ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 276

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
7 ta' Novembru 2018

Werrej

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

REGOLAMENTI

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1653 tas-6 ta' Novembru 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela

1

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1654 tas-6 ta' Novembru 2018 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

3

DEĊIŻJONIJIET

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1655 tas-6 ta' Novembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2382 li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta' Sigurtà u ta' Difiża (KESD)

9

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1656 tas-6 ta' Novembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela

10

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1657 tas-6 ta' Novembru 2018 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

12

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.

II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

7.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 276/1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1653

tas-6 ta' Novembru 2018

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 tat-13 ta' Novembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-13 ta' Novembru 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela.

(2)

Id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal persuna waħda elenkata fl-Anness IV għar-Regolament (UE) 2017/2063 jenħtieġ li tiġi emendata.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness IV għar-Regolament (UE) 2017/2063 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV għar-Regolament (UE) 2017/2063 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Novembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

H. LÖGER

(1)  ĠU L 295, 14.11.2017, p. 21.

ANNESS

Fl-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 2017/2063, l-entrata 7 tinbidel b'dan li ġej:

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“7.

Diosdado Cabello Rondón

Data tat-Twelid: 15 ta' April 1963

President tal-Assemblea Kostitwenti u l-Ewwel Viċi President tal-Partit Soċjalista Magħqud tal-Venezwela (PSUV). Involut f'azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż bl-użu tal-media biex jiġu attakkati u mhedda pubblikament l-oppożizzjoni politika, media oħra u s-soċjetà ċivili.

22.1.2018”

7.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 276/3

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1654

tas-6 ta' Novembru 2018

li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 tat-30 ta' Awwissu 2017 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 47(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-30 ta' Awwissu 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2017/1509.

(2)

Fit-3 ta' Ottubru 2017, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit bis-saħħa tar-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (il-“Kumitat tal-KSNU”) iddeżinja erba' bastimenti għal projbizzjoni fuq id-dħul fil-port.

(3)

Fit-28 ta' Diċembru 2017, il-Kumitat tal-KSNU iddeżinja erba' bastimenti oħrajn għal projbizzjoni fuq id-dħul fil-port.

(4)

Fit-30 ta' Marzu 2018, il-Kumitat tal-KSNU iddeżinja 15-il bastiment għall-iffriżar tal-assi u 25 bastiment għal projbizzjoni fuq id-dħul fil-port. Dawk il-bastimenti huma elenkati fl-Anness XIV għar-Regolament (UE) 2017/1509.

(5)

Aktar informazzjoni addizzjonali dwar xi wħud minn dawk il-bastimenti ġiet ippubblikata mill-Kumitat tal-KSNU fil-lista ta' bastimenti ddeżinjati.

(6)

Għalhekk jenħtieġ li -Anness XIV għar-Regolament (UE) 2017/1509 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XIV għar-Regolament (UE) 2017/1509 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Novembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

H. LÖGER

(1)  ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1.

ANNESS

(1)

Fl-Anness XIV għar-Regolament (UE) 2017/1509, l-entrati 1 sa 15 taħt l-intestatura “A. Bastimenti soġġetti għal qbid”, huma sostitwiti b'dan li ġej:

“Isem il-bastiment

Numru tal-OMI

Deżinjat bħala sors ekonomiku ta'

Data tad-deżinjazzjoni min-NU

1.

CHON MYONG 1

It-tanker taż-żejt tar-RDPK il- Bastiment Marittimu (B/M) CHON MYONG 1 wettaq trasferiment minn vapur għal vapur, aktarx ta' żejt, lejn l-aħħar ta' Diċembru 2017.

8712362

30.3.2018

2.

AN SAN 1

It-tanker tar-RDPK il-B/M AN SAN 1 kien involut fi trasferiment minn vapur għal vapur, aktarx ta' żejt, lejn l-aħħar ta' Jannar 2018.

7303803

30.3.2018

3.

YU PHYONG 5

Il-bastiment kummerċjali tar-RDPK il-B/M YU PHONG 5 importa prodotti tal-petroleum raffinati lejn Nampo, RDPK, fid-29 ta' Novembru 2017, permezz ta' trasferiment minn vapur għal vapur imwettaq fis-26 ta' Novembru 2017.

8605026

30.3.2018

4.

SAM JONG 1

Il-bastiment kummerċjali tar-RDPK il-B/M SAM JONG 1 kien involut f'operazzjonijiet ta' trasferiment minn vapur għal vapur ta' żejt, lejn l-aħħar ta' Jannar 2018.

8405311

30.3.2018

5.

SAM JONG 2

Il-bastiment kummerċjali tar-RDPK il-B/M SAM JONG 2 kien involut f'operazzjonijiet ta' trasferiment minn vapur għal vapur ta' żejt, lejn l-aħħar ta' Jannar 2018.

7408873

30.3.2018

6.

SAM MA 2

It-tanker taż-żejt tar-RDPK il-B/M SAM MA 2 importa prodotti tal-petroleum raffinati f'Ottubru, fil-bidu ta' Novembru u f'nofs Novembru 2017 permezz ta' trasferimenti multipli minn vapur għal vapur.

8106496

30.3.2018

7.

YU JONG 2

It-tanker taż-żejt tar-RDPK il-B/M YU JONG 2 kien involut f'operazzjonijiet ta' trasferiment minn vapur għal vapur ta' żejt, f'Novembru 2017. Il-B/M YU JONG 2 kien involut ukoll f'operazzjoni ta' trasferiment minn vapur għal vapur, aktarx ta' żejt, mal-B/M MIN NING DE YOU 078 fis-16 ta' Frar 2018.

8604917

30.3.2018

8.

PAEK MA

Il-bastiment tar-RDPK il-B/M PAEK MA kien involut f'operazzjonijiet ta' trasferiment ta' żejt minn vapur għal vapur, f'nofs Jannar 2018.

9066978

30.3.2018

9.

JI SONG 6

It-tanker tar-RDPK il-B/M JI SONG 6 kien involut f'operazzjonijiet ta' trasferiment ta' żejt minn vapur għal vapur, lejn l-aħħar ta' Jannar 2018.

8898740

30.3.2018

10.

CHON MA SAN

Il-bastiment tar-RDPK il-B/M CHON MA SAN kien involut f'operazzjonijiet ta' trasferiment ta' żejt minn vapur għal vapur f'nofs Novembru 2017.

8660313

30.3.2018

11.

NAM SAN 8

It-tanker ta' żejt mhux raffinat tar-RDPK il-B/M NAM SAN 8 hu maħsub li kien involut f'operazzjonijiet ta' trasferiment taż-żejt minn vapur għal vapur.

8122347

30.3.2018

12.

YU SON

It-tanker tar-RDPK il-B/M YU SON hu maħsub li kien involut f'operazzjonijiet ta' trasferiment taż-żejt minn vapur għal vapur.

8691702

30.3.2018

13.

WOORY STAR

Il-bastiment tal-merkanzija tar-RDPK il-B/M WOORY STAR hu maħsub li kien involut f'trasferimenti illeċiti ta' oġġetti pprojbiti tar-RDPK.

8408595

30.3.2018

14.

JI SONG 8

Il-bastiment tal-merkanzija tar-RDPK il-B/M JI SONG 8 huwa l-proprjetà ta' Phyongchon Shipping & Marine u huwa maħsub li kien involut f'trasferimenti illeċiti ta' oġġetti pprojbiti tar-RDPK.

8503228

Phyongchon Shipping & Marine

30.3.2018

15.

HAP JANG GANG 6

Informazzjoni oħra: Il-bastiment tal-merkanzija tar-RDPK il-B/M HAP JANG GANG 6 huwa l-proprjetà ta' Hapjanggang Shipping Corp u huwa maħsub li kien involut f'trasferimenti illeċiti ta' oġġetti pprojbiti tar-RDPK.

9066540

Hapjanggang Shipping Corp

30.3.2018”

(2)

Fl-Anness XIV għar-Regolament (UE) 2017/1509, l-entrati 1 sa 33 taħt l-intestatura “B. Il-bastimenti pprojbiti milli jidħlu fil-portijiet”, huma sostitwiti b'dan li ġej:

“Isem il-bastiment

Numru tal-OMI

Data tad-deżinjazzjoni min-NU

1.

PETREL 8

Informazzjoni oħra: mhux disponibbli

9562233

(MMSI: 620233000)

3.10.2017

2.

HAO FAN 6

Informazzjoni oħra: mhux disponibbli

8628597

(MMSI: 341985000)

3.10.2017

3.

TONG SAN 2

Informazzjoni oħra: mhux disponibbli

8937675

(MMSI: 445539000)

3.10.2017

4.

JIE SHUN

Informazzjoni oħra: mhux disponibbli

8518780

(MMSI: 514569000)

3.10.2017

5.

BILLIONS NO. 18

Informazzjoni oħra: mhux disponibbli

9191773

28.12.2017

6.

UL JI BONG 6

Informazzjoni oħra: mhux disponibbli

9114555

28.12.2017

7.

RUNG RA 2

Informazzjoni oħra: mhux disponibbli

9020534

28.12.2017

8.

RYE SONG GANG 1

Informazzjoni oħra: mhux disponibbli

7389704

28.12.2017

9.

CHON MYONG 1

Informazzjoni oħra: It-tanker taż-żejt tar-RDPK il-B/M CHON MYONG 1 wettaq trasferiment minn vapur għal vapur, aktarx ta' żejt, lejn l-aħħar ta' Diċembru 2017.

8712362

30.3.2018

10.

AN SAN 1

Informazzjoni oħra: It-tanker tar-RDPK il-B/M AN SAN 1 kien involut f'operazzjonijiet ta' trasferiment minn vapur għal vapur, aktarx ta' żejt, lejn l-aħħar ta' Jannar 2018.

7303803

30.3.2018

11.

YU PHYONG 5

Informazzjoni oħra: Il-bastiment kummerċjali tar-RDPK il-B/M YU PHONG 5 importa prodotti tal-petroleum raffinati lejn Nampo, RDPK, fid-29 ta' Novembru 2017, permezz ta' trasferiment minn vapur għal vapur imwettaq fis-26 ta' Novembru 2017.

8605026

30.3.2018

12.

SAM JONG 1

Informazzjoni oħra: Il-bastiment kummerċjali tar-RDPK il-B/M SAM JONG 1 kien involut f'operazzjonijiet ta' trasferiment ta' żejt minn vapur għal vapur, lejn l-aħħar ta' Jannar 2018.

8405311

30.3.2018

13.

SAM JONG 2

Informazzjoni oħra: Il-bastiment kummerċjali tar-RDPK il-B/M SAM JONG 2 kien involut f'operazzjonijiet ta' trasferiment ta' żejt minn vapur għal vapur, lejn l-aħħar ta' Jannar 2018.

7408873

30.3.2018

14.

SAM MA 2

Informazzjoni oħra: It-tanker taż-żejt tar-RDPK il-B/M SAM MA 2 importa prodotti tal-petroleum raffinati f'Ottubru, fil-bidu ta' Novembru u f'nofs Novembru 2017 permezz ta' trasferimenti multipli minn vapur għal vapur.

8106496

30.3.2018

15.

YU JONG 2

Informazzjoni oħra: It-tanker taż-żejt tar-RDPK il-B/M YU JONG 2 kien involut f'operazzjonijiet ta' trasferiment ta' żejt minn vapur għal vapur, f'Novembru 2017. Il-B/M YU JONG 2 kien involut ukoll f'operazzjoni ta' trasferiment minn vapur għal vapur, aktarx ta' żejt, mal-B/M MIN NING DE YOU 078 fis-16 ta' Frar 2018.

8604917

30.3.2018

16.

PAEK MA

Informazzjoni oħra: Il-bastiment tar-RDPK il-B/M PAEK MA kien involut f'operazzjonijiet ta' trasferiment ta' żejt minn vapur għal vapur, f'nofs Jannar 2018.

9066978

30.3.2018

17.

JI SONG 6

Informazzjoni oħra: It-tanker tar-RDPK il-B/M JI SONG 6 kien involut f'operazzjonijiet ta' trasferiment ta' żejt minn vapur għal vapur, lejn l-aħħar ta' Jannar 2018.

8898740

30.3.2018

18.

CHON MA SAN

Informazzjoni oħra: Il-bastiment tar-RDPK il-B/M CHON MA SAN kien involut f'operazzjonijiet ta' trasferiment ta' żejt minn vapur għal vapur f'nofs Novembru 2017.

8660313

30.3.2018

19.

NAM SAN 8

Informazzjoni oħra: It-tanker ta' żejt mhux raffinat tar-RDPK il-B/M NAM SAN 8 hu maħsub li kien involut f'operazzjonijiet ta' trasferiment taż-żejt minn vapur għal vapur.

8122347

30.3.2018

20.

YU SON

Informazzjoni oħra: It-tanker tar-RDPK il-B/M YU SON hu maħsub li kien involut f'operazzjonijiet ta' trasferiment taż-żejt minn vapur għal vapur.

8691702

30.3.2018

21.

WOORY STAR

Informazzjoni oħra: Il-bastiment tal-merkanzija tar-RDPK il-B/M WOORY STAR hu maħsub li kien involut f'trasferimenti illeċiti ta' oġġetti pprojbiti tar-RDPK.

8408595

30.3.2018

22.

ASIA BRIDGE 1

Informazzjoni oħra: Il-Bastiment Marittimu (B/M) ASIA BRIDGE 1 għabba faħam tar-RDPK f'Nampo, ir-RDPK, fit-22 ta' Ottubru 2017 u ttrasferih għal Cam Pha, il-Vjetnam.

8916580

30.3.2018

23.

XIN GUANG HAI

Informazzjoni oħra: Il-bastiment kummerċjali B/M XIN GUANG HAI għabba faħam tar-RDPK f'Taean, ir-RDPK, fis-27 ta' Ottubru 2017 u ttrasferih għall-Port Klang, il-Malasja, fit-18 ta' Diċembru 2017.

9004700

30.3.2018

24.

HUA FU

Informazzjoni oħra: Il-B/M HUA FU għabba faħam tar-RDPK f'Najin, RDPK, fl-24 ta' Settembru 2017.

9020003

30.3.2018

25.

YUK TUNG

Informazzjoni oħra: Il-B/M YUK TUNG involut fi trasferiment minn vapur għal vapur, aktarx ta' żejt, mal-B/M RYE SONG GANG f'Jannar 2018.

9030591

30.3.2018

26.

KOTI

Informazzjoni oħra: Il-B/M KOTI involut fi trasferiment minn vapur għal vapur, aktarx ta' żejt, mal-B/M KUM UN SAN 3 fid-9 ta' Diċembru 2017.

9417115

30.3.2018

27.

DONG FENG 6

Informazzjoni oħra: Il-B/M DONG FENG 6 għabba faħam tar-RDPK f'Hamhung, ir-RDPK, fil-11 ta' Lulju 2017, għall-esportazzjoni bi ksur tas-sanzjonijiet tan-NU.

9008201

30.3.2018

28.

HAO FAN 2

Informazzjoni oħra: Il-B/M HAO FAN 2 għabba faħam tar-RDPK f'Nampo, ir-RDPK, fil-3 ta' Ġunju 2017, għall-esportazzjoni bi ksur tas-sanzjonijiet tan-NU.

8747604

30.3.2018

29.

HAO FAN 6

Informazzjoni oħra: Il-B/M HAO FAN 6 għabba faħam tar-RDPK f'Nampo, ir-RDPK, fis-27 ta' Awwissu 2017.

8628597

30.3.2018

30.

JIN HYE

Informazzjoni oħra: Il-B/M JIN HYE involut fi trasferiment minn vapur għal vapur, aktarx ta' żejt, mal-B/M CHON MA SAN fis-16 ta' Diċembru 2017.

8518572

30.3.2018

31.

FAN KE

Informazzjoni oħra: Il-B/M FAN KE għabba faħam tar-RDPK f'Nampo, RDPK, f'Settembru/Ottubru 2017.

8914934

30.3.2018

32.

WAN HENG 11

Informazzjoni oħra: M/V WAN HENG 11 involut fi trasferiment minn vapur għal vapur, aktarx ta' żejt, ma' M/V RYE SONG GANG 1 fit-13 ta' Frar 2018.

Wan Heng 11, bastiment li qabel kien itajjar il-bandiera ta' Belize, issa qed jopera bħala bastiment li jtajjar il-bandiera tar-RDPK msemmi KUMJINGANG3 jew Kum Jin Gang 3.

8791667

30.3.2018

33.

MIN NING DE YOU 078

Informazzjoni oħra: B/M MIN NING DE YOU involut fi trasferiment minn vapur għal vapur, aktarx ta' żejt, ma' B/M YU JONG 2 fis-16 ta' Frar 2018.

Ma jeżistix

30.3.2018”

DEĊIŻJONIJIET

7.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 276/9

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1655

tas-6 ta' Novembru 2018

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2382 li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta' Sigurtà u ta' Difiża (KESD)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 28(1), 42(4) u 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-21 ta' Diċembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2382 (1) li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta' Sigurtà u ta' Difiża (KESD).

(2)

Jenħtieġ li jiġi stabbilit ammont ta' referenza finanzjarja ġdid għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2019.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2382 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/2382

Fl-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/2382, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-KESD matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2019 għandu jkun ta' EUR 1 365 816.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-KESD għal perijodi sussegwenti għandu jiġi deċiż mill-Kunsill.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Novembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

H. LÖGER

(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2382 tal-21 ta' Diċembru 2016 li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta' Sigurtà u ta' Difiża (KESD) u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/189/PESK (ĠU L 352, 23.12.2016, p. 60).

7.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 276/10

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1656

tas-6 ta' Novembru 2018

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-13 ta' Novembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 (1) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela.

(2)

Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jiġġeddu sal-14 ta' Novembru 2019.

(3)

Id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal persuna waħda elenkata fl-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 jenħtieġ li tiġi emendata.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 13 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 13

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-14 ta' Novembru 2019.

Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Hija għandha tiġi mġedda, jew emendata kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”;

(2)

l-Anness I huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Novembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

H. LÖGER

(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 tat-13 ta' Novembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU L 295, 14.11.2017, p. 60).

ANNESS

Fl-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074, l-entrata 7 tinbidel b'dan li ġej:

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“7.

Diosdado Cabello Rondón

Data tat-Twelid: 15 ta' April 1963

President tal-Assemblea Kostitwenti u l-Ewwel Viċi President tal-Partit Soċjalista Magħqud tal-Venezwela (PSUV). Involut f'azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż bl-użu tal-media biex jiġu attakkati u mhedda pubblikament l-oppożizzjoni politika, media oħra u s-soċjetà ċivili.

22.1.2018”

7.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 276/12

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1657

tas-6 ta' Novembru 2018

li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-27 ta' Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849.

(2)

Fit-3 ta' Ottubru 2017, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit bis-saħħa tar-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà (il-“Kumitat tal-KSNU”) iddeżinja erba' bastimenti għal projbizzjoni fuq id-dħul fil-port.

(3)

Fit-28 ta' Diċembru 2017, il-Kumitat tal-KSNU iddeżinja erba' bastimenti oħrajn għal projbizzjoni fuq id-dħul fil-port.

(4)

Fit-30 ta' Marzu 2018, il-Kumitat tal-KSNU iddeżinja 15-il bastiment għall-iffriżar tal-assi, 25 bastiment għal projbizzjoni fuq id-dħul fil-port u 12-il bastiment għat-tneħħija tal-bandiera.

(5)

Dawk il-bastimenti huma elenkati fl-Anness IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849.

(6)

Aktar informazzjoni addizzjonali dwar xi wħud minn dawk il-bastimenti ġiet ippubblikata mill-Kumitat tal-KSNU fil-lista ta' bastimenti ddeżinjati.

(7)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Novembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

H. LÖGER

(1)  ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.

ANNESS

(1)

Fl-Anness IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, l-entrati 1 sa 12 taħt l-intestatura “A. Bastimenti li il-bandiera tagħhom tneħħiet”, huma sostitwiti b'dan li ġej:

Isem il-bastiment

Numru tal-OMI

Data tad-deżinjazzjoni min-NU

“1.

ASIA BRIDGE 1

Informazzjoni oħra: Il-Bastiment Marittimu (B/M) ASIA BRIDGE 1 għabba faħam tar-RDPK f'Nampo, RDPK, fit-22 ta' Ottubru 2017 u ttrasferih għal Cam Pha, il-Vjetnam.

8916580

30.3.2018

2.

XIN GUANG HAI

Informazzjoni oħra: Il-bastiment kummerċjali B/M XIN GUANG HAI għabba faħam tar-RDPK f'Taean, ir-RDPK, fis-27 ta' Ottubru 2017 u ttrasferih għall-Port Klang, il-Malasja, fit-18 ta' Diċembru 2017.

9004700

30.3.2018

3.

HUA FU

Informazzjoni oħra: Il-B/M HUA FU għabba faħam tar-RDPK f'Najin, RDPK, fl-24 ta' Settembru 2017.

9020003

30.3.2018

4.

YUK TUNG

Informazzjoni oħra: Il-B/M YUK TUNG involut fi trasferiment minn vapur għal vapur, aktarx ta' żejt, mal-B/M RYE SONG GANG f'Jannar 2018.

9030591

30.3.2018

5.

KOTI

Informazzjoni oħra: Il-B/M KOTI involut fi trasferiment minn vapur għal vapur, aktarx ta' żejt, mal-B/M KUM UN SAN 3 fid-9 ta' Diċembru 2017.

9417115

30.3.2018

6.

DONG FENG 6

Informazzjoni oħra: Il-B/M DONG FENG 6 għabba faħam tar-RDPK f'Hamhung, ir-RDPK, fil-11 ta' Lulju 2017, għall-esportazzjoni bi ksur tas-sanzjonijiet tan-NU.

9008201

30.3.2018

7.

HAO FAN 2

Informazzjoni oħra: Il-B/M HAO FAN 2 għabba faħam tar-RDPK f'Nampo, ir-RDPK, fil-3 ta' Ġunju 2017, għall-esportazzjoni bi ksur tas-sanzjonijiet tan-NU.

8747604

30.3.2018

8.

HAO FAN 6

Informazzjoni oħra: Il-B/M HAO FAN 6 għabba faħam tar-RDPK f'Nampo, ir-RDPK, fis-27 ta' Awwissu 2017.

8628597

30.3.2018

9.

JIN HYE

Informazzjoni oħra: Il-B/M JIN HYE involut fi trasferiment minn vapur għal vapur, aktarx ta' żejt, mal-B/M CHON MA SAN fis-16 ta' Diċembru 2017.

8518572

30.3.2018

10.

FAN KE

Informazzjoni oħra: Il-B/M FAN KE għabba faħam tar-RDPK f'Nampo, RDPK, f'Settembru/Ottubru 2017.

8914934

30.3.2018

11.

WAN HENG 11

Informazzjoni oħra: M/V WAN HENG 11 involut fi trasferiment minn vapur għal vapur, aktarx ta' żejt, ma' M/V RYE SONG GANG 1 fit-13 ta' Frar 2018.

Wan Heng 11, bastiment li qabel kien itajjar il-bandiera ta' Belize, issa qed jopera bħala bastiment li jtajjar il-bandiera tar-RDPK msemmi KUMJINGANG3 jew Kum Jin Gang 3.

8791667

30.3.2018

12.

MIN NING DE YOU 078

Informazzjoni oħra: B/M MIN NING DE YOU involut fi trasferiment minn vapur għal vapur, aktarx ta' żejt, ma' B/M YU JONG 2 fis-16 ta' Frar 2018.

Ma jeżistix

30.3.2018”

(2)

Fl-Anness IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, l-entrati 1 sa 33 taħt l-intestatura “D. Il-bastimenti li huma pprojbiti li jidħlu f'portijiet”, huma sostitwiti b'dan li ġej:

Isem il-bastiment

Numru tal-OMI

Data tad-deżinjazzjoni min-NU

“1.

PETREL 8

Informazzjoni oħra: mhux disponibbli

9562233

(MMSI: 620233000)

3.10.2017

2.

HAO FAN 6

Informazzjoni oħra: mhux disponibbli

8628597

(MMSI: 341985000)

3.10.2017

3.

TONG SAN 2

Informazzjoni oħra: mhux disponibbli

8937675

(MMSI: 445539000)

3.10.2017

4.

JIE SHUN

Informazzjoni oħra: mhux disponibbli

8518780

(MMSI: 514569000)

3.10.2017

5.

BILLIONS NO. 18

Informazzjoni oħra: mhux disponibbli

9191773

28.12.2017

6.

UL JI BONG 6

Informazzjoni oħra: mhux disponibbli

9114555

28.12.2017

7.

RUNG RA 2

Informazzjoni oħra: mhux disponibbli

9020534

28.12.2017

8.

RYE SONG GANG 1

Informazzjoni oħra: mhux disponibbli

7389704

28.12.2017

9.

CHON MYONG 1

Informazzjoni oħra: It-tanker taż-żejt tar-RDPK il-B/M CHON MYONG 1 wettaq trasferiment minn vapur għal vapur, aktarx ta' żejt, lejn l-aħħar ta' Diċembru 2017.

8712362

30.3.2018

10.

AN SAN 1

Informazzjoni oħra: It-tanker tar-RDPK il-B/M AN SAN 1 kien involut f'operazzjonijiet ta' trasferiment minn vapur għal vapur, aktarx ta' żejt, lejn l-aħħar ta' Jannar 2018.

7303803

30.3.2018

11.

YU PHYONG 5

Informazzjoni oħra: Il-bastiment kummerċjali tar-RDPK il-B/M YU PHONG 5 importa prodotti tal-petroleum raffinati lejn Nampo, RDPK, fid-29 ta' Novembru 2017, permezz ta' trasferiment minn vapur għal vapur imwettaq fis-26 ta' Novembru 2017.

8605026

30.3.2018

12.

SAM JONG 1

Informazzjoni oħra: Il-bastiment kummerċjali tar-RDPK il-B/M SAM JONG 1 kien involut f'operazzjonijiet ta' trasferiment ta' żejt minn vapur għal vapur, lejn l-aħħar ta' Jannar 2018.

8405311

30.3.2018

13.

SAM JONG 2

Informazzjoni oħra: Il-bastiment kummerċjali tar-RDPK il-B/M SAM JONG 2 kien involut f'operazzjonijiet ta' trasferiment ta' żejt minn vapur għal vapur, lejn l-aħħar ta' Jannar 2018.

7408873

30.3.2018

14.

SAM MA 2

Informazzjoni oħra: It-tanker taż-żejt tar-RDPK il-B/M SAM MA 2 importa prodotti tal-petroleum raffinati f'Ottubru, fil-bidu ta' Novembru u f'nofs Novembru 2017 permezz ta' trasferimenti multipli minn vapur għal vapur.

8106496

30.3.2018

15.

YU JONG 2

Informazzjoni oħra: It-tanker taż-żejt tar-RDPK il-B/M YU JONG 2 kien involut f'operazzjonijiet ta' trasferiment ta' żejt minn vapur għal vapur, f'Novembru 2017. Il-B/M YU JONG 2 kien involut ukoll f'operazzjoni ta' trasferiment minn vapur għal vapur, aktarx ta' żejt, mal-B/M MIN NING DE YOU 078 fis-16 ta' Frar 2018.

8604917

30.3.2018

16.

PAEK MA

Informazzjoni oħra: Il-bastiment tar-RDPK il-B/M PAEK MA kien involut f'operazzjonijiet ta' trasferiment ta' żejt minn vapur għal vapur, f'nofs Jannar 2018.

9066978

30.3.2018

17.

JI SONG 6

Informazzjoni oħra: It-tanker tar-RDPK il-B/M JI SONG 6 kien involut f'operazzjonijiet ta' trasferiment ta' żejt minn vapur għal vapur, lejn l-aħħar ta' Jannar 2018.

8898740

30.3.2018

18.

CHON MA SAN

Informazzjoni oħra: Il-bastiment tar-RDPK il-B/M CHON MA SAN kien involut f'operazzjonijiet ta' trasferiment ta' żejt minn vapur għal vapur f'nofs Novembru 2017.

8660313

30.3.2018

19.

NAM SAN 8

Informazzjoni oħra: It-tanker ta' żejt mhux raffinat tar-RDPK il-B/M NAM SAN 8 hu maħsub li kien involut f'operazzjonijiet ta' trasferiment taż-żejt minn vapur għal vapur.

8122347

30.3.2018

20.

YU SON

Informazzjoni oħra: It-tanker tar-RDPK il-B/M YU SON hu maħsub li kien involut f'operazzjonijiet ta' trasferiment taż-żejt minn vapur għal vapur.

8691702

30.3.2018

21.

WOORY STAR

Informazzjoni oħra: Il-bastiment tal-merkanzija tar-RDPK il-B/M WOORY STAR hu maħsub li kien involut f'trasferimenti illeċiti ta' oġġetti pprojbiti tar-RDPK.

8408595

30.3.2018

22.

ASIA BRIDGE 1

Informazzjoni oħra: Il-bastiment marittimu ASIA BRIDGE 1 għabba faħam tar-RDPK f'Nampo, fit-22 ta' Ottubru 2017 u ttrasferih għal Cam Pha, il-Vjetnam.

8916580

30.3.2018

23.

XIN GUANG HAI

Informazzjoni oħra: Il-bastiment kummerċjali B/M XIN GUANG HAI għabba faħam tar-RDPK f'Taean, ir-RDPK, fis-27 ta' Ottubru 2017 u ttrasferih għall-Port Klang, il-Malasja, fit-18 ta' Diċembru 2017.

9004700

30.3.2018

24.

HUA FU

Informazzjoni oħra: Il-bastiment marittimu HUA FU għabba faħam tar-RDPK f'Najin, RDPK, fl-24 ta' Settembru 2017.

9020003

30.3.2018

25.

YUK TUNG

Informazzjoni oħra: Il-B/M YUK TUNG involut fi trasferiment minn vapur għal vapur, aktarx ta' żejt, mal-B/M RYE SONG GANG f'Jannar 2018.

9030591

30.3.2018

26.

KOTI

Informazzjoni oħra: Il-B/M KOTI involut fi trasferiment minn vapur għal vapur, aktarx ta' żejt, mal-B/M KUM UN SAN 3 fid-9 ta' Diċembru 2017.

9417115

30.3.2018

27.

DONG FENG 6

Informazzjoni oħra: Il-B/M DONG FENG 6 għabba faħam tar-RDPK f'Hamhung, ir-RDPK, fil-11 ta' Lulju 2017, għall-esportazzjoni bi ksur tas-sanzjonijiet tan-NU.

9008201

30.3.2018

28.

HAO FAN 2

Informazzjoni oħra: Il-B/M HAO FAN 2 għabba faħam tar-RDPK f'Nampo, ir-RDPK, fil-3 ta' Ġunju 2017, għall-esportazzjoni bi ksur tas-sanzjonijiet tan-NU.

8747604

30.3.2018

29.

HAO FAN 6

Informazzjoni oħra: Il-B/M HAO FAN 6 għabba faħam tar-RDPK f'Nampo, ir-RDPK, fis-27 ta' Awwissu 2017.

8628597

30.3.2018

30.

JIN HYE

Informazzjoni oħra: Il-B/M JIN HYE involut fi trasferiment minn vapur għal vapur, aktarx ta' żejt, mal-B/M CHON MA SAN fis-16 ta' Diċembru 2017.

8518572

30.3.2018

31.

FAN KE

Informazzjoni oħra: Il-B/M FAN KE għabba faħam tar-RDPK f'Nampo, RDPK, f'Settembru/Ottubru 2017.

8914934

30.3.2018

32.

WAN HENG 11

Informazzjoni oħra: M/V WAN HENG 11 involut fi trasferiment minn vapur għal vapur, aktarx ta' żejt, ma' M/V RYE SONG GANG 1 fit-13 ta' Frar 2018.

Wan Heng 11, bastiment li qabel kien itajjar il-bandiera ta' Belize, issa qed jopera bħala bastiment li jtajjar il-bandiera tar-RDPK msemmi KUMJINGANG3 jew Kum Jin Gang 3.

8791667

30.3.2018

33.

MIN NING DE YOU 078

Informazzjoni oħra: B/M MIN NING DE YOU involut fi trasferiment minn vapur għal vapur, aktarx ta' żejt, ma' B/M YU JONG 2 fis-16 ta' Frar 2018.

Ma jeżistix

30.3.2018”.

(3)

Fl-Anness IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, l-entrati 1 sa 15 taħt l-intestatura “E. Bastimenti soġġetti għall-iffriżar ta' assi”, huma sostitwiti b'dan li ġej:

Isem il-bastiment

Numru tal-OMI

Deżinjat bħala sors ekonomiku ta'

Data tad-deżinjazzjoni min-NU

“1.

CHON MYONG 1

It-tanker taż-żejt tar-RDPK il-B/M CHON MYONG 1 wettaq trasferiment minn vapur għal vapur, aktarx ta' żejt, lejn l-aħħar ta' Diċembru 2017.