|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 271 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 61 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
30.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 271/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1618
tat-12 ta' Lulju 2018
li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 231/2013 f'dak li għandu x' jaqsam mad-dmirijiet ta' salvagwardja tad-depożitarji
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(17) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Minħabba liġijiet nazzjonali li jvarjaw dwar it-titoli u l-insolvenza, li mhumiex armonizzati fil-livell tal-Unjoni, teżisti diverġenza fil-livell ta' protezzjoni minn riskji ta' insolvenza għal strumenti finanzjarji miżmuma f'kustodja minn partijiet terzi għal klijenti ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi (“AIFs”). Sabiex tiġi żgurata protezzjoni b'saħħitha tal-assi tal-klijenti kif previst fid-Direttiva 2011/61/UE, filwaqt li jiġu pprovduti rekwiżiti tal-liġi nazzjonali aktar b'saħħithom fir-rigward ta' dawn l-oqsma mhux armonizzati, huwa neċessarju li jiġu ċċarati l-obbligi relatati mas-salvagwardja tal-assi stabbiliti fid-Direttiva 2011/61/UE. |
|
(2) |
Bħalissa l-awtoritajiet kompetenti u l-industrija japplikaw ir-rekwiżiti tas-segregazzjoni tal-assi stabbiliti fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2013 (2) b'mod differenti. Filwaqt li d-depożitarji, li huma fl-ewwel livell ta' katina ta' kustodja, għandhom l-obbligu li jipprovdu l-possibbiltà li kont individwali jżomm strumenti finanzjarji għal kull klijent tal-AIF, irid jiġi ċċarat li meta l-funzjoni ta' kustodja tiġi delegata lil parti terza, jenħtieġ li din tal-aħħar tkun tista' żżomm l-assi tal-klijenti ta' depożitarju wieħed, inklużi l-assi għal AIFs u l-Impriżi għal Investiment Kollettiv f'Titoli Trasferibbli (“UCITS”), f'kont omnibus. Jenħtieġ li dan il-kont omnibus jeskludi dejjem l-assi proprjetarji tad-depożitarju u l-assi proprjetarji tal-parti terza kif ukoll l-assi li jappartjenu lil klijenti oħra tal-parti terza. Bl-istess mod, f'każijiet fejn il-funzjoni ta' kustodja tiġi ddelegata ulterjorment, jenħtieġ li s-sottokustodju jkun jista' jżomm l-assi tal-klijenti tal-kustodju ta' delega, f'kont omnibus. Jenħtieġ li dan il-kont omnibus jeskludi dejjem l-assi proprjetarji tas-sottokustodju u l-assi proprjetarji tal-kustodja ta' delega kif ukoll l-assi li jappartjenu lil klijenti oħra tas-sottokustodju. Dan huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq bilanċ tajjeb bejn l-effiċjenza tas-suq u l-protezzjoni tal-investitur. |
|
(3) |
Sabiex jiġi minimizzat ir-riskju ta' telf ta' assi miżmuma f'kontijiet omnibus ta' strumenti finanzjarji pprovduti minn partijiet terzi, li lilhom tkun ġiet iddelegata l-funzjoni ta' kustodja, jenħtieġ li l-frekwenza ta' rikonċiljazzjonijiet bejn il-kontijiet u r-rekords tat-titoli finanzjarji ta' depożitarju ta' klijent AIF u l-parti terza jew bejn partijiet terzi, meta l-funzjoni ta' kustodja tkun ġiet iddelegata aktar 'l isfel fil-katina tal-kustodja, tiżgura trażmissjoni f'waqtha tal-informazzjoni rilevanti lid-depożitarju. Barra minn hekk, il-frekwenza ta' dawn ir-rikonċiljazzjonijiet jenħtieġ li tiddependi fuq kull moviment f'dan il-kont omnibus, inklużi transazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-assi li jappartjenu lil klijenti oħra tad-depożitarju li jinżammu fl-istess kont omnibus bħall-assi tal-AIF. |
|
(4) |
Jenħtieġ li d-depożitarju jkun jista' jkompli jwettaq id-dmirijiet tiegħu b'mod effettiv meta l-kustodja tal-assi tal-klijenti AIF tiegħu tiġi delegata lil parti terza. Huwa għalhekk meħtieġ li d-depożitarju jintalab iżomm rekord fil-kont ta' strumenti finanzjarji li jkun fetaħ f'isem il-klijent AIF tiegħu jew f'isem l-AIFM, li jaġixxi f'isem l-AIF, li juri li l-assi miżmuma f'kustodja minn parti terza jappartjenu lil dak l-AIF partikolari. |
|
(5) |
Biex tissaħħaħ il-pożizzjoni tad-depożitarji fir-rigward ta' partijiet terzi li lilhom tiġi ddelegata l-kustodja tal-assi, jenħtieġ li din ir-relazzjoni tiġi dokumentata permezz ta' kuntratt ta' delega bil-miktub. Jenħtieġ li dan il-kuntratt jippermetti lid-depożitarju jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex ikun żgurat li l-assi miżmuma f'kustodja jkunu salvagwardjati kif xieraq u li l-parti terza tikkonforma f'kull ħin mal-kuntratt ta' delega u mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2011/61/UE u tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 231/2013. Barra minn hekk, jenħtieġ li d-depożitarju u l-parti terza jaqblu formalment dwar jekk il-parti terza hijiex permessa li tkompli tiddelega l-funzjonijiet ta' kustodja. F'dak il-każ, jenħtieġ li l-arranġament jew il-kuntratt bejn il-parti terza ta' delega u l-parti terza li lilha jkunu ġew delegati ulterjorment il-funzjonijiet ta' kustodja, ikun soġġett għad-drittijiet u l-obbligi li huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti bejn id-depożitarju u l-parti terza ta' delega. |
|
(6) |
Sabiex jippermetti lid-depożitarju jwettaq il-funzjonijiet tiegħu jeħtieġ li tissaħħaħ is-sorveljanza tad-depożitarji fuq il-partijiet terzi, irrispettivament minn jekk ikunux jinsabu ġewwa jew barra l-Unjoni. Jenħtieġ li d-depożitarji jivverifikaw jekk l-istrumenti finanzjarji tal-AIFs jkunux reġistrati b'mod korrett fil-kotba ta' parti terza u li r-rekords miżmuma jkunu preċiżi biżżejjed biex ikunu jistgħu jiġu identifikati n-natura, il-post u s-sjieda tal-assi miżmuma f'kustodja. Biex jiġi ffaċilitat it-twettiq effettiv tad-dmirijiet tad-depożitarji, jenħtieġ li l-partijiet terzi jipprovdulhom dikjarazzjoni dwar kull bidla li taffettwa l-assi miżmuma f'kustodja għall-klijenti AIF tad-depożitarji. |
|
(7) |
Bħala parti mill-obbligi tad-depożitarji li jeżerċitaw attenzjoni u diliġenza f'każijiet ta' delega tal-funzjonijiet ta' kustodja, qabel ma jiddelegaw din il-funzjoni lil parti terza li tinsab barra l-Unjoni, jenħtieġ li d-depożitarju jirċievi opinjoni ġuridika indipendenti li tivvaluta l-liġi dwar l-insolvenza tal-pajjiż terz fejn dik il-parti terza tkun tinsab, li tinkludi evalwazzjoni tal-livell ta' protezzjoni mogħtija mill-kontijiet ta' strumenti finanzjarji segregati f'dik il-ġurisdizzjoni. L-opinjoni mogħtija għal kull ġurisdizzjoni mill-federazzjonijiet tal-industrija rilevanti jew mid-ditti legali għall-benefiċċju ta' diversi depożitarji jenħtieġ li tkun aċċettabbli. Barra minn hekk, id-depożitarju għandu jiżgura li l-parti terza li tinsab barra l-Unjoni tinformah dwar kull bidla fiċ-ċirkostanzi jew f'dik il-liġi dwar l-insolvenza tal-pajjiż terz, li tista' taffettwa l-istat tal-assi tal-klijenti AIF tad-depożitarju. |
|
(8) |
Sabiex id-depożitorji jkollhom żmien biżżejjed biex jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda li jinsabu f'dan ir-Regolament, id-data tal-bidu tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi differita bi tmintax-il xahar wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(9) |
Il-miżuri introdotti b'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar it-Titoli u s-Swieq (3). |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-grupp ta' esperti tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli. |
|
(11) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2013 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 231/2013 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 89 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 98, jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej: “2a. Kuntratt, li permezz tiegħu id-depożitarju jaħtar parti terza biex iżżomm l-assi tal-klijenti AIF tad-depożitarju f'kustodja, għandu jinkludi tal-anqas id-dispożizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(3) |
L-Artikolu 99 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta' April 2020
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Lulju 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).
(2) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-eżenzjonijiet, il-kundizzjonijiet ġenerali tal-operat, id-depożitarji, l-ingranaġġ, it-trasparenza u s-superviżjoni (ĠU L 83, 22.3.2013, p. 1).
(3) L-Opinjoni tal-AETS, 20.7.2017, 34 45 277.
|
30.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 271/6 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1619
tat-12 ta' Lulju 2018
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/438 f'dak li għandu x'jaqsam mad-dmirijiet ta' salvagwardja tad-depożitarji
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (1), u partikolarment l-Artikolu 26b tagħha,
Billi:
|
(1) |
Minħabba liġijiet nazzjonali li jvarjaw dwar it-titoli u l-insolvenza, li mhumiex armonizzati fil-livell tal-Unjoni, hemm diverġenza fil-livell ta' protezzjoni għal strumenti finanzjarji miżmuma f'kustodja għal klijenti tal-Impriżi għall-Investiment Kollettiv f'Titoli Trasferibbli (“UCITS”) minn riskji ta' insolvenza. Sabiex tiġi żgurata protezzjoni b'saħħitha tal-assi tal-klijenti kif previst fid-Direttiva 2009/65/KE, filwaqt li jiġu pprovduti rekwiżiti tal-liġi nazzjonali aktar b'saħħithom fir-rigward ta' dawn l-oqsma mhux armonizzati, huwa neċessarju li jiġu ċċarati l-obbligi relatati mas-salvagwardja tal-assi stabbiliti fid-Direttiva 2009/65/KE. |
|
(2) |
Fil-preżent, l-awtoritajiet kompetenti u l-industrija japplikaw ir-rekwiżiti tas-segregazzjoni tal-assi stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/438 (2) b'mod differenti. Filwaqt li d-depożitarji, li huma fl-ewwel livell ta' katina ta' kustodja, għandhom l-obbligu li jipprovdu l-possibbiltà lil kont individwali li jżomm strumenti finanzjarji għal kull klijent tal-UCITS, huwa neċessarju li jiġi ċċarat li meta l-funzjoni ta' kustodja tiġi delegata lil parti terza, jenħtieġ li din tal-aħħar tkun tista' żżomm l-assi tal-klijenti ta' depożitarju wieħed, inklużi l-assi għal UCITS u l-Fondi ta' Investiment Alternattivi (“AIFs”), f'kont omnibus. Jenħtieġ li dan il-kont omnibus jeskludi dejjem l-assi proprjetarji tad-depożitarju u l-assi proprjetarji tal-parti terza kif ukoll l-assi li jappartjenu lil klijenti oħra tal-parti terza. Bl-istess mod, f'każijiet fejn il-funzjoni ta' kustodja tiġi ddelegata ulterjorment, jenħtieġ li s-sottokustodju jkun jista' jżomm l-assi tal-klijenti tal-kustodju ta' delega, f'kont omnibus. Jenħtieġ li dan il-kont omnibus jeskludi dejjem l-assi proprjetarji tas-sottokustodju u l-assi proprjetarji tal-kustodju ta' delega kif ukoll l-assi li jappartjenu lil klijenti oħra tas-sottokustodju. Dan huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq bilanċ tajjeb bejn l-effiċjenza tas-suq u l-protezzjoni tal-investitur. |
|
(3) |
Sabiex jiġi minimizzat ir-riskju ta' telf ta' assi miżmuma f'kontijiet omnibus ta' strumenti finanzjarji pprovduti minn partijiet terzi, li lilhom tkun ġiet iddelegata l-funzjoni ta' kustodja, jenħtieġ li l-frekwenza ta' rikonċiljazzjonijiet bejn il-kontijiet u r-rekords tat-titoli finanzjarji ta' depożitarju ta' klijent UCITS u l-parti terza jew bejn partijiet terzi, meta l-funzjoni ta' kustodja tkun ġiet iddelegata aktar 'l isfel fil-katina tal-kustodja, tiżgura trażmissjoni f'waqtha tal-informazzjoni rilevanti lid-depożitarju. Barra minn hekk, il-frekwenza ta' dawn ir-rikonċiljazzjonijiet jenħtieġ li tiddependi fuq kull moviment f'dan il-kont omnibus, inklużi transazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-assi li jappartjenu lil klijenti oħra tad-depożitarju li jinżammu fl-istess kont omnibus bħall-assi tal-UCITS. |
|
(4) |
Jenħtieġ li d-depożitarju jkun jista' jkompli jwettaq id-dmirijiet tiegħu b'mod effettiv meta l-kustodja tal-assi tal-klijenti UCITS tiegħu tiġi delegata lil parti terza. Huwa għalhekk meħtieġ li d-depożitarju jintalab iżomm rekord fil-kont ta' strumenti finanzjarji li jkun fetaħ f'isem UCITS jew f'isem il-kumpanija maniġerjali li taġixxi f'isem l-UCITS, li turi li l-assi miżmuma f'kustodja minn parti terza jappartjenu lil dik l-UCITS partikolari. |
|
(5) |
Biex tissaħħaħ il-pożizzjoni tad-depożitarji fir-rigward ta' partijiet terzi li lilhom tiġi ddelegata l-kustodja tal-assi, jenħtieġ li din ir-relazzjoni tiġi dokumentata permezz ta' kuntratt ta' delega bil-miktub Jenħtieġ li dan il-kuntratt jippermetti lid-depożitarju jieħdu l-passi kollha neċessarji biex ikun żgurat li l-assi miżmuma f'kustodja jkunu salvagwardjati kif xieraq u li l-parti terza tikkonforma f'kull ħin mal-kuntratt ta' delega u mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/65/KE u tar-Regolament Delegat (UE) 2016/438. Barra minn hekk, jenħtieġ li d-depożitarju u l-parti terza jaqblu formalment dwar jekk il-parti terza hijiex permessa li tkompli tiddelega l-funzjonijiet ta' kustodja. F'dak il-każ, jenħtieġ li l-kuntratt bejn il-parti terza ta' delega u l-parti terza li lilha jkunu ġew delegati ulterjorment il-funzjonijiet ta' kustodja, ikun soġġett għad-drittijiet u l-obbligi li huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti bejn id-depożitarju u l-parti terza ta' delega. |
|
(6) |
Sabiex jippermetti lid-depożitarju jwettaq il-funzjonijiet tiegħu jeħtieġ li tissaħħaħ is-sorveljanza tad-depożitarji fuq il-partijiet terzi, irrispettivament minn jekk ikunux jinsabu ġewwa jew barra l-Unjoni Jenħtieġ li d-depożitarji jivverifikaw jekk l-istrumenti finanzjarji tal-UCITS jkunux reġistrati b'mod korrett fil-kotba ta' dawn il-partijiet terzi. Jenħtieġ li r-reġistri miżmuma minn partijiet terzi jkunu preċiżi biżżejjed biex ikunu jistgħu jiġu identifikati n-natura, il-post u s-sjieda tal-assi. Biex jiġi ffaċilitat it-twettiq effettiv tad-dmirijiet tad-depożitarji, jenħtieġ li l-partijiet terzi jipprovdulhom dikjarazzjoni dwar kull bidla li taffettwa l-assi miżmuma f'kustodja għal klijenti UCITS tad-depożitarji. |
|
(7) |
Sabiex tittejjeb iċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali tar-Regolament Delegat (UE) 2016/438, huwa meħtieġ li jiġu emendati ċerti referenzi interni li huma żbaljati. Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2016/438 jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Biex id-depożitorji jkollhom żmien biżżejjed biex jadattaw għal dawn ir-rekwiżiti l-ġodda, jenħtieġ li d-data ta' applikazzjoni tiġi differita għal tmintax-il xahar wara l-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(9) |
Il-miżuri introdotti b'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar it-Titoli u s-Swieq (3). |
|
(10) |
Il-miżuri introdotti b'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-grupp ta' esperti tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli. |
|
(11) |
Għaldaqstant ir-Regolament Delegat (UE) 2016/438 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/438 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 15, jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej: “2a Kuntratt li bih id-depożitarju jaħtar parti terza biex iżżomm l-assi tal-klijenti UCITS ta' dan id-depożitarju f'kustodja, għandu jinkludi tal-anqas id-dispożizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(3) |
fl-Artikolu 16, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej: “1. Meta l-funzjonijiet ta' salvagwardja jkunu ġew delegati kompletament jew parzjalment lil parti terza, depożitarju għandu jiżgura li l-parti terza li lilha jkunu ġew iddelegati l-funzjonijiet ta' salvagwardja skont l-Artikolu 22a tad-Direttiva 2009/65/KE, taġixxi skont l-obbligu tas-segregazzjoni stabbilit fil-punt (c) tal-Artikolu 22a(3) ta' dik id-Direttiva filwaqt li jiżgura u jivverifika li l-parti terza:
|
|
(4) |
L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
Fl-Artikolu 22 il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej: “Il-kumpanija maniġerjali jew il-kumpanija ta' investiment għandha turi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-UCITS li hija sodisfatta bil-ħatra tad-depożitarju u li l-ħatra hi biss fl-interess tal-UCITS u tal-investituri tal-UCITS. Il-kumpanija maniġerjali jew il-kumpanija ta' investiment għandha tagħmel l-evidenza dokumentata msemmija fil-paragrafu 2 disponibbli għall-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-UCITS.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta' April 2020.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Lulju 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/438 tas-17 ta' Diċembru 2015 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-obbligi tad-depożitarji (ĠU L 78, 24.3.2016, p. 11).
(3) L-Opinjoni tal-ESMA, 20.7.2017, 34 45 277.
|
30.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 271/10 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1620
tat-13 ta' Lulju 2018
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/61 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 460 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 (2) jenħtieġ li jiġi emendat sabiex jittejjeb l-allinjament ma' standards internazzjonali u jiffaċilita ġestjoni ta' likwidità aktar effiċjenti minn istituzzjonijiet ta' kreditu. |
|
(2) |
B'mod partikolari, sabiex jittieħed kont adegwat ta' attivitajiet imwettqa minn istituzzjonijiet ta' kreditu attivi barra l-Unjoni, kwalunkwe rekwiżit għal daqs ta' ħruġ minimu applikat għall-assi likwidi miżmumin minn impriża sussidjarja f'pajjiż terz jenħtieġ li jiġi rrinunzjat, sabiex dawn l-assi jistgħu jiġu rikonoxxuti għal skopijiet ta' konsolidazzjoni. Inkella, l-istituzzjoni prinċipali f'livell konsolidat jista' jkollha nuqqas ta' assi likwidi f'livell konsolidat, minħabba li r-rekwiżit ta' likwidità li jirriżulta minn sussidjarja f'pajjiż terz jiġi inkluż fir-rekwiżit ta' likwidità konsolidat, filwaqt li l-assi miżmuma minn din is-sussidjarja sabiex tissodisfa r-rekwiżit ta' likwidità tagħha fil-pajjiż terz jiġu esklużi mir-rekwiżit ta' likwidità konsolidat. Madankollu, l-assi ta' impriża sussidjarja f'pajjiż terz jenħtieġ li jiġu rikonoxxuti biss sal-livell ta' flussi ta' ħruġ netti ta' likwidità taħt tensjoni imġarrba fl-istess munita bħall-munita li fiha huma denominati u l-assi li jirriżultaw minn dik sussidjarja partikolari. Barra minn hekk, kif għal kwalunkwe assi oħra ta' pajjiż terz, jenħtieġ li l-assi jiġu rikonoxxuti biss jekk jikkwalifikaw bħala assi likwidi skont il-liġi nazzjonali tal-pajjiż terz inkwistjoni. |
|
(3) |
Huwa rikonoxxut li banek ċentrali jistgħu jipprovdu likwidità fil-munita tagħhom stess u li l-klassifikazzjoni tal-kreditu ta' banek ċentrali hija inqas rilevanti għall-finijiet ta' likwidità milli għall-finijiet ta' solvenza. Bħala riżultat, u sabiex ir-regoli fir-Regolament Delegat (UE) 2015/61 jiġu allinjati aktar mill-qrib mal-istandard internazzjonali u biex jipprovdu kundizzjonijiet ekwi għal istituzzjonijiet ta' kreditu attivi internazzjonalment, ir-riżervi miżmuma minn sussidjarja jew fergħa ta' pajjiż terz ta' istituzzjoni ta' kreditu tal-Unjoni fil-bank ċentrali ta' pajjiż terz li mhux assenjat valutazzjoni tal-kreditu tal-ewwel skala tal-kwalità tal-kreditu minn istituzzjoni ta' valutazzjoni tal-kreditu esterna innominata, jenħtieġ li tkun eliġibbli bħala assi likwidi tal-ewwel livell fejn jiġu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet. Speċifikament, dawk ir-riservi għandhom ikunu eliġibbli meta l-istituzzjoni ta' kreditu tkun tista' tirtirahom fi kwalunkwe ħin waqt perjodi ta' tensjoni u, barra minn hekk, il-kundizzjonijiet għall-irtirar tagħhom ikunu speċifikati fi ftehim bejn l-awtorità superviżorja tal-pajjiż terz u l-bank ċentrali fejn ir-riservi huma miżmuma jew fir-regoli applikabbli tal-pajjiż terz. Madankollu, jenħtieġ li dawk ir-riżervi ikunu jistgħu jiġu rikonoxxuti bħala assi ta' livell 1 biss biex ikopru flussi ta' ħruġ netti ta' likwidità taħt tensjoni mġarrba fl-istess munita bħal dik li fiha r-riżervi huma denominati. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jittieħed kont tar-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Dak ir-Regolament fih kriterji sabiex jiġi determinat jekk titolizzazzjoni tistax tinħatar bħala titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata (“STS”). Peress li dawk il-kriterji jiżguraw li titolizzazzjonijiet STS huma ta' kwalità għolja, jenħtieġ li dawn jintużaw ukoll biex jiddeterminaw liema titolizzazzjonijiet huma li jingħaddu bħala assi likwidi ta' kwalità għolja għall-kalkolu tar-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità. Għalhekk it-titolizzazzjonijiet jenħtieġ li jkunu eliġibbli bħala assi tal-livell 2B skont ir-Regolament Delegat (UE) 2015/61 jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha stipulati fir-Regolament (UE) 2017/2402, minbarra l-kriterji l-oħrajn li diġà huma speċifikati fir-Regolament Delegat (UE) 2015/61, li huma speċifiċi għall-karatteristiċi tal-likwidità tagħhom. |
|
(5) |
Jenħtieġ li l-implimentazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 ma ttellifx it-trażmissjoni effettiva tal-politika monetarja għall-ekonomija. Tranżazzjonijiet mal-BĊE jew il-bank ċentrali ta' Stat Membru jista' jkun mistenni li jkunu estiżi taħt kundizzjonijiet ta' tensjoni qawwija. Għalhekk jenħtieġ li jkun possibbli għall-awtoritajiet kompetenti biex iwarrbu l-mekkaniżmu ta' riversjar għall-kalkolu tar-riżerva ta' likwidità fil-każ ta' tranżazzjonijiet garantiti mal-BĊE jew il-bank ċentrali ta' Stat Membru fejn it-tranżazzjonijiet li jinvolvu assi likwidi ta' kwalità għolja fuq mill-inqas vjaġġ wieħed ta' kull tranżazzjoni u huma mistennija li jimmaturaw fi żmien it-30 jum kalendarju li jkun imiss. Madankollu, qabel ma jagħtu eżenzjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu meħtieġa jikkonsultaw mal-bank ċentrali li jkun il-kontroparti għat-tranżazzjoni, u wkoll mal-BĊE jekk dak il-bank ċentrali huwiex bank ċentrali tal-Eurosistema. Barra minn hekk, jenħtieġ li r-rinunzja tkun soġġetta għal salvagwardji xierqa sabiex jiġu evitati opportunitajiet ta' arbitraġġ regolatorju possibbli jew inċentivi ħżiena għall-istituzzjonijiet ta' kreditu. Fl-aħħar nett, sabiex ir-regoli tal-Unjoni jiġu allinjati aktar mill-qrib mal-istandard internazzjonali stabbilit mill-BVBS, il-kollateral riċevut permezz tat-tranżazzjonijiet derivattivi jenħtieġ li jitneħħa mill-mekkaniżmu ta' riversjar. |
|
(6) |
Barra minn hekk, it-trattament tar-rati tal-fluss ta' ħruġ u tal-fluss ta' dħul għall-ftehimiet ta' riakkwist (repos), għall-ftehimiet ta' riakkwist invers (reverse repos) u għall-iswaps kollaterali jenħtieġ li jkun allinjat kompletament mal-approċċ fl-istandard internazzjonali għall-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità stabbilit mill-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (“BCBS”, Basel Committee on Banking Supervision). B'mod speċifiku, il-kalkolu tal-flussi ta' ħruġ ta' flus jenħtieġ li jkun marbut direttament mar-rata ta' prolungazzjoni tat-tranżazzjoni (allinjata mat-telf impost fuq il-kollateral ipprovdut applikat għall-obbligazzjoni tal-flus, bħal fl-istandard tal-BCBS) minflok mal-valur tal-likwidità tal-kollateral sottostanti. |
|
(7) |
Minħabba interpretazzjonijiet diverġenti li tfaċċaw, huwa importanti li jiġu ċċarati diversi dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61, b'mod partikolari rigward l-issodisfar tar-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità; l-eliġibbiltà fil-bafer ta' assi inklużi f'pula disponibbli għall-ksib ta' finanzjament taħt linji mħaddma mill-bank ċentrali, ta' CIUs u ta' depożiti u finanzjament ieħor f'netwerks kooperattivi u skemi ta' protezzjoni istituzzjonali; il-kalkolu ta' flussi ta' ħruġ ta' likwidità addizzjonali għal prodotti u servizzi oħrajn; l-għoti ta' trattament preferenzjali għal faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità intragrupp; it-trattament ta' pożizzjoni qasira; u r-rikonoxximent ta' flejjes dovuti minn titoli li jimmaturaw fit-30 jum kalendarju li jmiss, |
|
(8) |
Għaldaqstant ir-Regolament Delegat (UE) 2015/61 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/61 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 2(3), il-punt (a) hu ssostitwit b'dan li ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 3 jiġi emendat kif ġej:
|
|
(3) |
L-Artikolu 4 jiġi emendat kif ġej:
|
|
(4) |
L-Artikolu 7 jiġi emendat kif ġej:
|
|
(5) |
L-Artikolu 8 jiġi emendat kif ġej:
|
|
(6) |
L-Artikolu 10 jiġi emendat kif ġej:
|
|
(7) |
L-Artikolu 11 jiġi emendat kif ġej:
|
|
(8) |
L-Artikolu 13 jiġi emendat kif ġej:
|
|
(9) |
L-Artikolu 15 jiġi emendat kif ġej:
|
|
(10) |
L-Artikolu 16 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 16 Depożiti u finanzjament ieħor f'netwerks kooperattivi u fi skemi ta' protezzjoni istituzzjonali 1. Meta istituzzjoni ta' kreditu tkun tappartjeni għal skema ta' protezzjoni istituzzjonali tat-tip imsemmi fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għal netwerk li jkun eliġibbli għall-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament jew għal netwerk kooperattiv fi Stat Membru, id-depożiti liberi li l-istituzzjoni ta' kreditu żżomm mal-istituzzjoni ċentrali jistgħu jiġu ttrattati bħala assi likwidi, sakemm l-istituzzjoni ċentrali li tirċievi d-depożiti ma tittrattahomx bħala depożiti operattivi. Fejn id-depożiti jiġu ttrattati bħala assi likwidi, huma għandhom jiġu ttrattati f'konformità ma' waħda mid-dispożizzjonijiet li ġejjin:
2. Meta, skont il-liġi ta' Stat Membru jew id-dokumenti legalment vinkolanti li jirregolaw wieħed min-netwerks jew waħda mill-iskemi deskritti fil-paragrafu 1, l-istituzzjoni ta' kreditu jkollha aċċess fi żmien 30 jum kalendarju għal finanzjament tal-likwidità mhux prelevat mill-istituzzjoni ċentrali jew minn istituzzjoni oħra fl-istess netwerk jew skema, dan il-finanzjament għandu jiġi ttrattat bħala assi tal-livell 2B, sakemm ma jkunx kollateralizzat minn assi likwidi u ma jkunx ittrattat f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 34. Għandu jiġi applikat telf impost minimu ta' 25 % għall-ammont ta' kapital impenjat mhux prelevat tal-finanzjament tal-likwidità.”; |
|
(11) |
L-Artikolu 17 jiġi emendat kif ġej:
|
|
(12) |
L-Artikolu 21 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 21 Netting tat-tranżazzjonijiet derivattivi 1. L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jikkalkulaw il-flussi ta' ħruġ u ta' dħul tal-likwidità mistennija fuq perjodu ta' 30 jum kalendarju għall-kuntratti elenkati fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u għad-derivattivi ta' kreditu fuq bażi netta mill-kontraparti soġġett għall-eżistenza ta' ftehimiet ta' netting bilaterali li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 295 ta' dak ir-Regolament. 2. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet ta' kreditu se jikkalkulaw il-flussi ta' ħruġ u ta' dħul ta' flus li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta' derivattivi f'munita barranija li jinvolvu skambju sħiħ ta' ammonti ta' kapital fuq bażi simultanja (jew fl-istess jum) fuq bażi netta, anki meta dawk it-tranżazzjonijiet ma jkunux koperti minn ftehim ta' netting bilaterali. 3. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-bażi netta titqies li tkun in-nett tal-kollateral li għandu jiġi depożitat jew riċevut fit-30 jum tal-kalendarju li jmiss. Madankollu, fil-każ tal-kollateral li għandu jiġi riċevut fit-30 jum tal-kalendarju li jmiss, il-bażi netta titqies li tkun in-nett ta' dak il-kollateral biss jekk jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(13) |
L-Artikolu 22 jiġi emendat kif ġej:
|
|
(14) |
fl-Artikolu 23, il-paragrafu 1 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “1. L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jivvalutaw regolarment il-probabbiltà u l-volum potenzjali tal-flussi ta' ħruġ tal-likwidità matul 30 jum kalendarju għall-prodotti jew is-servizzi li mhumiex imsemmija fl-Artikoli 27 sa 31 A u li huma joffru jew jisponsorjaw jew li l-akkwirenti potenzjali jqisuhom bħala li huma assoċjati magħhom. Dawn il-prodotti jew is-servizzi se jinkludu, iżda ma jkunux limitati għal:
|
|
(15) |
fl-Artikolu 25(2), il-punt (b) jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
(16) |
fl-aħħar tal-Artikolu 26, jiżdied il-paragrafu li ġej: “L-awtoritajiet kompetenti jgħarrfu lill-EBA dwar liema istituzzjonijiet jibbenefikaw minn nettjar ta' flussi ta' ħruġ bi flussi ta' dħul interdipendenti skont dan l-artikolu. L-EBA tista' titlob dokumentazzjoni ta' sostenn.”; |
|
(17) |
L-Artikolu 28 jiġi emendat kif ġej:
|
|
(18) |
fl-Artikolu 29, il-paragrafu 2 jiġi emendat kif ġej:
|
|
(19) |
L-Artikolu 30 jiġi emendat kif ġej:
|
|
(20) |
L-Artikolu 31 jiġi emendat kif ġej:
|
|
(21) |
se jiddaħħal l-Artikolu 31 a li ġej: “Artikolu 31a Flussi ta' ħruġ mill-obbligazzjonijiet u l-impenji mhux koperti minn dispożizzjonijiet oħrajn ta' dan il-Kapitolu 1. L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jimmultiplikaw b'rata ta' fluss ta' ħruġ ta' 100 % kwalunkwe obbligazzjoni li saret dovuta fi żmien 30 jum kalendarju, minbarra dawk l-obbligazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 24 sa 31. 2. Jekk it-total tal-impenji kuntrattwali kollha sabiex il-finanzjament jiġi estiż għall-klijenti mhux finanzjarji sa 30 jum kalendarju, għajr għall-impenji msemmija fl-Artikoli 24 sa 31, jaqbeż l-ammont ta' flussi ta' dħul minn dawk il-klijenti mhux finanzjarji kkalkulat f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 32(3), l-eċċess għandu jkun soġġett għal rata ta' fluss ta' ħruġ ta' 100 %. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, il-klijenti mhux finanzjarji għandhom jinkludu, iżda ma jkunux limitati għal, persuni fiżiċi, SMEs, kumpaniji korporattivi, sovrani, banek multilaterali tal-iżvilupp u entitajiet tas-settur pubbliku, u se jeskludu klijenti finanzjarji u banek ċentrali.”; |
|
(22) |
L-Artikolu 32 jiġi emendat kif ġej:
|
|
(23) |
L-Artikolu 34(2) jiġi emendat kif ġej:
|
|
(24) |
L-Anness I jiġi emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika minn 30 ta' April 2020.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Lulju 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35).
|
30.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 271/25 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1621
tas-26 ta' Ottubru 2018
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080 fir-rigward tad-data tad-dħul fil-ħżin tat-trab tal-ħalib xkumat mibjugħ permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1240 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' intervent pubbliku u ta' għajnuna għall-ħżin privat (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 28 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex jiddefinixxi l-kwantitajiet tat-trab tal-ħalib xkumat koperti mill-proċedura ta' sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 (3), l-Artikolu 1 ta' dak ir-Regolament jistipula skadenza li qabilha t-trab tal-ħalib xkumat irid jidħol fil-ħżin pubbliku. |
|
(2) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali fis-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib f'dak li jirrigwarda l-irkupru tal-prezzijiet u l-livell għoli ta' ħażniet tal-intervent, jixraq li volum addizzjonali ta' trab tal-ħalib xkumat isir disponibbli għall-bejgħ, billi tinbidel id-data tad-dħul fil-ħżin. |
|
(3) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080 jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Sabiex it-trab tal-ħalib xkumat isir disponibbli għall-bejgħ mingħajr dewmien, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080, id-data “l-1 ta' Lulju 2016” tiġi sostitwita bid-data “l-1 ta' Awwissu 2016”.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Ottubru 2018.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 206, 30.7.2016, p. 71.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 tal-25 ta' Novembru 2016 dwar il-ftuħ tal-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti (ĠU L 321, 29.11.2016, p. 45).
DEĊIŻJONIJIET
|
30.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 271/26 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1622
tad-29 ta' Ottubru 2018
dwar in-nonapprovazzjoni ta' ċerti sustanzi attivi fi prodotti bijoċidali skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u partikolarment it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2), kif emendat permezz tar-Regolament Delegat (UE) 2017/698 (3), jistabbilixxi fl-Anness II lista ta' kombinamenti ta' sustanzi attivi/tipi ta' prodott inklużi fil-programm ta' rieżami tas-sustanzi attivi bijoċidali eżistenti fit-3 ta' Frar 2017. |
|
(2) |
Għal għadd ta' kombinamenti ta' sustanzi attivi/tipi ta' prodott inklużi f'dik il-lista, il-parteċipanti kollha rtiraw l-appoġġ tagħhom fil-ħin. |
|
(3) |
Fir-rigward ta' xi sustanzi attivi ġġenerati in situ, l-isem ta' dawk is-sustanzi attivi u tal-prekursuri tagħhom li huma appoġġjati fil-programm ta' rieżami ġie ċċarat b'mod aktar preċiż. Dan wassal f'ċerti każijiet għal definizzjoni mill-ġdid tas-sustanza attiva skont l-Artikolu 13 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1062/2014. |
|
(4) |
Ġiet ippubblikata notifika li tistieden persuni li jixtiequ jappoġġjaw dawk il-kombinamenti ta' sustanzi attivi/tipi ta' prodott li ġew definiti mill-ġdid u li bħalissa mhumiex appoġġati, inkluż il-ġenerazzjoni in situ tas-sustanzi attivi għat-tipi ta' prodott elenkati fl-Anness II tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1062/2014, sabiex ir-rwol tal-parteċipant ikun jista' jiġi assunt. |
|
(5) |
Għal xi kombinamenti ta' sustanzi attivi/tipi ta' prodott ma saret l-ebda notifika jew in-notifika tkun saret u tkun ġiet miċħuda skont il-paragrafi 4 jew 5 tal-Artikolu 17 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1062/2014. |
|
(6) |
Skont l-Artikolu 20 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014, dawk il-kombinamenti ta' sustanzi/tipi ta' prodott ma għandhomx jiġu approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-sustanzi attivi elenkati fl-Anness ma għandhomx jiġu approvati għat-tipi ta' prodott indikati fih.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Ottubru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta' Awwissu 2014 dwar il-programm ta' ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/698 tat-3 ta' Frar 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 1062/2014 dwar il-programm ta' ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 103, 19.4.2017, p. 1)
ANNESS
Kombinamenti ta' sustanzi attivi/tipi ta' prodott mhux approvati, inklużi l-forom nanomaterjali:
|
— |
il-ġenerazzjoni in situ tas-sustanzi attivi għat-tipi ta' prodott elenkati fl-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1062/2014, ħlief meta s-sustanza attiva tkun iġġenerata mill-prekursur(i) imsemmi/imsemmijin fl-entrata tat-tabella ta' dak l-Anness għall-kombinamenti ta' sustanzi attivi/tipi ta' prodott ikkonċernati; |
|
— |
il-kombinamenti ta' sustanzi/tipi ta' prodott elenkati fit-tabella ta' hawn taħt, inkluża kwalunkwe ġenerazzjoni in situ ta' dawn is-sustanzi bl-użu ta' kwalunkwe prekursur li mhuwiex imsemmi fl-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1062/2014:
|
|
30.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 271/30 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1623
tad-29 ta' Ottubru 2018
skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar nemus infettat b'mod mhux naturali bil-Wolbachia użat għal skopijiet ta' kontroll tal-vetturi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-28 ta' Settembru 2017, Franza talbet lill-Kummissjoni biex tiddeċiedi jekk il-batterji tal-ġeneru Wolbachia (“il-batterji”) jew kwalunkwe preparazzjoni li fiha l-batterji għall-inokulazzjoni fin-nemus, u n-nemus infettat b'mod mhux naturali bil-batterji (“in-nemus infettat b'mod mhux naturali”) użati għal skopijiet ta' kontroll tal-vetturi, humiex prodotti bijoċidali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 jew oġġetti ttrattati skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(l) ta' dak ir-Regolament jew l-ebda wieħed minnhom. |
|
(2) |
Skont l-informazzjoni pprovduta minn Franza, dawn il-batterji intraċellulari huma trażmessi b'mod vertikali, jintirtu maternalment u huma preżenti b'mod naturali f'madwar 40 % tal-artropodi. L-infezzjoni tan-nemus bil-batterji tista' tnaqqas l-abbiltà ta' xi nemus li jittrażmetti ċerti vajrusijiet u parassiti patoġeniċi billi tinterferixxi ma' dawn il-patoġeni fin-nemus, u tippromwovi r-riproduzzjoni ta' nemus nisa infettati u t-tixrid tal-batterji fil-popolazzjoni tan-nemus. Barra minn hekk, billi n-nemus maskili infettat bil-batterji huwa inkompatibbli man-nemus nisa lokali, l-introduzzjoni fil-popolazzjoni fil-mira ta' dak in-nemus maskili infettat inaqqas il-potenzjal tagħha għar-riproduzzjoni. Għalhekk, il-kampanji għall-kontroll tal-vetturi huma bbażati fuq ir-rilaxx ta' nemus infettat b'mod mhux naturali fi ħdan popolazzjoni tan-nemus sabiex jiġi kkontrollat id-daqs tal-popolazzjoni u/jew sabiex titnaqqas l-abbiltà tagħhom li jittrażmettu ċerti patoġeni lill-bniedem. |
|
(3) |
Skont l-informazzjoni li tat Franza, mhux l-ispeċijiet kollha tan-nemus jew l-individwi fi ħdan speċi waħda huma infettati b'mod naturali bil-batterji, jew b'razza tal-batterji li tista' tintuża għall-iskopijiet ta' kontroll tal-vetturi. Għalhekk, iridu jitwettqu infezzjonijiet mhux naturali f'kundizzjonijiet ta' laboratorju sabiex jinħolqu nemus infettati b'mod mhux naturali b'razza ta' batterji adattata. Biex jinkiseb dan, jistgħu jintużaw diversi tekniki ta' infezzjoni, fosthom l-inokulazzjoni tal-batterji fin-nemus nisa adulti jew fiċ-ċitoplasma tal-bajd tan-nemus. |
|
(4) |
Għall-fini tad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, huwa għalhekk rilevanti li jiġi vvalutat separatament l-istatus tal-batterji jew ta' kwalunkwe preparazzjoni li jkun fiha l-batterji għall-inokulazzjoni fin-nemus u l-istatus tan-nemus infettat b'mod mhux naturali, irrispettivament mit-teknika ta' infezzjoni li tintuża. |
|
(5) |
Il-batterji huma mikro-organiżmi fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 |
|
(6) |
In-nemus huwa organiżmu ta' ħsara fis-sens tal-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, peress li jista' jkollu preżenza mhux mixtieqa jew effett detrimentali fuq il-bnedmin jew l-annimali. |
|
(7) |
Il-batterji għandhom azzjoni indiretta fuq il-popolazzjoni tan-nemus, jew permezz tal-kontroll tad-daqs tagħha jew billi titnaqqas l-abbiltà tagħha li titrażmetti ċerti patoġeni, u għalhekk jenħtieġ li jitqiesu bħala sustanza attiva fis-sens tal-Artikolu 3(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(8) |
It-tip ta' prodott 18: Insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta' artropodi oħra; kif iddefinit fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, jinkludi prodotti użati għall-kontroll tal-artropodi, b'mezzi oħra għajr dawk li jbegħduhom jew jattirawhom. Billi l-batterji jiġu inokulati fin-nemus bl-intenzjoni li jeżerċitaw effett ta' kontroll fuq il-popolazzjonijiet tan-nemus, tali użu jaqa' taħt id-deskrizzjoni tal-prodott tat-tip 18. |
|
(9) |
Il-batterji jew il-preparazzjoni li jkun fiha l-batterji jeżerċitaw effett ta' kontroll fuq in-nemus b'mezzi oħra għajr b'azzjoni sempliċement fiżika jew mekkanika. |
|
(10) |
Għall-finijiet tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, jenħtieġ li l-batterji jew il-preparazzjoni li fiha l-batterji jitqiesu bħala sustanza jew taħlita, rispettivament, li tikkonsisti minn sustanza attiva jew li fiha din is-sustanza attiva. Bħala konsegwenza, il-batterji jew kwalunkwe preparazzjoni li jkun fiha l-batterji, kif qed jiġu fornuti lill-utent li qed iwettaq l-inokulazzjoni fin-nemus, huma prodotti bijoċidali fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u jaqgħu taħt it-tip ta' prodott 18. |
|
(11) |
In-nemus infettat b'mod mhux naturali mhuwiex mikroorganiżmu fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(12) |
In-nemus infettat b'mod mhux naturali mhuwiex sustanza jew taħlita fis-sens tal-punti 1 u 2 tal-Artikolu 3, rispettivament, tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Għalhekk, skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, la huma sustanza u lanqas taħlita għall-finijiet ta' dak ir-Regolament. |
|
(13) |
Bħala konsegwenza, nemus infettat b'mod mhux naturali mhuwiex sustanza attiva fis-sens tal-Artikolu 3(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Għalhekk, in-nemus infettat b'mod mhux naturali ma jistax ikun prodott bijoċidali fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(1)(a) ta' dak ir-Regolament. |
|
(14) |
In-nemus infettat b'mod mhux naturali mhuwiex oġġett fis-sens tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Għalhekk, skont l-Artikolu 3(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, dan mhuwiex meqjus bħala oġġett għall-finijiet ta' dak ir-Regolament. Konsegwentement, in-nemus infettat b'mod mhux naturali ma jistax jitqies bħala oġġett ittrattat fis-sens tal-Artikolu 3(1)(l) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(15) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-batterji tal-ġeneru Wolbachia jew kwalunkwe preparazzjoni li jkun fiha dawk il-batterji li tintuża għall-iskop tal-inokulazzjoni ta' dawk il-batterji fin-nemus bl-objettiv li jinħoloq nemus infettat b'mod mhux naturali għal skopijiet ta' kontroll tal-vetturi, għandhom jitqiesu bħala prodott bijoċidali fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.
In-nemus infettat b'mod mhux naturali, irrispettivament mit-teknika ta' infezzjoni li tkun intużat, m'għandu jitqies la bħala prodott bijoċidali u lanqas bħala oġġett ittrattat fis-sens tal-punti (a) u (l) tal-Artikolu 3(1), rispettivament, tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Ottubru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).