ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 246

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
2 ta' Ottubru 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1467 tas-27 ta' Lulju 2018 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward taż-żieda tal-Pakistan mat-tabella fil-punt I tal-Anness ( 1 )

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1468 tal-1 ta' Ottubru 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 461/2013 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat (PET) li joriġina mill-Indja

3

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1469 tal-1 ta' Ottubru 2018 li jimponi dazju definittiv antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Russja u l-Ukrajna wara reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

20

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2018/1470 tat-28 ta' Settembru 2018 li taħtar membru, propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

45

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1471 tad-19 ta' Settembru 2018 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem ta' INWAQQFU L-FRODI u l-abbuż ta' FONDI TAL-UE — permezz ta' kontroll aħjar ta' deċiżjonijiet, implimentazzjoni u penali (notifikata bid-dokument C(2018) 6077)

46

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

2.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 246/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1467

tas-27 ta' Lulju 2018

li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward taż-żieda tal-Pakistan mat-tabella fil-punt I tal-Anness

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-preklużjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-Unjoni trid tiżgura protezzjoni effettiva tal-integrità u l-funzjonament xieraq tas-sistema finanzjarja tagħha u tas-suq intern mill-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Għalhekk, id-Direttiva (UE) 2015/849 tipprevedi li l-Kummissjoni jenħtieġ li tidentifika pajjiżi terzi b'riskju kbir li jippreżentaw defiċjenzi strateġiċi fir-reġimi tagħhom dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu li huma ta' theddid serju għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni.

(2)

Jenħtieġ li f'mumenti xierqa l-Kummissjoni tagħmel rieżami tal-lista ta' pajjiżi terzi b'riskju kbir elenkati fir-Regolament Delegat (UE) 2016/1675 (2) fid-dawl tal-progress li jkun sar minn dawk il-pajjiżi terzi b'riskju kbir biex ineħħu n-defiċjenzi strateġiċi fir-reġim dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (“AML/CFT”). Jenħtieġ li fil-valutazzjonijiet tagħha l-Kummissjoni tqis l-informazzjoni ġdida li tasal mingħand organizzazzjonijiet internazzjonali u korpi li jfasslu standards, bħal dawk maħruġa mit-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF). Fid-dawl ta' din l-informazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tidentifika wkoll aktar pajjiżi terzi b'riskju kbir li jippreżentaw defiċjenzi strateġiċi fir-reġim tagħhom AML/CFT.

(3)

B'konformità mal-kriterji stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2015/849, il-Kummissjoni qieset l-iktar informazzjoni reċenti disponibbli b'mod partikolari l-Istqarriji Pubbliċi reċenti tal-FATF, id-dokument tal-FATF “Titjib tal-Konformità Globali tal-AML/CFT: proċess li għadu għaddej”, u r-rapporti tal-FATF tal-Grupp ta' Reviżjoni tal-Kooperazzjoni Internazzjonali fir-rigward tar-riskji maħluqa minn pajjiżi terzi individwali b'konformità mal-Artikolu 9(4) tad-Direttiva (UE) 2015/849.

(4)

L-FATF identifikat lill-Pakistan bħala pajjiż li għandu defiċjenzi strateġiċi fir-reġim tiegħu ta' finanzjament tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u dik kontra t-terroriżmu (“AML/CFT”) li jippreżentaw riskju lis-sistema finanzjarja internazzjonali, u li għalihom żviluppa pjan ta' azzjoni mal-FATF.

(5)

Il-qafas AML/CFT fis-seħħ fil-Pakistan u l-mod li bih dak il-qafas huwa applikat jiżvelaw defiċjenzi strateġiċi. Id-defiċjenzi jinkludu s-superviżjoni u l-infurzar ta' kontrolli tal-AML/CFT minn istituzzjonijiet finanzjarji, inklużi negozji tas-servizz tal-flus; miżuri insuffiċjenti biex jiġi evitat it-trasport transfruntier illeċitu ta' flus; l-ebda track record robust ta' investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet ta' finanzjament tat-terroriżmu, inkluż in-nuqqas ta' koordinazzjoni meħtieġa bejn id-diversi awtoritajiet; l-implimentazzjoni insuffiċjenti ta' sanzjonijiet finanzjarji mmirati u tar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1267 (1999) u 1373 (2001); infurzar insuffiċjenti ta' projbizzjoni ta' fondi u servizzi finanzjarji.

(6)

Meta jitqies il-livell għoli ta' integrazzjoni tas-sistema finanzjarja internazzjonali, ir-rabta stretta tal-operaturi tas-suq, il-volum għoli ta' tranżazzjonijiet transfruntiera lejn jew mill-Unjoni, kif ukoll il-grad ta' ftuħ tas-suq, il-Kummissjoni qis li kull theddida AML/CFT ippreżentata għas-sistema finanzjarja internazzjonali tirrappreżenta wkoll theddida għas-sistema finanzjarja tal-UE.

(7)

Skont l-informazzjoni relevanti l-aktar reċenti, l-analiżi tal-Kummissjoni kkonkludiet li l-Pakistan jenħtieġ li jitqies bħala ġurisdizzjoni ta' pajjiż terz li għandu defiċjenzi strateġiċi fir-reġim AML/CFT tiegħu li jippreżentaw theddid sinifikanti għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni b'konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849. Madankollu, dan il-pajjiż ipprovda impenn politiku ta' livell għoli bil-miktub sabiex jindirizza id-defiċjenzi identifikati u żviluppa pjan ta' azzjoni mal-FATF, li se jippermettilu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva (UE) 2015/849. Il-Kummissjoni se terġa' tivvaluta l-istatus ta' dan il-pajjiż fid-dawl tal-implimentazzjoni ta' dan l-impenn.

(8)

Għaldaqstant ir-Regolament Delegat (UE) 2016/1675 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1675, fit-tabella fil-punt I jiddaħħlu l-linji li ġejjin:

“14

Il-Pakistan”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Lulju 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 tal-14 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidentifika pajjiżi terzi b'riskju kbir b'nuqqasijiet strateġiċi (ĠU L 254, 20.9.2016, p. 1).


2.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 246/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1468

tal-1 ta' Ottubru 2018

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 461/2013 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat (PET) li joriġina mill-Indja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”)qabel ma ġie emendat bir-Regolament (UE) 2017/2321 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Miżuri fis-seħħ

(1)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 2603/2000 (3), il-Kunsill impona dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-polietilentereftalat (“PET”) li joriġina, inter alia, mill-Indja (“l-investigazzjoni oriġinali”).

(2)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1645/2005 (4), il-Kunsill emenda l-livell tal-miżuri kumpensatorji fis-seħħ kontra l-importazzjonijiet ta' PET mill-Indja, wara rieżami aċċellerata skont l-Artikolu 20 tar-Regolament bażiku.

(3)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 193/2007 (5), il-Kunsill impona dazju kumpensatorju definittiv għal perjodu ulterjuri ta' ħames snin, wara rieżami aċċellerat skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(4)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1286/2008 (6) u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 906/2011 (7), il-Kunsill sussegwentement emenda l-miżuri kumpensatorji, wara rieżamijiet interim parzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament.

(5)

Fl-2012, rieżami interim parzjali intemm mingħajr ma ġew emendati l-miżuri fis-seħħ bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 559/2012 (8).

(6)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 461/2013 (9), il-Kunsill impona dazju kumpensatorju definittiv għal perjodu ulterjuri ta' ħames snin, wara t-tieni rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(7)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1350 (10), il-Kummissjoni emendat il-miżuri kumpensatorji, wara rieżamijiet interim parzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku.

(8)

Bid-Deċiżjoni 2000/745/KE (11), il-Kummissjoni aċċettat impenji li jistabbilixxu prezz minimu tal-importazzjoni minn tliet produtturi esportaturi fl-Indja. Bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/109/UE (12), il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenji, minħabba bidla fiċ-ċirkostanzi li l-impenji kienu aċċettati taħthom.

(9)

Il-miżuri fis-seħħ bħalissa huma dazju kumpensatorju definittiv impost mir-Regolament (UE) Nru 461/2013, kif emendat l-aħħar bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1350 (“il-miżuri fis-seħħ”). Dawn jikkonsistu minn dazju kumpensatorju speċifiku li jvarja bejn 0 u 74,6 EUR għal kull tunnellata għall-produtturi Indjani msemmija individwalment b'rata residwa ta' 69,4 EUR għal kull tunnellata imposta fuq l-importazzjonijiet mill-produtturi l-oħra kollha.

1.2.   Il-bidu ta' żewġ rieżaminazzjonijiet interim parzjali

(10)

F'Settembru 2016, produttur esportatur Indjan, Dhunseri Petrochem Limited (“DPL”) talab lill-Kummissjoni biex temenda ir-Regolament li jimponi l-miżuri fis-seħħ bbażati fuq bidla fl-isem tal-kumpanija. Madankollu t-talba wriet li DPL kienet daħlet fi sħubija ta' impriża konġunta ma' Indorama Ventures Public Company Limited (“IVL”), li rriżulta fl-istruttura li ġejja:

(a)

Indorama Ventures Global Services Limited, sussidjarja ta' IVL, akkwistat sehem ta' 50 % fin-negożju tar-reżina ta' PET ta' DPL, permezz tal-istabbiliment ta' kumpanija ġdida, li tissejjaħ IVL Dhunseri Petrochem Industries Limited (“IVDPIL”)

(b)

DPL akkwistat sehem ta' 50 % fil-Micro Polypet Pvt. Ltd (“MPPL”), manifattur Indjan ta' PET li qatt ma esporta lejn l-UE u ma kellux dazju kumpensatorju individwali.

(11)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni qieset li kien hemm biżżejjed evidenza li turi li ċ-ċirkostanzi fir-rigward tas-sussidjar ta' DPL u l-kumpaniji relatati magħha inbidlu b'mod sinifikanti u li kienu ta' natura dejjiema, u għalhekk il-miżuri għandhom jiġu rieżaminati.

(12)

Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni ħabbret, b'avviż fil-6 ta' Lulju 2017 (13), id-deċiżjoni li, fuq inizjattiva tagħha stess, tagħti bidu għal investigazzjoni ta' rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku, li l-ambitu tiegħu kien limitat għall-eżami tas-sussidjar għad-DPL u l-kumpaniji relatati tiegħu fl-Indja. L-iskop tar-rieżami huwa li tiġi stabbilita r-rata tas-sussidju għall-istruttura l-ġdida tal-kumpanija.

(13)

Produttur esportatur ieħor Indjan, Reliance Industries Limited (“Reliance”) ressaq talba għal rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku. It-talba kienet limitata għall-eżami tas-sussidju ta' Reliance.

(14)

Reliance ipprovda evidenza prima facie li l-issoktar tal-applikazzjoni tal-miżuri fil-livell attwali tagħhom ma kienx aktar meħtieġ biex jitpatta s-sussidju kumpensabbli. B'mod partikolari l-kumpanija allegat li l-livell tas-sussidju globali tnaqqas minħabba t-terminazzjoni ta' applikabbiltà tal-Iskema ta' Prodott Iffokat u l-Iskema ta' Suq Iffokat, u t-tnaqqis ta' ammonti gwadanjati mill-applikant fir-rigward ta' skemi oħrajn, bħal ma huma l-Iskema ta' Awtorizzazzjoni bil-Quddiem u l-Iskema ta' Rifużjoni tad-Dazji.

(15)

Wara li ddeterminat li t-talba kien fiha biżżejjed evidenza, il-Kummissjoni ħabbret, fit-6 ta' Lulju 2017 (14), il-bidu ta' rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku, li l-ambitu tagħha huwa limitat għall-eżami tas-sussidjar għal Reliance.

(16)

Fiż-żewġ Notifiki ta' Bidu, il-Kummissjoni ħabbret li l-investigazzjonijiet se jivvalutaw ukoll l-adegwatezza li tiġi emendata r-rata tad-dazju imposta fuq importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat (PET) li joriġina fl-Indja mill- “kumpaniji l-oħra kollha” fl-Indja.

(17)

Minħabba li ż-żewġ rieżamijiet interim ikopru l-istess prodott taħt rieżami, mill-istess pajjiż tal-oriġini u l-istess perjodu ta' investigazzjoni, u peress li ż-żewġ miżuri huma soġġetti għall-istess proċediment, ġie meqjus xieraq li ż-żewġ rieżamijiet jiġu konklużi fl-istess att legali.

1.3.   Il-partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni

(18)

Il-Kummissjoni infurmat uffiċjalment lil Dhunseri, Reliance u l-kumpaniji relatati tagħha (“il-produtturi esportaturi kkonċernati”), l-assoċjazzjoni ta' produtturi tal-Unjoni, importaturi u utenti fl-Unjoni magħrufa li huma kkonċernati u lir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur dwar il-bidu tar-rieżami parzjali interim. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u biex jitolbu smigħ saż-żmien stipulat fl-avviżi tal-bidu.

(19)

Sabiex tikseb it-tagħrif li qieset meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produtturi esportaturi kkonċernati u lill-Gvern tal-Indja (“GOI”) u rċeviet tweġibiet fi żmien l-iskadenzi stipulati għal dan l-għan.

(20)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset li kien meħtieġ għad-determinazzjoni tas-sussidju. Il-Kummissjoni wettqet żjarat ta' verifika fil-bini tal-IVB f'Kolkata, il-kwartieri ġenerali ta' MPPL f'Delhi, fil-fabbrika ta' MPPL f'Karnal, f'Mumbai kif ukoll fil-bini tal-GOI fi New Delhi (Direttorat Ġenerali tal-Kummerċ Barrani u l-Ministeru tal-Kummerċ).

1.4.   Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

(21)

L-investigazzjoni tas-sussidju kopriet l-perjodu mill-1 ta' April 2016 sal-31 ta' Marzu 2017 (“il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami”).

1.5.   Divulgazzjoni

(22)

Fil-25 ta' Lulju 2018, il-GOI u l-partijiet interessati l-oħra kienu infurmati bil-fatti essenzjali u bil-kunsiderazzjonijiet li fuqhom il-Kummissjoni kellha l-intenzjoni li tipproponi l-emenda tar-rati tad-dazju applikabbli għal Dhunseri u Reliance. Huma ngћataw ukoll żmien raġonevoli sabiex jikkummentaw. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti kollha kienu kkunsidrati dovutament kif stabbilit iktar 'il quddiem.

(23)

Reliance nnotat li l-iżvelar kien sar iktar minn 12-il xahar wara l-bidu tal-investigazzjoni u li hemm referenza għalih fl-Artikolu 11.11 tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kumpensatorji (“ASCM”) li jipprovdi li l-investigazzjonijiet ta' “għandha” tiġi konkluża fi żmien sena “ħlief f'ċirkostanzi speċjali” u li l-Artikolu 22(1) tar-Regolament bażiku li jipprevedi li rieżami għandu jsir “malajr kemm jista' jkun” u “għandu normalment” jiġi konklużi fi żmien 12-il xahar mid-data tal-bidu. Fuq din il-bażi Reliance sostniet li fin-nuqqas ta' ċirkustanzi speċjali jew ġustifikazzjoni mill-Kummissjoni l-investigazzjoni għandha “tintemm mingħajr miżuri protettivi”.

(24)

Madankollu, fir-rigward tal-iskadenzi, il-Kummissjoni tosserva li l-investigazzjoni ta' rieżami preżenti hija soġġett għall-Artikolu 21.4 tal-ASCM li jistipula li rieżamijiet ta' dazji kumpensatorji “għandhom normalment jiġu konklużi fi żmien 12-il xahar mid-data tal-bidu tar-rieżami” u ma jirreferix għal kwalunkwe ċirkostanzi speċjali meħtieġa biex tiġġustifika investigazzjoni ta' durata itwal minn 12-il xahar. Bl-istess mod, l-Artikolu 22(1) tar-Regolament bażiku ma jirreferix għal ċirkostanzi speċjali meħtieġa biex jiġġustifikaw investigazzjoni ta' durata itwal minn 12-il xahar. Ir-rieżamijiet attwali jsiru fi żmien l-iskadenza attwali ta' 15-il xahar stipulata fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, it-talba ġiet rifjutata.

2.   PRODOTT SOĠĠETT GĦAL RIEŻAMI U PRODOTT SIMILI

2.1.   Prodott taħt rieżami

(25)

Il-prodott suġġett għal dan ir-rieżami huwa l-polietilentereftalat (PET) li għandu numru ta' viskożità ta' 78 ml/g jew iżjed, skont l-Istandard ISO 1628-5, li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċi NM 3907 61 00 u li joriġina mill-Indja (“il-prodott li qed jiġi rieżaminat”).

2.2.   Prodott simili

(26)

L-investigazzjoni żvelat li l-prodott li qed jiġi rieżaminat huwa identiku f'termini ta' karatteristiċi fiżiċi u kimiċi u tal-użi mal-prodott magħmul u mibjugħ fis-suq domestiku fl-Indja. Gћalhekk, ġie konkluż li skont it-tifsira tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament bażiku l-prodotti mibjugħa fis-suq domestiku u fis-suq tal-esportazzjoni, huma prodotti simili.

3.   IR-RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI

3.1.   Ir-riorganizzazzjoni ta' DPL u l-kumpaniji relatati tagħha

(27)

L-investigazzjoni kkonfermat li DPL daħlet fi sħubija ma' impriża konġunta IVL. Taħt din is-sħubija, DPL irtrasferiet il-faċilità tal-produzzjoni tal-PET kollu tagħha lil kumpanija ġdida, IVDPIL fl-1 ta' April 2016 u akkwistat 50 % tal-ishma ta' din il-kumpanija, filwaqt li l-50 % li kien fadal ġew akkwistati minn Indorama Ventures Global Services Limited, sussidjarja ta' IVL. DPL għalhekk ma baqgħetx tkun produttur esportatur tal-prodott rieżaminat b'effett minn dik id-data.

(28)

L-investigazzjoni kkonfermat ukoll li DPL akkwistat 50 % tal-ishma MPPL, manifattur Indjan ta' PET li preċedentement ma esportax il-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni u għalhekk ma ġiex attribwit dazju kumpensatorju individwali f'investigazzjonijiet preċedenti dwar PET li joriġina fl-Indja. Is-sehem ta' 50 % li jibqa' f'MPPL jappartjeni għal Indorama Ventures Global Services Limited.

(29)

Sussegwentement, fit-12 ta' Mejju 2017, IVDPIL biddel ismu għal IVL Dhunseri Petrochem Industries Private Limited (“IDIPL”), u l-MPPL ittrasferiet l-assi, id-djun, l-obbligazzjonijiet, u l-persunal tagħha kollha lill-IDIPL. Fl-4 ta' Diċembru 2017, il-High Court ta' Kolkata ssanzjonat dan it-trasferiment.

(30)

DPL, IDIPL (li qabel kienet IVDPIL), u MPPL minn hawn' il quddiem se jissejħu l-“Grupp Dhunseri”. L-għan tar-rieżami interim parzjali kien għalhekk li tiġi stabbilita r-rata ta' sussidju applikabbli għall-grupp Dhunseri. Għal dak il-għan id-data rigward IDIPL u MPPL (li kienet għadha topera bħala produttur esportatur tal-prodott taħt rieżami matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami) kienu aggregati biex tikkalkula rata ta' sussidju għall-grupp Dhunseri inġenerali peress li din ir-rata hija applikabbli għall-istruttura finali tal-grupp meta l-impjant MPPL ikun inkorporat f'IDIPL.

3.2.   Is-sussidju

(31)

Fuq il-bażi tas-sussidji investigati fir-rieżamijiet preċedenti, l-informazzjoni mressqa mill-GOI u mill-produtturi esportaturi kkonċernati, kif ukoll it-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni, ġew investigati l-miżuri li ġejjin:

 

Programmi ta' sussidju fuq skala nazzjonali:

(a)

Skema ta' Awtorizzazzjoni bil-Quddiem (AAS)

(b)

“Skema ta' Rifużjoni tas-Dazji” skont ir-regola 3(2) (DDS)

(c)

Skema ta' Kreditu ta' Dazju fuq l-Importazzjoni (DEPBS)

(d)

Skema ta' Awtorizzazzjoni tal-Importazzjoni Ħielsa mid-Dazju (Duty Free Import Authorisation Scheme — “DFIA”)

(e)

Skema tal-Kreditu għall-Esportazzjoni (Export Credit Scheme, ECS)

(f)

Skema ta' Unitajiet Orjentati lejn l-Esportazzjoni (EOU) u Żoni Ekonomiċi Speċjali (SEZ)

(g)

L-Iskema ta' Promozzjoni tal-Esportazzjoni ta' Oġġetti Kapitali (EPCGS)

(h)

L-Iskema ta' Suq Iffokat (FMS)

(i)

L-Iskema ta' Prodott Iffokat (FPS)

(j)

Skema ta' Inċentivar tal-Esportazzjonijiet Inkrementali (IEIS)

(k)

Skema ta' Ekwalizzazzjoni tal-Interess (IES)

(l)

Inċentiv tat-Taxxa fuq id-Dћul gћal Riċerka u Żvilupp (ITIRAD)

(m)

L-Iskema ta' Esportazzjoni tal-Merkanzija mill-Indja (MEIS)

(n)

Iċ-Ċertifikat Scrip fuq id-dazju tal-Inċentivi għad-Detenturi tal-Istatus (SHIS)

 

Programmi ta' sussidju reġjonali:

(o)

Skema tal-Inċentiv tal-Investiment Kapitali tal-Gvern ta' Gujarat (CIIS)

(p)

Il-Politika tal-Promozzjoni tal-Intrapriża tal-Gvern ta' Haryana (EPP/GOH)

(q)

Skema ta' Eżenzjoni mid-Dazju fuq l-Elettriku ta' Gujarat — Gujarat Electricity Duty Exemption Scheme (GEDES)

(r)

Skema ta' Pakkett ta' Inċentivi tal-Gvern ta' Maharashtra (PSI/GOM)

(s)

Skema tal-Inċentivi tal-Bengal tal-Punent (WBIS)

(32)

Is-sussidji speċifikati fil-premessa ta' hawn fuq huma bbażati fuq id-dokumenti ta' politika u leġiżlazzjoni li ġejjin.

(33)

L-AAS, id-DEPBS, DFIA, EOU/SEZ, l-EPCGS, l-FPS, l-IEIS, l-FMS, l-MEIS, u SHIS l-iskemi huma bbażati fuq l-Att Dwar il-Kummerċ Barrani (Żvilupp u Regolamentazzjoni) tal-1992 (Nru 22 tal-1992) li daħal fis-seħħ fis-7 ta' Awwissu 1992 (“l-Att dwar il-Kummerċ Barrani”). L-Att dwar il-Kummerċ Barrani jawtorizza lill-GOI biex joħroġ notifiki dwar il-politika tal-esportazzjoni u l-importazzjoni. Dawn huma miġburin fil-qosor fid-dokumenti tal-“Politika dwar il-Kummerċ Barrani”, li jinħarġu mill-Ministeru tal-Kummerċ kull ħames snin u jiġu aġġornati b'mod regolari.

(34)

L-AAS, id-DFIA, l-EOU/SEZ, l-EPCGS, u l-MEIS huma bbażati fuq il-Foreign Trade Policy 2015–2020 (“FTP 2015–20”) li huma rilevanti gћall-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. Barra minn hekk, il-GOI jistabbilixxi wkoll il-proċeduri li jirregolaw il-FTP 2015-20 fil-“Handbook of Procedures, Volume I” (“HOP I 2015-20”). Il-Manwal ta' Proċeduri huwa aġġornat fuq bażi regolari.

(35)

DEPBS, FMS, FPS, IEIS, u SHIS, li kienu bbażati fuq id-dokument preċedenti tal-Politika dwar il-Kummerċ Barrani relevanti għall-perjodu 2009-2014 (“FTP 2009-14”), għadhom ma ġewx imġedda skont l-FTP 2015–20 imsemmi fil-premessa (34).

(36)

L-iskema DDS hija bbażata fuq it-Taqsima 75 tal-Att dwar id-Dwana tal-1962, it-Taqsima 37 tal-Att tas-Sisa Ċentrali tal-1944, fuq it-Taqsimiet 93 A u 94 tal-Att Finanzjarju tal-1994 u fuq id-Dwana, Dazji tas-Sisa Ċentrali u Regoli ta' Rifużjoni ta' Taxxa tas-Servizz tal-1995. Ir-rati ta' rifużjoni lura huma ppubblikati fuq bażi regolari.

(37)

L-iskema ECS hija bbażata fuq l-artikoli 21 u 35 A tal-Att Indjan tal-1949 dwar ir-Regolamentazzjoni tal-Attività Bankarja, li jippermetti lir-Reserve Bank tal-Indja (“RBI”) jiddirieġi lill-banek kummerċjali fil-qasam tal-krediti tal-esportazzjoni.

(38)

L-iskema ITIRAD hija bbażata fuq l-Att tal-1961 dwar it-Taxxa tad-Dħul (“ITA”), li huwa emendat bl-Att annwali dwar il-Finanzi.

(39)

L-iskema IES hija bbażata fuq Master Circular DBR.Dir.BC.No 62/04.02.001/2015–16 datata l-4 ta' Diċembru 2015 dwar “Interest Equalisation Scheme on Pre- and Post-Shipment Rupee Export Credit”.

(40)

L-Iskema CIIS hija amministrata mill-Gvern ta' Gujarat u hija bbażata fuq il-politika industrijali ta' Gujarat.

(41)

L-EPP/GOH hija amministrata mill-Gvern ta' Haryana u stabbilita fil-Politika għall-Promozzjoni tal-Intrapriżi — 2015 notifikata mid-Dipartiment tal-Industrija & l-Kummerċ tal-Gvern ta' Haryana.

(42)

L-iskema GEDES hija bbażata fuq l-Att dwar id-Dazju fuq l-Elettriku ta' Gujarat, 1958 (“l-Att dwar l-Elettriku”) taħt it-Taqsima 3(2) (vii) u (viii) kif emendati minn żmien għal żmien fil-Gazzetta tal-Gvern ta' Gujarat.

(43)

L-iskema PSI/GOM hija bbażata fuq Riżoluzzjoni Nru PSI-2013/(CR-54)/IND-8 tal-Gvern ta' Maharashtra.

(44)

L-iskema WBIS hija amministrata mill-Gvern tal-Bengal tal-Punent u stabbilita fin-notifika tad-Dipartiment tal-Kummerċ & Industriji Nru 309 — CI/O/ADN/GEN-INC/512 tat-12 ta' Settembru 2014.

(45)

L-investigazzjoni żvelat li l-iskemi li ġejjin jew ġew terminati jew iż-żewġ produtturi esportaturi kkonċernati ma kinux għamlu użu minnhom: DEPBS, DFIA, ECS, EOU/SEZ, FMS, FPS, ITIRAD, IEIS, IES, SHIS, CIIS, EPP/GOH, PSI/GOM u WBIS.

3.3.   Skema ta' Awtorizzazzjoni bil-Quddiem (AAS)

(46)

Il-Kummissjoni sabet li wieħed biss mill-produtturi esportaturi soġġetti għal rieżamijiet kurrenti inqeda b'din il-miżura matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami għal għadd żgħir ħafna ta' tranżazzjonijiet ta' esportazzjoni. Fil-fatt, l-istess kumpanija kienet tuża l-“Iskema ta' Rifużjoni tad-Dazju” (DDS), koperta hawn taħt fit-taqsima 3.4, għall-parti l-kbira tat-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni tagħha. Peress li l-AAS u d-DDS ma jistgħux jintużaw fl-istess ħin għal l-istess tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni, il-Kummissjoni sabet li l-AAS bilkemm intuża matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u ddeċieda li ma tikkwantifika l-benefiċċju miksub taħt l-AAS matul ir-rieżamijiet inkwistjoni.

3.4.    “L-Iskema tar-Rifużjoni tad-Dazji” skont ir-Regola 3(2) (DDS)

(47)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-produtturi esportaturi kkonċernati użaw id-DDS matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

3.4.1.   Il-Bażi Ġuridika

(48)

Il-bażi ġuridika applikabbli matul l-RIP kienet ir-Rifużjoni tad-Dwana u d-Dazji tas-Sisa Ċentrali tal-1995 (“ir-Regoli tad-DDS tal-1995”), kif emendata l-aħħar fl-2006 (15). Wara l-RIP din il-bażi legali nbidlet mir-Regoli tad-Dwana u ta' Rifużjoni tad-Dazji tas-Sisa, 2017 (16) (“ir-Regoli tal-2017”) li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2017. Ir-regola 3(2) tar-Regoli tad-DDS tal-1995 tirregola l-metodu ta' kalkolu ta' din l-iskema ta' rifużjoni tad-dazju. Ir-Regola 12(1)(a)(ii) tar-Regoli tad-DDS imsemmija tirregola d-Dikjarazzjoni li l-produtturi esportaturi jeħtieġ li jippreżentaw sabiex jibbenefikaw mill-iskema. Dawn ir-Regoli baqgħu identiċi fir-Regoli DDS 2017 u jikkorrispondu għar-Regola 3(2) u r-Regola 13(1)(a)(ii) rispettivament.

(49)

Barra minn hekk, iċ-Ċirkulari Nru 24/2001 (17) fiha struzzjonijiet speċifiċi dwar kif għandha tiġi implimentata r-Regola 3(2) u d-Dikjarazzjoni li l-esportaturi jridu jipproduċu skont ir-Regola 12(1)(a)(ii).

(50)

Ir-regola 4 tar-Regoli tad-DDS tal-1995 jistipula li l-Gvern Ċentrali jistgħu jirrevedu l-ammont jew ir-rati iddeterminati skont ir-regola 3. Il-Gvern għamel għadd ta' modifiki, l-aħħar dawk li rrevedew ir-rati huma n-Notifika Nru 110/2015 — CUSTOMS (N.T.) tas-16 ta' Novembru 2015 (18) u n-Notifiki Nru 131/2016 — CUSTOMS (N.T.) tal-31 ta' Ottubru 2016 (19). Bħala riżultat, għall-prodott taħt rieżami matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, ir-rata kienet ta' 1,9 % tal-valur FOB sal-14 ta' Novembru 2016, u 1,5 % minn hemm' il quddiem.

3.4.2.   Eliġibbiltà

(51)

Kull manifattur-esportatur jew negozjant-esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema.

3.4.3.   Implimentazzjoni prattika

(52)

Skont din l-iskema, kwalunkwe kumpannija attiva fl-esportazzjoni ta' prodotti eliġibbli huwa intitolat li jirċievi ammont fi flus li tikkorrispondi għal perċentwal tal-valur FOB ddikjarat tal-materjali esportati. Ir-Regola 3(2) ta' Custom & Central Excise Duties Drawback Rules tispeċifika kif l-ammont tas-sussidju għandu jkun ikkalkulat:

(2)

Fid-determinazzjoni tal-ammont jew ir-rata ta' rifużjoni taħt din ir-regola, il-Gvern Ċentrali għandu jqis, -

(a)

il-kwantità jew il-valur medju ta' kull klassi jew deskrizzjoni tal-materjali li minnhom klassi partikolari ta' merkanzija hija normalment prodotta jew manifatturata fl-Indja;

(b)

il-kwantità jew il-valur medju ta' materjali importati jew materjali soġġetti għas-sisa użati għall-produzzjoni jew manifattura fl-Indja fi klassi partikolari ta' oġġetti;

(ċ)

l-ammont medju ta' dazji mħallsa fuq materjali importati jew materjali soġġetti għas-sisa użati fil-manifattura ta' tas-semis, komponenti u prodotti intermedji li huma użati fil-manifattura ta' oġġetti;

(d)

l-ammont medju tad-dazji mħallsa fuq materjali moħlija fil-proċess ta' manifattura u aġenti katalitiċi:

Sakemm kwalunkwe tali skart jew aġent katalitiku jintuża mill-ġdid f'xi proċess ta' manifattura jew jiġi mibjugħ, l-ammont medju tad-dazji fuq l-iskart jew aġent katalitiku użat mill-ġdid jew mibjugħa għandu jitnaqqas ukoll;

(e)

l-ammont medju ta' dazji mħallas fuq materjali importati jew materjali soġġetti għas-sisa li jintużaw għall-ippakkjar li jkun fih jew l-esportazzjoni tal-merkanzija;

(f)

kwalunkwe informazzjoni oħra li l-Gvern Ċentrali jista' jqis relevanti jew utli għal dan il-għan.

(53)

Fi kliem ieħor, il-GOI bbaża l-ammont rimborżabbli fuq il-valuri medji tal-industrija kollha ta' dazji doganali rilevanti mħallsa fuq materja prima importata u proporzjon ta' konsum medju tal-industrija miġbur minn dak li l-GOI iqis bħala manifatturi rappreżentattivi tal-prodotti eliġibbli għall-esportazzjoni. Il-GOI imbagħad jesprimi l-ammont li għandu jiġi rimborżat bħala perċentwali tal-valur medju ta' esportazzjoni ta' prodotti esportati eliġibbli.

(54)

Il-GOI juża dan il-persentaġġ biex jikkalkula l-ammont ta' flus li għalih huma intitolati l-esportaturi kollha eliġibbli. Ir-rata ta' rifużjoni tad-dazju għall-esportazzjonijiet hija ddeterminata mill-GOI fuq bażi ta' prodott. Għall-prodott li qed jiġi rieżaminat matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, ir-rata kienet ta' 1,9 % tal-valur FOB sal-14 ta' Novembru 2016 u 1,5 % wara kif spjegat fil-premessa (50).

(55)

Biex tkun eliġibbli għall-benefiċċji b'din l-iskema, kumpanija trid tesporta. Fil-mument meta d-dettalji tal-konsenja jiddaħħlu fis-Server Doganali, huwa indikat li l-esportazzjoni qed issir taħt id-DDS u l-ammont DDS huwa ffissat irrevokabbilment. Wara li l-kumpanija tat-trasport marittimu kienet iffajljat Manifest Ġenerali tal-Esportazzjoni u l-uffiċċju doganali qabbel b'mod sodisfaċenti dak id-dokument mad-data tal-polza ta' esportazzjoni, il-kundizzjonijiet kollha huma ssodisfati biex jawtorizzaw il-ħlas tal-ammont ta' rifużjoni jew b'pagament dirett fuq il-kont bankarju tal-esportatur jew bi draft.

(56)

L-esportatur għandu jipproduċi wkoll evidenza ta' realizzazzjoni tar-rikavat mill-esportazzjoni permezz ta' Ċertifikat ta' Realizzazzjoni Bankarja (BRC). Dan id-dokument jista' jiġi pprovdut wara li jkun tħallas l-ammont ta' rifużjoni iżda l-GOI jirkupra l-ammont imħallas jekk l-esportatur jonqos milli jippreżenta l-BRC fi żmien raġonevoli.

(57)

Instab li skont l-istandards Indjani tal-kontabilità, l-ammont ta' rifużjoni tad-dazji jista' jitniżżel fuq bażi tad-dovuti bħala dħul fil-kontijiet kummerċjali, mat-twettiq tal-obbligu ta' esportazzjoni.

(58)

L-istruzzjonijiet leġiżlattivi u amministrattivi rilevanti jistipulaw li l-amministrazzjoni doganali Indjana ma għandha teħtieġ l-ebda evidenza li l-esportatur li jitlob ir-rifużjoni tad-dazju għandu jkollu jew ikollu jġarrab obbligazzjoni ta' dazju doganali għall-importazzjonijiet tal-materja prima meħtieġa għall-manifattura tal-prodott esportat (20). Barra minn hekk, matul iż-żjara ta' verifika fil-GOI, il-GOI kkonferma li l-kumpaniji li jsibu l-materja prima kollha domestikament inkorporata fil-PET esportat xorta jibbenefikaw mir-rata sħiħa kkalkulata skont ir-Regola 3(2) imsemmi hawn fuq. Din l-investigazzjoni wriet ukoll li fil-prattika dan kien il-każ għal esportatur kooperatur, li bbenefika minn benefiċċji taħt id-DDS minkejja li ma importa lanqas unità waħda ta' materja prima ewlenija (PTA u MEG) użati għall-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi rieżaminat.

3.4.4.   Konklużjoni dwar id-DDS

(59)

Id-DDS tipprovdi sussidju fil-kuntest tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. L-hekk imsejjaħ ammont ta' rifużjoni tad-dazju huwa kontribuzzjoni finanzjarja mill-GOI minħabba li jieħu l-forma ta' dħul mitluf (jiġifieri d-dazji tal-importazzjoni allegati miġbura mill-GOI li jiġu rimborżati jew rimessi). Ma hemm l-ebda restrizzjoni fuq l-użu ta' dawn il-fondi. Barra minn hekk, l-ammont ta' rifużjoni tad-dazji jagħti benefiċċju lill-esportatur, minħabba li jtejjeb il-likwidità tiegħu b'ammonti żejda ta' dazji fuq l-importazzjoni mħallsa lura jew jinħafer mill-GOI.

(60)

Ir-rata ta' rifużjoni tad-dazju għall-esportazzjonijiet hija ddeterminata mill-GOI fuq bażi ta' prodott. Madankollu, għalkemm is-sussidju huwa msejjaħ rifużjoni tad-dazju, l-iskema m'għandhiex il-karatteristiċi ta' sistema ta' rifużjoni ta' dazju permissibbli jew sistema ta' rifużjoni b'sostituzzjoni fil-kuntest tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Din ma hijiex konformi mar-regoli stabbiliti fl-Anness I, entrata (I), l-Anness II (definizzjoni u regoli għar-rifużjoni) u l-Anness III (definizzjoni u regoli għal rifużjoni b'sostituzzjoni) tar-Regolament bażiku. Il-ħlas f'kontanti lill-esportatur mhuwiex neċessarjament marbut ma' ħlasijiet attwali ta' dazji fuq l-importazzjoni fuq il-materja prima, u mhuwiex kreditu ta' dazju biex ipatti għad-dazji fuq importazzjoni ta' materja prima fil-passat jew fil-futur. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda sistema jew proċedura fis-seħħ biex tikkonferma liema inputs huma kkonsmati fil-produzzjoni tal-prodotti għall-esportazzjoni u f'liema ammonti.

(61)

Il-pagament mill-GOI wara l-esportazzjonijiet li jkun sar minn esportaturi huwa kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u għalhekk huwa kkunsidrat bħala speċifiku u jista' jiġi kkumpensat skont l-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku.

(62)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, ġie konkluż li d-DDS hija kumpensabbli.

3.4.5.   Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(63)

Skont l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kkalkolat l-ammont ta' sussidji kumpensatorji f'termini tal-benefiċċju mogħti lir-reċevitur, li nstab li jeżisti matul il-perjodu ta' investigazzjoni ta' rieżami. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni stabilixxiet li l-benefiċċju huwa mogħti lir-riċevitur fil-mument meta ssir tranżazzjoni ta' esportazzjoni f'din l-iskema. F'dan il-mument il-GOI jkun obbligat li jħallas l-ammont ta' rifużjoni, xi ħaġa li tikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament bażiku. Ladarba l-awtoritajiet doganali joħorġu polza tat-tagħbija tal-esportazzjoni li turi, fost ħwejjeġ oħra, l-ammont li għandu jingħata għal dik it-tranżazzjoni ta' esportazzjoni, il-GOI ma jkollu l-ebda diskrezzjoni dwar jekk jagħtix is-sussidju jew le. Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkunsidrat xieraq li l-benefiċċju skont id-DDS jiġi vvalutat bħala t-total tal-ammonti ta' rifużjoni miksub fuq it-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni li jkunu saru b'din l-iskema matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(64)

Il-grupp Dhunseri nnota li l-benefiċċju taħt id-DDS tnaqqas minn 1,9 % għal 1,5 % matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami u argumenta li dan it-tnaqqis kien ta' natura dejjiema billi jirreferi għal xejra ta' tnaqqis fir-rata tad-DDS, li naqas minn 5,5 % fl-2011 għal 1,5 % matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. Għal dik ir-raġuni, il-kumpanija sostniet li d-DDS, jekk ikun ikkumpensat, għandu jkun ikkumpensat biss abbażi tar-rata ta' 1,5 %.

(65)

Il-Kummissjoni tinnota li skont l-Artikoli 3(2) u 5 tar-Regolament bażiku, “l-ammont ta' sussidji ta' kumpens għandu jiġi kalkulat fit-termini tal-benefiċċji mogħtija lill-benefiċjarju, li jinstabu li jkunu jeżistu matul il-perjodu ta' investigazzjoni dwar is-sussidjar”. Kif imsemmi qabel, matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, ir-rata kienet ta' 1,9 % tal-valur FOB sal-14 ta' Novembru 2016, u 1,5 % minn hemm' il quddiem. Għalhekk il-Kummissjoni tqis li r-rati attwali matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami għandhom jiġu użati. Għaldaqstant, dan l-argument ġie rrifjutat.

(66)

Reliance targumenta wkoll li l-benefiċċju kkalkulat fuq il-bażi tad-DDS għandu jkun ristrett għall-benefiċċji żejda minħabba li d-DDS għandhom ikunu kkunsidrati bħala skema tar-rifużjoni tad-dazju permissibbli skont l-Artikolu 3(1)(a) (ii) tar-Regolament bażiku iżda ma pprovdiet l-ebda elementi ulterjuri li tissostanzja t-talba. Kif spjegat fil-premessa (60), il-Kummissjoni kkonkludiet li d-DDS ma jammontax għal rifużjoni tad-dazju permissibbli. Barra minn hekk, fir-rigward ta' Reliance, il-Kummissjoni kkonkludiet matul il-verifika fuq il-post li Reliance kienet ibbenefikat mid-DDS anki jekk ma kienetx importat ebda miż-żewġ materji primi (MEG u PTA) matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Għalhekk, it-talba ġiet miċħuda peress li, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, l-ammont totali mogħti lil Reliance jirrappreżenta l-eċċess.

(67)

L-MPPL spjegat li hija użat aċidu tereftaliku ppurifikat (PTA) u monoetilen glikol (MEG) biex jimmanitfattura l-PAT u li ż-żewġ materji primi ġew minn fornitur domestiku uniku li, skont il-kuntratt tax-xiri, kienet qed jiċċarġja l-MPPL hekk imsejjaħ “element ta' dazju doganali meqjus baħala kontenut”. Fuq dik il-bażi l-MPPL sostniet li hija kienet tħallas dazji tal-importazzjoni fuq materja prima inkorporata fil-prodott esportat u li l-kalkolu tad-DDS għandu għalhekk jiġi ristrett għall-benefiċċji żejda. Il-Kummissjoni nnutat li f'dan ir-rigward l-MPPL ma rnexxiliex tipprovdi xi evidenza li “meqjusa bħala kontenut ta' dazju doganali” kien jikkorrispondi għal kwalunkwe pagament attwali ta' dazji fuq l-importazzjoni. Għaldaqstant, it-talba ġiet rifjutata.

(68)

L-IDIPL qal li dak l-MEG, wieħed miż-żewġ fatturi ewlenin ta' materja prima użata mill-kumpanija għall-manifattura tal-PET, kien kompletament importat u li kienu tħallsu d-dazji tal-importazzjoni fuq dawn l-importazzjonijiet. Fuq il-bażi tal-ammont ta' dazji mħallsa fuq MEG inkorporati f'PET esportati matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, IDIPL aktar pprovdiet kalkolu ta' allegazzjoni ta' remissjoni żejda u sostnew li l-livell ta' sussidjar għandha tiġi stabbilita fuq din ir-remissjoni żejda biss. Minkejja n-nuqqas ta' sistema jew proċedura biex tikkonferma liema inputs huma kkonsmati fil-produzzjoni tal-prodotti għall-esportazzjoni u f'liema ammonti, il-Kummissjoni wettqet verifika tat-talba skont l-Anness II(5) tar-Regolament bażiku. Il-verifika kkonfermat li l-MEG kollu kkonsmat fil-produzzjoni tal-PET kien impurtat u li l-ammont ta' dazji tal-importazzjoni rrappurtat fit-talba kien effettivament imħallas fuq il-MEG inkorporat fil-PET esportat matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Fuq dik il-bażi l-Kummissjoni aċċettat it-talba u kkalkulat il-livell ta' sussidju fuq remissjoni żejda biss.

(69)

Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni allokat dawn l-ammonti ta' sussidju fuq il-fatturat totali mill-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta' investigazzjoni ta' rieżami bħala d-denominatur approprjat, għax is-sussidju huwa subordinat għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(70)

Għalhekk, il-Kummissjoni stabbiliet li rati ta' sussidju fir-rigward ta' din l-iskema matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami kienu jammontaw għal 0,38 % għall-grupp Dhunseri u 1,67 % for Reliance.

3.4.6.   Kummenti dwar l-iżvelar

Dipendenza

(71)

Reliance argumentat li l-Kummissjoni wettqet żball billi identifikat id-DDS bħala sussidju u bħala skema li taqa' taħt l-Artikoli 3(1)(a)(i) u sostniet li, barra minn hekk il-Kummissjoni aġixxiet b'kontradizzjoni għal din id-determinazzjoni billi vverifikat ir-remissjoni żejda ta' esportatur ieħor. Reliance ddikjarat li l-Kummissjoni ttrattat il-partijiet differenti b'mod differenti meta kkalkulat l-ammont ta' remissjoni żejda u, fil-każ partikolari ta' Reliance, ikkumpensat il-benfiċċju tad-DDS minflok ir-restrizzjoni kumpensatorji għal remissjoni żejda biss.

(72)

Din l-affermazzjoni hija bla bażi. Madankollu, għalkemm is-sussidju huwa msejjaħ rifużjoni tad-dazju, l-iskema m'għandhiex il-karatteristiċi ta' sistema ta' rifużjoni ta' dazju permissibbli jew sistema ta' rifużjoni b'sostituzzjoni fil-kuntest tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. l-iskema lanqas ma tikkonforma mar-regoli stabbiliti fl-Anness I, punt (i), l-Anness II u l-Anness III tar-Regolament bażiku minħabba li l-ħlas f'kontanti lill-esportatur mhuwiex marbut ma' ħlasijiet attwali ta' dazji fuq l-importazzjoni fuq il-materja prima, u mhuwiex kreditu ta' dazju biex ipatti għad-dazji fuq importazzjoni fil-passat jew fil-futur l-importazzjoni ta' materja prima. Barra minn hekk, l-istess approċċ u regoli ġew japplikati għall-kumpaniji kollha (Reliance u l-grupp Dhunseri) peress li l-Kummissjoni riedet tifhem jekk il-kumpaniji fil-fatt importawx jew le kwalunkwe mill-materja prima relevanti matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u ħallsux dazji tal-importazzjoni fuq dawn l-importazzjonijiet. Imbagħad, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni kkalkulat ir-remissjoni żejda għaż-żewġ kumpaniji. Is-sitwazzjoni rispettiva taż-żewġ kumpaniji hija kif ġej. IDIPL (parti mill-grupp Dhunseri) qalu u pprovdew evidenza li wieħed miż-żewġ fatturi ewlenin ta' materja prima użata għall-produzzjoni ta' PET kien kompletament importat u d-dazji tal-importazzjoni tħallsu. Il-Kummissjoni wettqet verifika u dan wera l-korrettezza tat-talba. Fuq din il-bażi fattwali il-Kummissjoni kkalkulat il-livell ta' sussidjar fuq ir-remissjoni żejda. Reliance kienet mistiedna tressaq l-istess evidenza tal-IDIPL, iżda naqset milli tagħmel dan. Għal Reliance, l-eżenzjoni ta' eċċess kienet tikkonsisti għalhekk fl-ammont sħiħ riċevut mill-GOI. Għalhekk, peress li d-differenza bejn iż-żewġ produtturi esportaturi hija ġġustifikata fuq il-bażi tad-differenza tal-fatti disponibbli, it-talba ġiet miċħuda.

(73)

Reliance sostniet ukoll li l-oneru tal-prova kien applikat b'mod inkorrett li allegatament timponi fuq il-produttur esportatur l-oneru li jistabbilixxi l-kwantità ta' remissjoni eċċessiva.

(74)

Il-Kummissjoni ma taqbilx. Huwa mfakkar li l-proċess ta' investigazzjoni hija bbażata fuq it-tweġibiet tal-kwestjonarji u żjarat ta' verifika. L-informazzjoni relatata mal-livell ta' dazji ta' importazzjoni attwalment imħallas (jew le) minn kumpanija partikolari huwa punt fattwali u għandu jiġi rrapportat mill-kumpanija. Reliance ma ssottomettiex din l-informazzjoni fit-tweġiba tagħha tal-kwestjonarju msemmi fil-premessa (19) fejn il-partijiet interessati huma mistiedna jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha rigward il-kalkolu ta' rata ta' sussidjar. Iffaċċjata b'din l-assenza ta' informazzjoni, il-Kummissjoni b'mod proattiv ġabret informazzjoni li tiffaċilita li jiġi determinat il-potenzjal ta' remissjoni żejda waqt il-verifika fuq il-post ta' Reliance f'Diċembru 2017. L-ewwel ġie stabbilit li Reliance ma ħallsitx id-dazji tal-importazzjoni fuq żewġ materji primi inkorporati fil-PET esportat, jiġifieri l-PTA u l-MEG. Il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk kienux tħallsu d-dazji ta' importazzjoni fuq il-materja prima użati fil-produzzjoni tal-PTA, il-MEG jew kwalunkwe materja prima upstream użati biex jipproduċu l-PTA jew il-MEG. Madankollu deher li Reliance, li hija kumpanija petrokimika integrata, kienet qed timporta żejt mhux raffinat u kienet manifatturata internament fil-prodotti intermedji kollha li wasslu għall-produzzjoni tal-PET. Il-Kummissjoni mbagħad kisbet ir-rata tad-dazju tal-importazzjoni applikabbli għaż-żejt mhux maħdum, li rriżulta li kien ta' 0 % kif intwera minn Reliance matul iż-żjara ta' verifika. Fuq il-bażi ta' din l-informazzjoni jidher li l-ammont kollu tad-DDS kien remissjoni eċċessiva. Reliance ma pprovdiet l-ebda sottomissjoni kwantifikata verifikabbli mod ieħor li kieku kienet tindika matul il-bqija tal-investigazzjoni. Reliance ma pprovdiet l-ebda informazzjoni li tippermetti kalkolu ta' remissjoni żejda minkejja li kienet mistiedna tagħmel dan f'diversi okkażjonijiet. Fi ftit kliem il-Kummissjoni b'mod proattiv ġabret l-informazzjoni neċessarja biex jiġi kkalkolat il-livell ta' sussidju tad-DDS u minkejja bosta stediniet Reliance ma pprovdietx informazzjoni fattwali li l-kumpanija għandha fil-pussess tagħha u li kieku kienet tiġġustifika l-kalkolu ta' remissjoni żejda iktar baxx mill-ammont tad-DDS totali. Għaldaqstant id-dikjarazzjoni ma ntlaqgħetx.

(75)

Reliance sostniet li l-uniku stedina mill-Kummissjoni biex tipprovdi informazzjoni li tippermetti li jiġi ddeterminat il-livell ta' remissjoni żejda kienet magħmula fil-mument tad-divulgazzjoni. Madankollu, il-Kummissjoni tosserva li Reliance kienet mistiedna twieġeb kwestjonarju u tipprovdi informazzjoni dwar remissjoni żejda matul iż-żjara ta' verifika, kif spjegat fil-premessa (74). Għaldaqstant, din it-talba wkoll ma ntlaqgħetx.

(76)

Reliance innotat li l-Kummissjoni ma għamletx disponibbli rapport ta' verifika u ddikjarat li n-nuqqas ta' dan ir-rapport ma ħallihiex tiddefendi l-interessi tagħha b'mod xieraq rigward id-DDS meta tqies li l-Kummissjoni invertiet l-oneru tal-prova fil-kwantifikazzjoni tal-benfiċċju tal-ammont DDS.

(77)

Kif spjegat qabel, il-Kummissjoni tqis li l-oneru tal-prova biex turi li kienu tħallsu d-dazji tal-importazzjoni fuq materja prima inkorporata fil-prodotti esportati li fuqhom il-GOI ta lura dawk id-dazji tal-importazzjoni allegatament imħallsa jaqa' fuq il-produttur esportatur. Il-Kummissjoni għandha l-oneru li tikkalkula l-ammont ta' sussidju fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-elementi rilevanti użati biex tiġi stabbilita r-rata ta' sussidjar tad-DDS skont il-metodu spjegat fil-premessa (69) ġew ivverifikati fuq il-bażi tat-tweġiba ta' Reliance għall-kwestjonarju. Il-verifika ta' DDS saret b'mod parallel għall-verifika ta' MEIS billi ż-żewġ skemi huma simili ħafna. Diversi fatturi tal-esportazzjoni u d-dokumenti relatati tagħhom kienu vverifikati. Din l-informazzjoni hija wkoll disponibbli għal Reliance fil-forma ta' wirja ta' missjoni. Matul iż-żjara ta' verifika, il-Kummissjoni sabet li kien hemm diskrepanza bejn il-valur ta' oġġetti għall-esportazzjoni mressqa minn Reliance taħt id-DDS meta mqabbel mal-valur ta' prodotti għall-esportazzjoni taħt il-MEIS. Din id-diskrepanza kienet spjegat minn Reliance f'waħda mill-wirjiet ta' missjoni. Madankollu, din id-diskrepanza ma taffettwax il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju. L-ebda diskrepanza oħra ma qamet matul il-verifika relatata mad-dokumenti sottomessi minn Reliance f'relazzjoni mad-DDS. Għaldaqstant, l-informazzjoni kollha neċessarja biex teżerċita d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati ġiet ikkomunikata lill-partijiet interessati, inkluż lil Reliance, fi stadju bikri tal-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li d-drittijiet tad-difiża ta' Reliance ġew rispettati kif suppost matul l-investigazzjoni sottostanti. Il-premessa (74) turi wkoll li l-Kummissjoni ma laqatx l-oneru tal-prova u għall-kuntrarju ġabret b'mod proattiv l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi kkalkulat l-ammont ta' benefiċċju tad-DDS. Għaldaqstant, din il-pretensjoni hija rifjutata.

Il-grupp Dhunseri

(78)

Kif spjegat hawn fuq, l-operaturi ekonomiċi kollha involuti ġew ttrattati f'konformità mal-istess regoli wara valutazzjoni bir-reqqa tas-sitwazzjoni fattwali konkreta tagħhom. L-IDIPL tenna t-talba li l-MPPL kien impost u mħallas, matul l-RIP, li huwa “meqjusa bħala dazju doganali” li l-fornitur domestiku tagħhom ta' PTA u MEG skont l-arranġamenti kuntrattwali tagħhom. L-IDIPL stqarr li l-ammont “meqjusa bħala dazju doganali” għandu jitnaqqsu mill-ammont totali l-benfiċċju tad-DDS. L-IDIPL issottometta wkoll li “meqjusa bħala dazju doganali” huwa “mekkaniżmu għall-promulgazzjoni ta' deċiżjoni politika li jgħaddi downstream għal dazju ta' importazzjoni imposti fuq il-fornitur tal-materja prima”.

(79)

Rigward din l-affermazzjoni, il-Kummissjoni tista' tikkonferma li l-kuntratt kummerċjali bejn l-MPPL u l-fornitur tagħha ssemmi komponent “meqjus bħala dazju doganali” fil-formula użata biex jiġi kkalkulat il-prezz tal-materja prima. Dan madankollu ma jikkostitwixxix fih innifsu prova li dazju doganali kien effettivament imħallas minn fornitur domestiku peress li din il-formula hija r-riżultat ta' negozjati kummerċjali li mhux neċessarjament iqisu jekk id-dazji doganali jkunu attwalment imħallas. F'dan ir-rigward l-IDIPL ma pprovdiet l-ebda evidenza li l-materja prima li xtraw kienet importata mill-fornitur tagħhom u, f'każ li jkunu ġew importati, li tħallas id-dazju doganali. Għal din ir-raġuni, it-talba ġiet miċħuda.

Il-Gvern tal-Indja

(80)

Il-GOI saħaq li d-DDS kif ikkontemplat fl-ASCM mhux neċessarjament jipprovdi r-remissjoni/eżenzjoni/differiment fuq l-importazzjoni imposti fuq l-importazzjoni mħallsa fuq l-inputs iżda jista' wkoll jipprovdi remissjoni fuq taxxa indiretta. Fuq dik il-bażi, il-GOI ddikjara li l-Kummissjoni kienet wettqet żball fundamentali billi tikkwalifika bħala mhux permissibbli r-rifużjoni ta' dazju tad-DDS bħala sistema bbażata fuq il-fatt li jistgħu jintużaw anki fin-nuqqas ta' ħlas ta' dazji ta' importazzjoni.

(81)

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnutat li filwaqt li l-GOI jagħmel raġunament legali rigward ir-remissjoni ta' taxxi indiretti li ma tipprovdi l-ebda evidenza li dawn it-taxxi indiretti kienu effettivament imħallsa jew pagabbli fuq materja prima użata fil-produzzjoni tal-PET esportat minn kwalunkwe parti interessata u li, fil-każ li ġew imħallsa, dawn ma ġewx rimborżati permezz tal-mekkaniżmu tat-taxxa ieħor mhux relatati mad-DDS. Matul l-investigazzjoni, l-ebda parti interessata ma pprovdiet informazzjoni li tinvolvi taxxi indiretti b'rabta mad-DDS li jaffettwaw il-livell ta' remissjoni żejda għalkemm kienu mħeġġa li jipprovdu informazzjoni li tippermetti l-kalkolu remissjoni żejda tad-DDS f'diversi okkażjonijiet. Għaldaqstant it-talba ma ntlaqgħetx.

(82)

Il-GOI jiddikjara wkoll li d-DDS tipprovdi għal mekkaniżmu ta' verifika biex jimmonitorja l-konsum ta' inputs fil-produzzjoni tal-prodott esportat.

(83)

Bħala appoġġ għall-affermazzjoni tiegħu, il-GOI jirreferi għal xi dispożizzjonijiet tar-Regoli dwar ir-Rifużjoni u l-Manwal Doganali li skontu l-awditi u l-verifikazzjonijiet jitmexxew iżda din tonqos milli turi li l-iskema tad-DDS timponi sistema jew proċedura biex tikkonferma liema inputs huma konsumati fil-produzzjoni tal-prodott esportat u f'liema ammonti fis-sens tal-Anness II(4). Għaldaqstant id-dikjarazzjoni ma ntlaqgħetx.

(84)

Huwa miżjud ukoll li n-nuqqas ta' sistema jew proċedura ta' verifika skont it-tifsira tal-Anness II (4) ma kellux effett fuq id-determinazzjoni tal-ammonti ta' sussidju stabbiliti fil-premessa (70) peress li l-Kummissjoni kkalkulat ir-remissjoni żejda abbażi tal-informazzjoni disponibbli mill-kumpaniji investigati. Il-GOI qal li l-Kummissjoni kellha obbligu li tkun proattiva għall-kalkolu tar-remissjoni żejda.

(85)

Il-premessa (74) turi li l-Kummissjoni kienet proattiva fit-tfittxija ta' informazzjoni li tippermetti d-determinazzjoni ta' jekk parti mill-ammont DDS kinitx remissjoni żejda. Barra minn hekk, anki jekk jiġi mistieden jagħmel hekk, il-GOI naqas milli jwettaq eżami addizzjonali fuq il-bażi ta' tranżazzjonijiet attwali tal-produtturi esportaturi kkonċernati. Għalhekk, it-talba hija irrelevanti.

3.5.   L-Iskema ta' Promozzjoni tal-Esportazzjoni ta' Oġġetti Kapitali (EPCGS)

(86)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet li Reliance rċeviet konċessjonijiet skont l-EPCGS li setgħu jiġu allokati lill-prodott ikkonċernat taħt rieżami fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

3.5.1.   Il-bażi ġuridika

(87)

Id-deskrizzjoni dettaljata tal-EPCGS tinsab fil-Kapitolu 5 tal-FTP 2015-20 kif ukoll fil-Kapitolu 5 tal-HOP I 2015-20.

3.5.2.   Eliġibbiltà

(88)

Il-manifatturi-esportaturi, in-negozjanti-esportaturi “marbuta ma'” manifatturi ta' appoġġ u fornituri ta' servizzi huma eliġibbli għal din l-iskema.

3.5.3.   Implimentazzjoni prattika

(89)

Bil-kundizzjoni ta' obbligu tal-esportazzjoni, kumpanija hija permessa li timporta prodotti kapitali (prodotti kapitali ġodda jew użati li m'għandhomx aktar minn 10 snin) b'rata ta' dazju mnaqqsa. Gћal dan il-gћan il-GOI toћroġ liċenza EPCGS b'applikazzjoni u pagament ta' dritt. L-iskema tipprovdi għal rata ta' dazju mnaqqsa fuq l-importazzjoni, applikabbli għall-oġġetti kapitali kollha importati b'din l-iskema. Sabiex jiġi ssodisfat l-obbligu tal-esportazzjoni, il-prodotti kapitali importati jridu jintużaw biex jiġi prodott ċertu ammont ta' prodotti għall-esportazzjoni matul perjodu partikolari. Skont l-FTP 2015-20 il-prodotti kapitali jistgħu jiġu importati b'rata ta' dazju ta' 0 % taħt l-EPCGS. L-obbligu ta' esportazzjoni li jammonta għal sitt darbiet id-dazju ffrankat għandu jiġi ssodisfat fi żmien perjodu massimu ta' sitt snin.

(90)

Id-detentur ta' liċenzja EPCGS jista' jakkwista wkoll il-prodotti kapitali lokalment. F'dan il-każ, il-fabbrikant indiġenu ta' oġġetti kapitali jista' japprofitta huwa stess mill-benefiċċju ta' importazzjoni ħielsa mid-dazju ta' komponenti meħtieġa għall-manifattura ta' dawn l-oġġetti kapitali. Alternattivament, il-fabbrikant indiġenu jista' jiddikjara l-benefiċċju ta' esportazzjoni meqjusa rigward provvista ta' merkanzija kapitali għal possessur tal-liċenzja tal-EPCGS.

3.5.4.   Konklużjoni dwar l-EPCGS

(91)

L-EPCGS tipprovdi sussidji skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. It-tnaqqis fid-dazju jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja mill-GOI, billi din il-konċessjoni tnaqqas id-dħul mid-dazju li kieku kien ikun dovut lilu. Barra minn hekk, jagħti benefiċċju fuq l-esportatur daqs l-ammont tat-tnaqqis ta' dazju.

(92)

Barra dan, l-EPCGS hija kontinġenti fil-liġi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni, billi dawn il-liċenzji ma jistgħux jinkisbu mingħajr impenn ta' esportazzjoni. Għalhekk hija meqjusa speċifika u kumpensabbli skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku.

(93)

L-EPCGS ma tistax titqies bħala sistema permissibbli ta' rifużjoni tad-dazji jew sistema sostituta ta' rifużjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. L-oġġetti kapitali mhumiex koperti mill-ambitu ta' dawn is-sistemi permissibbli, kif stipulat fl-Anness I punt (i), tar-Regolament bażiku, minħabba li ma jiġux ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodotti esportati.

3.5.5.   Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(94)

Il-Kummissjoni kkalkolat l-ammont ta' sussidju skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, abbażi tad-dazju doganali mhux imħallas fuq oġġetti kapitali importati mifruxa fuq perjodu li jirrifletti l-perjodu ta' deprezzament normali ta' dawn il-oġġetti kapitali fl-industrija kkonċernata. L-ammont ta' sussidju għall-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami mbagħad ġie kkalkulat billi nqasam l-ammont totali tad-dazju doganali mhux imħallas bil-perjodu ta' deprezzament. L-ammont ikkalkulat b'dan il-mod, li jista' jiġi attribwit għall-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, ġie aġġustat permezz taż-żieda ta' mgħax matul dan il-perjodu biex ikun rifless il-valur totali tal-benefiċċju maż-żmien. Ir-rata kummerċjali tal-imgħax matul il-perjodu tal-investigazzjoni fl-Indja kienet meqjusa xierqa għal dan il-għan.

(95)

L-ebda wieħed mill-produtturi Indjani li jesportaw ma talbu tnaqqis tal-miżati sabiex jinkiseb is-sussidju mit-total tas-sussidju bħala li huma intitolati għaliha skont l-Artikolu 7(1)(a).

(96)

Skont l-Artikolu 7(2) u (3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni allokat dan l-ammont ta' sussidju fuq il-fatturat mill-esportazzjoni tal-prodott taħt rieżami matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami bħala d-denominatur approprjat, għax is-sussidju huwa subordinat għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(97)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni stabbiliet li rati ta' sussidju fir-rigward ta' din l-iskema matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami kienu jammontaw għal 0,11 % għall-grupp Dhunseri u 0,45 % għal Reliance.

3.5.6.   Kummenti dwar l-iżvelar

(98)

IDIPL argumentat li l-impjant u l-magni importati skont l-EPCGS intużaw għall-produzzjoni kemm ta' bejgħ domestiku kif ukoll ta' esportazzjoni tal-PET u għalhekk sostniet li d-denominatur fil-premessa (96) għandu jkun il-bejgħ totali tal-kumpanija minflok il-fatturat tal-esportazzjoni tal-PET.

(99)

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tosserva li, anke jekk din l-asserzjoni mhux appoġġata ma kinitx korretta, peress li l-EPCGS hija kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatatx b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati, jew trasportati, l-Artikolu 7(2) huwa applikabbli u d-denominatur magħżul fil-premessa (96) huwa ġġustifikat. Għaldaqstant id-dikjarazzjoni ma ntlaqgħetx.

3.6.   Skema ta' Esportazzjoni tal-Merkanzija mill-Indja (MEIS)

(100)

Instab li ż-żewġ produtturi esportaturi kkonċernati rċevew benefiċċji taħt l-MEIS matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

3.6.1.   Il-bażi ġuridika

(101)

Id-deskrizzjoni dettaljata tal-MEIS tinsab fil-Kapitolu 3 tal-FTP 2015-20 u fil-Kapitolu 3 tal-HOP I 2015-20.

(102)

Il-MEIS daħlet fis-seħħ fl-1 ta' April 2015.

3.6.2.   Eliġibbiltà

(103)

Kull manifattur-esportatur jew negozjant-esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema.

3.6.3.   Implimentazzjoni prattika

(104)

Il-kumpaniji eliġibbli jistgħu jibbenefikaw mill-MEIS billi jesportaw prodotti speċifiċi lejn pajjiżi speċifiċi li huma kkategorizzati fil-Grupp A (“Swieq Tradizzjonali” inklużi l-Istati Membri kollha tal-UE), fil-Grupp B (“Swieq Emerġenti u Fowkus”) u l-Grupp Ċ (“Swieq oħrajn”). Il-pajjiżi li jaqgħu taħt kull grupp u l-lista ta' prodotti b'rati ta' ppremjar korrispondenti huma speċifikati fit-Tabella 1 u fit-Tabella 2 rispettivament tal-Appendiċi 3B tal-FTP 2015-20.

(105)

Il-benefiċċju jieħu l-forma ta' kreditu ta' dazju ekwivalenti għal perċentwal tal-valur FOB tal-esportazzjoni.

(106)

Fiż-żmien l-MEIS daħlet fis-seħħ f'April 2015, il-prodott li qed jiġi rieżaminat ma ġiex inkluż fl-Appendiċi 3B u għaldaqstant ma kienx eliġibbli għall-benefiċċji tal-MEIS. Madankollu fid-29 ta' Ottubru 2015 permezz tal-Avviż Pubbliku Nru 44/2015-2020, esportazzjonijiet PET lejn il-pajjiżi tal-Grupp A u B saru eliġibbli għal benefiċċju tal-MEIS li jammontaw għal 2 % tal-valur FOB tal-esportazzjonijiet. Permezz tal-Avviż Pubbliku Nru 06/2015-2020, l-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi tal-Grupp C saru eliġibbli għall-istess benefiċċju ta' 2 % fl-4 ta' Mejju 2016.

(107)

Ċerti tipi ta' esportazzjonijiet huma esklużi mill-iskema, pereżempju, l-esportazzjonijiet ta' prodotti importati jew prodotti ttrasbordati, esportazzjonijiet preżunti, esportazzjonijiet ta' servizzi u l-fatturat tal-esportazzjoni ta' unitajiet li joperaw taħt żoni ekonomiċi speċjali/unitajiet li joperaw fl-esportazzjoni.

(108)

Il-krediti tad-dazju taħt l-MEIS huma trasferibbli liberament u huma validi għal perjodu ta' 18-il xahar mid-data tal-ħruġ. Jistgħu jintużaw għal: (i) ħlas tad-dazji doganali fuq l-importazzjonijiet ta' fatturi produttivi jew ta' oġġetti inklużi oġġetti kapitali, (ii) ħlas ta' dazji tas-sisa fuq l-akkwist domestiku ta' fatturi produttivi jew ta' oġġetti inklużi oġġetti kapitali u ħlas, (iii) ħlas tat-taxxa tas-servizzi fuq l-akkwist ta' servizzi.

(109)

Fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummerċ Barrani trid timtela applikazzjoni onlajn għat-talba għall-benefiċċji taħt l-MEIS. Dokumentazzjoni rilevanti (poloz tat-tagħbija, dokumentazzjoni bankarja li tikkonferma l-ħlas mill-esportazzjoni u ċertifikat tal-iżbark) trid tkun mehmuża mal-applikazzjoni onlajn. L-Awtorità Reġjonali (“RA”) rilevanti tal-GOI toħroġ il-kreditu ta' dazju wara li tagħmel skrutinju tad-dokumenti. Sakemm l-esportatur jipprovdi d-dokumentazzjoni rilevanti, l-RA ma għandha ebda diskrezzjoni fuq l-għoti tal-krediti tad-dazju.

3.6.4.   Konklużjoni dwar l-MEIS

(110)

Il-MEIS tipprovdi sussidji skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Kreditu ta' dazju tal-MEIS huwa kontribuzzjoni finanzjarja mill-GOI, billi l-kreditu eventwalment jintuża biex ipaċi d-dazji tal-importazzjoni, u b'hekk inaqqas id-dħul mid-dazju tal-GOI li kieku kien irid jitħallas. Barra minn hekk, il-kreditu ta' dazju tal-MEIS jagħti benefiċċju lill-esportatur, li mhuwiex suġġett għal ħlas ta' dawk id-dazji fuq l-importazzjoni.

(111)

Barra dan, l-MEIS hija suġġetta skont il-liġi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni, u għalhekk hija meqjusa bħala speċifika u kumpensabbli skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku.

3.6.5.   Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(112)

Skont l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kkalkolat l-ammont ta' sussidji kumpensatorji f'termini tal-benefiċċju mogħti lir-reċevitur, li nstab li jeżisti matul il-perjodu ta' investigazzjoni ta' rieżami. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni stabilixxiet li l-benefiċċju huwa mogħti lir-riċevitur fil-mument meta ssir tranżazzjoni ta' esportazzjoni f'din l-iskema. F'dan il-mument, il-Gvern tal-Indja joħroġ kreditu ta' dazju li huwa mniżżel fil-kotba mill-produttur esportatur bħala kont riċevibbli li jista' jiġi kkumpensat mill-produttur esportatur fi kwalunkwe mument. Dan jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a) (ii) tar-Regolament bażiku. Ladarba l-awtoritajiet doganali joħorġu l-polza tal-esportazzjoni, il-GOI ma jkollu l-ebda diskrezzjoni dwar jekk jagħtix is-sussidju jew le. Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkunsidrat xieraq li l-benefiċċju skont id-DDS jiġi vvalutat bħala t-total tal-ammonti ta' rifużjoni miksub fuq it-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni li jkunu saru b'din l-iskema matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(113)

Skont l-Artikolu 7(2) u (3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni allokat dan l-ammont ta' sussidju (numeratur) fuq il-fatturat mill-esportazzjoni tal-prodott taħt rieżami matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami bħala denominatur approprjat, għax is-sussidju huwa subordinat għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(114)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni stabbiliet li rati ta' sussidju fir-rigward ta' din l-iskema matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami kienu jammontaw għal 1,90 % għall-grupp Dhunseri u 1,93 % for Reliance.

3.6.6.   Kummenti dwar l-iżvelar

(115)

Il-GOI ddikjara li l-MEIS mhuwiex kumpensabbli għaż-żewġ raġunijiet li ġejjin: (1) l-iskema hija konformi mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu (g) u (h) ta' Anness I jinqara mad-dispożizzjonijiet tal-Anness II tal-ASCM u (2) scrips tad-dazju huma “nota ta' kreditu” li jipprovdu benefiċċju għad-detentur biss fil-mument meta rata taċ-ċertifikat “scrip” fuq id-dazju huwa użat sabiex ipatti għad-dazji ta' importazzjoni.

(116)

Sa fejn hija kkonċernata l-ewwel raġuni, il-GOI ma ressaq l-ebda evidenza. Is-sempliċi allegazzjoni li l-għan bażiku tal-MEIS jipprovdi assistenza lill-esportaturi biex ipatti għal ineffiċjenzi infrastrutturali u spejjeż assoċjati/taxxi involuti u biex jipprovdi kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni mhuwiex biżżejjed biex juru li l-MEIS hija konformi mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu (g) u (h) tal-Anness I jinqara mad-dispożizzjonijiet tal-Anness II tal-ASCM. Fir-rigward tat-tieni raġuni, ta' min ifakkar li, kif spjegat fil-premessa (108), mill-mument li l-GTI jasal f'pakkett ta' rati taċ-ċertifikat “scrip” fuq id-dazju lill-benefiċjarju tal-MEIS, dan iċ-ċertifikat ta' dazju jkun jista' jintuża fi kwalunkwe ħin biex ipatti għal ċerti dazji jew taxxi jew jerġa' jinbiegħ lil operatur ieħor peress li d-dazju jkun trasferibbli liberament. Huwa għalhekk ikkunsidrat li l-GOI jipprovdi benefiċċju lill-MEIS mill-benefiċjarju fil-mument ta' rata taċ-ċertifikat “scrip” fuq id-dazju jitwassal. Dan jidher ukoll li huwa l-interpretazzjoni adottata mill-istandards tal-kontabilità Indjani peress li l-valur finanzjarju tal-scrips huwa rreġistrat bħala riċevibbli malli jiġu kkonsenjati rati taċ-ċertifikat “scrip” fuq id-dazju mill-GOI, kif spjegat fil-premessa (112), u mhux fil-ħin effettivament użat biex ipatti għal dazju jew taxxa. Għaldaqstant id-dikjarazzjoni ma ntlaqgħetx.

3.7.   Skema ta' Eżenzjoni mid-Dazju fuq l-Elettriku ta' Gujarat — Gujarat Electricity Duty Exemption Scheme (GEDES)

(117)

Il-Kummissjoni sabet li kumpanija waħda rrikorriet għal din il-miżura matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Madankollu, l-investigazzjoni stabbiliet li l-benefiċċju miksub kien negliġibbli, u din il-miżura għalhekk ma ġietx analizzata iktar.

4.   L-AMMONT TAS-SUSSIDJI KUMPENSABBLI

(118)

Il-Kummissjoni tfakkar li l-ammont ta' sussidjar stabbilit għad-DPL u Reliance bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1350 kien rispettivament 3,2 % u 6,2 %, li ssarraf f'dazji kumpensatorji ta' EUR 35,69/tunnellata u EUR 69,39/tunnellata, rispettivament.

(119)

Matul ir-rieżami interim parzjali preżenti l-Kummissjoni sabet li l-ammont ta' sussidji kumpensatorji, espress ad valorem, hu ta' 2,3 % għall-grupp Dhunseri u 4 % għal Reliance. Kif spjegat fil-premessi minn (27) sa (30), ir-rati ta' sussidju tal-grupp Dhunseri rrapportati fit-Tabella hawn taħt ġew stabbiliti permezz tal-aggregazzjoni tad-data tal-IIDL u tal-MPPL, iż-żewġ produtturi esportaturi tal-PET tal-grupp matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

Tabella

Rati ta' sussidji ta' kumpens individwali

 

DDS

EPCGS

MEIS

Total

Il-grupp Dhunseri:

Dhunseri Petrochem Limited

IVL Dhunseri Petrochem Industries Private Limited

Micro Polypet Pvt. Ltd

0,38 %

0,11 %

1,90 %

2,3 %

Reliance

1,67 %

0,45 %

1,93 %

4,0 %

(120)

Il-miżuri kumpensatorji attwalment fis-seħħ jieħdu l-forma ta' dazju speċifiku. Konsegwentement, abbażi tar-rati ta' sussidju deskritti fit-Tabella ta' hawn fuq, il-Kummissjoni stabbiliet id-dazji kumpensatorji speċifiċi li ġejjin: EUR 18,73/tunnellata għall-grupp Dhunseri u EUR 29,21/tunnellata għal Reliance.

(121)

F'konformità mal-premessa (16) hawn fuq il-Kummissjoni vvalutat il-ħtieġa li tiġi emendata r-rata ta' dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha” fl-Indja li huwa EUR 69,40/tunnellata. F'dan ir-rigward huwa mfakkar li l-ogħla dazju fis-seħħ kontra l-produtturi esportaturi Indjani, li jammonta għal EUR 74,60/tunnellata, huwa impost kontra Pearl Engineering Polymers Ltd, produttur li ma kienx soġġett għar-rieżamijiet attwali. Billi l-ogħla dazju mhuwiex emendat fir-rieżamijiet preżenti, l-ebda emenda tar-rata ta' dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha” fl-Indja ma kienet iġġustifikata.

5.   IN-NATURA DEJJIEMA TAĊ-ĊIRKOSTANZI MIBDULA FIR-RIGWARD TAS-SUSSIDJU

(122)

Skont l-Artikolu 19(4) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk iċ-ċirkostanzi fir-rigward tas-sussidju inbidlux b'mod sinifikanti matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u jekk iċ-ċirkostanzi li nbidlu kinux ta' natura dewwiema.

(123)

Il-Kummissjoni stabbilxxiet li, matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, ir-rikorrenti komplew jibbenefikaw mill-għoti ta' sussidji kumpensatorji mill-GOI, għalkemm b'rati differenti.

(124)

Sa fejn hija kkonċernata Reliance, is-sussidji l-aktar importanti f'termini ta' rati ta' sussidjar matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami kienu id-DDS u l-MEIS. Ma hemm l-ebda indikazzjoni li dawn is-sussidji mhux se jibqgħu jeżistu fil-futur prevedibbli. Iż-żewġ sussidji jipprovdu benefiċċju kkalkulat bħala perċentwal fiss tal-valur FOB tal-esportazzjonijiet u lanqas m'hemm l-ebda indikazzjoni li r-rati ta' sussidju rispettivi se jiġu modifikati fil-futur qrib.

(125)

F'dak li jirrigwarda d-DDS ir-rata ta' sussidjar tnaqqset diversi drabi mill-GOI matul l-aħħar seba' snin: minn 5,5 % tal-valur FOB fl-2011 dan naqas għal 3,9 % fl-2012, 3,0 % fl-2013, 2,4 % fl-2014, 1,9 % fl-2015 u fl-aħħar nett 1,5 % matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Skont il-websajt tal-Bord Ċentrali tas-Sisa u d-Dwana (21) ir-rata ma kinitx emendata minn dak iż-żmien.

(126)

Sa fejn hija kkonċernata l-MEIS, ir-rata ta' 2 % tal-valur FOB li sar applikabbli għall-PET f'Ottubru 2015 kif spjegat fil-premessa (106) ma nbidlitx minn dak iż-żmien skont il-websajt tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummerċ Barrani (22).

(127)

L-EPCGS l-ebda bidla sinifikanti fir-rigward ta' rata ta' sussidju huwa mistenni wara l-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, jew minħabba li (a) ma hemm l-ebda indikazzjonijiet importanti ppjanati l-importazzjonijiet ta' oġġetti kapitali u (b) kwalunkwe benefiċċju mogħti taħt dan is-sussidju huwa mifrux fuq numru kbir ta' snin li jikkorrispondi għall-perjodu ta' deprezzament ta' oġġetti kapitali (bejn 18 u 25 snin fl-Indja).

(128)

L-AAS kienet l-akbar kontributur ta' sussidju matul l-aħħar rieżami interim imsemmi fil-premessa (7), kif ġie konkluż mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1350. Kif deskritt fil-premessa (46) hawn fuq, matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, l-AAS bilkemm użata peress li l-maġġoranza tal-esportazzjonijiet ibbenefikaw mid-DDS, li hija reċiprokament esklussiva mal-AAS. L-iskema AAS tibqa' disponibbli u ma jistax jiġi eskluż li Reliance tibda tuża l-AAS mill-ġdid fil-futur iżda dan inaqqas awtomatikament il-benefiċċji miksuba permezz tad-DDS peress li kwalunkwe transazzjoni tal-esportazzjoni tista' tibbenefika minn waħda biss miż-żewġ sussidji.

(129)

Kif stabbilit fil-premessi (125) sa (128) ma nstabet l-ebda evidenza li l-iskemi kumpensatorji se jitwaqqfu jew li l-livelli ta' sussidjar tagħhom se jiżdiedu jew jonqsu fil-futur. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li ċ-ċirkostanzi li wasslu għar-rata l-ġdida ta' sussidjar għal Reliance huma ta' natura dejjiema.

(130)

Matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami tar-rieżami interim attwali Reliance ibbenefikat minn inqas sussidju minn matul l-aħħar rieżami interim imsemmi fil-premessa (7), kif kien konkluż mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1350, peress li r-rati ta' sussidju misjuba naqsu minn 6,2 % għal 4 %. Fuq il-bażi tal-premessa (129), huwa wkoll probabbli li Reliance se tkompli tirċievi sussidji ta' ammont inqas minn dak determinat fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1350. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kontinwazzjoni tal-miżuri eżistenti tkun tirriżulta f'livell ta' dazju ogħla minn sussidju kumpensabbli li jikkaġuna l-ħsara. Konsegwentement, il-livell tal-miżuri fis-seħħ għandhom jiġu emendati biex jirriflettu s-sitwazzjoni l-ġdida.

(131)

Fir-rigward tal-grupp Dhunseri, l-investigazzjoni stabbilixxiet fil-premessi (27) sa (30) li l-istruttura tal-grupp inbidlet b'mod sinifikanti. Fuq kollox il-grupp proprjetà ta' żewġ impjanti tal-PET matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami meta mqabbel ma' att wieħed matul ir-rieżami interim preċedenti. L-organizzazzjoni mill-ġdid li twettqet fil-kuntest ta' alleanza ma' sieħeb IVL involviet diversi stadji matul perjodu ta' kważi sentejn u, f'kull probabbiltà, tlestiet meta ġiet sanzjonata mill-Qorti Għolja ta' Kolkata f'Diċembru 2017. Il-Kummissjoni għalhekk ikkunsidrat li l-bidla tal-istruttura kienet ta' natura dejjiema. Għalhekk ġie konkluż li l-miżuri fis-seħħ għandhom jiġu emendati biex jirriflettu s-sitwazzjoni ġdida fid-dawl ukoll tal-konklużjonijiet preċedenti dwar il-livell attwali (u aktar baxx) ta' sussidjar misjub f'dawn ir-rieżamijiet.

6.   FORMA TAL-MIŻURI

(132)

Kif spjegat fil-premessa (120) il-miżuri emendati jieħdu l-forma ta' dazji speċifiċi. Ir-rati tad-dazju speċifiku huma kkalkulati fuq il-bażi ta' data dwar il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u għalhekk jibqgħu fuq l-istess livell irrispettivament l-iżvilupp tal-prezz ta' esportazzjoni.

(133)

Madankollu, b'kuntrast għas-sussidji li jagħtu l-akbar ammonti ta' sussidjar matul l-investigazzjoni oriġinali, żewġ skemi ta' sussidju (id-DDS u l-MEIS) matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami jagħtu benefiċċji finanzjarji li huma direttament proporzjonali għall-prezz ta' esportazzjoni. Dawn iż-żewġ sussidji rrappreżentaw rispettivament 97 % u 89 % tat-total tas-sussidju tal-grupp Dhunseri u Reliance matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Dan jimplika li l-ammont ta' sussidji kumpensabbli jiżdied awtomatikament b'konformità ma' żieda fil-prezz tal-esportazzjoni. Għalhekk, dazji speċifiċi ma jidhrux li jikkumpensaw b'mod adegwat il-livell attwali ta' sussidjar li żewġ produtturi esportaturi bbenefikaw minnu.

(134)

Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkunsidrat li, b'kuntrast mal-investigazzjoni oriġinali, dazji speċifiċi ma jistgħux jibqgħu l-aktar forma ta' miżura adatta fid-dawl ta' dawn iċ-ċirkustanzi. Bidla fil-forma tal-miżuri ma jistax madankollu jiġi previst fil-kuntest tar-rieżamijiet interim kurrenti minħabba li tali bidla jkollha tapplika għal produtturi esportaturi Indjani kollha filwaqt li attwali interim huma limitata fl-ambitu għad-determinazzjoni tal-livell ta' sussidju ta' żewġ produtturi esportaturi biss. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li żżomm il-forma attwali tal-miżuri.

7.   OFFERTI GĦAL IMPENN FUQ IL-PREZZ

(135)

Wara l-iżvelar IDIPL ippreżentat offerta ta' impenn fuq il-prezz. L-offerta ġiet irrifjutata minħabba li n-natura ta' sussidjar toħloq sitwazzjoni fejn l-impenn fuq il-prezz tal-importazzjoni minimu kien iwassal għal żieda fis-sussidjar. Dan huwa minħabba li l-livell ta' sussidjar skont id-DDS u l-MEIS, li flimkien jirrappreżentaw 95 % tas-sussidjar, jiddependi fuq il-valur FOB tal-prodotti esportati taħt dawn l-iskemi. Barra minn hekk l-istruttura tal-grupp li IDIPL hija parti minnhom kienet tagħmel il-monitoraġġ effettiv tal-impenn imprattikabbli.

(136)

Dan ir-Regolament huwa skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-ringiela relevanti fit-tabella li tikkonċerna lil Dhunseri Petrochem Limited fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (KE) Nru 461/2013 tiġi sostitwita b'dan li ġej:

Pajjiż

Kumpanija

Dazju kumpensatorju (EUR/tunnellata)

Il-kodiċi TARIC addizzjonali

“India

Dhunseri Petrochem Limited

18,73

A585

India

IVL Dhunseri Petrochem Industries Private Limited

18,73

C380

L-INDJA

Micro Polypet Pvt. Ltd

18,73

C381 ”

Artikolu 2

Ir-ringiela relevanti fit-tabella li tikkonċerna lil Relaince Industries Limited fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (KE) Nru 461/2013 tiġi sostitwita b'dan li ġej:

Pajjiż

Kumpanija

Dazju kumpensatorju (EUR/tunnellata)

Il-kodiċi TARIC addizzjonali

“India

Reliance Industries Limited

29,21

A181 ”

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Ottubru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2017/2321 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1036 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 338, 19.12.2017, p. 1).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2603/2000 tas-27 ta' Novembru 2000 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv u jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat (PET) li joriġina mill-Indja, il-Malasja u t-Tajlandja u jtemm il-proċediment anti-sussidju dwar importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat li joriġina mill-Indoneżja, ir-Repubblika tal-Korea u t-Tajwan (ĠU L 301, 30.11.2000, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1645/2005 tas-6 ta' Ottubru 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2603/2000 li jimponi taxxa kumpensatorja definittiva fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat li joriġina, inter alia, mill-Indja (ĠU L 266, 11.10.2005, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 193/2007 tat-22 ta' Frar 2007 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjoni ta' film tal-polietilentereftalat (PET) li joriġina mill-Indja wara rieżami ta' għeluq iż-żmien skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 2026/97 (ĠU L 59, 27.2.2007, p. 34).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1286/2008 tas-16 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 193/2007, li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat, li joriġina mill-Indja u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 192/2007 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat, li joriġina, inter alia, mill-Indja (ĠU L 340, 19.12.2008, p. 1).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 906/2011 tat-2 ta' Settembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 193/2007, li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta' polietilentereftalat, li joriġina mill-Indja u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 192/2007 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat, li joriġina, inter alia, mill-Indja (ĠU L 232, 9.9.2011, p. 19).

(8)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 559/2012 tas-26 ta' Ġunju 2012 li ttemmet ir-rieżami interim parzjali li tikkonċerna l-miżuri kumpensatorji dwar l-importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat (PET) li joriġina, inter alia, mill-Indja (ĠU L 168, 28.6.2012, p. 6).

(9)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 461/2013 tal-21 ta' Mejju 2013 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat (PET) li joriġina mill-Indja wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 597/2009 (ĠU L 137, 23.5.2013, p. 1).

(10)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1350 tat-3 ta' Awwissu 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 461/2013 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat (PET) li joriġina mill-Indja (ĠU L 208, 5.8.2015, p. 10).

(11)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/745/KE tad-29 ta' Novembru 2000 li taċċetta l-impenji offruti b'rabta mal-proċedimenti tal-antidumping u kontra s-sussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat (PET) li joriġina mill-Indja, l-Indoneżja, il-Malasja u r-Repubblika tal-Korea, it-Tajwan u t-Tajlandja (ĠU L 301, 30.11.2000, p. 88).

(12)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/109/UE tal-4 ta' Frar 2014 li tħassar id-Deċiżjoni 2000/745/KE li taċċetta l-impenji offruti b'rabta mal-proċedimenti tal-antidumping u kontra s-sussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat (PET) li joriġina, inter alia, mill-Indja (ĠU L 59, 28.2.2014, p. 35).

(13)  Avviż ta' bidu ta' rieżami interim parzjali tal-miżuri kumpensatorji applikabbli għal importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat (PET) li joriġina mill-Indja (2017/C 216/05) (ĠU C 216, 6.7.2017, p. 30).

(14)  Avviż ta' bidu ta' rieżami interim parzjali tal-miżuri kumpensatorji applikabbli għal importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat (PET) li joriġina mill-Indja (2017/C 216/04) (ĠU C 216, 6.7.2017, p. 26).

(15)  http://www.cbic.gov.in/htdocs-cbec/customs/cs-act/formatted-htmls/cs-rulee (aċċessata fit-13 ta' Lulju 2018).

(16)  Għandha tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Indja, straordinarja, parti ii, taqsima 3, subsezzjoni (i)] Notifika tal-Ministeru tal-Finanzi (Dipartiment tad-Dħul tal-Gvern tal-Indja) Nru 88/2017-CUSTOMS (N.T.) New Delhi, il-21 ta' Settembru, 2017. Ara http://www.cbic.gov.in/resources//htdocs-cbec/customs/cs-act/notifications/notfns-2017/cs-nt2017/csnt88-2017.pdf (aċċessata fit-13 ta' Lulju 2018).

(17)  Ċirkolari Nru 24/2001-Cus. L-20 ta' April, 2001 F.NO.605/47/2001-DBK, il-Gvern tal-Indja, il-Ministeru tal-Finanzi, id-Dipartiment tad-Dħul, id-Dikjarazzjoni skont ir-Regola 12(1)(a)(ii) tal-Artikolu sabiex tagħmel użu minn AIR ta' Rifużjoni tad-Dazji. Ara b'mod partikolari it-Taqsimiet 2 u 3 tad-Dikjarazzjoni skont ir-Regola 12(1)(a)(ii) tal-Artikolu sabiex tagħmel użu minn AIR ta' Rifużjoni tad-Dazji; disponibbli fuq: http://www.cbic.gov.in/htdocs-cbec/customs/cs-circulars/cs-circulars-2001/24-2001-cus, aċċessat fis-7 ta' Ġunju 2018.

(18)  In-Notifika Nru 110/2015 tal-GOI DOGANALI (N.T.) tas-16 ta' Novembru 2015 tistabbilixxi li rata applikabbli tad-DDS fuq il-valur FOB tal-esportazzjonijiet ta' PET (ikklassifikati taħt l-entrata tat-tariffa 390701) hija ta' 1,9 %, b'effett mit-23 ta' Novembru 2015. Ara http://www.cbic.gov.in/htdocs-cbec/customs/cs-act/notifications/notfns-2015/cs-nt2015/csnt110-2015 u l-Anness bl-iskeda http://www.cbic.gov.in/resources//htdocs-cbec/customs/dbk-schdule/dbk-sch2015.pdf (aċċessat fit-13 ta' Lulju 2018).

(19)  In-Notifika Nru 131/2016 tal-GOI DOGANALI (N.T.) tal-31 ta' Ottubru 2016 tistabbilixxi li rata applikabbli tad-DDS fuq il-valur FOB tal-esportazzjonijiet ta' PET (ikklassifikati taħt l-entrata tat-tariffa 3907) hija ta' 1,5 %, b'effett mill-15 ta' Novembru 2016. Ara http://www.cbic.gov.in/resources//htdocs-cbec/customs/cs-act/notifications/notfns-2016/cs-nt2016/csnt131-u-2016.pdf and Annex with schedule http://www.cbic.gov.in/resources//htdocs-cbec/customs/dbk-schdule/dbk-sch2016.pdf (aċċessat fis-13 ta' Lulju 2018).

(20)  Din il-karatteristika hija enfasizzata mill-korp rilevanti tal-leġiżlazzjoni u r-regoli applikabbli għall-iskema, bħal fiċ-Ċirkolari Nru. 24/2001 Cus. L-20 ta' April, 2001 F.NO.605/47/2001-DBK, il-Gvern tal-Indja, il-Ministeru tal-Finanzi, id-Dipartiment tad-Dħul, id-Dikjarazzjoni skont ir-Regola 12(1)(a)(ii) tal-Artikolu sabiex tagħmel użu minn AIR ta' Rifużjoni tad-Dazji. C; disponibbli fuq: http://www.cbic.gov.in/htdocs-cbec/customs/cs-circulars/cs-circulars-2001/24-2001-cus, accessed on 7 June 2018; b'mod partikolari t-Taqsimiet 2 u 3 tad-Dikjarazzjoni skont ir-Regola 12(1)(a)(ii) tal-Artikolu sabiex tagħmel użu minn AIR ta' Rifużjoni tad-Dazji.

(21)  Ir-rati tad-DDS huma disponibbli fuq http://www.cbic.gov.in/htdocs-cbec/customs/dbk-schdule/dbk-idx (ikkonsultat fl-4 ta' Ġunju 2018).

(22)  Ir-rati tal-MEIS huma disponibbli fuq http://dgftcom.nic.in/licasp/MEIS/meisitemdetail2016.asp taħt il-kodiċi ITC 3907 (ikkonsultat fl-4 ta' Ġunju 2018).


2.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 246/20


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1469

tal-1 ta' Ottubru 2018

li jimponi dazju definittiv antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Russja u l-Ukrajna wara reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri eżistenti

(1)

Bir-Regolament (KE) Nru 2320/1997 (2) il-Kunsill impona dazji antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar mhux liga, li joriġinaw mir-Russja, fost l-oħrajn. Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/70/KE (3), ġie aċċettat impenn minn esportatur fir-Russja. Permezz tar-Regolament (KE) Nru 348/2000 (4) il-Kunsill impona dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mill-Kroazja u l-Ukrajna. Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1322/2004 (5), ġie deċiż li l-miżuri fis-seħħ ma jibqgħux jiġu applikati fuq l-importazzjonijiet mir-Russja fost l-oħrajn, bħala prudenza fir-rigward tal-imġiba antikompetittiva ta' ċerti produtturi tal-Unjoni fil-passat (ara l-premessa (9) ta' dan ir-Regolament).

(2)

Wara investigazzjoni ta' reviżjoni li twettqet skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 258/2005 (6), emenda l-miżuri definittivi imposti bir-Regolament (KE) Nru 348/2000, irrevoka l-possibbiltà ta' eżenzjoni mid-dazji previsti fl-Artikolu 2 tal-istess Regolament, u impona dazju antidumping ta' 38,8 % fuq l-importazzjonijiet mill-Kroazja u dazju antidumping ta' 64,1 % fuq l-importazzjonijiet mill-Ukrajna bl-eċċezzjoni tal-importazzjonijiet minn Dnepropetrovsk Tube Works li kienu soġġetti għal dazju antidumping ta' 51,9 %.

(3)

Permezz tad-Deċiżjoni 2005/133/KE (7), il-Kummissjoni ssospendiet parzjalment il-miżuri definittivi fir-rigward tal-Kroazja u l-Ukrajna għal perjodu ta' disa' xhur, b'effett mit-18 ta' Frar 2005. L-estensjoni parzjali ġiet estiża għal perjodu ulterjuri ta' sena permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1866/2005 (8).

(4)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 954/2006 (9), il-Kunsill impona dazji antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi li joriġinaw mill-Kroazja, ir-Russja u l-Ukrajna fost l-oħrajn, irrevoka r-Regolamenti (KE) Nru 2320/97 u (KE) Nru 348/2000, temm ir-reviżjoni interim u r-reviżjoni tal-iskadenza tad-dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar mhux liga, li joriġinaw mir-Russja fost l-oħrajn u temm ir-reviżjonijiet interim tad-dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldatura, tal-ħadid jew tal-azzar mhux liga, li joriġinaw mill-Kroazja, ir-Russja u l-Ukrajna, fost l-oħrajn.

(5)

Permezz tas-sentenza tas-16 ta' Frar 2012 fil-Kawżi Magħquda C-191/09 u C-200/09 P Il-Kunsill u l-Kummissjoni vs Interpipe Niko Tube u Interpipe NTRP, il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet l-appell tal-Kunsill (10) tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim Istanza tal-10 ta' Marzu 2009, li tannulla l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 954/2006 sa fejn hija kkonċernat il-parti tad-dazju antidumping applikabbli għall-prodotti mmanifatturati minn Interpipe Nikopolsky Seamless Tubes Plant Niko Tube ZAT u Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant VAT (flimkien “Interpipe Group”) li teċċedi dik il-parti li kieku kienet applikabbli kieku l-prezz tal-esportazzjoni ma ġiex aġġustat għal kummissjoni meta sar il-bejgħ permezz ta' intermedjarju tal-kummerċjant affiljat, Sepco SA (11). Skont l-Artikolu 266 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kommissjoni ħadet il-miżuri meħtieġa biex tikkonforma mas-sentenzi u kkalkulat mill-ġdid ir-rata tad-dazju antidumping għal Interpipe Group skont id-direzzjonijiet tal-Qorti ta' Prim'Istanza u l-Qorti tal-Ġustizzja. Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 540/2012 ikkoreġa l-aspetti tar-Regolament (KE) Nru 954/2006 li nstab li ma kinux konsistenti mar-Regolament bażiku, u li għalhekk wassal biex jiġu annullati partijiet ta' dak ir-Regolament (12). Dak ir-Regolament ħalla s-sejbiet l-oħra kollha li saru fir-Regolament (KE) Nru 954/2006 validi. Wara l-kalkolu mill-ġdid, id-dazju antidumping fis-seħħ bħalissa għal Interpipe Group għall-prodott ikkonċernat kien għalhekk stabbilit għal 17,7 %.

(6)

Permezz tar-Regolament (UE) Nru 585/2012 (13) il-Kunsill, wara reviżjoni ta' skadenza, impona dazji antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi li joriġinaw mir-Russja u l-Ukrajna u temm il-miżuri antidumping kontra l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar mhux liga, li joriġinaw mill-Kroazja (“ir-reviżjoni ta' skadenza preċedenti”).

(7)

Wara l-investigazzjonijiet ta' reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (UE) Nru 795/2012 (14) u r-Regolament (UE) Nru 1269/2012 (15) rispettivament, emenda l-miżuri definittivi imposti bir-Regolament (UE) Nru 585/2012 fir-rigward ta' għadd ta' produtturi esportaturi Russi u Ukreni.

(8)

Id-dazji antidumping fis-seħħ jammontaw għal 35,8 % għall-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Russja, bl-eċċezzjoni tal-Joint Stock Company Chelyabinsk Tube Rolling Plant u Joint Stock Company Pervouralsky Novotrubny Works (24,1 %), OAO Volzhsky Pipe Plant, OAO Taganrog Metallurgical Works, OAO Sinarsky Pipe Plant u OAO Seversky Tube Works (28,7 %), u 25,7 % għall-importazzjonijiet mill-Ukrajna, bl-eċċezzjoni ta' OJSC Dnepropetrovsk Tube Works (12,3 %), LLC Interpipe Niko Tube u OJSC Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant (13,8 %).

1.2.   Bidu ta' reviżjoni ta' skadenza

(9)

Fl-4 ta' Lulju 2017, il-Kummissjoni ħabbret il-bidu ta' reviżjoni ta' skadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għal importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Russja u l-Ukrajna skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku permezz ta' notifika ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (“in-Notifika ta' inizjazzjoni”) (16).

(10)

Ir-reviżjoni ngħatat bidu wara talba sostanzjata mressqa fit-30 ta' Marzu 2017 mill-Kumitat tad-Difiża tal-Industrija tat-Tubi tal-Azzar Mingħajr Saldaturi tal-Unjoni Ewropea (“l-applikant”) f'isem il-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi. It-talba kienet imsejsa fuq il-bażi li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx twassal għal kontinwazzjoni ta' dumping għall-Ukrajna u rikorrenza ta' dumping għar-Russja u rikorrenza ta' dannu għall-industrija tal-Unjoni.

1.3.   Reviżjoni interim parzjali parallela

(11)

Fis-7 ta' Mejju 2018, il-Kummissjoni bdiet reviżjoni interim parzjali dwar l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw, inter alia, mill-Ukrajna skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku (17). Din ir-reviżjoni interim parzjali kienet mitluba minn grupp ta' produtturi esportaturi fl-Ukrajna, Interpipe Group, u sa fejn hu kkonċernat l-applikant hija limitata fl-ambitu għall-analiżi tad-dumping.

1.4.   Investigazzjoni

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' reviżjoni u l-perjodu kkunsidrat

(12)

L-investigazzjoni dwar il-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza ta' dumping u dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta' Lulju 2016 sat-30 ta' Ġunju 2017 (“il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni” jew “PIR”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dannu kopra l-perjodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 2014 u t-tmiem tal-PIR (“il-perjodu kkunsidrat”).

Partijiet ikkonċernati

(13)

Il-Kummissjoni għarrfet uffiċjalment lill-produtturi esportaturi, lill-importaturi, lill-utenti magħrufa, lir-rappreżentanti tal-pajjiżi esportaturi, lill-applikant u lill-produtturi tal-Unjoni msemmija fit-talba tal-inizjazzjoni tar-reviżjoni. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-notifika ta' inizjazzjoni.

Kampjunar

(14)

Minħabba l-għadd kbir ta' produtturi esportaturi fir-Russja u l-Ukrajna, l-għadd kbir ta' importaturi, il-kampjunar għall-produtturi esportaturi u l-importaturi għall-ewwel kien previst fin-notifika ta' inizjazzjoni skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk il-kampjunar ikunx tassew meħtieġ u, jekk ikun il-każ, tagħżel kampjun, il-partijiet imsemmija hawn fuq intalbu jippreżentaw ruħhom fi żmien 15-il jum mill-bidu tal-proċediment u jipprovdu l-informazzjoni mitluba fin-notifika ta' inizjazzjoni lill-Kummissjoni.

(15)

Kienu biss żewġ produtturi esportaturi Russi (TMK u ChTPZ Group, “iż-żewġ gruppi ta' produtturi esportaturi Russi”) u produttur esportatur wieħed mill-Ukrajna (“Interpipe Group”) li ppreżentaw ruħhom sal-iskadenza. Għaldaqstant ġie deċiż li fil-każ ta' produtturi esportaturi ma jiġix applikat kampjunar.

(16)

L-ebda importatur ma pprovda l-informazzjoni mitluba fin-notifika ta' notifika ta' inizjazzjoni u esprima r-rieda tiegħu li jikkopera mal-Kummissjoni. Madankollu, fil-bidu tal-proċedura, erba' importaturi bagħtu s-sottomissjonijiet. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tipproċedix bil-kampjunar.

(17)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni kienet iddikjarat ukoll li kienet għażlet b'mod provviżorju kampjun ta' produtturi tal-Unjoni, skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku. Qabel il-bidu, 12-il produttur tal-Unjoni kienu pprovdew l-informazzjoni mitluba għall-għażla tal-kampjun u esprimew ir-rieda tagħhom li jikkoperaw mal-Kummissjoni. Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni kienet għażlet kampjun ta' tliet produtturi b'mod provviżorju, li nstab li kienu rappreżentattivi għall-industrija tal-Unjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' volum tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni.

(18)

Wara koperazzjoni insuffiċjenti ta' wieħed mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u l-applikazzjoni tad-dispożizzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku fir-rigward ta' din il-kumpanija, il-Kummissjoni ssostitwiet il-produttur ikkonċernat magħżul b'mod provviżorju b'żewġ produtturi oħrajn tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-kampjun finali tal-produtturi tal-Unjoni jikkonsisti f'Arcelor Mittal Tubular Products, Benteler Steel Tube GmbH, Dalmine S.p.A., u Zeleziarne Podbrezova a.s.

Kwestjonarji

(19)

Il-kwestjonarji għalhekk intbagħtu lill-ħames produtturi tal-Unjoni fil-kampjun (total tal-oriġinal u tal-kampjun finali), lil erba' importaturi, liż-żewġ gruppi ta' produtturi esportaturi Russi u lil Interpipe Group.

(20)

L-ebda wieħed miż-żewġ gruppi ta' produtturi esportaturi Russi ma rrispondew il-kwestjonarju. L-awtoritajiet Russi ġew mgħarrfa dwar in-nuqqas ta' koperazzjoni u l-intenzjoni tal-Kummissjoni biex tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(21)

Iż-żewġ produtturi madankollu bagħtu kummenti li jikkontestaw il-korrettezza tat-talba u li jopponu l-kontinwazzjoni tal-miżuri.

(22)

Waslu tweġibiet għall-kwestjonarji mingħand ħames produtturi tal-Unjoni u l-uniku produttur esportatur Ukren li kkopera. Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarji mingħand l-erba' importaturi tal-Unjoni.

Żjarat ta' verifika

(23)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset bħala meħtieġa biex tiddetermina l-probabbiltà tal-kontinwazzjoni jew tar-rikorrenza tad-dumping u d-dannu li jirriżulta u tiżgura l-interess tal-Unjoni. Saru żjarat ta' verifika fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

 

Produtturi tal-Unjoni:

Arcelor Mittal Tubular Products Ostrava, ir-Repubblika Ċeka,

Benteler Steel Tube GmbH, Paderborn, il-Ġermanja

Dalmine S.p.A., Bergamo, l-Italja,

Zeleziarne Podbrezova a.s., Podbrezova, is-Slovakkja u l-kummerċjanti relatati Pipex Italia S.p.A., Arona, l-Italja u Slavrur Sp. z o.o., Stalowa Wola, il-Polonja,

Vallourec Deutschland GmbH, Boulogne Billancourt, Franza.

 

Produttur esportatur fl-Ukrajna:

L-Interpipe Group (OJSC Interpipe NTRP, Dnepropetrovsk, l-Ukrajna, LLC Interpipe Niko Tube, Nikopol, l-Ukrajna) u l-kumpaniji kummerċjali relatati LLC Interpipe, l-Ukrajna, Dnepropetrovsk, l-Ukrajna u Interpipe Europe SA, Lugano, l-Iżvizzera u Interpipe Central Trade GmbH, Frankfurt, il-Ġermanja).

Proċedura sussegwenti

(24)

Fit-13 ta' Lulju 2018, il-Kummissjoni ddivulgat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kienet beħsiebha timponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar mhux liga, li joriġinaw mir-Russja u l-Ukrajna.

(25)

Waslu kummenti mingħand iż-żewġ gruppi ta' produtturi esportaturi Russi, minn Interpipe Group, mill-Missjoni tal-Ukrajna quddiem l-Unjoni Ewropea u mill-Missjoni Permanenti tal-Federazzjoni Russa għall-Unjoni Ewropea. Fit-8 ta' Awwissu 2018, saret seduta ta' smigħ bejn iż-żewġ gruppi ta' produtturi esportaturi Russi u l-Missjoni Permanenti tal-Federazzjoni Russa għall-Unjoni Ewropea u s-servizzi tal-Kummissjoni. Fl-istess jum, saret seduta ta' smigħ bejn Interpipe Group u s-servizzi tal-Kummissjoni. Wara kunsiderazzjoni tal-kummenti minn Interpipe Group, il-kumpanija ġiet ipprovduta b'żewġ divulgazzjonijiet addizzjonali rigward l-analiżi rigward l-Ukrajna u ċerti kwistjonijiet speċifiċi għall-kumpanija.

(26)

Il-kummenti ppreżentati mill-partijiet interessati tqiesu u fejn xieraq ġew ikkunsidrati.

2.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Prodott ikkonċernat

(27)

Il-prodott ikkonċernat huwa l-istess bħal dak fl-aħħar investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni ta' miżuri fis-seħħ bħalissa, jiġifieri ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, bi profil trasversali ċirkulari, ta' dijametru estern li ma jaqbiżx l-406,4 mm b'Valur Ekwivalenti tal-Karbonju (Carbon Equivalent Value - CEV) li ma jaqbiżx iż-0,86 skont il-formula u l-analiżi kimika (18) tal-Istitut Internazzjonali tal-Iwweldjar (International Institute of Welding - IIW), li joriġinaw mir-Russja u l-Ukrajna (“il-prodott ikkonċernat”), li bħalissa huma kklassifikati taħt il-kodiċijiet tan-NM ex 7304 11 00, ex 7304 19 10, ex 7304 19 30, ex 7304 22 00, ex 7304 23 00, ex 7304 24 00, ex 7304 29 10, ex 7304 29 30, ex 7304 31 80, ex 7304 39 58, ex 7304 39 92, ex 7304 39 93, ex 7304 51 89, ex 7304 59 92 u ex 7304 59 93 (19) (kodiċijiet TARIC 7304110010, 7304191020, 7304193020, 7304220020, 7304230020, 7304240020, 7304291020, 7304293020, 7304318030, 7304395830, 7304399230, 7304399320, 7304518930, 7304599230 u 7304599320)

(28)

Il-prodott ikkonċernat jintuża f'varjetà wiesgħa ta' applikazzjonijiet, bħal pajpijiet tal-linja (line pipes) għat-trasport tal-likwidi, għall-palanki fl-industrija tal-kostruzzjoni, għal użi mekkaniċi, għal tubi tal-gass, għal tubi tal-bojlers, u għall-industrija taż-żejt għal tubi li jissejħu “OCTG” (oil and country tubular goods), għat-tħaffir, għall-kisi ta' protezzjoni u biex jgħaddu l-pajpijiet.

(29)

Fil-mument tal-kunsinna tagħhom lill-utenti, il-pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi ikunu taħt forom ferm differenti. Jistgħu jkunu pereżempju ggalvanizzati, bil-kamin, ikkonsenjati bħala tubi ħodor (jiġifieri mingħajr l-ebda trattament bis-sħana), bi truf speċjali, bi profili trasversali differenti, u maqtugħin skont qies jew le. Ma hemm l-ebda qies standard iġġeneralizzat għat-tubi, li jispjega għaliex il-parti l-kbira tal-pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi jsiru fuq l-ordni tal-klijenti. Il-pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi normalment jitwaħħlu permezz ta' saldatura. Madankollu, f'każijiet partikolari jistgħu jitwaħħlu permezz tal-kamin li għandhom jew jintużaw waħedhom, għalkemm xorta jibqgħu jistgħu jiġu ssaldjati. L-investigazzjoni wriet li l-pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi kollha għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi u l-istess użijiet bażiċi.

2.2.   Prodott simili

(30)

Kif stabbilit fl-investigazzjoni l-aktar riċenti kif ukoll f'investigazzjonijiet preċedenti oħra, din l-investigazzjoni ta' reviżjoni ta' skadenza kkonfermat li l-prodott esportat lejn l-Unjoni mir-Russja u l-Ukrajna, il-prodott immanifatturat u mibjugħ fis-swieq domestiċi tar-Russja u l-Ukrajna, u l-prodott immanifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-produtturi tal-Unjoni għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi u l-istess użijiet finali u għalhekk huma meqjusa bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW TA' RIKORRENZA TA' DUMPING

(31)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx x'aktarx li jitkompla jew jerġa' jseħħ id-dumping mal-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ.

3.1.   Ir-Russja

3.1.1.   Dumping matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-reviżjoni

3.1.1.1.   Rimarki preliminari

(32)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri eżistenti tistax twassal biex id-dumping mir-Russja jkompli jew jerġa' jseħħ.

(33)

Fin-nuqqas ta' koperazzjoni minn kwalunkwe produttur esportatur Russu, kif indikat fil-premessa (20), il-Kummissjoni bbażat l-analiżi globali tagħha, inkluż il-kalkolu tad-dumping, fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(34)

Għaldaqstant, il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping ġiet ivvalutata bl-użu tal-informazzjoni li tinsab fit-talba għal reviżjoni tal-iskadenza, flimkien ma' sorsi oħra ta' informazzjoni, bħalma huma l-informazzjoni miġbura abbażi tal-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku, l-informazzjoni inkluża fis-sottomissjonijiet bil-miktub li waslu inkluż, fost l-oħrajn, l-istatistika Russa dwar l-esportazzjoni tas-Servizz Doganali Federali Russa (“RFCS”) (20), u data statistika mis-sit web speċjalizzat Metal Expert (21).

(35)

In-nuqqas ta' koperazzjoni Russa għamilha impossibbli għall-Kummissjoni biex tqabbel il-valur normali mal-prezz tal-esportazzjoni fuq il-bażi ta' prodott ma' prodott. Għalhekk, kemm il-valur normali kif ukoll il-prezz tal-esportazzjoni ġew stabbiliti bl-użu ta' valuri medji, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

3.1.1.2.   Valur normali

(36)

Sabiex jiġi stabbilit il-valur normali, il-Kummissjoni użat l-istess metodoloġija bħal dik applikata mill-applikant fit-talba. Din il-metodoloġija hija bbażata fuq id-data disponibbli dwar il-prezz domestiku Russu fuq is-sit web Metal Expert. Il-Kummissjoni għalhekk użat prezzijiet domestiċi medji fir-Russja, mill-fabbrika, iddikjarati fuq is-sit web Metal Expert għal 12-il xahar minn Lulju 2016 sa Ġunju 2017.

3.1.1.3.   Prezz tal-esportazzjoni

(37)

Il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni ġew stabbiliti abbażi tad-data 14 (6) tal-Kummissjoni.

3.1.1.4.   Tqabbil

(38)

Il-valur normali u l-prezzijiet tal-esportazzjoni tqabblu abbażi tal-prezz mill-fabbrika. Il-valur normali kien aġġustat 'il fuq wara l-metodoloġija pprovduta mill-applikant (22) u abbażi tal-informazzjoni disponibbli fuq is-sit web Metal Expert. Il-prezz tal-esportazzjoni ġie aġġustat 'l isfel għal livell tal-prezz mill-fabbrika. Għal dan il-għan, l-ispejjeż tal-kunsinna, l-assigurazzjoni u l-kummissjoni tnaqqsu abbażi tal-informazzjoni disponibbli fit-talba.

3.1.1.5.   Dumping

(39)

Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkalkulat marġni ta' dumping għall-esportazzjonijiet Russi lejn l-Unjoni ta' madwar 33 %. Il-livell tal-importazzjonijiet matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' reviżjoni kien, madankollu, relattivament limitat, li jirrappreżenta 0,6 % tal-konsum tal-Unjoni.

3.1.1.6.   Kummenti wara d-divulgazzjoni finali

(40)

Wara d-divulgazzjoni, iż-żewġ gruppi ta' produtturi esportaturi Russi flimkien ippreżentaw il-kummenti tagħhom fid-Dokument ta' Informazzjoni Ġenerali tal-Kummissjoni.

(41)

Iż-żewġ kumpaniji kkontestaw il-legalità tal-miżuri eżistenti. L-ewwel nett, sostnew li l-miżuri oriġinali kienu illegali peress li l-Kummissjoni kienet applikat aġġustament tal-kostijiet fil-valur normali abbażi tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku, li, allegatament, ikun illegali skont il-ġurisprudenza tal-Korp tal-Appell tad-WTO (23). It-tieni, sostnew li l-approċċ tal-Kummissjoni fir-reviżjonijiet ta' skadenza, li permezz tiegħu l-Kummissjoni ma tagħmilx sejbiet speċifiċi għall-kumpaniji (24), huwa kuntrarju għall-kelma u l-ispirtu tar-Regolament bażiku u l-Ftehim Antidumping tal-WTO.

(42)

L-ewwel pretensjoni ġiet miċħuda peress li tirreferi għall-kalkolu tad-dazju oriġinali, li jaqa' barra l-ambitu tal-proċedura attwali. Għall-fini ta' din ir-reviżjoni ta' skadenza, fin-nuqqas ta' koperazzjoni mill-produtturi esportaturi Russi, kellhom jintużaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18. Rigward it-tieni pretensjoni, iż-żewġ gruppi ta' produtturi esportaturi Russi naqsu milli jissostanzjaw ir-raġunijiet għaliex id-deċiżjonijiet adottati fil-livell tal-pajjiż fil-kuntest ta' reviżjonijiet ta' skadenza jkunu illegali. Din il-pretensjoni ġiet għalhekk miċħuda wkoll.

(43)

Fir-rigward tal-aspetti speċifiċi tal-investigazzjoni, iż-żewġ gruppi ta' produtturi esportaturi Russi l-ewwel ikkontestaw l-applikazzjoni tal-Kummissjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, u sostnew li l-Kummissjoni kienet injorat l-informazzjoni mressqa minnhom matul l-investigazzjoni.

(44)

Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi Russi magħrufa kollha ġew inkoraġġuti jimlew il-kwestjonarju intiż għall-produtturi esportaturi wara l-bidu tal-investigazzjoni (25). Barra minn hekk, il-Missjoni Permanenti tar-Russja għall-UE rċeviet il-kwestjonarji vojta u ġiet imħeġġa tagħmel kuntatt (jew tgħarraf lill-Kummissjoni) ma' produtturi Russi oħrajn li setgħu ma kinux magħrufa lill-Kummissjoni fil-jum tal-bidu, sabiex jingħataw l-opportunità biex jieħdu sehem fl-investigazzjoni.

(45)

Iż-żewġ gruppi ta' produtturi esportaturi Russi li ppreżentaw ruħhom, fil-21 ta' Awwissu 2017, għarrfu lill-Kummissjoni li kienu ddeċidew li ma jikkoperawx mal-investigazzjoni b'mod sħiħ, u speċifikaw li kienu ddeċidew li ma jirrispondux għall-kwestjonarju u volontarjament jillimitaw il-parteċipazzjoni tagħhom għal preżentazzjoni ta' ċerta data biss (bħal pereżempju l-produzzjoni u l-kapaċità, kif ukoll il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn swieq terzi) u kummenti dwar xi aspetti tal-investigazzjoni. Iż-żewġ gruppi ta' produtturi esportaturi Russi kienu madankollu pprovduti bi kwestjonarju u ġew imħeġġa jimlewh. Fl-ittra ta' akkumpanjament ta' din l-istedina, il-produtturi esportaturi Russi ġew mgħarrfa b'mod inekwivoku li fin-nuqqas ta' tweġiba għall-kwestjonarju, il-Kummissjoni tista' tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. L-ebda risposta għall-kwestjonarju ma waslet minn kwalunkwe waħda minnhom.

(46)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni għarrfet lill-awtoritajiet Russi bl-intenzjoni tagħha li tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku fit-22 ta' Marzu 2018.

(47)

Madankollu, waqt is-seduta tat-8 ta' Awwissu 2018, il-Kummissjoni enfasizzat li ma kinitx injorat id-data ppreżentata miż-żewġ gruppi ta' produtturi esportaturi Russi, kif allegat b'mod żbaljat minnhom. Il-Kummissjoni spjegat li kienet ikkontroverifikat id-data pprovduta miż-żewġ gruppi ta' produtturi esportaturi Russi rigward il-kapaċità u l-produzzjoni b'data disponibbli pubblikament, jiġifieri ta' Metal Expert. Il-Kummissjoni użat ukoll data mill-Istatistika dwar l-Esportazzjonijiet Russi li waslet mill-produtturi esportaturi, kif spjegat fil-premessa (34). Għalhekk, l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kienet injorat l-informazzjoni ppreżentata miż-żewġ gruppi ta' produtturi esportaturi ġiet miċħuda.

(48)

Iż-żewġ gruppi ta' produtturi esportaturi Russi semmew ukoll li huma kienu ħeġġew lill-Kummissjoni biex twettaq żjarat ta' verifika rigward id-data limitata li kienu pprovdew u li l-ebda żjara ta' verifika ma kienet saret.

(49)

Skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku, iż-żjarat ta' verifika jenħtieġ li jitwettqu meta l-Kummissjoni tikkunsidra li jkun xieraq u, fin-nuqqas ta' tweġiba xierqa u fil-ħin, il-Kummissjoni tista' tagħżel li ma twettaqx tali żjara ta' verifika. Abbażi ta' dan, u minħabba n-nuqqas ta' tweġiba xierqa għall-kwestjonarju f'dan il-każ, il-Kummissjoni kkunsidrat li ma kellha ssir l-ebda żjara ta' verifika.

3.1.2.   Probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping f'każ li jitneħħew il-miżuri

(50)

Kif stabbilit hawn fuq, instab li r-Russja kompliet id-dumping fil-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni, iżda l-livell tal-importazzjonijiet matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' reviżjoni kien relattivament limitat. Għalhekk, il-Kummissjoni analizzat jekk id-dumping kienx se jkompli jew jerġa' jseħħ jekk il-miżuri antidumping attwali jitħallew jiskadu. Hija u tagħmel dan, tat ħarsa lejn il-produzzjoni u l-kapaċità ta' riżerva fir-Russja, l-interess tas-suq tal-Unjoni u l-imġiba tal-esportaturi Russi fi swieq oħra.

3.1.2.1.   Kapaċità ta' riżerva

(51)

Wara d-divulgazzjoni finali, iż-żewġ gruppi ta' produtturi esportaturi Russi kkontestaw il-konstatazzjonijiet li saru mill-Kummissjoni dwar il-kapaċità ta' riżerva disponibbli fir-Russja. B'mod partikolari, iż-żewġ gruppi ta' produtturi esportaturi Russi sostnew li l-Kummissjoni kienet issopravvalutat il-kapaċità ta' riżerva disponibbli fir-Russja. Din il-kapaċità ta' riżerva kienet ibbażata fuq data ta' analiżi tas-suq (Metal Expert) u ġiet stmata għal aktar minn 550 000 tunnellata.

(52)

Matul is-seduta tat-8 ta' Awwissu 2018, il-Kummissjoni spjegat id-data li kienet użat biex tikkalkula ċ-ċifra rrappurtata fid-Dokument ta' Divulgazzjoni Ġenerali, jiġifieri, id-data pubblikament disponibbli (kif inkluża fil-fajl) waqt l-abbozzar tad-Dokument ta' Informazzjoni Ġenerali. Wara l-kummenti li waslulha u d-diskussjonijiet li saru waqt is-seduta, il-Kummissjoni ħeġġet liż-żewġ gruppi ta' produtturi esportaturi Russi biex jippreżentaw l-aktar data dettaljata u aġġornata dwar il-produzzjoni u l-kapaċità disponibbli għalihom. Fl-10 ta' Awwissu 2018, iż-żewġ gruppi ta' produtturi esportaturi Russi pprovdew din l-informazzjoni (is-sors - Metal Expert) lill-Kummissjoni. Għalhekk, għall-kalkolu tal-kapaċità tal-produzzjoni, il-Kummissjoni użat id-data aġġornata mingħand Metal Expert, kif ipprovduta miż-żewġ gruppi ta' produtturi li esportaturi Russi fis-sottomissjoni tal-10 ta' Awwissu 2018.

(53)

Iċ-ċifri aġġornati tal-kapaċità ta' riżerva miksuba b'dan il-mod urew kapaċità ta' riżerva fir-Russja, matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' reviżjoni, ta' 350 000–380 000 tunnellata. Din il-kapaċità ta' riżerva sinifikanti tirrappreżenta aktar minn 25 % tal-konsum tal-Unjoni.

3.1.2.2.   Attraenza tas-suq tal-Unjoni

(54)

L-investigazzjoni kkonfermat li s-suq tal-Unjoni huwa ta' interess għall-produtturi Russi għar-raġunijiet li ġejjin:

(55)

L-ewwel nett, f'dak li jirrigwarda d-daqs, is-suq tal-Unjoni (aktar minn 1,3 miljun tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' reviżjoni u 1,5 miljun tunnellata fl-2014) jista' jitqies bħala wieħed mill-akbar swieq tal-pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi madwar id-dinja.

(56)

It-tieni, wara l-impożizzjoni tal-miżuri tal-Istati Uniti “Section 232” ta' 25 % fuq il-prodotti tal-azzar (26), li jkopru wkoll il-prodott ikkonċernat, l-esportazzjonijiet Russi għal wieħed mis-swieq tal-esportazzjoni ewlenin, jistgħu jkunu, għall-inqas parzjalment, ristretti. Dan imbagħad jagħmel is-suq tal-Unjoni aktar ta' interess, u b'hekk joħloq ir-riskju li tista' sseħħ ċerta devjazzjoni kummerċjali lejn l-Unjoni.

(57)

F'dak li jirrigwarda l-prezzijiet, il-livell ta' twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni (ara l-premessa (137) ta' hawn taħt) juri li l-livell tal-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet Russi fis-suq tal-Unjoni huwa inqas minn dak tal-produtturi tal-Unjoni, u għalhekk jekk il-miżuri jiġu rrevokati, l-esportazzjonijiet x'aktarx li jkomplu jiżdiedu.

(58)

Minħabba l-livell relattivament baxx tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' reviżjoni (8 663 tunnellata), il-Kummissjoni analizzat ukoll il-prezzijiet tal-esportazzjoni mir-Russja lejn swieq terzi oħrajn matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' reviżjoni, kif irrappurtat fl-istatistika uffiċjali tal-esportazzjoni Russa mill-RFCS, u qabblet dawn il-livelli tal-prezzijiet mal-prezzijiet tal-importazzjoni lejn l-Unjoni. Din l-analiżi wriet li r-Russja kienet tbigħ f'diversi swieq ewlenin tal-esportazzjoni tagħha bi prezzijiet li huma simili jew xi kultant saħansitra anqas mill-prezzijiet tal-esportazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping fis-suq tal-Unjoni.

(59)

Skont is-sejbiet stabbiliti fil-premessi (50) sa (58), il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà kbira li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mir-Russja jerġgħu jseħħu f'volumi sinifikanti.

3.1.2.3.   Kummenti wara d-divulgazzjoni finali

(60)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-gruppi ta' produtturi esportaturi Russi sostnew li ma hemm l-ebda probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping, jekk il-miżuri jiġu rrevokati. Huma semmew il-prestazzjoni tal-pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi Russi fis-suq nazzjonali u s-sitwazzjoni ta' swieq oħra tal-esportazzjoni bħala l-elementi prinċipali li jikkontestaw is-sejbiet tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-produtturi esportaturi Russi sostnew li l-Kummissjoni kienet injorat id-data (disponibbli għall-pubbliku) mogħtija minnhom li tikkonċerna l-livelli tal-prezzijiet lejn swieq oħra ta' pajjiżi terzi.

(61)

Din l-allegazzjoni hija fattwalment żbaljata. Waqt is-seduta tat-8 ta' Awwissu 2018, il-Kummissjoni għarrfet lill-produtturi esportaturi Russi, li għall-analiżi tagħha hija kienet ikkunsidrat id-data pubblikament disponibbli mill-istatistika tal-esportazzjoni Russa ppreżentata miż-żewġ gruppi ta' produtturi esportaturi Russi (27). Abbażi ta' din id-data, il-Kummissjoni kkonfermat li l-livelli tal-prezzijiet użati f'diversi swieq ewlenin tal-esportazzjoni tar-Russja, li jikkostitwixxu sehem rilevanti tal-esportazzjonijiet totali tar-Russja tal-pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, kienu anqas mill-prezzijiet tal-esportazzjoni tagħha lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' reviżjoni (28). Għalhekk din il-pretensjoni ġiet miċħuda.

(62)

Iż-żewġ gruppi ta' produtturi esportaturi Russi sostnew li l-konklużjoni tal-Kummissjoni dwar id-daqs tas-suq tal-Unjoni, kif imsemmi fil-premessa (55) ta' hawn fuq, kienet “fil-biċċa l-kbira sopravalutata”. Barra minn hekk, huma sostnew ukoll li hemm swieq oħra aktar ta' interess mis-suq tal-Unjoni.

(63)

L-ewwel nett, l-importanza tas-suq tal-Unjoni ġiet speċifikament mqajma waqt is-seduta tat-8 ta' Awwissu 2018, fejn rappreżentanti tal-akbar produttur Russu rrikonoxxew li s-suq tal-Unjoni kien tabilħaqq wieħed mis-swieq ewlenin għall-prodott ikkonċernat. Għandu jiġi enfasizzat li l-Kummissjoni ma ħaditx pożizzjoni dwar jekk kienx hemm swieq oħra aktar ta' interess mis-suq tal-Unjoni. Minflok, il-Kummissjoni stabbiliet li s-suq tal-Unjoni kien ta' interess għall-produtturi esportaturi Russi għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (55) u (58).

(64)

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni osservat ukoll in-nuqqas ta' konsistenza bejn il-parti narrattiva tas-sottomissjonijiet li waslu mingħand il-produtturi esportaturi Russi u d-data attwali inkluża f'dawn is-sottomissjonijiet. B'mod partikolari, il-produtturi esportaturi Russi enfasizzaw li l-prezzijiet għal ċerti pajjiżi, bħall-Indja, it-Turkija u l-Emirati Għarab Magħquda jsiru bi “prezzijiet li jaqbżu l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni” (29). Din il-pretensjoni hija fattwalment mhux korretta u tikkontradixxi ċ-ċifri attwali ppreżentati mill-istess partijiet (30), li wera biċ-ċar li matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni, il-prezzijiet għall-Unjoni kienu attwalment ogħla (31). Għalhekk din il-pretensjoni ġiet miċħuda.

(65)

Iż-żewġ gruppi ta' produtturi esportaturi Russi kkontestaw ukoll il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni li wara l-applikazzjoni tal-miżuri tal-Istati Uniti “Section 232”, ikun hemm ir-riskju ta' devjazzjoni kummerċjali u ssemmew ukoll is-sejbiet preliminari li saru mill-Kummissjoni dwar l-investigazzjoni ta' Salvagwardja tal-UE, li għaddejja bħalissa dwar ċerti prodotti tal-azzar, li biha l-pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi kienu provviżorjament esklużi mill-applikazzjoni tal-miżuri (32).

(66)

Fir-rigward tal-investigazzjoni ta' Salvagwardja tal-Azzar tal-UE, il-proċedura għadha għaddejja u l-pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi kienu provviżorjament esklużi mill-miżuri. Madankollu, din l-esklużjoni provviżorja tal-pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi mill-miżuri ta' salvagwardja ma kinitx ibbażata fuq in-nuqqas ta' devjazzjoni kummerċjali (kif argumentat b'mod ħażin mill-produtturi esportaturi Russi), iżda din kienet ibbażata fuq nuqqas ta' żieda fl-importazzjonijiet (33).

(67)

Rigward l-effett potenzjali tal-miżuri tal-Istati Uniti “Section 232”, il-Kummissjoni ssostni li r-riskju ta' devjazzjoni kummerċjali ma jistax jiġi eskluż u li riskju bħal dan żgur li jista' jsir aktar probabbli, jekk il-miżuri fis-seħħ jitħallew jiskadu. Għandu jissemma li dazju ta' 25 % fl-Istati Uniti meta mqabbel ma' 0 % fl-Unjoni, jekk id-dazji jiskadu, jagħmel is-suq tal-Unjoni ċertament aktar ta' interess għall-produtturi esportaturi Russi milli taħt iċ-ċirkostanzi attwali, jiġifieri dazju fis-seħħ fiż-żewġ swieq. Għalhekk, ix-xejriet ta' importazzjoni fl-Istati Uniti sa issa mhumiex indikattivi, peress li l-miżuri tal-Unjoni jibqgħu fis-seħħ u l-inċentiv għal tibdil tas-swieq jistgħu ma jkunux rilevanti daqs kemm kien ikun fin-nuqqas ta' miżuri fl-Unjoni.

(68)

Iż-żewġ gruppi ta' produtturi esportaturi Russi sostnew ukoll li x'aktarx ċerti produtturi esportaturi Russi jkollhom eżenzjonijiet mill-miżuri tal-Istati Uniti “Section 232”. Il-Kummissjoni semmiet li mill-evidenza (34) li saret disponibbli lilha f'dan ir-rigward, ma setax jiġi konkluż li produttur Russu partikolari x'aktarx kien se jiġu eskluż mill-miżuri. Għalhekk, fin-nuqqas ta' fatti konkreti f'dan ir-rigward, il-Kummissjoni ċaħdet din il-pretensjoni.

(69)

Fl-aħħar nett, iż-żewġ gruppi ta' produtturi esportaturi Russi sostnew li, minħabba l-kwantitajiet limitati esportati fil-perjodu ta' investigazzjoni ta' reviżjoni, ma kienx probabbli li r-revoka tal-miżuri twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping.

(70)

Il-Kummissjoni rreferiet għas-sejbiet tagħha dwar il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping, kif stabbilit fil-premessi (50) u (68), u enfasizzat li l-analiżi tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping hija ta' natura prospettiva. Għalhekk, din il-pretensjoni ġiet miċħuda.

3.2.   l-Ukrajna

3.2.1.   Dumping matul il-perjodu ta' investigazzjoni ta' reviżjoni

3.2.1.1.   Rimarki preliminari

(71)

Hemm tliet produtturi magħrufa tal-pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi fl-Ukrajna. Wieħed minnhom, Interpipe Group, ikkopera fl-investigazzjoni. Interpipe Group huwa bil-bosta l-akbar produttur fl-Ukrajna. Skont l-istatistika tal-kummerċ, l-esportazzjonijiet tiegħu tal-pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni ta' reviżjoni kienu jirrappreżentaw madwar 87 % tat-total tal-importazzjonijiet mill-Ukrajna f'dak il-perjodu (35), li jammontaw għal 80 711 tunnellata jew 6 % tal-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' reviżjoni. Id-data sottomessa minn Interpipe Group kienet vverifikata fuq il-post fl-Ukrajna kif ukoll fil-bini tan-negozjant relatat fl-Iżvizzera u l-importatur relatat fil-Ġermanja. Wara l-verifika, il-Kummissjoni kkoreġiet ċerta data oriġinarjament ipprovduta minn Interpipe Group, prinċipalment fir-rigward tal-bejgħ, spejjeż ġenerali u amministrattivi u l-valuri CIF.

(72)

L-Interpipe Group huwa s-sid waħdieni u jikkontrolla żewġ produtturi esportaturi, LLC Interpipe Niko Tube (“Niko Tube”) u OJSC Interpipe NTRP (“NTRP”). Skont il-prattika standard tal-Kummissjoni, ġie kkalkulat marġni tad-dumping komuni għaż-żewġ produtturi esportaturi. L-ammont ta' dumping l-ewwel kien ġie kkalkulat għal kull produttur esportatur individwali u mbagħad ġiet stabbilita medja ponderata tal-marġnijiet ta' dumping individwali fil-livell tal-Interpipe Group.

(73)

Fl-isfond tal-esportazzjonijiet sinifikanti lejn l-Unjoni minn Interpipe Group matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' reviżjoni, l-analiżi ta' kontinwazzjoni ta' dumping matul dak il-perjodu kienet prinċipalment ibbażata fuq data vverifikata pprovduta minn Interpipe Group.

3.2.1.2.   Valur normali

(74)

Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali ta' bejgħ domestiku ta' kull produttur esportatur li kkopera kienx rappreżentattiv, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku jkun rappreżentattiv jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lil konsumaturi indipendenti fis-suq nazzjonali għal kull produttur esportatur jkun mill-anqas 5 % tal-volum tal-bejgħ totali għall-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Abbażi ta' dan, l-analiżi stabbilixxiet li l-bejgħ tal-prodott simili fis-suq nazzjonali kien rappreżentattiv għaż-żewġ produtturi esportaturi.

(75)

Sussegwentament, il-Kummissjoni identifikat it-tipi ta' prodotti li ġew mibjugħa fuq livell domestiku li kienu identiċi jew komparabbli mat-tipi ta' prodotti mibjugħin għall-esportazzjoni minn Interpipe Group.

(76)

Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta' Interpipe Group għal kull tip ta' prodott li huwa identiku jew komparabbli ma' tip ta' prodott mibjugħ għall-esportazzjoni kienx rappreżentattiv, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta' tip ta' prodott huwa rappreżentattiv, jekk il-volum totali ta' bejgħ domestiku ta' dan it-tip ta' prodott lil konsumaturi indipendenti matul il-perjodu ta' investigazzjoni rrappreżentax mill-anqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ f'esportazzjoni tat-tip ta' prodott identiku jew komparabbli. Il-Kummissjoni stabbiliet li għall-maġġoranza tat-tipi ta' prodotti, il-bejgħ domestiku sar fi kwantitajiet rappreżentattivi.

(77)

Wara, il-Kummissjoni ddefinixxiet il-proporzjon tal-bejgħ bi profitt lil konsumaturi indipendenti fis-suq nazzjonali għal kull tip ta' prodott matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' reviżjoni sabiex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku li fil-fatt sar għall-kalkolu tal-valur normali skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku.

(78)

Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku effettiv għal kull tip ta' prodott, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ huwiex profitabbli jew le, jekk:

(a)

il-volum tal-bejgħ tat-tip ta' prodott, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett li huwa daqs jew ogħla mill-kost kkalkulat ta' produzzjoni, jirrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum totali tal-bejgħ ta' dan it-tip ta' prodott; kif ukoll

(b)

il-prezz medju ponderat tal-bejgħ ta' dak it-tip ta' prodott ikun daqs jew ogħla mill-kost tal-produzzjoni għal kull unità.

F'dan il-każ, il-valur normali huwa l-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta' dak it-tip ta' prodott matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' reviżjoni.

(79)

Il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku effettiv, skont it-tip ta' prodott, tal-bejgħ domestiku profittabbli biss ta' dawk it-tipi ta' prodott matul il-perjodu ta' investigazzjoni jekk:

(a)

il-volum tal-bejgħ bi profitt tat-tip tal-prodott jirrappreżenta 80 % jew anqas mill-volum totali tal-bejgħ ta' dan it-tip; jew

(b)

il-prezz medju ponderat ta' dan it-tip ta' prodott ikun anqas mill-kost tal-produzzjoni għal kull unità.

(80)

Fil-każ li ma kienx hemm bejgħ tat-tip ta' prodott tal-prodott simili fil-perkors normali tal-kummerċ, jew fejn tip ta' prodott ma nbiegħx fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq nazzjonali, il-Kummissjoni ħolqot il-valur normali maħdum, skont l-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku.

(81)

Il-valur normali nħadem billi żdied dan li ġej mal-kost medju tal-produzzjoni tal-prodott simili ta' kull produttur esportatur li kkopera matul il-perjodu ta' investigazzjoni:

(a)

l-ispejjeż medji ponderati ġenerali, amministrattivi u tal-bejgħ (“SG&A”) imġarrba minn kull produttur esportatur li kkopera fil-bejgħ domestiku tal-prodott simili, fil-perkors normali tal-kummerċ, matul il-perjodu ta' investigazzjoni ta' reviżjoni, kif ukoll

b)

il-profitt medju ponderat magħmul minn kull produttur esportatur li kkopera mill-bejgħ domestiku tal-prodott simili, fil-perkors normali tal-kummerċ, matul il-perjodu ta' investigazzjoni ta' reviżjoni.

(82)

Wara d-divulgazzjoni finali, Interpipe Group kkontesta uħud mill-elementi użati mill-Kummissjoni fil-kalkolu tal-valur normali. Il-pretensjonijiet inkludew dawn il-kwistjonijiet li ġejjin: (i) il-kalkolu tal-ispejjeż ġenerali, amministrattivi u tal-bejgħ bejn il-kumpaniji relatati; (ii) l-użu ta' spejjeż finanzjarji li jirriżultaw minn [kunfidenzjali] (36); (iii) qligħ/telf tal-kambju li ġej minn [kunfidenzjali]; (iv) ċerti spejjeż tal-kreditu jenħtieġ li jiġu kkunsidrati.

(83)

Fir-rigward tal-ewwel element, il-Kummissjoni għarrfet lil Interpipe Group, fit-tieni divulgazzjoni addizzjonali, ta' xi jkun l-impatt fuq il-marġni ta' dumping u s-sejbiet sussegwenti, jekk il-pretensjoni tiġi aċċettata. Il-Kummissjoni pprovdiet ukoll il-kalkolu provviżorju għal dan il-għan, wara l-istess approċċ bħal dak fir-reviżjoni ta' skadenza preċedenti. Wara l-analiżi tal-elementi kollha, il-Kummissjoni aċċettat il-pretensjoni ta' Interpipe Group dwar dan il-punt u għalhekk il-marġni tad-dumping tnaqqas kif xieraq (ara l-premessa (90) ta' hawn taħt). Il-Kummissjoni ċaħdet l-argumenti (ii) u (iii). Minħabba n-natura kunfidenzjali tad-data involuta fl-analiżi, il-Kummissjoni pprovdiet spjegazzjoni individwali lil Interpipe fil-jum tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(84)

Fir-rigward tal-oġġezzjoni li l-ispejjeż tal-kreditu kellhom ikunu kkunsidrati fil-kalkolu tad-dumping, il-Kummissjoni sostniet (kif huwa spjegat fid-divulgazzjoni speċifika tal-13 ta' Lulju 2018) li l-kumpanija naqset milli tipprovdi l-evidenza mitluba lill-Kummissjoni bħala sostenn għall-pretensjoni tagħhom. Għaldaqstant, din il-pretensjoni ġiet rifjutata.

3.2.1.3.   Prezz tal-esportazzjoni

(85)

Il-produtturi esportaturi esportaw il-prodott ikkonċernat lil konsumaturi indipendenti fl-Unjoni permezz ta' għadd ta' kumpaniji relatati li jaġixxu bħala kummerċjanti u/jew importaturi.

(86)

Meta l-produtturi esportaturi esportaw il-prodott ikkonċernat lil konsumaturi indipendenti fl-Unjoni, permezz ta' kumpanija relatata bħala kummerċjant, (Interpipe Group SA), il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit abbażi tal-prezzijiet effettivament imħallsa jew pagabbli għall-prodott ikkonċernat meta nbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(87)

Meta l-produtturi esportaturi esportaw il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni permezz ta' kumpanija relatata li taġixxi bħala importatur, il-prezz tal-esportazzjoni nħadem abbażi tal-prezz li bih il-prodott importat reġa' ġie mibjugħ għall-ewwel darba lil konsumaturi indipendenti fl-Unjoni, skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. L-aġġustamenti fil-prezz tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, saru fuq it-tranżazzjonijiet li jikkonċernaw l-importatur relatat fil-Ġermanja. Il-prezz tal-bejgħ tal-importatur relatat lil konsumaturi mhux relatati ġie aġġustat lura għal prezz tal-fabbrika billi tnaqqsu l-ispejjeż ġenerali, amministrattivi u tal-bejgħ tal-importatur relatat, ammont raġonevoli tal-profitt u konċessjonijiet oħra kull meta applikabbli.

(88)

Wara d-divulgazzjoni finali Interpipe Group sostna li l-prezz CIF ta' Interpipe Europe jenħtieġ li jiġi rivedut minħabba diskrepanza bejn il-kalkolu u l-ispjegazzjoni narrattiva fil-kumpanija finali partikolari.

Il-Kummissjoni osservat li l-parti narrativa tad-divulgazzjoni speċifika ma kinitx qed tirrifletti b'mod xieraq il-mod li l-kalkolu CIF kien effettivament sar. Il-Kummissjoni għalhekk ikkoreġiet in-narrattiva ta' divulgazzjoni speċifika u kkonfermat li l-kalkolu sar abbażi tas-sejbiet kif diskuss mal-kumpanija waqt iż-żjara ta' verifika.

3.2.1.4.   Tqabbil

(89)

Il-prezzijiet tal-esportazzjoni Interpipe Group lejn l-Unjoni ġew imqabbla mal-valur normali tal-bejgħ domestiku tiegħu fil-livell ta' kif joħroġ mill-fabbrika. Sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust, tqiesu d-differenzi li jaffettwaw il-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. F'dan ir-rigward, il-konċessjonijiet għal spejjeż ta' trasport u ta' kummissjonijiet li jaffettwaw il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tnaqqsu.

3.2.1.5.   Dumping

(90)

Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, il-marġni ta' dumping misjub għall-Interpipe Group matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' reviżjoni kien jammonta għal 21,6 %. Minħabba li Interpipe Group huwa l-akbar produttur Ukren u rrappreżenta l-parti l-kbira tal-importazzjonijiet mill-Ukraina fil-perjodu ta' investigazzjoni ta' reviżjoni, kif spjegat fil-premessa (71), il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dumping misjub għal Interpipe Group kien rappreżentattiv għall-Ukrajna fuq livell nazzjonali.

(91)

Għalhekk, il-Kummissjoni stabbiliet li d-dumping mill-Ukrajna kien kompla matul il-perjodu ta' investigazzjoni ta' reviżjoni.

3.2.2.   Probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping jekk il-miżuri jiġu rrevokati

(92)

Kif stabbilit hawn fuq, nstab li l-Ukrajna kompliet id-dumping fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' reviżjoni. L-importazzjonijiet mill-Ukrajna laħqu 80 711 tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' reviżjoni, li jirrappreżentaw 6 % tas-sehem mis-suq fis-suq tal-Unjoni (37). B'segwitu għal dawn is-sejbiet, il-Kummissjoni analizzat jekk id-dumping mill-Ukrajna kienx probabbli li jkompli jekk il-miżuri antidumping fis-seħħ jitħallew jiskadu. Hija u tagħmel dan, analizzat il-produzzjoni u l-kapaċità ta' riżerva fl-Ukrajna, l-interess tas-suq tal-Unjoni u l-imġiba tal-esportaturi Ukreni fi swieq oħra.

3.2.2.1.   Kapaċità ta' riżerva

(93)

Il-kapaċità ta' riżerva ġiet ikkalkulata kif ġej. Fir-rigward ta' Interpipe Group, il-kapaċità ta' riżerva tista' tiġi stabbilita abbażi tad-data rappurtata u verifikata kif xieraq. Iż-żewġ produtturi tal-prodott ikkonċernat fl-Ukrajna ma wieġbux għall-kwestjonarji. Huma pprovdew biss ċerta informazzjoni dwar il-produzzjoni u l-kapaċità tal-produzzjoni tagħhom f'sottomissjonijiet bil-miktub. Din l-informazzjoni ġiet analizzata u mqabbla ma' sorsi ta' informazzjoni dwar is-suq, b'mod partikolari ta' Metal Expert. Għaldaqstant, għall-Ukrajna, il-kapaċità ta' riżerva disponibbli kienet stmata għal, mill-anqas, madwar 500 000 tunnellata, li tirrappreżenta madwar 40 % tal-konsum tal-Unjoni (38).

(94)

Wara d-divulgazzjoni finali, Interpipe Group kkontesta ċ-ċifra tal-kapaċità ta' riżerva tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq, inizjalment billi sostna li din għandha tammonta għal [80 000–100 000 tunnellata]. Wara l-kummenti li waslulha, il-Kummissjoni pprovdiet spjegazzjonijiet dettaljati u kjarifikazzjonijiet fl-ewwel duvulgazzjoni addizzjonali tagħha lill-Interpipe Group, waqt is-seduta mal-kumpanija kif ukoll fit-tieni divulgazzjoni addizzjonali lill-Interpipe Group. Fil-kummenti tiegħu dwar l-ewwel divulgazzjoni addizzjonali u waqt is-seduta, l-Interpipe Group ikkonferma li qabel mal-kapaċità ta' riżerva kkalkolata mill-Kummissjoni sakemm l-Interpipe Group kien ikkonċernat, li kienet ċifra ogħla b'mod sinifikanti milli ċ-ċifra msemmija fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali. Madankollu, l-Interpipe Group kompla jikkontesta l-kalkolu tal-kapaċità rigward iż-żewġ produtturi l-oħrajn tal-Ukrajna.

(95)

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni fakkret lill-Interpipe Group fil-fatt li l-ebda waħda miż-żewġ kumpaniji ma kienu kkoperaw bis-sħiħ mal-Kummissjoni, minħabba li kienu ssottomettew biss ċerta informazzjoni relatata mal-produzzjoni u/jew il-kapaċità tal-produzzjoni. Ġie mfakkar ukoll li l-informazzjoni pprovduta minn dawn il-partijiet ġie madankollu kkunsidrat mill-Kummissjoni fl-analiżi tagħha, kuntrarjament għal dak li sostna Interpipe Group. Il-Kummissjoni għamlet kontroverifika tal-informazzjoni pprovduta f'dawn is-sottomissjonijiet b'data disponibbli pubblikament minn Metal Expert.

(96)

Għal waħda minn dawn il-partijiet, id-data ta' Metal Expert tista' tiġi rrikonċiljata mal-affermazzjoni tal-kumpanija li kien hemm tnaqqis enormi fil-kapaċità tal-produzzjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Għall-kalkolu tal-kapaċità ta' riżerva tagħha, il-Kummissjoni għaldaqstant ibbażat ruħha fuq it-tnaqqis fil-kapaċità tal-produzzjoni, kif irrappurtat fuq is-sit web ta' Metal Expert. Madankollu, wara din id-divulgazzjoni addizzjonali, l-Interpipe Group kompla jikkontesta ċ-ċifra ta' kapaċità ta' riżerva stabbilita b'dan il-mod. Il-Kummissjoni ċaħdet din it-talba għar-raġunijiet li ġejjin:

(97)

Il-kumpanija kkonċernata, fis-sottomissjoni tagħha stess, ma pprovdiet l-ebda ċifra rigward il-kapaċità ta' produzzjoni. Hija semmiet biss li l-impjiegi niżlu (tnaqqis ta' bejn 60 % u 75 % fil-forza tax-xogħol) u li l-produzzjoni kienet tammonta għal [4 000–10 000] Tunnellata Metrika fis-sena. Barra minn hekk, fil-kummenti tiegħu wara d-divulgazzjoni addizzjonali, Interpipe Group ma pprovda l-ebda stima possibbli tal-kapaċità ta' produzzjoni tal-kumpanija kkonċernata.

(98)

Għalhekk, jirriżulta li mis-sottomissjonijiet ta' Interpipe Group kif ukoll tal-kumpanija kkonċernata li l-Kummissjoni ma ngħatat lanqas punt tat-tluq biex tivvaluta l-produzzjoni u l-kapaċità ta' riżerva għal din il-kumpanija. Il-Kummissjoni madankollu kkonkludiet li t-talba tal-kumpanija kkonċernata kienet ikkorroborata minn data disponibbli pubblikament minħabba li l-kapaċità tal-produzzjoni mnaqqsa ġiet riflessa fiċ-ċifra tal-kapaċità tal-produzzjoni ipprovduti minn Metal Expert. Il-Kummissjoni għalhekk iddeċidiet li tikkalkula l-kapaċità ta' riżerva tagħha abbażi tad-data tal-produzzjoni pprovduta mill-kumpanija kkonċernata u d-data tal-kapaċità tal-produzzjoni rrapportati fuq Metal Expert.

(99)

Għalhekk, l-allegazzjoni li l-kumpanija kienet naqqset b'mod sinifikanti l-kapaċità tal-produzzjoni tagħha kienet aċċettata mill-Kummissjoni. L-allegazzjoni ta' Interpipe Group hija għalhekk mingħajr bażi.

(100)

Fir-rigward tat-tielet produttur, il-Kummissjoni osservat diskrepanzi sinifikanti bejn id-data pprovduta minnha u data disponibbli pubblikament. Il-Kummissjoni għaldaqstant ibbażat ruħha fuq il-kapaċità tal-produzzjoni kif irrappurtat minn Metal Expert għall-kalkolu tal-kapaċità ta' riżerva tagħha. L-Interpipe Group sostna li l-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel suppożizzjonijiet abbażi ta' verifika allegata ta' dik il-kumpannija li saret fil-qafas ta' investigazzjoni oħra ta' antidumping li twettqet aktar minn 10 snin ilu. Il-Kummissjoni tqis li l-użu ta' ċifri riċenti jikkostitwixxi mod aktar xieraq u affidabbli ta' kif tinkiseb il-produzzjoni u i nformazzjoni ta' kapaċità ta' riżerva fil-qafas ta' din l-investigazzjoni.

(101)

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni ssemmi li l-produttur inkwistjoni kkonferma fid-diversi sottomissjonijiet tiegħu lill-Kummissjoni (39) li l-għadd ta' linji ta' produzzjoni fis-seħħ ma nbidlux f'dawn l-aħħar snin (minkejja li, allegatament, uħud minnhom bħalissa mhumiex qed jintużaw). Għalhekk, u fin-nuqqas ta' tweġiba għall-kwestjonarju, il-Kummissjoni ma setgħetx tivverifika jekk l-allegazzjonijiet tal-kumpanija, kinux jiġġustifikaw li jiġi aċċettat dak li ġie allegat dwar it-tnaqqis fil-kapaċità tal-produzzjoni.

(102)

Wara d-divulgazzjoni addizzjonali speċifika, Interpipe Group ippreżenta dokument li qies li invalida dan il-kalkolu fil-konfront taż-żewġ produtturi tal-Ukrajna. Madankollu, id-dokument ikkontradixxa d-data tal-intelliġenza tas-suq disponibbli għall-Kummissjoni, li effettivament ikkonfermat il-kalkolu tal-Kummissjoni. Din id-data tal-intelliġenza tas-suq uriet li l-kapaċità tal-produzzjoni taż-żewġ produtturi esportaturi Ukreni l-oħrajn kienet ogħla b'mod sinifikanti mid-data fid-dokument ipprovduta mill-Interpipe Group.

(103)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonferma d-deċiżjoni tagħha fir-rigward tal-kapaċità ta' riżerva fl-Ukrajna, kif stabbilit fil-premessa (93).

3.2.2.2.   Interess tas-suq tal-Unjoni

(104)

L-investigazzjoni kkonfermat, li s-suq tal-Unjoni huwa ta' interess ukoll għall-produtturi esportaturi Ukreni għar-raġunijiet li ġejjin:

(105)

L-ewwel nett, f'dak li jirrigwarda d-daqs, is-suq tal-Unjoni (aktar minn 1,3 miljun tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' reviżjoni u 1,5 miljun tunnellata fl-2014) jista' jitqies bħala wieħed mill-akbar swieq tal-pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi madwar id-dinja.

(106)

It-tieni, rigward il-prezzijiet, il-livell ta' twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' reviżjoni (ara l-premessa (136) ta' hawn taħt) juri li l-livell tal-prezz medju tal-importazzjonijiet Ukreni fis-suq tal-Unjoni huwa anqas minn dak tal-produtturi tal-Unjoni, u għalhekk l-esportazzjonijiet x'aktarx li jkomplu jiżdiedu, jekk il-miżuri jiġu rrevokati.

(107)

It-tielet, minkejja d-dazju antidumping fis-seħħ, l-Ukrajna żdiedet b'mod stabbli l-livell tal-importazzjonijiet tagħha f'dawn l-aħħar snin (minn anqas minn 2 % tas-sehem tas-suq fl-2012 għal 6 % fil-perjodu ta' investigazzjoni ta' reviżjoni), li jikkonferma li s-suq tal-Unjoni għadu suq ta' interess minkejja d-dazji fis-seħħ.

(108)

Ir-raba', wara l-impożizzjoni tal-miżuri tal-Istati Uniti “Section 232” ta' 25 % fuq il-prodotti tal-azzar (40), li jkopru wkoll il-prodott ikkonċernat, l-esportazzjonijiet Ukreni għal wieħed mis-swieq tal-esportazzjoni ewlenin, jistgħu jkunu, għall-anqas parzjalment, ristretti. Dan imbagħad jagħmel is-suq tal-Unjoni aktar ta' interess, u b'hekk jinħoloq ir-riskju li tista' sseħħ ċerta devjazzjoni kummerċjali lejn l-Unjoni. Dan għandu jitqies flimkien ma' ostakoli oħrajn eżistenti għall-kummerċ fi swieq terzi (ara l-premessa (116) ta' hawn taħt).

(109)

Wara d-divulgazzjoni finali, l-Interpipe Group ikkontesta s-sejbiet tal-Kummissjoni rigward l-interess tas-suq tal-Unjoni.

(110)

B'mod partikolari, Interpipe Group ikkontesta l-valutazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-impatt potenzjali tal-miżuri tal-Istati Uniti “Section 232” u ż-żieda fl-importazzjonijiet mill-Ukrajna matul il-perjodu kkunsidrat.

(111)

Rigward l-ewwel punt, Interpipe Group ikkontesta l-analiżi tal-Kummissjoni rigward l-impatt potenzjali li l-miżuri tal-Istati Uniti “Section 232” ikollhom fuq is-suq. B'mod partikolari, Interpipe Group qies li ma kienx hemm riskju ta' devjazzjoni kummerċjali lejn is-suq tal-Unjoni. L-Interpipe Group semma wkoll il-miżuri provviżorji tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-investigazzjoni ta' salvagwardja fi prodotti tal-azzar, sa fejn huma kkonċernati l-pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi.

(112)

L-ewwel nett, kif indikat fil-premessa (66), fil-miżuri provviżorji imposti fil-kuntest tal-investigazzjoni ta' salvagwardja, ġie deċiż li l-pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi jiġu esklużi mill-ambitu tal-miżuri provviżorji. Madankollu din l-esklużjoni provviżorja ma saritx abbażi ta' nuqqas ta' riskju ta' devjazzjoni kummerċjali, iżda pjuttost minħabba li l-livell tal-importazzjonijiet ta' dan il-prodott ma kienx wera żieda b'mod ġenerali matul il-perjodu rilevanti.

(113)

It-tieni, Interpipe Group irrikonoxxa li uħud mill-esportazzjonijiet tiegħu lejn l-Istati Uniti jikkonċernaw it-tipi OCTG u l-pajpijiet dritti (line pipes), li huwa t-tip ta' prodott li prinċipalment jesporta lejn l-Unjoni. Interpipe Group allega wkoll li, sa Mejju 2018 (inkluż), il-livell tal-esportazzjonijiet lejn l-Istati Uniti kien żdied.

(114)

Il-Kummissjoni ssostni li hemm riskju li, mill-inqas, ftit mill-kwantitajiet esportati attwalment lejn l-Istati Uniti mill-Ukrajna jistgħu jiġu diretti lejn l-Unjoni, jekk il-miżuri jiskadu. Dan ir-riskju jikkonċerna b'mod partikolari l-pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi standard. Għandu jiġi nnutat li dazju ta' 25 % fl-Istati Uniti fuq “pajpijiet u tubi mingħajr saldatura standard”, għall-kuntrarju ta' 0 % fl-Unjoni, jekk id-dazji jiskadu, ċertament jagħmel is-suq tal-Unjoni aktar ta' interess għall-esportaturi produtturi Ukreni milli taħt iċ-ċirkostanzi attwali, jiġifieri dazju fis-seħħ fiż-żewġ swieq. Għalhekk, ix-xejriet sa issa mhumiex indikattivi peress li l-miżuri tal-Unjoni jibqgħu fis-seħħ u l-inċentiv biex jinqalbu s-swieq jista' ma jkunx rilevanti daqs fin-nuqqas ta' miżuri fl-Unjoni. Barra minn hekk, il-fatt li taħt il-miżuri tal-Istati Uniti “Section 232”, ċerti pajjiżi u/jew kumpaniji speċifiċi kienu diġà soġġetti għal eżenzjonijiet jista' jagħmilha aktar diffiċli għall-produtturi Ukreni biex jikkompetu fis-suq tal-Istati Uniti (41).

(115)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li r-riskju ta' devjazzjoni kummerċjali ma jistax jiġi eskluż u li riskju bħal dan żgur li jista' jsir aktar probabbli jekk il-miżuri fis-seħħ jitħallew jiskadu.

(116)

Fl-aħħar nett, il-miżuri tal-Istati Uniti “Section 232” jenħtieġ li jitqiesu wkoll f'kuntest usa' sa fejn hija kkonċernata l-Ukrajna, jiġifieri, bosta ostakli kummerċjali li l-produtturi tal-Ukrajna tal-pajpijiet u tubi mingħajr saldatura huma attwalment soġġetti f'ċerti swieq terzi, jiġifieri l-miżuri antidumping fil-Brażil, il-Kanada, il-Messiku u r-Russja.

(117)

Għalhekk, skont dan kollu, il-Kummissjoni ssostni li s-suq tal-Unjoni jsir aktar u aktar ta' interess mingħajr dazju antidumping u għalhekk, x'aktarx ikollu żieda tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-Ukrajna.

3.2.2.3.   Kummenti wara d-divulgazzjoni finali

(118)

Interpipe Group għamel diversi pretensjonijiet marbutin mal-iżviluppi fil-konsum fis-suq Ukren u d-diversifikazzjoni tas-swieq tal-esportazzjoni. L-ewwel nett, Interpipe Group sostna li l-livell tal-esportazzjoni tiegħu u l-evoluzzjoni tas-sehem mis-suq segwew jew b'xi mod ieħor kienu f'konformità mal-iżvilupp tal-konsum fl-Unjoni, u li l-iżvilupp tal-importazzjonijiet u s-sehem mis-suq tagħhom ma jistax joħloq xi riskju lill-industrija tal-Unjoni. It-tieni, Interpipe Group allega li minħabba t-tkabbir bla preċedent fis-suq Ukren, ma setax iżid il-bejgħ tal-pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi lejn l-Unjoni. Interpipe Group ikkonkluda li t-tkabbir fid-domanda domestika se jkun kapaċi jassorbi kwalunkwe produzzjoni żejda fl-Ukrajna. Bl-istess mod, Interpipe Group semma wkoll portafoll tal-esportazzjonijiet diversifikat biex jikkontesta l-konklużjoni tal-Kummissjoni dwar il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping. Il-Kummissjoni indirizzat dawn il-pretensjonijiet fit-tieni divulgazzjoni addizzjonali lil Interpipe Group.

(119)

Il-Kummissjoni kkunsidrat dawn il-pretensjonijiet iżda kkontestahom. L-ewwel parti ta' din il-pretensjoni hija fattwalment żbaljata u t-tieni tmur kontra l-fatti, kif stabbilit minn din l-investigazzjoni.

(120)

Dwar l-ewwel parti, pereżempju, fis-sena 2015, l-Ukrajna żiedet l-esportazzjonijiet tagħha b'20 %, filwaqt li l-konsum fl-Unjoni naqas b'9 %. Barra minn hekk, b'mod ġenerali matul il-perjodu kkunsidrat, l-Ukrajna żiedet is-sehem mis-suq tagħha fl-Unjoni minn 27 % (is-sehem mis-suq tagħha żdied b'1,3 punti perċentwali) filwaqt li l-konsum fl-Unjoni fl-istess perjodu naqas b'10 %.

(121)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonfermat li, matul il-perjodu kkunsidrat, l-Ukrajna żdiedet b'mod sinifikanti l-volum tal-importazzjonijiet tagħha lejn l-Unjoni (u laħqet sehem mis-suq ta' 6 %) fil-kuntest ta' tnaqqis fil-konsum, u minkejja l-miżuri fis-seħħ. Kif stabbilit fl-analiżi ta' hawn fuq tal-probabbiltà tal-kontinwazzjoni ta' dumping, x'aktarx li fin-nuqqas ta' miżuri, is-sehem tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-Ukrajna se jkompli jiżdied. Għaldaqstant, il-pretensjoni ta' Interpipe Group ġiet miċħuda.

(122)

Fir-rigward tat-tieni parti fil-premessa (118), il-Kummissjoni sostniet li l-fatti b'mod inekwivoku wrew evoluzzjoni differenti fl-imġiba tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi Ukreni fis-suq tal-Unjoni, kif imqabbel mal-projezzjonijiet magħmula mill-Interpipe Group. Il-Kummissjoni ma kkontestatx ix-xejriet fuq il-konsum domestiku u d-destinazzjonijiet tal-esportazzjoni l-oħra deskritti mill-Interpipe Group. Il-Kummissjoni indikat pjuttost li l-konklużjonijiet/it-tbassir li rriżultaw minn dawn ix-xejriet mill-Interpipe Group (fir-rigward ta' kemm dawn jaffettwaw l-approċċ tal-produtturi Ukreni lejn is-suq tal-Unjoni) ma kinux kompatibbli mal-fatti, jiġifieri żieda ta' importazzjonijiet lejn l-Unjoni anki b'dazju antidumping fis-seħħ. Fl-aħħar nett, fil-kuntest tal-pretensjoni ta' diversifikazzjoni tal-esportazzjoni, il-Kummissjoni tirreferi għall-premessa (116) ta' hawn fuq, fejn intwera li kien hemm diversi restrizzjonijiet għall-kummerċ attwalment fis-seħħ kontra l-Ukrajna f'xi swieq terzi rilevanti. Għalhekk, iż-żieda allegata ta' destinazzjonijiet ta' esportazzjoni jenħtieġ li titqies flimkien mar-restrizzjonijiet kummerċjali fi swieq oħra imsemmijin hawn fuq.

(123)

Konsegwentement, minħabba s-sejbiet stabbiliti rigward l-interess tas-suq tal-Unjoni, il-kapaċità ta' riżerva u ċerti restrizzjonijiet kummerċjali f'ċerti swieq terzi, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(124)

Fl-aħħar nett, Interpipe Group ikkontesta l-analiżi tal-Kummissjoni fir-rigward ta' ftehim ta' impriża konġunt futura ma' wieħed mill-“produtturi ewlenin tal-UE”. Il-Kummissjoni spjegat il-valutazzjoni tagħha fir-rigward ta' din il-kwistjoni fit-tieni divulgazzjoni addizzjonali lill-kumpanija. L-ewwel nett, skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni l-impriża konġunta futura ma ġiex ikklerjata mill-awtoritajiet kollha tal-kompetizzjoni kollha kkonċernati. Għalhekk, f'dan l-istadju ma jistax jiġi konkluż x'effett, jekk ikun hemm, din l-impriża konġunta jista' jkollha fuq l-esportazzjonijiet tal-pajpijiet u tubi mingħajr saldatura mill-Interpipe Group lejn l-Unjoni. It-tieni, Interpipe ikkonferma li l-impriża konġunta għadha ma ġietx stabbilita. It-tielet, il-Kummissjoni tirreferi għall-valutazzjoni tagħha fit-tieni divulgazzjoni addizzjonali lill-kumpanija, fejn hija enfasizzat ukoll il-fatt li, minkejja diversi talbiet, hija ġiet miċħuda milli jkollha aċċess għad-dettalji tal-ftehim tal-impriża konġunta inkwistjoni, b'tali mod li l-ebda effett li jirriżulta, minn pereż. il-produzzjoni futura potenzjali, ma seta' jkun ivvalutat. Għaldaqstant, f'dan il-mument, għad ma jistgħux isiru konklużjonijiet rigward l-effetti ta' dik l-impriża konġunta. Madankollu, il-Kummissjoni żżid ukoll li l-pretensjonijiet fir-rigward tal-impatt potenzjali tal-impriża konġunta fis-suq tal-Unjoni u dwak ta' Interpipe Group dwar il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping huma f'kontradizzjoni ċara ma' xulxin f'dak li jikkonċerna l-kapaċità ta' Interpipe (jew in-nuqqas tagħha) biex iżżid l-esportazzjonijiet tagħha lejn l-Unjoni (42).

3.3.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza tad-dumping, f'każ li l-miżuri jiġu rrevokati

(125)

Meta jitqiesu: (i) il-kontinwazzjoni ta' prattiċi ta' dumping fil-perjodu ta' investigazzjoni ta' reviżjoni miż-żewġ pajjiżi, (ii) il-kapaċitajiet ta' riżerva sinifikanti disponibbli (li jammontaw għal madwar 800 000 tunnellata) u (iii) l-interess tas-suq tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà kbira li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-Ukrajna u r-Russja rispettivament ikomplu jiżdiedu u jerġgħu jseħħu f'volumi sinifikanti.

4.   PRODUZZJONI TAL-UNJONI U L-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

(126)

Fil-perjodu kkunsidrat, il-prodott simili kien qed jiġi mmanifatturat minn 18-il produttur fl-Unjoni. Dawn huma meqjusin li jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku u minn hawn 'il quddiem se jissejħu “l-industrija tal-Unjoni”.

(127)

L-informazzjoni kollha disponibbli rigward l-industrija tal-Unjoni, bħall-informazzjoni ppreżentata fit-talba, id-data miġbura mill-produtturi tal-Unjoni u l-applikant qabel u wara l-bidu tal-proċedura, u t-tweġibiet tal-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni mdaħħla fil-kampjun, intużaw sabiex tiġi stabbilita l-produzzjoni totali tal-Unjoni għall-perjodu tal-investigazzjoni ta' reviżjoni.

(128)

Abbażi ta' dan, il-produzzjoni totali tal-Unjoni ġiet stmata għal madwar 2,25 tunnellata waqt il-perjodu tal-investigazzjoni ta' reviżjoni. Din iċ-ċifra tinkludi l-produzzjoni tal-produtturi kollha tal-Unjoni, kemm tal-produtturi inklużi fil-kampjun kif ukoll il-produtturi li mhumiex, ikkalkulata abbażi tad-data vverifikata ppreżentata mill-applikant.

(129)

Kif indikat fil-premessi (17) u (18), intgħażel kampjun finali li jikkonsisti minn erba' produtturi mit-12-il produttur tal-Unjoni li ssottomettew l-informazzjoni mitluba għall-għażla tal-kampjun fl-istadju qabel il-bidu.

(130)

L-erba' produtturi tal-Unjoni li ttieħdu fil-kampjun kienu jirrappreżentaw 30 % tal-produzzjoni totali stmata tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' reviżjoni u 37 % tat-total tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, il-kampjun finali huwa kkunsidrat bħala rappreżentattiv għall-industrija kollha tal-Unjoni.

5.   PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW TA' RIKORRENZA TA' DANNU

5.1.   Konsum tal-Unjoni

(131)

Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit abbażi tal-volum tal-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u tal-importazzjonijiet totali. Il-konsum tal-Unjoni naqas b'mod globali b'10 % waqt il-perjodu kkunsidrat. L-aktar punt baxx intlaħaq fis-sena 2016, tnaqqis ta' 14 % meta mqabbel mas-sena 2014. Fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' reviżjoni, ġiet osservata żieda moderata tal-konsum.

 

2014

2015

2016

PIR

Konsum (f'tunnellati)

1 493 525

1 360 682

1 283 739

1 344 610

Indiċi

100

91

86

90

Sors: Bażi tad-data tal-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku, talba, tweġibiet għall-kwestjonarju.

5.2.   Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

5.2.1.   Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ikkonċernati

(132)

Matul il-perjodu kkunsidrat, l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mir-Russja u l-Ukrajna żviluppaw mil-lat ta' volum u sehem mis-suq, kif ġej:

 

2014

2015

2016

PIR

Ir-Russja

Volum (tunnellati)

10 073

6 450

8 178

8 663

Indiċi

100

64

81

86

Sehem mis-suq tal-konsum tal-Unjoni (%)

0,7

0,5

0,6

0,6

Indiċi

100

70

94

96

l-Ukrajna

Volum (tunnellati)

70 608

77 314

77 550

80 711

Indiċi

100

109

110

114

Sehem mis-suq tal-konsum tal-Unjoni (%)

4,7

5,7

6,0

6,0

Indiċi

100

120

128

127

Iż-żewġ pajjiżi kkonċernati

Volum (tunnellati)

80 681

83 764

85 729

89 373

Indiċi

100

104

106

111

Sehem mis-suq tal-konsum tal-Unjoni (%)

5,4

6,2

6,7

6,6

Indiċi

100

114

124

123

Sors: Bażi tad-data tal-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku, talba, tweġibiet għall-kwestjonarju.

(133)

Il-volumi tal-importazzjonijiet miż-żewġ pajjiżi kkonċernati żdiedu bi 11 % matul il-perjodu kkunsidrat minkejja l-miżuri antidumping fis-seħħ. Iż-żieda kienet tikkostitwixxi biss minn importazzjonijiet mill-Ukrajna, li żdiedu b'14 % matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-importazzjonijiet mir-Russja naqqsu b'-14 %. Fl-istess perjodu, is-sehem konġunt mis-suq tagħhom żdied bi 23 %, għal darb'oħra minħabba ż-żieda tal-importazzjonijiet mill-Ukrajna, li s-sehem mis-suq tagħhom żdied b'27 % matul il-perjodu kkunsidrat biex laħaq 6 % tal-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' reviżjoni, filwaqt li s-sehem tas-suq mir-Russja naqas b'4 % u jirrappreżenta 0,6 % tal-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' reviżjoni. Dan għandu jitqies fil-kuntest ta' konsum li qed jonqos.

5.2.2.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet u twaqqigħ tal-prezzijiet

(134)

It-tabella ta' hawn taħt turi l-prezz medju tal-importazzjonijiet mir-Russja u l-Ukrajna: Jenħtieġ li jkun enfasizzat li l-prezzijiet tal-bejgħ tal-importazzjonijiet miż-żewġ pajjiżi kkonċernati mhux biss kienu taħt il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kollu kkunsidrat, iżda urew ukoll xejra ferm 'l isfel f'dan il-perjodu.

 

2014

2015

2016

PIR

Prezz medju f'EUR/tunnellata ta' importazzjonijiet Russi

758

692

631

633

Indiċi

100

91

83

83

Prezz medju f'EUR/tunnellata ta' importazzjonijiet tal-Ukrajna

731

679

607

618

Indiċi

100

93

83

85

Sors: Bażi tad-data tal-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku

(135)

Minħabba n-nuqqas ta' koperazzjoni mill-produtturi esportaturi Russi, it-twaqqigħ tal-prezz fir-rigward tal-importazzjonijiet mir-Russja kellu jiġi stabbilit abbażi tal-istatistika tal-importazzjoni skont il-livell TARIC bl-użu tal-informazzjoni miġbura skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku. It-twaqqigħ tal-prezz fir-rigward tal-importazzjonijiet mill-Ukrajna ġie stabbilit bl-użu tal-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-produttur esportatur mill-Ukrajna li kkopera, mingħajr id-dazju antidumping. Il-prezzijiet CIF tal-importazzjoni ġew aġġustati 'l fuq biex jiġu kkunsidrati l-kostijiet ta' wara l-importazzjoni. L-aġġustament ammontat għal EUR 2 għal kull tunnellata wara s-sejbiet tar-reviżjoni ta' skadenza preċedenti. Minħabba n-nuqqas ta' koperazzjoni ta' importaturi mhux relatati fil-proċedura attwali ma kienx hemm bażi biex il-livell ta' dan l-aġġustament jerġa' jiġi stmat. Il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kienu dawk tal-kumpaniji fil-kampjun applikati għall-konsumaturi indipendenti tagħhom, aġġustati 'l isfel biex jiġu kkunsidrati l-konsenja, l-iskontijiet u l-kummissjonijiet għal-livell fuq bażi ta' kif joħroġ mill-fabbrika.

(136)

Fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' reviżjoni, il-marġni tat-twaqqigħ għall-importazzjonijiet tal-pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi għall-uniku produttur esportatur Ukren li kkopera (li jirrappreżenta madwar 90 % tal-volum ta' esportazzjoni mill-Ukrajna lejn l-Unjoni) kien jammonta għal 28,9 %.

(137)

Fir-rigward tar-Russja, ġie stabbilit marġni ta' twaqqigħ ta' 20,3 % abbażi tat-tqabbil tal-prezzijiet medji. Barra minn hekk, l-analiżi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni Russi lejn swieq terzi oħra wriet li r-Russja kienet tbigħ f'xi swieq ewlenin tal-esportazzjoni tagħha bi prezzijiet li huma simili jew xi kultant anki aktar baxxi minn dawk lejn l-Unjoni, b'hekk issaħħet il-konklużjoni li l-livell attwali tal-prezzijiet Russi se jwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-UE.

(138)

Wara d-divulgazzjoni finali, iż-żewġ produtturi esportaturi Russi sostnew li dan tal-marġni ta' twaqqigħ tal-prezzijiet li ma kienx rappreżentattiv billi l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni allegatament kienu jikkonsistu fi prodotti ta' kwalità inferjuri filwaqt li l-bejgħ domestiku tal-industrija tal-Unjoni kellu sehem sostanzjali ta' prodotti ta' kwalità għolja, jiġifieri OCTG. Skont il-kumpaniji, il-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz kien jirriżulta f'marġni kompletament differenti kieku l-prezzijiet ta' tipi ta' prodotti simili kellhom jiġu mqabbla.

(139)

F'dan ir-rigward, jiġi osservat li l-Kummissjoni ma setgħetx tqabbel il-prezzijiet abbażi ta' prodott ma' prodott minħabba li l-produtturi esportaturi Russi inkwistjoni iddeċiedew li ma jikkoperawx fl-investigazzjoni u ma pprovdewx tweġiba għall-kwestjonarju li tkun tippermetti lill-Kummissjoni biex twettaq il-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, billi tiġi kkunsidrata t-taħlita tal-prodott differenti allegata tal-esportazzjonijiet Russi u l-bejgħ domestiku tal-industrija tal-Unjoni.

5.3.   Pajjiż ieħor ikkonċernat mill-miżuri antidumping

(140)

Skont id-data tal-Eurostat, il-volum tal-importazzjonijiet tal-pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, kif definit fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 926/2009 (43) naqas b'34 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(141)

Is-sehem fis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi naqas minn 5,7 % fl-2014 għal 4,2 % fil-PIR.

5.4.   Qagħda Ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

5.4.1.   Rimarki preliminari

(142)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi ekonomiċi u l-indiċi rilevanti kollha li jaffettwaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni.

(143)

Kif imsemmi fil-premessa (129), il-kampjunar intuża għall-analiżi tad-dannu possibbilment imġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(144)

Sabiex jiġi analizzat id-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u mikroekonomiċi. F'dan ir-rigward, is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni hija vvalutata abbażi ta' (a) indikaturi makroekonomiċi, jiġifieri l-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq u t-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni ta' dumping attwali u l-irkupru minn dumping imgħoddi, li għalihom id-data nġabret fil-livell tal-industrija totali tal-Unjoni u abbażi ta' (b) indikaturi mikroekonomiċi, jiġifieri l-prezzijiet medji tal-unità, il-kost ta' unità, il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-abbiltà li jiżdied il-kapital, l-istokks u l-kost lavorattiv, li għalihom id-data kienet miġbura fil-livell tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(145)

L-informazzjoni kollha disponibbli rigward l-industrija tal-Unjoni, inkluża l-informazzjoni pprovduta fit-talba, id-data miġbura mill-produtturi tal-Unjoni qabel u wara l-bidu tal-investigazzjoni, u t-tweġibiet tal-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, intużat sabiex tistabbilixxi indikaturi makroekonomiċi, u b'mod partikolari d-data li għandha x'taqsam ma' produtturi tal-Unjoni mhux inklużi fil-kampjun.

(146)

L-indikaturi mikroekonomiċi ġew stabbiliti abbażi tal-informazzjoni li ngħatat mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fir-risposti tagħhom għall-kwestjonarju.

5.4.2.   Indikaturi makroekonomiċi

a)   Il-produzzjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(147)

Ix-xejriet għall-produzzjoni tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

 

2014

2015

2016

PIR

Volum tal-produzzjoni (f'tunnellati)

2 925 290

2 125 668

1 921 743

2 247 474

Indiċi

100

73

66

77

Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

4 658 456

4 658 456

4 540 036

4 541 932

Indiċi

100

100

97

97

Użu tal-kapaċità (%)

63

46

42

49

Indiċi

100

73

67

79

Sors: Bażi tad-data tal-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku, talba, tweġibiet għall-kwestjonarju.

(148)

Tul il-perjodu kkunsidrat il-volum tal-produzzjoni tal-Unjoni naqas bi 23 %. Meta jiġi kkunsidrat li l-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet kważi kostanti (tnaqqis żgħir bi 3 %) matul dan il-perjodu, it-tnaqqis fil-produzzjoni wassal għal tnaqqis sinifikanti fl-użu tal-kapaċità b'14 punti perċentwali minn 63 % fl-2014 għal 49 % fil-PIR. L-użu tal-kapaċità laħaq rekord baxx fl-2015 u fl-2016 (46 % u 42 % rispettivament). Fil-perjodu ta' investigazzjoni ta' reviżjoni, il-produzzjoni u għalhekk ir-rata tal-użu tal-kapaċità żdiedu, iżda tal-aħħar xorta tibqa' inqas minn 50 %.

(b)   Volum tal-bejgħ, sehem mis-suq u tkabbir

(149)

Il-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni inkluda bejgħ permezz ta' kumpaniji kummerċjali relatati. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-bejgħ lil kumpaniji relatati kien jirrappreżenta madwar 17 % tal-konsum tal-Unjoni. Madankollu, sal-punt li dawn il-volumi ta' bejgħ ġew sussegwentement mibjugħa mill-ġdid lil konsumaturi indipendenti fis-suq tal-Unjoni, dawn għadhom meqjusa parti mill-bejgħ għall-finijiet ta' stabbiliment tax-xejriet fil-volumi tal-bejgħ, is-sehem mis-suq u t-tkabbir tal-industrija tal-Unjoni.

(150)

Ix-xejriet rigward il-volumi tal-bejgħ, is-sehem mis-suq u t-tkabbir żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

 

2014

2015

2016

PIR

Volum tal-bejgħ (tunnellati)

1 213 764

1 096 745

1 038 252

1 095 231

Indiċi

100

90

86

90

Sehem mis-suq (%)

81,3

80,6

80,9

81,5

Indiċi

100

99

100

100

Sors: Bażi tad-data tal-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku, talba, tweġibiet għall-kwestjonarju

(151)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b'10 %. Din ix-xejra segwiet ix-xejra fil-konsum u għalhekk l-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżomm is-sehem mis-suq tagħha ta' madwar 81 % matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Madankollu dan inkiseb minn tnaqqis kbir fil-prezzijiet tal-bejgħ u wassal għad-deterjorament tal-indikaturi finanzjarji, kif spjegat hawn taħt.

(c)   Impjiegi u produttività

(152)

Konformi mat-tnaqqis fil-produzzjoni u l-bejgħ, ġie osservat li l-livell tal-impjiegi fl-industrija tal-Unjoni ukoll naqas bi 18 % bejn l-2014 u l-perjodu ta' investigazzjoni ta' reviżjoni. Madankollu, dan it-tnaqqis fl-impjiegi ma wassalx għal żieda fil-produttività, imkejla bħala l-produzzjoni għal kull persuna impjegata kull sena, peress li t-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni fil-perjodu kkunsidrat kien aktar sinifikanti mit-tnaqqis fl-impjiegi. L-indikatur tal-produttività tjieb biss fil-perjodu ta' investigazzjoni ta' reviżjoni li kien marbut ma' żieda tal-output ta' produzzjoni meta mqabbel mas-sena 2016, filwaqt li l-livell tal-impjiegi, wara t-tnaqqis tiegħu mill-2015, baqa' stabbli.

 

2014

2015

2016

PIR

Għadd ta' impjegati

15 830

14 209

12 928

12 941

Indiċi

100

90

82

82

Produttività (tunnellati/impjegat)

184,8

149,6

148,6

173,7

Indiċi

100

81

80

94

Sors: Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju

(d)   Daqs reali tal-marġni ta' dumping u rkupru minn dumping tal-passat

(153)

Il-marġni ta' dumping misjub għal importazzjonijiet mill-Ukrajna huwa konsiderevoli (ara l-premessa (90) ta' hawn fuq). Meta jitqiesu l-volum, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet l-oġġett ta' dumping mill-Ukrajna, diskussi hawn fuq, l-impatt tal-marġnijiet effettivi tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni ma jistax jitqies li huwa negliġibbli. Il-prezzijiet mhux ġusti kontinwi mill-esportaturi Ukreni għamluha impossibbli wkoll li l-industrija tal-Unjoni tirkupra mill-prattiki tal-passat ta' dumping.

5.4.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

(a)   Prezzijiet medji tal-bejgħ għal kull unità fis-suq tal-Unjoni u kostijiet unitarji tal-produzzjoni

(154)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni naqsu b'19 % mill-2014 sal-perjodu ta' investigazzjoni ta' reviżjoni. It-tnaqqis fil-prezz jirrifletti xejra ġenerali ta' tnaqqis fil-kost tal-materja prima ewlenija kif ukoll tentattivi ta' ristrutturar fil-kostijiet li jwasslu għal tnaqqis fil-kostijiet mill-produtturi tal-Unjoni. Madankollu, minħabba aktar tnaqqis fil-prezzijiet eżerċitat fil-perjodu kkunsidrat mill-esportaturi Russi u Ukreni li kienu qed iwaqqgħu kostantement il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, il-produtturi tal-Unjoni ma setgħux igawdu mit-tnaqqis ta' kostijiet minħabba li biex iżommu s-sehem tagħhom mis-suq kellhom inaqqsu l-prezzijiet tal-bejgħ b'tali mod aktar mit-tnaqqis tal-kostijiet permessi.

(155)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-kostijiet tal-industrija tal-Unjoni naqsu b'9 %, liema tnaqqis kien anqas mit-tnaqqis fil-prezzijiet. Bħala riżultat, matul il-perjodu kkunsidrat, il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni marret ħafna għall-agħar.

 

2014

2015

2016

PIR

Prezz medju tal-bejgħ għal kull unità fl-Unjoni lil konsumaturi mhux relatati (EUR/tunnellata)

1 024

977

844

832

Indiċi

100

95

82

81

Kost unitarju tal-oġġetti mibjugħa (EUR/tunnellata)

944

1 037

932

858

Indiċi

100

110

99

91

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju

(b)   Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital

(156)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-fluss tal-flus tal-produtturi tal-Unjoni, l-investiment, ir-redditu fuq l-investiment u l-kapaċità tagħhom li jiġġeneraw kapital żviluppaw kif ġej:

 

2014

2015

2016

PIR

Profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lill-konsumaturi mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

6,2

– 4,0

– 8,2

– 6,0

Fluss tal-flus (EUR)

33 622 691

20 584 055

– 5 190 651

– 5 153 970

Indiċi

100

61

– 15

– 15

Investimenti (EUR)

70 668 341

49 594 481

31 073 864

25 325 867

Indiċi

100

70

44

36

Redditu fuq l-investimenti (%)

5,5

– 2,9

– 5,3

– 4,1

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju

(157)

Il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun huwa espress bħala l-profitt nett qabel it-taxxa tal-prodott simili lill-konsumaturi fl-Unjoni bħala perċentwali tal-fatturat ta' dak il-bejgħ. Kif spjegat fil-premessa (155), il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kienu qed jagħmlu profitt fl-2014, iżda mill-2015 'il quddiem bdew jagħmlu telf. Matul il-perjodu kollu kkunsidrat, il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun jaqa' minn profitt ta' 6 % għal telf ta' 6 %.

(158)

Il-fluss tal-flus, li hija l-kapaċità tal-industrija li tiffinanzja hi stess l-attivitajiet tagħha, kien pożittiv bejn l-2014 u l-2015, iżda wara t-tendenza ta' tnaqqis fil-profittabilità, fl-2016 u fil-perjodu ta' investigazzjoni ta' reviżjoni sar negattiv.

(159)

Il-produtturi tal-Unjoni kienu għadhom jistgħu jinvestu matul il-perjodu kollu kkunsidrat, iżda l-evoluzzjoni tal-profittabilità u l-fluss tal-flus affettwaw b'mod negattiv ukoll l-investimenti li tul il-perjodu kkunsidrat naqsu b'29 %. Barra minn hekk, ir-redditu fuq l-investimenti mill-2013 huwa dejjem negattiv, wara x-xejra fil-profittabilità.

(160)

Skont dak li ntqal hawn fuq, jista' jiġi konkluż li l-prestazzjoni finanzjarja tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienet negattiva matul il-perjodu ta' investigazzjoni ta' reviżjoni.

(c)   Stokks

(161)

Il-livell ta' stokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun naqas b'21 % matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, il-proporzjon ta' stokks mal-volum ta' produzzjoni baqa' stabbli matul il-perjodu kkunsidrat (madwar 3 %). Ix-xejra fil-livell tal-istokks issegwi l-output tal-produzzjoni. Madankollu, f'dan il-każ, dan l-indikatur ma jitqiesx li huwa ta' rilevanza kbira biex tiġi vvalutata s-sitwazzjoni ekonomika tal-produtturi tal-Unjoni, peress li normalment il-pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi huma prodotti b'ordni.

 

2014

2015

2016

PIR

Stokkijiet tal-għeluq (tunnellati)

87 502

51 661

53 858

68 982

Indiċi

100

59

62

79

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju

(d)   Kostijiet lavorattivi

(162)

Il-kostijiet medji lavorattivi tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun naqsu kemxejn matul il-perjodu kkunsidrat, li huwa parti mit-tentattiv tal-industrija tal-Unjoni biex tirristruttura l-kostijiet tagħha. Dan l-indikatur huwa speċjalment importanti minħabba li l-kostijiet lavorattivi jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-kostijiet tal-produzzjoni tal-pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi.

 

2014

2015

2016

PIR

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR)

53 628

58 653

51 161

50 437

Indiċi

100

109

95

94

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju

5.5.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu

(163)

Skont il-premessi (131) sa (152), jiġi konkluż li l-produtturi tal-Unjoni kienu f'sitwazzjoni anqas favorevoli matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' reviżjoni meta mqabbla mal-2014 u li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

(164)

L-investigazzjoni wriet li l-biċċa l-kbira tal-indikaturi tad-dannu marru għall-agħar matul il-perjodu kkunsidrat. Il-volum tal-bejgħ naqas b'10 %, il-volum tal-produzzjoni bi 23 % u r-rata tal-użu tal-kapaċità naqset minn 63 % għal 49 %. Anki jekk l-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżomm il-livell tagħha tas-sehem mis-suq ta' madwar 81 %, dan kien għad-detriment tal-profittabilità tagħha; il-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni naqsu tabilħaqq b'mod sinifikanti (– 19 %). Minkejja l-isforzi biex jitnaqqsu l-kostijiet ta' produzzjoni (tnaqqis ta' 9 %), l-industrija tal-Unjoni mill-2015 'il quddiem bdiet tagħmel it-telf. Bejn l-2014 (6,2 % profitt) u l-perjodu tal-investigazzjoni ta' reviżjoni (6,0 % telf), il-profittabilità naqset bi 12,2 punti perċentwali. L-indikaturi finanzjarji bħalma huma l-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investiment inbidlu wkoll minn pożittiv fl-2014 għal negattiv fis-snin ta' wara u fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' reviżjoni. Matul l-istess perjodu, l-investimenti naqsu b'64 %.

(165)

Il-kontinwazzjoni tad-dannu tirriżulta minn diversi fatturi bħalma huma t-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni u t-tnaqqis fil-bejgħ tal-esportazzjoni. Iżda barra minn hekk, il-prezzijiet tal-Unjoni kienu baxxi minħabba l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping L-Ukrajna żiedet tassew il-volum tal-esportazzjoni tagħha lejn l-UE b'14 %, bi prezzijiet baxxi u ta' dumping, u kisbet sehem mis-suq matul il-perjodu kkunsidrat ta' 27 %. L-uniku esportatur Ukren waqqa' l-prezzijiet tal-Unjoni b'madwar 30 %. F'din l-industrija intensiva fl-użu tal-kapital, tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni flimkien mat-twaqqigħ tal-prezzijiet wasslu għal effetti negattivi fuq il-profittabilità.

(166)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-Gvern tal-Ukrajna u żewġ produtturi esportaturi Russi elenkaw diversi fatturi li kellhom jitqiesu bħala fatturi oħra fl-analiżi tar-rabta kawżali bejn is-sitwazzjoni ta' dannu tal-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati. Dawn il-fatturi allegatament kienu t-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni, il-kompetizzjoni domestika mhux sodisfaċenti fost produtturi tal-Unjoni, il-prestazzjoni mhux sodisfaċenti tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni, il-kapaċità żejda u kostijiet fissi għoljin mill-kumpaniji tal-Unjoni u l-importazzjonijiet mill-Belarussja.

(167)

Kif rikonoxxut fil-premessa (165), il-kontinwazzjoni tad-dannu tirriżulta minn bosta fatturi. Minbarra t-tnaqqis fil-konsum, it-tnaqqis fil-bejgħ tal-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet l-oġġett ta' dumping, fatturi oħra ma kellhomx rwol sinifikanti. Ir-rata baxxa tal-użu tal-kapaċità pjuttost tirrifletti tnaqqis fil-produzzjoni aktar milli sitwazzjoni ta' kapaċità żejda, u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra b'mod ġenerali naqsu. L-ishma mis-suq tal-industrija tal-Unjoni baqgħu relattivament stabbli wkoll matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' reviżjoni. Il-pretensjoni rigward il-kompetizzjoni bejn il-produtturi tal-Unjoni ma kinitx sostanzjata. Hija sempliċement tibbaża fuq ir-raġunijiet li l-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni kien jirrappreżenta biss 30 % tal-produzzjoni fl-UE u li għalhekk il-kompetizzjoni bejn il-produtturi mhux fil-kampjun u fil-kampjun jenħtieġ li jiġu eżaminati. Din il-pretensjoni jenħtieġ li tiġi miċħuda peress li tikkontradixxi ir-raġunijiet għall-użu tal-kampjunar. Il-Kummissjoni fil-fatt eżaminat is-sitwazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni kollha, iżda minħabba l-għadd kbir ta' produtturi hija llimitat l-analiżi tagħha ta' ċerti fatturi għal kampjun li huwa rappreżentattiv tal-Industrija ġenerali tal-Unjoni. Għaldaqstant ma hemmx bżonn li jiġi eżaminat l-effett tal-produtturi mhux fil-kampjun fuq dawk il-kumpaniji magħżula fil-kampjun.

(168)

Fi kwalunkwe każ, kif spjegat hawn taħt, il-konklużjoni dwar id-dannu f'dan il-każ jiffoka speċjalment fuq is-sitwazzjoni probabbli tal-industrija tal-Unjoni, fil-każ li l-miżuri jiġu rrevokati.

(169)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-Gvern tal-Ukrajna u wieħed mill-produtturi esportaturi Ukreni qajmu l-punt li s-sehem mis-suq tal-esportazzjonijiet mill-Ukrajna fil-konsum tal-Unjoni ammontaw għal 6 % biss u mhux probabbli li jiżdiedu fil-futur minħabba l-konsum nazzjonali fl-Ukrajna u d-diversifikazzjoni sinifikanti tal-esportazzjonijiet mill-Ukrajna, li kisbu aċċess għal swieq ġodda.

(170)

Bħala risposta għal dan il-punt, jenħtieġ li jiġi enfasizzat li s-sehem attwali tas-suq ta' 6 % diġà huwa kawża ta' dannu għall-industrija tal-Unjoni, speċjalment meta jitqies it-twaqqigħ sinifikanti tal-prezz. Għandu jiġi nnutat ukoll li ż-żieda tal-importazzjonijiet mill-Ukrajna f'termini ta' volum matul il-perjodu kkunsidrat seħħet minkejja d-dazji antidumping fis-seħħ.

(171)

Wieħed mill-produtturi esportaturi Ukreni, appoġġat ukoll parzjalment fis-sottomissjoni tal-Gvern tal-Ukrajna, sostna wkoll li l-Kummissjoni fl-analiżi tagħha tad-dannu l-ftehim kellha tikkunsidra l-ftehim ta' impriża konġunta iffirmat bejn il-produttur esportatur inkwistjoni mill-Ukrajna u wieħed mill-akbar produtturi tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat. Skont il-produttur Ukren, il-kundizzjoni ta' dan il-ftehim ta' impriża konġunta se jkollha influwenza sinifikanti fuq il-volum tal-esportazzjonijiet futuri tal-kumpanija għall-UE, il-mezzi ta' distribuzzjoni u l-iffissar tal-prezzijiet.

(172)

Il-Kummissjoni tirreferi għat-tweġiba kuntrarja tagħha fil-premessa (124).

(173)

Ir-Russja esportat volum żgħir biss lejn l-UE, iżda nstab li l-prezzijiet tagħha kienu wkoll taħt il-prezzijiet tal-UE. Analiżi prospettiva tal-volumi ta' esportazzjoni probabbli minn dan il-pajjiż, jekk il-miżuri jiġu rrevokati, kif deskritt fil-premessi (50) sa (68). Din żvelat li l-importazzjonijiet mir-Russja x'aktarx jiżdiedu għal livelli konsiderevolment ogħla minn dawk milħuqa fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' reviżjoni.

(174)

Kif spjegat fil-premessi (53) u (93) ta' hawn fuq, iż-żewġ pajjiżi għandhom kapaċità ta' riżerva sostanzjali, u x'aktarx li jżidu l-importazzjonijiet bi prezz baxx jekk il-miżuri jiġu rrevokati, minħabba l-interess tas-suq tal-UE f'termini ta' volum u prezzijiet. L-interess tas-suq tal-Unjoni, kif spjegat fil-premessi (56) u (108), x'aktarx li jiżdied minħabba d-dazju ta' 25 % impost f'Marzu 2018 mill-Istati Uniti fuq l-importazzjonijiet ta' prodotti tal-azzar, inklużi l-pajpijiet u tubi mingħajr saldatura. L-Istati Uniti huwa wieħed mill-akbar swieq ta' esportazzjoni għar-Russja u l-Ukrajna, u s-suq tal-Unjoni huwa mira probabbli għal mill-inqas parti mill-kwantitajiet li ma jistgħux jinbiegħu fl-Istati Uniti.

(175)

L-industrija tal-Unjoni għadha f'pożizzjoni vulnerabbli, u s-sitwazzjoni tagħha ssir aktar diffiċli jekk il-miżuri jiġu rrevokati. L-importazzjonijiet Ukreni li huma l-oġġett ta' dumping bi prezz baxx se jkomplu jiżdiedu u l-importazzjonijiet l-oġġett ta' dumping Russi x'aktarx jerġgħu jseħħu fi kwantitajiet sinifikanti, li jikkawżaw aktar tnaqqis fil-prezz u telf tal-bejgħ fis-suq tal-UE.

6.   INTERESS TAL-UNJONI

6.1.   Introduzzjoni

(176)

B'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri antidumping eżistenti kontra r-Russja u l-Ukrajna jkunux kontra l-interess tal-Unjoni kollha kemm hi. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi involuti varji kollha. Għandu jitfakkar li, fl-investigazzjonijiet preċedenti, l-adozzjoni ta' miżuri ma kinitx ikkunsidrata li tmur kontra l-interess tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-fatt li l-investigazzjoni preżenti hija reviżjoni, li b'hekk tanalizza sitwazzjoni li fiha l-miżuri antidumping diġà kienu fis-seħħ, jippermetti l-valutazzjoni ta' kwalunkwe impatt negattiv mhux xieraq mill-miżuri antidumping attwali fuq il-partijiet ikkonċernati.

(177)

Abbażi ta' dan, ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet fuq il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ujew rikorrenza ta' dumping ta' dannu, kinux jeżistu raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li żżomm miżuri kontra l-importazzjoni li joriġinaw mir-Russja u l-Ukrajna, f'dan il-każ partikolari.

6.2.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(178)

Fir-rigward tal-interess tal-Unjoni, huwa ċar li, jekk il-miżuri jiġu rrevokati, is-sitwazzjoni ekonomika diġà fraġli tal-industrija tal-Unjoni, li bħalissa tipprovdi 13 000 impjieg fis-settur tal-azzar fir-rigward tal-prodott ikkonċernat, tmur aktar għall-agħar.

6.3.   Interess tal-importaturi u l-utenti

(179)

Ma kien hemm ebda koperazzjoni minn importaturi u utenti, għalkemm l-importaturi u l-utenti kollha magħrufa (aktar minn 70 kumpanija) ġew mgħarrfa dwar il-bidu tal-proċedura u l-possibbiltà li jikkoperaw bħala parti interessata.

(180)

Skont is-sejbiet tar-reviżjoni ta' skadenza preċedenti, l-importaturi jfornu minn bosta fornituri minn ħafna pajjiżi differenti u għalhekk l-impatt ta' kontinwazzjoni tal-miżuri fuq l-importazzjonijiet mir-Russja u l-Ukrajna huwa limitat. Instab ukoll f'dak iż-żmien li, minkejja li l-miżuri ilhom fis-seħħ għal diversi snin, l-importaturi rnexxielhom jibqgħu profittabbli.

(181)

Fir-rigward tal-utenti, abbażi tas-sejbiet mir-reviżjoni ta' skadenza preċedenti, u l-informazzjoni disponibbli, jidher li s-sehem tal-pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi fil-kostijiet tagħhom ta' produzzjoni huwa pjuttost baxx. L-pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi huma ġeneralment parti minn proġetti akbar (bojlers, pipelines, kostruzzjoni) li minnhom jifformaw biss parti limitata. Għaldaqstant, l-impatt possibbli ta' tkomplija tal-miżuri fuq l-utenti mhuwiex mistenni li se jkun sinifikanti.

(182)

Minħabba n-nuqqas ta' koperazzjoni mill-kumpaniji inkwistjoni ma hemm l-ebda data verifikabbli u informazzjoni li juru li s-sitwazzjoni ġenerali nbidlet.

6.4.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(183)

Minħabba dak imsemmi hawn fuq, huwa konkluż li ma hemm l-ebda raġunijiet konvinċenti kontra ż-żamma tal-miżuri antidumping attwali.

(184)

Wara d-divulgazzjoni finali, iż-żewġ produtturi esportaturi Russi sostnew li l-impożizzjoni kontinwa ta' miżuri jista' jkollha impatt negattiv fuq għadd ta' konsumaturi tal-Unjoni (utenti) u tista' tillimita l-kompetizzjoni fl-Unjoni. Għalhekk, il-partijiet interessati inkwistjoni ħeġġew lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-estensjoni tal-miżuri għal perjodu mhux itwal minn sentejn.

(185)

Il-Kummissjoni eżaminat il-proposta ta' estensjoni limitata tal-miżuri fl-interess tal-Unjoni. F'dan ir-rigward, jitfakkar li l-analiżi tal-interess tal-Unjoni għall-finijiet tal-investigazzjonijiet antidumping tikkostitwixxi operazzjoni proċedurali stretta li tirrikjedi l-ibbilanċjar tal-interessi kkonċernati, inklużi l-interessi tal-industrija u tal-utenti u tal-konsumaturi tal-Unjoni, u l-valutazzjoni ta' fatturi legali, ekonomiċi u politiċi kumplessi (44). Il-Kummissjoni fakkret li l-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni fir-rigward tal-industrija tal-Unjoni wriet li, jekk il-miżuri jiġu rrevokati, is-sitwazzjoni ekonomika diġà fraġli tal-industrija tal-Unjoni tmur aktar għall-agħar. Hija fakkret ukoll li ma kien hemm ebda koperazzjoni minn importaturi u utenti li jindikaw li jistgħu jkunu affettwati ħażin mill-estensjoni tal-miżuri attwali fis-seħħ. Għaldaqstant, ma hemmx elementi fuq rekord li juru li limitazzjoni tal-applikazzjoni tal-miżuri għal sentejn isservi l-interess tal-Unjoni aktar mill-applikazzjoni tal-miżuri għall-perjodu sħiħ ta' ħames snin, previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni ċaħdet l-argument ippreżentat miż-żewġ produtturi esportaturi Russi.

7.   MIŻURI ANTIDUMPING

(186)

Minn dan ta' hawn fuq jirriżulta li, kif stipulat fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, li joriġinaw mir-Russja u l-Ukrajna, jenħtieġ li jinżammu.

(187)

Il-partijiet interessati ġew mgħarrfa bil-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom il-Kunsill kellu l-intenzjoni li jimponi d-dazju antidumping definittiv fis-seħħ u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Il-kummenti li waslu ma kinux ta' natura li jibdlu l-konklużjonijiet ta' hawn fuq.

(188)

Il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament Bażiku ma tax opinjoni.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju antidumping definittiv huwa b'dan impost fuq l-importazzjonijiet ta' pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, bi profil trasversali ċirkulari, ta' dijametru estern li ma jaqbiżx l-406,4 mm b'Valur Ekwivalenti tal-Karbonju (Carbon Equivalent Value - CEV) li ma jaqbiżx iż-0,86 skont il-formula u l-analiżi kimika tal-Istitut Internazzjonali tal-Iwweldjar (International Institute of Welding - IIW) (45), li bħalissa huma kklassifikati taħt il-kodiċijiet tan-NM ex 7304 11 00, ex 7304 19 10, ex 7304 19 30, ex 7304 22 00, ex 7304 23 00, ex 7304 24 00, ex 7304 29 10, ex 7304 29 30, ex 7304 31 80, ex 7304 39 58, ex 7304 39 92, ex 7304 39 93, ex 7304 51 89, ex 7304 59 92 and ex 7304 59 93 (46) (kodiċi TARIC 7304110010, 7304191020, 7304193020, 7304220020, 7304230020, 7304240020, 7304291020, 7304293020, 7304318030, 7304395830, 7304399230, 7304399320, 7304518930, 7304599230 u 7304599320) u li joriġinaw mir-Russja u l-Ukrajna.

2.   Ir-rata tad-dazju definittiv antidumping applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u prodott mill-kumpaniji ta' hawn taħt, għandha tkun din li ġejja:

Pajjiż

Kumpanija

Dazju Antidumping

%

Kodiċi TARIC addizzjonali

Ir-Russja

Joint Stock Company Chelyabinsk Tube Rolling Plant and Joint Stock Company Pervouralsky Novotrubny Works

24,1

A741

OAO Volzhsky Pipe Plant, OAO Taganrog Metallurgical Works, OAO Sinarsky Pipe

Plant and OAO Seversky Tube Works

28,7

A859

Il-kumpaniji l-oħra kollha

35,8

A999

l-Ukrajna

OJSC Dnepropetrovsk Tube Works

12,3

A742

LLC Interpipe Niko Tube and OJSC Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant (Interpipe NTRP)

13,8

A743

CJSC Nikopol Steel Pipe Plant Yutist

25,7

A744

Il-kumpaniji l-oħra kollha

25,7

A999

3.   Dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom jiġu applikati d-dispożizzjonijiet rilevanti dwar id-dazji doganali li huma fis-seħħ.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Ottubru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2320/97 tas-17 ta' Novembru 1997 li jimponi taxxi kontra d-dumping fuq importazzjonijiet ta' ċertu pajpijiet seamless u tubi tal-ħadid jew non-alloy steel li joriġinaw mill-Ungerija, il-Polonja, ir-Russja, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija u r-Repubblika Slovakka, li jħassar Regolament (KEE) Nru 1189/93 u li jtemm il-proċeduri dwar dawn l-importazzjonijiet li joriġinaw fir-Repubblika tal-Kroazja (ĠU L 322, 25.11.1997, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Diċembru 1999 li taċċetta impenn offrut marbut mar-reviżjoni interim tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldatura, tal-ħadid jew tal-azzar mhux ligat, li joriġinaw, fir-Russja, fost l-oħrajn (ĠU L 23, 28.1.2000, p. 78).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 348/2000 tal-14 Frar 2000 li jimponi dazju definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċertu pajpijiet u tubi bla saldaturi tal-ħadid jew tal-azzar bla lega li joriġinaw mill-Kroazja u l-Ukraina u l-ġbir definittiv tad-dazju provviżorju impost (ĠU L 45, 17.2.2000, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1322/2004 tas-16 ta' Lulju 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2320/97 li jimponi dazji ta' antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi bla qtugħ (seamless) tal-ħadid jew tal-azzar li mhuwiex liga (“non-alloy”) li joriġinaw inter alia, mir-Russja u mir-Rumanija (ĠU L 246, 20.7.2004, p. 10).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 258/2005 tal-14 ta' Frar 2005 li jemenda l-miżuri antidumping imposti bir-Regolament (KE) Nru 348/2000 dwar importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi tal-ħadid jew tal-azzar mhux tal-liga mingħajr saldatura li joriġinaw mill-Kroatzja u l-Ukrajna. ĠU L 46, 17.2.2005, p. 7.

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Frar 2005 li tissospendi parzjalment id-dazji antidumping definittivi imposti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1866/2005 dwar importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi tal-ħadid jew tal-azzar mhux tal-liga mingħajr saldatura li joriġinaw mill-Kroatzja u mill-Ukrajna. ĠU L 46, 17.2.2005, p. 46.

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1866/2005 tat-8 ta' Novembru 2005 li jestendi s-sospensjoni parzjali tad-dazji antidumping definittivi imposti bir-Regolament (KE) Nru 258/2005 fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi tal-ħadid jew tal-azzar mhux liga maħdumin biċċa waħda li joriġinaw mill-Kroazja u mill-Ukraina ĠU L 300, 17.11.2005, p. 1.

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 954/2006 tas-27 ta' Ġunju 2006 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw fil-Kroazja, fir-Rumanija, fir-Russja u fl-Ukrajna, li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2320/97 u (KE) Nru 348/2000, li jtemm ir-reviżjonijiet interim u ta' skadenza tad-dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar mhux ligat, li joriġinaw, inter alia, fir-Russja u fir-Rumanija, u li jtemm ir-reviżjonijietinterim u ta' skadenza tad-dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar mhux ligat, li joriġinaw, inter alia, fir-Russja u fir-Rumanija u fil-Kroazja u fl-Ukrajna. ĠU L 175, 29.6.2006, p. 4.

(10)  C-191/09 P - il-Kunsill u l-Kummissjoni vs Interpipe Niko Tube u Interpipe NTRP.

(11)  T-249/06 - Interpipe Niko Tube u Interpipe NTRP vs il-Kunsill.

(12)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 540/2012 tal-21 ta' Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 954/2006 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw fil-Kroazja, ir-Rumanija, ir-Russja u l-Ukraina (ĠU L 165, 26.6.2012, p. 1).

(13)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 585/2012 tas-26 ta' Ġunju 2012 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Russja u l-Ukraina, wara reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, u li jtemm il-proċediment ta' reviżjoni ta' skadenza dwar l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mill-Kroazja (ĠU L 174, 4.7.2012, p. 5).

(14)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 795/2012 tat-28 ta' Awwissu 2012 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 585/2012 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Russja u l-Ukraina, wara reviżjoni interim parzjali taħt l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 238, 4.9.2012, p. 1).

(15)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1269/2012 tal-21 ta' Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 585/2012 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw, inter-alia, mir-Russja, wara reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 357, 28.12.2012, p. 1).

(16)  Notifika tal-inizjazzjoni ta' reviżjoni tal-iskadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi tal-ħadid jew tal-azzar mingħajr saldaturi, li joriġinaw fir-Russja u fl-Ukraina (ĠU C 214, 4.7.2017, p. 9).

(17)  Notifika ta' inizjazzjoni ta' reviżjoni interim parzjali tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti tubi u pajpijiet mingħajr saldaturi, li joriġinaw, fost l-oħrajn, fl-Ukrajna (ĠU C 159, 7.5.2018, p. 18).

(18)  Is-CEV għandu jiġi determinat b'konformità mar-Rapport Tekniku, 1967, IIW doc. IX-555-67, ippubblikat mill-Istitut Internazzjonali tal-Iwweldjar (IIW).

(19)  Kif definit bħalissa fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1925 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 282, 31.10.2017, p. 1).

(20)  Bażi tad-Data tas-Servizzi Doganali Federali dwar il-Kummerċ Estern http://stat.customs.ru/apex/ (data disponibbli għall-pubbliku, ipprovduta mill-produtturi esportaturi Russi. Anness 2 tas-sottomissjonijiet tal-21 ta' Awwissu 2017 u tat-30 ta' Lulju 2018).

(21)  Metal Expert LLC: www.metalexpert-group.com.

(22)  Disponibbli fil-verżjoni miftuħa tat-talba.

(23)   L-Unjoni Ewropea – Miżuri Antidumping fuq Bijodiżil mill-Arġentina, WT/DS473/AB.

(24)  Eż. deċiżjoni li tista' tippermetti terminazzjoni tal-investigazzjoni għal produttur esportatur, anki jekk il-miżuri kellhom jinżammu fuq livell nazzjonali.

(25)  Fil-Komunikazzjoni tas-27 ta' Lulju 2018, il-produtturi esportaturi Russi ġew mgħarrfa b'mod inekwivoku li, fin-nuqqas ta' tweġiba għall-kwestjonarju, il-Kummissjoni tista' tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(26)  Ara: il-Proklamazzjonijiet Presidenzjali dwar l-Aġġustament ta' Importazzjonijiet tal-Azzar u l-Aluminju fl-Istati Uniti, ir-Reġistru Federali, 83 FR 11619 u 83 FR 11625, tal-15 ta' Marzu, 2018; il-Proklamazzjonijiet Presidenzjali dwar l-Aġġustament ta' Importazzjonijiet tal-Azzar u Aluminju fl-Istati Uniti, tat-22 ta' Marzu, 2018. 83 FR 13355 u 83 FR 13361, tat-28 ta' Marzu, 2018; il-Proklamazzjonijiet dwar l-Aġġustament ta' Importazzjonijiet tal-Azzar u l-Aluminju fl-Istati Uniti, tat-30 ta' April, 2018. 83 FR 20683 u 83 FR 20677, tas-7 ta' Mejju, 2018; il-Proklamazzjonijiet dwar l-Aġġustament ta' Importazzjonijiet tal-Azzar u l-Aluminju fl-Istati Uniti, tal-31 ta' Mejju, 2018.

(27)  Oriġinarjament mibgħuta fil-21 ta' Awwissu 2017, anness 2. L-istess data b'varjazzjonijiet żgħar kienet ukoll ippreżentata fil-kumment fid-Dokument ta' Informazzjoni Ġenerali u fis-sottomissjonijiet ta' wara s-smigћ tal-10 ta' Awwissu 2018

(28)  Anness 2 tas-sottomissjoni tat-30 ta' Lulju 2018 u l-anness 2 tas-sottomissjoni tal-21 ta' Awwissu 2017. Din id-data turi li l-livelli tal-prezzijiet għall-esportazzjoni ta' pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi lejn diversi pajjiżi terzi, inklużi l-aqwa destinazzjonijiet tal-esportazzjoni (li jammontaw għal aktar minn 50 % tal-esportazzjonijiet totali tagħha tal-pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi) huma saħansitra anqas mill-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni li huma l-oġġett ta' dumping. Pereżempju, il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Istati Uniti (numru 1), it-Turkija (numru 4), l-Indja u l-Emirati Għarab Magħquda (in-numri 5 u 6) huma aktar baxxi mill-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

(29)  Il-paragrafu 32 tas-sottomissjoni tal-21 ta' Awwissu 2017, kif ukoll il-paragrafu 25 tas-sottomissjoni tat-30 ta' Lulju 2018.

(30)  Anness 2 tas-sottomissjonijiet ta' hawn fuq.

(31)  Ta' min jinnota li, pereżempju, fil-każ tat-Turkija, il-prezzijiet lejn l-Unjoni minn dejjem kien ogħla irrispettivament mis-sena tal-perjodu kkunsidrat (mhuwiex speċifikat fis-sottomissjoni liema perjodu huwa msemmi).

(32)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1013 tas-17 ta' Lulju 2018 li jimponi miżuri provviżorji ta' salvagwardja fir-rigward tal-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L 181, 18.7.2018, p. 39).

(33)  Ibid, 24.

(34)  Anness 3 tas-sottomissjoni tat-30 ta' Lulju 2018.

(35)  Sors: Bażi tad-data tal-Artikolu 14(6).

(36)  Kwalunkwe referenzi għal data kunfidenzjali tal-kumpanija huma mmarkati bħala [kunfidenzjali] f'dan ir-Regolament.

(37)  Sors: Bażi tad-data tal-Artikolu 14(6) u l-informazzjoni verifikata ta' Interpipe Group.

(38)  Sors: Data vverifikata ta' Interpipe Group u Metal Expert għaż-żewġ produtturi l-oħrajn fl-Ukrajna.

(39)  Sottomissjonijiet tas-27 ta' Lulju 2017 (t17.009159), tat-8 ta' Awwissu 2017 (t17.009653), tal-1 ta' Frar 2018 (t18.000894) u tal-31 ta' Mejju (t18.006325) u tal-1 ta' Ġunju 2018 (t18.006324)

(40)  Ara: il-Proklamazzjonijiet Presidenzjali dwar l-Aġġustament tal-Importazzjonijiet tal-Azzar u l-Aluminju fl-Istati Uniti, ir-Reġistru Federali, 83 FR 11619 u 83 FR 11625, tal-15 ta' Marzu, 2018; il-Proklamazzjonijiet Presidenzjali dwar l-Aġġustament tal-Importazzjonijiet tal-Azzar u l-Aluminju fl-Istati Uniti, tat-22 ta' Marzu, 2018. 83 FR 13355 u 83 FR 13361, tat-28 ta' Marzu, 2018; u l-Proklamazzjonijiet dwar l-Aġġustament tal-Importazzjonijiet tal-Azzar u l-Aluminju fl-Istati Uniti, tat-30 ta' April, 2018. 83 FR 20683 u 83 FR 20677, tas-7 ta' Mejju, 2018; u l-Proklamazzjonijiet dwar l-Aġġustament tal-Importazzjonijiet tal-Azzar u l-Aluminju fl-Istati Uniti, tal-31 ta' Mejju, 2018.

(41)  La l-awtoritajiet Ukreni u lanqas Interpipe Group ma għarrfu individwalment lill-Kummissjoni rigward l-eżenzjonijiet mogħtija lilhom taħt il-miżuri tal-Istati Uniti “Section 232”.

(42)  Minħabba n-natura kunfidenzjali ta' din l-informazzjoni, l-analiżi sħiħa tal-Kummissjoni ma ġietx inkluża fir-Regolament. Ingħatat spjegazzjoni aktar dettaljata lill-Interpipe Group f'dokument separat fil-jum tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(43)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 926/2009 tal-24 ta' Settembru 2009 li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldatura, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 262, 6.10.2009, p. 19).

(44)  Sentenza tal-Qorti tal-15 ta' Ġunju 2017 fil-Kawża C-349/16 T.KUP, ECLI:EU:C:2017:469, paragrafu 44. Ara wkoll is-sentenza ta-Qorti Ġenerali tat-8 ta' Lulju 2003 fil-Kawża T-132/01 Euroalliages et al vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2003:189, paragraph 40.)

(45)  Is-CEV għandu jiġi determinat b'konformità mar-Rapport Tekniku, 1967, IIW doc. IX-555-67, ippubblikat mill-Istitut Internazzjonali tal-Welding (IIW).

(46)  Kif definit bħalissa fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1925 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 282, 31.10.2017, p. 1). Il-kopertura tal-prodott hija ddeterminata billi jiġu kkombinati d-deskrizzjoni tal-prodott fl-Artikolu 1(1) u d-deskrizzjoni tal-prodott tal-kodiċi NM korrispondenti meħuda flimkien.


DEĊIŻJONIJIET

2.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 246/45


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2018/1470

tat-28 ta' Settembru 2018

li taħtar membru, propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ġermaniż,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Settembru 2015 u fl-1 ta' Ottubru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE, Euratom) 2015/1600 (1) u (UE, Euratom) 2015/1790 (2) li jaħtru l-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Stefan KÖRZELL, sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Florian MORITZ, Head of Department Economic, Finance and Fiscal Policy, German Confederation of Trade Unions (DGB) Executive Board, huwa b'dan maħtur bħala membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta' Settembru 2020.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Settembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

M. SCHRAMBÖCK


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/1600 tat-18 ta' Settembru 2015 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020 (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 53).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/1790 tal-1 ta' Ottubru 2015 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020 (ĠU L 260, 7.10.2015, p. 23).


2.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 246/46


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1471

tad-19 ta' Settembru 2018

dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem ta' “INWAQQFU L-FRODI u l-abbuż ta' FONDI TAL-UE — permezz ta' kontroll aħjar ta' deċiżjonijiet, implimentazzjoni u penali”

(notifikata bid-dokument C(2018) 6077)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Is-suġġett tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem ta' “INWAQQFU L-FRODI u l-abbuż ta' FONDI TAL-UE — permezz ta' kontroll aħjar ta' deċiżjonijiet, implimentazzjoni u penali” jirreferi għal li ġej: “L-Istituzzjonijiet Ewropej għandhom ikunu intitolati li japplikaw kontrolli u sanzjonijiet imsaħħin u aktar stretti (inkluż ex-ante) f'dawk l-Istati Membri tal-UE li mhumiex membri tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.”

(2)

L-objettivi tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta jirreferu għal dan li ġej: “Biex jipprevjenu u jippenalizzaw il-frodi u l-abbuż ta' fondi tal-UE, l-Istituzzjonijiet Ewropej għandhom ikunu intitolati li japplikaw kontroll imsaħħaħ fl-Istati Membri li mhumiex parti mill-kooperazzjoni tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Ewropew. Dan ikun jinkludi kontroll ex-ante ta' deċiżjonijiet ta' finanzjament u akkwist f'oqsma riskjużi. Aħna nipproponu li tali kontroll approfondit għandu jkopri l-esplorazzjoni kompleta taċ-ċirkustanzi kollha kif ukoll il-pubblikazzjoni ta' attivitajiet frodulenti u reati oħra li huma ta' ħsara lill-interessi finanzjarji tal-UE.”

(3)

Ġie ffurmat il-kumitat taċ-ċittadini u l-persuni ta' kuntatt ġew maħtura skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament u l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta la tidher li hija abbużiva, la frivola u lanqas vessatorja u lanqas ma tidher li tmur kontra l-valuri tal-Unjoni kif stipulat fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE).

(4)

L-atti legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati jistgħu jiġu adottati

(a)

sabiex jiġu definiti l-kompiti, l-objettivi ta' prijorità u l-organizzazzjoni tal-Fondi Strutturali, li jistgħu jinvolvu il-ġbir fi gruppi tal-Fondi, skont l-Artikolu 177 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE);

(b)

għall-adozzjoni ta' programm qafas pluriennali illi jistabbilixxi l-attivitajiet kollha tal-Unjoni fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku; il-programmi speċifiċi żviluppati fi ħdan kull attività tal-programm qafas pluriennali; u l-implimentazzjoni tal-programm qafas pluriennali, skont l-Artikoli 182 u 183 tat-TFUE;

(c)

dwar ir-regoli finanzjarji li jiddeterminaw fost l-oħrajn b'mod partikolari l-proċeduri għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, skont l-Artikolu 322 tat-TFUE;

(d)

fl-oqsma ta' prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni bl-għan li joffru protezzjoni effettiva u ekwivalenti fl-Istati Membri u fl-Unjoni kollha u fl-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, skont l-Artikolu 325 tat-TFUE.

(5)

Id-deċiżjoni dwar jekk jipparteċipawx jew le f'kooperazzjoni msaħħa, bħall-kooperazzjoni msaħħa li stabbiliet l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, hija għażla volontarja għal kull Stat Membru. Għalhekk, l-atti legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati ma għandhomx, bħala kwistjoni ta' prinċipju, jagħmlu distinzjoni bejn l-Istati Membri biss skont il-parteċipazzjoni tagħhom jew n-nuqqas ta' parteċipazzjoni f'kooperazzjoni msaħħa. Madankollu, l-implimentazzjoni ta' atti legali tal-Unjoni tista' tiddifferenzja bejn l-Istati Membri meta dan ikun oġġettivament ġustifikat, pereżempju meta, bl-elementi rilevanti kollha jittieħdu inkunsiderazzjoni, ikun jeżisti, fil-prattika, livell differenti ta' protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni bejn l-Istati Membri.

(6)

It-TUE jirrinforza ċ-ċittadinanza tal-Unjoni u jsaħħaħ aktar il-funzjonament demokratiku tal-Unjoni billi jipprevedi, fost l-oħrajn, li kull ċittadin ikollu d-dritt jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni permezz ta' inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej.

(7)

Għal dan il-għan, il-proċeduri u l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-inizjattiva taċ-ċittadini għandhom ikunu ċari, sempliċi, faċli biex jintużaw u proporzjonati man-natura tal-inizjattiva taċ-ċittadini sabiex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u biex l-Unjoni ssir aktar aċċessibbli.

(8)

Għal dawk ir-raġunijiet, l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem ta' “INWAQQFU L-FRODI u l-abbuż ta' FONDI TAL-UE— permezz ta' kontroll aħjar ta' deċiżjonijiet, implimentazzjoni u penali” ma taqax manifestament barra mill-qafas tas-setgħat tal-Kummissjoni li tippreżenta l-atti legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati, skont l-Artikolu 4(2)(b) u għandha, għalhekk, tiġi rreġistrata. Jenħtieġ li d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ għal din l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta jinġabru peress li għandha l-għan li jsiru proposti mill-Kummissjoni għal atti legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati li — filwaqt li jtejbu l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni — ma jagħmlux differenza bejn l-Istati Membri biss skont il-parteċipazzjoni tagħhom jew in-nuqqas ta' parteċipazzjoni f'kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem ta' “INWAQQFU L-FRODI u l-abbuż ta' FONDI TAL-UE — permezz ta' kontroll aħjar ta' deċiżjonijiet, implimentazzjoni u penali” b'hekk hi reġistrata.

2.   Id-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ għal din l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta jistgħu jinġabru, abbażi tal-fehim li hija mmirata lejn proposti mill-Kummissjoni għal atti legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati li — filwaqt li jtejbu l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni — ma jiddifferenzjawx bejn l-Istati Membri biss skont il-parteċipazzjoni tagħhom jew in-nuqqas ta' parteċipazzjoni fil-kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-27 ta' Settembru 2018.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-organizzaturi (il-membri tal-kumitat taċ-ċittadini) tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem ta' “INWAQQFU L-FRODI u l-abbuż ta' FONDI TAL-UE — permezz ta' kontroll aħjar ta' deċiżjonijiet, implimentazzjoni u penali”, rappreżentata mis-Sur Zoltán KERESZTÉNY u s-Sur Balázs FEHÉR li jaġixxu bħala persuni ta' kuntatt.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Settembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Frans TIMMERMANS

L-Ewwel Viċi President


(1)   ĠU L 65, 11.3.2011, p. 1.