|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 251 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 61 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
5.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 251/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1480
tal-4 ta' Ottubru 2018
li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, u li jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/776
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 37(5) u l-Artikolu 53(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
It-Tabella 3.1 tal-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 fiha l-lista tal-klassifikazzjoni u t-tikkettar armonizzati ta' sustanzi perikolużi abbażi tal-kriterji stipulati fil-Partijiet 2 sa 5 tal-Anness I tal-istess Regolament. |
|
(2) |
Tressqu proposti għall-introduzzjoni tal-klassifikazzjoni u t-tikkettar armonizzati ta' ċerti sustanzi u għall-aġġornar jew it-tħassir tal-klassifikazzjoni u t-tikkettar armonizzati ta' ċerti sustanzi oħrajn lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Abbażi tal-opinjonijiet dwar dawk il-proposti maħruġa mill-Kumitat għall-Istima tar-Riskji tal-Aġenzija (RAC), u abbażi tal-kummenti li waslu mingħand il-partijiet konċernati, jixraq li jiġu introdotti, aġġornati jew imħassra l-klassifikazzjoni u t-tikkettar armonizzati ta' ċerti sustanzi. |
|
(3) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (2) u d-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) tħassru b'effett mill-1 ta' Ġunju 2015. B'riżultat ta' dan, il-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 ġiet emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1179 (4) biex tneħħiet it-Tabella 3.2. Dik l-emenda daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2017. L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 kien suġġett għal emendi ġodda, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/776 (5) biex tħassru r-referenzi għat-Tabella 3.2, ir-referenzi għat-Tabella 3.1 inqalbu għal referenzi għat-Tabella 3 u tneħħew ir-referenzi għad-Direttivi mħassra. Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) 2017/776, il-parti l-kbira ta' dawn l-emendi kellhom japplikaw mill-1 ta' Ġunju 2017, filwaqt li l-emendi li fadal ġew iddikjarati li japplikaw mill-1 ta' Diċembru 2018. Madankollu, minħabba żvista, l-Artikolu 2(2) naqas milli jelenka żewġ emendi oħra li kellhom japplikaw mill-1 ta' Ġunju 2017, inkluż b'mod partikolari l-emenda li tbiddel l-isem tat-Tabella minn “Tabella 3.1” għal “Tabella 3”. It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) 2017/776 jenħtieġ għalhekk jiġi kkoreġut sabiex jinkludi referenza għal dawn iż-żewġ emendi. Din il-korrezzjoni, għalkemm għandha l-effett li tapplika ż-żewġ emendi retroattivament, ma taffettwax id-drittijiet u l-obbligi tal-manifatturi, l-importaturi, l-utenti downstream jew il-fornituri. |
|
(4) |
Ir-Regolament (UE) 2017/776 emenda wkoll l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 biex żied il-valuri armonizzati tal-“Istima tat-Tossiċità Akuta” (ATE) fit-Tabella 3.1 bħala parti mill-informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni u t-tikkettar ta' ċerti sustanzi għall-għanijiet tal-klassifikazzjoni ta' taħlitiet. L-ATE introdotta għan-nikotina ġiet espressa f'mg/kg. Sabiex jiġi kkjarifikat kif it-taħlitiet li fihom in-nikotina għandhom jiġu kklassifikati, l-ATE għar-rotot orali u dermali għan-nikotina jenħtieġ, minflok, tiġi espressa “f'mg/kg bw” (6). L-ATEs għal tliet sustanzi oħra, jiġifieri l-kolekalċiferol, 1,2-diidrossibenżin u l-pinossaden jenħtieġ jiġu espressi wkoll bl-istess mod. Barra minn hekk, fit-titlu tal-kolonna ta' qabel tal-aħħar tat-Tabella 3.1, jenħtieġ tiżdied nota ta' qiegħ il-paġna li tindika xi tfisser l-abbrevjazzjoni “mg/kg bw”. |
|
(5) |
L-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/669 (7) jipprovdi traduzzjoni tal-ismijiet tas-sustanzi inklużi fit-Tabella 3.1 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. B'konsegwenza ta' dan, it-titlu tat-tieni kolonna ta' dik it-Tabella, li attwalment tirreferi għal “Identifikazzjonijiet Internazzjonali tal-Kimiki”, jenħtieġ jiġi emendat biex iqis il-fatt li l-“Identifikazzjonijiet Internazzjonali tal-Kimiki” se jitilfu l-karattru internazzjonali tagħhom ladarba r-Regolament li jipprevedi t-traduzzjoni tagħhom fl-Anness VI ssir applikabbli. Għal raġunijiet ta' konsistenza, din l-emenda jenħtieġ tidħol fis-seħħ meta tidħol fis-seħħ it-traduzzjoni tal-ismijiet fl-Anness VI. It-titolu l-ġdid għandu jirrifletti t-terminoloġija użata fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. |
|
(6) |
Il-konformità mal-klassifikazzjonijiet armonizzati l-ġodda jew aġġornati ma għandhiex tkun meħtieġa minnufih, billi jenħtieġ ċertu perjodu ta' żmien biex il-fornituri jkunu jistgħu jadattaw it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet għall-klassifikazzjonijiet il-ġodda jew reveduti u biex ibigħu l-ħażniet eżistenti. Dak il-perjodu ta' żmien se jkun neċessarju wkoll sabiex il-fornituri jadattaw għal obbligi leġiżlattivi oħra li jirriżultaw mill-klassifikazzjonijiet armonizzati l-ġodda jew aġġornati għas-sustanzi u biex jikkonformaw magħhom, bħal dawk stipulati fl-Artikolu 22(f) jew fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), dawk stipulati fl-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) jew dawk tal-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). |
|
(7) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Skont id-dispożizzjonijiet tranżitorji tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 li jippermettu li dispożizzjonijiet ġodda jiġu applikati fi stadju aktar bikri fuq bażi volontarja, il-fornituri jenħtieġ jitħallew japplikaw il-klassifikazzjonijiet armonizzati l-ġodda jew aġġornati, u jadattaw it-tikkettar u l-imballaġġ skont dan, fuq bażi volontarja sad-data tal-applikazzjoni ta' dawk il-klassifikazzjonijiet il-ġodda jew aġġornati. |
|
(9) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008
L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Korrezzjoni tar-Regolament (UE) 2017/776
Fir-Regolament (UE) 2017/776, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) jinbidel b'dan li ġej:
“Fl-Anness, il-punt (1), il-punt (2) u l-punti (a), (b) u (c) tal-punt (3) japplikaw mill-1 ta' Ġunju 2017.”
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punt (1) u l-punt (a) tal-punt (2) tal-Anness japplikaw mill-1 ta' Diċembru 2019.
Il-punti (b), (c), (d) u (e) tal-punt (2) tal-Anness japplikaw mill-1 ta' Mejju 2020.
B'deroga mit-tielet paragrafu ta' dan l-Artikolu, is-sustanzi u t-taħlitiet jistgħu, qabel l-1 ta' Mejju 2020, jiġu klassifikati, ittikkettati u mballaġġati b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 kif emendat b'dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Ottubru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta' Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettar ta' sustanzi perikolużi (ĠU 196, 16.8.1967, p. 1).
(3) Id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Mejju 1999 li tirrigwarda l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettar tal-preparazzjonjijiet perikolużi (ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1179 tad-19 ta' Lulju 2016 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 195, 20.7.2016, p. 11).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/776 tal-4 ta' Mejju 2017 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 116, 5.5.2017, p. 1).
(6) Il-piż tal-ġisem
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/669 tas-16 ta' April 2018 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 115, 4.5.2018, p. 1).
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
(9) Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).
(10) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
ANNESS
L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-Parti 1, l-intestatura tal-punt 1.1.1.4 tinbidel b'dan li ġej: “ Isem kimiku ”; |
|
(2) |
fil-Parti 3, it-Tabella 3.1 hija emendata kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
5.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 251/13 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1481
tal-4 ta' Ottubru 2018
li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-gallat tal-ottil (E 311) u tal-gallat tad-dodeċil (E 312)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 10(3) u 14 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
|
(2) |
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-addittivi tal-ikel, fl-enżimi tal-ikel, fl-aromatizzanti tal-ikel u fin-nutrijenti, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (2) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel li huma elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. |
|
(4) |
Il-gallat tal-ottil (E 311) u l-gallat tad-dodeċil (E 312) huma sustanzi awtorizzati bħala antiossidanti f'tipi diversi ta' ikel, kif ukoll fl-aromatizzanti tal-ikel, bi qbil mal-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. |
|
(5) |
L-Artikolu 32(1) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistipula li l-addittivi tal-ikel kollha li kienu diġà permessi fl-Unjoni qabel l-20 ta' Jannar 2009 huma soġġetti għal valutazzjoni tar-riskju ġdida mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”). |
|
(6) |
Għalhekk, fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 257/2010 (3) hemm stabbilit programm biex issir rivalutazzjoni tal-addittivi tal-ikel. Skont ir-Regolament (UE) Nru 257/2010, ir-rivalutazzjoni tal-antiossidanti kellha titlesta sal-31 ta' Diċembru 2015. |
|
(7) |
Fil-5 ta' Mejju 2015 l-Awtorità tat Opinjoni Xjentifika dwar ir-rivalutazzjoni tal-gallat tad-dodeċil (E 312) bħala addittiv tal-ikel (4). Fl-opinjoni ddikjarat li ma kienx hemm biżżejjed data tossikoloġika dwar il-gallat tad-dodeċil. Għaldaqstant l-Awtorità ma setgħetx tikkonferma li l-gallat tad-dodeċil huwa sikur bħala addittiv tal-ikel u kkonkludiet li jenħtieġ li d-doża aċċettabbli ta' kuljum attwali globali għall-gallat tal-propil (E 310), għall-gallat tal-ottil (E 311) u għall-gallat tad-dodeċil (E 312) ma tibqax valida. Fl-opinjoni ddikjarat li tenħtieġ bażi tad-data tossikoloġika li jkun fiha biżżejjed informazzjoni biex tkun tista' ssir valutazzjoni tajba dwar is-sigurtà tal-gallat tad-dodeċil bħala addittiv tal-ikel. |
|
(8) |
Fl-1 ta' Ottubru 2015 l-Awtorità tat Opinjoni Xjentifika dwar ir-rivalutazzjoni tal-gallat tal-ottil (E 311) bħala addittivi tal-ikel (5). Fl-opinjoni ddikjarat li ma kienx hemm biżżejjed data tossikoloġika dwar il-gallat tal-ottil. Għaldaqstant l-Awtorità ma setgħetx tikkonferma li l-gallat tal-ottil huwa sikur bħala addittiv tal-ikel u kkonkludiet li jenħtieġ li d-doża aċċettabbli ta' kuljum attwali globali għall-gallat tal-propil (E 310), għall-gallat tal-ottil (E 311) u għall-gallat tad-dodeċil (E 312) ma tibqax valida. Fl-opinjoni ddikjarat li tenħtieġ bażi tad-data tossikoloġika li jkun fiha biżżejjed informazzjoni biex tkun tista' ssir valutazzjoni tajba dwar is-sigurtà tal-gallat tal-ottil bħala addittiv tal-ikel. |
|
(9) |
Fit-30 ta' Mejju 2017, il-Kummissjoni nediet sejħa pubblika għal data xjentifika u teknoloġika dwar il-gallat tal-propil (E 310), dwar il-gallat tal-ottil (E 311), u dwar il-gallat tad-dodeċil (E 312) (6), immirata biex jimtlew il-lakuni fid-data li kienu ġew identifikati fl-Opinjonijiet Xjentifiċi dwar ir-rivalutazzjoni ta' dawk is-sustanzi bħala addittivi tal-ikel. Madankollu, ma nstabx operatur kummerċjali wieħed li kien lest jikkommetti ruħu li jipprovdi d-data tossikoloġika mitluba dwar il-gallat tal-ottil (E 311) u l-gallat tad-dodeċil (E 312). Mingħajr dik id-data, l-Awtorità ma tistax tlesti r-rivalutazzjoni tas-sigurtà tal-gallat tal-ottil u tal-gallat tad-dodeċil bħala addittivi tal-ikel, u b'hekk ma jistax jiġi stabbilit jekk dawk is-sustanzi għadhomx jissodisfaw il-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 biex jiddaħħlu fil-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel approvati. |
|
(10) |
Għaldaqstant jixraq li l-gallat tal-ottil (E 311) u l-gallat tad-dodeċil (E 312) jitħassru mil-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel approvati. |
|
(11) |
Skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, il-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel approvati għandha tiġi emendata skont il-proċedura msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). |
|
(12) |
L-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 jistipula li l-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel tista' tiġi aġġornata fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, jew inkella wara li ssir applikazzjoni. |
|
(13) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 u l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 jiġu emendati billi jitħassru mil-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel awtorizzati l-gallat tal-ottil (E 311) u l-gallat tad-dodeċil (E 312) peress li ma tistax tibqa' ġġustifikata l-inklużjoni ta' dawn iż-żewġ sustanzi fil-lista minħabba li ma hemmx biżżejjed data tossikoloġika dwarhom. |
|
(14) |
Jixraq li jkun previst perjodu tranżizzjonali biex il-prodotti tal-ikel li fihom il-gallat tal-ottil (E 311) u/jew il-gallat tad-dodeċil (E 312) li jkunu ddaħħlu fis-suq legalment qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, ikunu jistgħu jibqgħu jiġu kkummerċjalizzati. |
|
(15) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012, l-entrati għall-addittivi tal-ikel il-gallat tal-ottil (E 311) u l-gallat tad-dodeċil (E 312) jitħassru.
Artikolu 3
Il-prodotti tal-ikel li fihom il-gallat tal-ottil (E 311) u/jew il-gallat tad-dodeċil (E 312) li jkunu ddaħħlu fis-suq legalment qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jiġu kkummerċjalizzati sal-25 ta' April 2019.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Ottubru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 257/2010 tal-25 ta' Marzu 2010 li jistabbilixxi programm għar-rivalutazzjoni tal-addittivi tal-ikel approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 80, 26.3.2010, p. 19).
(4) EFSA Journal 2015;13(5):4086.
(5) EFSA Journal 2015;13(10):4248.
(6) http://ec.europa.eu/food/safety/food_improvement_agents/additives/re-evaluation_en
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).
ANNESS
|
(1) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:
|
|
5.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 251/19 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1482
tal-4 ta' Ottubru 2018
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kafeina u tat-teobromina
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' aromatizzanti u ta' materjali tas-sors approvati għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 (3) adotta l-lista ta' sustanzi aromatizzanti u introduċa dik il-lista fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008. |
|
(3) |
Dik il-lista tista' tiġi aġġornata f'konformità mal-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li Stat Membru jew parti interessata jressqu applikazzjoni għal dan. |
|
(4) |
Il-Parti A tal-lista tal-Unjoni fiha kemm is-sustanzi aromatizzanti evalwati, li għalihom mhumiex assenjati l-ebda noti ta' qiegħ il-paġna kif ukoll is-sustanzi aromatizzanti taħt evalwazzjoni, li huma identifikati bin-noti ta' qiegħ il-paġna 1 sa 4. |
|
(5) |
Is-sustanzi kafeina [FL Nru 16.016] u teobromina [FL Nru 16.032] kienu elenkati fin-nota ta' qiegħ il-paġna 1 li skontha l-evalwazzjoni għal dawk is-sustanzi tlestiet mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel (“l-Awtorità”). |
|
(6) |
Fil-31 ta' Jannar 2017, l-Awtorità lestiet l-evalwazzjoni tas-sikurezza tal-kafeina [FL Nru 16.016] u tat-teobromina [FL Nru 16.032] meta jintużaw bħala sustanzi aromatizzanti (4), u kkonkludiet li l-użu tagħhom bħala sustanzi aromatizzanti ma jagħtix lok għal tħassib dwar is-sikurezza abbażi tal-livelli stmati tagħhom ta' konsum f'ċerti kategoriji tal-ikel. Il-kundizzjonijiet tal-użu diġà stabbiliti fil-lista tal-Unjoni jistgħu, għalhekk, jinżammu. |
|
(7) |
Għalhekk, il-kafeina [FL Nru 16.016] u t-teobromina [FL Nru 16.032] jenħtieġ li jiġu elenkati bħala sustanzi evalwati fil-lista ta' sustanzi aromatizzanti tal-Unjoni mingħajr in-nota f'qiegħ il-paġna li hemm fl-entrati attwali tagħhom fil-lista tal-Unjoni. |
|
(8) |
Għaldaqstant, il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 hija b'dan emendata f'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Ottubru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34.
(2) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 tal-1 ta' Ottubru 2012 li jadotta l-lista ta' sustanzi aromatizzanti stipulati bir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jintroduċiha fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE (ĠU L 267, 2.10.2012, p. 1).
(4) EFSA Journal 2017;15(4):4729.
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 huwa emendat kif ġej:
|
1. |
L-entrata dwar is-sustanza bin-Nru FL 16.016 fit-Taqsima 2 tal-Parti A tiġi sostitwita b'din li ġejja:
|
|
2. |
L-entrata dwar is-sustanza bin-Nru FL 16.032 fit-Taqsima 2 tal-Parti A tiġi sostitwita b'din li ġejja:
|
|
5.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 251/22 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1483
tal-4 ta' Ottubru 2018
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta' Lulju 2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2465/96 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jelenka korpi, korporazzjonijiet u aġenziji pubbliċi u persuni fiżiċi u ġuridiċi, korpi u entitajiet tal-gvern preċedenti tal-Iraq koperti bl-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi li kienu jinsabu barra mill-Iraq nhar it-22 ta' Mejju 2003 skont dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Fl-1 ta' Ottubru 2018, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi annotazzjoni waħda mil-lista ta' persuni jew entitajiet li l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi jenħtieġ li japplika għalihom. |
|
(3) |
Għaldaqstant l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Ottubru 2018.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Estera
ANNESS
Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003, titħassar l-annotazzjoni segwenti:
|
“177. |
STATE ORGANISATION FOR CONSTRUCTION INDUSTRIES. Indirizz: P.O. Box 2101, Masbeh Square, Baghdad, l-Iraq.” |
|
5.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 251/24 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1484
tal-4 ta' Ottubru 2018
dwar il-prezz minimu għax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat għall-ħamsa u għoxrin sejħa parzjali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1240 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' intervent pubbliku u ta' għajnuna għall-ħżin privat (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 32 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 (3) fetaħ il-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti. |
|
(2) |
Fid-dawl tal-offerti li waslulhom b'risposta għall-ħamsa u għoxrin stedina għall-offerti parzjali, għandu jiġi ffissat prezz minimu tal-bejgħ. |
|
(3) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għall-ħamsa u għoxrin sejħa parzjali għall-offerti għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat fil-kuntest tal-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080, illi fir-rigward tagħha l-perjodu meta l-offerti kellhom jintefgħu ntemm fit-2 ta' Ottubru 2018, il-prezz minimu tal-bejgħ għandu jkun ta' EUR 123/100 kg.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Ottubru 2018.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 206, 30.7.2016, p. 71.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 tal-25 ta' Novembru 2016 dwar il-ftuħ tal-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti (ĠU L 321, 29.11.2016, p. 45).
DEĊIŻJONIJIET
|
5.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 251/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1485
tat-28 ta' Settembru 2018
li tistabbilixxi l-pożizzjoni li trid tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-emendi għall-Annessi għall-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Oġġetti Perikolużi bit-Triq (ADR) u għar-Regolamenti annessi għall-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Oġġetti Perikolużi fuq Passaġġi tal-Ilma Interni (ADN)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Oġġetti Perikolużi bit-Triq (ADR) daħal fis-seħħ fid-29 ta' Jannar 1968. Il-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Oġġetti Perikolużi fuq Passaġġi tal-Ilma Interni (ADN) daħal fis-seħħ fid-29 ta' Frar 2008. |
|
(2) |
L-Unjoni mijiex Parti Kontraenti għall-ADR jew għall-ADN. L-Istati Membri kollha huma Partijiet Kontraenti għall-ADR, u 13-il Stat Membru huma Partijiet Kontraenti għall-ADN. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 14 tal-ADR, kwalunkwe Parti Kontraenti tista' tipproponi emenda waħda jew aktar għall-Annessi għall-ADR. Il-Grupp ta' Ħidma dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi (WP.15) jista' jadotta abbozz ta' emendi għal dawk l-Annessi. Skont l-Artikolu 20 tal-ADN, il-Kumitat Amministrattiv tal-ADN jista' jadotta abbozz ta' emendi għar-Regolamenti annessi għall-ADN. Tali emendi proposti jridu jitqiesu aċċettati sakemm, fi żmien tliet xhur mid-data li fiha s-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti jiċċirkolahom, mill-inqas terz tal-Partijiet Kontraenti, jew ħamsa minnhom jekk terz jaqbeż dik iċ-ċifra, ma jkunux taw notifika bil-miktub lis-Segretarju Ġenerali bl-oġġezzjoni tagħhom għall-emendi proposti. |
|
(4) |
L-emendi proposti adottati matul il-perjodu ta' sentejn tal-2016-2018 mill-WP.15 u mill-Kumitat Amministrattiv tal-ADN ġew iċċirkolati lill-Partijiet Kontraenti tal-ADR u tal-ADN fl-1 ta' Lulju 2018. |
|
(5) |
L-emendi proposti huma kapaċi li jinfluwenzaw b'mod deċiżiv il-kontenut tad-dritt tal-Unjoni, jiġifieri d-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Dik id-Direttiva tistabbilixxi rekwiżiti għat-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq, bil-ferrovija jew fuq passaġġi tal-ilma interni fl-Istati Membri jew bejniethom billi tirreferi għall-ADR, għar-Regolament dwar il-Ġarr Internazzjonali ta' Oġġetti Perikolużi bil-Ferrovija (RID) fl-Appendiċi C għall-Konvenzjoni dwar il-Ġarr Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) u għall-ADN. L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/68/KE jipprevedi li t-trasport ta' oġġetti perikolużi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi jrid jiġi awtorizzat kemm-il darba jkun konformi mar-rekwiżiti tal-ADR, l-RID jew l-ADN, ħlief jekk ikun indikat mod ieħor fl-Annessi għal dik id-Direttiva. Skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/68/KE, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadatta l-Annessi għal dik id-Direttiva skont il-progress xjentifiku u tekniku, partikolarment sabiex jitqiesu l-emendi għall-ADR, l-RID u l-ADN. |
|
(6) |
L-emendi proposti li jikkonċernaw standards tekniċi jew preskrizzjonijiet tekniċi uniformi, bl-għan li jiżguraw it-trasport effiċjenti u sikur ta' oġġetti perikolużi filwaqt li jqisu l-progress xjentifiku u tekniku fis-settur u l-iżvilupp ta' sustanzi ġodda u oġġetti li jippreżentaw periklu matul it-trasport tagħhom. L-iżvilupp tat-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq u fuq passaġġi tal-ilma interni, kemm fl-Unjoni kif ukoll bejn l-Unjoni u l-pajjiżi ġirien tagħha, huwa komponent ewlieni tal-politika komuni tat-trasport u jiżgura t-tħaddim tajjeb tal-oqsma industrijali kollha li jipproduċu jew li jużaw oġġetti kklassifikati bħala perikolużi skont l-ADR u l-ADN. |
|
(7) |
L-emendi proposti huma kollha ġġustifikati u ta' benefiċċju, u għalhekk għandhom jiġu appoġġjati mill-Unjoni. Il-pożizzjoni li trid tiġi adottata f'isem l-Unjoni fir-rigward tal-emendi proposti għall-Annessi għall-ADR u għar-Regolamenti annessi għall-ADN għalhekk jenħtieġ li jkunu bbażati fuq l-ehmża għal din id-Deċiżjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li trid tiġi adottata f'isem l-Unjoni fir-rigward tal-emendi proposti għall-Annessi tal-ADR u għar-Regolamenti annessi għall-ADN, għandha tkun ibbażata fuq l-ehmża għal din id-Deċiżjoni,.
Bidliet minuri għall-emendi proposti għall-Annessi tal-ADR u għar-Regolamenti annessi għall-ADN jistgħu jiġu miftiehma mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill, b'konformità mal-Artikolu 2.
Artikolu 2
Il-pożizzjoni li trid tiġi adottata f'isem l-Unjoni fir-rigward tal-emendi proposti għall-Annessi għall-ADR, kif stabbilit fl-Artikolu 1, għandha tiġi espressa minn dawk l-Istati Membri li huma Partijiet Kontraenti għall-ADR u l-ADN, li jaġixxu b'mod konġunt fl-interess tal-Unjoni.
Il-pożizzjoni li trid tiġi adottata f'isem l-Unjoni fir-rigward tal-emendi proposti għar-Regolamenti anessi għall-ADN, kif stabbilit fl-Artikolu 1, għandha tiġi espressa minn dawk l-Istati Membri li huma Partijiet Kontraenti għall-ADN, li jaġixxu b'mod konġunt fl-interess tal-Unjoni.
Artikolu 3
Referenza għall-emendi aċċettati għall-Annessi għall-ADR u għar-Regolamenti annessi għall-ADN, inkluż id-data/i tad-dħul fis-seħħ tagħhom, għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Settembru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
M. SCHRAMBÖCK
(1) Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).
DOKUMENT MEHMUŻ
|
Proposta |
Id-Dokument ta' Referenza |
Notifika |
Il-kwistjoni |
Kummenti |
Pożizzjoni tal-UE |
|
1 |
ECE/TRANS/WP.15/240 |
C.N.304.2018.TREATIES-XI.B.14 |
Abbozz ta' emendi għall-Annessi A u B tal-ADR |
Kunsens tekniku fi ħdan il-Grupp ta' Ħidma dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi — WP.15. |
Qbil mal-emendi. |
|
2 |
ECE/TRANS/WP.15/240/Add.1 |
C.N.304.2018.TREATIES-XI.B.14 |
Abbozz ta' emendi għall-Annessi A u B tal-ADR — Addendum (Maħruġ mill-ġdid fit-8 ta' Ġunju 2018) |
Kunsens tekniku fi ħdan il-Grupp ta' Ħidma dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi — WP.15. |
Qbil mal-emendi. |
|
3 |
ECE/TRANS/WP.15/240/Corr.1 |
C.N.304.2018.TREATIES-XI.B.14 |
Abbozz ta' emendi għall-Annessi A u B tal-ADR — Rettifika (Maħruġ mill-ġdid fit-8 ta' Ġunju 2018) |
Kunsens tekniku fi ħdan il-Grupp ta' Ħidma dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi — WP.15. |
Qbil mal-emendi. |
|
4 |
ECE/ADN/45 |
C.N.297.2018.TREATIES-XI.D.6 |
Abbozz ta' emendi għar-Regolamenti annessi mal-ADN |
Kunsens tekniku fil-Kumitat Amministrattiv tal-ADN. |
Qbil mal-emendi. |
|
5.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 251/28 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1486
tat-28 ta' Settembru 2018
dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan is-Sottokumitat Doganali stabbilit bil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, fir-rigward tas-sostituzzjoni tal-Protokoll I ta' dak il-Ftehim, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, bi Protokoll ġdid li jirreferi għall-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”) ġie ffirmat mill-Unjoni skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/668/UE (2) u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2017. |
|
(2) |
Skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 39 tal-Protokoll I tal-Ftehim (“il-Protokoll I”), is-Sottokumitat Doganali stabbilit skont l-Artikolu 83 tal-Kapitolu 5 tat-Titolu IV tal-Ftehim (“is-Sottokumitat Doganali”) jista' jadotta emendi għad-dispożizzjonijiet ta' dak il-Protokoll. |
|
(3) |
Skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 39 tal-Protokoll I, is-Sottokumitat Doganali jista' jiddeċiedi wkoll, wara l-adeżjoni tal-Ukrajna għall-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (3) (“il-Konvenzjoni”), li jissostitwixxi r-regoli tal-oriġini stipulati f'dan il-Protokoll ma' dawk annessi mal-Konvenzjoni. |
|
(4) |
Il-Konvenzjoni tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-oriġini ta' prodotti kkummerċjati skont il-ftehimiet rilevanti konklużi bejn il-Partijiet Kontraenti u daħlet fis-seħħ fir-rigward tal-Unjoni fl-1 ta' Mejju 2012 u fir-rigward tal-Ukrajna fl-1 ta' Frar 2018. |
|
(5) |
Is-Sottokumitat Doganali jrid jadotta Deċiżjoni dwar is-sostituzzjoni tal-Protokoll I, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, bi protokoll ġdid li jirreferi għall-Konvenzjoni. |
|
(6) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f'isem l-Unjoni fis-Sottokumitat Doganali peress illi d-Deċiżjoni tas-Sottokumitat Doganali ser tkun vinkolanti fuq l-Unjoni. |
|
(7) |
L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni jistipula li kull Parti Kontraenti għandha tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li l-Konvenzjoni tiġi applikata b'mod effettiv. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Protokoll I jiġi sostitwit bi protokoll ġdid li, fir-rigward tar-regoli tal-oriġini, ikun jirreferi għall-Konvenzjoni. |
|
(8) |
Il-pożizzjoni li trid tittieħed f'isem l-Unjoni fi ħdan is-SottoKumitat Doganali għaldaqstant jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni mehmuż ma' din id-Deċiżjoni. |
|
(9) |
Billi d-Deċiżjoni tas-Sottokumitat Doganali ser temenda l-Protokoll I, jenħtieġ li din tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(10) |
Fi ħdan is-Sottokumitat Doganali, l-Unjoni ser tiġi rrappreżentata mill-Kummissjonif'konformità mal-paragrafu 1 tal-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li trid tittieħed f'isem l-Unjoni fi ħdan is-Sottokumitat Doganali stabbilit skont l-Artikolu 83 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (“is-Sottokumitat Doganali”) għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Korrezzjonijiet tekniċi minuri għall-abbozz tad-Deċiżjoni msemmi fl-Artikolu 1 jista' jiġi maqbul mir-rappreżentati tal-Unjoni fis-Sottokumitat Doganali mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Settembru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
M. SCHRAMBÖCK
(1) ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/668/UE tat-23 ta' Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, fir-rigward tat-Titolu III (bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw it-trattament ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi legalment impjegati bħala ħaddiema fit-territorju tal-Parti l-oħra) u t-Titoli IV, V, VI u VII tiegħu, kif ukoll l-Annessi u l-Protokolli relatati (ĠU L 278, 20.9.2014, p. 1).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru …/2018 TAS-SOTTOKUMITAT DOGANALI BEJN L-UE U L-UKRAJNA
ta' …
li jissostitwixxi l-Protokoll I tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ukrajna, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva
IS-SOTTOKUMITAT DOGANALI BEJN L-UE U L-UKRAJNA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Protokoll I tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 26(2) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), jirreferi għall-Protokoll I tal-Ftehim (“il-Protokoll I”) għar-regoli tal-oriġini. |
|
(2) |
Il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2017. |
|
(3) |
L-Artikolu 39 tal-Protokoll I jipprevedi li s-Sottokumitat Doganali stabbilit skont l-Artikolu 83 tal-Kapitolu 5 tat-Titolu IV tal-Ftehim jista' jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet ta' dak il-Protokoll u li jissostitwixxi r-regoli tal-oriġini stipulati f'dak il-Protokoll. |
|
(4) |
Il-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (2) (“il-Konvenzjoni”) għandha l-għan li b'att legali wieħed tibdel il-protokolli dwar ir-regoli tal-oriġini li hemm fis-seħħ bħalissa fost il-pajjiżi taż-żona pan-Ewro-Mediterranja. |
|
(5) |
L-Unjoni Ewropea ffirmat il-Konvenzjoni fil-15 ta' Ġunju 2011. Fis-16 ta' Mejju 2017, il-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 3(1) tal-Konvenzjoni ddeċieda li l-Ukrajna jenħtieġ li tiġi mistiedna taderixxi għall-Konvenzjoni (3). |
|
(6) |
L-Unjoni Ewropea ddepożitat l-istrument ta' aċċettazzjoni tagħha għand id-depożitarju tal-Konvenzjoni fis-26 ta' Marzu 2012. L-Ukrajna ddepożitat l-istrument ta' aċċettazzjoni tagħha mad-depożitarju tal-Konvenzjoni fid-19 ta' Diċembru 2017. Konsegwentement, bl-applikazzjoni tal-Artikolu 10(2) u (3) tagħha, il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ għall-Unjoni fl-1 ta' Mejju 2012 u għall-Ukrajna fl-1 ta' Frar 2018. |
|
(7) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Protokoll I jiġi sostitwit bi protokoll ġdid li jirreferi għall-Konvenzjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll I tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, għandu jiġi sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika minn …
Magħmul fi …,
Għas-Sottokumitat Doganali bejn l-UE u l-Ukrajna
Il-President
(1) ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.
(3) Id-Deċiżjoni Nru 1/2017 tal-Kumitat Konġunt tal-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji tas-16 ta' Mejju 2017 rigward it-talba tal-Ukrajna biex issir Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji [2017/1367] (ĠU L 191, 22.7.2017, p. 11).
ANNESS
Protokoll I
dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva
Artikolu 1
Regoli tal-oriġini applikabbli
1. Għall-fini tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, għandhom japplikaw l-Appendiċi I u d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II għall-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (1) (“il-Konvenzjoni”).
2. Ir-referenzi kollha għall-“Ftehim rilevanti” fl-Appendiċi I u fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II tal-Konvenzjoni għandhom jitqiesu li qed jirreferu għal dan il-Ftehim.
Artikolu 2
Soluzzjoni għat-tilwim
1. Meta jinqala' xi tilwim b'rabta mal-proċeduri ta' verifika tal-Artikolu 32 tal-Appendiċi I għall-Konvenzjoni li ma jkunx jista' jissolva bejn l-awtoritajiet doganali li jkunu qed jitolbu l-verifika u l-awtoritajiet doganali li jkunu responsabbli biex iwettqu din il-verifika, it-tilwim għandu jitressaq quddiem is-Sottokumitat Doganali. Id-dispożizzjonijiet dwar il-mekkaniżmu tas-soluzzjoni tat-tilwim fil-Kapitolu 14 (Soluzzjoni tat-Tilwim) tat-Titolu IV (Kummerċ u Kwistjonijiet Relatati mal-Kummerċ) ta' dan il-Ftehim ma għandhomx japplikaw.
2. Fil-każijiet kollha is-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-importatur u l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż importatur għandha timxi skont il-leġislazzjoni ta' dak il-pajjiż.
Artikolu 3
Emendi għall-Protokoll
Is-Sottokumitat Doganali jista' jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll.
Artikolu 4
Irtirar mill-Konvenzjoni
1. Jekk l-Unjoni Ewropea jew l-Ukrajna jagħtu avviż bil-miktub lid-depożitarju tal-Konvenzjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li jirtiraw mill-Konvenzjoni f'konformità mal-Artikolu 9 tagħha, l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna għandhom jidħlu minnufih f'negozjati dwar ir-regoli tal-oriġini għall-iskop tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim.
2. Sakemm jidħlu fis-seħħ tali regoli tal-oriġini negozjati mill-ġdid, ir-regoli tal-oriġini li jinsabu fl-Appendiċi I u, fejn xieraq, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II għall-Konvenzjoni, applikabbli fil-mument tal-irtirar, għandhom ikomplu japplikaw għal dan il-Ftehim. Madankollu, mill-mument tal-irtirar, ir-regoli tal-oriġini li jinsabu fl-Appendiċi I u, fejn xieraq, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II għall-Konvenzjoni għandhom jiġu interpretati b'mod li jippermetti akkumulazzjoni bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna biss.
Artikolu 5
Dispożizzjonijiet ta' tranżizzjoni – kumulazzjoni
Minkejja l-Artikoli 16(5) u 21(3) tal-Appendiċi I għall-Konvenzjoni, fejn il-kumulazzjoni tinvolvi biss l-Istati tal-EFTA, il-Gżejjer Faeroe, l-Unjoni Ewropea, it-Turkija, il-parteċipanti fil-Proċess ta' Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni, u r-Repubblika tal-Moldova, il-Georgia u l-Ukrajna, il-prova tal-oriġini tista' tkun ċertifikat tal-moviment EUR.1 jew dikjarazzjoni tal-oriġini.
|
5.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 251/33 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1487
tat-2 ta' Ottubru 2018
li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2009/1013/UE li tawtorizza lir-Repubblika tal-Awstrija biex tkompli tapplika miżura ta' deroga mill-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2009/1013/UE (2), ir-Repubblika tal-Awstrija (Awstrija) ġiet awtorizzata biex tapplika miżura speċjali ta' deroga mid-Direttiva 2006/112/KE (“miżura speċjali”). L-applikazzjoni tal-miżura speċjali mbagħad ġiet estiża bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/705/UE (3) sal-31 ta' Diċembru 2015 u bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2428 (4) sal-31 ta' Diċembru 2018. |
|
(2) |
Il-miżura speċjali tidderoga mill-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE li jirregolaw id-dritt tal-persuni taxxabbli li jnaqqsu t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) imposta fuq il-merkanzija u s-servizzi fornuti lilhom għall-finijiet tat-tranżazzjonijiet taxxabbli tagħhom. Il-miżura speċjali hi maħsuba biex teskludi, mid-dritt tat-tnaqqis, il-VAT fuq il-merkanzija u s-servizzi meta l-persuni taxxabbli jużaw dawn il-merkanzija u s-servizzi, f'iktar minn 90 % tal-każijiet, għal finijiet privati jew għall-finijiet tal-impjegati tagħha, jew b'mod ġenerali għal finijiet li mhumiex tan-negozju jew għal attivitajiet mhux ekonomiċi. |
|
(3) |
L-għan tal-miżura speċjali huwa li tissimplifika l-proċedura tal-intaxxar u tal-ġbir tal-VAT. |
|
(4) |
Permezz tal-ittra rreġistrata mal-Kummissjoni fit-23 ta' Marzu 2018, l-Awstrija talbet awtorizzazzjoni biex tkompli tapplika l-miżura speċjali, skont l-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE. |
|
(5) |
Permezz ta' ittra rreġistrata mal-Kummissjoni fl-4 ta' April 2018, l-Awstrija bagħtet rapport dwar l-applikazzjoni tal-miżura speċjali li jinklużi analiżi tar-rata ta' tqassim applikata għad-dritt ta' tnaqqis tal-VAT kif meħtieġ mill-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2009/1013/UE. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni bagħtet it-talba mressqa mill-Awstrija lill-Istati Membri l-oħra permezz ta' ittra datata l-11 ta' April 2018, b'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE. Permezz ta' ittra datata t-12 ta' April 2018, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Awstrija li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tqis it-talba. |
|
(7) |
Skont l-informazzjoni li bagħtet l-Awstrija, is-sitwazzjoni legali u fattwali li ġġustifikat l-applikazzjoni attwali tal-miżura speċjali ma nbidlitx u għadha teżisti. Għalhekk, jenħtieġ li l-Awstrija tkun awtorizzata tkompli tapplika l-miżura speċjali għal perijodu ulterjuri ta' żmien, iżda dak il-perijodu jenħtieġ li jkun limitat sal-31 ta' Diċembru 2021 biex ikunu jistgħu jiġu analizzati l-ħtieġa u effettività tal-miżura speċjali u tar-rata ta' tqassim tal-użu kummerċjali u mhux kummerċjali li din tissejjes fuqha. |
|
(8) |
F'każ li l-Awstrija tqis li jkun hemm bżonn ta' estensjoni oħra tal-awtorizzazzjoni wara l-2021, jenħtieġ li tibgħat rapport lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-miżura, li jkun jinkludi analiżi tar-rata ta' tqassim applikata, flimkien mat-talba għall-estensjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2021, sabiex il-Kummissjoni jkollha biżżejjed żmien biex teżamina t-talba. |
|
(9) |
Il-miżura speċjali ser ikollha biss effett negliġibbli fuq l-ammont globali ta' taxxa miġbura fl-istadju tal-konsum finali u mhux ser ikollhom impatt negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jinġabru mit-taxxa fuq il-VAT. |
|
(10) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2009/1013/UE tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikoli 1 u 2 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2009/1013/UE huma sostitwiti b'dan li ġej:
“Artikolu 1
B'deroga mill-Artikolu 168 u mill-Artikolu 168a tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Awstrija hija awtorizzata teskludi kompletament it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) imġarrba fuq il-merkanzija u s-servizzi mid-dritt ta' tnaqqis tal-VAT meta dawk il-merkanzija u s-servizzi jintużaw, f'iktar minn 90 % tal-każijiet, għall-finijiet privati ta' persuna taxxabbli jew tal-impjegati tagħha, jew b'mod iktar ġenerali, għal finijiet li mhumiex tan-negozju jew għal attivitajiet mhux ekonomiċi.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2021.
Kull talba għal estensjoni tal-miżura ta' deroga prevista f'din id-Deċiżjoni għandha tintbagħat lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2021.
Flimkien mat-tali talba għandu jintbagħat rapport dwar l-applikazzjoni ta' din il-miżura li jinkludi analiżi tar-rata ta' tqassim applikata għad-dritt ta' tnaqqis tal-VAT abbażi ta' din id-Deċiżjoni.”
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2019.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Awstrija.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-2 ta' Ottubru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
H. LÖGER
(1) ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2009/1013/UE tat-22 ta' Diċembru 2009 li tawtorizza lir-Repubblika tal-Awstrija biex tkompli tapplika miżura ta' deroga mill-Artikolu 168 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 348, 29.12.2009, p. 21).
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/705/UE tat-13 ta' Novembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2009/791/KE u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2009/1013/UE li jawtorizzaw lill-Ġermanja u lill-Awstrija rispettivament li jkomplu japplikaw miżura ta' deroga mill-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 319, 16.11.2012, p. 8).
(4) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2428 tal-10 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2009/791/KE u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2009/1013/UE li jawtorizzaw lill-Ġermanja u lill-Awstrija rispettivament ikomplu japplikaw miżura ta' deroga mill-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 334, 22.12.2015, p. 12).