|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 61 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1936 tal-10 ta' Diċembru 2018 li temenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 371/2011 fir-rigward tal-limitu massimu tad-dimetilamminoetanol (DMAE) ( 1 ) |
|
|
|
* |
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
11.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1931
tal-10 ta' Diċembru 2018
li jimplimenta l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1183/2005 tat-18 ta' Lulju 2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta' Lulju 2005, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1183/2005. |
|
(2) |
Wara r-reviżjoni tal-miżuri restrittivi awtonomi stabbiliti fl-Artikolu 2b tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005, id-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet relatati ma' tmien persuni elenkati fl-Anness Ia għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 jeħtieġ li jiġu emendati. Barra minn hekk, l-informazzjoni dwar il-persuni kollha elenkati f'dak l-Anness jeħtieġ li tiġi aġġornata. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness Ia għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-lista fl-Anness Ia għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 hija sostitwita bil-lista li tinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
ANNESS
“ANNESS Ia
LISTA TA' PERSUNI, ENTITAJIET U KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2b
A. Persuni
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet għal deżinjazzjoni |
Data ta' elenkar |
|
1. |
Ilunga Kampete |
magħruf ukoll bħala Gaston Hughes Ilunga Kampete; magħruf ukoll bħala Hugues Raston Ilunga Kampete. Data tat-twelid: 24.11.1964. Post tat-twelid: Lubumbashi (RDK). Numru tal-karta tal-identità militari: 1-64-86-22311-29. Nazzjonalità: RDK. Indirizz: 69, avenue Nyangwile, Kinsuka Mimosas, Kinshasa/Ngaliema, RDK. |
Bħala Kmandant tal-Gwardja Repubblikana (GR), Ilunga Kampete kien responsabbli għall-unitajiet tal-GR skjerati fuq l-art u involuti fl-użu sproporzjonat ta' forza u repressjoni vjolenti, f'Settembru 2016 f'Kinshasa. F'din il-kapaċità, Ilunga Kampete kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. |
12.12.2016 |
|
2. |
Gabriel Amisi Kumba |
magħruf ukoll bħala Gabriel Amisi Nkumba; ‘Tango Fort’; ‘Tango Four’. Data tat-twelid: 28.5.1964. Post tat-twelid: Malela (RDK). Numru tal-karta tal-identità militari: 1-64-87-77512-30. Nazzjonalità: RDK. Indirizz: 22, avenue Mbenseke, Ma Campagne, Kinshasa/Ngaliema, RDK. |
Eks Kmandant tal-ewwel żona tad-difiża tal-Armata Kongoliża (FARDC) li l-forzi tagħha ħadu sehem fl-użu sproporzjonat ta' forza u repressjoni vjolenti f'Settembru 2016 f'Kinshasa. F'din il-kapaċità, Gabriel Amisi Kumba kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. F'Lulju 2018, Gabriel Amisi Kumba nħatar Viċi Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati Kongoliżi (FARDC), b'responsabbiltà għal operazzjonijiet u intelligence. |
12.12.2016 |
|
3. |
Ferdinand Ilunga Luyoyo |
Data tat-twelid: 8.3.1973. Post tat-twelid: Lubumbashi (RDK). Nru tal-passport: OB0260335 (validu mill-15.4.2011 sal-14.4.2016). Nazzjonalità: RDK. Indirizz: 2, avenue des Orangers, Kinshasa/Gombe, RDK. |
Bħala Kmandant tal-unità għal kontra l-irvellijiet il-Légion Nationale d'Intervention tal-Pulizija Nazzjonali Kongoliża (PNC), Ferdinand Ilunga Luyoyo kien responsabbli għall-użu sproporzjonat ta' forza u repressjoni vjolenti f'Settembru 2016 f'Kinshasa. F'din il-kapaċità, Ferdinand Ilunga Luyoyo kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. F'Lulju 2017, Ferdinand Ilunga Luyoyo nħatar Kmandant tal-unità tal-PNC responsabbli għall-protezzjoni tal-istituzzjonijiet u ta' uffiċjali ta' livell għoli. |
12.12.2016 |
|
4. |
Celestin Kanyama |
magħruf ukoll bħala Kanyama Tshisiku Celestin; Kanyama Celestin Cishiku Antoine; Kanyama Cishiku Bilolo Célestin; Esprit de mort. Data tat-twelid: 4.10.1960. Post tat-twelid: Kananga (RDK). Nazzjonalità: RDK. Nru tal-passport: OB0637580 (validu mill-20.5.2014 sad-19.5.2019). Ingħata viża ta' Schengen bin-numru 011518403, maħruġa fit-2.7.2016. Indirizz: 56, avenue Usika, Kinshasa/Gombe, RDK. |
Bħala Kummissarju tal-Pulizija Nazzjonali Kongoliża (PNC), Celestin Kanyama kien responsabbli għall-użu sproporzjonat ta' forza u repressjoni vjolenti f'Settembru 2016 f'Kinshasa. F'din il-kapaċità, Celestin Kanyama kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. F'Lulju 2017, Celestin Kanyama nħatar Direttur Ġenerali tal-iskejjel ta' taħriġ tal-Pulizija Nazzjonali. |
12.12.2016 |
|
5. |
John Numbi |
magħruf ukoll bħala John Numbi Banza Tambo; John Numbi Banza Ntambo; Tambo Numbi. Data tat-twelid: 16.8.1962. Post tat-twelid: Jadotville-Likasi-Kolwezi (RDK). Nazzjonalità: RDK. Indirizz: 5, avenue Oranger, Kinshasa/Gombe, RDK. |
Eks Spettur Ġenerali tal-Pulizija Nazzjonali Kongoliża (PNC), John Numbi kien involut fil-kampanja ta' intimidazzjoni vjolenti mwettqa fil-kuntest tal-elezzjonijiet tal-gvernaturi ta' Marzu 2016 fl-erba' provinċji tal-ex-Katangan u, bħala tali, huwa responsabbli għall-impediment ta' soluzzjoni kunsenswali u paċifika bil-ħsieb li jsiru elezzjonijiet fir-RDK. F'Lulju 2018, John Numbi nħatar Spettur Ġeneral tal-Forzi Armati Kongoliżi (FARDC). |
12.12.2016 |
|
6. |
Roger Kibelisa |
magħruf ukoll bħala Roger Kibelisa Ngambaswi. Data tat-twelid: 9.9.1959. Post tat-twelid: Fayala (RDK). Nazzjonalità: RDK. Indirizz: 24, avenue Photopao, Kinshasa/Mont Ngafula, RDK. |
Bħala Direttur għall-Intern fis-Servizz tal-Intelligence Nazzjonali (ANR) Roger Kibelisa kien hu involut fil-kampanja ta' intimidazzjoni mwettqa minn uffiċjali tal-ANR lejn membri tal-oppożizzjoni, inkluż arresti arbitrarji u detenzjoni. Roger Kibelisa għalhekk dgħajjef l-istat tad-dritt u impedixxa soluzzjoni kunsenswali u paċifika lejn elezzjonijiet fir-RDK. |
12.12.2016 |
|
7. |
Delphin Kaimbi |
magħruf ukoll bħala Delphin Kahimbi Kasagwe; Delphin Kayimbi Demba Kasangwe; Delphin Kahimbi Kasangwe; Delphin Kahimbi Demba Kasangwe; Delphin Kasagwe Kahimbi. Data tat-twelid: 15.1.1969 (alternattivament: 15.7.1969). Post tat-twelid: Kiniezire/Goma (RDK). Nazzjonalità: RDK. Nru tal-Passaport Diplomatiku: DB0006669 (validu mit-13.11.2013 sat-12.11.2018). Indirizz: 1, 14e rue, Quartier Industriel, Linete, Kinshasa, RDK. |
Eks Kap tal-Korp tal-Intelligence Militari (eks-DEMIAP), parti miċ-Ċentru Nazzjonali tal-Operazzjonijiet, l-istruttura ta' kmand u ta' kontroll responsabbli għall-arresti arbitrarji u r-repressjoni vjolenta f'Kinshasa f'Settembru 2016, u responsabbli għall-forzi li pparteċipaw fl-intimidazzjoni u l-arresti arbitrarji u r-repressjoni vjolenta u għall-impediment ta' soluzzjoni kunsenswali u paċifika bil-ħsieb li jsiru elezzjonijiet fir-RDK. F'Lulju 2018, Delphin Kaimbi nħatar assistent Kap tal-Persunal fi ħdan il-Persunal Ġenerali tal-FARDC, b'responsabilità għall-intelligence. |
12.12.2016 |
|
8. |
Evariste Boshab, eks-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Intern u s-Sigurtà |
magħruf ukoll bħala Evariste Boshab Mabub Ma Bileng. Data tat-twelid: 12.1.1956. Post tat-twelid: Tete Kalamba (RDK). Nazzjonalità: RDK. Numru tal-passaport diplomatiku: DP0000003 (validu: 21.12.2015 — skadenza: 20.12.2020). il-Viża ta' Schengen skadiet fil-5.1.2017. Indirizz: 3, avenue du Rail, Kinshasa/Gombe, RDK. |
Fil-kapaċità tiegħu ta' Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Intern u s-Sigusrtà minn Diċembru 2014 sa Diċembru 2016, Evariste Boshab kien uffiċjalment responsabbli mill-pulizija u s-servizzi ta' sigurtà u l-koordinazzjoni tal-ħidma tal-gvernaturi provinċjali. F'din il-kapaċità, huwa kien responsabbli għall-arrest ta' attivisti u ta' membri tal-oppożizzjoni, kif ukoll għall-użu sproporzjonat tal-forza, inkluż bejn Settembru 2016 u Diċembru 2016 b'reazzjoni għad-dimostrazzjonijiet f'Kinshasa, li wassal biex għadd kbir ta' ċivili nqatlu jew indarbu mis-servizzi ta' sigurtà. Evariste Boshab kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. |
29.5.2017 |
|
9. |
Alex Kande Mupompa, eks Gvernatur ta' Kasai Central |
magħruf ukoll bħala Alexandre Kande Mupomba; Kande-Mupompa. Data tat-twelid: 23.9.1950. Post tat-twelid: Kananga (RDK). Nazzjonalità: Kongoliża u Belġjana. Numru tal-passaport tar-RDK: OP0024910 (validu: 21.3.2016 — skadenza: 20.3.2021). Indirizzi: Messidorlaan 217/25, 1180 Uccle, Belġju Indirizz: 1, avenue Bumba, Kinshasa/Ngaliema, RDK. |
Bħala Gvernatur ta' Kasai Central sa Ottubru 2017, Alex Kande Mupompa kien responsabbli għall-użu sproporzjonat tal-forza, repressjoni vjolenti u qtil extraġudizzjarju mwettqa mill-forzi tas-sigurtà u l-PNC f'Kasai Central minn Awwissu 2016, inkluż qtil fit-territorju ta' Dibaya fi Frar 2017. Alex Kande Mupompa kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. |
29.5.2017 |
|
10. |
Jean-Claude Kazembe Musonda, eks-Gvernatur ta' Haut-Katanga |
Data tat-twelid: 17.5.1963. Post tat-twelid: Kashobwe (DRK). Nazzjonalità: RDK. Indirizz: 7891, avenue Lubembe, Quartier Lido, Lubumbashi, Haut-Katanga, RDK. |
Bħala Gvernatur ta' Haut Katanga sa April 2017, Jean-Claude Kazembe Musonda kien responsabbli għall-użu sproporzjonat tal-forza u r-repressjoni vjolenti mwettqa mill-forzi tas-sigurtà u l-PNC f'Haut Katanga, inkluż bejn il-15 u l-31 ta' Diċembru 2016 meta, b'reazzjoni għall-protesti f'Lubumbashi, 12-il persuna ċivili nqatlu u 64 indarbu b'riżultat tal-użu ta' forza letali mill-forzi tas-sigurtà inkluż aġenti tal-PNC. Jean-Claude Kazembe Musonda kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. |
29.5.2017 |
|
11. |
Lambert Mende, Ministru għall-Komunikazzjoni u l-Mezzi tax-Xandir, u kelliem tal-Gvern |
magħruf ukoll bħala Lambert Mende Omalanga. Data tat-twelid: 11.2.1953. Post tat-twelid: Okolo (RDK). Numru tal-passaport diplomatiku: DB0001939 (maħruġ: 4.5.2017 — jiskadi: 3.5.2022). Nazzjonalità: RDK. Indirizz: 20, avenue Kalongo, Kinshasa/Ngaliema, RDK. |
Bħala Ministru għall-Komunikazzjoni u l-Mezzi tax-Xandir mill-2008, Lambert Mende huwa responsabbli għal politika repressiva għall-mezzi tax-xandir li tikser id-dritt tal-libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni u ddgħajjef il-kisba ta' soluzzjoni kunsenswali u paċifika għall-elezzjonijiet fir-RDK. Fit-12 ta' Novembru 2016, huwa adotta digriet li jillimita l-possibbiltà li mezzi tax-xandir barranin ixandru fir-RDK. Bi ksur tal-ftehim politiku milħuq fil-31 ta' Diċembru 2016 bejn il-maġġoranza presidenzjali u l-partiti tal-oppożizzjoni, sa Ottubru 2018 għadd ta' xandara kienu għandhom ma ssokktawx ixandru. Fil-kapaċità tiegħu bħala Ministru għall-Komunikazzjoni u l-Mezzi tax-Xandir, Lambert Mende huwa għalhekk responsabbli li fixkel il-kisba ta' soluzzjoni kunsenswali u paċifika għall-elezzjonijiet fir-RDK, inkluż b'atti ta' repressjoni. |
29.5.2017 |
|
12. |
Brigadier Ġeneral Eric Ruhorimbere, Viċi Kmandant tal-21 reġjun militari (Mbuji-Mayi) |
magħruf ukoll bħala Eric Ruhorimbere Ruhanga; Tango Two; Tango Deux. Data tat-twelid: 16.7.1969. Post tat-twelid: Minembwe (RDK). Numru tal-karta tal-identità militari: 1-69-09-51400-64. Nazzjonalità: RDK. Numru tal-passaport tar-RDK: OB0814241. Indirizz: Mbujimayi, Provinċja ta' Kasai, RDK. |
Bħala Viċi Kmandant tal-21 reġjun militari minn Settembru 2014 sa Lulju 2018, Eric Ruhorimbere kien responsabbli għall-użu sproporzjonat tal-forza u għal każijiet ta' qtil extraġudizzjarju mwettqa mill-FARDC, speċjalment kontra l-milizzja Nsapu u kontra nisa u tfal. Eric Ruhorimbere kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. F'Lulju 2018, Eric Ruhorimbere nħatar Kmandant tas-settur operattiv ta' Nord Equateur. |
29.5.2017. |
|
13. |
Ramazani Shadari, eks Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Intern u s-Sigurtà |
magħruf ukoll bħala Emmanuel Ramazani Shadari Mulanda; Shadary. Data tat-twelid: 29.11.1960. Post tat-twelid: Kasongo (RDK). Nazzjonalità: RDK. Indirizz: 28, avenue Ntela, Mont Ngafula, Kinshasa, RDK. |
Bħala Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Intern u s-Sigurtà sa Frar 2018, Ramazani Shadari kien uffiċjalment responsabbli mill-pulizija u s-servizzi ta' sigurtà u mill-koordinazzjoni tal-ħidma tal-gvernaturi provinċjali. F'din il-kapaċità, kien responsabbli għall-arresti ta' attivisti u membri tal-oppożizzjoni, kif ukoll għall-użu sproporzjonat tal-forza, bħall-miżuri ta' repressjoni vjolenti ta' membri tal-moviment Bundu Dia Kongo (BDK) fil-Kongo Ċentrali, ir-repressjoni f'Kinshasa f'Jannar-Frar 2017 u l-użu sproporzjonat tal-forza u r-repressjoni vjolenti fil-provinċji ta' Kasai. F'din il-kapaċità, Ramazani Shadari kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Fi Frar 2018, Ramazani Shadari kien innominat Segretarju Permanenti tal-Parti du peuple pour la reconstruction et le développement (PPRD). |
29.5.2017 |
|
14. |
Kalev Mutondo, Kap (formalment Amministratur Ġenerali) tas-Servizz tal-Intelligence Nazzjonali (ANR) |
magħruf ukoll bħala Kalev Katanga Mutondo, Kalev Motono, Kalev Mutundo, Kalev Mutoid, Kalev Mutombo, Kalev Mutond, Kalev Mutondo Katanga, Kalev Mutund. Data tat-twelid: 3.3.1957. Nazzjonalità: RDK. Numru tal-passaport: DB0004470 (maħruġ: 8.6.2012 — jiskadi: 7.6.2017). Indirizz: 24, avenue Ma Campagne, Kinshasa, RDK. |
Bħala l-Kap tas-Servizz tal-Intelligence Nazzjonali (ANR) għal żmien twil, Kalev Mutondo huwa involut fl-arrest arbitrarju, id-detenzjoni u t-trattament ħażin ta' membri tal-oppożizzjoni, attivisti tas-soċjetà ċivili u oħrajn, u responsabbli għal dawn l-atti. Għalhekk huwa dgħajjef l-istat ta' dritt u fixkel milli tintlaħaq soluzzjoni kunsenswali u paċifika għall-elezzjonijiet fir-RDK, kif ukoll kien involut fl-ippjanar jew id-direzzjoni ta' atti li jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. |
29.5.2017 |
B. Entitajiet
[…]
|
11.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/8 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2018/1932
tal-10 ta' Diċembru 2018
li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 667/2010 dwar ċerti miżuri restrittivi rigward l-Eritrea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1944 tal-10 ta' Diċembru 2018 li tħassar id-Deċiżjoni 2010/127/PESK dwar ċerti miżuri restrittivi kontra l-Eritrea (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fit-23 ta' Diċembru 2009, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) adotta r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 1907 (2009) li timponi miżuri restrittivi kontra l-Eritrea, li tikkonsisti fi projbizzjoni tal-bejgħ u l-provvista lill-Eritrea u mill-Eritrea ta' armi u materjal relatat. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 667/2010 (2) jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/127/PESK (3), adottata skont ir-Riżoluzzjoni tal-KSNU 1907 (2009). |
|
(3) |
Fl-14 ta' Novembru 2018, il-KSNU adotta l-UNSCR 2444 (2018) li jtemm, b'effett immedjat, il-miżuri restrittivi kollha tan-NU kontra l-Eritrea. |
|
(4) |
Fl-10 ta' Diċembru 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1944 li tħassar id-Deċiżjoni 2010/127/PESK. |
|
(5) |
Dawn il-miżuri huma koperti mill-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat u, għalhekk, b'mod partikolari biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni. |
|
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 667/2010 jitħassar, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 667/2010 huwa b'dan imħassar.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Ara l-paġna 60 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 667/2010 tas-26 ta' Lulju 2010 dwar ċerti miżuri restrittivi rigward l-Eritrea (ĠU L 195, 27.7.2010, p. 16).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/127/PESK tal-1 ta' Marzu 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Eritrea (ĠU L 51, 2.3.2010, p. 19).
|
11.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/9 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2018/1933
tal-10 ta' Diċembru 2018
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 356/2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK tas-26 ta' April 2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja u li tirrevoka l-Pożizzjoni Komuni 2009/138/PESK (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 356/2010 (2) jagħti effett għall-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2010/231/PESK. |
|
(2) |
Fl-14 ta' Novembru 2018, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) adotta r-Riżoluzzjoni 2444 (2018). Din ir-Riżoluzzjoni tinnota li wieħed mill-kriterji għall-elenkar taħt ir-Riżoluzzjoni 1844 (2008) huwa l-impenn fi jew il-forniment ta' appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Somalja, u tiddeċiedi li atti bħal dawn jistgħu jinkludu wkoll, iżda mhumiex limitati għall-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti li jinvolvu vjolenza sesswali u vjolenza bbażata fuq il-ġeneru. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1945 (3) emendat id-Deċiżjoni 2010/231/PESK sabiex tirrifletti l-bidliet fir-Riżoluzzjoni tal-KSNU 2444 (2018). |
|
(4) |
Dawn il-miżuri huma koperti mill-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat u, għalhekk, bl-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 356/2010 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 2(3), is-subparagrafu (a) tar-Regolament (UE) Nru 356/2010 huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“(a) |
li huma impenjati fi, jew li jipprovdu appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Somalja, meta tali atti jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK tas-26 ta' April 2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja u li tirrevoka l-Pożizzjoni Komuni 2009/138/PESK (ĠU L 105, 27.4.2010, p. 17).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 356/2010 tas-26 ta' April 2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja (ĠU L 105, 27.4.2010, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1945 tal-10 ta' Diċembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2010/231/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja (ara l-paġna 61 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
|
11.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/11 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1934
tal-10 ta' Diċembru 2018
li jimplimenta l-Artikolu 20(3) tar-Regolament (UE) 2015/735 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/735 tas-7 ta' Mejju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 748/2014 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-7 ta' Mejju 2015, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2015/735. |
|
(2) |
Fil-21 ta' Novembru 2018, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit bis-saħħa tar-Riżoluzzjoni 2206 (2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti aġġorna l-informazzjoni li tirrigwarda persuna soġġetta għal miżuri restrittivi. |
|
(3) |
Jenħtieġ għalhekk li l-Anness I għar-Regolament (UE) 2015/735 jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (UE) 2015/735 huwa b'dan emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
ANNESS
L-entrata li tikkonċerna l-persuna elenkata hawn taħt hija sostitwita bl-entrata li ġejja:
|
“1. |
Gabriel JOK RIAK MAKOL (magħruf ukoll bħala: a) Gabriel Jok b) Jok Riak c) Jock Riak)
Titlu: Logutenent Ġeneral Kariga: a) Eks-Kmandant ta' Sector One tal-Armata għal-Liberazzjoni tal-Poplu tas-Sudan (SPLA); b) Kap tal-Forzi tad-Difiża Data tat-Twelid: 1 ta' Jannar 1966 Post tat-twelid: BOR, is-Sudan/is-Sudan t'Isfel Nazzjonalità: Sudan t'Isfel Nru tal-passaport: Is-Sudan t'Isfel numru D00008623 Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: M6600000258472 Indirizz: a) L-Istat ta' Unity, is-Sudan t'Isfel b) Wau, Bahr El Ghazal tal-Punent, is-Sudan t'Isfel Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Lulju 2015 Tagħrif ieħor: Maħtur Kap tal-Forzi tad-Difiża fit-2 ta' Mejju 2018. Ikkmanda lis-Sector One tal-SPLA, li jopera prinċipalment fl-Istat ta' Unity, sa minn Jannar 2013. Fil-pożizzjoni tiegħu bħala kmandant ta' Sector One tal-SPLA, kabbar u estenda l-kunflitt fis-Sudan t'Isfel permezz ta' ksur tal-Ftehim dwar il-Waqfien mill-Ostilitajiet. L-SPLA hija entità militari tas-Sudan t'Isfel li kienet involuta f'azzjonijiet li estendew l-kunflitt fis-Sudan t'Isfel, inkluż il-ksur tal-Ftehim ta' Jannar 2014 dwar il-Waqfien mill-Ostilitajiet u l-Ftehim tad-9 ta' Mejju 2014 biex tiġi Solvuta l-Kriżi fis-Sudan t'Isfel, li kien impenn mill-ġdid lejn is-CoHA, u ostakolat l-attivitajiet tal-Mekkaniżmu ta' Monitoraġġ u Verifika tal-IGAD. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5879060 Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet: Gabriel Jok Riak ġie elenkat fl-1 ta' Lulju 2015 skont il-paragrafi 7(a), 7(f) u 8 tar-riżoluzzjoni 2206 (2015) għal, ‘azzjonijiet jew politiki li għandhom l-għan jew l-effett li jespandu jew jestendu l-konflitt fis-Sudan t'Isfel jew li jostakolaw it-taħdidiet jew il-proċessi ta' rikonċiljazzjoni jew paċi, inkluż ksur tal-Ftehim dwar il-Waqfien mill-Ostilitajiet’; ‘it-tfixkil tal-attivitajiet ta' missjonijiet internazzjonali, diplomatiċi, jew umanitarji taż-żamma tal-paċi fis-Sudan t'Isfel, inkluż il-Mekkaniżmu ta' Monitoraġġ u Verifika tal-IGAD jew tal-kunsinna jew id-distribuzzjoni ta' għajnuna umanitarja jew l-aċċess għaliha’; u bħala mexxej ‘ta' kwalunkwe entità, inkluż kwalunkwe grupp tal-gvern tas-Sudan t'Isfel, tal-oppożizzjoni, ta' milizzja, jew ta' grupp ieħor, li kien involut, jew li l-membri tiegħu kienu involuti, fi kwalunkwe waħda mill-attivitajiet deskritti fil-paragrafi 6 u 7’. Gabriel Jok Riak huwa l-kmandant ta' Sector One tal-Armata għal-Liberazzjoni tal-Poplu tas-Sudan (SPLA), entità militari tas-Sudan t'Isfel li kienet involuta f'azzjonijiet li estendew il-kunflitt fis-Sudan t'Isfel, inkluż il-ksur tal-Ftehim ta' Jannar 2014 dwar il-Waqfien mill-Ostilitajiet (CoHA) u l-Ftehim tad-9 ta' Mejju 2014 biex tiġi Solvuta l-Kriżi fis-Sudan t'Isfel (Il-Ftehim ta' Mejju), li kien impenn mill-ġdid lejn is-CoHA. Jok Riak ikkmanda lis-Sector One tal-SPLA, li jopera prinċipalment fl-Istat ta' Unity, sa minn Jannar 2013. Id-Diviżjonijiet Tlieta, Erbgħa u Ħamsa tal-SPLA huma subordinati għal Sector One u tall-kmandant tiegħu, Jok Riak. Jok Riak u l-forzi ta' Sector One u Three tal-SPLA taħt il-kmand ġenerali tiegħu kienu involuti f'bosta azzjonijiet, kif dettaljati hawn taħt, bi ksur tal-impenji tas-CoHA ta' Jannar 2014 biex jieqfu l-azzjonijiet militari kollha mmirati lejn il-forzi ta' oppożizzjoni, kif ukoll azzjonijiet provokatorji oħra, jiġu ffriżati l-forzi fis-siti attwali tagħhom, u joqogħdu lura minn attivitajiet bħall-moviment ta' forzi jew ir-riforniment ta' munizzjon li jistgħu jwasslu għal konfront militari. Il-forzi tal-SPLA taħt il-kmand ġenerali ta' Jok Riak kisru diversi drabi il-ftehim tas-CoHA permezz ta' ostilitajiet evidenti. Fl-10 ta' Jannar 2014, forza tal-SPLA taħt il-kmand ġenerali tal-kmandant tas-Sector One Jok Riak ħatfet Bentiu, li kienet tqiegħdet preċedentement taħt il-kontroll tal-Armata għal-Liberazzjoni tal-Poplu tas-Sudan fl-Oppożizzjoni (SPLM-IO) mill-20 ta' Diċembru 2013. Id-Diviżjoni Tlieta tal-SPLA għamlet imbuskata u bbumbardjat ġellieda tal-SLPM-IO qrib Leer ftit wara li ġie ffirmat is-CoHA ta' Jannar 2014 u f'nofs April 2014 ħatfu Mayom u qatlu aktar minn 300 truppa tal-SPLM-IO. Fl-4 ta' Mejju 2014, forza tal-SPLA mmexxija minn Jok Riak reġgħu ħatfu Bentiu. Fuq it-televiżjoni statali f'Juba, kelliem għall-SPLA stqarr li l-armata tal-gvern taħt il-kmand ta' Jok Riak kienet ħatfet Bentiu fl-erbgħa ta' waranofsinhar, filwaqt li żied jgħid li kienu involuti id-Diviżjoni Tlieta u taskforce speċjali tal-SPLA. Sigħat wara li tħabbar il-Ftehim ta' Mejju, il-forzi tad-Diviżjoni Tlieta u Erbgħa tal-SPLA ġġieldu kontra u reġġgħu lura l-ġellieda tal-oppożizzjoni li aktar kmieni kienu attakkaw il-pożizzjonijiet tal-SPLA qrib Bentiu u fir-reġjuni taż-żejt tat-tramuntana tas-Sudan t'Isfel. Ukoll wara l-iffirmar tal-Ftehim ta' Mejju it-truppi tad-Diviżjoni Tlieta tal-SPLA reġgħu ħatfu Wang Kai, u l-kmandant tad-diviżjoni Santino Deng Wol, awtorizza lill-forzi tiegħu biex joqtlu lil kull min ikun qed iġorr fuqu xi arma jew ikun qed jinħeba d-dar, u ordnalhom biex jaħarqu kwalunkwe dar li fiha jkun hemm xi forzi tal-oppożizzjoni. Lejn l-aħħar ta' April u Mejju 2015, il-forzi tas-Sector One tal-SPLA mmexxija minn Jok Riak wettqu offensiva militari fuq skala sħiħa kontra l-forzi tal-oppożizzjoni fl-Istat ta' Unity mill-Istat ta' Lakes. Bi ksur tat-termini tas-CoHA kif deskritt hawn fuq, Jok Riak allegatament ipprova jsewwi t-tankijiet u jimmodifikahom għall-użu kontra l-forzi tal-oppożizzjoni kmieni f'Settembru 2014. Tard f'Ottubru 2014, mill-inqas 7 000 truppa u armi b'saħħithom tal-SPLA mid-Diviżjoni Tlieta u Ħamsa reġgħu kienu skjerati biex isaħħu t-truppi tad-Diviżjoni Erbgħa li kienu qed iġarrbu l-piż ta' attakk mill-oppożizzjoni qrib Bentiu. F'Novembru 2014, l-SPLA daħħlet tagħmir u armi militari ġodda, inkluż trasportaturi armati tal-persunal, ħelikopters, xkubetti tal-artillerija u munizzjon fil-qasam ta' responsabbiltà tas-Sector One, x'aktarx bi tħejjija għall-ġlied kontra l-oppożizzjoni. Kmieni fi Frar 2015, Jok Riak allegatament ordna li jintbagħtu trasportaturi armati tal-persunal Bentiu, possibbilment biex jirreaġixxu għall-imbuskati reċenti mill-oppożizzjoni. Wara l-offensiva ta' April u Mejju 2015 fl-Istat ta' Unity, is-Sector One tal-SPLA ċaħad talbiet mit-Tim ta' Monitoraġġ u Verifika tal-Awtorità Intergovernattiva għall-Iżvilupp (IGAD-MVM) f'Bentiu biex jinvestiga dan il-ksur tas-CoHA; b'hekk ċaħħad lill-IGAD-MVM mil-libertà ta' moviment biex iwettaq il-mandat tiegħu. Minbarra dan, f'April 2014, Jok Riak espanda l-konflitt fis-Sudan t'Isfel billi allegatament għen biex jarma u jimmobilizza daqs 1 000 żagħżugħ Dinka biex jissupplimentaw il-forzi tradizzjonali tal-SPLA.” |
|
11.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/14 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1935
tas-7 ta' Diċembru 2018
li jistabbilixxi l-formoli msemmija fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1103 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet f'materji tar-reġimi tal-proprjetà matrimonjali
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1103 tal-24 ta' Ġunju 2016 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet f'materji ta' reġimi ta' proprjetà matrimonjali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 45(3)(b), l-Artikolu 58(1), l-Artikolu 59(2) u l-Artikolu 60(2) tiegħu,
Wara konsultazzjoni tal-Kumitat tal-liġi applikabbli, il-ġurisdizzjoni u l-infurzar f'materji tar-reġimi tal-proprjetà matrimonjali,
Billi:
|
(1) |
Għall-iskop tal-applikazzjoni xierqa tar-Regolament (UE) 2016/1103, jenħtieġ li jiġu stabbiliti diversi formoli. |
|
(2) |
F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/954 (2) li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tar-reġimi ta' proprjetà ta' koppji internazzjonali, ir-Regolament (UE) 2016/1103 jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet fil-materja ta' reġimi ta' proprjetà ta' koppji internazzjonali bejn il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Portugall, is-Slovenja, il-Finlandja u l-Iżvezja. Għalhekk dawk l-Istati Membri biss qed jieħdu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, |
|
(3) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-liġi applikabbli, il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni f'materji tar-reġim tal-proprjetà matrimonjali; |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-formola li għandha tintuża għall-attestazzjoni msemmija fl-Artikolu 45(3)(b) tar-Regolament (UE) 2016/1103 għandha tkun kif stabbilit fl-Anness I.
2. Il-formola li għandha tintuża għall-attestazzjoni li tikkonċerna strument awtentiku msemmi fl-Artikoli 58(1) u 59(2) tar-Regolament (UE) 2016/1103 għandha tkun kif stabbilit fl-Anness II.
3. Il-formola li għandha tintuża għall-attestazzjoni li tikkonċerna soluzzjoni bil-qorti msemmija fl-Artikolu 60(2) tar-Regolament (UE) 2016/1103 għandha tkun kif stabbilit fl-Anness III.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-29 ta' Jannar 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/954 tad-9 ta' Ġunju 2016 li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet dwar ir-reġimi ta' proprjetà ta' koppji internazzjonali, li tkopri kemm ir-reġimi ta' proprjetà matrimonjali u kemm l-effetti patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati (ĠU L 159, 16.6.2016, p. 16).
|
11.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/34 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1936
tal-10 ta' Diċembru 2018
li temenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 371/2011 fir-rigward tal-limitu massimu tad-dimetilamminoetanol (DMAE)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 13(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' tali awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
L-użu tal-melħ tas-sodju dimetilgliċina bħala addittiv fl-għalf ġie awtorizzat għal għaxar snin għat-tiġieġ għat-tismin bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 371/2011 (2). |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, id-detentur tal-awtorizzazzjoni ppropona li jinbidlu t-termini tal-awtorizzazzjoni billi jimmodifika l-proċess tal-manifattura. Dik l-applikazzjoni ġiet ippreżentata flimkien mad-data ta' sostenn rilevanti. Il-Kummissjoni bagħtet din l-applikazzjoni lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”). |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tas-17 ta' April 2018 (3), l-Awtorità kkonkludiet li l-addittiv immanifatturat bil-proċess il-ġdid tal-manifattura ma għandux effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent. Barra minn hekk, ikkonkludiet ukoll li l-preżenza tad-dimetilamminoetanol (DMAE), f'livell ta' 0,1 % jew inqas, ma taffettwax l-effikaċja tal-addittiv. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Il-valutazzjoni tal-melħ tas-sodju dimetilgliċina prodott bil-proċess il-ġdid tal-manifattura, turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi awtorizzat l-użu ta' dik is-sustanza kif speċifikat f'dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 371/2011 jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 371/2011, jiddaħħal dan li ġej fir-raba' kolonna “Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku”, taħt “Sustanza attività” , fit-tmiem: “Dimetilamminoetanol (DMAE) ≤ 0,1 %”.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 371/2011 tal-15 ta' April 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-melħ tas-sodju dimetilgliċina bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Taminco N.V.) (ĠU L 102, 16.4.2011, p. 6).
(3) EFSA Journal 2018; 16(5):5268.
|
11.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/36 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1937
tal-10 ta' Diċembru 2018
li jissostitwixxi l-Anness X tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f'materji relatati ma' obbligi ta' manteniment
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f'materji relatati ma' obbligi ta' manteniment (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 2(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 4/2009 jipprovdi lista tal-awtoritajiet amministrattivi msemmijin fl-Artikolu 2(2) ta' dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Renju Unit u l-Latvja innotifikaw lill-Kummissjoni dwar bidliet għall-awtoritajiet amministrattivi li jridu jitniżżlu fl-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 4/2009. |
|
(3) |
L-awtoritajiet amministrattivi nnotifikati mir-Renju Unit u mil-Latvja u li huma mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament jissodisfaw ir-rekwiżiti ddikjarati fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 4/2009. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat rigward il-liġi applikabbli, il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni rigward kwistjonijiet matrimonjali, ir-responsabbiltà tal-ġenituri u l-obbligi tal-manteniment. |
|
(5) |
Għalhekk, l-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 4/2009 għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 4/2009 huwa mibdul bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
ANNESS
“ANNESS X
L-awtoritajiet amministrattivi msemmija fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 4/2009 huma kif ġej:
|
— |
fil-Latvja, il-Fond ta' Garanzija tal-Manteniment (‘Uzturlīdzekļu Garantiju Fonds’), |
|
— |
fil-Finlandja, il-Bord tal-Assistenza Soċjali (‘Sosiaalilautakunta/Socialnämnd’), |
|
— |
fl-Iżvezja, l-Awtorità tal-Infurzar (‘Kronofogdemyndigheten’), |
|
— |
fir-Renju Unit:
|
DEĊIŻJONIJIET
|
11.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/38 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1938
tat-18 ta' Settembru 2018
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta' rakkomandazzjoni li tapprova l-estensjoni tal-Pjan ta' Azzjoni UE-Marokk li jimplimenta l-istatus avvanzat (2013-2017)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-rappreżentant għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (1) (minn hawn il-quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) kien iffirmat fis-26 ta' Frar 1996 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2000 (2). |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 80 tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim għandu s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet u jista' wkoll jagħmel rakkomandazzjonijiet. |
|
(3) |
Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni adotta fis-16 ta' Diċembru 2013 rakkomandazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' Pjan ta' Azzjoni UE-Marokk li jimplimenta l-istatus avvanzat (2013-2017) (3) (minn hawn il-quddiem imsejjaħ il-“pjan ta' azzjoni”). |
|
(4) |
Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità bejn il-pjan ta' azzjoni u l-prijoritajiet futuri tas-sħubija, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, permezz ta' skambju ta' ittri, jenħtieġ li jadotta rakkomandazzjoni li tapprova l-estensjoni tal-Pjan ta' Azzjoni. |
|
(5) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed, f'isem l-Unjoni, fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, rigward l-adozzjoni ta' rakkomandazzjoni li tapprova l-estensjoni tal-Pjan ta' Azzjoni, peress li r-rakkomandazzjoni jkollha effetti ġuridiċi. |
|
(6) |
L-estensjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tifforma l-bażi tar-relazzjonijiet UE-Marokk għas-sena attwali u tippermetti li jsiru d-diskussjonijiet sabiex jiġu definiti l-linji gwida u l-prijoritajiet il-ġodda tas-sħubija UE-Marokk għas-snin li ġejjin, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta' rakkomandazzjoni li tapprova l-estensjoni b'sena tal-Pjan ta' Azzjoni UE-Marokk li jimplimenta l-Istatus Avvanzat (2013-2017) għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' rakkomandazzjoni anness ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Settembru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
G. BLÜMEL
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2000/204/KE,KEFA tas-26 ta' Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi l-Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (ĠU L 70, 18.3.2000, p. 1).
(3) Ir-Rakkomandazzjoni Nru 1/2013 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Marokk tas-16 ta' Diċembru 2013 dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni UE-Marokk fil-qafas tal-PEV li jimplimenta l-istatus avvanzat (2013-2017) (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 78).
ABBOZZ
RAKKOMANDAZZJONI Nru 1/2018 TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE-MAROKK
ta' …
li tapprova estensjoni ta' sena tal-Pjan ta' Azzjoni UE-Marokk li jimplimenta l-istatus avvanzat (2013-2017)
IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE-MAROKK,
wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (1),
filwaqt li jqis li:
|
(1) |
Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (minn hawn il-quddiem imsejjaħ il-“Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2000. |
|
(2) |
Bis-saħħa tal-Artikolu 80 tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jista' jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet li jqis rilevanti għall-kisba tal-objettivi tal-Ftehim. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 90 tal-Ftehim, il-Partijiet għandhom jieħdu kull miżura ġenerali jew speċifika neċessarja biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont il-Ftehim u għandhom jaraw li jinkisbu l-objettivi ffissati fil-Ftehim. |
|
(4) |
L-Artikolu 10 tar-regolamenti interni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jipprevedi l-possibbiltà li jittieħdu rakkomandazzjonijiet, bejn is-sessjonijiet, permezz tal-proċedura bil-miktub. |
|
(5) |
L-estensjoni tal-Pjan ta' Azzjoni UE-Marokk li jimplimenta l-istatus avvanzat (2013-2017) tifforma l-bażi tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Marokk fis-sena attwali u tippermetti l-bidu ta' negozjati sabiex jiġu definiti l-linji gwida u l-prijoritajiet il-ġodda tas-sħubija UE-Marokk għas-snin li ġejjin, |
JIRRAKKOMANDA:
Artikolu uniku
Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, permezz ta' proċedura bil-miktub, jirrakkomanda l-estensjoni b'sena tal-Pjan ta' Azzjoni UE-Marokk li jimplimenta l-istatus avvanzat (2013-2017).
Magħmul fi …,
Għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Marokk
Il-President
|
11.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/41 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1939
tal-10 ta' Diċembru 2018
dwar l-appoġġ tal-Unjoni għall-universalizzazzjoni u l-implimentazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni Internazzjonali għat-Trażżin ta' Atti ta' Terroriżmu Nukleari
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-12 ta' Diċembru 2003 l-Kunsill Ewropew adotta l-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva (“l-Istrateġija”), li tiddikjara li n-nonproliferazzjoni, id-diżarm u l-kontroll tal-armi jistgħu jagħtu kontribut essenzjali fil-ġlieda globali kontra t-terroriżmu billi jnaqqsu r-riskju li atturi mhux Statali jiksbu aċċess għal armi ta' qerda massiva, materjali radjuattivi u mezzi ta' kunsinna. Il-Kapitolu III tal-Istrateġija fih lista ta' miżuri li jinħtieġ li jittieħdu kemm fi ħdan l-Unjoni kif ukoll f'pajjiżi terzi biex tiġi miġġielda tali proliferazzjoni. |
|
(2) |
L-Unjoni qed timplimenta b'mod attiv l-Istrateġija u qed tagħti effett lill-miżuri elenkati fil-Kapitolu III tagħha, b'mod partikolari bil-ħidma favur l-universalizzazzjoni u, fejn ikun meħtieġ, bit-tisħiħ tat-trattati, ftehimiet u arranġamenti ta' verifika ewlenin dwar id-diżarm u n-nonproliferazzjoni u bir-rilaxx ta' riżorsi finanzjarji biex jiġu appoġġati proġetti speċifiċi mmexxija minn istituzzjonijiet multilaterali bħall-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC) u l-Uffiċċju tan-NU għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu (UNOCT). |
|
(3) |
Fl-Aġenda tiegħu għad-Diżarm intitolata “Securing our Common Future”, li tnediet fl-24 ta' Mejju 2018, is-Segretarju Ġenerali tan-NU nnota li r-riskji nukleari attwali kienu inaċċettabbli u li kienu qegħdin jikbru. |
|
(4) |
Fit-13 ta' April 2005, l-Assemblea Ġenerali tan-NU adottat il-Konvenzjoni Internazzjonali għat-Trażżin ta' Atti ta' Terroriżmu Nukleari, li nfetħet għall-iffirmar fl-14 ta' Settembru 2005. |
|
(5) |
L-implimentazzjoni teknika ta' din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tiġi fdata lill-UNODC u ċ-Ċentru tan-NUkontra t-Terroriżmu (UNCCT) tal- UNOCT. |
|
(6) |
Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata f'konformità mal-Ftehim Qafas Finanzjarju u Amministrattiv, konkluż mill-Kummissjoni Ewropea man-NU dwar l-amministrazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Unjoni għall-programmi jew proġetti amministrati min-NU. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Għall-fini li tiġi żgurata l-implimentazzjoni kontinwa u prattika ta' ċerti elementi tal-Istrateġija, l-Unjoni għandha tippromwovi l-universalizzazzjoni u l-implimentazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni Internazzjonali għat-Trażżin ta' Atti ta' Terroriżmu Nukleari “ICSANT” billi tipprovdi appoġġ għall-attivitajiet tal-UNODC, u b'mod partikolari l-Fergħa tal-Prevenzjoni tat-Terroriżmu (TPB) tiegħu, li, fost l-oħrajn, tappoġġa l-isforzi tal-Istati biex jaderixxu mal-istrumenti legali internazzjonali rilevanti u jsaħħu l-oqfsa legali u tal-ġustizzja kriminali nazzjonali u l-kapaċità istituzzjonali tagħhom biex jiġġieldu kontra t-terroriżmu nukleari, u tal-programm tal-UNCCT ta' prevenzjoni tal-armi ta' qerda massiva (“AQM”)/it-terroriżmu kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari (“CBRN”) u r-Rispons għalihom, li, fost oħrajn, jipprova jappoġġa l-Istati u l-organizzazzjonijiet internazzjonali biex jipprevjenu lil gruppi terroristiċi milli jaċċessaw u jużaw materjali ta' AQM/CBRN u jiżgura li jkunu mħejjija aħjar għal attakk terroristiku li jinvolvi materjali ta' AQM/CBRN u li jkunu jistgħu jirrispondu b'mod effikaċi għalihom.
2. Il-proġetti ffinanzjati mill-UE għandhom ikollhom l-għan li:
|
(a) |
jiżdied l-għadd ta' Stati-Partijiet għall-ICSANT; |
|
(b) |
tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar l-ICSANT fost il-benefiċjarji, bħal dawk responsabbli, fil-livell nazzjonali, għat-tfassil tal-politika u t-teħid tad-deċiżjonijiet, inkluż membri parlamentari, u f'fora internazzjonali; |
|
(c) |
tittejeb il-leġislazzjoni nazzjonali billi jkunu inkorporati r-rekwiżiti kollha tal-ICSANT; |
|
(d) |
jiġu żviluppati materjali ta' tagħlim elettroniku u materjali oħra ta' taħriġ rilevanti u jiġu inkorporati fil-forniment ta' assistenza legali teknika inkluż, fost l-oħrajn, studji ta' każijiet; |
|
(e) |
jiġi żviluppat u jiġi mantnut sit web ta' referenza li jkun fih l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-ICSANT, inkluż prattiki tajbin; |
|
(f) |
jissaħħu l-kapaċitajiet tal-uffiċjali tal-ġustizzja kriminali u partijiet interessati nazzjonali rilevanti oħra, fir-rigward tal-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u l-aġġudikazzjoni ta' każijiet; |
|
(g) |
jiġu żviluppati sinerġiji ma' strumenti legali internazzjonali rilevanti oħra, bħall-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni Fiżika tal-Materjal Nukleari u l-Emenda għaliha, u r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (KSNU) 1540 (2004); |
|
(h) |
tissaħħaħ il-kapaċità tal-Istati biex jidentifikaw u jirrispondu għat-theddida ta' terroristi li jiksbu materjali nukleari jew radjuattivi oħra. |
Il-proġetti għandhom jiġu implimentati mill-UNODC/u l-UNCCT f'kollaborazzjoni mill-qrib ma' uffiċċji lokali rilevanti tal-UNODC u istituzzjonijiet u esperti rilevanti oħra, inkluż l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika, l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Affarijiet ta' Diżarm, il-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tal-KSNU stabbilit skont il-UNSCR 1540 (2004) u ċ-Ċentri ta' Eċċellenza tal-UE għall-Mitigazzjoni ta' Riskju CBRN.
Fl-implimentazzjoni tal-proġetti, għandha tkun żgurata kemm il-viżibbiltà tal-Unjoni kif ukoll il-ġestjoni xierqa tal-programm.
Il-komponenti kollha tal-proġett għandhom ikunu appoġġati minn attivitajiet innovattivi u proattivi ta' komunikazzjoni mal-pubbliku, u r-riżorsi għandhom jiġu allokati kif meħtieġ.
Deskrizzjoni dettaljata ta' dawn il-proġetti tinsab fl-Anness.
Artikolu 2
1. Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (“ir-Rappreżentant Għoli”) għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.
2. L-implimentazzjoni teknika tal-proġetti msemmijin fl-Artikolu 1(2) għandha titwettaq mill-UNODC u l-UNCCT. Dawn għandhom iwettqu dak il-kompitu taħt ir-responsabbiltà tar-Rappreżentant Għoli. Għal dak il-għan, ir-Rappreżentant Għoli għandu jidħol fl-arranġamenti meħtieġa mal-UNODC u l-UNCCT.
Artikolu 3
1. L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-proġetti msemmijin fl-Artikolu 1(2) għandu jkun ta' EUR 4 999 986. Il-baġit stmat totali tal-proġett globali għandu jkun ta' EUR 5 223 907, li għandu jiġi pprovdut permezz ta' kofinanzjament.
2. In-nefqa ffinanzjata mill-ammont ta' referenza finanzjarja stipulat fil-paragrafu 1 għandha tkun amministrata skont il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit tal-Unjoni.
3. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-amministrazzjoni tajba tal-ammont ta' referenza finanzjarja msemmi fil-paragrafu 1. Għal dak il-fini, hija għandha tikkonkludi ftehimiet ta' finanzjament mal-UNODC u l-UNCCT. Il-ftehimiet ta' finanzjament għandhom jistipulaw li l-UNODC u l-UNCCT għandhom jiżguraw il-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, b'mod adatt għad-daqs tagħha.
4. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehimiet ta' finanzjament imsemmijin fil-paragrafu 3 malajr kemm jista' jkun wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. Hija għandha tinforma lill-Kunsill bi kwalunkwe diffikultà f'dak il-proċess u bid-data tal-konklużjoni tal-ftehimiet ta' finanzjament.
Artikolu 4
1. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jirrapporta lill-Kunsill darbtejn fis-sena dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni abbażi ta' rapporti regolari mħejjija mill-UNODC u l-UNCCT. Dawk ir-rapporti għandhom jifformaw il-bażi għall-evalwazzjoni mwettqa mill-Kunsill.
2. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni darbtejn fis-sena dwar l-aspetti finanzjarji tal-implimentazzjoni tal-proġetti msemmijin fl-Artikolu 1(2).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi 36 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehimiet ta' finanzjament imsemmijin fl-Artikolu 3(3). Madankollu, hija għandha tiskadi sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha jekk f'dak il-perjodu ma jkun ġie konkluż l-ebda ftehim ta' finanzjament.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
ANNESS
|
Proġett 1 |
: |
Promozzjoni tal-adeżjoni permezz ta' avveniment ta' livell għoli li għandu jsir f'New York b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju tal-Affarijiet Legali tan-NU Dettalji tal-proġett: Ser isir avveniment ta' livell għoli fil-marġini tal-Konferenza ta' Reviżjoni tal-2020 tal-Partijiet għat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari jew fil-marġini tal-Avveniment annwali tat-Trattat, organizzat mis-Segretarju Ġenerali tan-NU u li jsir b'mod parallel mad-dibattitu ġenerali tal-Assemblea Ġenerali. L-avveniment ta' livell għoli jista' jsir ukoll waqt kwalunkwe forum speċjali tan-NU dwar trattati speċifiċi li huma maħsuba biex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni ta' Stati fil-qafas tat-trattati multilaterali. Entità ta' implementazzjoni: UNCCT |
||||||||||||
|
Proġett 2 |
: |
Promozzjoni tal-adeżjoni permezz ta' sessjonijiet ta' ħidma reġjonali u żjarat fil-pajjiżi Dettalji tal-proġett: L-organizzazzjoni ta' sitt sessjonijiet ta' ħidma reġjonali, interreġjonali u subreġjonali għal dawk li jfasslu l-politika u jieħdu d-deċiżjonijiet ta' Stati li mhumiex parti għall-ICSANT (1) fi:
Materjali rilevanti żviluppati taħt il-proġett (eż. studji ta' każijiet u kwestjonarji ta' awtovalutazzjoni) ser jintużaw fis-sessjonijiet ta' ħidma. Minbarra li jiffukaw fuq l-ICSANT, is-sessjonijiet ta' ħidma ser jindirizzaw sinerġiji mal-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni Fiżika tal-Materjal Nukleari u l-Emenda għaliha, kif ukoll ir-Riżoluzzjoni tal-KSNU 1540 (2004). Entità ta' implementazzjoni: UNODC |
||||||||||||
|
Proġett 3 |
: |
Forniment ta' assistenza leġislattiva rilevanti Dettalji tal-proġett: Il-forniment ta' assistenza leġislattiva rilevanti lill-Istati rikjedenti permezz ta' eżamijiet dokumentarji jew sessjonijiet ta' ħidma ta' abbozzar leġislattiv (sa għaxar Stati) Entità ta' implementazzjoni: UNODC |
||||||||||||
|
Proġett 4 |
: |
Tisħiħ tal-kapaċitajiet għall-partijiet interessati rilevanti, inkluż uffiċjali tal-ġustizzja kriminali li jistgħu jkunu involuti fl-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u l-aġġudikazzjoni ta' każijiet li jinvolvu materjal nukleari u materjal radjuattiv ieħor kopert mill-ICSANT Dettalji tal-proġett: Ser isiru tliet sessjonijiet ta' ħidma reġjonali għall-prosekuturi ta' Stati magħżula li huma Parti għall-ICSANT fl-Afrika, l-Ewropa u l-Asja. Entità ta' implementazzjoni: UNODC |
||||||||||||
|
Proġett 5 |
: |
Promozzjoni tal-adeżjoni permezz tal-involviment mal-Unjoni Interparlamentari Dettalji tal-proġett: Ser isiru konsultazzjonijiet mal-Unjoni Interparlamentari bil-ħsieb li jiġu organizzati avvenimenti li jappoġġaw l-adeżjoni rapida għall-ICSANT u appelli konġunti lill-Istati li għad mhumiex parti għall-ICSANT. Entità ta' implementazzjoni: UNCCT |
||||||||||||
|
Proġett 6 |
: |
Studju dwar ir-raġunijiet għalfejn Stati mhux qed jaderixxu għall-ICSANT u l-isfidi ta' dawk l-Istati Dettalji tal-proġett: Studju dwar ir-raġunijiet għalfejn Stati mhux qed jaderixxu għall-ICSANT u l-isfidi ta' dawk l-Istati. L-UNCCT ser iwettaq studju akkademiku biex jikseb għarfien aktar profond tar-raġunijiet għalfejn Stati mhux qed isiru parti għall-ICSANT u l-isfidi ta' dawk l-Istati, u ser joħroġ rakkomandazzjonijiet dwar kif dawk ir-raġunijiet u l-isfidi jistgħu jiġu indirizzati sabiex tiġi żgurata adeżjoni akbar u ser jindika rekwiżiti u miżuri leġislattivi għal implimentazzjoni effettiva. Entità ta' implementazzjoni: UNCCT |
||||||||||||
|
Proġett 7 |
: |
Żvilupp u manutenzjoni ta' sit web protett b'password, aġġornat regolarment li jittratta r-riżorsi kollha rigward l-ICSANT, inkluż eżempji ta' leġislazzjoni nazzjonali Dettalji tal-proġett: Is-sit web ser ikun fih ir-riżorsi disponibbli kollha dwar l-ICSANT, inkluż ġabra tal-leġislazzjonijiet nazzjonali eżistenti kollha li jimplimentaw l-ICSANT fl-Istati Partijiet kollha, ġabra ta' prattiki tajbin u leġislazzjoni mudell, artikli akkademiċi, informazzjoni u kalendarju ta' attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni, indirizz elettroniku apposta għal mistoqsijiet, informazzjoni dwar l-assistenza disponibbli, kwestjonarju bi tweġibiet dwar l-ICSANT u l-forniment ta' 12-il webinar ta' siegħa l-wieħed dwar aspetti differenti tal-ICSANT (erbgħa bl-Ingliż, erbgħa bil-Franċiż u erbgħa bl-Ispanjol). Entità ta' implementazzjoni: UNODC |
||||||||||||
|
Proġett 8 |
: |
Żvilupp u forniment ta' manwal ta' taħriġ dwar studji ta' każijiet fittizji rilevanti għall-ICSANT Dettalji tal-proġett: Ser jiġi żviluppat manwal ta' taħriġ dwar l-ICSANT abbażi ta' studji ta' każijiet fittizji. Entità ta' implementazzjoni: UNODC |
||||||||||||
|
Proġett 9 |
: |
Żvilupp ta' modulu ta' tagħlim elettroniku dwar l-ICSANT Dettalji tal-proġett: Il-modulu ser jiġi tradott f'mill-inqas erba' lingwi uffiċjali tan-NU u ser ikun ospitat fuq is-sit web Globali ta' tagħlim elettroniku tal-UNODC (https://www.unodc.org/elearning). Entità ta' implementazzjoni: UNODC |
||||||||||||
|
Proġett 10 |
: |
Tisħiħ tal-kapaċitajiet relatati mat-terroriżmu nukleari fil-qasam tas-sigurtà u l-ġestjoni tal-fruntieri Dettalji tal-proġett: L-UNCCT ser jorganizza avvenimenti ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet fis-sigurtà u l-ġestjoni tal-fruntieri f'sitt reġjuni:
Entità ta' implementazzjoni: UNCCT |
||||||||||||
|
Proġett 11 |
: |
Żvilupp ta' fuljetti u materjal ta' tagħlim Dettalji tal-proġett: Żvilupp ta' fuljetti promozzjonali dwar l-ICSANT fis-sitt lingwi uffiċjali kollha tan-NU u kwestjonarju ta' awtovalutazzjoni għall-Istati li qed jikkunsidraw l-adeżjoni. Entità ta' implementazzjoni: UNODC |
Eżitu mistenni tal-proġetti msemmijin hawn fuq:
|
1. |
żieda fl-għadd ta' Stati Partijiet għall-ICSANT; |
|
2. |
żieda fis-sensibilizzazzjoni dwar l-ICSANT fost il-benefiċjarji, bħal dawk responsabbli fil-livell nazzjonali għat-tfassil tal-politika u t-teħid tad-deċiżjonijiet, inkluż membri parlamentari, u f'fora internazzjonali; |
|
3. |
leġislazzjoni nazzjonali mtejba bl-inkorporazzjoni tar-rekwiżiti kollha tal-ICSANT; |
|
4. |
materjali ta' tagħlim elettroniku u materjali oħra ta' taħriġ rilevanti żviluppati u inkorporati fil-forniment tal-assistenza legali teknika inkluż, fost l-oħrajn, studji ta' każijiet; |
|
5. |
sit web ta' referenza li jkun fih l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-ICSANT żviluppat u mantnut, inkluż prattiki tajbin; |
|
6. |
kapaċitajiet imsaħħa tal-uffiċjali tal-ġustizzja kriminali u partijiet interessati nazzjonali rilevanti oħra fir-rigward tal-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u l-aġġudikazzjoni ta' każijiet; |
|
7. |
sinerġiji żviluppati ma' strumenti legali internazzjonali rilevanti oħra bħall-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni Fiżika tal-Materjal Nukleari u l-Emenda għaliha, u r-Riżoluzzjoni tal-KSNU 1540 (2004); |
|
8. |
kapaċità msaħħa tal-Istati biex jidentifikaw u jirrispondu għat-theddida ta' terroristi li jiksbu materjali nukleari jew radjuattivi oħra. |
(1) L-istediniet jistgħu jiġu estiżi għal Stati Partijiet ICSANT fuq bażi ta' każ b'każ jekk il-parteċipazzjoni tagħhom tkun valur miżjud.
|
11.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/47 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1940
tal-10 ta' Diċembru 2018
li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fl-20 ta' Diċembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK). |
|
(2) |
Fit-12 ta' Diċembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2231 (2) b'reazzjoni għat-tfixkil tal-proċess elettorali u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem marbut miegħu fir-RDK. Dik id-Deċiżjoni emendat id-Deċiżjoni 2010/788/PESK billi, fost l-oħrajn, introduċiet miżuri restrittivi awtonomi skont l-Artikolu 3(2) tagħha. |
|
(3) |
Abbażi ta' rieżami tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jiġġeddu sat-12 ta' Diċembru 2019. |
|
(4) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu ta' Diċembru 2017, il-Kunsill appella lill-atturi Kongoliżi kollha, u l-aktar lill-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet Kongoliżi, biex jaqdu rwol kostruttiv fil-proċess elettorali. B'kont meħud tal-elezzjonijiet li ġejjin, il-Kunsill itenni l-importanza li jsiru elezzjonijiet kredibbli u inklużivi li jirrispettaw l-aspirazzjoni tal-poplu Kongoliż li jeleġġi r-rappreżentanti tiegħu. Il-Kunsill ser ikompli jirrevedi l-miżuri restrittivi fid-dawl tal-elezzjonijiet fir-RDK u jinsab lest biex jaġġustahom kif meħtieġ. |
|
(5) |
Id-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet relatati ma' tmien persuni elenkati fl-Anness II jenħtieġ li jiġu emendati. Barra minn hekk, l-informazzjoni dwar il-persuni kollha elenkati f'dak l-Anness jeħtieġ li tiġi aġġornata. |
|
(6) |
Għaldaqstant, jeħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/788/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-paragrafu (2) tal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej:
“2. Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 3(2) għandhom japplikaw sat-12 ta' Diċembru 2019. Għandhom jiġġeddu, jew jiġu emendati kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħhom ma jkunux intlaħqu.”.
Artikolu 2
Il-lista fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/788/PESK hija sostitwita bil-lista li tinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK tal-20 ta' Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK (ĠU L 336, 21.12.2010, p. 30).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2231 tat-12 ta' Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU L 336 I, 12.12.2016, p. 7).
ANNESS
“ANNESS II
LISTA TA' PERSUNI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(2)
A. Persuni
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet għal deżinjazzjoni |
Data ta' elenkar |
|
1. |
Ilunga Kampete |
magħruf ukoll bħala Gaston Hughes Ilunga Kampete; magħruf ukoll bħala Hugues Raston Ilunga Kampete. Data tat-twelid: 24.11.1964. Post tat-twelid: Lubumbashi (RDK). Numru tal-karta tal-identità militari: 1-64-86-22311-29. Nazzjonalità: RDK. Indirizz: 69, avenue Nyangwile, Kinsuka Mimosas, Kinshasa/Ngaliema, RDK. |
Bħala Kmandant tal-Gwardja Repubblikana (GR), Ilunga Kampete kien responsabbli għall-unitajiet tal-GR skjerati fuq l-art u involuti fl-użu sproporzjonat ta' forza u repressjoni vjolenti, f'Settembru 2016 f'Kinshasa. F'din il-kapaċità, Ilunga Kampete kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. |
12.12.2016 |
|
2. |
Gabriel Amisi Kumba |
magħruf ukoll bħala Gabriel Amisi Nkumba; ‘Tango Fort’; ‘Tango Four’. Data tat-twelid: 28.5.1964. Post tat-twelid: Malela (RDK). Numru tal-karta tal-identità militari: 1-64-87-77512-30. Nazzjonalità: RDK. Indirizz: 22, avenue Mbenseke, Ma Campagne, Kinshasa/Ngaliema, RDK. |
Eks Kmandant tal-ewwel żona tad-difiża tal-Armata Kongoliża (FARDC) li l-forzi tagħha ħadu sehem fl-użu sproporzjonat ta' forza u repressjoni vjolenti f'Settembru 2016 f'Kinshasa. F'din il-kapaċità, Gabriel Amisi Kumba kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. F'Lulju 2018, Gabriel Amisi Kumba nħatar Viċi Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati Kongoliżi (FARDC), b'responsabbiltà għal operazzjonijiet u intelligence. |
12.12.2016 |
|
3. |
Ferdinand Ilunga Luyoyo |
Data tat-twelid: 8.3.1973. Post tat-twelid: Lubumbashi (RDK). Nru tal-passport: OB0260335 (validu mill-15.4.2011 sal-14.4.2016). Nazzjonalità: RDK. Indirizz: 2, avenue des Orangers, Kinshasa/Gombe, RDK. |
Bħala Kmandant tal-unità għal kontra l-irvellijiet il-Légion Nationale d'Intervention tal-Pulizija Nazzjonali Kongoliża (PNC), Ferdinand Ilunga Luyoyo kien responsabbli għall-użu sproporzjonat ta' forza u repressjoni vjolenti f'Settembru 2016 f'Kinshasa. F'din il-kapaċità, Ferdinand Ilunga Luyoyo kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. F'Lulju 2017, Ferdinand Ilunga Luyoyo nħatar Kmandant tal-unità tal-PNC responsabbli għall-protezzjoni tal-istituzzjonijiet u ta' uffiċjali ta' livell għoli. |
12.12.2016 |
|
4. |
Celestin Kanyama |
magħruf ukoll bħala Kanyama Tshisiku Celestin; Kanyama Celestin Cishiku Antoine; Kanyama Cishiku Bilolo Célestin; Esprit de mort. Data tat-twelid: 4.10.1960. Post tat-twelid: Kananga (RDK). Nazzjonalità: RDK. Nru tal-passport: OB0637580 (validu mill-20.5.2014 sad-19.5.2019). Ingħata viża ta' Schengen bin-numru 011518403, maħruġa fit-2.7.2016. Indirizz: 56, avenue Usika, Kinshasa/Gombe, RDK. |
Bħala Kummissarju tal-Pulizija Nazzjonali Kongoliża (PNC), Celestin Kanyama kien responsabbli għall-użu sproporzjonat ta' forza u repressjoni vjolenti f'Settembru 2016 f'Kinshasa. F'din il-kapaċità, Celestin Kanyama kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. F'Lulju 2017, Celestin Kanyama nħatar Direttur Ġenerali tal-iskejjel ta' taħriġ tal-Pulizija Nazzjonali. |
12.12.2016 |
|
5. |
John Numbi |
magħruf ukoll bħala John Numbi Banza Tambo; John Numbi Banza Ntambo; Tambo Numbi. Data tat-twelid: 16.8.1962. Post tat-twelid: Jadotville-Likasi-Kolwezi (RDK). Nazzjonalità: RDK. Indirizz: 5, avenue Oranger, Kinshasa/Gombe, RDK. |
Eks Spettur Ġenerali tal-Pulizija Nazzjonali Kongoliża (PNC), John Numbi kien involut fil-kampanja ta' intimidazzjoni vjolenti mwettqa fil-kuntest tal-elezzjonijiet tal-gvernaturi ta' Marzu 2016 fl-erba' provinċji tal-ex-Katangan u, bħala tali, huwa responsabbli għall-impediment ta' soluzzjoni kunsenswali u paċifika bil-ħsieb li jsiru elezzjonijiet fir-RDK. F'Lulju 2018, John Numbi nħatar Spettur Ġeneral tal-Forzi Armati Kongoliżi (FARDC). |
12.12.2016 |
|
6. |
Roger Kibelisa |
magħruf ukoll bħala Roger Kibelisa Ngambaswi. Data tat-twelid: 9.9.1959. Post tat-twelid: Fayala (RDK). Nazzjonalità: RDK. Indirizz: 24, avenue Photopao, Kinshasa/Mont Ngafula, RDK. |
Bħala Direttur għall-Intern fis-Servizz tal-Intelligence Nazzjonali (ANR) Roger Kibelisa kien hu involut fil-kampanja ta' intimidazzjoni mwettqa minn uffiċjali tal-ANR lejn membri tal-oppożizzjoni, inkluż arresti arbitrarji u detenzjoni. Roger Kibelisa għalhekk dgħajjef l-istat tad-dritt u impedixxa soluzzjoni kunsenswali u paċifika lejn elezzjonijiet fir-RDK. |
12.12.2016 |
|
7. |
Delphin Kaimbi |
magħruf ukoll bħala Delphin Kahimbi Kasagwe; Delphin Kayimbi Demba Kasangwe; Delphin Kahimbi Kasangwe; Delphin Kahimbi Demba Kasangwe; Delphin Kasagwe Kahimbi. Data tat-twelid: 15.1.1969 (alternattivament: 15.7.1969). Post tat-twelid: Kiniezire/Goma (RDK). Nazzjonalità: RDK. Nru tal-Passaport Diplomatiku: DB0006669 (validu mit-13.11.2013 sat-12.11.2018). Indirizz: 1, 14eme rue, Quartier Industriel, Linete, Kinshasa, RDK. |
Eks Kap tal-Korp tal-Intelligence Militari (eks-DEMIAP), parti miċ-Ċentru Nazzjonali tal-Operazzjonijiet, l-istruttura ta' kmand u ta' kontroll responsabbli għall-arresti arbitrarji u r-repressjoni vjolenta f'Kinshasa f'Settembru 2016, u responsabbli għall-forzi li pparteċipaw fl-intimidazzjoni u l-arresti arbitrarji u r-repressjoni vjolenta u għall-impediment ta' soluzzjoni kunsenswali u paċifika bil-ħsieb li jsiru elezzjonijiet fir-RDK. F'Lulju 2018, Delphin Kaimbi nħatar assistent Kap tal-Persunal fi ħdan il-Persunal Ġenerali tal-FARDC, b'responsabilità għall-intelligence. |
12.12.2016 |
|
8. |
Evariste Boshab, eks-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Intern u s-Sigurtà |
magħruf ukoll bħala Evariste Boshab Mabub Ma Bileng. Data tat-twelid: 12.1.1956. Post tat-twelid: Tete Kalamba (RDK). Nazzjonalità: RDK. Numru tal-passaport diplomatiku: DP0000003 (validu: 21.12.2015 — skadenza: 20.12.2020). il-Viża ta' Schengen skadiet fil-5.1.2017. Indirizz: 3, avenue du Rail, Kinshasa/Gombe, RDK. |
Fil-kapaċità tiegħu ta' Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Intern u s-Sigusrtà minn Diċembru 2014 sa Diċembru 2016, Evariste Boshab kien uffiċjalment responsabbli mill-pulizija u s-servizzi ta' sigurtà u l-koordinazzjoni tal-ħidma tal-gvernaturi provinċjali. F'din il-kapaċità, huwa kien responsabbli għall-arrest ta' attivisti u ta' membri tal-oppożizzjoni, kif ukoll għall-użu sproporzjonat tal-forza, inkluż bejn Settembru 2016 u Diċembru 2016 b'reazzjoni għad-dimostrazzjonijiet f'Kinshasa, li wassal biex għadd kbir ta' ċivili nqatlu jew indarbu mis-servizzi ta' sigurtà. Evariste Boshab kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. |
29.5.2017 |
|
9. |
Alex Kande Mupompa, eks Gvernatur ta' Kasai Central |
magħruf ukoll bħala Alexandre Kande Mupomba; Kande-Mupompa. Data tat-twelid: 23.9.1950. Post tat-twelid: Kananga (RDK). Nazzjonalità: Kongoliża u Belġjana. Numru tal-passaport tar-RDK: OP0024910 (validu: 21.3.2016 — skadenza: 20.3.2021). Indirizzi: Messidorlaan 217/25, 1180 Uccle, Belġju Indirizz: 1, avenue Bumba, Kinshasa/Ngaliema, RDK. |
Bħala Gvernatur ta' Kasai Central sa Ottubru 2017, Alex Kande Mupompa kien responsabbli għall-użu sproporzjonat tal-forza, repressjoni vjolenti u qtil extraġudizzjarju mwettqa mill-forzi tas-sigurtà u l-PNC f'Kasai Central minn Awwissu 2016, inkluż qtil fit-territorju ta' Dibaya fi Frar 2017. Alex Kande Mupompa kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. |
29.5.2017 |
|
10. |
Jean-Claude Kazembe Musonda, eks-Gvernatur ta' Haut-Katanga |
Data tat-twelid: 17.5.1963. Post tat-twelid: Kashobwe (DRK). Nazzjonalità: RDK. Indirizz: 7891, avenue Lubembe, Quartier Lido, Lubumbashi, Haut-Katanga, RDK. |
Bħala Gvernatur ta' Haut Katanga sa April 2017, Jean-Claude Kazembe Musonda kien responsabbli għall-użu sproporzjonat tal-forza u r-repressjoni vjolenti mwettqa mill-forzi tas-sigurtà u l-PNC f'Haut Katanga, inkluż bejn il-15 u l-31 ta' Diċembru 2016 meta, b'reazzjoni għall-protesti f'Lubumbashi, 12-il persuna ċivili nqatlu u 64 indarbu b'riżultat tal-użu ta' forza letali mill-forzi tas-sigurtà inkluż aġenti tal-PNC. Jean-Claude Kazembe Musonda kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. |
29.5.2017 |
|
11. |
Lambert Mende, Ministru għall-Komunikazzjoni u l-Mezzi tax-Xandir, u kelliem tal-Gvern |
magħruf ukoll bħala Lambert Mende Omalanga. Data tat-twelid: 11.2.1953. Post tat-twelid: Okolo (RDK). Numru tal-passaport diplomatiku: DB0001939 (maħruġ: 4.5.2017 — jiskadi: 3.5.2022). Nazzjonalità: RDK. Indirizz: 20, avenue Kalongo, Kinshasa/Ngaliema, RDK. |
Bħala Ministru għall-Komunikazzjoni u l-Mezzi tax-Xandir mill-2008, Lambert Mende huwa responsabbli għal politika repressiva għall-mezzi tax-xandir li tikser id-dritt tal-libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni u ddgħajjef il-kisba ta' soluzzjoni kunsenswali u paċifika għall-elezzjonijiet fir-RDK. Fit-12 ta' Novembru 2016, huwa adotta digriet li jillimita l-possibbiltà li mezzi tax-xandir barranin ixandru fir-RDK. Bi ksur tal-ftehim politiku milħuq fil-31 ta' Diċembru 2016 bejn il-maġġoranza presidenzjali u l-partiti tal-oppożizzjoni, sa Ottubru 2018 għadd ta' xandara kienu għandhom ma ssokktawx ixandru. Fil-kapaċità tiegħu bħala Ministru għall-Komunikazzjoni u l-Mezzi tax-Xandir, Lambert Mende huwa għalhekk responsabbli li fixkel il-kisba ta' soluzzjoni kunsenswali u paċifika għall-elezzjonijiet fir-RDK, inkluż b'atti ta' repressjoni. |
29.5.2017 |
|
12. |
Brigadier Ġeneral Eric Ruhorimbere, Viċi Kmandant tal-21 reġjun militari (Mbuji-Mayi) |
magħruf ukoll bħala Eric Ruhorimbere Ruhanga; Tango Two; Tango Deux. Data tat-twelid: 16.7.1969. Post tat-twelid: Minembwe (RDK). Numru tal-karta tal-identità militari: 1-69-09-51400-64. Nazzjonalità: RDK. Numru tal-passaport tar-RDK: OB0814241. Indirizz: Mbujimayi, Provinċja ta' Kasai, RDK. |
Bħala Viċi Kmandant tal-21 reġjun militari minn Settembru 2014 sa Lulju 2018, Eric Ruhorimbere kien responsabbli għall-użu sproporzjonat tal-forza u għal każijiet ta' qtil extraġudizzjarju mwettqa mill-FARDC, speċjalment kontra l-milizzja Nsapu u kontra nisa u tfal. Eric Ruhorimbere kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. F'Lulju 2018, Eric Ruhorimbere nħatar Kmandant tas-settur operattiv ta' Nord Equateur. |
29.5.2017. |
|
13. |
Ramazani Shadari, eks Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Intern u s-Sigurtà |
magħruf ukoll bħala Emmanuel Ramazani Shadari Mulanda; Shadary. Data tat-twelid: 29.11.1960. Post tat-twelid: Kasongo (RDK). Nazzjonalità: RDK. Indirizz: 28, avenue Ntela, Mont Ngafula, Kinshasa, RDK. |
Bħala Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Intern u s-Sigurtà sa Frar 2018, Ramazani Shadari kien uffiċjalment responsabbli mill-pulizija u s-servizzi ta' sigurtà u mill-koordinazzjoni tal-ħidma tal-gvernaturi provinċjali. F'din il-kapaċità, kien responsabbli għall-arresti ta' attivisti u membri tal-oppożizzjoni, kif ukoll għall-użu sproporzjonat tal-forza, bħall-miżuri ta' repressjoni vjolenti ta' membri tal-moviment Bundu Dia Kongo (BDK) fil-Kongo Ċentrali, ir-repressjoni f'Kinshasa f'Jannar-Frar 2017 u l-użu sproporzjonat tal-forza u r-repressjoni vjolenti fil-provinċji ta' Kasai. F'din il-kapaċità, Ramazani Shadari kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Fi Frar 2018, Ramazani Shadari kien innominat Segretarju Permanenti tal-Parti du peuple pour la reconstruction et le développement (PPRD). |
29.5.2017 |
|
14. |
Kalev Mutondo, Kap (formalment Amministratur Ġenerali) tas-Servizz tal-Intelligence Nazzjonali (ANR) |
magħruf ukoll bħala Kalev Katanga Mutondo, Kalev Motono, Kalev Mutundo, Kalev Mutoid, Kalev Mutombo, Kalev Mutond, Kalev Mutondo Katanga, Kalev Mutund. Data tat-twelid: 3.3.1957. Nazzjonalità: RDK. Numru tal-passaport: DB0004470 (maħruġ: 8.6.2012 — jiskadi: 7.6.2017). Indirizz: 24, avenue Ma Campagne, Kinshasa, RDK. |
Bħala l-Kap tas-Servizz tal-Intelligence Nazzjonali (ANR) għal żmien twil, Kalev Mutondo huwa involut fl-arrest arbitrarju, id-detenzjoni u t-trattament ħażin ta' membri tal-oppożizzjoni, attivisti tas-soċjetà ċivili u oħrajn, u responsabbli għal dawn l-atti. Għalhekk huwa dgħajjef l-istat ta' dritt u fixkel milli tintlaħaq soluzzjoni kunsenswali u paċifika għall-elezzjonijiet fir-RDK, kif ukoll kien involut fl-ippjanar jew id-direzzjoni ta' atti li jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. |
29.5.2017 |
B. Entitajiet
|
11.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/54 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1941
tal-10 ta' Diċembru 2018
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/610 dwar missjoni ta' taħriġ militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fid-19 ta' April 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/610 (1) li stabbiliet Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA). |
|
(2) |
Fit-30 ta' Lulju 2018, il-Kunsill estenda l-mandat tal-Missjoni sad-19 ta' Settembru 2020 permezz tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1082 (2). |
|
(3) |
Fil-15 ta' Ottubru 2018, f'konklużjonijiet dwar ir-Repubblika Ċentru-Afrikana, il-Kunsill għaraf li jkun xieraq li tintlaqa' t-talba mill-awtoritajiet Ċentru-Afrikani għal assistenza addizzjonali lill-Forzi tas-Sigurtà Interna tar-Repubblika Ċentru-Afrikana billi jiġi stabbilit u stazzjonat, malajr kemm jista' jkun, pilastru dedikat tal-interoperabbiltà fi ħdan l-EUTM RCA inkarigat biex jipprovdi pariri strateġiċi f'dan il-qasam. |
|
(4) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2016/610 tiġi emendata skont dan. |
|
(5) |
Barra minn hekk, il-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tal-15 ta' Ottubru 2018 għaraf l-utilità, issottolinjata mir-reviżjoni strateġika tal-EUTM RCA, li tkompli tiġi meqjusa l-adegwatezza li tissaħħaħ l-azzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-Forzi tas-Sigurtà Interni permezz ta' azzjoni ċivili ddedikata tal-PSDK. Il-Kunsill innota f'dawn il-konklużjonijiet li ser jerġa' lura għal dan is-suġġett fis-sajf tal-2019, b'kont meħud tal-ewwel riżultati tal-pilastru interoperabbli u fil-qafas tar-reviżjoni strateġika tal-EUTM RCA. |
|
(6) |
F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża. Konsegwentement, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, mhix marbuta minnha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha u ma tiħux sehem fil-finanzjament ta' din il-missjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/610 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 1(2), jiżdied dan li ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 10, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej: “3. L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-EUTM RCA għall-perijodu mill-20 ta' Settembru 2018 sad-19 ta' Settembru 2020 għandu jkun ta' EUR 26 131 485. Il-persentaġġ ta' dan l-ammont ta' referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 għandu jkun ta' 0 % u l-persentaġġ imsemmi fl-Artikolu 34(3) ta' dik id-Deċiżjoni għandu jkun ta' 0 % għall-impenji u 0 % għall-ħlasijiet.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/610 tad-19 ta' April 2016 dwar Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (ĠU L 104, 20.4.2016, p. 21).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1082 tat-30 ta' Lulju 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/610 dwar missjoni ta' taħriġ militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (ĠU L 194, 31.7.2018, p. 140).
|
11.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/56 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1942
tal-10 ta' Diċembru 2018
li testendi u temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-16 ta' Lulju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/389/PESK (1) dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR). |
|
(2) |
Fit-12 ta' Diċembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2240 (2), li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK. L-isem tal-missjoni nbidel għal EUCAP Somalia u l-mandat tagħha ġie estiż sal-31 ta' Diċembru 2018. |
|
(3) |
Fil-15 ta' Frar 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/226 (3), li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK u li tipprevedi ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu sal-31 ta' Diċembru 2018. |
|
(4) |
Wara r-Rieżami Strateġiku Olistiku u Kkoordinat tal-involviment tal-PSDK fis-Somalja u l-Qarn tal-Afrika, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà qabel li jemenda l-mandat tal-Missjoni u jestendih sal-31 ta' Diċembru 2020. |
|
(5) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2012/389/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2012/389/PESK hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 3(1), il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 13(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP Somalia għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2020 għandu jkun ta' EUR 66 100 000.”; |
|
(3) |
fl-Artikolu 16, it-tieni sentenza hija sostitwita b'dan li ġej: “Hija għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2020.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Id- Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/389/PESK tas-16 ta' Lulju 2012 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (ĠU L 187, 17.7.2012, p. 40).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2240 tat-12 ta' Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR) (ĠU L 337, 13.12.2016, p. 18).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/226 tal-15 ta' Frar 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (ĠU L 43, 16.2.2018, p. 15).
|
11.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/58 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1943
tal-10 ta' Diċembru 2018
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2303 li tappoġġa t-tkomplija tal-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 2118 (2013) u d-deċiżjoni tal-Kunsill Eżekuttiv tal-OPCW EC-M-33/DEC.1 dwar il-qerda tal-armi kimiċi Sirjani, fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-proliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-12 ta' Diċembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2303 (1). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2017/2303 tipprevedi perijodu ta' implimentazzjoni ta' 12-il xahar għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) tagħha mid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3) tagħha. |
|
(3) |
Fit-3 ta' Ottubru 2018, l-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (“l-OPCW”), li hija responsabbli mill-implimentazzjoni teknika tal-proġett, talbet l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni biex testendi l-perijodu ta' implimentazzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2303 bi 12-il xahar. Dik l-estensjoni tippermetti lill-OPCW tkompli bl-implimentazzjoni tal-attivitajiet kif supplimentati mid-Deċiżjoni li Tindirizza t-Theddida mill-Użu ta' Armi Kimiċi (C-SS-4/DEC.3) tal-Konferenza tal-Istati Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Iżvilupp, il-Produzzjoni, il-Ħażna u l-Użu ta' Armi Kimiċi u dwar il-Qerda tagħhom u tilħaq l-objettivi ppjanati ta' dawk l-attivitajiet, inkluż it-titjib tal-kapaċità tal-OPCW li tindirizza t-theddida tal-użu ta' armi kimiċi. |
|
(4) |
L-emenda mitluba tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2303 tikkonċerna l-Artikolu 5(2) tagħha, u t-Taqsima 8 tal-Anness ta' dik id-Deċiżjoni fejn iridu jiġu modifikati d-deskrizzjonijiet. |
|
(5) |
It-tkomplija tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2303, kif imsemmija b'mod speċifiku fit-talba li saret mill-OPCW fit-3 ta' Ottubru 2018, tista' titwettaq mingħajr l-ebda implikazzjoni fuq ir-riżorsi. |
|
(6) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni (PESK) 2017/2303 jenħtieġ li tiġi emendata biex tippermetti t-tkomplija tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fiha, permezz tal-estensjoni tat-tul taż-żmien tagħha skont il-każ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2017/2303 hija b'dan emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 5(2) huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi 24 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament bejn il-Kummissjoni u l-OPCW imsemmi fl-Artikolu 3(3), jew għandha tiskadi sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tagħha jekk dak il-ftehim ta' finanzjament ma jkunx ġie konkluż sa dak iż-żmien.”. |
|
(2) |
It-test tat-Taqsima 8 tal-Anness huwa sostitwit b'dan li ġej:
It-tul ta' żmien tal-proġett huwa previst li jkun 24 xahar.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2303 tat-12 ta' Diċembru 2017 li tappoġġa t-tkomplija tal-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 2118 (2013) u d-deċiżjoni tal-Kunsill Eżekuttiv tal-OPCW EC-M-33/DEC.1 dwar il-qerda tal-armi kimiċi Sirjani, fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-proliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva (ĠU L 329, 13.12.2017, p. 55).
|
11.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/60 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1944
tal-10 ta' Diċembru 2018
li tħassar id-Deċiżjoni 2010/127/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Eritrea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-23 ta' Diċembru 2009, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) adotta r-Riżoluzzjoni 1907 (2009) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) li timponi miżuri restrittivi kontra l-Eritrea, li jikkonsistu fi projbizzjoni fuq il-bejgħ u l-provvista ta' armi u materjal relatat lejn u mill-Eritrea. |
|
(2) |
Fl-1 ta' Marzu 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/127/PESK ( (1)) dwar miżuri restrittivi kontra l-Eritrea skont il-UNSCR 1907 (2009) tal-KSNU. |
|
(3) |
Fl-14 ta' Novembru 2018, il-KSNU adotta l-UNSCR 2444 (2018) li ttemm, b'effett immedjat, il-miżuri restrittivi kollha tan-NU kontra l-Eritrea. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni 2010/127/PESK jenħtieġ li titħassar, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2010/127/PESK hija b'dan imħassra.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/127/PESK tal-1 ta' Marzu 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Eritrea (ĠU L 51, 2.3.2010, p. 19).
|
11.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/61 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1945
tal-10 ta' Diċembru 2018
li temenda d-Deċiżjoni 2010/231/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-26 ta' April 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/231/PESK (1). |
|
(2) |
Fl-14 ta' Novembru 2018, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2444 (2018). Din ir-Riżoluzzjoni tinnota li wieħed mill-kriterji għall-elenkar taħt ir-Riżoluzzjoni 1844 (2008) huwa l-impenn fi jew il-forniment ta' appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Somalja, u tiddeċiedi li atti bħal dawn jistgħu jinkludu wkoll, iżda mhumiex limitati għall-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti li jinvolvu vjolenza sesswali u vjolenza bbażata fuq il-ġeneru. |
|
(3) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/231/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2010/231/PESK, l-ewwel inċiż huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“— |
huma impenjati fi, jew li jipprovdu appoġġ għal, atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Somalja, meta tali atti jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussel, l-10 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK tas-26 ta' April 2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja u li tirrevoka l-Pożizzjoni Komuni 2009/138/PESK (ĠU L 105, 27.4.2010, p. 17).
|
11.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/62 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1946
tal-10 ta' Diċembru 2018
li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/740 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/740 tas-7 ta' Mejju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/449/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-7 ta' Mejju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/740. |
|
(2) |
Fil-21 ta' Novembru 2018, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit bis-saħħa tar-Riżoluzzjoni 2206 (2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti aġġorna l-informazzjoni li tirrigwarda persuna soġġetta għal miżuri restrittivi. |
|
(3) |
Jenħtieġ għalhekk li l-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/740 jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/740 huwa b'dan emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.