjali. Il-livell stmat ta' riskju għandu jiġi espress bħala “għoli ħafna”, “għoli”, “medju” jew “baxx”.

3.   Fil-qafas ta' pjan ta' eżerċizzju konġunt stabbilit mill-EFCA skont ir-Regolament (KE) Nru 768/2005 (“pjan ta' eżerċizzju konġunt”), kull Stat Membru kkonċernat għandu jikkomunika lill-EFCA r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju tiegħu. It-tip identifikat ta' nuqqas ta' konformità (theddidiet) li jista' jkun hemm mar-regoli applikabbli dwar il-Politika Komuni tas-Sajd għandu jiġi deskritt sabiex jiġi ffaċilitat l-ipprogrammar tal-istrateġija għall-ġestjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 6. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw minnufih lill-EFCA kwalunkwe tibdil fil-livell stmat ta' riskji.

4.   L-EFCA għandha tuża l-informazzjoni li tirċievi mingħand l-Istati Membri meta tikkoordina l-valutazzjoni tar-riskju fil-livell reġjonali.

5.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu lista tal-bastimenti tagħhom li minn tal-inqas tindika l-bastimenti b'riskju medju, għoli u għoli ħafna. Il-lista ta' bastimenti għandha tiġi aġġornata regolarment filwaqt li titqies l-informazzjoni miġbura matul l-attivitajiet ta' kontroll u ta' spezzjoni, inkluż il-kontroll u l-ispezzjoni konġunti u kwalunkwe informazzjoni rilevanti pprovduta minn Stati Membri oħra.

6.   F'każijiet fejn bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru li mhux Stat Membru kkonċernat, jew bastiment tas-sajd ta' pajjiż terz, jopera fiż-żoni kkonċernati, il-livell ta' riskju skont il-paragrafu 5 għandu jiġi ddeterminat mill-Istat Membru kostali fejn il-bastiment tas-sajd ikun qiegħed jopera fl-ilmijiet tiegħu, sakemm l-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera jipprovdu, fil-qafas tal-Artikolu 8 ta' din id-Deċiżjoni, il-livell ta' dak ir-riskju.

7.   Fil-qafas ta' pjan ta' eżerċizzju konġunt u għal raġunijiet operazzjonali, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkomunikaw lill-EFCA l-lista ta' bastimenti stabbiliti skont il-paragrafi 5 u 6. It-tip identifikat ta' theddidiet applikabbli għall-bastimenti għandu jiġi deskritt biex jiġu ffaċilitati l-attivitajiet effettivi ta' kontroll u ta' spezzjoni. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinfurmaw minnufih lill-EFCA dwar kwalunkwe tibdil wara li jsir l-aġġornament tal-lista tagħhom.

Artikolu 6

Strateġiji nazzjonali u reġjonali għall-ġestjoni tar-riskju

1.   Abbażi tar-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riskju, kull Stat Membru kkonċernat għandu jistabbilixxi, minn tal-inqas darba fis-sena, strateġija nazzjonali għall-ġestjoni tar-riskju ffukata fuq l-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd. Tali strateġija għandha tinkludi l-identifikazzjoni, id-deskrizzjoni u l-allokazzjoni ta' riżorsi xierqa, ta' strumenti ta' kontroll u ta' mezzi ta' spezzjoni, filwaqt li jitqies il-livell identifikat ta' riskji, in-natura tat-theddida ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, u l-ksib tal-punti ta' riferiment fil-mira.

2.   L-EFCA, abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju reġjonali msemmija fl-Artikolu 5(4) ta' din id-Deċiżjoni, għandha tistabbilixxi strateġija reġjonali għall-ġestjoni tar-riskju, kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. L-EFCA għandha tikkoordina u timplimenta din l-istrateġija reġjonali għall-ġestjoni tar-riskju permezz ta' pjan ta' eżerċizzju konġunt.

Artikolu 7

Punti ta' riferiment fil-mira

1.   Mingħajr preġudizzju għall-punti ta' riferiment fil-mira definiti fil-punt 4 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, il-punti ta' riferiment fil-mira għall-ispezzjonijiet tal-bastimenti tas-sajd huma stabbiliti fil-punt 4 rispettivament tal-Annessi I sa V ta' din id-Deċiżjoni.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu japplikaw alternattivament punti ta' riferiment fil-mira differenti, espressi f'termini ta' livelli mtejba ta' konformità skont il-metodoloġija armonizzata stabbilita f'kooperazzjoni mal-EFCA, sabiex jilħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 ta' din id-Deċiżjoni, diment li:

(a)

analiżi dettaljata tal-attivitajiet tas-sajd jew tal-attivitajiet relatati mas-sajd u tal-kwistjonijiet relatati mal-infurzar tiġġustifika l-ħtieġa li jiġu stabbiliti punti ta' riferiment fil-mira fil-forma ta' livelli mtejba ta' konformità;

(b)

l-Istati Membri kkonċernati jiddefinixxu l-isforz ta' kontroll u ta' spezzjoni kif ukoll l-istrateġija biex jiksbu l-eżiti mistennija bil-livelli mtejba ta' konformità;

(c)

il-punti ta' riferiment espressi f'termini ta' livelli mtejba ta' konformità ma jkollhomx impatt negattiv fuq l-objettivi, il-prijoritajiet u l-proċeduri bbażati fuq ir-riskju definiti fil-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni;

(d)

il-punti ta' riferiment espressi f'termini ta' livelli mtejba ta' konformità jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni mhux iktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni u sussegwentement kull sentejn, u din tal-aħħar ma toġġezzjonax għalihom fi żmien 90 jum min-notifika.

3.   Il-punti ta' riferiment fil-mira kollha għandhom jiġu vvalutati kull sena abbażi tar-rapporti ta' evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(1) u, fejn ikun xieraq, għandhom jiġi reveduti kif ikun meħtieġ fil-qafas tal-evalwazzjoni prevista fl-Artikolu 11(6).

4.   Fejn ikun applikabbli, pjan ta' eżerċizzju konġunt għandu jagħti effett lill-punti ta' riferiment fil-mira msemmija f'dan l-Artikolu.

Artikolu 8

Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u mal-pajjiżi terzi

1.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkooperaw fl-implimentazzjoni tal-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni.

2.   Fejn ikun xieraq, l-Istati Membri l-oħra kollha għandhom jikkooperaw mal-Istati Membri kkonċernati u mal-EFCA biex jilħqu l-objettivi tal-pjanijiet ta' eżerċizzju konġunti.

3.   L-Istati Membri kkonċernati u l-EFCA jistgħu jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi għall-implimentazzjoni tal-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni.

Artikolu 9

Attivitajiet konġunti ta' spezzjoni u ta' sorveljanza

1.   Sabiex iżidu l-effiċjenza u l-effettività tas-sistemi nazzjonali tagħhom tal-kontroll tas-sajd, l-Istati Membri kkonċernati għandhom, fejn ikun xieraq, iwettqu attivitajiet konġunti ta' spezzjoni u ta' sorveljanza fit-territorju tagħhom u fl-ilmijiet fil-ġurisdizzjoni tagħhom, u fejn ikun applikabbli fl-ilmijiet internazzjonali. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, fejn ikun applikabbli, dawn l-attivitajiet għandhom jitwettqu fil-qafas ta' pjanijiet ta' eżerċizzju konġunti kif imsemmija fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 768/2005.

2.   Għall-fini tal-attivitajiet konġunti ta' spezzjoni u ta' sorveljanza, kull Stat Membru kkonċernat għandu:

(a)

jiżgura li l-uffiċjali u l-ispetturi tal-Unjoni mill-Istati Membri kkonċernati l-oħra jiġu mistiedna jipparteċipaw fl-attivitajiet konġunti ta' spezzjoni u ta' sorveljanza;

(b)

jistabbilixxi proċeduri operazzjonali konġunti applikabbli għall-inġenji tas-sorveljanza tagħhom;

(c)

juża proċeduri standard għall-ispezzjonijiet miftiehma mal-EFCA fil-qafas ta' pjan ta' eżerċizzju konġunt;

(d)

joħloq punti tal-kuntatt kif imsemmi fl-Artikolu 80(5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, fejn ikun xieraq.

3.   L-uffiċjali tal-Istati Membri kkonċernati u l-ispetturi tal-Unjoni jistgħu jipparteċipaw f'attivitajiet konġunti ta' spezzjoni u ta' sorveljanza.

Artikolu 10

Skambju tad-data

1.   Għall-fini tal-implimentazzjoni tal-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni, kull Stat Membru kkonċernat għandu jiżgura l-iskambju elettroniku mal-Istati Membri kkonċernati l-oħra u mal-EFCA tad-data relatata mal-attivitajiet tas-sajd u mal-attivitajiet relatati mas-sajd koperti mill-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni.

L-iskambju tad-data msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun skont l-Artikolu 111 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u skont l-Artikolu 118 u l-Anness XII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011.

2.   Id-data skambjata skont il-paragrafu 1 tista' tinkludi data personali. L-EFCA u l-Istati Membri jistgħu jipproċessaw id-data personali li jkollhom aċċess għaliha skont il-paragrafu 1 għall-finijiet ta' konformità mal-kompiti u mal-obbligi tagħhom fil-qafas tal-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni. B'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/679 u mal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-EFCA u l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw protezzjoni xierqa tad-data personali.

3.   Id-data personali fl-informazzjoni skambjata skont il-paragrafu 1 ma għandhiex tinħażen għal perjodu itwal minn 10 snin, għajr jekk tali data personali tkun meħtieġa biex ikun jista' jsir is-segwitu ta' ksur, spezzjoni, jew proċediment ġudizzjarju jew amministrattiv. F'dan il-każ, tali data personali tista' tinħażen għal 20 sena. Jekk id-data personali fl-informazzjoni skambjata skont il-paragrafu 1 tinżamm għal perjodu itwal ta' żmien, id-data għandha tiġi anonimizzata.

4.   B'deroga mill-paragrafu 3, id-data personali fl-informazzjoni skambjata skont il-paragrafu 1 tista' tinħażen għal perjodu li jaqbeż il-perjodi stabbiliti fil-paragrafu 3 unikament għall-finijiet tat-twettiq ta' riċerka xjentifika u tal-għoti ta' pariri xjentifiċi skont l-Artikolu 89 tar-Regolament (UE) 2016/679.

5.   L-Istati Membri għandhom jipproċessaw id-data personali miġbura skont din id-Deċiżjoni b'konformità mal-Artikolu 4(7) tar-Regolament (UE) 2016/679.

6.   L-EFCA u l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jiżguraw is-sigurtà tal-ipproċessar tad-data personali skont din id-Deċiżjoni. L-EFCA u l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw fir-rigward ta' kompiti relatati mas-sigurtà.

7.   L-EFCA u l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw protezzjoni xierqa tal-kunfidenzjalità tal-informazzjoni riċevuta skont din id-Deċiżjoni b'konformità mal-Artikolu 113 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Artikolu 11

Informazzjoni u evalwazzjoni

1.   Sal-31 ta' Marzu ta' kull sena, kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni u lill-EFCA rapport dwar l-attivitajiet ta' kontroll u ta' spezzjoni mwettqa fil-qafas tal-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni tas-sena kalendarja preċedenti.

2.   Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu minn tal-inqas jinkludi l-informazzjoni elenkata fl-Anness VI.

3.   L-informazzjoni msemmija fil-punt IV tal-Anness VI għandha tkompli tiġi elenkata u aġġornata f'kull rapport sakemm l-azzjoni tiġi konkluża skont il-liġijiet tal-Istat Membru kkonċernat. Fejn ma tkunx ittieħdet azzjoni wara li jiġi individwat ksur serju, għandha tiġi inkluża spjegazzjoni.

4.   Għas-sajd imsemmi fl-Anness I, l-informazzjoni msemmija fil-punt IV tal-Anness VI għandha tiġi trażmessa b'mezzi elettroniċi lill-Kummissjoni u lill-EFCA sal-15 ta' Settembru u għandha tiġi aġġornata sal-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara.

5.   Għall-valutazzjoni annwali tagħha tal-effettività tal-pjanijiet ta' eżerċizzju konġunti msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 768/2005, l-EFCA għandha tqis ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

6.   Minn tal-inqas kull sentejn, il-Kummissjoni għandha torganizza laqgħa tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura biex tiġi vvalutata l-implimentazzjoni u tiġi evalwata l-adegwatezza u l-effettività tal-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni u l-impatt kumplessiv tagħhom fuq il-konformità mill-bastimenti tas-sajd u mill-operaturi.

Artikolu 12

Tħassir u perjodu ta' tranżizzjoni

Mingħajr preġudizzju għat-tieni paragrafu ta' dan l-Artikolu, id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2012/807/UE, 2013/328/UE, 2013/305/UE u 2014/156/UE jitħassru.

Madankollu, id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2012/807/UE, 2013/328/UE, 2013/305/UE u 2014/156/UE għandhom ikomplu japplikaw għar-rapport li jrid jiġi ppreżentat mill-Istati Membri fl-2019 fir-rigward tal-attivitajiet ta' kontroll u ta' spezzjoni mwettqa fl-2018.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tibda tapplika mill-1 ta' Jannar 2019.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  COM(2017) 192 final, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=COM:2017:192:FIN

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/807/UE tad-19 ta' Diċembru 2012 li tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni għas-sajd pelaġiku fl-Ilmijiet tal-Punent tal-Grigal tal-Atlantiku (ĠU L 350, 20.12.2012, p. 99).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/328/UE tal-25 ta' Ġunju 2013 li tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni għas-sajd li jisfrutta l-bakkaljaw, il-barbun tat-tbajja' u l-lingwata fil-Kattegat, fil-Baħar tat-Tramuntana, fi Skagerrak, fil-Kanal tal-Lvant, fl-ilmijiet fil-Punent tal-Iskozja u fil-Baħar Irlandiż (ĠU L 175, 27.6.2013, p. 61).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/305/UE tal-21 ta' Ġunju 2013 li tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-merluzz, tal-aringi, tas-salamun u tal-laċċa kaħla fil-Baħar Baltiku (ĠU L 170, 22.6.2013, p. 66).

(6)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/156/UE tad-19 ta' Marzu 2014 li tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, u tal-pixxispad fil-Mediterran u għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tas-sardin u l-inċova fil-Baħar Adrijatiku tat-Tramuntana (ĠU L 85, 21.3.2014, p. 15).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 tas-26 ta' April 2005 li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(9)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(10)  Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(12)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1).

(13)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar, (ĠU L 125, 27.4.1998, p. 1).

(14)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404//2011 tat-8 ta' April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1).


ANNESS I

DETTALJI DWAR IL-PROGRAMM SPEĊIFIKU TA' KONTROLL U TA' SPEZZJONI GĦAS-SAJD LI JISFRUTTA L-ISPEĊIJIET TAL-ICCAT (1) FIL-LVANT TAL-ATLANTIKU U FIL-BAĦAR MEDITERRAN U GĦAL ĊERTU SAJD DEMERSALI U PELAĠIKU FIL-BAĦAR MEDITERRAN

(1)

Dan il-programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni għandu jkopri ż-żoni ġeografiċi ddefiniti kif ġej:

(a)

“il-Lvant tal-Atlantiku” tfisser is-sottożoni VII, VIII, IX, u X tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES (2)) kif definiti fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 218/2009 u d-diviżjoni 34.1.2 tal-FAO (3);

(b)

“il-Mediterran” tfisser is-sottożoni 37.1, 37.2 u 37.3 tal-FAO jew is-sottożoni ġeografiċi 1 sa 27 kif definiti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4);

(c)

“it-Tramuntana tal-Adrijatiku” u “in-Nofsinhar tal-Adrijatiku” ifissru s-sottożoni ġeografiċi 17 u 18 kif definiti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;

(d)

“il-Fliegu ta' Sqallija” tfisser is-sottożoni ġeografiċi 12, 13, 14, 15, u 16, kif definiti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;

(2)

L-Istati Membri kkonċernati huma l-Kroazja, Ċipru, Franza, il-Greċja, l-Italja, Malta, il-Portugall, is-Slovenja u Spanja.

(3)

Is-sajd li ġej għandu jiġi kkunsidrat:

Is-sajd (inkluż dak rikreattiv) li jisfrutta l-istokkijiet tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Baħar Mediterran;

Is-sajd (inkluż dak rikreattiv) li jisfrutta l-pixxispad fil-Mediterran;

Is-sajd li jisfrutta l-alonga fil-Mediterran;

Is-sajd li jisfrutta s-sardin u l-inċova fit-Tramuntana u fin-Nofsinhar tal-Baħar Adrijatiku;

Is-sajd li jisfrutta l-merluzz u l-gamblu abjad fil-Fliegu ta' Sqallija;

Is-sajd li jisfrutta l-gambli tal-qiegħ fil-Lvant tal-Mediterran u fil-Baħar Jonju;

Is-sajd li jisfrutta s-sallura tal-ispeċi Anguilla anguilla fl-ilmijiet tal-Unjoni fil-Mediterran;

Is-sajd li jisfrutta l-ispeċijiet soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(4)

Il-punti ta' riferiment fil-mira għall-ispezzjonijiet

Il-punti ta' riferiment li ġejjin għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri speċifikati fil-punt 2 ta' dan l-Anness.

(a)

L-attivitajiet ta' spezzjoni fuq il-baħar;

Fuq bażi annwali, minn tal-inqas 60 % tal-ispezzjonijiet totali fuq il-baħar (eskluża s-sorveljanza mill-ajru) għandhom jitwettqu fuq il-bastimenti tas-sajd tas-segmenti tal-flotta fl-ogħla żewġ kategoriji tal-livell ta' riskju identifikati skont l-Artikolu 5(1) u 5(2) sabiex jiġi żgurat li dawn iż-żewġ segmenti tal-flotta jkunu koperti b'mod adegwat u proporzjonat.

(b)

L-ispezzjonijiet tal-ħatt l-art (l-ispezzjonijiet fil-portijiet u qabel l-ewwel bejgħ);

Fuq bażi annwali, minn tal-inqas 60 % tal-ispezzjonijiet totali tal-ħatt l-art għandhom jitwettqu fuq il-bastimenti tas-sajd tas-segmenti tal-flotta fl-ogħla żewġ kategoriji tal-livell ta' riskju identifikati skont l-Artikolu 5(1) u 5(2) sabiex jiġi żgurat li dawn iż-żewġ segmenti tal-flotta jkunu koperti b'mod adegwat u proporzjonat.

(c)

L-ispezzjonijiet tan-nases u tal-installazzjonijiet tat-trobbija relatati mas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Baħar Mediterran;

Fuq bażi annwali, 100 % tal-operazzjonijiet tat-tpoġġija f'gaġeġ u tat-trasferiment fin-nases u fl-installazzjonijiet tat-trobbija għandhom jiġu spezzjonati, inkluż ir-rilaxx tal-ħut.


(1)  Il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku

(2)  Iż-żoni tal-ICES (il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar) huma kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta' statistiċi ta' qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu fil-Grigal tal-Atlantiku (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 70).

(3)  “L-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-NU”

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta' Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (ĠU L 347, 30.12.2011, p. 44).


ANNESS II

DETTALJI DWAR IL-PROGRAMM SPEĊIFIKU TA' KONTROLL U TA' SPEZZJONI GĦAL ĊERTU SAJD FIL-BAĦAR L-ISWED

(1)

Dan il-programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni għandu jkopri ż-żoni ġeografiċi ddefiniti kif ġej:

l-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar l-Iswed fejn “il-Baħar l-Iswed” tfisser is-sottożona ġeografika 29 tal-GFCM (il-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran) kif definit fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;

(2)

L-Istati Membri kkonċernati huma l-Bulgarija u r-Rumanija.

(3)

Is-sajd li ġej għandu jiġi kkunsidrat:

Is-sajd li jisfrutta l-barbun imperjali fil-Baħar l-Iswed;

Is-sajd li jisfrutta l-ispeċijiet soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(4)

Il-punti ta' riferiment fil-mira għall-ispezzjonijiet

Il-punti ta' riferiment li ġejjin għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri speċifikati fil-punt 2 ta' dan l-Anness.

(a)

L-attivitajiet ta' spezzjoni fuq il-baħar;

Fuq bażi annwali, minn tal-inqas 60 % tal-ispezzjonijiet totali fuq il-baħar (eskluża s-sorveljanza mill-ajru) għandhom jitwettqu fuq il-bastimenti tas-sajd tas-segmenti tal-flotta fl-ogħla żewġ kategoriji tal-livell ta' riskju identifikati skont l-Artikolu 5(1) u 5(2) sabiex jiġi żgurat li dawn iż-żewġ segmenti tal-flotta jkunu koperti b'mod adegwat u proporzjonat.

(b)

L-ispezzjonijiet tal-ħatt l-art (l-ispezzjonijiet fil-portijiet u qabel l-ewwel bejgħ);

Fuq bażi annwali, minn tal-inqas 60 % tal-ispezzjonijiet totali tal-ħatt l-art għandhom jitwettqu fuq il-bastimenti tas-sajd tas-segmenti tal-flotta fl-ogħla żewġ kategoriji tal-livell ta' riskju identifikati skont l-Artikolu 5(1) u 5(2) sabiex jiġi żgurat li dawn iż-żewġ segmenti tal-flotta jkunu koperti b'mod adegwat u proporzjonat.


ANNESS III

DETTALJI DWAR IL-PROGRAMM SPEĊIFIKU TA' KONTROLL U TA' SPEZZJONI GĦAL ĊERTU SAJD PELAĠIKU U DEMERSALI FIL-BAĦAR BALTIKU

(1)

Dan il-programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni għandu jkopri ż-żoni ġeografiċi ddefiniti kif ġej:

l-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar Baltiku, fejn “il-Baħar Baltiku” tfisser iż-żoni IIIb, IIIc u IIId tal-ICES;

(2)

L-Istati Membri kkonċernati huma d-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, il-Ġermanja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja u l-Iżvezja.

(3)

Is-sajd li ġej għandu jiġi kkunsidrat:

Is-sajd li jisfrutta l-bakkaljaw (inkluż is-sajd rikreattiv fis-sottodiviżjonijiet 22-24), l-aringa, is-salamun u l-laċċa kaħla;

Is-sajd li jisfrutta s-sallura tal-ispeċi Anguilla anguilla fl-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar Baltiku;

Is-sajd li jisfrutta l-ispeċijiet soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(4)

Il-punti ta' riferiment fil-mira għall-ispezzjonijiet

Il-punti ta' riferiment li ġejjin għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri speċifikati fil-punt 2 ta' dan l-Anness.

(a)

L-attivitajiet ta' spezzjoni fuq il-baħar;

Fuq bażi annwali, minn tal-inqas 60 % tal-ispezzjonijiet totali fuq il-baħar (eskluża s-sorveljanza mill-ajru) għandhom jitwettqu fuq il-bastimenti tas-sajd tas-segmenti tal-flotta fl-ogħla żewġ kategoriji tal-livell ta' riskju identifikati skont l-Artikolu 5(1) u 5(2) sabiex jiġi żgurat li dawn iż-żewġ segmenti tal-flotta jkunu koperti b'mod adegwat u proporzjonat.

(b)

L-ispezzjonijiet tal-ħatt l-art (l-ispezzjonijiet fil-portijiet u qabel l-ewwel bejgħ);

Fuq bażi annwali, minn tal-inqas 60 % tal-ispezzjonijiet totali tal-ħatt l-art għandhom jitwettqu fuq il-bastimenti tas-sajd tas-segmenti tal-flotta fl-ogħla żewġ kategoriji tal-livell ta' riskju identifikati skont l-Artikolu 5(1) u 5(2) sabiex jiġi żgurat li dawn iż-żewġ segmenti tal-flotta jkunu koperti b'mod adegwat u proporzjonat.


ANNESS IV

DETTALJI DWAR IL-PROGRAMM SPEĊIFIKU TA' KONTROLL U TA' SPEZZJONI GĦAL ĊERTU SAJD DEMERSALI U PELAĠIKU FIL-BAĦAR TAT-TRAMUNTANA U FID-DIVIŻJONI IIa TAL-ICES

(1)

Dan il-programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni għandu jkopri ż-żoni ġeografiċi ddefiniti kif ġej:

l-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar tat-Tramuntana, fejn “il-Baħar tat-Tramuntana” tfisser iż-żoni IIIa u IV tal-ICES;

l-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni IIa tal-ICES.

(2)

L-Istati Membri kkonċernati huma l-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda, Franza, in-Netherlands, l-Iżvezja, u r-Renju Unit.

(3)

Is-sajd li ġej għandu jiġi kkunsidrat:

Is-sajd li jisfrutta l-kavall, l-aringa, is-sawrell, l-istokkafixx, l-arġentina, il-laċċa kaħla; is-sallura tar-ramel u l-merluzz tan-Norveġja; il-bakkaljaw, il-merluzz tal-linja sewda, il-merlangu, il-pollakkju iswed, l-iskampu, il-lingwata, il-barbun tat-tbajja', il-merluzz, il-gamblu tat-Tramuntana;

Is-sajd li jisfrutta s-sallura tal-ispeċi Anguilla anguilla;

Is-sajd li jisfrutta l-ispeċijiet soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(4)

Il-punti ta' riferiment fil-mira għall-ispezzjonijiet

Il-punti ta' riferiment li ġejjin għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri speċifikati fil-punt 2 ta' dan l-Anness.

(a)

L-attivitajiet ta' spezzjoni fuq il-baħar;

Fuq bażi annwali, minn tal-inqas 60 % tal-ispezzjonijiet totali fuq il-baħar (eskluża s-sorveljanza mill-ajru) għandhom jitwettqu fuq il-bastimenti tas-sajd tas-segmenti tal-flotta fl-ogħla żewġ kategoriji tal-livell ta' riskju identifikati skont l-Artikolu 5(1) u 5(2) sabiex jiġi żgurat li dawn iż-żewġ segmenti tal-flotta jkunu koperti b'mod adegwat u proporzjonat.

(b)

L-ispezzjonijiet tal-ħatt l-art (l-ispezzjonijiet fil-portijiet u qabel l-ewwel bejgħ);

Fuq bażi annwali, minn tal-inqas 60 % tal-ispezzjonijiet totali tal-ħatt l-art għandhom jitwettqu fuq il-bastimenti tas-sajd tas-segmenti tal-flotta fl-ogħla żewġ kategoriji tal-livell ta' riskju identifikati skont l-Artikolu 5(1) u 5(2) sabiex jiġi żgurat li dawn iż-żewġ segmenti tal-flotta jkunu koperti b'mod adegwat u proporzjonat.


ANNESS V

DETTALJI DWAR IL-PROGRAMM SPEĊIFIKU TA' KONTROLL U TA' SPEZZJONI GĦAL ĊERTU SAJD DEMERSALI U PELAĠIKU FL-ILMIJIET TAL-PUNENT FIL-GRIGAL TAL-ATLANTIKU

(1)

Dan il-programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni għandu jkopri ż-żoni ġeografiċi ddefiniti kif ġej:

l-ilmijiet tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-Punent fil-Grigal tal-Atlantiku, fejn “l-ilmijiet tal-Punent tal-Grigal tal-Atlantiku” tfisser: iż-żoni V (eskluż iż-żona Va u l-ilmijiet tal-Unjoni biss taż-żona Vb), VI u VII, VIII, IX u X (l-ilmijiet madwar l-Azores) tal-ICES, u ż-żoni 34.1.1, 34.1.2 u 34.2.0 tas-CECAF (1) (l-ilmijiet madwar Madeira u l-Gżejjer Kanarji).

(2)

L-Istati Membri kkonċernati huma l-Belġju, id-Danimarka, l-Estonja, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, Spanja u r-Renju Unit.

(3)

Is-sajd li ġej għandu jiġi kkunsidrat:

Is-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-kavall, tal-aringa, tas-sawrell, tas-stokkafixx, tal-minfaħ, tal-inċova, tal-arġentina, tas-sardin u tal-laċċa kaħla fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-sottożoni V, VI, VII, VIII u IX tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 34.1.11 tas-CECAF;

Is-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-merluzz li jgħixu fid-diviżjonijiet Vb (l-ilmijiet tal-Unjoni) u VIa (l-ilmijiet tal-Unjoni) tal-ICES, fis-sottożona VII tal-ICES u fid-diviżjonijiet VIIIa, b, d, e tal-ICES (normalment magħrufa bħala l-istokk tal-merluzz tat-Tramuntana);

Is-sajd li jisfrutta l-istokkijiet li jgħixu fid-diviżjonijiet VIIIc u IXa, kif delinjat mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (normalment magħrufa bħala l-istokk tal-merluzz tan-Nofsinhar); l-istokk tal-iskampu li jgħix fid-diviżjonijiet VIIIc u IXa tal-ICES;

Is-sajd li jisfrutta l-istokk tal-lingwata fid-diviżjonijiet VIIIa, VIIIb u VIIe tal-ICES (2);

Is-sajd li jisfrutta l-bakkaljaw, il-lingwata u l-barbun tat-tbajja' fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIa, VIIa u VIId tal-ICES;

Is-sajd li jisfrutta s-sallura tal-ispeċi Anguilla anguilla fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VI, VII, VIII u IX tal-ICES;

Is-sajd li jisfrutta l-ispeċijiet soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(4)

Il-punti ta' riferiment fil-mira għall-ispezzjonijiet

Il-punti ta' riferiment li ġejjin għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri speċifikati fil-punt 2 ta' dan l-Anness.

(a)

L-attivitajiet ta' spezzjoni fuq il-baħar;

Fuq bażi annwali, minn tal-inqas 60 % tal-ispezzjonijiet totali fuq il-baħar (eskluża s-sorveljanza mill-ajru) għandhom jitwettqu fuq il-bastimenti tas-sajd tas-segmenti tal-flotta fl-ogħla żewġ kategoriji tal-livell ta' riskju identifikati skont l-Artikolu 5(1) u 5(2) sabiex jiġi żgurat li dawn iż-żewġ segmenti tal-flotta jkunu koperti b'mod adegwat u proporzjonat.

(b)

L-ispezzjonijiet tal-ħatt l-art (l-ispezzjonijiet fil-portijiet u qabel l-ewwel bejgħ);

Fuq bażi annwali, minn tal-inqas 60 % tal-ispezzjonijiet totali tal-ħatt l-art għandhom jitwettqu fuq il-bastimenti tas-sajd tas-segmenti tal-flotta fl-ogħla żewġ kategoriji tal-livell ta' riskju identifikati skont l-Artikolu 5(1) u 5(2) sabiex jiġi żgurat li dawn iż-żewġ segmenti tal-flotta jkunu koperti b'mod adegwat u proporzjonat.


(1)  Iż-żoni tas-CECAF (l-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant jew iż-żona 34 tas-sajd maġġuri tal-FAO) huma kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 216/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta' statistiċi ta' qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu f'ċerti żoni li mhumiex fl-Atlantiku tat-Tramuntana (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 1).

(2)  Sakemm joħorġu r-riżultati tal-proposti attwali għal Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxu pjanijiet pluriennali għall-ġestjoni tas-sajd demersali fl-ilmijiet tal-Punent tal-UE.


ANNESS VI

KONTENUT TAR-RAPPORT TA' EVALWAZZJONI

Ir-rapporti ta' evalwazzjoni għandhom minn tal-inqas jinkludu din l-informazzjoni:

I.   Analiżi ġenerali tal-attivitajiet ta' kontroll, ta' spezzjoni u ta' infurzar imwettqa

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jirrapportaw din l-informazzjoni skont il-baċir tal-baħar b'konformità mal-Annessi I sa V:

Ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju, b'deskrizzjoni tar-riskji u tat-theddidiet identifikati mill-Istat Membru kkonċernat għas-sajd kopert mill-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni (bl-għoti ta' informazzjoni dwar il-proċess ta' rieżami/aġġornament fejn ikun xieraq);

Tabella b'sommarju tas-segmenti tal-flotta identifikati u l-livell ta' riskju tagħhom;

Kontenut dettaljat tal-istrateġija għall-ġestjoni tar-riskju.

II.   Analiżi dettaljata tal-attivitajiet ta' kontroll, ta' spezzjoni u ta' infurzar imwettqa

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jirrapportaw din l-informazzjoni skont il-baċir tal-baħar b'konformità mal-Annessi I sa V.

Tabella 1

Data b'sommarju tal-ispezzjonijiet fuq il-baħar

Jiem ta' pattulja [jiem]

 

Nru ta' spezzjonijiet totali fuq il-baħar

 

Nru ta' suspetti ta' ksur serju totali

 

Nru ta' spezzjonijiet fuq il-baħar fuq il-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta bl-ogħla riskju

 

Nru ta' spezzjonijiet fuq il-baħar fuq il-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta bit-tieni l-ogħla riskju

 

Nru ta' spezzjonijiet fuq il-baħar fuq il-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta għajr dawk bl-ogħla u bit-tieni l-ogħla riskju

 

Nru ta' suspetti ta' ksur serju għall-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta bl-ogħla riskju

 

Nru ta' suspetti ta' ksur serju għall-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta bit-tieni l-ogħla riskju

 

Nru ta' suspetti ta' ksur serju għall-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta għajr dawk bl-ogħla u bit-tieni l-ogħla riskju

 

Medja tar-rata totali ta' ksur serju (*1) [%]

 

Rata ta' ksur serju (*1) għall-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta bl-ogħla riskju [%]

 

Rata ta' ksur serju (*1) għall-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta bit-tieni l-ogħla riskju [%]

 

Rata ta' ksur serju (*1) għall-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta għajr dawk bl-ogħla u bit-tieni l-ogħla riskju [%]

 


Tabella 2

Data b'sommarju tas-sorveljanza fuq il-baħar

Nru ta' sigħat ta' sorveljanza mill-ajru

 

Nru ta' avvistamenti totali permezz tas-sorveljanza mill-ajru

 

Nru ta' avvistamenti totali permezz tal-bastimenti tal-pattulja

 

Nru ta' suspetti ta' ksur serju totali

 

Nru ta' suspetti ta' ksur serju għall-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta bl-ogħla riskju

 

Nru ta' suspetti ta' ksur serju għall-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta bit-tieni l-ogħla riskju

 

Nru ta' suspetti ta' ksur serju għall-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta għajr dawk bl-ogħla u bit-tieni l-ogħla riskju

 


Tabella 3

Data b'sommarju tal-attivitajiet ta' spezzjoni tal-ħatt l-art (l-ispezzjonijiet fil-portijiet u qabel l-ewwel bejgħ)

Spetturi/jiem [fakultattiva]

 

Nru ta' spezzjonijiet totali tal-ħatt l-art

 

Nru ta' suspetti ta' ksur serju totali

 

Nru ta' spezzjonijiet fuq il-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta bl-ogħla riskju

 

Nru ta' spezzjonijiet fuq il-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta bit-tieni l-ogħla riskju

 

Nru ta' spezzjonijiet fuq il-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta għajr dawk bl-ogħla u bit-tieni l-ogħla riskju

 

Nru ta' suspetti ta' ksur serju għall-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta bl-ogħla riskju

 

Nru ta' suspetti ta' ksur serju għall-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta bit-tieni l-ogħla riskju

 

Nru ta' suspetti ta' ksur serju għall-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta għajr dawk bl-ogħla u bit-tieni l-ogħla riskju

 

Medja tar-rata ta' ksur serju (*2) (it-total)

 

Rata ta' ksur serju (*2) għall-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta bl-ogħla riskju

 

Rata ta' ksur serju (*2) għall-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta bit-tieni l-ogħla riskju

 

Rata ta' ksur serju (*2) għall-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta għajr dawk bl-ogħla u bit-tieni l-ogħla riskju [%]

 


Tabella 4

Data b'sommarju tal-attivitajiet ta' spezzjoni fuq l-art fuq l-operaturi (eskluż l-ispezzjonijiet fil-portijiet u qabel l-ewwel bejgħ irrapportati fit-Tabella 3)

Spetturi/jiem fuq l-art [fakultattiva]

 

Nru ta' spezzjonijiet totali fuq l-art

 

Nru ta' suspetti ta' ksur serju totali

 

Rata ta' ksur serju (*3)

 

III.   Kontroll tal-obbligu ta' ħatt l-art

L-Istati Membri għandhom jagħtu dettalji speċifiċi dwar ir-riżorsi, l-istrumenti u l-mezzi previsti għall-kontroll tal-obbligu ta' ħatt l-art, u r-riżultati tal-kontroll.

B'mod partikolari, jenħtieġ li minn tal-inqas tingħata din l-informazzjoni:

1.

In-numru totali ta' bastimenti b'osservatur tal-kontroll abbord;

2.

In-numru ta' bastimenti mgħammra b'televiżjoni b'ċirkwit magħluq CCTV;

3.

In-numru ta' spezzjonijiet fuq il-baħar imwettqa b'analiżi tal-aħħar refgħa;

4.

Il-mezzi ta' kontroll li ntużaw għajr dawk elenkati fil-punti 1 sa 3, u jiġi speċifikat liema mezzi oħra ta' kontroll intużaw (eż. is-sorveljanza mill-ajru b'inġenji tal-ajru, b'REM, bi dron);

5.

In-numru totali ta' ksur tal-obbligu ta' ħatt l-art, u jiġi speċifikat in-numru tal-ksur relatat man-nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet fil-pjanijiet rilevanti għar-rimi tal-ħut.

IV.   Informazzjoni perjodika dwar il-ksur individwat

Tabella 5

Il-format għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni li trid tingħata skont l-Artikolu 11 għal kull spezzjoni b'suspett ta' ksur li trid tiddaħħal fir-rapport:

Isem l-element

Kodiċi

Deskrizzjoni u kontenut

Identifikazzjoni tal-ispezzjoni

II

Kodiċi tal-pajjiż alfa2 tal-ISO + 9 figuri, eż. DK201900001

Data tal-ispezzjoni

DA

SSSS-XX-JJ

Tip ta' spezzjoni jew ta' kontroll

IT

Fuq il-baħar, il-ħatt l-art, it-trasport, l-ewwel bejgħ, il-ħżin, il-kummerċjalizzazzjoni, it-trasferiment, it-trasferiment tal-kontroll, it-tqegħid fil-gaġeġ, it-trasbord, ir-rilaxx, id-dokument (irid jiġi indikat)

Identifikazzjoni ta' kull bastiment, vettura jew operatur tas-sajd

ID

Numru tar-reġistru tal-flotta tal-Unjoni u isem il-bastiment tas-sajd, u n-Nru tar-reġistrazzjoni tal-ICCAT (jekk ikun applikabbli)

Identifikazzjoni tan-nases jew tal-vettura, u/jew isem il-kumpanija tal-operatur, inklużi l-installazzjonijiet tat-trobbija.

Tip ta' rkaptu tas-sajd

GE

Il-kodiċi tal-irkaptu abbażi tal-Klassifikazzjoni Statistika Standard Internazzjonali tal-Irkaptu tas-Sajd tal-FAO

Tip ta' ksur issuspettat

TS

Deskrizzjoni tal-ksur b'indikazzjoni tad-dispożizzjoni(jiet) (i)kkonċernata/i.

Jekk ikun applikabbli, indika t-tip ta' ksur individwat, billi tuża l-kodiċijiet li ġejjin:

Għal ksur serju:

Il-kodiċi 1 sa 12 b'referenza għan-numru (il-kolonna tax-xellug) fl-Anness XXX tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011,

Il-kodiċi “13”, “14” u “15” b'referenza għall-Artikolu 90(1)(a), (b) u (c) tar-Regolament dwar il-Kontroll rispettivament,

Il-kodiċi “a” sa “p” b'referenza għall-Anness VIII tar-Regolament (UE) 2016/1627 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1),

Għal ksur li ma jaqax fil-qafas tar-regolamentazzjoni tal-UE uża l-kodiċi 99.

Il-ksur relatat mal-leġiżlazzjoni adottata mill-RFMOs u trasposta fid-dritt tal-UE għandu jiġi identifikat permezz tad-dispożizzjoni u r-Regolament rilevanti li ma ġewx irrispettati.

Ammont ta' ħut ikkonċernat u relatat mal-ksur, skont l-ispeċi

AF

Indika l-kwantitajiet ikkonċernati ta' kull waħda mill-ispeċijiet abbord jew (għat-tonn ħaj) fil-gaġġa (għat-tonn: il-piż u n-numri).

Segwitu tal-qagħda attwali

FU

Indika l-qagħda attwali: PENDENTI, APPELL PENDENTI, IKKONFERMAT jew IRRIFJUTAT

Multa (meta tkun disponibbli)

SF

Multa f'EUR

Konfiska

SC

QABDA/IRKAPTU/OĦRAJN għal konfiska fiżika. L-ammont ikkonfiskat f'każ ta' valur tal-qabda/tal-irkaptu f'EUR, eż. 10 000 ;

Oħrajn

SO

F'każ ta' rtirar tal-liċenzja/tal-awtorizzazzjoni, indika LI jew AU + in-numru ta' jiem, eż: AU30

Punti (meta jkunu disponibbli)

SP

Numru ta' punti assenjati skont l-Artikolu 126(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011, eż. 12;

Rimarki

RM

F'każ li ma tittieħed l-ebda azzjoni, wara li jiġi individwat ksur serju, agħti spjegazzjoni għaliex fil-forma ta' test liberu.

V.   Analiżi tal-punti ta' riferiment fil-mira espressi f'termini ta' livelli ta' konformità mtejba

Jekk l-Istat Membru japplika punti ta' riferiment fil-mira li jkunu alternattivi, kif imsemmi fl-Artikolu 7(2) ta' din id-Deċiżjoni, għandha tiġi rrapportata l-informazzjoni li ġejja:

Tabella 6

Il-ksib ta' livelli ta' konformità mtejba

 

Livell ta' riskju [Għoli ħafna/għoli/medju/baxx]

Deskrizzjoni tat-theddida/tar-riskju/tas-segment tal-flotta tal-attività

Livell tat-theddida/tar-riskju fil-bidu tas-sena, espress f'livelli ta' konformità

Titjib fil-mira tal-livell ta' konformità

Livell ta' theddida/riskju fi tmiem is-sena, espress f'livelli ta' konformità

Nru ta' spezzjonijiet għal kull theddida/riskju

Nru ta' ksur serju individwat għal kull theddida/riskju, inkluż ir-rata u x-xejra tal-ksur serju (meta mqabbla ma' sentejn preċedenti)

Proporzjon ta' spezzjonijiet fuq il-bastimenti/l-operaturi tas-sajd li jirriżultaw fi ksur serju wieħed jew iktar

Analiżi ex post, inkluż l-evalwazzjoni tal-effett ta' deterrent u l-ispjega f'każ li ma ntlaħaqx il-livell ta' konformità fil-mira

VI.   Analiżi ta' attivitajiet oħra ta' spezzjoni u ta' kontroll: it-trasbord, is-sorveljanza mill-ajru, l-importazzjoni/l-esportazzjoni

VII.   Azzjonijiet bħal sessjonijiet ta' taħriġ jew ta' informazzjoni maħsuba biex ikollhom impatt fuq il-konformità mill-bastimenti u mill-operaturi tas-sajd

VIII.   Proposta/i sabiex titjieb l-effettività tal-attivitajiet ta' kontroll, ta' spezzjoni u ta' infurzar (għal kull Stat Membru kkonċernat)


(*1)  Ir-rata ta' ksur għandha tinftiehem bħala l-proporzjon bejn in-Nru ta' suspetti ta' ksur u n-Nru ta' spezzjonijiet, espress f'%

(*2)  Ir-rata ta' ksur għandha tinftiehem bħala l-proporzjon bejn in-Nru ta' suspetti ta' ksur u n-Nru ta' spezzjonijiet, espress f'%

(*3)  Ir-rata ta' ksur għandha tinftiehem bħala l-proporzjon bejn in-Nru ta' suspetti ta' ksur u n-Nru ta' spezzjonijiet, espress f'%

(1)  Ir-Regolament (UE) 2016/1627 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar pjan pluriennali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 (ĠU L 252, 16.9.2016, p. 1).


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

14.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/47


DEĊIŻJONI Nru 1/2018 TAL-KUMITAT KONĠUNT UE-CTC

tal-4 ta' Diċembru 2018

fir-rigward ta' stedina lir-Renju Unit biex jaderixxi mal-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta' tranżitu [2018/1987]

IL-KUMITAT KONĠUNT

Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta' tranżitu (1), u b'mod partikolari l-punt (e) tal-Artikolu 15(3) tagħha,

Billi:

(1)

Bis-saħħa tal-punt (e) tal-Artikolu 15(3) tal-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta' tranżitu (“il-Konvenzjoni”), il-Kumitat Konġunt stabbilit b'dik il-Konvenzjoni għandu jadotta, permezz ta' deċiżjoni, stediniet lil pajjiżi terzi biex jaderixxu ma' dik il-Konvenzjoni f'konformità mal-Artikolu 15a.

(2)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (“ir-Renju Unit”) esprima x-xewqa tiegħu li jaderixxi mal-Konvenzjoni bħala Parti Kontraenti separata mid-data meta l-Konvenzjoni ma tibqax tapplika għar-Renju Unit u fih.

(3)

L-iskambju tal-merkanzija mar-Renju Unit jiġi ffaċilitat bi proċedura komuni ta' tranżitu għall-merkanzija trasportata bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Iżlanda, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tas-Serbja, il-Konfederazzjoni Żvizzera u r-Repubblika tat-Turkija.

(4)

Sabiex jiġi ffaċilitat dan l-iskambju, jixraq li r-Renju Unit jiġi mistieden jaderixxi mal-Konvenzjoni.

(5)

L-adeżjoni tar-Renju Unit mal-Konvenzjoni jenħtieġ li tkun effettiva biss mid-data minn meta l-Konvenzjoni ma tibqax tapplika għar-Renju Unit bħala Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew, jekk l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit jaqblu dwar arranġamenti tranżitorji fejn il-Konvenzjoni tkun tapplika għar-Renju Unit u fih, mid-data minn meta dawn l-arranġamenti tranżitorji ma jibqgħux japplikaw,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Renju Unit għandu jiġu mistieden biex jaderixxi mal-Konvenzjoni skont l-Artikolu 15a tal-Konvenzjoni mid-data minn meta ma jkunx aktar Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew mid-data minn meta kwalunkwe arranġament tranżitorju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit, fejn il-Konvenzjoni tkun tapplika għar-Renju Unit u fih, ma jibqax japplika.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-President

Philip KERMODE


(1)  ĠU L 226, 13.8.1987, p. 2.


14.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/48


DEĊIŻJONI Nru 2/2018 TAL-KUMITAT KONĠUNT UE-CTC

tal-4 ta' Diċembru 2018

li temenda l-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta' tranżitu [2018/1988]

IL-KUMITAT KONĠUNT UE-CTC

Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta' tranżitu (1), u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 15(3)tagħha,

Billi:

(1)

Bis-saħħa tal-punt (a) tal-Artikolu 15(3) tal-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta' tranżitu (“il-Konvenzjoni”), il-Kumitat Konġunt stabbilit b'dik il-Konvenzjoni għandu jadotta, permezz ta' deċiżjoni, emendi għall-Appendiċijiet għall-Konvenzjoni.

(2)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (“ir-Renju Unit”) esprima x-xewqa tiegħu li jaderixxi mal-Konvenzjoni bħala Parti Kontraenti separata u ser jiġi mistieden jagħmel dan mill-Kunsill, fil-kapaċità tiegħu ta' depożitarju tal-Konvenzjoni, f'konformità mal-Konvenzjoni.

(3)

Fid-dawl ta' dan, il-formoli ta' garanzija murija bħala kampjuni f'ċerti Annessi għall-Appendiċi III għall-Konvenzjoni jenħtieġ li jiġu modifikati biex jitħassru r-referenzi għar-Renju Unit bħala Stat Membru tal-Unjoni u biex tiddaħħal ir-referenza għar-Renju Unit bħala pajjiż ta' tranżitu komuni.

(4)

Sabiex jiġi permess l-użu ta' formoli ta' garanzija stampati skont il-kriterji fis-seħħ qabel id-data meta l-adeżjoni tar-Renju Unit għall-Konvenzjoni bħala Parti Kontraenti separata ssir effettiva, jenħtieġ li jiġi stabbilit perjodu tranżitorju li matulu l-formoli stampati, b'xi adattamenti, jistgħu jibqgħu jintużaw.

(5)

Id-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni jenħtieġ li jkun soġġett għall-adeżjoni tar-Renju Unit mal-Konvenzjoni bħala Parti Kontraenti separata u li jkun marbut mad-data meta l-adeżjoni tar-Renju Unit bħala Parti Kontraenti separata ssir effettiva.

(6)

Għaldaqstant il-Konvenzjoni jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Appendiċi III għall-Konvenzjoni huwa emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-formoli ta' garanzija fl-Annessi C1 sa C6 tal-Appendiċi III għall-Konvenzjoni, fil-verżjoni applikabbli fil-jum qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni, jistgħu jibqgħu jintużaw soġġett għall-adattamenti ġeografiċi meħtieġa għal perijodu ta' sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ soġġett għall-adeżjoni tar-Renju Unit mal-Konvenzjoni bħala Parti Kontraenti separata u fid-data meta l-adeżjoni tar-Renju Unit bħala Parti Kontraenti separata ssir effettiva.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2018.

Il-Kumitat Konġunt

Il-President

Philip KERMODE


(1)  ĠU L 226, 13.8.1987, p. 2.


ANNESS

L-Appendiċi III għall-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta' tranżitu huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness C1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“ANNESS C1

L-IMPENN MILL-GARANTI — IL-GARANZIJA INDIVIDWALI

I.   L-Impenn mill-garanti

1.   Is-sottoskritt (1)

residenti fi (2)

b'dan in solidum jiggarantixxi, fl-uffiċċju ta' garanzija ta'

sa ammont massimu ta'

favur l-Unjoni Ewropea li tinkludi r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja, u r-Repubblika tal-Iżlanda, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Repubblika tat-Turkija, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (3), il-Prinċipat ta' Andorra u r-Repubblika ta' San Marino (4), kwalunkwe ammont li għalih il-persuna li qiegħda tipprovdi din il-garanzija (5):

tista' tkun jew tista' ssir responsabbli quddiem il-pajjiżi msemmija hawn fuq, għad-dejn fl-għamla ta' dazju u imposti oħra (6) fir-rigward … tal-merkanzija deskritta hawn isfel u li hija koperta mill-operat doganali li ġej (7):

Deskrizzjoni tal-merkanzija:

2.   Is-sottoskritt jimpenja ruħu li jħallas mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-punt 1 u mingħajr ma jkun jista' jagħmel differiment tas-somom mitluba lil hinn minn 30 jum mid-data tal-applikazzjoni, sakemm huwa, hija jew kwalunkwe persuna oħra kkonċernata ma tistabbilixxix qabel ma jiskadi dak il-perjodu, u bis-sodisfazzjon tal-awtoritajiet doganali, li l-proċedura speċjali għajr il-proċedura tal-użu aħħari tkun twettqet, is-superviżjoni doganali tal-merkanzija tal-użu aħħari jew tal-ħażna temporanja tkun ġiet rilaxxata b'mod korrett jew, fil-każ tal-operat għajr il-proċeduri speċjali u l-ħżin temporanju, li s-sitwazzjoni tal-merkanzija tkun ġiet regolarizzata.

Fuq talba tas-sottoskritt u għal kwalunkwe raġuni li tkun rikonoxxuta bħala valida, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħmlu differiment tal-perjodu li fih min iffirma jkun obbligat li jħallas is-somom mitluba lil hinn minn perjodu ta' 30 jum mid-data tal-applikazzjoni. L-ispejjeż imġarrba minħabba l-għoti ta' dan il-perjodu addizzjonali, b'mod partikolari kwalunkwe mgħax, iridu jiġu kkalkolati b'tali mod li l-ammont ikun ekwivalenti għal dak li jiġi impost f'kundizzjonijiet simili fis-suq monetarju jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.

3.   Dan l-impenn għandu jkun validu mill-jum tal-approvazzjoni tiegħu mill-uffiċċju tal-garanzija. Is-sottoskritt għandu jibqa' responsabbli għall-pagament ta' kwalunkwe dejn li jiġġarrab matul l-operat tat-tranżitu tal-Unjoni jew komuni kopert minn dan l-impenn u li beda qabel ma tkun seħħet kwalunkwe revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, anke jekk it-talba għall-pagament issir wara dik id-data.

4.   Għall-fini ta' dan l-impenn, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu tas-servizz (8) f'kull wieħed mill-pajjiżi l-oħrajn imsemmija fil-punt 1 bħala:

Pajjiż

Kunjom u ismijiet, jew isem l-impriża, u indirizz sħiħ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Is-sottoskritt jirrikonoxxi li kull korrispondenza u avviż u kull formalità jew proċedura marbuta ma' dan l-impenn indirizzat lil wieħed mill-indirizzi għal servizz tiegħu jew magħmul bil-miktub f'wieħed minnhom, għandhom jiġu aċċettati li twasslulu kif xieraq.

Is-sottoskritt jirrikonoxxi l-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz tas-servizz.

Is-sottoskritt jimpenja ruħu li ma jibdilx l-indirizz tiegħu tas-servizz jew, jekk ikollu jibdel indirizz wieħed jew iktar minn dawk l-indirizzi, li jinforma l-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem.

Magħmul fi …

fi …

(Firma) (9)

II.   L-approvazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija

L-uffiċċju tal-garanzija …

L-impenn mill-garanti approvat nhar … sabiex ikopri l-operat doganali mwettaq skont id-dikjarazzjoni doganali/id-dikjarazzjoni tal-ħażna temporanja

Nru … ta' …

 (10)

(Timbru u Firma)

.

(1)  Il-kunjom u l-isem jew l-isem tal-impriża."

(2)  L-indirizz sħiħ"

(3)  Ħassar l-isem/l-ismijiet tal-Istat(i) li fuq it-territorju tiegħu/tagħhom ma tistax tintuża l-garanzija."

(4)  Ir-referenzi għall-Prinċipat ta' Andorra u għar-Repubblika ta' San Marino għandhom japplikaw biss għall-operat tat-tranżitu tal-Unjoni."

(5)  Il-kunjom u l-isem, jew l-isem tal-impriża u l-indirizz sħiħ tal-persuna li qiegħda tipprovdi l-garanzija."

(6)  Applikabbli fir-rigward tal-imposti l-oħrajn dovuti b'rabta mal-importazzjoni jew mal-esportazzjoni tal-merkanzija fejn il-garanzija tintuża għat-tqegħid tal-merkanzija skont il-proċedura ta' tranżitu tal-Unjoni/komuni jew tista' tintuża f'iktar minn Stat Membru wieħed."

(7)

  Daħħal wieħed minn dawn l-operati doganali:

(a)

il-ħażna temporanja,

(b)

il-proċedura ta' tranżitu tal-Unjoni/il-proċedura komuni ta' tranżitu,

(c)

il-proċedura tal-ħażna doganali,

(d)

il-proċedura tal-ammissjoni temporanja b'eżenzjoni totali mid-dazju tal-importazzjoni,

(e)

il-proċedura tal-ipproċessar attiv,

(f)

il-proċedura tal-użu aħħari,

(g)

ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa skont id-dikjarazzjoni doganali normali mingħajr ħlas differit,

(h)

ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa skont dikjarazzjoni doganali normali bi ħlas differit,

(i)

ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa skont dikjarazzjoni doganali ppreżentata b'konformità mal-Artikolu 166 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1),

(j)

ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa skont dikjarazzjoni doganali ppreżentata b'konformità mal-Artikolu 182 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013,

(k)

il-proċedura ta' aċċettazzjoni temporanja b'eżenzjoni parzjali mid-dazju tal-importazzjoni,

(l)

jekk oħrajn — indika t-tip l-ieħor ta' operat.

"

(8)  Jekk, fil-liġi tal-pajjiż, ma hemm l-ebda dispożizzjoni għal indirizz tas-servizz, il-garanti għandu jaħtar, f'dan il-pajjiż, aġent li jkun awtorizzat jirċievi kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lilu, u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu kif ukoll l-impenn fir-raba' subparagrafu tal-punt 4 jridu jsiru b'tali mod li jikkorrispondu. Il-qrati tal-pajjiż tal-indirizzi tas-servizz tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom il-ġurisdizzjoni f'każijiet ta' tilwim li jikkonċernaw din il-garanzija."

(9)  Qabel ma jiffirma l-firmatarju tad-dokument irid iniżżel dan li ġej bil-miktub ‘Il-garanzija għall-ammont ta'…’(l-ammont jinkiteb bil-kliem)."

(10)  Għandha timtela mill-uffiċċju fejn tqiegħdet il-merkanzija skont il-proċedura jew fejn il-merkanzija kienet f'ħażna temporanja."

(2)

L-Anness C2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“ANNESS C2

L-IMPENN MILL-GARANTI - IL-GARANZIJA INDIVIDWALI FIL-FORMA TA' KUPUNI

I.   L-Impenn mill-garanti

1.   Is-sottoskritt (11)

residenti fi (12)

b'dan in solidum jiggarantixxi, fl-uffiċċju ta' garanzija ta'

favur l-Unjoni Ewropea li tinkludi r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja u r-Repubblika tal-Iżlanda, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tas-Serbja, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Repubblika tat-Turkija, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, il-Prinċipat ta' Andorra u r-Repubblika ta' San Marino (13), kwalunkwe ammont tad-detentur tal-proċedura li għalih id-detentur tal-proċedura jista' jkun jew jista' jsir responsabbli quddiem il-pajjiżi msemmijin hawn fuq, għad-dejn fl-għamla ta' dazju u imposti oħrajn li jkunu dovuti b'rabta mal-importazzjoni jew mal-esportazzjoni tal-merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura tat-tranżitu tal-Unjoni jew il-proċedura komuni tat-tranżitu, li fir-rigward tagħhom is-sottoskritt jieħu impenn li joħroġ kupuni ta' garanzija individwali sa massimu ta' EUR 10 000 għal kull kupun.

2.   Is-sottoskritt jimpenja ruħu li jħallas mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-punt 1 u mingħajr ma jkun jista' jagħmel differiment tas-somom mitluba lil hinn minn 30 jum mid-data tal-applikazzjoni, sa EUR 10 000 għal kull kupun ta' garanzija individwali, sakemm huwa, hija jew kwalunkwe persuna oħra kkonċernata ma jistabilixxux li, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, u bis-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, il-proċedura ġiet rilaxxata.

Fuq talba tas-sottoskritt u għal kwalunkwe raġuni li tkun rikonoxxuta bħala valida, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħmlu differiment tal-perjodu li fih min iffirma jkun obbligat iħallas is-somom mitluba lil hinn minn perjodu ta' 30 jum mid-data tal-applikazzjoni. L-ispejjeż imġarrba minħabba l-għoti ta' dan il-perijodu addizzjonali, b'mod partikolari kwalunkwe mgħax, iridu jiġu kkalkolati b'tali mod li l-ammont ikun ekwivalenti għal dak li jiġi impost f'kundizzjonijiet simili fis-suq monetarju jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.

3.   Dan l-impenn għandu jkun validu mill-jum tal-approvazzjoni tiegħu mill-uffiċċju tal-garanzija. Is-sottoskritt għandu jibqa' responsabbli għall-pagament ta' kwalunkwe dejn li jiġġarrab matul l-operat tat-tranżitu tal-Unjoni jew komuni kopert minn dan l-impenn u li beda qabel ma tkun seħħet kwalunkwe revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, anke jekk it-talba għall-pagament issir wara dik id-data.

4.   Għall-fini ta' dan l-impenn, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu tas-servizz (14) f'kull wieħed mill-pajjiżi l-oħrajn imsemmija fil-punt 1 bħala:

Pajjiż

Kunjom u ismijiet, jew isem l-impriża, u indirizz sħiħ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Is-sottoskritt jirrikonoxxi li kull korrispondenza u avviż u kull formalità jew proċedura marbuta ma' dan l-impenn indirizzat lil wieħed mill-indirizzi għal servizz tiegħu jew magħmul bil-miktub f'wieħed minnhom, għandhom jiġu aċċettati li twasslulu kif xieraq.

Is-sottoskritt jirrikonoxxi l-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz tas-servizz.

Is-sottoskritt jimpenja ruħu li ma jibdilx l-indirizz tiegħu tas-servizz jew, jekk ikollu jibdel indirizz wieħed jew iktar minn dawk l-indirizzi, li jinforma l-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem.

Magħmul fi …

fi …

(Firma) (15)

II.   L-approvazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija

L-uffiċċju tal-garanzija

L-impenn mill-garanti approvat nhar …

(Timbru u Firma)

(11)  Il-kunjom u l-isem jew l-isem tal-impriża."

(12)  L-indirizz sħiħ."

(13)  Ir-referenzi għall-Prinċipat ta' Andorra u għar-Repubblika ta' San Marino għandhom japplikaw biss għall-operat tat-tranżitu tal-Unjoni."

(14)  Jekk, fil-liġi tal-pajjiż, ma hemm l-ebda dispożizzjoni għal indirizz tas-servizz, il-garanti għandu jaħtar, f'dan il-pajjiż, aġent li jkun awtorizzat jirċievi kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lilu, u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu kif ukoll l-impenn fir-raba' subparagrafu tal-punt 4 jridu jsiru b'tali mod li jikkorrispondu. Il-qrati tal-pajjiż tal-indirizzi tas-servizz tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom il-ġurisdizzjoni f'każijiet ta' tilwim li jikkonċernaw din il-garanzija."

(15)  Qabel jiffirma, il-firmatarju jrid iniżżel bil-miktub dan li ġej: ‘Validu bħala kupun ta' garanzija’."

(3)

L-Anness C4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“ANNESS C4

L-IMPENN MILL-GARANTI - IL-GARANZIJA KOMPRENSIVA

I.   L-Impenn mill-garanti

1.   Is-sottoskritt (16)

residenti fi (17)

b'dan in solidum jiggarantixxi, fl-uffiċċju ta' garanzija ta'

sa ammont massimu ta' …

favur l-Unjoni Ewropea li tinkludi r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja, u r-Repubblika tal-Iżlanda, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tas-Serbja, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Repubblika tat-Turkija, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (18), il-Prinċipat ta' Andorra u r-Repubblika ta' San Marino (19),

kwalunkwe ammont li għalih il-persuna li qiegħda tipprovdi din il-garanzija (20): … tista' tkun jew tista' ssir responsabbli lejn il-pajjiżi msemmija hawn fuq, għad-dejn fl-għamla ta' dazju u imposti oħra (21) li jista' jkun jew seta' kien imġarrab fir-rigward tal-merkanzija koperta mill-operat doganali indikat fil-punt 1a u/jew fil-punt 1b.

L-ammont massimu tal-garanzija jikkonsisti f'ammont ta':

(a)

li jkun 100/50/30 % (22) tal-parti tal-ammont ta' referenza li tikkorrispondi għal ammont ta' djun doganali u imposti oħrajn li jistgħu jiġġarrbu, li jkun ekwivalenti għas-somma tal-ammonti msemmija fil-punt 1a,

kif ukoll

(b)

li jkun 100/30 % (22) tal-parti tal-ammont ta' referenza li tikkorrispondi għal ammont ta' djun doganali u imposti oħrajn li ġġarrbu, li jkun ekwivalenti għas-somma tal-ammonti msemmija fil-punt 1b.

1a.   L-ammonti li jifformaw il-parti tal-ammont ta' referenza li tikkorrispondi għal ammont ta' djun doganali u, fejn japplikaw, imposti oħrajn li jistgħu jiġġarrbu huma dawn li ġejjin għal kull għan imsemmi hawn isfel (23):

(a)

il-ħażna temporanja - …,

(b)

il-proċedura ta' tranżitu tal-Unjoni/il-proċedura komuni ta' tranżitu - …,

(c)

il-proċedura tal-ħażna doganali - …,

(d)

il-proċedura tal-ammissjoni temporanja b'eżenzjoni totali mid-dazju tal-importazzjoni - …,

(e)

il-proċedura tal-ipproċessar attiv - …,

(f)

il-proċedura- tal-ipproċessar attiv - …

(g)

jekk oħrajn — indika t-tip l-ieħor ta' operat - ….

1b.   L-ammonti li jifformaw il-parti tal-ammont ta' referenza li tikkorrispondi għal ammont ta' djun doganali u, fejn japplikaw, imposti oħrajn li ġġarrbu huma dawn li ġejjin għal kull għan imsemmi hawn isfel (23):

(a)

ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa skont id-dikjarazzjoni doganali normali mingħajr ħlas differit - …,

(b)

ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa skont id-dikjarazzjoni doganali normali bi ħlas differit - …,

(c)

ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa skont dikjarazzjoni doganali ppreżentata b'konformità mal-Artikolu 166 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni - …,

(d)

ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa skont dikjarazzjoni doganali ppreżentata b'konformità mal-Artikolu 182 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni - …,

(e)

il-proċedura ta' aċċettazzjoni temporanja b'eżenzjoni parzjali mid-dazju tal-importazzjoni - …,

(f)

il-proċedura-tal-użu aħħari - … (24),

(g)

jekk oħrajn — indika t-tip l-ieħor ta' operat - ….

2.   Is-sottoskritt, jimpenja ruħu li jħallas mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-punt 1 u mingħajr ma jkun jista' jagħmel differiment tas-somom mitluba lil hinn minn 30 jum mid-data tal-applikazzjoni, sakemm huwa, hija jew kwalunkwe persuna oħra kkonċernata ma tistabbilixxix qabel ma jiskadi dak il-perjodu, u bis-sodisfazzjon tal-awtoritajiet doganali, li l-proċedura speċjali, għajr il-proċedura- tal-użu aħħari tkun ġiet rilaxxata, is-superviżjoni doganali tal-merkanzija- tal-użu aħħari jew tal-ħażna temporanja tkun intemmet b'mod korrett jew, fil-każ tal-operat għajr il-proċeduri speċjali, li s-sitwazzjoni tal-merkanzija tkun ġiet regolarizzata.

Fuq talba tas-sottoskritt u għal kwalunkwe raġuni li tkun rikonoxxuta bħala valida, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħmlu differiment tal-perjodu li fih min iffirma jkun obbligat iħallas is-somom mitluba lil hinn minn perjodu ta' 30 jum mid-data tal-applikazzjoni. L-ispejjeż imġarrba minħabba l-għoti ta' dan il-perjodu addizzjonali, b'mod partikolari kwalunkwe mgħax, iridu jiġu kkalkolati b'tali mod li l-ammont ikun ekwivalenti għal dak li jiġi impost f'kundizzjonijiet simili fis-suq monetarju jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.

Dan l-ammont ma jistax jitnaqqas bi kwalunkwe somma li diġà tkun tħallset skont it-termini ta' dan l-impenn, sakemm min iffirma hawn taħt ma jintalabx iħallas għal dejn imġarrab matul operat doganali li beda qabel ma waslet id-domanda preċedenti għal ħlas jew waqt it-30 jum ta' wara.

3.   Dan l-impenn għandu jkun validu mill-jum tal-approvazzjoni tiegħu mill-uffiċċju tal-garanzija. Is-sottoskritt għandu jibqa' responsabbli għall-pagament ta' kwalunkwe dejn li jiġġarrab matul l-operat tat-tranżitu tal-Unjoni jew komuni kopert minn dan l-impenn u li beda qabel ma tkun seħħet kwalunkwe revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, anke jekk it-talba għall-pagament issir wara dik id-data.

4.   Għall-fini ta' dan l-impenn, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu tas-servizz (25) f'kull wieħed mill-pajjiżi l-oħrajn imsemmija fil-punt 1 bħala:

Pajjiż

Kunjom u ismijiet, jew isem l-impriża, u indirizz sħiħ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Is-sottoskritt jirrikonoxxi li kull korrispondenza u avviż u kull formalità jew proċedura marbuta ma' dan l-impenn indirizzat lil wieħed mill-indirizzi għal servizz tiegħu jew magħmul bil-miktub f'wieħed minnhom, għandhom jiġu aċċettati li twasslulu kif xieraq.

Is-sottoskritt jirrikonoxxi l-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz tas-servizz.

Is-sottoskritt jimpenja ruħu li ma jibdilx l-indirizz tiegħu tas-servizz jew, jekk ikollu jibdel indirizz wieħed jew iktar minn dawk l-indirizzi, li jinforma l-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem.

Magħmul fi …

fi …

(Firma) (26)

II.   L-approvazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija

L-uffiċċju tal-garanzija

L-impenn tal-garanti aċċettat nhar

(Timbru u Firma)

.

(16)  Il-kunjom u l-isem jew l-isem tal-impriża."

(17)  L-indirizz sħiħ."

(18)  Ħassar l-isem/l-ismijiet tal-pajjiż(i) li fit-territorju tiegħu/tagħhom ma tistax tintuża l-garanzija."

(19)  Ir-referenza għall-Prinċipat ta' Andorra u għar-Repubblika ta' San Marino għandhom japplikaw biss għall-operat tat-tranżitu tal-Unjoni."

(20)  Il-kunjom u l-isem, jew l-isem tal-impriża, u l-indirizz sħiħ tal-persuna li qiegħda tipprovdi l-garanzija."

(21)  Applikabbli fir-rigward tal-imposti l-oħrajn dovuti b'rabta mal-importazzjoni jew mal-esportazzjoni tal-merkanzija fejn il-garanzija tintuża għat-tqegħid tal-merkanzija skont il-proċedura komuni ta' tranżitu/il-proċedura tal-Unjoni ta' tranżitu jew tista' tintuża f'iktar minn Stat Membru wieħed jew f'iktar minn Parti Kontraenti waħda."

(22)  Ħassar dak li ma japplikax."

(22)  Ħassar dak li ma japplikax."

(23)  Il-proċeduri għajr it-tranżitu komuni japplikaw biss fl-Unjoni."

(23)  Il-proċeduri għajr it-tranżitu komuni japplikaw biss fl-Unjoni."

(24)  Għal ammonti ddikjarati f'dikjarazzjoni doganali għall-proċedura tal-użu aħħari."

(25)  Jekk, fil-liġi tal-pajjiż, ma hemm l-ebda dispożizzjoni għal indirizz tas-servizz, il-garanti għandu jaħtar, f'dan il-pajjiż, aġent li jkun awtorizzat jirċievi kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lilu, u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu kif ukoll l-impenn fir-raba' subparagrafu tal-punt 4 jridu jsiru b'tali mod li jikkorrispondu. Il-qrati tal-pajjiż tal-indirizzi tas-servizz tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom il-ġurisdizzjoni f'każijiet ta' tilwim li jikkonċernaw din il-garanzija."

(26)  Qabel ma jiffirma l-firmatarju tad-dokument irid iniżżel dan li ġej bil-miktub: ‘Il-garanzija għall-ammont ta' …’ (l-ammont jinkiteb bil-kliem)."

(4)

Fl-Anness C5, ir-ringiela 7, il-kliem “ir-Renju Unit” jiddaħħal bejn il-kliem “it-Turkija” u “l-Andorra (*)”.

(5)

Fl-Anness C6, ir-ringiela 6, il-kliem “ir-Renju Unit” jiddaħħal bejn il-kliem “it-Turkija” u “l-Andorra (*)”.


(1)  Il-kunjom u l-isem jew l-isem tal-impriża.

(2)  L-indirizz sħiħ

(3)  Ħassar l-isem/l-ismijiet tal-Istat(i) li fuq it-territorju tiegħu/tagħhom ma tistax tintuża l-garanzija.

(4)  Ir-referenzi għall-Prinċipat ta' Andorra u għar-Repubblika ta' San Marino għandhom japplikaw biss għall-operat tat-tranżitu tal-Unjoni.

(5)  Il-kunjom u l-isem, jew l-isem tal-impriża u l-indirizz sħiħ tal-persuna li qiegħda tipprovdi l-garanzija.

(6)  Applikabbli fir-rigward tal-imposti l-oħrajn dovuti b'rabta mal-importazzjoni jew mal-esportazzjoni tal-merkanzija fejn il-garanzija tintuża għat-tqegħid tal-merkanzija skont il-proċedura ta' tranżitu tal-Unjoni/komuni jew tista' tintuża f'iktar minn Stat Membru wieħed.

(7)  Daħħal wieħed minn dawn l-operati doganali:

(a)

il-ħażna temporanja,

(b)

il-proċedura ta' tranżitu tal-Unjoni/il-proċedura komuni ta' tranżitu,

(c)

il-proċedura tal-ħażna doganali,

(d)

il-proċedura tal-ammissjoni temporanja b'eżenzjoni totali mid-dazju tal-importazzjoni,

(e)

il-proċedura tal-ipproċessar attiv,

(f)

il-proċedura tal-użu aħħari,

(g)

ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa skont id-dikjarazzjoni doganali normali mingħajr ħlas differit,

(h)

ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa skont dikjarazzjoni doganali normali bi ħlas differit,

(i)

ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa skont dikjarazzjoni doganali ppreżentata b'konformità mal-Artikolu 166 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1),

(j)

ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa skont dikjarazzjoni doganali ppreżentata b'konformità mal-Artikolu 182 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013,

(k)

il-proċedura ta' aċċettazzjoni temporanja b'eżenzjoni parzjali mid-dazju tal-importazzjoni,

(l)

jekk oħrajn — indika t-tip l-ieħor ta' operat.

(8)  Jekk, fil-liġi tal-pajjiż, ma hemm l-ebda dispożizzjoni għal indirizz tas-servizz, il-garanti għandu jaħtar, f'dan il-pajjiż, aġent li jkun awtorizzat jirċievi kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lilu, u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu kif ukoll l-impenn fir-raba' subparagrafu tal-punt 4 jridu jsiru b'tali mod li jikkorrispondu. Il-qrati tal-pajjiż tal-indirizzi tas-servizz tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom il-ġurisdizzjoni f'każijiet ta' tilwim li jikkonċernaw din il-garanzija.

(9)  Qabel ma jiffirma l-firmatarju tad-dokument irid iniżżel dan li ġej bil-miktub ‘Il-garanzija għall-ammont ta'…’(l-ammont jinkiteb bil-kliem).

(10)  Għandha timtela mill-uffiċċju fejn tqiegħdet il-merkanzija skont il-proċedura jew fejn il-merkanzija kienet f'ħażna temporanja.

(11)  Il-kunjom u l-isem jew l-isem tal-impriża.

(12)  L-indirizz sħiħ.

(13)  Ir-referenzi għall-Prinċipat ta' Andorra u għar-Repubblika ta' San Marino għandhom japplikaw biss għall-operat tat-tranżitu tal-Unjoni.

(14)  Jekk, fil-liġi tal-pajjiż, ma hemm l-ebda dispożizzjoni għal indirizz tas-servizz, il-garanti għandu jaħtar, f'dan il-pajjiż, aġent li jkun awtorizzat jirċievi kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lilu, u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu kif ukoll l-impenn fir-raba' subparagrafu tal-punt 4 jridu jsiru b'tali mod li jikkorrispondu. Il-qrati tal-pajjiż tal-indirizzi tas-servizz tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom il-ġurisdizzjoni f'każijiet ta' tilwim li jikkonċernaw din il-garanzija.

(15)  Qabel jiffirma, il-firmatarju jrid iniżżel bil-miktub dan li ġej: ‘Validu bħala kupun ta' garanzija’.

(16)  Il-kunjom u l-isem jew l-isem tal-impriża.

(17)  L-indirizz sħiħ.

(18)  Ħassar l-isem/l-ismijiet tal-pajjiż(i) li fit-territorju tiegħu/tagħhom ma tistax tintuża l-garanzija.

(19)  Ir-referenza għall-Prinċipat ta' Andorra u għar-Repubblika ta' San Marino għandhom japplikaw biss għall-operat tat-tranżitu tal-Unjoni.

(20)  Il-kunjom u l-isem, jew l-isem tal-impriża, u l-indirizz sħiħ tal-persuna li qiegħda tipprovdi l-garanzija.

(21)  Applikabbli fir-rigward tal-imposti l-oħrajn dovuti b'rabta mal-importazzjoni jew mal-esportazzjoni tal-merkanzija fejn il-garanzija tintuża għat-tqegħid tal-merkanzija skont il-proċedura komuni ta' tranżitu/il-proċedura tal-Unjoni ta' tranżitu jew tista' tintuża f'iktar minn Stat Membru wieħed jew f'iktar minn Parti Kontraenti waħda.

(22)  Ħassar dak li ma japplikax.

(23)  Il-proċeduri għajr it-tranżitu komuni japplikaw biss fl-Unjoni.

(24)  Għal ammonti ddikjarati f'dikjarazzjoni doganali għall-proċedura tal-użu aħħari.

(25)  Jekk, fil-liġi tal-pajjiż, ma hemm l-ebda dispożizzjoni għal indirizz tas-servizz, il-garanti għandu jaħtar, f'dan il-pajjiż, aġent li jkun awtorizzat jirċievi kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lilu, u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu kif ukoll l-impenn fir-raba' subparagrafu tal-punt 4 jridu jsiru b'tali mod li jikkorrispondu. Il-qrati tal-pajjiż tal-indirizzi tas-servizz tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom il-ġurisdizzjoni f'każijiet ta' tilwim li jikkonċernaw din il-garanzija.

(26)  Qabel ma jiffirma l-firmatarju tad-dokument irid iniżżel dan li ġej bil-miktub: ‘Il-garanzija għall-ammont ta' …’ (l-ammont jinkiteb bil-kliem).’


14.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/56


DEĊIŻJONI Nru 1/2018 TAL-KUMITAT KONĠUNT UE-CTC

tal-4 ta' Diċembru 2018

fir-rigward ta' stedina lir-Renju Unit biex jaderixxi mal-Konvenzjoni dwar is-simplifikazzjoni ta' formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija [2018/1989]

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-20 ta' Mejju 1987 dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3) tagħha,

Billi:

(1)

Bis-saħħa tal-Artikolu 11(3) tal-Konvenzjoni dwar is-simplifikazzjoni ta' formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija (“il-Konvenzjoni”), il-Kumitat Konġunt stabbilit b'dik il-Konvenzjoni għandu jadotta, permezz ta' deċiżjoni, stediniet lil pajjiżi terzi biex jaderixxu ma' dik il-Konvenzjoni.

(2)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (“ir-Renju Unit”) esprima x-xewqa tiegħu li jaderixxi mal-Konvenzjoni bħala Parti Kontraenti separata mid-data meta l-Konvenzjoni ma tibqax tapplika għar-Renju Unit u fih.

(3)

L-iskambju tal-merkanzija mar-Renju Unit jiġi ffaċilitat b'simplifikazzjoni tal-formalitajiet li jaffettwaw il-kummerċ tal-merkanzija bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tas-Serbja, il-Konfederazzjoni Żvizzera u r-Repubblika tat-Turkija.

(4)

Sabiex jiġi ffaċilitat dan l-iskambju, jixraq li r-Renju Unit jiġi mistieden biex jaderixxi mal-Konvenzjoni,

(5)

L-adeżjoni tar-Renju Unit mal-Konvenzjoni jenħtieġ li tkun effettiva biss mid-data minn meta l-Konvenzjoni ma tibqax tapplika għar-Renju Unit bħala Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew, jekk l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit jaqblu dwar arranġamenti tranżitorji fejn il-Konvenzjoni tkun tapplika għar-Renju Unit u fih, mid-data minn meta dawn l-arranġamenti tranżitorji ma jibqgħux japplikaw,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Renju Unit għandu jiġu mistieden biex jaderixxi mal-Konvenzjoni skont l-Artikolu 11a tal-Konvenzjoni mid-data minn meta ma jkunx aktar Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew mid-data minn meta kwalunkwe arranġament tranżitorju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit, fejn il-Konvenzjoni tkun tapplika għar-Renju Unit u fih, ma tibqax tapplika.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-President

Philip KERMODE


(1)  ĠU L 134, 22.5.1987, p. 2.