ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 241

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
26 ta' Settembru 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1291 tas-16 ta' Mejju 2018 li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1042/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-responsabbiltajiet tan-nomina u tal-ġestjoni u tal-kontroll ta' Awtoritajiet Responsabbli u fir-rigward tal-istatus u tal-obbligi tal-Awtoritajiet tal-Awditjar

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1292 tal-25 ta' Settembru 2018 li japprova ċ-ċifenotrin bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 18 ( 1 )

11

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija ( ĠU L 300, 14.11.2009 )

14

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

26.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 241/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1291

tas-16 ta' Mejju 2018

li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1042/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-responsabbiltajiet tan-nomina u tal-ġestjoni u tal-kontroll ta' Awtoritajiet Responsabbli u fir-rigward tal-istatus u tal-obbligi tal-Awtoritajiet tal-Awditjar

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u l-ġestjoni tal-kriżijiet (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 26(4) u 29(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tingħata ċertezza legali, hemm bżonn li jiġi ċċarat li Awtorità Delegata tista' taġixxi wkoll bħala korp eżekuttiv. F'dan il-każ, l-Awtorità tal-Awditjar għandha tiffunzjona b'mod indipendenti mill-Awtorità Delegata, inkluż meta din tal-aħħar taġixxi bħala korp eżekuttiv.

(2)

L-ewwel eżerċizzji tal-approvazzjoni tal-kontijiet imwettqa f'konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/378 (2) enfasizzaw il-ħtieġa li tiġi pprovduta ċarezza dwar l-ambitu tal-awditi tas-sistema li għandhom jitwettqu mill-Awtorità tal-Awditjar u biex dan ir-Regolament jiġi allinjat mar-rekwiżiti ewlenin stabbiliti fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/378. Billi jiġi ċċarat l-ambitu tal-awditi tas-sistema, jenħtieġ li jiġu stabbiliti t-tipi ta' nuqqasijiet u li jiġu ddeterminati l-livelli korrispondenti ta' korrezzjonijiet finanzjarji minħabba nuqqasijiet fis-sistema u applikat b'mod konsistenti u komparabbli mill-Istati Membri.

(3)

Sabiex ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1042/2014 (3) jinġieb konformi mal-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u mal-Artikolu 59 (5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jeħtieġ tiġi inkluża referenza għall-obbligu fuq l-Awtorità tal-Awditjar li twettaq awditi fuq in-nefqa.

(4)

Għall-fini tal-awditjar tan-nefqa, hemm bżonn li jiġi stabbilit li l-popolazzjoni verifikabbli jenħtieġ li tinkludi d-dejta finanzjarja li tirrappreżenta l-pagamenti magħmula mill-Awtorità Responsabbli matul is-sena finanzjarja, kif ukoll, għall-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, l-għadd ta' persuni rikolati, risistemati, trasferiti u ammessi legalment.

(5)

Sabiex jiġi żgurat li l-ambitu u l-effikaċja tal-awditjar fuq in-nefqa ikun adegwat u li jiġi mwettqa skont l-istess standards mill-Awtoritajiet tal-Awditjar kollha, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi għat-teħid ta' kampjuni, li jenħtieġ li jiġu osservati minn Awtorità tal-Awditjar meta din tistabbilixxi jew tapprova metodu tat-teħid ta' kampjuni.

(6)

Skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, għall-iskop tar-rapportar ta' riżultati tal-awditi lill-Kummissjoni, huwa meħtieġ li jiġi ppreżentat il-mudell għar-rapport ta' kontroll annwali, li jistabbilixxi l-informazzjoni u d-dejta tal-awditu li għandha tiġi pprovduta kull sena biex tapoġġa l-opinjonijiet tal-Awtorità tal-Awditjar ippreżentati mal-kontijiet. Dan ir-rapport annwali ta' kontroll jenħtieġ li jintbagħat lill-Kummissjoni permezz tas-sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 802/2014 (5) (“SFC2014”) u, b'mod partikolari, permezz tal-modul għal awdituri nazzjonali u servizzi tal-awditjar tal-Kummissjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1042/2014 jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 5, jiżdied it-tieni subparagrafu li ġej:

“Fejn tkun awtorizzata mill-Awtorità Responsabbli, l-Awtorità Delegata tista' taġixxi bħala korp eżekuttiv kif imsemmi fl-Artikolu 8.”

(2)

L-Artikolu 5.2(b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

il-kompitu/i delegat(i) lill-Awtorità Delegata, inkluż fejn applikabbli, il-proġetti li għalihom l-Awtorità Delegata tista' taġixxi bħala korp eżekuttiv kif imsemmi fl-Artikolu 8;”

(3)

L-Artikolu 14 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 14

Awditjar

1.   Biex tingħata l-opinjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 59(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), l-Awtorità tal-Awditjar għandha twettaq awditi tas-sistema, awditjar tan-nefqa u awditjar tal-kontijiet.

2.   L-awditi tas-sistema għandhom jivverfikaw jekk is-sistema ta' ġestjoni u ta' kontroll tal-Awtorità Responsabbli ħadmitx effettivament b'tali mod li jagħtu assigurazzjoni raġonevoli li d-dejta finanzjarja inkluża fit-talba għall-ħlas tal-bilanċ annwali ppreżentata lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 hija legali u regolari.

Fuq il-bażi ta' dawn l-awditi tas-sistema, l-Awtorità tal-Awditjar għandha tivverifika l-konformità mar-rekwiżiti prinċipali stabbiliti fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/378 (*2) u jekk l-Awtorità Responsabbli tkomplix tirrispetta l-kriterji tan-nomina stabbiliti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

3.   L-awditjar tan-nefqa għandu jitwettaq fir-rigward ta' kull sena finanzjarja fuq kampjun xieraq magħżul minn dejta finanzjarja kkunsidrata eliġibbli mill-Awtorità Responsabbli (“abbozz ta' kontijiet”) wara tlestija tal-kontrolli kollha tagħha msemmija fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/840 (*3).

Id-dejta finanzjarja għandha tinkludi kull tip ta' pagament li sar mill-Awtorità Responsabbli matul is-sena finanzjarja kif definit fl-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, inklużi pagamenti minn qabel, pagamenti interim, pagamenti finali u pagamenti marbutin mal-għajnuna teknika u appoġġ operattiv. Id-dejta finanzjarja għandha tinkludi wkoll, għall-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, l-għadd ta' persuni rilokati, risistemati, trasferiti jew ammessi legalment.

L-awditjar tan-nefqa għandu:

jitwettaq fuq il-bażi ta' dokumenti ta' sostenn li jikkostitwixxu r-rendikont tal-awditjar u għandu jivverifika l-legalità u r-regolarità tad-dejta finanzjarja fl-abbozz tal-kontijiet;

fejn applikabbli, jinkludi verifika fuq il-post tan-nefqa mġarrba mill-benefiċjarji, inkluż mutatis mutandis għal pagamenti li saru fl-ambitu tal-assistenza teknika u tal-appoġġ operattiv.

fejn applikabbli, jinkludi verifika tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti għal persuni li ġew rilokati f'konformità mad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (UE) 2015/1523 u (UE) 2015/1601, risistemati f'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 516/2014, trasferiti f'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 516/2014 u legalment ammessi f'konformità mad-Deċiżjonijeit tal-Kunsill (UE) 2015/1601, li għalihom hi mitluba somma f'daqqa.

jivverfika l-preċiżjoni u l-kompletezza tal-pagamenti lill-benefiċjarji u li ġew irreġistrati mill-Awtorità Responsabbli fis-sistema ta' kontabilità tagħha u r-rikonċiljazzjoni tar-rendikont tal-awditjar fil-livelli kollha tiegħu.

Meta l-Awtorità tal-Awditjar tidentifika rata ta' żball fl-abbozz tal-kontijiet li tkun materjali jew il-problemi skoperti jidher li huma ta' natura sistemika u għalhekk jinvolvu riskju għal pagamenti oħra ffinanzjati mill-programm nazzjonali, l-Awtorità tal-Awditjar għandha tiżgura eżami ulterjuri, inkluż, fejn hu meħtieġ, verifiki addizzjonali biex jistabbilixxu l-iskala tal-problemi. Il-livell massimu ta' materjalità għandu jkun ta' 2 % tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għad-dejta finanzjarja fl-“abbozz tal-kontijiet”.

L-Awtorità tal-Awditjar għandha tirrakkomanda l-azzjonijiet korrettivi meħtieġa lill-Awtorità Responsabbli, inkluż fejn applikabbli, rata fissa ta' korrrezzjonijiet finanzjarji f'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/378. L-Awtorità tal-Awditjar għandha tirrapporta r-riżultati tal-awditjar tan-nefqa u r-rakkomandazzjonijiet u l-miżuri korrettivi assoċjati fir-rapport annwali ta' kontroll imsemmi fl-Artikolu 14(8).

4.   L-Awtorità tal-Awditjar għandha tistabbilixxi l-metodu għall-għażla tal-kampjun xieraq (“il-metodu tat-teħid ta' kampjuni”) f'konformità mal-istandards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment. Il-metodu tat-teħid ta' kampjuni għandu jippermetti lill-Awtorità tal-Awditjar tagħmel stima tar-rata ta' żball totali fl-“abbozz tal-kontijiet” għas-sena finanzjarja.

L-Awtorità tal-Awditjar għandha tiddokumenta, fir-rapport annwali ta' kontroll imsemmi fl-Artikolu 14(8), il-ġudizzju professjonali li użat biex tistabbilixxi l-metodu statistiku jew mhux statistiku tat-teħid ta' kampjuni u l-parametri tat-teħid ta' kampjuni applikabbli. L-Awtorità tal-Awditjar għandha żżomm rekords tal-metodoloġija tat-teħid ta' kampjuni applikata fl-istadji tal-ippjanar, l-għażla, l-ittestjar u l-evalwazzjoni, sabiex turi li l-metodu ta' teħid ta' kampjuni magħżul huwa xieraq.

Meta ma jistgħux jintużaw metodi tat-teħid ta' kampjuni, jista' jintuża metodu tat-teħid ta' kampjuni mhux statistiku fuq il-ġudizzju professjonali tal-Awtorità tal-Awditjar. Kwalunkwe metodu tat-teħid ta' kampjuni mhux statistiku għandu jipprevedi għażla aleatorja tal-entrati fil-kampun u jkopri tal-anqas 10 % tal-valur tad-dejta finanzjarja inkluża fl-“abbozz tal-kontijiet”.

Il-metodu tat-teħid ta' kampjuni magħżul u d-daqs tal-kampjun għandhom jippermettu lill-Awtorità tal-Awditjar tislet konklużjonijiet dwar il-popolazzjoni totali li minnu ttieħed il-kampjun.

Għal dan il-għan u jekk applikabbli, l-Awtorità tal-Awditjar tista' tqassam id-dejta finanzjarja fi gruppi billi tiddeviedi fi strati, fejn kull strata tkun grupp ta' unitajiet tat-teħid ta' kampjuni li jkollhom karatteristiċi simili.

Meta l-kampjun tal-awditjar ikun jinkludi pagamenti interim u/jew pagamenti finali li jikklerjaw pagamenti iddikjarati fil-kontijiet ta' snin finanzjarji preċedenti, dawn il-pagamenti bil-quddiem għandhom jaqgħu fl-ambitu tal-awditjar tan-nefqa.

Madankollu, għar-rapportar fit-Tabella 10.2 “Riżultati tal-awditjar tan-nefqa” fir-rapport annwali ta' kontroll imsemmi fl-Artikolu 14.8, ir-rati ta' żball u l-kopertura tal-awditjar għandhom jiġi kkalkulati biss fuq il-bażi tal-kampjun tal-awditjar meħud mid-dejta finanzjarja fl-“abbozz ta' kontijiet” tas-sena finanzjarja kurrenti.

5.   L-awditjar fuq il-kontijiet għandu jitwettaq biex jipprovdi aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali jagħtu stampa reali u ġusta tad-dejta finanzjarja li ġiet irraportata fit-talba għall-ħlas tal-bilanċ annwali (“il-kontijiet finali”) imressqa mill-Awtorità Responsabbli lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014.

Sabiex tikkonkludi jekk il-kontijiet finali jagħtux stampa reali u ekwa, l-Awtorità tal-Awditjar tivverifika li d-dejta finanzjarja kollha mħallsa u l-kontribuzzjonijiet pubbliċi riċevuti u mdaħħla fil-kontijiet li tħejjew mill-Awtorità Responsabbli għas-sena finanzjarja huma rreġistrati korrettament fis-sistema tal-kontabilità u jikkorrispondu għar-rekords tal-kontabilità ta' sostenn miżmuma mill-Awtorità Responsabbli. L-Awtorità tal-Awditjar għandha b'mod partikolari, abbażi ta' dawn il-kontijiet:

(a)

tivverifika li l-ammont totali ta' dejta finanzjarja rapportata fit-talba għall-ħlas tal-bilanċ annwali jaqbel mas-sistema kontabilistika tal-Awtorità Reponsabbli u, jekk hemm differenti, li spjegazzjonijiet adegwati jkunu ġew dokumentati għall-ammonti tar-rikonċiljazzjoni;

(b)

tivverifika li l-ammonti miġbuda u rkuprati, l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati, u l-ammonti irrekuperabbli sa tmiem is-sena finanzjarja, jikkorrispondu għall-ammonti imdaħħla fis-sistema tal-kontabilità tal-Awtorità Responsabbli u huma appoġġati minn deċiżjonijiet dokumentati tal-Awtorità Responsabbli;

(c)

taċċerta li l-Awtorità Responsabbli tkun wettqet il-kontrolli amministrattivi u finanzjarji u operattivi fuq il-post skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/840.

Il-verifiki msemmija fil-punti (a), (b) u (c) jistgħu jitwettqu fuq bażi ta' kampjun.

Fuq il-bażi tar-rata ta' żball totali determinata mill-awditjar tan-nefqa u mir-riżultati tal-awditjar tal-kontijiet, l-Awtorità tal-Awditjar għandha tikkalkola r-rata ta' żbalji residwi biex tingħata l-opinjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 59(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. Il-kalkolu tar-rata ta' żbalji residwi għandu jiġi dokumentat fir-rapport annwali ta' kontroll imsemmi fil-paragrafu 8.

6.   Jekk is-sejbiet tal-awditjar tal-Awtorità tal-Awditjar, malli jitlesta x-xogħol tal-awditjar, ikunu jissuġġerixxu dgħufijiet materjali fit-tħaddim effettiv tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll tal-Awtorità Responsabbli, l-Awtorità tal-Awditjar għandha:

(a)

tivvaluta l-impatt finanzjarju ta' dawn id-dgħufijiet f'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/378;

(b)

tagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa lill-Awtorità Responsabbli għal miżuri korrettivi u preventivi;

(c)

tissorvelja l-implimentazzjoni tal-Awtorità Responsabbli tal-miżuri msemmija fil-punt (b) aktar 'il fuq u tivvaluta jekk hux fis-seħħ pjan ta' azzjoni biex jerġa' jkun hemm funzjonament effettiv tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll.

7.   Skont l-Artikolu 3(2), l-Awtorità tal-Awditjar għandha tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Awtorità ta' Nomina, inkluż jekk, fl-opinjoni tagħha, l-Awtorità Responsabbli tkomplix tikkonforma mal-kriterji ta' nomina.

8.   L-Awtorità tal-Awditjar għandha tiżgura li l-informazzjoni kollha relatata mal-attività ta' awditjar tagħha msemmija fil-paragrafi 1, 2, 3, 4, 5, 6 u 7 tiġi rapportata b'mod xieraq lill-Kummissjoni Ewropea. Għal dan il-għan, l-Awtorità tal-Awditjar għandha tfassal rapport annwali ta' kontroll li jistabbilixxi s-sejbiet prinċipali tax-xogħol tal-awditjar tagħha. Ir-rapport annwali ta' kontroll għandu jitfassal f'konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament u għandu jintbagħat lill-Kummissjoni permezz ta' sistema ta' skambju ta' dejta elettronika msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 802/2014. Ir-rapport annwali ta' kontroll għandu jintbagħat lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn tlett (3) ijiem tax-xogħol wara li l-Awtorità Responsabbli tippreżenta t-talba għal pagament tal-bilanċ annwali lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014.

(*1)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1)."

(*2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/378 tat-2 ta' Marzu 2015 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-implimentazzjoni għall-ikklerjar tal-proċedura ta' kontijiet u fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-regoli dwar l-ikklerjar tal-konformità (ĠUL 64, 7.3.2015, p. 30)."

(*3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/840 tad-29 ta' Mejju 2015 dwar il-kontrolli li jsiru mill-Awtoritajiet Responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ĠU L 134, 30.5.2015, p. 1).”"

(4)

Jiżdied Anness II ġdid ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 112

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/378 tat- 2 ta' Marzu 2015 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-implimentazzjoni għall-ikklerjar tal-proċedura ta' kontijiet u fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-regoli dwar l-ikklerjar tal-konformità (ĠU L 64, 7.3.2015, p. 30).

(3)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1042/2014 tal-25 ta' Lulju 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 514/2014 fir-rigward tar-responsabbiltajiet tan-nomina u tal-ġestjoni u tal-kontroll ta' Awtoritajiet Responsabbli u fir-rigward tal-istatus u tal-obbligi tal-Awtoritajiet tal-Awditjar (ĠU L 289, 3.10.2014, p. 3).

(4)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 802/2014 tal-24 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi mudelli għal programmi nazzjonali u li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet tas-sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal sostenn finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ĠU L 219, 25.7.2014, p. 22).


ANNESS

ANNESS II

Mudell għar-rapport annwali ta' kontroll

Rapport annwali ta' kontroll (FOND)

(1)   INTRODUZZJONI

Din it-taqsima għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

1.1.

Identifikazzjoni tal-Awtorità tal-Awditjar responsabbli u ta' korpi oħrajn li kienu involuti fit-tħejjija tar-rapport.

1.2.

Il-perjodu ta' referenza (jiġifieri s-sena finanzjarja (1)).

(2)   KONFORMITÀ MAL-KRITERJI TA' NOMINA U BIDLIET IMPORTANTI FIS-SISTEMA/(I) TAL-ĠESTJONI U TAL-KONTROLL (jekk applikabbli)

Din it-taqsima għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

2.1.

Dettalji ta' kwalunkwe tibdil sinifikanti fis-sistemi tal-ġestjoni u tal-kontroll relatat mar-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti (inkluż, fejn applikabbli, kwalunkwe delega ta' funzjonijiet), id-data effettiva ta' dan it-tibdil, kif ukoll l-impatt ta' dan it-tibdil fuq ix-xogħol tal-awditjar.

2.2.

Fuq il-bażi tax-xogħol tal-awditjar imwettaq mill-Awtorità tal-Awditjar, konferma dwar jekk il-ġestjoni tas-sistema tal-kontroll għadhiex konformi mal-kriterji ta' nomina definiti fl-Artikolu 2 tal-Anness I tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1042/2014.

2.3.

Informazzjoni dwar ir-rapportar lill-Awtorità ta' Nomina dwar il-konformità tal-Awtorità Responsabbli mal-kriterji ta' nomina stabbiliti fl-Artikolu 2.2. u fl-Anness I tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1042/2014.

(3)   TIBDIL FL-ISTRATEĠIJA TAL-AWDITJAR

Din it-taqsima għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

3.1.

Id-dettalji tal-bidliet li saru fl-istrateġija tal-awditjar u spjegazzjoni tar-raġunijiet għal dawk il-bidliet, b'mod partikolari d-dettalji ta' kull modifika fil-metodu ta' teħid ta' kampjuni użat għal awditjar tan-nefqa (ara t-taqsima 5 aktar 'l isfel).

(4)   AWDITI TAS-SISTEMA

Din it-taqsima għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

4.1.

Dettalji tal-korpi li wettqu l-awditi tas-sistema biex jivverifikaw jekk is-sistemi tal-ġestjoni u tal-kontroll tal-fond ħadmux effettivament (kif previst fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1042/2014).

4.2.

Fir-rigward tat-Tabella 10.1 “Riżultati tal-awditi tas-sistema” annessa mar-rapport annwali ta' kontroll, deskrizzjoni tas-sejbiet u l-konklużjonijiet ewlenin meħudin minn awditi tas-sistema dwar ir-rekwiżiti ewlenin.

4.3.

Indikazzjoni dwar jekk kwalunkwe problema identifikata ġietx ikkunsidrata li hija ta' natura sistemika, kwantifikazzjoni ta' dejta finanzjarja irregolari u miżuri korrettivi applikabbli biex jindirizzaw żbalji sistemiċi bħal dawn, inkluż kwalunkwe korrezzjoni finanzjarja relatata magħmula f'konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/378.

4.4.

Informazzjoni dwar is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar minn awditi tas-sistema mwettqa fis-snin preċedenti.

(5)   AWDITJAR TAN-NEFQA

Din it-taqsima għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

5.1.

Dettalji tal-korpi li wettqu l-awditjar tan-nefqa (kif previst fl-Artikoli 14.3 u 14.4 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1042/2014).

5.2.

Deskrizzjoni tal-metodoloġija tat-teħid tal-kampjuni applikata, li tispeċifika l-parametri tat-teħid ta' kampjuni (2) użati, il-kalkoli sottostanti u l-ġudizzju professjonali applikat għall-għażla tal-kampjun (3), il-kalkolu tar-rata ta' żball totali (inkluż l-istratifikazzjoni, fejn applikabbli) u informazzjoni dwar jekk il-metodoloġija hijiex konformi mal-istrateġija tal-awditjar. Jekk tiġi applikata l-istratifikazzjoni, hemm bżonn li jiġu deskritti l-parametri tal-istrati.

5.3.

Analiżi tar-riżultati prinċipali tal-awditjar tan-nefqa, li jiddeskrivu l-għadd ta' entrati tal-kampjun li ġew awditjati, l-ammonti rispettivi u t-tip ta' dejta finanzjarja awditjata, in-natura (4) u t-tip (5) ta' żbalji identifikati u l-miżuri korrettivi applikabbli proposti mill-Awtorità tal-Awditjar (inklużi miżuri biex jiġu evitati żbalji simili fil-futur, korrezzjonijiet finanzjarji għall-irregolaritajiet individwali identifikati, kif ukoll kwalunkwe korrezzjoni finanzjarja b'rata fissa jew estrapolata applikabbli (6)). Jekk tiġi applikata l-istratifikazzjoni, għandha tiġi pprovduta informazzjoni ulterjuri skont l-istrat f'din it-taqsima u miġbura fil-qosor fit-Tabella 10.2 “Riżultati tal-awditjar tan-nefqa” annessa mar-rapport annwali tal-kontroll.

5.4.

Jekk il-kampjun tal-verifika jinkludi pagamenti interim u/jew pagamenti finali li jikklerjaw pagamenti bil-quddiem ddikjarati fil-kontijiet tas-snin finanzjarji preċedenti, l-ammont ta' pagamenti bil-quddiem li jaqgħu fl-ambitu tal-awditjar tan-nefqa, l-iżbalji identifikati u l-korrezzjonijiet finanzjarji applikabbli marbuta ma' dawn il-pagamenti bil-quddiem għandhom ikunu ippreżentati f'Tabella 10.3 “Riżultati tal-awditjar dwar in-nefqa addizzjonali” annessa mar-rapport annwali ta' kontroll.

5.5.

Spjegazzjonijiet dwar kif ir-rati ta' żball ippreżentati fit-Tabella 10.2 huma kkalkulati u, jekk applikabbli, informazzjoni dwar l-awditjar tan-nefqa addizzjonali ppreżentat fit-Tabella 10.3.

5.6.

Informazzjoni dwar jekk kwalunkwe irregolarità identifikata mill-awditjar tan-nefqa hijiex ikkunsidrata ta' natura sistemika u għalhekk tinvolvi riskju għal pagamenti oħra, inkluża l-kwantifikazzjoni tal-impatt tagħha fuq il-popolazzjoni u kwalunkwe korrezzjoni finanzjarja relatata.

5.7.

Informazzjoni dwar l-istatus tal-implimentazzjoni mill-Awtorità Responsabbli ta' miżuri korrettivi, inklużi l-korrezzjonijiet finanzjarji proposti mill-Awtorità tal-Awditjar bħala riżultat tal-awditjar tan-nefqa qabel is-sottomissjoni tal-“kontijiet finali” lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li kwalunkwe devjazzjoni possibbli bejn il-korrezzjonijiet proposti mill-Awtorità tal-Awditjar u l-korrezzjonijiet implimentati mill-Awtorità Responsabbli jiġu żvelati.

5.8.

Informazzjoni dwar is-segwitu tal-awditjar tan-nefqa li twettaq fi snin preċedenti, b'mod partikolari dwar nuqqasijiet ta' natura sistemika.

(6)   AWDITJAR TAL-KONTIJIET

Din it-taqsima għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

6.1.

Dettalji tal-korpi li wettqu awditjar tal-kontijiet (kif previst fl-Artikolu 14.5 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1042/2014).

6.2.

Deskrizzjoni tal-approċċ tal-awditjar użat biex jivverifika d-dejta finanzjarja fil-kontijiet li takkumpanja t-talba għall-ħlas tal-bilanċ annwali sottmomessa mill-Awtorità Responsabbli definita fl-Artikolu 14.5 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni tar-Regolament (UE) Nru 1042/2014. Dan għandu jinkludi referenza għall-ħidma tal-awditjar imwettqa bħala parti mill-awditi tas-sistema (spjegati fit-taqsima 4 hawn fuq) u mill-awditjar tan-nefqa (spjegat fit-taqsima 5 hawn fuq) b'rilevanza għall-assigurazzjoni rikjesta dwar il-kontijiet.

6.3.

Konklużjonijiet misluta mill-awditjar tal-kontijiet rigward stampa vera u ġusta tad-dejta finanzjarja fil-kontijiet li takkumpanja t-talba għall-pagament tal-bilanċ annwali sottomessa mill-Awtorità Responsabbli, kif ukoll il-korrezzjonijiet finanzjarji magħmula u riflessi fil-kontijiet bħala riżultat ta' awditjar bħal dan.

6.4.

Indikazzjoni dwar jekk kwalunkwe irregolarità identifikata kinitx meqjusa li hija ta' natura sistemika, u l-miżuri korrettivi applikabbli li ttieħdu.

(7)   KOORDINAZZJONI BEJN IL-KORPI TAL-AWDITJAR U X-XOGĦOL SUPERVIŻORJU MILL-AWTORITÀ TAL-AWDITJAR (fejn applikabbli)

Din it-taqsima għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

7.1.

Deskrizzjoni tal-proċedura għall-koordinazzjoni bejn l-awtorità tal-awditjar nazzjonali u kwalunkwe korp tal-awditjar li jwettaq awditi kif previst fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1042/2014, fejn xieraq.

7.2.

Deskrizzjoni tal-proċedura għas-superviżjoni u għar-reviżjoni ta' kwalità applikati mill-Awtorità tal-Awditjar imwettqa minn tali korpi tal-awditjar.

(8)   INFORMAZZJONI OĦRA

Din it-taqsima għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

8.1.

Fejn applikabbli, informazzjoni dwar frodi u suspetti ta' frodi rrappurtati identifikati bħala parti mill-awditjar imwettaq mill-Awtorità tal-Awditjar (inkluż il-każijiet irrappurtati minn korpi nazzjonali oħra jew korpi tal-UE u relatati mal-operazzjonijiet awditjati mill-Awtorità tal-Awditjar), flimkien mal-miżuri meħuda.

8.2.

Fejn applikabbli, avvenimenti sussegwenti li seħħew wara l-“abbozz tal-kontijiet” għas-sena finanzjarja ġew trażmessi lill-Awtorità tal-Awditjar u qabel ir-rapport annwali ta' kontroll assoċjat ġie trażmess lill-Kummissjoni, li jistgħu jkunu rilevanti għall-opinjoni maħruġa mill-Awtorità tal-Awditjar. B'mod partikolari, kwalunkwe varjazzjoni bejn id-data finanzjarja ppreżentata mill-Awtorità Responsabbli f'“l-abbozz tal-kontijiet” (jiġifieri l-popolazzjoni li minnha ttieħed il-kampjun tal-awditjar (7)) u l-kontijiet finali sottomessi lill-Kummissjoni għandha tiġi żvelata u spjegata.

(9)   LIVELL ĠENERALI TA' AĊĊERTAMENT

9.1.

Indikazzjoni tal-livell ġenerali tal-aċċertament dwar il-funzjonament xieraq tas-sistema tal-ġestjoni u tal-kontroll (8), u spjegazzjoni dwar kif dan il-livell inkiseb mill-kombinazzjoni tar-riżultati tal-awditi tas-sistema, l-awditjar tan-nefqa u tal-kontijiet. Fejn rilevanti, l-Awtorità tal-Awditjar għandha wkoll tikkunsidra r-riżultati tax-xogħol tal-awditjar imwettaq minn korpi tal-awditjar nazzjonali jew tal-UE li jista' jkollhom impatt fuq id-dejta finanzjarja rapportata għas-sena finanzjarja.

9.2.

Il-valutazzjoni ta' kwalunkwe miżura mitiganti u korrettiva implimentata mill-Awtorità Responsabbli bħal korrezzjonijiet finanzjarji, u indikazzjoni jekk hemmx bżonn ta' miżuri korrettivi addizzjonali kemm minn perspettiva tas-sistema, kif ukoll minn perspettiva finanzjarja.

(10)   ANNESSI TAR-RAPPORT TA' KONTROLL ANNWALI

10.1.

Riżultati ta' awditi tas-sistema (mudell ipprovdut iktar 'l isfel)

10.2.

Riżultati ta' awditjar tan-nefqa (mudell ipprovdut iktar 'l isfel)

10.3.

Riżultati tal-awditjar dwar in-nefqa addizzjonali (jekk applikabbli)

10.1.

Riżultati tal-awditi tas-sistema

Entità Awditjata (eż. Awtorità Responsabbli, Awtorità Delegata, eċċ.)

Titolu tal-awditjar

Data tar-rapport tal-awditu finali

Rekwiżiti ewlenin (fejn applikabbli)

[kif definiti fit-Tabella 1- Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/378]

 

 

KR 1

KR2

KR3

KR4

KR5

KR6

KR7

KR8

KR9

Valutazzjoni ġenerali (kategoriji 1, 2, 3, 4) (kif definiti fit-Tabella 2 — Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/378)

Kummenti

 

 

 

 (9)

 (9)

 (9)

 (9)

 (9)

 (9)

 (9)

 (9)

 (9)

 

 

 

 

 

 (9)

 (9)

 (9)

 (9)

 (9)

 (9)

 (9)

 (9)

 (9)

 

 

10.2.

Riżultati tal-awditjar tan-nefqa

A

B

C

D

E

F

G

H

I

J

 

Fond/tip ta' pagament (1)

Ammont f'EUR li jikkorrispondi għall-popolazzjoni jew sottopopolazzjoni fl-“abbozz tal-kontijiet” li minnha ttieħed il-kampjun (2)

Kampjun tal-awditjar (ammont f'EUR) (3)

Kampjun tal-awditjar (bħala % tal-popolazzjoni) [D = C/B]

Ammont (EUR) tal-iżbalji li nstabu mill-Awtorità tal-Awditjar fil-kampjun (4)

Rata' ta' żball f'% fil-kampjun

[F = E/C] (4)

Rata ta' żball totali fil-popolazzjoni (5)

Total tal-iżbalji fil-popolazzjoni (ammont f'EUR)

[H = G * B]

Korrezzjonijiet finanzjarji

(Ammont f'EUR) implimentat mill-Awtorità Responsabbli riżultat tar-rata ta' żball totali (6)

Rata totali residwa ta' żbalji (7)

[J = (H – I)/B]

Kummenti

Strata (jekk applikabbli) (1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total (A)

Total (B)

Ammont EUR

%

 

 

 

 

 

 

 

10.3.

Riżultati tal-awditjar fuq in-nefqa addizzjonali (8)

K

L

M

N

O

 

Deskrizzjoni

Nruo ta' referenza tal-fond/proġett/pagament.

Nefqa addizzjonali awditjata (3)

Ammont tal-iżbalji fin-nefqa addizzjonali awditjata (4)

Korrezzjonijiet finanzjarji implimentati mill-Awtorità Responsabbli dwar in-nefqa addizzjonali awditjata (6)

Kummenti

Nefqa marbuta ma' pagamenti interim jew pagamenti finali inklużi fil-kampjun aleatorju/statistiku

 

 

 

 

 

Oħrajn (li jridu jiġu deskritti)…

 

 

 

 

 

(1)

Jekk id-dejta finanzjarja — jiġifieri l-popolazzjoni tal-awditjar— tkun maqsuma fi strati differenti (eż. pagamenti bil-quddiem, pagamenti interim jew pagamenti finali, oħrajn), l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta skont l-istrati fejn applikabbli. Linja għal kull strata u l-parametri tal-istrati jridu jiġu deskritti fit-taqsima 5 tar-rapport annwali ta' kontroll.

(2)

Il-kolonna B għandha tirreferi għall-popolazzjoni verifikabbli, jiġifieri l-“abbozz tal-kontijiet” li jirrappreżenta l-pagamenti kollha magħmula mill-Awtorità Responsabbli fis-sena finanzjarja kurrenti li minnhom ittieħed il-kampjun.

(3)

Jekk il-kampjun tal-awditjar meħud mis-sena finanzjarja kurrenti jinkludi pagamenti interim u/jew pagamenti finali li jikklerjaw pagamenti bil-quddiem iddikjarati fil-kontijiet ta' snin finanzjarji preċedenti, dawn il-pagamenti bil-quddiem għandhom jaqgħu fl-ambitu tal-awditjar tan-nefqa għall-pagamenti interim fil-kampjun u/jew pagament finali.

Madankollu, għal skopijiet ta' rapportar huma biss il-pagamenti interim jew pagamenti finali fil-kampjun mill-abbozz tal-kontijiet tas-sena finanzjarja kurrenti li għandhom jiġu rapportati fit-Tabella 10.2 (il-Kolonna C) u kkunsidrati biex tiġi kkalkolata l-kopertura tal-awditjar għas-sena finanzjarja kurrenti (il-Kolonna D).

L-“ammont tal-pagamenti bil-quddiem” ikklerjati minn pagamenti interim u/jew pagamenti finali u vverifikati fl-ambitu tal-awditjar tan-nefqa għandu jiġu rapportat fit-Tabella 10.3, il-Kolonna M. Ara wkoll in-nota f'qiegħ il-paġna 8.

(4)

L-Awtorità tal-Awditjar għandha tirrapporta l-iżbalji li ġew identifikati fil-kampjun (bħala ammonti u bħala perċentwal tal-kampjun) qabel ma tiġi applikata kwalunkwe korrezzjoni finanzjarja mill-Awtorità Responsabbli bħala riżultat tax-xogħol tal-awditjar imwettaq mill-Awtorità tal-Awditjar.

Huwa biss l-ammont tal-iżbalji relatati mal-pagamenti interim jew mal-pagamenti finali awditjati meħuda mill-abbozz tal-kontijiet tas-sena finanzjarja kurrenti li għandu jiġi kkunsidrat għall-kalkolu u r-rapportar tal-ammont ta' żbalji u r-rata ta' żball fit-Tabella 10.2, il-kolonni E u F.

L-ammont tal-iżbalji li nstabu li għandhom impatt fuq l-“ammont tal-pagamenti bil-quddiem” ikklerjati jenħtieġ li jiġi rapportat fit-Tabella 10.3, il-Kolonna N.

(5)

Ir-rata ta' żball totali fil-popolazzjoni hija l-istima tal-Awtorità tal-Awditjar tar-rata ta' żball totali fl-“abbozz tal-kontijiet” għas-sena finanzjarja kurrenti. Ir-rata ta' żball totali għandha tiġi kkalkolata qabel ma tiġi applikata kwalunkwe korrezzjoni finanzjarja mill-Awtorità Responsabbli.

L-Awtorità tal-Awditjar għandha tiddeskrivi l-metodoloġija użata biex tagħmel stima tar-rata ta' żball totali, kif ukoll il-kalkoli sottostanti (inkluż informazzjoni dwar l-istratifikazzjoni, fejn applikabbli) fit-taqsima 5 tar-rapport annwali ta' kontroll. Fil-prinċipju, ir-rata ta' żball totali għandha tkun it-total tal-iżbalji aleatorji pproġettati u, jekk applikabbli, l-ammont totali ta' żbalji sistemiċi fil-popolazzjoni u kwalunkwe żball anomalu mhux ikkoreġut, diviżi bil-popolazzjoni.

(6)

Il-Kolonna I għandha tiżvela l-korrezzjonijiet finanzjarji implimentati mill-Awtorità Responsabbli biss fuq il-popolazzjoni verifikabbli, jiġifieri l-“abbozz tal-kontijiet” għas-sena finanzjarja kurrenti li minnha ttieħed il-kampjun.

Kwalunkwe korrezzjoni finanzjarja relatata mal-“ammont tal-pagamenti bil-quddiem” ikklerjati jenħtieġ li tiġi rapportata fit-Tabella 10.3, il-Kolonna O.

(7)

Il-Kolonna J jenħtieġ li tiżvela r-rata ta' żbalji residwi fil-kontijiet wara li l-Awtorità Responsabbli tkun implimentat il-korrezzjonijiet finanzjarji għas-sena finanzjarja kurrenti biss.

Kwalunkwe żball mhux ikkoreġut fl-“ammont tal-pagamenti bil-quddiem” ikklerjati jenħtieġ li ma jkunx inkluż fil-kalkolu tar-rata ta' żbalji residwi għall-kontijiet għas-sena finanzjarja kurrenti.

(8)

Fit-Tabella 10.3, l-Awtorità tal-Awditjar trid tirrapporta r-riżultati ta' kwalunkwe awditjar imwettaq fuq entrati li mhumiex l-ammonti fil-kampjun rapportati fit-Tabella 10.2. Jekk l-Awtorità tal-Awditjar tikkunsidra li huwa meħtieġ li twettaq awditjar addizzjonali (eż. Awditjar ibbażat fuq ir-riskju, awditjar fuq pagamenti negattivi jew żero), ir-riżultati ta' dan l-awditjar addizzjonali jenħtieġ li jiġi ppreżentat fit-Tabella 10.3.

(1)  Kif definit fl-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014.

(2)  Il-parametri tat-teħid ta' kampjuni jinkludu l-unità tat-teħid ta' kampjuni, il-valur u d-daqs tal-popolazzjoni, il-valur u d-daqs tal-kampjun, il-kopertura tal-awditjar (f'€ u l-perċentwal ta' entrati u ta' ammonti koperti) u l-kriterji tat-teħid ta' kampjuni. Għal teħid ta' kampjuni statistiċi, il-livell ta' materjalità, il-livell ta' kunfidenza, ir-rata ta' żbalji mistennija u l-intervall iridu jiġu indikati wkoll.

(3)  Jekk jiġi applikat teħid ta' kampjuni mhux statistiku, l-Awtorità tal-Awditjar jenħtieġ li tindika l-passi meħuda biex tiżgura l-każwalità tal-kampjun (u r-rappreżentattività tiegħu) u tipprovdi daqs ta' kampjun suffiċjenti biex jippermetti lill-Awtorità tal-Awditjar tagħmel stima tal-iżball totali tal-popolazzjoni u tfassal opinjoni tal-awditjar valida.

(4)  Pereżempju: l-eliġibilità, l-akkwist pubbliku, l-għajnuna mill-Istat.

(5)  Żbalji aleatorji, sistemiċi jew anomali.

(6)  Pereżempju, wieħed jista' japplika korrezzjonijiet finanzjarji estrapolati u/jew b'rata fissa jekk ikun hemm żbalji sistemiċi u/jew ir-rata tal-iżball totali fuq l-abbozz tal-kontijiet tkun materjali.

(7)  Kolonna B tat-Tabella 10.2.

(8)  Il-livell globali ta' aċċertament jikkorrispondi għal wieħed mill-erba' kategoriji definiti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/646: Kategorija 1 (Taħdem sew. M'hemmx bżonn ta' titjib jew hemm bżonn biss ta' titjib minuri), Kategorija 2 (Taħdem. Hemm bżonn xi titjib), Kategorija 3 (Taħdem parzjalment. Hemm bżonn ta' titjib sostanzjali) u Kategorija 4 (Essenzjalment ma taħdimx).

(9)  Kategoriji 1, 2, 3, 4 kif definiti fit-Tabella 2 — Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/378


26.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 241/11


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1292

tal-25 ta' Settembru 2018

li japprova ċ-ċifenotrin bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 18

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista ta' sustanzi attivi eżistenti li jridu jiġu evalwati biex possibbilment jiġu approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali. Dik il-lista tinkludi ċ-ċifenotrin.

(2)

Iċ-ċifenotrin ġiet evalwata għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip 18, insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta' artropodi oħra, kif deskritt fl-Anness V tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li jikkorrispondi mat-tip ta' prodott 18, kif deskritt fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(3)

Il-Greċja nħatret bħala Stat Membru relatur u l-awtorità kompetenti tagħha għall-evalwazzjoni ppreżentat ir-rapport tal-valutazzjoni flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tagħha fil-11 ta' April 2013.

(4)

F'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1062/2014, l-opinjoni tal-Aġenżija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ġiet ifformulata fl-14 ta' Diċembru 2017 mill-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali, wara li tqiesu l-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti għall-evalwazzjoni (4).

(5)

Mill-Artikolu 90(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, jista' jiġi dedott li s-sustanzi li l-evalwazzjoni tagħhom mill-Istati Membri tkun tlestiet qabel l-1 ta' Settembru 2013 jenħtieġ li jiġu evalwati, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE. Skont l-opinjoni tal-Aġenżija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, il-prodotti bijoċidali tat-tip 18 li fihom iċ-ċifenotrin, jistgħu jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE, diment li jkun hemm konformità ma' ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet li jikkonċernaw l-użu tagħhom.

(6)

Għalhekk, jixraq li ċ-ċifenotrin tiġi approvata għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip 18, diment li jkun hemm konformità ma' ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet.

(7)

L-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi tikkonkludi li ċ-ċifenotrin tissodisfa l-kriterji bħala sustanza persistenti (P) u tossika (T) skont l-Anness XIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(8)

Għall-finijiet tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, iċ-ċifenotrin tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (d) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u għalhekk jenħtieġ li titqies bħala kandidat għas-sostituzzjoni. L-awtorità kompetenti li tirċievi jew, f'każ ta' evalwazzjoni ta' applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tal-Unjoni, l-awtorità kompetenti li tevalwa, jenħtieġ li twettaq valutazzjoni komparattiva bħala parti mill-evalwazzjoni ta' applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni jew għat-tiġdid ta' awtorizzazzjoni ta' prodott bijoċidali li jkun fih iċ-ċifenotrin.

(9)

Billi skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, is-sustanzi li l-evalwazzjoni tagħhom mill-Istati Membri tlestiet qabel l-1 ta' Settembru 2013 jenħtieġ li jiġu approvati skont it-termini tad-Direttiva 98/8/KE, il-perjodu tal-approvazzjoni jenħtieġ li jkun ta' għaxar snin, f'konformità mal-prassi stabbilita f'dik id-Direttiva.

(10)

Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu ta' żmien raġonevoli qabel ma tiġi approvata sustanza attiva sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri preparatorji meħtieġa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda.

(11)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Iċ-ċifenotrin hija approvata bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip 18, diment li jkun hemm konformità mal-ispeċifikazzjonijiet u mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta' Awwissu 2014 dwar il-programm ta' ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).

(4)  L-Opinjoni tal-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali (BPC) fir-rigward tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva ċifenotrin, Tip ta' prodott: 18, ECHA/BPC/183/2017, adottata fl-14 ta' Diċembru 2017.

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).


ANNESS

Isem Komuni

Isem IUPAC

Numri ta' Identifikazzjoni

Grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva (1)

Data tal-approvazzjoni

Data tal-iskadenza tal-approvazzjoni

Tip ta' prodott

Kundizzjonijiet speċifiċi

Ċifenotrin

Isem IUPAC:

(RS)-α-ċjano-3-fenossibenżil (1RS, 3RS;1RS,3SR)-2,2-dimetil-3-(2-metilprop-1-enil) ċiklopropankarbossilat

Nru EC: 254-484-5

Nru tas-CAS: 39515-40-7

92 % w/w (total ta' isomeri)

l-1 ta' Frar 2020

il-31 ta' Jannar 2030

18

Iċ-ċifenotrin jitqies bħala kandidat għas-sostituzzjoni skont il-punt (d) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Fil-valutazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-esponimenti, lir-riskji u lill-effikaċja marbuta ma' kull użu kopert b'applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, iżda li ma jkunx indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju tas-sustanza attiva fil-livell tal-Unjoni.

(2)

Fid-dawl tar-riskji identifikati għall-użi vvalutati, il-valutazzjoni tal-prodott għandha tagħti attenzjoni partikolari:

(a)

għall-utenti professjonali;

(b)

għat-tfal żgħar;

(c)

għall-ilma tal-wiċċ, is-sediment, il-ħamrija u l-ilma tal-pjan, wara t-trattament tal-wiċċ ta' ġewwa;

(d)

għall-mammiferi li jieklu d-dud u dawk li jieklu l-ħut minħabba avvelenament sekondarju, wara t-trattament tal-wiċċ ta' ġewwa.

(3)

Għall-prodotti li jistgħu jwasslu għal residwi fl-ikel jew fl-għalf, għandha tiġi vverifikata l-ħtieġa li jiġu stabbiliti livelli massimi ta' residwi (MRLs) ġodda jew li jiġu emendati l-livelli massimi ta' residwi eżistenti skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew skont ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), u għandha tittieħed kull miżura xierqa ta' mitigazzjoni tar-riskji biex ikun żgurat li l-MRLs applikabbli ma jinqabżux.


(1)  Il-purità indikata f'din il-kolonna kienet il-grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva evalwata. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq jista' jkollha l-istess purità jew purità differenti jekk ikun intwera li teknikament din tkun ekwivalenti għas-sustanza attiva evalwata.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta' limiti ta' residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).


Rettifika

26.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 241/14


Rettifika għar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 300 tal-14 ta' Novembru 2009 )

It-titolu fil-Werrej u t-titolu fil-paġna 72:

minflok:

“Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija”;

aqra:

“Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija”.