ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 249

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
4 ta' Ottubru 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1476 tat-3 ta' Ottubru 2018 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

1

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1477 tat-2 ta' Ottubru 2018 dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjonijiet ta' prodott bijoċidali li fihom l-etil butilaċetilamminopropjonat imressaq mill-Belġju skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2018) 6291)  ( 1 )

3

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1478 tat-3 ta' Ottubru 2018 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 li taġġorna l-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

6

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1479 tat-3 ta' Ottubru 2018 li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tas-sulfuril tal-fluworur għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 8 ( 1 )

16

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/227 tad-9 ta' Frar 2017 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tal-eteru tal-bis(pentabromofenil) ( ĠU L 35, 10.2.2017 )

18

 

*

Rettifika tad-Direttiva 2014/28/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mad-disponibbiltà fis-suq u s-superviżjoni ta' splussivi ċivili ( ĠU L 96, 29.3.2014 )

19

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 249/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1476

tat-3 ta' Ottubru 2018

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta' Lulju 2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2465/96 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jelenka korpi pubbliċi, korporazzjonijiet u aġenziji u persuni fiżiċi u ġuridiċi, korpi u entitajiet tal-gvern preċedenti tal-Iraq koperti bl-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi li kienu jinsabu barra mill-Iraq nhar it-22 ta' Mejju 2003 skont dan ir-Regolament.

(2)

Fit-28 ta' Settembru 2018, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi annotazzjoni waħda mil-lista ta' persuni jew entitajiet li l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi jenħtieġ li japplika għalihom.

(3)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Ottubru 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 169, 8.7.2003, p. 6.


ANNESS

Fl-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003, titħassar l-annotazzjoni segwenti:

“128.

STATE ENTERPRISE FOR AUTOMOTIVE INDUSTRY (magħrufa wkoll bħala STATE ENTERPRISE FOR AUTOMOTIVE INDUSTRIES). Indirizz: P.O. Box 138, Iskandariya-il-Babilonja, l-Iraq.”

DEĊIŻJONIJIET

4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 249/3


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1477

tat-2 ta' Ottubru 2018

dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjonijiet ta' prodott bijoċidali li fihom l-etil butilaċetilamminopropjonat imressaq mill-Belġju skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2018) 6291)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), b'mod partikolari l-Artikolu 36(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-16 ta' Diċembru 2014, il-kumpanija Merck KGaA (“l-applikant”) ressqet applikazzjoni għar-rikonoxximent reċiproku b'mod parallel ta' żewġ repellenti tal-insetti applikati fuq il-bnedmin kontra n-nemus u l-qurdien li fihom is-sustanza attiva etil butilaċetilamminopropjonat fil-forma ta' sprej bil-pompa u aerosol (“il-prodotti kontestati”) lill-awtorità kompetenti tal-Belġju (“l-Istat Membru ta' referenza”), f'konformità mal-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Fl-istess ħin, l-applikant ressaq applikazzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-prodotti kontestati lil għadd ta' Stati Membri, inkluż ir-Renju Unit, f'konformità mal-Artikolu 34(2) ta' dak ir-Regolament.

(2)

Skont l-Artikolu 35(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, ir-Renju Unit irrefera l-oġġezzjonijiet lill-grupp ta' koordinazzjoni fl-14 ta' Frar 2017 u lill-applikant, billi indika li l-prodotti kkontestati ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1)(b) ta' dak ir-Regolament.

(3)

Ir-Renju Unit iqis li l-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet ma twettqux b'mod korrett mill-Istat Membru ta' referenza, peress li hemm diskrepanza bejn r-rata ta' applikazzjoni użata fl-istudji tal-effikaċja u r-rata ta' applikazzjoni użata fil-valutazzjoni ta' esponiment, li huwa iktar baxx (“id-diskrepanza”).

(4)

Is-segretarjat tal-grupp ta' koordinazzjoni stieden lill-Istati Membri kkonċernati l-oħra u lill-applikant biex jibagħtu l-kummenti tagħhom bil-miktub dwar dan ir-riferiment. Id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Latvja u l-applikant ressqu l-kummenti tagħhom. Il-konsultazzjoni ġiet diskussa wkoll fil-laqgħat tal-grupp ta' koordinazzjoni tal-14 ta' Marzu 2017 u l-10 ta' Mejju 2017.

(5)

Billi ma ntlaħaq l-ebda ftehim fil-grupp ta' koordinazzjoni, l-Istat Membru ta' referenza rrefera l-oġġezzjoni mhux solvuta lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 fit-18 ta' Lulju 2017. Hawn ipprovda lill-Kummissjoni dikjarazzjoni dettaljata tal-kwistjonijiet li dwarhom l-Istati Membri jkunu naqsu li jilħqu ftehim u r-raġunijiet għal dak in-nuqqas ta' qbil. Intbagħtet kopja ta' dik id-dikjarazzjoni lill-Istati Membri kkonċernati u lill-applikant.

(6)

L-Istat Membru ta' referenza, l-Awstrija, il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Finlandja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, in-Netherlands, Spanja u l-Iżvezja awtorizzaw il-prodotti ikkontestati rilevanti fil-perjodu ta' bejn is-16 ta' Mejju 2017 u s-6 ta' Marzu 2018, skont l-Artikolu 34(7) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(7)

Fit-7 ta' Settembru 2017, il-Kummissjoni talbet opinjoni mingħand l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) skont l-Artikolu 36(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 dwar għadd ta' mistoqsijiet li jikkonċernaw id-diskrepanza.

(8)

L-Aġenzija (il-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali) adotta l-opinjoni (2) tiegħu fit-12 ta' Diċembru 2017.

(9)

Skont l-Aġenzija, l-approċċ li uża l-Istat Membru ta' referenza, jiġifieri li jaċċetta d-diskrepanza, mhix xierqa meta vverifikat jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 19(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 ġew issodisfati. L-Aġenzija tqis li jew l-informazzjoni disponibbli mhix suffiċjenti biex turi li l-prodotti kkontestati, meta jintużaw f'rati aktar baxxi ta' applikazzjoni, huma biżżejjed effettivi jew effetti mhux aċċettabbli fuq is-saħħa tal-bniedem huma identifikati, fejn il-prodotti kontestati jintużaw b'rati aktar għolja ta' applikazzjoni derivata mill-istudji tal-effikaċja.

(10)

Fl-opinjoni tagħha l-Aġenzija tenfasizza l-prinċipju ġenerali li r-rata ta' applikazzjoni ppruvata bħala effikaċi jenħtieġ li tiġi kkunsidrata għall-valutazzjoni ta' esponiment. L-użu ta' rata ta' applikazzjoni derivata mill-istudji tal-effikaċja fil-valutazzjoni ta' esponiment għall-prodotti kontestati jirriżulta f'riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem fir-rigward ta' għadd ta' użi intiżi.

(11)

Fid-dawl tal-opinjoni tal-Aġenzija, il-kundizzjoni stipulata fl-Artikolu 19(1)(b)(iii) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 ma tistax titqies li ġiet issodisfata għal kull użu intiż tal-prodott ikkontestat tal-aerosol, u lanqas għall-użu intiż tal-isprey bil-pompa għat-trabi ta' taħt is-sena. Għalhekk dawn l-użi jistgħu jiġu awtorizzati skont l-Artikolu 19(5) ta' dak ir-Regolament f'dawk l-Istati Membri fejn il-kondizzjoni stipulata fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 19(5) tiġi ssodisfata.

(12)

Madankollu, skont il-punt 77 tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, jenħtieġ li r-rata rrakkomandata ta' applikazzjoni tkun il-minimu meħtieġ sabiex jinkiseb l-effett mixtieq. Rata ta' applikazzjoni għolja bla meħtieġ tkun inkonsistenti mal-prinċipju ta' użu xieraq msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(5) ta' dak ir-Regolament.

(13)

Fl-opinjoni tagħha, l-Aġenzija tirrimarka wkoll li ma hemmx gwida tal-Unjoni preċiża maqbula dwar kif tiġi ġġenerata d-data dwar l-effikaċja għar-repellenti tal-insetti meta jintużaw ir-rati ta' applikazzjoni rakkomandati. Il-ħidma fuq l-iżvilupp ta' tali gwida tal-Unjoni diġà bdiet iżda hemm bżonn iż-żmien għall-konklużjoni sabiex jippermetti lill-applikanti li jiġġeneraw data li turi l-effikaċja ta' prodott b'mod prevedibbli.

(14)

Fl-opinjoni tagħha, l-Aġenzija tirreferi għal ftehim milħuq mill-grupp ta' koordinazzjoni skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 dwar ċerti repellenti tal-insetti li fihom sustanza attiva differenti (3). Għal dawk il-prodotti, id-diskrepanza ġiet aċċettata mill-Istati Membri kollha kkonċernati, bil-kundizzjoni li din tiġi indirizzata meta l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti jiġġeddu u gwida ġdida tal-Unjoni tkun disponibbli. Fl-opinjoni hemm imsemmi wkoll li dan il-preċedent seta' wassal għal nuqqas ta' fehim min-naħa tal-applikant u l-Istat Membru ta' referenza dwar ir-rekwiżiti dwar id-data tal-effikaċja għall-repellenti tal-insetti.

(15)

Skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, l-awtorizzazzjoni ta' prodott bijoċidali għandha tistipula t-termini u l-kundizzjonijiet relatati mat-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodott. Dawn it-termini u l-kundizzjonijiet jistgħu jinkludu rekwiżit għad-detentur tal-awtorizzazzjoni biex jipprovdi informazzjoni addizzjonali u, fejn rilevanti, iressaq applikazzjoni għal bidla tal-awtorizzazzjoni f'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2013 (4) fi żmien stipulat.

(16)

Huwa meħtieġ li tinżamm id-disponibbiltà suffiċjenti tar-repellenti tal-insetti li fihom sustanzi attivi differenti biex tonqos l-okkorrenza ta' reżistenza f'organiżmi ta' ħsara fil-mira u jenħtieġ li japplikaw kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni fir-rigward tal-ġenerazzjoni tad-data dwar l-effikaċja fir-rata ta' applikazzjoni rakkomandata għall-applikanti kollha u/jew d-detenturi tal-awtorizzazzjoni, irrispettivament mis-sustanzi attivi involuti fil-prodotti tagħhom. Jenħtieġ li r-rata ta' applikazzjoni rakkomandata tkun il-minimu meħtieġ sabiex jinkiseb l-effett mixtieq tar-repellenti tal-insetti f'konformità mal-prinċipju tal-użu xieraq.

(17)

Għaldaqstant, l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti kkontestati jenħtieġ jinkludu kundizzjoni li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jipprovdi data ġdida biex jikkonferma l-effikaċja tal-prodotti fir-rata proposta ta' applikazzjoni meta l-gwida tal-Unjoni dwar kif tiġi ġġenerata d-data dwar l-effikaċja f'rati rakkomandati ta' applikazzjoni tkun ġiet ppubblikata mill-Aġenzija. Jenħtieġ li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jkollu biżżejjed żmien biex jiġġenera d-data ġdida skont din il-gwida.

(18)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni tapplika għall-prodotti bijoċidali identifikati permezz tan-numri tal-assi BE-0012319-0000 u BE-0012317-0000 fir-Reġistru għall-Prodotti Bijoċidali.

Artikolu 2

Meta tiġi applikata r-rata ta' applikazzjoni derivata mill-istudji tal-effikaċja, il-prodotti bijoċidali msemmija fl-Artikolu 1 jissodisfaw il-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 19(1)(b)(i) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, iżda mhux il-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 19(1)(b)(iii) ta' dak ir-Regolament għall-użi intiżi kollha.

Bħala konsegwenza, l-użi intiżi tal-prodott ikkontestat tal-aerosol u l-użu intiż tal-prodott ikkontestat tal-isprey bil-pompa għat-trabi ta' taħt is-sena jistgħu jiġu biss awtorizzati skont l-Artikolu 19(5) ta' dak ir-Regolament.

L-Istat Membru ta' referenza għandu jaġġorna r-rapport ta' valutazzjoni tal-prodott msemmi fl-Artikolu 30(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 skont dan.

Artikolu 3

Meta jagħtu jew jemendaw awtorizzazzjonijiet għal prodotti bijoċidali msemmija fl-Artikolu 1 skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u, fejn hu rilevanti, l-Artikolu 19(5) ta' dak ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jinkludu din il-kundizzjoni li ġejja:

“Fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi tal-gwida tal-Unjoni dwar kif tiġi ġġenerata d-data dwar l-effikaċja għar-repellenti tal-insetti fir-rati rakkomandati ta' applikazzjoni, id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu iressaq data li tikkonferma l-applikazzjoni minima effettiva. Dik id-data għandha titressaq f'forma ta' applikazzjoni għal bidla fl-awtorizzazzjoni skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2013”.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Ottubru 2018.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  ECHA opinion of 12 December 2017 on a request according to Article 38 of Regulation (EU) No 528/2012 on unresolved objections during the mutual recognition of two IR3535 containing insect repellents (ECHA/BPC/179/2017).

(3)  https://webgate.ec.europa.eu/echa-scircabc/w/browse/021936d9-856a-4c7f-b559-a63c19cf6fd3

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2013 tat-18 ta' April 2013 dwar bidliet tal-prodotti bijoċidali awtorizzati skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 109, 19.4.2013, p. 4).


4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 249/6


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1478

tat-3 ta' Ottubru 2018

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 li taġġorna l-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2009/16/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(4) tiegħu.

Billi:

(1)

Il-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti (“Il-Lista Ewropea”) kienet stabbilita bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 (2) u ġiet emendata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/684 (3).

(2)

Ir-Renju Unit għarraf lill-Kummissjoni li faċilità ta' riċiklaġġ tal-bastimenti li tinsab fit-territorju tiegħu ġiet awtorizzata mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 u pprovda l-informazzjoni kollha meħtieġa lill-Kummissjoni biex dik il-faċilità tiddaħħal fil-Lista Ewropea.

(3)

L-awtorizzazzjonijiet ta' żewġ faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu fil-Polonja skadew fit-28 ta' April 2018 u l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda informazzjoni mill-Polonja dwar jekk iġġeddewx l-awtorizzazzjonijiet mogħtija lil dawk il-faċilitajiet biex iwettqu r-riċiklaġġ tal-bastimenti jew jekk dawn humiex se jiġġeddu. Għalhekk, iż-żewġ faċilitajiet ma għadhomx jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 13(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 u jenħtieġ li jitneħħew mil-Lista Ewropea skont il-punt (ii) tal-Artikolu 16(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013.

(4)

Għalhekk jixraq li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2323 tiġi emendata.

(5)

Fir-rigward tal-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu f'pajjiżi terzi li għalihom tkun tressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni għall-inklużjoni fil-Lista Ewropea skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, il-valutazzjoni tal-informazzjoni rilevanti u tal-evidenza ta' sostenn li tingħata jew tinġabar għadha għaddejja. Ladarba l-valutazzjoni tintemm, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni b'rabta ma' dawk il-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu barra mill-Unjoni.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2323 huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Ottubru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 330, 10.12.2013, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 tad-19 ta' Diċembru 2016 li tistabbilixxi l-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti (ĠU L 345, 20.12.2016, p. 119).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/684 tal-4 ta' Mejju 2018 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 li taġġorna l-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 116, 7.5.2018, p. 47).


ANNESS

IL-LISTA EWROPEA TAL-FAĊILITAJIET TA' RIĊIKLAĠĠ TAL-BASTIMENTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 16(1) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1257/2013

Il-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu fi Stat Membru tal-Unjoni

Isem il-faċilità

Il-metodu tar-riċiklaġġ

It-tip u d-daqs ta' bastimenti li jistgħu jiġu riċiklati

Il-limitazzjonijiet u l-kundizzjonijiet għall-operat tal-faċilità ta' riċiklaġġ tal-bastimenti, inkluż fir-rigward tal-immaniġġjar tal-iskart perikoluż

Dettalji dwar il-proċedura espliċita jew taċita għall-approvazzjoni tal-pjan ta' riċiklaġġ tal-bastimenti mill-awtorità kompetenti (1)

L-ammont massimu annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti, ikkalkulat bħala s-somma tal-piż tal-bastimenti li jkunu ġew riċiklati f'sena partikolari f'dik il-faċilità, espress bħala LDT (2)

Id-data tal-iskadenza tal-inklużjoni fil-Lista Ewropea (3)

Il-BELĠJU

NV Galloo Recycling Ghent

Scheepszatestraat 9

9000 Gent

IL-BELĠJU

Tel. +32 92512521

Posta elettronika: peter.wyntin@galloo.com

Laterali (irmiġġ fl-ilma), rampa

Bastimenti kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 265 metru

 

Il-wisa': 36 metru

 

Il-pixka: 12,5 metri

 

Approvazzjoni taċita, perjodu ta' reviżjoni massimu ta' 30 jum

34 000  (4)

Il-31 ta' Marzu 2020

ID-DANIMARKA

Fornæs ApS

Rolshøjvej 12-16

8500 Grenå

ID-DANIMARKA

www.fornaes.dk

L-iżmantellar mal-moll u l-iskreppjar sussegwenti fuq artijiet impermeabbli b'sistemi effettivi ta' drenaġġ

Bastimenti kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 150 metru

 

Il-wisa': 25 metru

 

Il-pixka: 6 metri

 

GT: 10 000

Il-muniċipalità ta' Norddjurs għandha d-dritt li talloka l-iskart perikoluż f'faċilitajiet ta' akkoljenza approvati mil-lat ambjentali.

Approvazzjoni taċita, perjodu ta' rieżami massimu ta' 14-il jum

30 000  (5)

It-30 ta' Ġunju 2021

Smedegaarden A/S

Vikingkaj 5

6700 Esbjerg

ID-DANIMARKA

www.smedegaarden.net

L-iżmantellar mal-moll u l-iskreppjar sussegwenti fuq artijiet impermeabbli b'sistemi effettivi ta' drenaġġ

Bastimenti kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 170 metru

 

Il-wisa': 40 metru

 

Il-pixka: 7,5 metri

 

Approvazzjoni taċita, perjodu ta' rieżami massimu ta' 14-il jum

20 000  (6)

Il-15 ta' Settembru 2021

L-ESTONJA

OÜ BLRT Refonda Baltic

Fil-wiċċ mal-moll u d-dokk f'wiċċ l-ilma

Bastimenti kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 197 metru

 

Il-wisa': 32 metru

 

Il-pixka: 9,6 metri

 

GT: 28 000

Il-permess għall-iskart Nru L.JÄ/327249. Il-liċenzja ta' ġestjoni tal-iskart perikoluż Nru 0222. Ir-Regoli tal-Port Vene-Balti, Il-Manwal dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti MSR-Refonda. Is-Sistema ta' Ġestjoni Ambjentali, Il-Ġestjoni tal-Iskart tal-EP 4.4.6-1-13

Il-faċilità tista' tirriċikla biss dawn il-materjali perikolużi li għalihom ġiet liċenzjata.

Approvazzjoni taċita, b'perjodu massimu ta' 30 jum

21 852  (7)

Il-15 ta' Frar 2021

SPANJA

DDR VESSELS XXI, S.L.

Il-port ta' “El Musel”

Gijon

SPANJA

Tel. +34 630144416

Posta elettronika: abarredo@ddr-vessels.com

Rampa għall-iżmantellar

Bastimenti kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, ħlief bastimenti nukleari.

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

It-tul: 84,95 metru

(Jistgħu jiġu aċċettati bastimenti sa 169,9 metru li waqt it-tħaddim tagħhom ma jkollhomx riskju li jinqalbu jew inkella r-rampa tagħhom ma tiċċaqlaqx, skont ir-riżultat ta' studju tal-vijabilità ddettaljat)

Il-limitazzjonijiet huma inklużi fl-awtorizzazzjoni ambjentali integrata.

Mhi definita l-ebda proċedura espliċita s'issa.

0 (8)

It-28 ta' Lulju 2020

FRANZA

Démonaval Recycling

ZI du Malaquis

Rue François Arago

76580 Le Trait

FRANZA

Tel. +33 769791280

Posta elettronika: patrick@demonaval-recycling.fr

Laterali, baċir imbattal mill-ilma

Bastimenti kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastimenti (baċir imbattal mill-ilma):

 

It-tul: 140 metru

 

Il-wisa': 25 metru

 

Il-fond: 5 metri

Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali.

Approvazzjoni espliċita - L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru tal-Ambjent.

0 (9)

Il-11 ta' Diċembru 2022

Gardet & De Bezenac Recycling/Groupe Baudelet Environnement – Gie Mug

616, Boulevard Jules Durand

76600 Le Havre

FRANZA

Tel. +33 235951634

Posta elettronika: infos@gardet-bezenac.com

F'wiċċ l-ilma u fl-iskal

Bastimenti kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 150 metru

 

Il-wisa': 18-il metru

 

LDT: 7 000

Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali.

Approvazzjoni espliċita - L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru tal-Ambjent.

16 000  (10)

It-30 ta' Diċembru 2021

Grand Port Maritime de Bordeaux

152, Quai de Bacalan - CS 41320 - 33082 Bordeaux Cedex

FRANZA

Tel. +33 556 905800

Posta elettronika: maintenance@bordeaux-port.fr

Laterali, baċir imbattal mill-ilma

Bastimenti kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastimenti (baċir imbattal mill-ilma):

 

It-tul: 240 metru

 

Il-wisa': 37 metru

 

Il-fond: 17-il metru

Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali.

Approvazzjoni espliċita - L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru tal-Ambjent.

18 000  (11)

Il-21 ta' Ottubru 2021

Les Recycleurs bretons

Zone industrielle de kerbriant plouigneau — 29 610

FRANZA

Tel. +33 298011106

Posta elettronika: navaleo@navaleo.fr

Laterali, baċir imbattal mill-ilma

Bastimenti kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastimenti (baċir imbattal mill-ilma):

 

It-tul: 225 metru

 

Il-wisa': 34 metru

 

Il-fond: 27 metru

Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali.

Approvazzjoni espliċita - L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru tal-Ambjent.

5 500  (12)

L-24 ta' Mejju 2021

IL-LATVJA

A/S “Tosmares kuģubūvētava”

Ģenerāļa Baloža street 42/44, Liepaja, LV-3402

IL-LATVJA

Tel. +371 63401919

Posta elettronika: shipyard@tosmare.lv

L-iżmantellar ta' bastimenti (irmiġġ fl-ilma u baċir imbattal mill-ilma)

Bastimenti kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 165 m

 

Il-wisa': 22 m

 

Il-fond: 7 m

 

DWT:14 000

 

GT: 200 – 12 000

 

Il-piż: 100 – 5 000 tunnellati

 

LDT: 100 -5 000

Ara l-permess nazzjonali Nru LI10IB0024.

Approvazzjoni espliċita - notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta' xogħol

0 (13)

Il-11 ta' Ġunju 2020

IL-LITWANJA

UAB APK

Minijos 180 (il-post ta' rmiġġ 133 A), LT 93269, Klaipėda,

IL-LITWANJA

Tel. +370 46365776

Faks: +370 46365776

Posta elettronika: uab.apk@gmail.com

Laterali (irmiġġ fl-ilma)

Bastimenti kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 130 metru

 

Il-wisa': 35 metru

 

Il-fond: 10 metri

 

GT: 3 500

Ara l-permess nazzjonali Nru TL-KL.1-15/2015

Approvazzjoni espliċita - notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta' xogħol

1 500  (14)

Is-17 ta' Marzu 2020

UAB Armar

Minijos 180 (il-postijiet ta' rmiġġ 127 A, 131 A), LT 93269, Klaipėda,

IL-LITWANJA

Tel. +370 68532607

Posta elettronika: armar.uab@gmail.com; albatrosas33@gmail.com

Laterali (irmiġġ fl-ilma)

Bastimenti kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastimenti (il-post ta' rmiġġ 127 A):

 

It-tul: 80 metru

 

Il-wisa': 16-il metru

 

Il-fond: 6 metri

 

GT: 1 500

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastimenti (il-post ta' rmiġġ 131 A):

 

It-tul: 80 metri

 

Il-wisa': 16-il metru

 

Il-fond: 5 metri

 

GT: 1 500

Ara l-permess nazzjonali Nru TL-KL.1-16/2015 (il-post ta' rmiġġ 127 A)

Ara l-permess nazzjonali Nru TL-KL.1-51/2017 (il-post ta' rmiġġ 131 A)

Approvazzjoni espliċita - notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta' xogħol

3 910  (15)

Is-17 ta' Marzu 2020

(il-post ta' rmiġġ 127 A),

Id-19 ta' April 2022

(il-post ta' rmiġġ 131 A),

UAB Vakaru refonda

Minijos 180 (il-postijiet ta' rmiġġ 129, 130, 131 A, 131, 132, 133 A), LT 93269, Klaipėda,

IL-LITWANJA

Tel. +370 46483940/483891

Faks: +370 46483891

Posta elettronika: refonda@wsy.lt

Laterali (irmiġġ fl-ilma)

Bastimenti kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 230 metru

 

Il-wisa': 55 metru

 

Il-fond: 14-il metru

 

GT: 70 000

Ara l-permess nazzjonali Nru (11.2)-30-161/2011/TL-KL.1-18/2015

Approvazzjoni espliċita - notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta' xogħol

20 140  (16)

Il-21 ta' Mejju 2020

IN-NETHERLANDS

Keppel-Verolme

Prof. Gerbrandyweg 25

3197 KK Rotterdam-Botlek

IN-NETHERLANDS

Tel. +31 181234353 Stateaidgreffe@ec.europa.eu

Posta elettronika: mzoethout@keppelverolme.nl

Tkissir ta' bastimenti

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 405 metri

 

Il-wisa': 90 metru

 

Il-fond: 11,6 metri

Is-sit għandu permess biex jopera; dan il-permess għandu limitazzjonijiet u kundizzjonijiet biex jopera mingħajr ma jkun ta' ħsara għall-ambjent.

Approvazzjoni espliċita

52 000  (17)

Il-21 ta' Lulju 2021

Scheepssloperij Nederland B.V.

Havenweg 1; 3295 XZ s-Gravendeel

Postbus 5234, 3295 ZJ s-Gravendeel

IN-NETHERLANDS

Tel. +31 7867360 55

Posta elettronika: info@sloperij-nederland.nl

Tkissir ta' bastimenti

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 200 metru

 

Il-wisa': 33 metru

 

Il-fond: 6 metri

 

Għoli: 45 metru (Botlekbridge)

L-operazzjonijiet ta' riċiklaġġ jibdew fuq l-ilma biex il-buq jitħaffef; il-winċ biex iqandel il-vapuri għal fuq ir-rampa jiflaħ 2 000 tunnellata.

Is-sit għandu permess biex jopera; dan il-permess għandu limitazzjonijiet u kundizzjonijiet biex jopera mingħajr ma jkun ta' ħsara għall-ambjent.

Approvazzjoni espliċita

9 300  (18)

Is-27 ta' Settembru 2021

IL-PORTUGALL

Navalria - Docas, Construções e Reparações Navais

Porto Comercial, Terminal Sul, Apartado 39, 3811-901 Aveiro

IL-PORTUGALL

Tel. +351 234378970, +351 232767700

Posta elettronika: info@navalria.pt

Żarmar fil-baċir imbattal mill-ilma, id-dekontaminazzjoni u l-iżmantellar fuq pjan orizzontali u inklinat, skont id-daqs tal-bastiment

Il-kapaċità nominali tal-pjan orizzontali: 700 tunnellata

Il-kapaċità nominali tal-pjan inklinat: 900 tunnellata

 

Il-kundizzjonijiet applikati għall-attività huma definiti fl-ispeċifikazzjonijiet annessi mat-Titolu (AL nru 5/2015/CCDRC, tas-26 ta' Jannar 2016)

1 900 tunnellata (19)

Is-26 ta' Jannar 2020

IR-RENJU UNIT

Able UK Limited

Teesside Environmental Reclamation and Recycling Centre

Graythorp Dock

Tees Road

Hartlepool

Cleveland

TS25 2DB

IR-RENJU UNIT

Tel. +44 1642806080

Posta elettronika: info@ableuk.com

L-iżmantellar ta' bastimenti u t-trattament assoċjat awtorizzati f'baċir imbattal mill-ilma, u rmiġġ fl-ilma

Kull bastiment fil-limiti tad-dimensjonijiet awtorizzati fil-permess.

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 337,5 metri

 

Il-wisa': 120 metru

 

Pixka: 6,65 metru

Din il-faċilità għandha Pjan għall-Faċilità tar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolamenti (UE) Nru 1257/2013.

Is-sit huwa awtorizzat permezz ta' permess (ir-Referenza EPR/VP3296ZM) li jillimita l-operazzjonijiet u jagħmel kundizzjonijiet fuq l-operatur tal-faċilità.

Approvazzjoni espliċita

66 340  (20)

Is-6 ta' Ottubru 2020

Dales Marine Services Ltd

Imperial Dry Dock

Leith

Edinburgh

EH6 7DR

IR-RENJU UNIT

Kuntatt:

 

Tel. +44 1314543380

 

Posta elettronika: leithadmin@dalesmarine.co.uk; b.robertson@dalesmarine.co.uk

L-iżmantellar ta' bastimenti u t-trattament assoċjat awtorizzati f'baċir imbattal mill-ilma, u rmiġġ fl-ilma

Kwalunkwe bastiment sa massimu ta' 7 000 tunnellata

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 165 metru

 

Il-wisa': 21 metru

 

Pixka: 7,7 metri

Din il-faċilità għandha Pjan għall-Faċilità tar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolamenti (UE) Nru 1257/2013. Is-sit huwa awtorizzat permezz ta' liċenzja (Ref: WML L 1157331) li jillimita l-operazzjonijiet u jagħmel kundizzjonijiet fuq l-operatur tal-faċilità.

Approvazzjoni espliċita

7 275  (21)

It-2 ta' Novembru 2022

Harland and Wolff Heavy Industries Limited

Queen's Island

Belfast

BT3 9DU

IR-RENJU UNIT

Tel. +44 2890458456

Posta elettronika: trevor.hutchinson@harland-wolff.com

L-iżmantellar ta' bastimenti u t-trattament assoċjat awtorizzati f'baċir imbattal mill-ilma, u rmiġġ fl-ilma

Kull bastiment bid-dimensjonijiet iddettaljati fil-Pjan ta' Ħidma miftiehem.

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Il-baċir prinċipali (l-ikbar) huwa ta' 556 m × 93 m × 1,2 m DWT, u jista' jieħu bastimenti li ma jaqbżux dan il-qies. Dan l-akbar baċir imbattal mill-ilma huwa ta' 1,2 miljun DWT.

Din il-faċilità għandha Pjan għall-Faċilità tar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolamenti (UE) Nru 1257/2013.

Is-sit huwa awtorizzat permezz ta' liċenzja għall-ġestjoni tal-iskart, bin-numru tal-awtorizzazzjoni LN/07/21/V2 li tillimita l-operazzjonijiet u tagħmel kundizzjonjiet fuq l-operatur tal-faċilità.

Approvazzjoni espliċita

13 200  (22)

It-3 ta' Awwissu 2020

Swansea Drydock Ltd

Prince of Wales Dry Dock

Swansea

Wales

SA1 1LY

IR-RENJU UNIT

Tel. +44 1792654592

Posta elettronika: info@swanseadrydocks.com

L-iżmantellar ta' bastimenti u t-trattament assoċjat awtorizzati f'baċir imbattal mill-ilma, u rmiġġ fl-ilma

Kull bastiment fil-limiti tad-dimensjonijiet awtorizzati fil-permess.

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 200 metru

 

Il-wisa': 27 metru

 

Pixka: 7 metri

Is-sit għandu Pjan għall-Faċilità tar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolamenti (UE) Nru 1257/2013.

Is-sit huwa awtorizzat permezz ta' permess (ir-Referenza EPR/UP3298VL) li jillimita l-operazzjonijiet u jagħmel kundizzjonijiet fuq l-operatur tal-faċilità.

Approvazzjoni espliċita

7 275  (23)

It-2 ta' Lulju 2020


(1)  Kif imsemmi fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti.

(2)  Kif imsemmi fit-tielet sentenza tal-Artikolu 32(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013.

(3)  Id-data tal-iskadenza tal-inklużjoni fil-Lista Ewropea tikkorrispondi mad-data tal-iskadenza tal-permess jew l-awtorizzazzjoni mogħtija lill-faċilità fl-Istat Membru.

(4)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 50 000 LDT fis-sena.

(5)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 50 000 LDT fis-sena.

(6)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 50 000 LDT fis-sena.

(7)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 15 000 LDT fis-sena.

(8)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 60 000 LDT fis-sena.

(9)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 15 000 LDT fis-sena.

(10)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 18 000 LDT fis-sena.

(11)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 23 000 LDT fis-sena.

(12)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 10 000 LDT fis-sena.

(13)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 15 000 LDT fis-sena.

(14)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 30 000 LDT fis-sena.

(15)  Skont il-permessi tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 12 000 LDT fis-sena (6 000 LDT kull post ta' rmiġġ).

(16)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 45 000 LDT fis-sena.

(17)  Skont il-permess tagħha, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 100 000 tunnellata fis-sena.

(18)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ ta' bastimenti tal-faċilità hija 45 000 LDT fis-sena.

(19)  Ma ngħatat l-ebda informazzjoni dwar il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti.

(20)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 230 000 tunnellata fis-sena.

(21)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 7 275 tunnellata fis-sena.

(22)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 300 000 tunnellata fis-sena.

(23)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 74 999 tunnellata fis-sena


4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 249/16


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1479

tat-3 ta' Ottubru 2018

li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tas-sulfuril tal-fluworur għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 8

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(5) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

Billi:

(1)

Is-sustanza attiva sulfuril tal-fluworur ddaħħlet fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) biex tintuża fi prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 8, u b'hekk skont l-Artikolu 86 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 hija meqjusa li hi approvata skont dak ir-Regolament soġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness I ta' dik id-Direttiva.

(2)

L-approvazzjoni tas-sulfuril tal-fluworur għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 8 se tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2018. Fit-28 ta' Ġunju 2017 tressqet applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni ta' din is-sustanza attiva, bi qbil mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(3)

L-awtorità kompetenti li tevalwa tal-Iżvezja infurmat lis-servizzi tal-Kummissjoni fl-14 ta' Frar 2018 dwar id-deċiżjoni tagħha skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 li trid titwettaq evalwazzjoni sħiħa. Biex issir evalwazzjoni sħiħa jingħata perjodu ta' 365 jum skont l-Artikolu 8(1) ta' dak ir-Regolament (UE). Skont l-Artikolu 8(2) ta' dak ir-Regolament, waqt din l-evalwazzjoni, l-awtorità kompetenti li tevalwa tista', jekk ikun hemm il-bżonn, titlob li l-applikant jipprovdi biżżejjed data għat-twettiq tal-evalwazzjoni. F'dak il-każ, il-perjodu ta' 365 jum jiġi sospiż għal perjodu li b'kollox ma jistax jaqbeż total ta' 180 jum sakemm dan ma jkunx iġġustifikat minħabba t-tip ta' data li tintalab jew minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali.

(4)

Skont l-Artikolu 14(3) ta' tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, fi żmien 270 jum minn meta tirċievi rakkomandazzjoni mill-awtorità kompetenti li tevalwa, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) trid tħejji opinjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva u tippreżentaha lill-Kummissjoni.

(5)

Għaldaqstant, għal raġunijiet li mhumiex fil-kontroll tal-applikant, l-approvazzjoni tas-sulfuril tal-fluworur għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 8 x'aktarx li se tiskadi qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħha. Għalhekk jixraq li tiġi posposta d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tas-sulfuril tal-fluworur għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 8 għal perjodu ta' żmien twil biżżejjed biex ikun jista' jsir l-istudju tal-applikazzjoni. Meta wieħed iqis il-perjodi ta' żmien permessi għall-evalwazzjoni mill-awtorità kompetenti li tevalwa u għat-tħejjija u għall-preżentazzjoni ta' opinjoni mill-Aġenzija, huwa xieraq li tiġi posposta d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni sat-30 ta' Ġunju 2021.

(6)

Minbarra d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni, jenħtieġ li s-sulfuril tal-fluworur għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 8 jibqa' approvat suġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tas-sulfuril tal-fluworur għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip 8 hija posposta għat-30 ta' Ġunju 2021.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Ottubru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).


Rettifika

4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 249/18


Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/227 tad-9 ta' Frar 2017 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tal-eteru tal-bis(pentabromofenil)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 35 tal-10 ta' Frar 2017 )

F'paġna 9, l-Aness jinbidel b'dan li ġej:

ANNESS

Fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, tiżdied l-entrata li ġejja:

“67.

Eteru tal-bis(pentabromofenil)

(eteru tad-dekabromodifenil; decaBDE)

Nru CAS 1163-19-5

Nru KE 214-604-9

1.

Ma għandux jiġi mmanifatturat jew jitqiegħed fis-suq bħala sustanza waħidha wara t-2 ta' Marzu 2019.

2.

Ma għandux jintuża fil-produzzjoni ta':

(a)

sustanza oħra, bħala kostitwent;

(b)

taħlita;

(c)

oġġett, jew kwalunkwe parti tiegħu, jew introdott fis-suq fihom,

f'konċentrazzjoni daqs jew ikbar minn 0,1 % tal-piż, wara t-2 ta' Marzu 2019.

3.

Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal sustanza, kostitwent ta' sustanza oħra jew taħlita li trid tintuża, jew tiġi użata:

(a)

fil-produzzjoni ta' inġenju tal-ajru qabel it-2 ta' Marzu 2027,

(b)

fil-produzzjoni ta' spare parts għal kull wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

inġenju tal-ajru mmanifatturat qabel it-2 ta' Marzu 2027,

(ii)

vetturi motorizzati fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2007/46/KE, vetturi agrikoli u forestali fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) jew makkinarju fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2), prodotti qabel it-2 ta' Marzu 2019.

4.

Is-subparagrafu 2(c) ma għandux japplika għal kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

oġġetti introdotti fis-suq qabel it-2 ta' Marzu 2019;

(b)

inġenji tal-ajru manifatturati skont is-subparagrafu 3(a);

(c)

spare parts ta' inġenji tal-ajru, vetturi jew magni prodotti skont is-subparagrafu 3(b);

(d)

tagħmir elettriku u elettroniku fi ħdan l-ambitu tad-Direttiva 2011/65/UE.

5.

Għall-finijiet ta' din l-entrata “inġenju tal-ajru” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

inġenju tal-ajru ċivili mmanifatturat f'konformità ma' ċertifikat tat-tip maħruġ skont ir-Regolament (UE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3) jew bl-approvazzjoni tad-disinn maħruġa skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali ta' Stat kontraenti tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), jew li għalih inħareġ ċertifikat tal-ajrunavigabilità minn Stat Kontraenti tal-ICAO skont l-Anness 8 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali;

(b)

inġenju tal-ajru militari.”


(*1)  Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 1).

(*2)  Id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24).

(*3)  Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1).


4.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 249/19


Rettifika tad-Direttiva 2014/28/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mad-disponibbiltà fis-suq u s-superviżjoni ta' splussivi ċivili

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 96 tad-29 ta' Marzu 2014 )

It-titolu fil-Werrej u t-titolu fil-paġna 1,

minflok:

“Direttiva 2014/28/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mad-disponibbiltà fis-suq u s-superviżjoni ta' splussivi ċivili (riformulazzjoni)”,

aqra:

“Direttiva 2014/28/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mad-disponibbiltà fis-suq u s-superviżjoni ta' splussivi għall-użu ċivili (riformulazzjoni)”.