ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 310

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
6 ta' Diċembru 2018

Werrej

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1893 tas-16 ta' Lulju 2018 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra

1

REGOLAMENTI

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1894 tat-30 ta' Novembru 2018 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-iskampu fiż-żoni 8a, 8b, 8d u 8e minn bastimenti li jtajru l-bandiera Belġjana

4

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1895 tat-30 ta' Novembru 2018 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-megrims fiż-żoni 8a, 8b, 8d u 8e minn bastimenti li jtajru l-bandiera Belġjana

6

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1896 tat-30 ta' Novembru 2018 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-merluzz fiż-żoni 8a, 8b, 8d u 8e minn bastimenti li jtajru l-bandiera Belġjana

8

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1897 tat-30 ta' Novembru 2018 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għar-rebekkini u għar-raj fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 8 u 9 minn bastimenti li jtajru l-bandiera Belġjana

10

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1898 tat-30 ta' Novembru 2018 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-barbun tat-tbajja' fiż-żoni 8, 9 u 10 u fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 34.1.1 tas-CECAF minn bastimenti li jtajru l-bandiera Belġjana

12

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1899 tat-30 ta' Novembru 2018 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-merlangu fiż-żona 8 minn bastimenti li jtajru l-bandiera Belġjana

14

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1900 tat-30 ta' Novembru 2018 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-bakkaljaw fis-subdiviżjonijiet 22 sa 24 minn bastimenti li jtajru l-bandiera Pollakka

16

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1901 tat-30 ta' Novembru 2018 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-petriċi fiż-żoni 8a, 8b, 8d u 8e minn bastimenti li jtajru l-bandiera Belġjana

18

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1902 tat-30 ta' Novembru 2018 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għal-lingwata komuni fiż-żoni 8a u 8b minn bastimenti li jtajru l-bandiera Belġjana

20

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1903 tal-5 ta' Diċembru 2018 li jikkoreġi l-Annessi IV, VI u VII tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' għalf, u li jikkoreġi xi wħud mill-verżjonijiet lingwistiċi tal-Annessi II, IV, V u VI ta' dak ir-Regolament ( 1 )

22

DEĊIŻJONIJIET

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1904 tal-4 ta' Diċembru 2018 li tawtorizza lin-Netherlands jintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

25

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1905 tat-28 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta ta' inizjattiva taċ-ċittadini bit-titlu Referendum madwar l-UE dwar jekk iċ-Ċittadini Ewropej iridux lir-Renju Unit jibqa' fl-Unjoni Ewropea jew joħroġ! (notifikata bid-dokument C(2018) 8006)

27

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1906 tat-30 ta' Novembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 li taġġorna l-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

29

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.

II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

6.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1893

tas-16 ta' Lulju 2018

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (1) (“Ftehim ta' Assoċjazzjoni”), daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2000.

(2)

Sa mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, l-Unjoni kompliet issaħħaħ ir-relazzjonijiet bilaterali tagħha mar-Renju tal-Marokk u tatu status avvanzat.

(3)

L-Unjoni ma għandhiex preġudizzju dwar l-eżitu tal-proċess politiku dwar l-istatus finali tas-Saħara tal-Punent li qed isir taħt l-awspiċji tan-Nazzjonijiet Uniti u hi tenniet ripetutament l-impenn tagħha għal soluzzjoni tat-tilwima fis-Saħara tal-Punent, li attwalment huwa inkluż min-Nazzjonijiet Uniti fil-lista tat-territorji mhux awtonomi, u li fil-preżent huwa amministrat fil-parti l-kbira mir-Renju tal-Marokk. Hija tappoġġa bis-sħiħ l-isforzi tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-mibgħut speċjali tiegħu biex jgħinu lill-partijiet jaslu għal soluzzjoni politika ġusta, dejjiema u reċiprokament aċċettabbli, li tkun tipprevedi l-awtodeterminazzjoni tal-poplu tas-Saħara tal-Punent fil-kuntest ta' arranġamenti konsistenti mal-prinċipji u l-għanijiet tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti kif stabbiliti fir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, b'mod partikolari r-Riżoluzzjoni 2152 (2014), 2218 (2015), 2385 (2016), 2351 (2017) et 2414 (2018).

(4)

Sa mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, il-prodotti li joriġinaw mis-Saħara tal-Punent u ċertifikati ta' oriġini Marokkina ġew importati fl-Unjoni u bbenefikaw minn preferenzi tariffarji pprovduti skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-imsemmi Ftehim.

(5)

Fis-sentenza tagħha fil-Kawża C-104/16 P (2), il-Qorti tal-Ġustizzja madankollu ppreċiżat li l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni kien ikopri biss it-territorju tar-Renju tal-Marokk u mhux tas-Saħara tal-Punent, territorju li mhux awtonomu.

(6)

Huwa importanti li filwaqt li jiġu stabbiliti salvagwardji xierqa għall-protezzjoni tad-dritt internazzjonali, inkluż id-drittijiet tal-bniedem, u l-iżvilupp sostenibbli tat-territorji kkonċernati, jiġi żgurat li l-flussi kummerċjali li ġew żviluppati matul is-snin ma jiġux imfixkla. Fid-29 ta' Mejju 2017, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mar-Renju tal-Marokk bil-ħsieb li tiġi stabbilita, f'konformità mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, bażi ġuridika biex jingħataw preferenzi tariffarji previsti mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni għall-prodotti li joriġinaw mis-Saħara tal-Punent. Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk huwa l-uniku mezz li jiżgura li l-importazzjoni ta' prodotti li joriġinaw mis-Saħara tal-Punent ikunu jistgħu jibbenefikaw minn oriġini preferenzjali, peress li l-awtoritajiet Marokkini biss huma kapaċi jiżguraw konformità mar-regoli meħtieġa għall-għoti ta' dawn il-preferenzi.

(7)

Il-Kummissjoni vvalutat l-effetti potenzjali ta' ftehim bħal dan fuq l-iżvilupp sostenibbli, b'mod partikolari fir-rigward tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-preferenzi tariffarji għall-prodotti tas-Saħara tal-Punent li jirriżultaw fuq il-popolazzjonijiet milqutin u l-effetti tal-isfruttament tar-riżorsi naturali tat-territorji kkonċernati. L-effetti ta' vantaġġi tariffarji fuq l-impjiegi, id-drittijiet tal-bniedem u l-isfruttament tar-riżorsi naturali huma diffiċli ħafna li jitkejlu minħabba n-natura indiretta tagħhom. Għaldaqstant, huwa diffiċli li tinkiseb informazzjoni oġġettiva f'dan ir-rigward.

(8)

Madankollu, minn din l-evalwazzjoni jirriżulta li, b'mod ġenerali, il-vantaġġi għall-ekonomija tas-Saħara tal-Punent li jirriżultaw mill-għoti tal-preferenzi tariffarji previsti mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni għall-prodotti li joriġinaw mis-Saħara tal-Punent, u partikolarment l-ingranaġġ ekonomiku b'saħħtu u b'konsegwenza l-iżvilupp soċjali li jġib miegħu, jaqbżu l-iżvantaġġi msemmija fil-proċess ta' konsultazzjonijiet, fosthom l-użu estensiv tar-riżorsi naturali, b'mod partikolari tar-riżervi tal-ilma ta' taħt l-art, li għalih ittieħdu l-miżuri xierqa.

(9)

Ġie stmat li l-estensjoni tal-preferenzi tariffarji għall-prodotti li joriġinaw mis-Saħara tal-Punent ikollha impatt ġenerali pożittiv fuq il-popolazzjonijiet milqutin. Huwa probabbli li dan l-impatt jippersisti u jista' saħansitra jissaħħaħ fil-futur. L-evalwazzjoni tindika li l-estensjoni tal-preferenzi tariffarji għall-prodotti tas-Saħara tal-Punent tippromwovi l-kundizzjonijiet tal-investiment u tiffaċilita żvilupp rapidu u sinifikanti favur l-impjiegi lokali. L-eżistenza fis-Saħara tal-Punent ta' attivitajiet ekonomiċi u ta' produzzjoni li għandhom l-akbar interess li jibbenefikaw mill-preferenzi tariffarji previsti mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni turi li jekk ma jingħatawx preferenzi tariffarji tiġi kompromessa b'mod sinifikanti l-esportazzjoni tas-Saħara tal-Punent, b'mod partikolari dik tal-prodotti tas-sajd u l-prodotti agrikoli. Huwa stmat li l-għoti ta' preferenzi tariffarji jkollu impatt pożittiv fuq l-iżvilupp tal-ekonomija tas-Saħara tal-Punent, billi jistimula l-investiment.

(10)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet dwar il-kunsens fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni, flimkien mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, ħadet il-miżuri raġonevoli u possibbli kollha fil-kuntest attwali biex tinvolvi kif xieraq il-popolazzjonijiet milqutin sabiex tiżgura l-kunsens tagħhom għall-Ftehim. Saru konsultazzjonijiet estensivi u l-biċċa l-kbira tal-atturi soċjoekonomiċi u politiċi li pparteċipaw fil-konsultazzjonijiet iddikjaraw li kienu favur l-estensjoni tal-preferenzi tariffarji tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni għas-Saħara tal-Punent. Dawk li rrifjutaw l-estensjoni kkunsidraw essenzjalment li tali Ftehim jikkonferma l-pożizzjoni tal-Marokk fuq it-territorju tas-Saħara tal-Punent. Madankollu, xejn f'dan il-Ftehim ma jimplika rikonoxximent tas-sovranità tal-Marokk fuq is-Saħara tal-Punent. L-Unjoni, permezz ta' sforzi msaħħa, ser tkompli tappoġġa l-proċess ta' riżoluzzjoni paċifika tat-tilwima li nbeda u kompla għaddej taħt l-awspiċji tan-Nazzjonijiet Uniti.

(11)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni nnegozjat f'isem l-Unjoni, Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni (“il-Ftehim”), li ġie inizjalat fil-31 ta' Jannar 2018.

(12)

Il-Ftehim jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni skont l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(13)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Ftehim jiġi ffirmat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), huwa awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim (3).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Lulju 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI

(1)  ĠU L 70, 18.3.2000, p. 2.

(2)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Diċembru 2016, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Front Polisario, C-104/16 P, ECLI:EU:C:2016:973.

(3)  It-test tal-Ftehim jiġi ppublikat flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.

REGOLAMENTI

6.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/4

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1894

tat-30 ta' Novembru 2018

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-iskampu fiż-żoni 8a, 8b, 8d u 8e minn bastimenti li jtajru l-bandiera Belġjana

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2018.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament li għamlu l-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fih jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2018.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fih għall-2018 għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi f'dak l-Anness jew li huma rreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikulari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord il-ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data, jew li dan il-ħut jiġi ttrażbordat jew ittrasportat lejn pajjiż ieħor jew li jinħatt l-art minnhom.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 tat-23 ta' Jannar 2018 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2018 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 (ĠU L 27, 31.1.2018, p. 1).

ANNESS

Numru

38/TQ120

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk

NEP/8ABDE.

Speċi

L-iskampu (Nephrops norvegicus)

Żona

Iż-żoni 8a, 8b, 8d u 8e

Data tal-għeluq

6.10.2018

6.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/6

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1895

tat-30 ta' Novembru 2018

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-megrims fiż-żoni 8a, 8b, 8d u 8e minn bastimenti li jtajru l-bandiera Belġjana

37/TQ120

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk

LEZ/*8ABDE (kundizzjoni speċjali għall-istokk LEZ/07.)

Speċi

Il-megrims (Lepidorhombus spp.)

Żona

Iż-żoni 8a, 8b, 8d u 8e

Data tal-għeluq

6.10.2018

6.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/8

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1896

tat-30 ta' Novembru 2018

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-merluzz fiż-żoni 8a, 8b, 8d u 8e minn bastimenti li jtajru l-bandiera Belġjana

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2018.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament li għamlu l-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fih jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2018.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fih għall-2018 għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi f'dak l-Anness jew li huma rreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikulari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord il-ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data, jew li dan il-ħut jiġi ttrażbordat jew ittrasportat lejn pajjiż ieħor jew li jinħatt l-art minnhom.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 tat-23 ta' Jannar 2018 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2018 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 (ĠU L 27, 31.1.2018, p. 1).

ANNESS

Numru

36/TQ120

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk

HKE/8ABDE., inkluż l-istokk HKE/*57-14

Speċi

Il-merluzz (Merluccius merluccius)

Żona

Iż-żoni 8a, 8b, 8d u 8e

Data tal-għeluq

6.10.2018

6.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/10

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1897

tat-30 ta' Novembru 2018

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għar-rebekkini u għar-raj fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 8 u 9 minn bastimenti li jtajru l-bandiera Belġjana

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2018.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament li għamlu l-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fih jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2018.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fih għall-2018 għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi f'dak l-Anness jew li huma rreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikulari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord il-ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data, jew li dan il-ħut jiġi ttrażbordat jew ittrasportat lejn pajjiż ieħor jew li jinħatt l-art minnhom.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 tat-23 ta' Jannar 2018 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2018 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 (ĠU L 27, 31.1.2018, p. 1).

ANNESS

Numru

35/TQ120

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk

SRX/89-C., inklużi l-istokkijiet RJC/89-C., RJH/89-C., RJN/89-C., RJU/8-C. u RJU/9-C.

Speċi

Ir-rebekkini u r-raj (Rajiformes)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 8 u 9

Data tal-għeluq

6.10.2018

6.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/12

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1898

tat-30 ta' Novembru 2018

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-barbun tat-tbajja' fiż-żoni 8, 9 u 10 u fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 34.1.1 tas-CECAF minn bastimenti li jtajru l-bandiera Belġjana

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2018.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament li għamlu l-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fih jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2018.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fih għall-2018 għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi f'dak l-Anness jew li huma rreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikulari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord il-ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data, jew li dan il-ħut jiġi ttrażbordat jew ittrasportat lejn pajjiż ieħor jew li jinħatt l-art minnhom.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 tat-23 ta' Jannar 2018 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2018 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 (ĠU L 27, 31.1.2018, p. 1).

ANNESS

Numru

34/TQ120

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk

PLE/8/3411

Speċi

Il-barbun tat-tbajja' (Pleuronectes platessa)

Żona

Iż-żoni 8, 9 u 10 u l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 34.1.1 tas-CECAF

Data tal-għeluq

6.10.2018

6.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/14

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1899

tat-30 ta' Novembru 2018

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-merlangu fiż-żona 8 minn bastimenti li jtajru l-bandiera Belġjana

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2018.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament li għamlu l-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fih jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2018.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fih għall-2018 għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi f'dak l-Anness jew li huma rreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikulari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord il-ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data, jew li dan il-ħut jiġi ttrażbordat jew ittrasportat lejn pajjiż ieħor jew li jinħatt l-art minnhom.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 tat-23 ta' Jannar 2018 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2018 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 (ĠU L 27, 31.1.2018, p. 1).

ANNESS

Numru

33/TQ120

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk

WHG/08.

Speċi

Il-merlangu (Merlangius merlangus)

Żona

Iż-żona 8

Data tal-għeluq

6.10.2018

6.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/16

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1900

tat-30 ta' Novembru 2018

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-bakkaljaw fis-subdiviżjonijiet 22 sa 24 minn bastimenti li jtajru l-bandiera Pollakka

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1970 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2018.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament li għamlu l-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fih jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2018.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fih għall-2018 għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi f'dak l-Anness jew li huma rreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikulari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord il-ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data, jew li dan il-ħut jiġi ttrażbordat jew ittrasportat lejn pajjiż ieħor jew li jinħatt l-art minnhom.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1970 tas-27 ta' Ottubru 2017 li jiffissa għall-2018 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 (ĠU L 281, 31.10.2017, p. 1).

ANNESS

Numru

30/TQ1970

Stat Membru

Il-Polonja

Stokk

COD/3BC+24

Speċi

Il-bakkaljaw (Gadus morhua)

Żona

Is-subdiviżjonijiet 22 sa 24

Data tal-għeluq

4.10.2018

6.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/18

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1901

tat-30 ta' Novembru 2018

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-petriċi fiż-żoni 8a, 8b, 8d u 8e minn bastimenti li jtajru l-bandiera Belġjana

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2018.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament li għamlu l-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fih jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2018.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fih għall-2018 għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi f'dak l-Anness jew li huma rreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikulari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord il-ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data, jew li dan il-ħut jiġi ttrażbordat jew ittrasportat lejn pajjiż ieħor jew li jinħatt l-art minnhom.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 tat-23 ta' Jannar 2018 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2018 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 (ĠU L 27, 31.1.2018, p. 1).

ANNESS

Numru

32/TQ120

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk

ANF/*8ABDE (kundizzjoni speċjali għall-istokk ANF/07.)

Speċi

Il-petriċi (Lophiidae)

Żona

Iż-żoni 8a, 8b, 8d u 8e

Data tal-għeluq

6.10.2018

6.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/20

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1902

tat-30 ta' Novembru 2018

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għal-lingwata komuni fiż-żoni 8a u 8b minn bastimenti li jtajru l-bandiera Belġjana

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2018.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament li għamlu l-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fih jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2018.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fih għall-2018 għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi f'dak l-Anness jew li huma rreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikulari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord il-ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data, jew li dan il-ħut jiġi ttrażbordat jew ittrasportat lejn pajjiż ieħor jew li jinħatt l-art minnhom.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 tat-23 ta' Jannar 2018 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2018 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 (ĠU L 27, 31.1.2018, p. 1).

ANNESS

Numru

31/TQ120

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk

SOL/8AB.

Speċi

Il-lingwata komuni (Solea solea)

Żona

Iż-żoni 8a u 8b

Data tal-għeluq

6.10.2018

6.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/22

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1903

tal-5 ta' Diċembru 2018

li jikkoreġi l-Annessi IV, VI u VII tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' għalf, u li jikkoreġi xi wħud mill-verżjonijiet lingwistiċi tal-Annessi II, IV, V u VI ta' dak ir-Regolament

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 27(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2279 (2), ġie individwat żball fil-punt 2 tal-Anness ta' dak ir-Regolament li jissostitwixxi l-Parti A tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 fir-rigward tal-kontenut dikjarat ta' rmied li ma jinħallx fl-aċidu idrokloriku. Bħala riżultat, ma ġie stabbilit l-ebda livell ta' tolleranza għal kontenut ta' rmied li ma jinħallx fl-aċidu idrokloriku ta' 5 %.

(2)

Ġiet individwata ommissjoni fil-punti 3 u 4 tal-Anness tar-Regolament (UE) 2017/2279 li jissostitwixxu l-punt 7 tal-Kapitolu I tal-Anness VI u l-punt 8 tal-Kapitolu I tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 767/2009. Dan wassal għal ambigwità fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar volontarju ta' addittivi tal-għalf sensorjali jew nutrizzjonali.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 767/2009 jiġi kkoreġut skont dan.

(4)

Il-verżjonijiet lingwistiċi biċ-Ċek, bl-Estonjan, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż tar-Regolament (UE) 2017/2279 fihom żball fejn it-terminu “żjut/żejt u xaħmijiet mhux raffinati” f'dak ir-Regolament, kien sostitwit bit-terminu “xaħam mhux raffinat” fl-Annessi IV, VI u VII tar-Regolament (KE) Nru 767/2009, iżda bi żball naqsu milli jagħmlu l-istess ukoll fl-Annessi II u V ta' dak ir-Regolament.

(5)

Il-verżjoni lingwistika Ġermaniża tar-Regolament (UE) 2017/2279 fiha numru ta' żbalji. Hemm żball fil-punt 2 tal-Anness ta' dak ir-Regolament li jissostitwixxi l-Parti A tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 fir-rigward tal-valuri perċentwali ta' kontenut ta' ndewwa (umdità). Il-punt 3 tal-Anness tar-Regolament (UE) 2017/2279 li jissostitwixxi l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 fih żbalji fir-rigward tal-isem imqassar tal-komposti tat-togħma u fir-rigward tal-ispeċijiet fil-mira għar-rekwiżiti obbligatorji ta' tikkettar għal-liżina u għall-metijonina.

(6)

Għalhekk jenħtieġ li l-verżjonijiet lingwistiċi biċ-Ċek, bl-Estonjan, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 jiġu kkoreġuti skont dan. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra mhumiex affettwati minn dawn il-korrezzjonijiet.

(7)

Minħabba li għal raġunijiet ta' sikurezza l-emendi tal-Annessi mhux bil-fors jibdew jiġu applikati minnufih, sabiex ma jkunx hemm tfixkil bla bżonn tal-prattiki kummerċjali u sabiex l-operaturi ma jinħolqilhomx piż amministrattiv bla bżonn, huwa xieraq li jiġu previsti miżuri tranżitorji li jippermettu li jinbidlu bla xkiel it-tikketti.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 huwa kkorreġut kif ġej:

(1)

fil-punt 2 tal-Parti A tal-Anness IV, fit-tieni kolonna tat-tabella fir-ringiela “irmied li ma jinħallx fl-aċidu idrokloriku”, il-kontenut fiċ-ċellola ta' “1 - < 5” huwa sostitwit b'“1 - 5”;

(2)

il-punt 7 tal-Kapitolu I tal-Anness VI huwa sostitwit b'dan li ġej:

“7.

Mingħajr preġudizzju għall-punt 6, meta addittiv tal-għalf sensorjali jew nutrizzjonali jiġi ttikkettat fuq bażi volontarja, l-ammont miżjud għandu jiġi indikat skont il-punt 1 jew f'każ ta' addittivi tal-għalf tal-grupp funzjonali ta' vitamini, provitamini u sustanzi ddefiniti sew kimikament li jkollhom effett simili, l-ammont totali garantit tul il-ħajja kollha tal-prodott fuq l-ixkaffa għandu jiġi indikat skont il-punt 2.”;

(3)

il-punt 8 tal-Kapitolu I tal-Anness VII huwa sostitwit b'dan li ġej:

“8.

Mingħajr preġudizzju għall-punt 7, meta addittiv tal-għalf sensorjali jew nutrizzjonali jiġi ttikkettat fuq bażi volontarja, l-ammont miżjud għandu jiġi indikat skont il-punt 1 jew f'każ ta' addittivi tal-għalf tal-grupp funzjonali ta' vitamini, provitamini u sustanzi ddefiniti sew kimikament li jkollhom effett simili, l-ammont totali garantit tul il-ħajja kollha tal-prodott fuq l-ixkaffa għandu jiġi indikat skont il-punt 2.”;

(4)

fil-punt 5 tal-Anness II u fit-tielet kolonna fir-ringieli 3, 5, 12, 15, 16 u 18 tat-tabella fl-Anness V, it-terminu “żjut/żejt u xaħmijiet mhux raffinati” huwa sostitwit bit-terminu “xaħam mhux raffinat”;

(5)

(ma japplikax għal-lingwa Maltija).

Artikolu 2

(1)   Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li kienu ġew ittikkettati qabel is-26 ta' Diċembru 2019 skont ir-regoli li kienu japplikaw qabel is-26 ta' Diċembru 2018 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk ikunu maħsubin għall-annimali li jipproduċu l-ikel.

(2)   Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li kienu ġew ittikkettati qabel is-26 ta' Diċembru 2020 skont ir-regoli li kienu japplikaw qabel is-26 ta' Diċembru 2018 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk ikunu maħsubin għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER

(1)  ĠU L 229, 1.9.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2279 tal-11 ta' Diċembru 2017 li jemenda l-Annessi II, IV, VI, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' għalf (ĠU L 328, 12.12.2017, p. 3).

DEĊIŻJONIJIET

6.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/25

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1904

tal-4 ta' Diċembru 2018

li tawtorizza lin-Netherlands jintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Istati Membri li ma eżerċitawx l-għażla skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 67/228/KEE (2), jistgħu jeżentaw mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) lill-persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom ma jkunx aktar minn EUR 5 000 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali.

(2)

B'ittra rreġistrata mal-Kummissjoni fid-19 ta' Lulju 2018, in-Netherlands talab awtorizzazzjoni biex jintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE biex japplika livell limitu tal-eżenzjoni ta' EUR 25 000. B'dik il-miżura speċjali, dawk il-persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom ma jkunx aktar minn EUR 25 000 ikunu eżentati minn ċerti obbligi jew mill-obbligi kollha fir-rigward tal-VAT, kif imsemmi fil-Kapitoli 2 sa 6 tat-Titolu XI tad-Direttiva 2006/112/KE.

(3)

Livell limitu ogħla għall-iskema speċjali għall-impriżi żgħar stabbilit fl-Artikoli 281 sa 294 tad-Direttiva 2006/112/KE hu miżura ta' simplifikazzjoni, billi dan jista' jnaqqas l-obbligi tal-VAT tal-impriżi żgħar b'mod sinifikanti. Dik l-iskema speċjali hi fakultattiva għall-persuni taxxabbli.

(4)

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni bagħtet it-talba tan-Netherlands lill-Istati Membri l-oħra b'ittri datati d-9 ta' Awwissu 2018, għajr għal Spanja u Ċipru, li lilhom it-talba intbagħtitilhom b'ittri datati l-10 ta' Awwissu 2018. B'ittra datata t-13 ta' Awwissu 2018, il-Kummissjoni nnotifikat lin-Netherlands li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-ipproċessar tat-talba.

(5)

Id-deroga mitluba hija f'konformità mal-għanijiet ta' politika tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjon lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni tal-25 ta' Ġunju 2018 — “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” — “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa.

(6)

Billi n-Netherlands jistenna li ż-żieda fil-livell limitu ser iwassal biex jonqsu l-obbligi tal-VAT u b'hekk jonqsu l-piżijiet amministrattivi u l-ispejjeż ta' konformità għall-impriżi żgħar, jenħtieġ li n-Netherlands jiġi awtorizzat japplika l-miżura speċjali għal perjodu ta' żmien limitat, sal-31 ta' Diċembru 2022. L-iskema speċjali għall-impriżi żgħar hija fakultattiva, u għalhekk il-persuni taxxabbli xorta waħda jkunu jistgħu jagħżlu li jħaddmu l-arranġamenti normali tal-VAT.

(7)

Peress li l-Artikoli 281 sa 294 tad-Direttiva 2006/112/KE li jirregolaw l-iskema speċjali għall-impriżi żgħar huma soġġetti għal rieżami, tista' tiġi adottata direttiva li temenda dawk l-Artikoli u li tistabbilixxi data li minnha l-Istati Membri jridu japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali qabel ma jiskadi l-perjodu ta' validità tad-deroga fil-31 ta' Diċembru 2022. F'dak il-każ, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni ma tibqax tapplika.

(8)

Abbażi tal-informazzjoni mogħtija min-Netherlands, il-livell limitu miżjud ser ikollu biss impatt negliġibbli fuq l-ammont ġenerali tad-dħul mit-taxxa tan-Netherlands miġbur fl-istadju finali tal-konsum.

(9)

Id-deroga ma tħalli l-ebda impatt fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jakkumulaw mill-VAT peress illi n-Netherlands irid jagħmel kalkolu ta' kumpens skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE EURATOM) Nru 1553/89 (3),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B'deroga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE, in-Netherlands huwa awtorizzat jeżenta lill-persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom ma jkunx aktar minn EUR 25 000 mill-VAT.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2020 sal-aktar data kmieni minn dawn iż-żewġ dati li ġejjin:

(a)

il-31 ta' Diċembru 2022;

(b)

id-data li minnha l-Istati Membri jridu japplikaw kwalunkwe dispożizzjonijiet nazzjonali li jeħtieġ jadottaw jekk tiġi adottata direttiva li temenda l-Artikoli 281 sa 294 tad-Direttiva 2006/112/KE li tirregola l-iskema speċjali għall-impriżi żgħar.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tan-Netherlands.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

H. LÖGER

(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(2)  It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 67/228/KEE tal-11 ta' April 1967 dwar l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-fatturat minn negozju — L-istruttura u l-proċeduri għall-applikazzjoni tas-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 71, 14.4.1967, p. 1303/67).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta' Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta' riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (ĠU L 155, 7.6.1989, p. 9).

6.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/27

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1905

tat-28 ta' Novembru 2018

dwar il-proposta ta' inizjattiva taċ-ċittadini bit-titlu “Referendum madwar l-UE dwar jekk iċ-Ċittadini Ewropej iridux lir-Renju Unit jibqa' fl-Unjoni Ewropea jew joħroġ!”

(notifikata bid-dokument C(2018) 8006)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Is-suġġett tal-inizjattiva proposta bit-titlu “Referendum madwar l-UE dwar jekk iċ-Ċittadini Ewropej iridux lir-Renju Unit jibqa' fl-Unjoni Ewropea jew joħroġ!” huwa mistqarr kif ġej: “Iċ-ċittadini Ewropej kollha jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jesprimu l-fehma politika tagħhom dwar jekk jixtiqux lir-Renju Unit jibqa' fl-Unjoni Ewropea”.

(2)

L-għanijiet ewlenin tal-inizjattiva proposta huma: “Dan ir-referendum mhuwiex plebixxit li jorbot iżda stħarriġ tal-opinjoni pubblika. Il-Kummissjoni jenħtiġilha tappoġġa dan l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika li jagħti l-possibbiltà liċ-Ċittadini Ewropej fit-28 Stat Membru kollha li jesprimu jekk jixtiqux li l-Brexit iseħħx jew le. Nittamaw li nistgħu niddependu fuq l-appoġġ sħiħ tal-Kummissjoni Ewropea, l-aktar għaliex naħsbu ma jistax ikun tollerabbli li ċ-ċittadini Ewropej kollha ġew imqarrqa f'referendum pubbliku minn wegħdiet u stqarrijiet li bl-ebda mod ma jirriflettu r-realtà.”

(3)

It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) isaħħaħ iċ-ċittadinanza tal-Unjoni u jqawwi aktar il-funzjonament demokratiku tal-Unjoni billi jipprevedi, fost l-oħrajn, li kull ċittadin ikollu d-dritt jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni permezz ta' inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej.

(4)

Għal dan il-għan, il-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-inizjattiva taċ-ċittadini jenħtieġ li jkunu ċari, sempliċi, faċli biex jintużaw u proporzjonati man-natura tal-inizjattiva taċ-ċittadini sabiex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u biex l-Unjoni ssir aktar aċċessibbli.

(5)

Id-dritt li kwalunkwe Stat Membru joħroġ mill-Unjoni Ewropea huwa mnaqqax fl-Artikolu 50(1) tat-TUE, li jispeċifika li kull Stat Membru jista' jiddeċiedi li joħroġ mill-Unjoni skont ir-rekwiżiti kostituzzjonali tiegħu.

(6)

Filwaqt li l-Kummissjoni Ewropea jiddispjaċiha bid-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni Ewropea, kif stqarr Jean-Claude Juncker, il-President tal-Kummissjoni Ewropea flimkien ma' Martin Schulz, il-President tal-Parlament Ewropew, Donald Tusk, il-President tal-Kunsill Ewropew u Mark Rutte, li kellu f'idejh il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fl-24 ta' Ġunju 2016 (2), ma hemm l-ebda bażi ġuridika fit-Trattati li tippermetti l-adozzjoni ta' att legali dwar il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet fi Stat Membru f'rabta man-notifika tal-intenzjoni ta' dak l-Istat Membru li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-TUE.

(7)

Għal dawn ir-raġunijiet, huwa evidenti li l-proposta ta' inizjattiva taċ-ċittadini bit-titlu “Referendum madwar l-UE dwar jekk iċ-Ċittadini Ewropej iridux lir-Renju Unit jibqa' fl-Unjoni Ewropea jew joħroġ!” taqa' lil hinn mill-qafas tas-setgħat tal-Kummissjoni li tippreżenta proposta għal att legali tal-Unjoni għall-fini li timplimenta t-Trattati fit-tifsira tal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament, moqri flimkien mal-Artikolu 2, il-punt 1, tiegħu.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-reġistrazzjoni tal-inizjattiva proposta bit-titlu “Referendum madwar l-UE dwar jekk iċ-Ċittadini Ewropej iridux lir-Renju Unit jibqa' fl-Unjoni Ewropea jew joħroġ!” hija miċħuda b'dan.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-organizzaturi (membri tal-kumitat taċ-ċittadini) tal-proposta ta' inizjattiva taċ-ċittadini bit-titlu “Referendum madwar l-UE dwar jekk iċ-Ċittadini Ewropej iridux lir-Renju Unit jibqa' fl-Unjoni Ewropea jew joħroġ!”, irrappreżentati minn Erich Hutter u Tanja Glušič fir-rwol ta' persuni ta' kuntatt.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Novembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Frans TIMMERMANS

Viċi President

(1)  ĠU L 65, 11.3.2011, p. 1.

(2)  http://europa.eu/rapid/press-release_STATEMENT-16-2329_mt.htm

6.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/29

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1906

tat-30 ta' Novembru 2018

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 li taġġorna l-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2009/16/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 jeħtieġ li s-sidien tal-bastimenti jiżguraw li l-bastimenti li jkunu se jiġu rriċiklati jkunu riċiklati biss f'faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti inklużi fil-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti ppubblikata skont l-Artikolu 16 ta' dak ir-Regolament.

(2)

Il-lista Ewropea hi stipulata fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323, (2) kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1478 (3).

(3)

Id-Danimarka għarrfet lill-Kummissjoni li faċilità ta' riċiklaġġ tal-bastimenti (4) li tinsab fit-territorju tiegħu ġiet awtorizzata mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013. Id-Danimarka pprovdiet lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha rilevanti għal dik il-faċilità biex tiġu inkluża fil-Lista Ewropea. Għalhekk jenħtieġ li l-lista Ewropea tiġi aġġornata biex tinkludi dik il-faċilità.

(4)

L-Italja għarrfet lill-Kummissjoni li faċilità ta' riċiklaġġ tal-bastimenti (5) li tinsab fit-territorju tiegħu ġiet awtorizzata mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013. L-Italja pprovdiet lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha rilevanti għal dik il-faċilità biex tiġi inkluża fil-Lista Ewropea. Għalhekk jenħtieġ li l-lista Ewropea tiġi aġġornata biex tinkludi dik il-faċilità.

(5)

Il-Finlandja għarrfet lill-Kummissjoni li faċilità ta' riċiklaġġ tal-bastimenti (6) li tinsab fit-territorju tiegħu ġiet awtorizzata mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013. Il-Finlandja pprovdiet lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha rilevanti għal dik il-faċilità biex tiġi inkluża fil-Lista Ewropea. Għalhekk jenħtieġ li l-lista Ewropea tiġi aġġornata biex tinkludi dik il-faċilità.

(6)

Il-Kummissjoni rċeviet applikazzjonijiet skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 għal żewġ faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti (7) li jinsabu fit-Turkija biex jiġu inklużi fil-Lista Ewropea. Wara li vvalutat l-informazzjoni u l-evidenza ta' sostenn li ngħataw jew li nġabru skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, il-Kummissjoni tqis li l-faċilitajiet jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 13 ta' dak ir-Regolament sabiex iwettqu r-riċiklaġġ tal-bastimenti u biex jiġu inklużi fil-Lista Ewropea. Għalhekk jenħtieġ li l-Lista Ewropea tiġi aġġornata biex tinkludi dawk il-faċilitajiet.

(7)

Il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 għal faċilità ta' riċiklaġġ tal-bastimenti (8) li tinsab fl-Istati Uniti tal-Amerka biex tiġi inkluża fil-Lista Ewropea. Wara li vvalutat l-informazzjoni u l-evidenza ta' sostenn li ngħataw jew li nġabru skont l-Artikolu 15 ta' dak ir-Regolament, il-Kummissjoni tqis li l-faċilità tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 13 ta' dak ir-Regolament sabiex twettaq riċiklaġġ tal-bastimenti u biex tiġi inkluża fil-Lista Ewropea. Għalhekk jenħtieġ li l-lista Ewropea tiġi aġġornata biex tinkludi dik il-faċilità.

(8)

Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġu kkoreġuti xi żbalji fid-data u xi inkonsistenzi osservati fl-annotazzjonijiet tal-Lista Ewropea.

(9)

Għalhekk jenħtieġ li id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2323 tiġi emendata skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER

(1)  ĠU L 330, 10.12.2013, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 tad-19 ta' Diċembru 2016 li tistabbilixxi l-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti (ĠU L 345, 20.12.2016, p. 119).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1478 tat-3 ta' Ottubru 2018 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 li taġġorna l-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 249, 4.10.2018, p. 6).

(4)  Modern American Recycling Services Europe.

(5)  San Giorgio del Porto S.p.A.

(6)  Turun Korjaustelakka Oy.

(7)  Leyal Gemi Söküm Sanayi ve Tícaret Ltd. u Leyal Demtaș Gemi Söküm Sanayi ve Ticaret A.Ș.

(8)  International Shipbreaking Limited, L.L.C.

ANNESS

“ANNESS

IL-LISTA EWROPEA TAL-FAĊILITAJIET TA' RIĊIKLAĠĠ TAL-BASTIMENTI, SKONT L-ARTIKOLU 16 TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1257/2013

PARTI A

Il-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu fi Stat Membru

Isem il-faċilità

Metodu tar-riċiklaġġ

Tip u daqs ta' bastimenti li jistgħu jiġu riċiklati

Limitazzjonijiet u kundizzjonijiet għall-operat tal-faċilità ta' riċiklaġġ tal-bastimenti, inkluż fir-rigward tal-ġestjoni tal-iskart perikoluż

Dettalji dwar il-proċedura espliċita jew taċita għall-approvazzjoni tal-pjan ta' riċiklaġġ tal-bastimenti mill-awtorità kompetenti (1)

Ammont massimu annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti, ikkalkulat bħala s-somma tal-piż tal-bastimenti li jkunu ġew rriċiklati f'sena partikolari f'dik il-faċilità (2), espress bħala LDT

Data tal-iskadenza tal-inklużjoni fil-Lista Ewropea (3)

IL-BELĠJU

NV Galloo Recycling Ghent

Scheepszatestraat 9

9000 Gent

IL-BELĠJU

Tel. +32 92512521

Email: peter.wyntin@galloo.com

Laterali (irmiġġ fl-ilma), rampa

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

It-tul: 265 metru

Il-wisa': 36 metru

Il-pixka: 12,5 metri

Approvazzjoni taċita, b'perjodu ta' rieżami massimu ta' 30 jum

34 000  (4)

Il-31 ta' Marzu 2020

ID-DANIMARKA

Fornæs ApS

Rolshøjvej 12-16

8500 Grenå

ID-DANIMARKA

www.fornaes.dk

Żmantellar mal-moll u skreppjar sussegwenti fuq artijiet impermeabbli b'sistemi effettivi ta' drenaġġ

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

It-tul: 150 metru

Il-wisa': 25 metru

Il-pixka: 6 metri

GT: 10 000

Il-Muniċipalità ta' Norddjurs għandha d-dritt li talloka l-iskart perikoluż f'faċilitajiet ta' akkoljenza approvati mil-lat ambjentali.

Approvazzjoni taċita, perjodu ta' rieżami massimu ta' 14-il jum

30 000  (5)

It-30 ta' Ġunju 2021

Modern American Recycling Services Europe (M.A.R.S)

Sandholm 60

9900 Frederikshavn

ID-DANIMARKA

Sit web: http://www.modernamericanrecyclingservices.com/

Email: Kristi@marsrecyclers.com

Qtugħ u qtugħ bil-fjamma wara li l-oġġett għall-iżmantellar tqiegħed f'faċilità ta' skal

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

It-tul: 290 metru

Il-wisa': 90 metru

Il-pixka: 14-il metru

Il-kundizzjonijiet li skonthom topera l-faċilità ta' riċiklaġġ tal-bastimenti huma definiti fil-Permess Ambjentali tad-9 ta' Marzu 2018 maħruġ mill-Muniċipalità ta' Frederikshavn

Il-muniċipalità ta' Frederikshavn għandha d-dritt talloka skart perikoluż lil faċilitajiet ta' akkoljenza approvati mil-lat ambjentali, kif stipulat fil-Permess Ambjentali għall-faċilità ta' riċiklaġġ tal-bastimenti.

Il-faċilità ma għandhiex taħżen skart perikoluż għal aktar minn sena.

Approvazzjoni taċita mill-Muniċipalità ta' Frederikshavn b'perjodu ta' rieżami ta' ġimagħtejn.

0 (6)

It-23 ta' Awwissu 2023

Smedegaarden A/S

Vikingkaj 5

6700 Esbjerg

ID-DANIMARKA

www.smedegaarden.net

Żmantellar mal-moll u skreppjar sussegwenti fuq artijiet impermeabbli b'sistemi effettivi ta' drenaġġ

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

It-tul: 170 metru

Il-wisa': 40 metru

Il-pixka: 7,5 metri

Approvazzjoni taċita, perjodu ta' rieżami massimu ta' 14-il jum

20 000  (7)

Il-15 ta' Settembru 2021

L-ESTONJA

OÜ BLRT Refonda Baltic

Fil-wiċċ mal-moll u fil-baċir f'wiċċ l-ilma

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

It-tul: 197 metru

Il-wisa': 32 metru

Il-pixka: 9,6 metri

GT: 28 000

Il-permess għall-iskart Nru L.JÄ/327249. Il-liċenzja tal-ġestjoni tal-iskart perikoluż Nru 0222. Ir-Regoli tal-Port Vene-Balti, Il-Manwal dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti MSR-Refonda. Sistema ta' Ġestjoni Ambjentali, Ġestjoni tal-Iskart EP 4.4.6-1-13

Il-faċilità tista' tirriċikla biss dawn il-materjali perikolużi li għalihom ġiet liċenzjata.

Approvazzjoni taċita, b'perjodu ta' rieżami massimu ta' 30 jum.

21 852  (8)

Il-15 ta' Frar 2021

SPANJA

DDR VESSELS XXI, S.L.

Il-port ta' “El Musel”

Gijon

SPANJA

Tel. +34 630144416

Email: abarredo@ddr-vessels.com

Rampa għall-iżmantellar

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, ħlief bastimenti nukleari.

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

It-tul: 169,9 metri

(Bastimenti b'daqs ikbar minn dan li waqt it-tħaddim tagħhom ma jkollhomx riskju li jinqalbu jew inkella r-rampa tagħhom ma tiċċaqlaqx, skont ir-riżultat ta' studju tal-vijabilità ddettaljat)

Il-limitazzjonijiet huma inklużi fl-awtorizzazzjoni ambjentali integrata.

Approvazzjoni espliċita mill-Harbour Masters Office tal-port fejn tinsab il-faċilità

0 (9)

It-28 ta' Lulju 2020

FRANZA

Démonaval Recycling

ZI du Malaquis

Rue François Arago

76580 Le Trait

FRANZA

Tel. +33 769791280

Email: patrick@demonaval-recycling.fr

Laterali, baċir imbattal mill-ilma

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastimenti (baċir imbattal mill-ilma):

It-tul: 140 metru

Il-wisa': 25 metru

Il-fond: 5 metri

Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali.

Approvazzjoni espliċita – L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru tal-Ambjent

0 (10)

Il-11 ta' Diċembru 2022

Gardet & De Bezenac Recycling/Groupe Baudelet Environnement – GIE MUG

616, Boulevard Jules Durand

76600 Le Havre

FRANZA

Tel. +33 235951634

Email: infos@gardet-bezenac.com

F'wiċċ l-ilma u fl-iskal

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

It-tul: 150 metru

Il-wisa': 18-il metru

LDT: 7 000

Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali.

Approvazzjoni espliċita – L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru tal-Ambjent.

16 000  (11)

It-30 ta' Diċembru 2021

Grand Port Maritime de Bordeaux

152, Quai de Bacalan - CS 41320 - 33082 Bordeaux Cedex

FRANZA

Tel. +33 556905800

Email: maintenance@bordeaux-port.fr

Laterali, baċir imbattal mill-ilma

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastimenti (baċir imbattal mill-ilma):

It-tul: 240 metru

Il-wisa': 37 metru

Il-fond: 17-il metru

Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali.

Approvazzjoni espliċita – L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru tal-Ambjent.

18 000  (12)

Il-21 ta' Ottubru 2021

Les Recycleurs tal-Bretagne

Zone Industrielle de Kerbriant — 29 610 Plouigneau

FRANZA

Tel. +33 298011106

Email: navaleo@navaleo.fr

Laterali, baċir imbattal mill-ilma

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastimenti (baċir imbattal mill-ilma):

It-tul: 225 metru

Il-wisa': 34 metru

Il-fond: 27 metru

Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali.

Approvazzjoni espliċita – L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru tal-Ambjent.

5 500  (13)

L-24 ta' Mejju 2021

L-ITALJA

San Giorgio del Porto S.p.A.

Calata Boccardo 8

16128 — Genova —

L-ITALJA

Tel.+39 010251561

Email: segreteria@sgdp.it; sangiorgiodelporto@legalmail.it

www.sgdp.it

Laterali, baċir imbattal mill-ilma

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

It-tul: 350 metru

Il-wisa': 75 metru

L-immersjoni (il-pixka): 16-il metru

GT: 130 000

Il-limitazzjonijiet u r-restrizzjonijiet huma inklużi fl-awtorizzazzjoni ambjentali integrata.

Din il-faċilità għandha Pjan għall-Faċilità ta' Riċiklaġġ tal-Bastimenti li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolamenti (UE) Nru 1257/2013

Approvazzjoni espliċita

38 564  (14)

Is-6 ta' Ġunju 2023

IL-LATVJA

A/S “Tosmares kuģubūvētava”

Ģenerāļa Baloža street 42/44, Liepaja, LV-3402

IL-LATVJA

Tel. +371 63401919

Email: shipyard@tosmare.lv

Żmantellar ta' bastimenti (irmiġġ fl-ilma u baċir imbattal mill-ilma)

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

It-tul: 165 m

Wisa': 22 metru

Il-fond: 7 m

DWT:14 000

GT: 200 - 12 000

Il-piż:

100 – 5 000 tunnellati

LDT: 100 -5 000

Ara l-permess nazzjonali Nru LI10IB0024.

Approvazzjoni espliċita - notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta' xogħol

0 (15)

Il-11 ta' Ġunju 2020

IL-LITWANJA

UAB APK

Minijos 180 (post ta' rmiġġ 133 A),

LT 93269, Klaipėda,

IL-LITWANJA

Tel. +370 46365776

Faks: +370 46365776

Email: uab.apk@gmail.com

Laterali (irmiġġ fl-ilma)

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

It-tul: 130 metru

Il-wisa': 35 metru

Il-fond: 10 metri

GT: 3 500

Ara l-permess nazzjonali Nru TL-KL.1-15/2015

Approvazzjoni espliċita - notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta' xogħol

1 500  (16)

Is-17 ta' Marzu 2020

UAB Armar

Minijos 180 (postijiet ta' rmiġġ 127 A, 131 A),

LT 93269, Klaipėda,

IL-LITWANJA

Tel. +370 68532607

Email: armar.uab@gmail.com; albatrosas33@gmail.com

Laterali (irmiġġ fl-ilma)

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastimenti (post ta' rmiġġ 127 A):

It-tul: 80 metru

Il-wisa': 16-il metru

Il-fond: 6 metri

GT: 1 500

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastimenti (post ta' rmiġġ 131 A):

It-tul: 80 metru

Il-wisa': 16-il metru

Il-fond: 5 metri

GT: 1 500

Ara l-permess nazzjonali Nru TL-KL.1-16/2015 (post ta' rmiġġ 127 A)

Ara l-permess nazzjonali Nru TL-KL.1-51/2017 (post ta' rmiġġ 131 A)

Approvazzjoni espliċita - notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta' xogħol

3 910  (17)

Is-17 ta' Marzu 2020

(post ta' rmiġġ 127 A)

Id-19 ta' April 2022

(post ta' rmiġġ 131 A)

UAB Vakaru refonda

Minijos 180 (postijiet ta' rmiġġ 129, 130, 131 A, 131, 132, 133 A), LT 93269, Klaipėda,

IL-LITWANJA

Tel. +370 46483940/483891

Faks: +370 46483891

Email: refonda@wsy.lt

Laterali (irmiġġ fl-ilma)

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

It-tul: 230 metru

Il-wisa': 55 metru

Il-fond: 14-il metru

GT: 70 000

Ara l-permess nazzjonali Nru (11.2)-30-161/2011/TL-KL.1-18/2015

Approvazzjoni espliċita - notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta' xogħol

20 140  (18)

Il-21 ta' Mejju 2020

IN-NETHERLANDS

Keppel-Verolme

Prof. Gerbrandyweg 25

3197 KK Rotterdam-Botlek

IN-NETHERLANDS

Tel. +31 181234353

Email: mzoethout@keppelverolme.nl

Tkissir ta' bastimenti

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

It-tul: 405 metri

Il-wisa': 90 metru

Il-fond: 11,6 metri

Is-sit għandu permess biex jopera; dan il-permess għandu limitazzjonijiet u kundizzjonijiet biex jopera mingħajr ma jkun ta' ħsara għall-ambjent.

Approvazzjoni espliċita

52 000  (19)

Il-21 ta' Lulju 2021

Scheepssloperij Nederland B.V.

Havenweg 1; 3295 XZ s-Gravendeel

Postbus 5234; 3295 ZJ s-Gravendeel

IN-NETHERLANDS

Tel. +31 786736055

Email: info@sloperij-nederland.nl

Tkissir ta' bastimenti

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

It-tul: 200 metru

Il-wisa': 33 metru

Il-fond: 6 metri

Għoli: 45 metru (Botlekbridge)

L-operazzjonijiet ta' riċiklaġġ jibdew fuq l-ilma biex il-buq jitħaffef; il-winċ biex iqandel il-vapuri għal fuq ir-rampa jiflaħ 2 000 tunnellata.

Is-sit għandu permess biex jopera; dan il-permess għandu limitazzjonijiet u kundizzjonijiet biex jopera mingħajr ma jkun ta' ħsara għall-ambjent.

Approvazzjoni espliċita

9 300  (20)

Is-27 ta' Settembru 2021

IL-PORTUGALL

Navalria — Docas, Construções e Reparações Navais

Porto Comercial, Terminal Sul, Apartado 39, 3811-901 Aveiro

IL-PORTUGALL

Tel. +351 234378970, +351 232767700

Email: info@navalria.pt

Żmantellar f'baċir imbattal mill-ilma,

dekontaminazzjoni u żmantellar fuq pjan orizzontali u inklinat, skont id-daqs tal-bastiment

Il-kapaċità nominali tal-pjan orizzontali: 700 tunnellata

Il-kapaċità nominali tal-pjan inklinat: 900 tunnellata

Il-kundizzjonijiet applikati għall-attività huma definiti fl-ispeċifikazzjonijiet annessi mat-Titolu AL nru 5/2015/CCDRC, tas-26 ta' Jannar 2016

Approvazzjoni espliċita

1 900  (21)

Is-26 ta' Jannar 2020

IL-FINLANDJA

Turun Korjaustelakka Oy (Turku Repair Yard Ltd)

Navirentie 9

21110 Naantali

IL-FINLANDJA

Tel. +358 405106952

Email: try@turkurepairyard.com

Laterali, baċir imbattal mill-ilma

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

It-tul: 250 metru

Il-wisa': 40 metru

Il-pixka: 7,9 metri

Il-limitazzjonijiet huma inklużi fl-awtorizzazzjoni ambjentali integrata.

Approvazzjoni taċita, b'perjodu ta' reażami massimu ta' 30 jum.

20 000  (22)

L-1 ta' Ottubru 2023

IR-RENJU UNIT

Able UK Limited

Teesside Environmental Reclamation and Recycling Centre

Graythorp Dock

Tees Road

Hartlepool

Cleveland

TS25 2DB

IR-RENJU UNIT

Tel. +44 1642806080

Email: info@ableuk.com

Żmantellar ta' bastimenti u trattament assoċjat awtorizzati f'baċir imbattal mill-ilma, u rmiġġ fl-ilma

Kull bastiment fil-limiti tad-dimensjonijiet awtorizzati fil-permess.

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

It-tul: 337,5 metri

Il-wisa': 120 metru

Il-pixka: 6,65 metru

Din il-faċilità għandha Pjan għall-Faċilità tar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolamenti (UE) Nru 1257/2013.

Is-sit huwa awtorizzat permezz ta' permess (ir-Referenza EPR/VP3296ZM) li jillimita l-operazzjonijiet u jagħmel kundizzjonijiet fuq l-operatur tal-faċilità.

Approvazzjoni espliċita

66 340  (23)

Is-6 ta' Ottubru 2020

Dales Marine Services Ltd

Imperial Dry Dock

Leith

Edinburgh

EH6 7DR

IR-RENJU UNIT

Kuntatt:

Tel. +44 1314543380

Email: leithadmin@dalesmarine.co.uk; b.robertson@dalesmarine.co.uk

Żmantellar ta' bastimenti u trattament assoċjat awtorizzati f'baċir imbattal mill-ilma, u rmiġġ fl-ilma

Kwalunkwe bastiment sa massimu ta' 7 000 tunnellata

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

It-tul: 165 metru

Il-wisa': 21 metru

Il-pixka: 7,7 metri

Din il-faċilità għandha Pjan għall-Faċilità tar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolamenti (UE) Nru 1257/2013. Is-sit huwa awtorizzat permezz ta' liċenzja (Ref: WML L 1157331) li tillimita l-operazzjonijiet u timponi kundizzjonijiet fuq l-operatur tal-faċilità.

Approvazzjoni espliċita

7 275  (24)

It-2 ta' Novembru 2022

Harland and Wolff Heavy Industries Limited

Queen's Island

Belfast

BT3 9DU

IR-RENJU UNIT

Tel. +44 2890458456

Email: trevor.hutchinson@harland-wolff.com

Żmantellar ta' bastimenti u trattament assoċjat awtorizzati f'baċir imbattal mill-ilma, u rmiġġ fl-ilma

Kull bastiment bid-dimensjonijiet iddettaljati fil-Pjan ta' Ħidma miftiehem.

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Il-baċir prinċipali (l-ikbar) huwa ta' 556 m × 93 m × 1,2 m DWT, u jista' jieħu bastimenti li ma jaqbżux dan il-qies. Dan l-akbar baċir imbattal mill-ilma huwa ta' 1,2 miljun DWT.

Din il-faċilità għandha Pjan għall-Faċilità tar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolamenti (UE) Nru 1257/2013.

Is-sit huwa awtorizzat permezz ta' liċenzja għall-ġestjoni tal-iskart, bin-numru tal-awtorizzazzjoni LN/07/21/V2 li tillimita l-operazzjonijiet u timponi kundizzjonjiet fuq l-operatur tal-faċilità.

Approvazzjoni espliċita

13 200  (25)

It-3 ta' Awwissu 2020

Swansea Drydock Ltd

Prince of Wales Dry Dock

Swansea

Wales

SA1 1LY

IR-RENJU UNIT

Tel. +44 1792654592

Email: info@swanseadrydocks.com

Żmantellar ta' bastimenti u trattament assoċjat awtorizzati f'baċir imbattal mill-ilma, u rmiġġ fl-ilma

Kull bastiment fil-limiti tad-dimensjonijiet awtorizzati fil-permess.

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

It-tul: 200 metru

Il-wisa': 27 metru

Il-pixka: 7 metri

Is-sit għandu Pjan għall-Faċilità tar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolamenti (UE) Nru 1257/2013.

Is-sit huwa awtorizzat permezz ta' permess (ir-Referenza EPR/UP3298VL) li jillimita l-operazzjonijiet u jimponi kundizzjonijiet fuq l-operatur tal-faċilità.

Approvazzjoni espliċita

7 275  (26)

It-2 ta' Lulju 2020

PARTI B

Il-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu f'pajjiż terz

Isem il-faċilità

Metodu tar-riċiklaġġ

Tip u daqs ta' bastimenti li jistgħu jiġu riċiklati

Limitazzjonijiet u kundizzjonijiet għall-operat tal-faċilità ta' riċiklaġġ tal-bastimenti, inkluż fir-rigward tal-immaniġġjar tal-iskart perikoluż

Dettalji dwar il-proċedura espliċita jew taċita għall-approvazzjoni tal-pjan ta' riċiklaġġ tal-bastimenti mill-awtorità kompetenti (27)

Ammont massimu annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti, ikkalkulat bħala s-somma tal-piż tal-bastimenti li jkunu ġew rriċiklati f'sena partikolari f'dik il-faċilità (28), espress bħala LDT

Data tal-iskadenza tal-inklużjoni fil-Lista Ewropea (29)

IT-TURKIJA

Leyal Gemi Söküm Sanayi ve Ticaret

Ltd.

Gemi Söküm Tesisleri, Parcel 3-4 Aliaga

Izmir 35800

IT-TURKIJA

Tel. +90 2326182030

Email: info@leyal.com.tr

Metodu Landing

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

It-tul: ebda limitu

Il-wisa': 100 metru

Il-pixka: 15-il metru

Is-sit għandu Permess tal-Iżmantellar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru tal-Ambjent u l-Ippjanar Urban, u Ċertifikat ta' Awtorizzazzjoni għall-Iżmantellar ta' Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru tat-Trasport, l-Affarijiet Marittimi u l-Komunikazzjoni, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li skonthom topera l-faċilità.

L-iskart perikoluż jiġi mmaniġġjat mill-SRAT (l-Assoċjazzjoni tar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti tat-Turkija) li jopera bil-liċenzja meħtieġa maħruġa mill-Ministeru tal-Ambjent u l-Ippjanar Urban.

Approvazzjoni taċita

Il-pjan ta' riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta' dokumenti, stħarriġ u permessi/liċenzji li huma ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għall-iżmantellar ta' bastiment.

L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu.

55 495  (30)

9.12.2023

Leyal-Demtaş Gemi Söküm Sanayi ve Ticaret A.Ş.

Gemi Söküm Tesisleri,

Parcel 25 Aliaga

Izmir 35800

IT-TURKIJA

Tel. +90 2326182065

Email: demtas@leyal.com.tr

Metodu Landing

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

It-tul: ebda limitu

Il-wisa': 63 metru

Il-pixka: 15-il metru

Is-sit għandu Permess tal-Iżmantellar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru tal-Ambjent u l-Ippjanar Urban, u Ċertifikat ta' Awtorizzazzjoni għall-Iżmantellar ta' Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru tat-Trasport, l-Affarijiet Marittimi u l-Komunikazzjoni, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li skonthom topera l-faċilità.

L-iskart perikoluż jiġi mmaniġġjat mill-SRAT (l-Assoċjazzjoni tar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti tat-Turkija) li jopera bil-liċenzja meħtieġa maħruġa mill-Ministeru tal-Ambjent u l-Ippjanar Urban.

Approvazzjoni taċita

Il-pjan ta' riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta' dokumenti, stħarriġ u permessi/liċenzji li huma ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għall-iżmantellar ta' bastiment.

L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu.

50 350  (31)

9.12.2023

L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA

International Shipbreaking Limited, L.L.C

18601 R.L Ostos Road Brownsville TX, 78521

UNITED STATES

Tel. +1 9568312299

Email: chris.green@internationalshipbreaking.com

robert.berry@internationalshipbreaking.com

Laterali (irmiġġ fl-ilma), rampa

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

It-tul: 335 metru Il-wisa': 48 metru Il-pixka: 9 metri

Il-kundizzjonijiet li skonthom il-faċilità hija awtorizzata topera huma ddefiniti fil-permessi, fiċ-ċertifikati u fl-awtorizzazzjonijiet maħruġa lill-faċilità mill-Aġenzija għall-Protezzjoni Ambjentali, mill-Kummissjoni ta' Texas dwar il-Kwalità Ambjentali, mill-Uffiċċju tal-Artijiet Ġenerali ta' Texas u mill-Gwardja Kostali tal-Istati Uniti.

L-Att dwar il-Kontroll ta' Sustanzi Tossiċi tal-Istati Uniti jipprojbixxi l-importazzjoni fl-Istati Uniti ta' bastimenti b'bandiera barranija li fihom konċentrazzjonijiet ta' PCB akbar minn 50 parti kull miljun.

Il-faċilità għandha żewġ slips b'rampi għar-riċiklaġġ finali tal-bastimenti (East Slip u West Slip). Il-bastimenti li jtajru bandiera ta' Stati Membri tal-UE għandhom jiġu riċiklati biss fuq ir-rampa East Slip.

Bħalissa ma hemm l-ebda proċedura fil-liġi tal-Istati Uniti marbuta mal-approvazzjoni tal-pjanijiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti

120 000  (32)

9.12.2023

(1)  Kif imsemmi fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti.

(2)  Kif imsemmi fit-tielet sentenza tal-Artikolu 32(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013.

(3)  Id-data tal-iskadenza tal-inklużjoni fil-Lista Ewropea tikkorrispondi mad-data tal-iskadenza tal-permess jew l-awtorizzazzjoni mogħtija lill-faċilità fl-Istat Membru.

(4)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 50 000 LDT fis-sena.

(5)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 50 000 LDT fis-sena.

(6)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 200 000 LDT fis-sena.

(7)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 50 000 LDT fis-sena.

(8)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 15 000 LDT fis-sena.

(9)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 60 000 LDT fis-sena.

(10)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 15 000 LDT fis-sena.

(11)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 18 000 LDT fis-sena.

(12)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 23 000 LDT fis-sena.

(13)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 10 000 LDT fis-sena.

(14)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 60 000 LDT fis-sena.

(15)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 15 000 LDT fis-sena.

(16)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 30 000 LDT fis-sena.

(17)  Skont il-permessi tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 12 000 LDT fis-sena (6 000 LDT għal kull post ta' rmiġġ).

(18)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 45 000 LDT fis-sena.

(19)  Skont il-permess tagħha, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 100 000 LDT fis-sena.

(20)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 45 000 LDT fis-sena.

(21)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 5 000 LDT fis-sena.

(22)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 40 000 LDT fis-sena.

(23)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 230 000 LDT fis-sena.

(24)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 7 275 LDT fis-sena.

(25)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 300 000 LDT fis-sena.

(26)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 74 999 LDT fis-sena.

(27)  Kif imsemmi fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti.

(28)  Kif imsemmi fit-tielet sentenza tal-Artikolu 32(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013.

(29)  L-inklużjoni ta' faċilità ta' riċiklaġġ tal-bastimenti li tinsab f'pajjiż terz fil-Lista Ewropea hija valida għal perjodu ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni rilevanti li tipprevedi l-inklużjoni ta' dik il-faċilità, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor.

(30)  Il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 80 000 LDT fis-sena.

(31)  Il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 60 000 LDT fis-sena.

(32)  Il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 120 000 LDT fis-sena.