ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 231

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
14 ta' Settembru 2018

Werrej

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

REGOLAMENTI

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1230 tat-12 ta' Settembru 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

1

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1231 tat-13 ta' Settembru 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

11

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1232 tal-11 ta' Settembru 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1354/2011 fir-rigward tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż li ġejjin min-Norveġja u minn New Zealand

13

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1233 tat-12 ta' Settembru 2018 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-redfish fiż-żona NAFO 3M minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea

16

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1234 tat-12 ta' Settembru 2018 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti Marrone di Serino/Castagna di Serino (IĠP)

18

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1235 tat-12 ta' Settembru 2018 li jdaħħal isem fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta' Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti Αγκινάρα Ιρίων (Agkinara Irion) (IĠP)

19

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1236 tat-13 ta' Settembru 2018 li jtemm l-investigazzjoni dwar il-possibbiltà ta' ċirkomvenzjoni tal-miżuri antidumping imposti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/82 fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina minn importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku kkunsinnati mill-Kambodja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kambodja u kemm jekk le

20

DEĊIŻJONIJIET

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1237 tat-12 ta' Settembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

27

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1238 tat-13 ta' Settembru 2018 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

37

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.

II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

14.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 231/1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1230

tat-12 ta' Settembru 2018

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) u (3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(2)

Fuq il-bażi ta' rieżami mill-Kunsill, jenħtieġ li tiġi emendata l-informazzjoni dwar ċerti persuni u entitajiet fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Settembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BOGNER-STRAUSS

(1)   ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.

ANNESS

L-entrati li jikkonċernaw il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt, kif jidhru fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014, huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:

Persuni:

Isem

Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“4.

Denis Valentinovich BEREZOVSKIY

(Денис Валентинович БЕРЕЗОВСКИЙ)

Denys Valentynovych BEREZOVSKYY

(Денис Валентинович БЕРЕЗОВСЬКИЙ)

Data tat-twelid: 15.7.1974

Post tat-twelid: Kharkiv, SSR tal-Ukrajna

Berezovskiy inħatar kmandant tal-Forza Navali tal-Ukrajna fl-1 ta' Marzu 2014 iżda wara dan ħa l-ġurament quddiem il-forzi armati tal-Krimea, biex b'hekk kiser il-ġurament tiegħu lill-Forza Navali tal-Ukrajna.

Kien Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed tal-Federazzjoni Russa sa Ottubru 2015.

Mill-2015, jistudja fl-akkademja militari tal-Persunal Ġenerali tal-forzi armati Russi.

17.3.2014

11.

Andrei Aleksandrovich KLISHAS

(Андрей Александрович Клишас)

Data tat-twelid: 9.11.1972

Post tat-twelid: Sverdlovsk

President tal-Kumitat dwar id-Dritt Kostituzzjonali u l-Bini tal-Istat tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa.

Fl-1 ta' Marzu 2014 Klishas appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna. F'dikjarazzjonijiet pubbliċi Klishas ipprova jiġġustifika intervent militari Russu fl-Ukrajna billi ddikjara li “l-President tal-Ukrajna jappoġġa l-appell tal-awtoritajiet tal-Krimea lill-President tal-Federazzjoni Russa dwar l-għoti ta' assistenza komprensiva għad-difiża taċ-ċittadini tal-Krimea”.

17.3.2014

14.

Aleksandr Borisovich TOTOONOV

(Александр Борисович Тотоонов)

Data tat-twelid: 3.4.1957

Post tat-twelid: Ordzhonikidze, Ossezja tat-Tramuntana

Eks Membru tal-Kumitat tal-Affarijiet Internazzjonali tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa. Ir-responsabbiltajiet tiegħu bħala Membru tal-Kunsill tal-Federazzjoni Russa ntemmu f'Settembru 2017.

Minn Settembru 2017 huwa l-Ewwel Viċi President tal-Parlament ta' Ossezja tat-Tramuntana.

Fl-1 ta' Marzu 2014 Totoonov appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

17.3.2014

17.

Sergei Vladimirovich ZHELEZNYAK

(Сергей Владимирович ЖЕЛЕЗНЯК)

Data tat-twelid: 30.7.1970

Post tat-twelid: San Pietruburgu (qabel kien Leningrad)

Eks Viċi Speaker tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa.

Appoġġa b'mod attiv l-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukrajna u l-annessjoni tal-Krimea. Huwa mexxa personalment id-dimostrazzjoni b'appoġġ tal-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukrajna.

Eks Viċi President u attwalment membru tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa.

17.3.2014

22.

Dmitry Olegovich ROGOZIN

(Дмитрий Олегович Рогозин)

Data tat-twelid: 21.12.1963

Post tat-twelid: Moska

Eks Viċi Prim Ministru tal-Federazzjoni Russa. Appella pubblikament għall-annessjoni tal-Krimea.

21.3.2014

28.

Valery Vladimirovich KULIKOV

(Валерий Владимирович Куликов)

Data tat-twelid: 1.9.1956

Post tat-twelid: Zaporozhye, (SSR tal-Ukrajna)

Eks Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Viċi Ammirall.

Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukrajna.

Fis-26 ta' Settembru 2017, permezz ta' Digriet tal-President tal-Federazzjoni Russa, huwa tneħħa minn din il-kariga u mis-servizz militari.

Minn Settembru 2017, huwa membru tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa, fejn jirrappreżenta l-Belt annessa ta' Sevastopol.

21.3.2014

30.

Mikhail Grigorievich MALYSHEV

(Михаил Григорьевич МАЛЫШЕВ)

Mykhaylo Hryhorovych MALYSHEV

(Михайло Григорович МАЛИШЕВ)

Data tat-twelid: 10.10.1955

Post tat-twelid: Simferopol, il-Krimea

President tal-Kummissjoni Elettorali tal-Krimea. Responsabbli għall-amministrazzjoni tar-‘referendum’ tal-Krimea. Responsabbli taħt is-sistema Russa għall-iffirmar tar-riżultati tar-referendum.

Fil-kapaċità ta' President tal-Kummissjoni Elettorali tal-Krimea, huwa ħa sehem fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet presidenzjali Russi tat-18 ta' Marzu 2018 fil-Krimea u Sevastopol, li kienu ġew annessi illegalment, u b'hekk appoġġa b'mod attiv u implimenta politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

21.3.2014

32.

Logutenent Ġenerali Igor Nikolaevich (Mykolayovich) TURCHENYUK

(Игорь Николаевич Турченюк)

Data tat-twelid: 5.12.1959

Post tat-twelid: Osh, SSR tal-Kirgiżistan

Eks Kmandant de facto tat-truppi Russi skjerati fuq il-post fil-Krimea, li kienet ġiet annessa illegalment (li r-Russja għadha ssejjaħ uffiċjalment “milizzji lokali għall-awtodifiża”). Eks Viċi Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar. Attwalment huwa l-Kap tad-Dipartiment tal-Amministrazzjoni Pubblika u s-Sigurtà Nazzjonali fl-Akkademja Militari tal-Persunal Ġenerali Russu.

21.3.2014

47.

Sergey Gennadevich TSYPLAKOV (Сергей Геннадьевич ЦЫПЛАКОВ)

Serhiy Hennadiyovych TSYPLAKOV (Сергiй Геннадiйович ЦИПЛАКОВ)

Data tat-twelid: 1.5.1983

Post tat-twelid: Khartsyzsk, reġjun ta' Donetsk

Wieħed mill-mexxejja tal-organizzazzjoni ideoloġikament radikali, il-“Milizzja Popolari ta' Donbas”. Ħa sehem attiv fil-ħtif ta' għadd ta' binjiet tal-Istat fir-reġjun ta' Donetsk.

Membru tal-“Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk”, eks President u membru attwali tal-“Kumitat tal-Kunsill tal-Poplu għall-Politika dwar l-Informazzjoni u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni”.

29.4.2014

56.

Igor Evgenevich KAKIDZYANOV

(Игорь Евгеньевич КАКИДЗЯНОВ),

Igor Evegenevich KHAKIMZYANOV

(Игорь Евгеньевич ХАКИМЗЯНОВ)

Ihor Yevhenovych KHAKIMZIANOV (KAKIDZIANOV)

(Iгор Євгенович ХАКIМЗЯНОВ (КАКIДЗЯНОВ))

Data tat-twelid: 25.7.1980

Post tat-twelid: Makiivka (oblast ta' Donetsk)

Wieħed mill-eks mexxejja tal-forzi armati tal-awtoproklamata “Repubblika Popolari ta' Donetsk”. L-għan tal-forzi huwa li “jipproteġu l-poplu tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk u l-integrità territorjali tar-repubblika”P skont Pushylin, wieħed mill-mexxejja tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk”P.

Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politiki separatisti.

12.5.2014

60.

Natalia Vladimirovna POKLONSKAYA

(Наталья Владимировна ПОКЛОНСКАЯ)

Data tat-twelid: 18.3.1980

Post tat-twelid: Mikhailovka, reġjun ta' Voroshilovgrad, SSR tal-Ukrajna jew Yevpatoria, SSR tal-Ukrajna

Membru tad-Duma tal-Istat, eletta mir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea li kienet ġiet annessa illegalment.

Eks Prosekutur tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. Implimentat b'mod attiv l-annessjoni tal-Krimea mir-Russja.

Bħalissa Viċi President tal-Kumitat għas-Sigurtà u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa.

12.5.2014

71.

Nikolay Ivanovich KOZITSYN

(Николай Иванович Козицын)

Data tat-twelid: 20.6.1956 jew 6.10.1956

Post tat-twelid: Djerzjinsk, reġjun ta' Donetsk

Kmandant tal-forzi Kosakki.

Responsabbli għall-kmand tas-separatisti fil-Lvant tal-Ukrajna fil-ġlieda kontra l-forzi tal-gvern Ukren.

Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politiki separatisti.

12.7.2014

78.

Sergei Orestovich BESEDA

(Сергей Орестович Беседа)

Data tat-twelid: 17.5.1954

Kmandant tal-Ħames Servizz tal-FSB, is-Servizz Federali ta' Sigurtà tal-Federazzjoni Russa.

Bħala uffiċjali għoli tal-FSB (Kurunell-Ġenerali), huwa jmexxi servizz responsabbli li jissorvelja l-operazzjonijiet ta' intelligence u l-attività internazzjonali.

25.7.2014

79.

Mikhail Vladimirovich DEGTYARYOV/DEGTYAREV

(Михаил Владимирович ДЕГТЯРËВ)

Data tat-twelid 10.7.1981

Post tat-twelid: Post tat-Twelid: Kuibyshev (Samara)

Membru tad-Duma tal-Istat.

Bħala membru tad-Duma huwa ħabbar l-inawgurazzjoni tal-“ambaxxata de facto” tal-hekk imsejħa u mhux rikonoxxuta “Repubblika Popolari ta' Donetsk” f'Moska, huwa jikkontribwixxi għall-ipperikolar jew it-theddid tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Attwalment President tal-Kumitat tad-Duma tal-Istat Russu dwar l-Edukazzjoni Fiżika, l-Isport u l-Affarijiet taż-Żgħażagħ.

25.7.2014

81.

Alexander Nikolayevich TKACHYOV (Александр Николаевич Ткачëв)

Data tat-twelid: 23.12.1960

Post tat-twelid: Vyselki, reġjun ta' Krasnodar

Eks Gvernatur tal-Krasnodar Krai.

Ingħata l-medalja “għal-ħelsien tal-Krimea” mill-Aġent kap tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea għall-appoġġ li pprovda lill-annessjoni illegali tal-Krimea. F'dik l-okkażjoni, l-Aġent Kap tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea qal li Tkachyov kien minn tal-ewwel li esprimew l-appoġġ tagħhom għat-“tmexxija” l-ġdida tal-Krimea.

Eks Ministru għall-Agrikoltura tal-Federazzjoni Russa.

25.7.2014

89.

Oksana TCHIGRINA,

Oksana Aleksandrovna CHIGRINA (CHYHRYNA)

(Оксана Александровна ЧИГРИНА)

Data tat-twelid: possibbilment 23.7.1981

Eks kelliema tal-hekk imsejjaħ “gvern” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Lugansk”P li għamlet dikjarazzjonijiet li jiġġustifikaw fost oħrajn it-twaqqigħ ta' ajruplan militari Ukren, it-teħid ta' ostaġġi, attivitajiet ta' ġlied mill-gruppi armati illegali, li bħala konsegwenza pperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-unità tal-Ukrajna.

Eks kelliema tas-Servizz tal-Istampa tal-LNR.

30.7.2014

102.

Andrei Nikolaevich RODKIN (Андрей Николаевич Родкин)

Data tat-twelid: 23.9.1976

Post tat-twelid: Moska

Eks Rappreżentant f'Moska tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”. Fid-dikjarazzjonijiet tiegħu, tkellem fost l-oħrajn dwar kif il-milizzji jinsabu lesti jmorru għal gwerra tal-gwerillieri u s-sekwestru tagħhom ta' sistemi ta' armi mill-forzi armati Ukreni. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Wieħed mill-eks mexxejja tal-“Unjoni ta' Voluntiera ta' Donbas”.

12.9.2014

117.

Aleksey Vasilevich NAUMETS

(Алексей Васильевич Haумец)

Data tat-twelid: 11.2.1968

Maġġur Ġeneral tal-Armata Russa. Eks kmandant tas-76 diviżjoni tal-ajru li kienet involuta fil-preżenza militari Russa fit-territorju tal-Ukrajna, partikolarment waqt l-annessjoni illegali tal-Krimea. Mill-2018 Viċi Kap tal-Persunal tal-Forzi tal-Ajru.

12.9.2014

120.

Sergey Yurievich KOZYAKOV

(Сергей Юрьевич КОЗЬЯКОВ)

Serhiy Yuriyovych KOZYAKOV

(Сергiй Юрiйович КОЗЬЯКОВ)

Data tat-twelid: 29.9.1982 jew 23.9.1982

Fil-kapaċità li kellu qabel bħala l-hekk imsejjaħ “Kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali ta' Luhansk” kien responsabbli mill-organizzazzjoni tal-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tat-2 ta' Novembru 2014 fir-“Repubblika Popolari ta' Luhansk”. Dawn “l-elezzjonijiet” kienu ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali. Bejn Ottubru 2015 u Diċembru 2017 hekk imsejjaħ “Ministru għall-Ġustizzja” tar-“Repubblika Popolari ta' Luhansk”.

Billi assuma u aġixxa f'dawn il-kapaċitajiet, u billi organizza l-“elezzjonijiet”P illegali, huwa għaldaqstant b'mod attiv appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna.

29.11.2014

138.

Alexandr Vasilievich SHUBIN

(Александр Васильевич ШУБИН)

Data tat-twelid: 20.5.1972 jew 30.5.1972

Post tat-twelid: Luhansk

Hekk imsejjaħ eks “Ministru għall-Ġustizzja”P, tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk” illegali. President tal-“Kummissjoni Elettorali Ċentrali” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk” minn Ottubru 2015 'l hawn.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

16.2.2015

141.

Ekaterina Vladimirovna FILIPPOVA (Екатерина Владимировна ФИЛИППОВА)

Kateryna Volodymyrivna FILIPPOVA

(Катерина Володимирiвна ФIЛIППОВА

Data tat-twelid: 20.1.1988

Post tat-twelid: Krasnoarmëisk

L-hekk imsejħa eks “Ministru għall-Ġustizzja” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità, hija għaldaqstant appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

16.2.2015

146.

Zaur Raufovich ISMAILOV

(Заур Рауфович ИСМАИЛОВ)

Zaur Raufovych ISMAYILOV

(Заур Рауфович IСМАЇЛОВ)

Data tat-twelid: 25.7.1978 (jew 23.3.1975)

Post tat-twelid: Krasny Luch, Voroshilovgrad, reġjun ta' Lugansk

Kien l-hekk imsejjaħ “Prosekutur Ġenerali” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Lugansk” (sa Ottubru 2017). Bħalissa jaġixxi bħala hekk imsejjaħ “Ministru għall-Ġustizzja” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Lugansk”P.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

16.2.2015

164.

Aleksandr YurevichPETUKHOV /

Aleksandr Yurievich PETUKHOV

(Александр Юрьевич ПЕТУХОВ)

Oleksandr Yuriyovych PIETUKHOV

(Олександр Юрійович ПЄТУХОВ)

Data tat-twelid: 17.7.1970

Eks President tal-Kummissjoni Elettorali ta' Sevastopol. F'din il-kapaċità huwa ħa sehem fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet presidenzjali Russi tat-18 ta' Marzu 2018 fil-Krimea u Sevastopol, li ġew annessi illegalment, u b'hekk appoġġa b'mod attiv u implimenta politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

14.5.2018”

Entitajiet

Isem

Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“3.

L-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Lugansk”

“Луганская народная республика”

“Luganskaya narodnaya respublika”

Informazzjoni uffiċjali:

https://glava-lnr.info/

https://sovminlnr.ru/

https://nslnr.su/

L-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Lugansk” ġiet stabbilita fis-27 ta' April 2014.

Responsabbli għall-organizzazzjoni tar-referendum illegali fil-11 ta' Mejju 2014. Dikjarazzjoni tal-indipendenza fit-12 ta' Mejju 2014.

Fit-22 ta' Mejju 2014, l-hekk imsejħin “Repubbliki Popolari” ta' Donetsk u Lugansk ħolqu l-hekk imsejjaħ “Stat Federali ta' Novorossiya”.

Dan huwa bi ksur tal-liġi kostituzzjonali Ukrena, u, bħala konsegwenza, tad-dritt internazzjonali, u għaldaqstant jipperikola l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Hija involuta wkoll fir-reklutaġġ tal-“Armata tax-Xlokk” separatista u gruppi separatisti illegali armati oħrajn, u għaldaqstant tipperikola l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukrajna.

25.7.2014

4.

L-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”

“Донецкая народная республика”

“Donétskaya naródnaya respúblika”

Informazzjoni uffiċjali:

https://dnr-online.ru/

http://av-zakharchenko.su/

http://smdnr.ru/

https://dnrsovet.su/

L-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk” ġiet iddikjarata fis-7 ta' April 2014.

Responsabbli għall-organizzazzjoni tar-referendum illegali fil-11 ta' Mejju 2014. Dikjarazzjoni tal-indipendenza fit-12 ta' Mejju 2014.

Fl-24 ta' Mejju 2014, l-hekk imsejħin “Repubbliki Popolari” ta' Donetsk u Lugansk iffirmaw ftehim dwar il-ħolqien tal-hekk imsejjaħ “Stat Federali ta' Novorossiya”.

Dan huwa bi ksur tal-liġi kostituzzjonali Ukrena, u, bħala konsegwenza, tad-dritt internazzjonali, u għaldaqstant jipperikola l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Hija involuta wkoll fir-reklutaġġ tal- gruppi separatisti illegali armati, u għaldaqstant iddgħajjef l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukrajna.

25.7.2014

6.

Unjoni Internazzjonali ta' Assoċjazzjonijiet Pubbliċi “Great Don Army”

Международный Союз Общественных Объединений “Всевеликое Войско Донское”

Informazzjoni uffiċjali:

http://xn--80aaa ajfjszd7a3b0e.xn--p1ai/

Nru tat-telefon:

+7-8-908-178-65-57

Media soċjali: Gwardja Nazzjonali Kosakka http://vk.com/kazak_nac_guard

Indirizz: 346465 Russia, Rostov Region, October District, St Zaplavskaya, Str Shosseynaya 1

It-tieni indirizz: Voroshilovskiy Prospekt 12/85-87/13, Rostov-on-Don

Il-“Great Don Army” stabbilixxiet il-“Gwardja Nazzjonali Kosakka”, responsabbli għall-ġlied kontra l-forzi tal-Gvern Ukren fl-Ukrajna tal-Lvant, u għaldaqstant ipperikolat l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna kif ukoll heddet l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukrajna.

Assoċjata mas-Sur Nikolay Kozitsyn, li huwa Kmandant tal-forzi Kosakki u responsabbli għat-tmexxija tas-separatisti fl-Ukrajna tal-Lvant li qed jiġġieldu kontra l-forzi tal-gvern Ukren.

25.7.2014

7.

“Sobol”

“Соболь”

Informazzjoni uffiċjali:

http://soboli.net

Media soċjali:

http://vk.com/sobolipress

Nru tat-telefon:

(0652) 60-23-93

Posta elettronika: SoboliPress@gmail.com

Indirizz: Crimea, Simferopol, str. Kiev, 4 (area bus station ‘Central’).

Organizzazzjoni paramilitari radikali, responsabbli għall-appoġġ bla ħabi tal-użu tal-forza biex jintemm il-kontroll tal-Ukrajna fuq il-Krimea, u għaldaqstant tipperikola l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Responsabbli għat-taħriġ ta' separatisti biex jiġġieldu kontra l-forzi tal-gvern Ukren fil-Lvant tal-Ukrajna, u għaldaqstant thedded l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukrajna.

25.7.2014

8.

L-hekk imsejħa “Gwardja ta' Lugansk”

“Луганская гвардия”

Media soċjali u informazzjoni oħra:

https://vk.com/luguard

http://vk.com/club68692201

https://vk.com/luguardnews

Milizzja għall-awtodifiża ta' Lugansk, responsabbli għat-taħriġ ta' separatisti biex jiġġieldu kontra l-forzi tal-gvern Ukren fl-Ukrajna tal-Lvant, u għaldaqstant jheddu l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukrajna.

Assoċjata mas-Sur German PROPOKIV, mexxej attiv li huwa responsabbli li ħa parti fit-teħid tal-bini tal-uffiċċju reġjonali ta' Lugansk tas-Servizz tas-Sigurtà Ukren u rreġistra filmat b'dikjarazzjoni lill-President Putin u r-Russja mill-bini okkupat.

25.7.2014

9.

L-hekk imsejħa “Armata tax-Xlokk”

“Армии Юго-Востока”

http://lugansk-online.info/statements

Media soċjali:

http://vk.com/lugansksbu

Grupp separatista illegali armat li huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-aktar importanti fl-Ukrajna tal-Lvant.

Responsabbli għall-okkupazzjoni tal-bini tas-Servizz tas-Sigurtà fir-reġjun ta' Lugansk.

Assoċjat mas-Sur Valeriy BOLOTOV, li kien elenkat bħala wieħed mill-mexxejja tal-grupp.

Assoċjat mas-Sur Vasyl NIKITIN, responsabbli għall-attivitajiet “governamentali” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk”.

25.7.2014

10.

L-hekk imsejħa “Milizzja Popolari ta' Donbass”“Нарoдное oпoлчéние Дoнбáсса”

Media soċjali:

http://vk.com/polkdonbassa

+ 38-099-445-63-78;

+ 38-063-688-60-01;

+ 38-067-145-14-99;

+ 38-094-912-96-60;

+ 38-062-213-26-60

Posta elettronika: voenkom.dnr@mail.ru

mobilisation@novorossia.co

polkdonbassa@mail.ru

Volontarji fuq it-telefon fir-Russja:

+ 7 (926) 428-99-51

+ 7 (967) 171-27-09

jew posta elettronika novoross24@mail.ru

Indirizz: Donetsk. Prospect Zasyadko.13

Grupp separatista armat illegali responsabbli għall-ġlied kontra l-forzi tal-gvern Ukren fl-Ukrajna tal-Vant, u b'hekk ġew mhedda l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukrajna. Fost l-oħrajn, il-grupp militanti ħa l-kontroll ta' diversi binjiet tal-gvern fl-Ukrajna tal-Lvant kmieni f'April 2014, u għaldaqstant dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Huwa assoċjat mas-Sur Pavel Gubarev, li huwa responsabbli għat-teħid tal-bini tal-gvern reġjonali f'Donetsk b'forzi favur ir-Russi u li pproklama lilu nnifsu l-“gvernatur tal-poplu”.

25.7.2014

11.

“Battaljun Vostok”

“Батальон Восток”

Media soċjali:

http://vk.com/patriotic_forces_of_donbas

http://patriot-donetsk.ru/

info.patriot.donbassa@gmail.com

Grupp separatista illegali armat li huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-aktar importanti fl-Ukrajna tal-Lvant. Responsabbli għall-ġlied kontra l-forzi tal-Gvern Ukren fl-Ukrajna tal-Lvant, u għaldaqstant jhedded l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukrajna.

Ipparteċipa b'mod attiv f'operazzjonijiet militari li wasslu għall-ħtif tal-Ajruport ta' Donetsk.

Parti mill-hekk imsejjaħ “L-ewwel Korp tal-Armata” tal-forzi armati tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

25.7.2014

16.

Intrapriża Baġitarja tal-Istat Federali “Sanatorium Nizhnyaya Oreanda” tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (qabel magħrufa bħala ċ-Ċentru “Nizhnyaya Oreanda” Санаторий “Нижняя Ореанда”)

Iċ-ċentru “Nizhnyaya Oreanda”, 298658, Yalta, Oreanda

(298658, г.Ялта, пгт. Ореанда, Санаторий ‘Нижняя Ореанда’)

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kuntrarjament għal-liġi Ukrena. Fil-21 ta' Marzu 2014 l-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni “Dwar il-kwistjonijiet tal-ħolqien ta' Assoċjazzjoni ta' sanatorji u ċentri” Nru 1767-6/14 li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu liċ-ċentru “Nizhnyaya Oreanda” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“Pawtoritajiet” tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fid-9 ta' Ottubru 2014 bħala Intrapriża Baġitarja tal-Istat Federali “Sanatorium Nizhnyaya Oreanda” tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (ФЕДЕРАЛЬНОЕ ГОСУДАРСТВЕННОЕ БЮДЖЕТНОЕ УЧРЕЖДЕНИЕ “САНАТОРИЙ “НИЖНЯЯ ОРЕАНДА” УПРАВЛЕНИЯ ДЕЛАМИ ПРЕЗИДЕНТА РОССИЙСКОЙ ФЕДЕРАЦИИ”). Fundatur: L-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (УПРАВЛЕНИЯ ДЕЛАМИ ПРЕЗИДЕНТА РОССИЙСКОЙ ФЕДЕРАЦИИ).

25.7.2014

17.

Intrapriża tar-Repubblika tal-Krimea “Azov distillery plant”

Крымское республиканское предприятие “Азовский ликёро-водочннй завод”

Azovsky likerovodochny zavod

40 Zeleznodorozhnaya str.,

296178 Azovskoye, distrett ta' Jankoysky

(Джанкойский район, 296178

пгт. Азовское, ул. Железнодорожная, 40)

kodiċi: 01271681

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kuntrarjament għal-liġi Ukrena. Fid-9 ta' April 2014 il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni Nru 1991-6/14 “Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Krimea” tas-26 ta' Marzu 2014 Nru 1836-6/14 “Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agroindustrijali, li jinsab fit-territorju tar-Repubblika tal-Krimea” li tiddikjara l-approprjazzjoni ta' assi li jappartjenu lil “Azovsky likerovodochny zavod” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea.

Għaddejjin proċedimenti ta' falliment.

25.7.2014

21.

JOINT-STOCK COMPANY ALMAZ-ANTEY AIR AND SPACE DEFENCE CORPORATION

Акционерное общество “Концерн воздушно-космической обороны “Алмаз — Антей””

(magħrufa wkoll bħala CONCERN ALMAZ-ANTEY; ALMAZ-ANTEY CORP; magħrufa wkoll bħala ALMAZ-ANTEY DEFENSE CORPORATION; magħrufa wkoll bħala ALMAZ-ANTEY JSC; Концерн ВКО ‘Алмаз — Антей’;)

41 ul.Vereiskaya street, Moscow 121471, Russian Federation;

Sit web: almaz-antey.ru;

Indirizz Elettroniku antey@almaz-antey.ru

Almaz-Antey hija kumpannija Russa proprjetà tal-Istat. Timmanifattura armi kontra l-inġenji tal-ajru inkluż missili mill-art għall-ajru li hija tforni lill-armata Russa. L-awtoritajiet Russi qegħdin ifornu armamenti tqal lis-separatisti fil-Lvant tal-Ukrajna, li kkontribwixxew għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Dawn l-armi jintużaw mis-separatisti, inkluż għat-twaqqigħ ta' ajruplani. Għalhekk, bħala kumpannija proprjetà tal-Istat, Almaz-Antey tikkontribwixxi għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

30.7.2014

24.

Donetsk Republic

(Organizzazzjoni pubblika)

Донецкая республика

Informazzjoni uffiċjali:

http://oddr.info/

“Organizzazzjoni” pubblika li ppreżentat kandidati fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk” fit-2 ta' Novembru 2014. Dawn l-“elezzjonijiet” huma bi ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali.

Fil-parteċipazzjoni formali fl-“elezzjonijiet” illegali hija għalhekk appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukrajna. Immexxija minn Alexander ZAKHARCHENKO u mnedija minn Andriy PURGIN.

29.11.2014

25.

Paċi għar-Reġjun ta' Luhansk (Mir Luganschine) Мир Луганщине

https://mir-lug.info/

“Organizzazzjoni” pubblika li ppreżentat kandidati fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk” fit-2 ta' Novembru 2014. Dawn l-“elezzjonijiet” huma bi ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali.

Fil-parteċipazzjoni formali fl-“elezzjonijet” illegali hija għalhekk appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukrajna.

29.11.2014

28.

Luhansk Economic Union (Luganskiy Ekonomicheskiy Soyuz)

Луганский экономический союз

Informazzjoni uffiċjali:

https://nslnr.su/about/obshchestvennye-organizatsii/337/

“Organizzazzjoni soċjali” li ppreżentat kandidati fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” illegali tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk” fit-2 ta' Novembru 2014. Innominat kandidat, Oleg AKIMOV, se jkun “Kap” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk”. Dawn l-“elezzjonijiet” huma bi ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali.

Battaljun Sparta

Батальон “Спарта”

Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Parti mill-hekk imsejjaħ “L-ewwel Korp tal-Armata”P tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk”. Imsemmi bħala unità militari 08806. F'Novembru 2017, l-unità ssemmiet għall-kmandant militari separatist assassinat Arsen Pavlov (magħruf ukoll bħala Motorola).

16.2.2015

33.

Brigata Prizrak

Бригада “Призрак”

mail@prizrak.info

Тel: 8985 130 9920

Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Parti mill-hekk imsejjaħ “It-tieni Korp tal-Armata” tar-“Repubblika Popolari ta' Lugansk”.

Jissejjaħ ukoll l-14-il Battaljun Motorizzat tal-Azzarini.

16.2.2015”

14.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 231/11

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1231

tat-13 ta' Settembru 2018

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 tat-30 ta' Awwissu 2017 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 47(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-30 ta' Awwissu 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2017/1509.

(2)

Fit-8 ta' Awwissu 2018, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-KSNU emenda l-annotazzjoni ta' entità waħda soġġetta għal miżuri restrittivi.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness XIII għar-Regolament (UE) 2017/1509 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XIII għar-Regolament (UE) 2017/1509 huwa b'dan emendat kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Settembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BOGNER-STRAUSS

(1)   ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1.

ANNESS

Fl-Anness XIII għar-Regolament (UE) 2017/1509, entrata 71 taħt l-intestatura “(b) Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi” tinbidel b'dan li ġej:

Isem

Magħruf ukoll bħala

Post

Data tad-deżinjazzjoni min-NU

Informazzjoni oħra

“71.

PRO-GAIN GROUP CORPORATION

30.3.2018

Kumpannija li tappartjeni lil Tsang Yung Yuan jew ikkontrollata minnu u involuta fi trasferimenti illeċiti ta' faħam tar-RDPK.”.

14.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 231/13

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1232

tal-11 ta' Settembru 2018

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1354/2011 fir-rigward tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż li ġejjin min-Norveġja u minn New Zealand

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 187 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1354/2011 (2) jipprevedi l-ftuħ ta' kwoti tariffarji annwali tal-Unjoni fuq l-importazzjoni għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż, fosthom dawk li ġejjin min-Norveġja u minn New Zealand.

(2)

L-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1354/2011 jipprevedi li l-kwoti tariffarji miftuħa permezz ta' dak ir-Regolament iridu jkunu ġestiti skont l-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (3).

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill tal-Kunsill (KE) Nru 992/95 (4) jipprevedi l-ftuħ ta' kwoti tariffarji annwali tal-Unjoni fuq l-importazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fin-Norveġja. L-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament jipprevedi li l-kwoti tariffarji miftuħa permezz ta' dak ir-Regolament iridu jkunu ġestiti skont l-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.

(4)

L-Unjoni Ewropea u n-Norveġja kkonkludew ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri li jikkonċerna l-preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli (“il-Ftehim man-Norveġja”). Il-Ftehim man-Norveġja ġie approvat f'isem l-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/760 (5).

(5)

Il-Ftehim man-Norveġja se jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tielet xahar wara d-data tad-depożitu tal-aħħar strument ta' approvazzjoni. L-aħħar depożitu sar fis-16 ta' Lulju 2018. Għalhekk, il-Ftehim man-Norveġja se jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2018. L-Anness IV tal-Ftehim man-Norveġja jipprevedi l-konsolidazzjoni ta' żewġ kwoti ta' prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0210 u 0204, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 992/95 u bir-Regolament ta' Implimentazzjoni ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1354/2011 rispettivament, fi kwota tariffarja unika.

(6)

Fl-interess taċ-ċarezza u ċ-ċertezza tad-dritt, jenħtieġ li din il-kwota tariffarja unika tinfetaħ u tiġi ġestita skont ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Għalhekk, jenħtieġ li l-kwota tariffarja ta' prodotti li ġejjin min-Norveġja li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0204 titneħħa simultanjament mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1354/2011 abbażi tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(7)

Ir-Regolament il-ġdid li jiftaħ il-kwota tariffarja unika fuq l-importazzjonijiet li ġejjin min-Norveġja li trid tiġi adottata skont ir-Regolament (UE) Nru 952/2013, se japplika mill-1 ta' Ottubru 2018. Għalhekk, jenħtieġ li l-emenda korrispondenti għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1354/2011 tapplika mill-istess data.

(8)

Bl-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, it-territorju doganali tal-Unjoni kiber. Konsegwentement, skont ir-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), l-Unjoni daħlet f'negozjati mal-membri tad-WTO li għandhom drittijiet ta' negozjar mal-Istat Membru aderenti sabiex jintlaħaq ftehim dwar l-aġġustamenti kumpensatorji.

(9)

Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea (“il-Ftehim ma' New Zealand”) ġie inizjalat fit-18 ta' Mejju 2017. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1363 (7) awtorizzat l-iffirmar tiegħu, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1030 (8) ikkonkludiet il-Ftehim. Il-Ftehim ma' New Zealand jipprevedi ż-żieda mal-kwota tariffarja annwali allokata lil New Zealand, ta' kwantità ta' 135 tunnellata (l-ekwivalenti tal-piż tal-karkassi) li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0204.

(10)

Għall-finijiet tal-amministrazzjoni xierqa tal-kwota tariffarja prevista mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1354/2011, jenħtieġ li l-kwantità addizzjonali tkun disponibbli fl-1 ta' Ottubru 2018.

(11)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1354/2011 jiġi emendat skont dan. Jenħtieġ li l-emendi japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehimiet man-Norveġja u ma' New Zealand.

(12)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni għal Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1354/2011 jinbidel bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Ottubru 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Settembru 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni

(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1354/2011 tal- 20 ta' Diċembru 2011 li jiftaħ il-kwoti tariffarji tal-Unjoni għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż (ĠU L 338, 21.12.2011, p. 36).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 992/95 tal-10 ta' April 1995 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffi tal-Komunità għall-ċerti prodotti agrikoli u tas-sajd li joriġinaw fin-Norveġja (ĠU L 101, 4.5.1995, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/760 tal-14 ta' Mejju 2018 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli (ĠU L 129, 25.5.2018, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1363 tas-17 ta' Lulju 2017 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 191, 22.7.2017, p. 1).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1030 tat-13 ta' Lulju 2018 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 185, 23.7.2018, p. 1).

ANNESS

“ANNESS

IL-KWOTI TARIFFARJI TAL-UNJONI GĦAL-LAĦAM TAN-NAGĦAĠ U GĦAL-LAĦAM TAL-MOGĦOŻ (F'TUNNELLATI (T) TA' EKWIVALENTI TAL-PIŻ TAL-KARKASSI)

Kodiċijiet tan-NM

Dazju “ad valorem”

%

Dazju speċifiku

EUR/100 kg

Numru tas-serje skont il-prinċipju li min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel

Oriġini

Volum annwali f'tunnellati ta' ekwivalenti tal-piż tal-karkassi

Annimali ħajjin (Koeffiċjent = 0,47)

Laħam tal-ħaruf bla għadam (1) (Koeffiċjent = 1,67)

Laħam tal-muntun/tan-nagħaġ bla għadam (2) (Koeffiċjent = 1,81)

Karkassi u laħam bl-għadam (Koeffiċjent = 1,00)

0204

Żero

Żero

09.2101

09.2102

09.2011

L-Arġentina

23 000

09.2105

09.2106

09.2012

L-Awstralja

19 186

09.2109

09.2110

09.2013

New Zealand

228 389

09.2111

09.2112

09.2014

L-Urugwaj

5 800

09.2115

09.2116

09.1922

Iċ-Ċilì (3)

8 000

09.2125

09.2126

09.0693

Greenland

100

09.2129

09.2130

09.0690

Il-Gżejjer Faeroe

20

09.2131

09.2132

09.0227

It-Turkija

200

09.2171

09.2175

09.2015

Oħrajn (4)

200

09.2178

09.2179

09.2016

Erga omnes  (5)

200

0104 10 30

0104 10 80

0104 20 90

10 %

Żero

09.2181

09.2019

Erga omnes  (5)

92

(1)  U laħam tal-gidi.

(2)  U laħam tal-mogħoż minbarra dak tal-gidi.

(3)  Il-kwota tariffarja għaċ-Ċilì tiżdied b'200 t fis-sena.

(4)   “Oħrajn” għandha tirreferi għall-membri kollha tad-WTO minbarra l-Arġentina, l-Awstralja, New Zealand, l-Urugwaj, iċ-Ċilì, Greenland u l-Iżlanda.

(5)   “ Erga omnes ” għandha tirreferi għall-pajjiżi kollha tal-oriġini, inklużi dawk imsemmija f'din it-tabella.

14.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 231/16

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1233

tat-12 ta' Settembru 2018

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-redfish fiż-żona NAFO 3M minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2018.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament li għamlu l-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi f'dak l-Anness jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2018.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fih għall-2018 għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi f'dak l-Anness jew li huma rreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, wara dik id-data għandu jkun ipprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Settembru 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Id-Direttur Ġenerali

Id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 tat-23 ta' Jannar 2018 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2018 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 (ĠU L 27, 31.1.2018, p. 1).

ANNESS

Nru

17/TQ120

Stat Membru

L-Unjoni Ewropea (L-Istati Membri kollha)

Stokk

RED/N3M.

Speċi

Redfish (Sebastes spp.)

Żona

NAFO 3M

Data tal-għeluq

24.8.2018 fit-15:00 UTC

14.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 231/18

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1234

tat-12 ta' Settembru 2018

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti “Marrone di Serino”/“Castagna di Serino” (IĠP)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Italja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Marrone di Serino”/“Castagna di Serino” ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk id-denominazzjoni “Marrone di Serino”/“Castagna di Serino” jenħtieġ li tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Marrone di Serino”/“Castagna di Serino” (IĠP) hija b'dan irreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Settembru 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni

(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU C 75, 28.2.2018, p. 6.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).

14.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 231/19

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1235

tat-12 ta' Settembru 2018

li jdaħħal isem fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta' Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti “Αγκινάρα Ιρίων” (Agkinara Irion) (IĠP)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta' Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-applikazzjoni tal-Greċja biex l-isem “Αγκινάρα Ιρίων” (Agkinara Irion) jiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk l-isem “Αγκινάρα Ιρίων” (Agkinara Irion) jenħtieġ li jiġi rreġistrat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem “Αγκινάρα Ιρίων” (Agkinara Irion) (IĠP) huwa rreġistrat.

L-isem imsemmi fl-ewwel paragrafu jidentifika prodott tal-klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Settembru 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni

(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU C 53, 13.2.2018, p. 7.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).

14.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 231/20

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1236

tat-13 ta' Settembru 2018

li jtemm l-investigazzjoni dwar il-possibbiltà ta' ċirkomvenzjoni tal-miżuri antidumping imposti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/82 fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina minn importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku kkunsinnati mill-Kambodja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kambodja u kemm jekk le

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (ir-“Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikoli 13 u 14(5) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri eżistenti

(1)

Il-Kunsill, wara investigazzjoni antidumping (“l-investigazzjoni oriġinali”), impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”) permezz tar-Regolament (KE) Nru 1193/2008 (2). Il-miżuri ħadu l-forma ta' dazju ad valorem li jvarja bejn 6,6 % u 42,7 %.

(2)

Bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/82 (3), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”), wara rieżami ta' skadenza u rieżami interim parzjali (“l-investigazzjonijiet preċedenti”) skont l-Artikolu 11(2) u (3) tar-Regolament bażiku rispettivament, żammet il-miżuri definittivi u emendat il-livell tagħhom. Id-dazji antidumping definittivi fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku li joriġinaw mir-RPĊ ivarjaw bejn il-15,3 % u 42,7 % (“il-miżuri fis-seħħ”).

(3)

Permezz tar-Regolament (UE) 2016/32 (4), il-Kummissjoni, wara investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, estendiet id-dazju kontra d-dumping ta' 42,7 % impost fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku li joriġinaw mir-RPĊ għal importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku kkunsinnati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le.

1.2.   Talba

(4)

Il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku biex tinvestiga l-possibbiltà ta' ċirkomvenzjoni tal-miżuri antidumping imposti fuq aċidu ċitriku li joriġina mir-RPĊ minn importazzjonijiet konsenjati mill-Kambodja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kambodja u kemm jekk le, u biex tagħmel tali importazzjonijiet suġġetti għar-reġistrazzjoni.

(5)

It-talba saret fit-30 ta' Ottubru 2017 mill-industrija Ewropea li timmanifattura l-aċidu ċitriku.

(6)

It-talba kien fiha biżżejjed evidenza dwar bidla fix-xejra tal-kummerċ bejn l-Unjoni, ir-RPĊ u l-Kambodja li dehret li tinbet minn prassi, proċess jew xogħol li għalihom ma kienx hemm kawża dovuta jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr l-impożizzjoni tad-dazju, jiġifieri t-trasbord, b'operazzjonijiet ta' proċessar minuri jew mingħajrhom, tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ via l-Kambodja lejn l-Unjoni.

(7)

Barra minn hekk, it-talba kien fiha biżżejjed evidenza li l-prassi msemmija iktar 'il fuq kienet qed timmina l-effetti rimedjali tal-miżuri antidumping eżistenti, kemm f'termini tal-kwantitajiet, kif ukoll tal-prezzijiet, u li l-prezzijiet tal-prodott taħt investigazzjoni kienu l-oġġett ta' dumping f'relazzjoni mal-valur normali stabbilit preċedentement għall-prodott ikkonċernat.

1.3.   Il-prodott ikkonċernat u l-prodott taħt investigazzjoni

(8)

Il-prodott ikkonċernat mill-possibbiltà ta' ċirkomvenzjoni huwa l-aċidu ċitriku (inkluż iċ-ċitrat trisodiku diidrat (“melħ ċitriku”)), li jaqa' taħt il-kodiċijiet NM ex 2918 14 00 (il-kodiċi TARIC 2918140090) u ex 2918 15 00 (il-kodiċi TARIC 2918150019) u li joriġina mir-RPĊ (“il-prodott ikkonċernat”).

(9)

Il-prodott taħt investigazzjoni huwa l-istess bħal dak definit fil-premessa preċedenti, iżda kkonsenjat mill-Kambodja, kemm jekk iddikjarat li joriġina fil-Kambodja u kemm jekk le, u li bħalissa jaqa' taħt l-istess kodiċijiet tan-NM bħall-prodott ikkonċernat (“il-prodott taħt investigazzjoni”).

(10)

L-investigazzjoni wriet li l-aċidu ċitriku u l-melħ ċitriku, esportati mir-RPĊ għall-Unjoni u dawk ikkonsenjati mill-Kambodja għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi u għandhom l-istess użi, u għaldaqstant għandhom jitqiesu li huma prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

1.4.   Bidu

(11)

Wara li ddeterminat, wara li infurmat lill-Istati Membri, li kien hemm biżżejjed evidenza biex tinbeda investigazzjoni skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ddeċidiet li tinvestiga ċ-ċirkomvenzjoni possibbli tal-miżuri antidumping imposti fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw mir-RPĊ u li tagħmel l-importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku kkonsenjati mill-Kambodja, kemm jekk huma ddikjarati li joriġinaw mill-Kambodja, kemm jekk le, soġġetti għar-reġistrazzjoni.

(12)

L-investigazzjoni nbdiet permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2300 tat-13 ta' Diċembru 2017 (5) (“ir-Regolament tal-bidu”).

1.5.   Il-perjodu ta' investigazzjoni u l-perjodu ta' rapportar

(13)

L-investigazzjoni kopriet il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2014 sat-30 ta' Settembru 2017 (“il-perjodu ta' investigazzjoni”, jew “PI”). Ġiet miġbura data għall-perjodu ta' investigazzjoni biex tiġi investigata, fost l-oħrajn, il-bidla allegata fix-xejra tal-kummerċ wara l-kontinwazzjoni tal-miżuri kif ukoll wara ż-żieda tad-dazji antidumping definittivi permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/82 u l-eżistenza ta' prassi, proċess jew xogħol li għalihom ma kienx hemm kawża dovuta jew ġustifikazzjoni ekonomika għajr l-impożizzjoni tad-dazju. Inġabret data aktar iddettaljata għall-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2016 sat-30 ta' Settembru 2017 (“il-perjodu ta' rapportar” jew “PR”) sabiex jiġi eżaminat jekk l-importazzjonijiet kinux qed jimminaw l-effett ta' rimedju tal-miżuri fis-seħħ f'dak li għandu x'jaqsam ma' prezzijiet u/jew kwantitajiet u l-eżistenza ta' dumping.

1.6.   Investigazzjoni

(14)

Il-Kummissjoni uffiċjalment infurmat lill-awtoritajiet tar-RPĊ u tal-Kambodja, lill-produtturi esportaturi u l-kummerċjanti f'dawk il-pajjiżi, lill-importaturi fl-Unjoni li kien magħruf li kienu kkonċernati, u lill-industrija tal-Unjoni dwar il-bidu tal-investigazzjoni. Intbagħtu Kwestjonarji/Formoli għal Talba ta' Eżenzjoni lill-produtturi/esportaturi fil-Kambodja u fir-RPĊ fl-Unjoni magħrufa mill-Kummissjoni jew li kienu ppreżentaw ruħhom qabel l-iskadenzi stabbiliti fil-premessa 16 tar-Regolament tal-bidu.

(15)

Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ skont iż-żmien stipulat fir-Regolament tal-bidu.

(16)

Tweġibiet għall-kwestjonarji/formoli ta' eżenzjoni waslu minn produttur esportatur wieħed mill-Kambodja, Wang Kang Biochemical Co., Ltd. (“WKB”), u ħames importaturi tal-Unjoni.

(17)

Saret żjara ta' verifika f'Marzu tal-2018 fil-bini ta' WKB.

(18)

Il-Kummissjoni kkonsultat ukoll bosta dipartimenti u aġenziji governattivi fil-Kambodja, inkluż il-Ministeru tal-Kummerċ, il-Ministeru tal-Finanzi, il-Ministeru tal-Industrija u l-Artiġjanat, l-Awtoritajiet Doganali u l-Kunsill ta' Żvilupp tal-Kambodja.

2.   IR-RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI

2.1.   Kunsiderazzjonijiet ġenerali

(19)

F'konformità mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, jinħtieġ li l-elementi li ġejjin jiġu analizzati suċċessivament sabiex tiġi vvalutata ċ-ċirkomvenzjoni possibbli:

jekk kienx hemm tibdil fix-xejra tal-kummerċ bejn il-Kambodja, ir-RPĊ u l-Unjoni,

jekk din il-bidla nibtitx minn xi prattika, proċess jew ħidma li għalihom ma kienx hemm raġuni jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr l-impożizzjoni tal-miżuri antidumping fis-seħħ,

jekk kienx hemm evidenza ta' ħsara jew l-effetti rimedjali tal-miżuri antidumping fis-seħħ ġewx imminati f'termini tal-prezzijiet u/jew tal-kwantitajiet tal-prodott taħt investigazzjoni, u

jekk kienx hemm evidenza ta' dumping f'paragun mal-valuri normali li kienu ġew stabbiliti qabel għall-prodott ikkonċernat.

2.2.   Bidla fix-xejra tal-kummerċ

(20)

Il-bidliet fix-xejra tal-kummerċ bejn il-Kambodja, ir-RPĊ u l-Unjoni fil-PI huma analizzati fuq il-bażi tal-istatistika tal-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-Kambodja.

(21)

Matul il-konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet doganali tal-Kambodja, il-Kummissjoni rċeviet il-bażi tad-data tat-tranżazzjonijiet kollha tal-importazzjonijiet u tal-esportazzjonijiet taħt l-intestatura 2918 tas-Sistema Armonizzata (HS) għall-PI. Il-bażi tad-data ppermettiet għall-identifikazzjoni tax-xahar u s-sena ta' kull tranżazzjoni singola, id-deskrizzjoni tal-kodiċi doganali tal-Kambodja sa livell ta' tmien numri, deskrizzjoni dettaljata tal-prodott, l-isem tal-esportatur/importatur, il-volum u l-valur tat-tranżazzjoni, il-pajjiż tal-importazzjoni/tal-oriġini/tad-destinazzjoni.

(22)

Barra minn hekk, waqt il-konsultazzjonijiet mal-Ministeru tal-Kummerċ tal-Kambodja u mal-Ministeru tal-Industrija u l-Artiġjanat, ġie kkonfermat li l-uniku produttur esportatur tal-Kambodja li kkoopera, WKB, huwa l-uniku esportatur u produttur tal-prodott taħt investigazzjoni eżistenti fil-Kambodja.

(23)

Il-prodott ikkonċernat kien importat lejn il-Kambodja, kemm direttament miċ-Ċina u wkoll mit-Tajlandja u mill-Vjetnam, mill-uniku produttur esportatur tal-prodott taħt investigazzjoni fil-Kambodja, WKB, u minn kumpaniji oħrajn tal-Kambodja mhux esportaturi.

(24)

L-importazzjonijiet minn kumpaniji oħrajn, li huma attivi l-aktar fl-industrija tal-ilbies u t-tessuti, kienu relattivament baxxi fil-volum u ġew ikkonsmati internament fil-Kambodja – l-ebda tranżazzjoni tal-esportazzjoni ta' aċidu ċitriku jew ta' melħ ċitriku minbarra l-esportazzjonijiet minn WKB huma nnutati fir-rekords doganali. Għalhekk, dawn l-importazzjonijiet jistgħu jiġu esklużi mill-analiżi ta' bidla fix-xejra tal-kummerċ bejn il-Kambodja, ir-RPĊ u l-Unjoni.

(25)

WKB dehret l-ewwel darba fl-istatistika doganali tal-Kambodja bħala importatriċi tal-aċidu ċitriku fl-2015. L-importazzjonijiet ta' WKB huma sostanzjali meta mqabbla mal-bqija tal-importazzjonijiet tal-Kambodja u juru xejra ta' żieda fil-perjodu ta' bejn l-2015 u l-PR.

(26)

WKB dehret ukoll l-ewwel fl-istatistika tal-esportazzjoni bħala esportatriċi ta' melħ ċitriku kemm lejn l-Unjoni u pajjiżi terzi fl-2015.

(27)

Data dwar l-importazzjonijiet tal-Kambodja tal-prodott ikkonċernat li joriġina fiċ-Ċina u l-esportazzjonijiet tal-prodott taħt investigazzjoni mill-Kambodja lejn l-Unjoni jintwerew fit-tabelli hawn taħt. Għandu jiġi enfasizzat li l-volumi ta' esportazzjonijiet huma ħafna ogħla minn volumi ta' importazzjonijiet, li huwa spjegat hawn taħt skont il-proċess ta' produzzjoni ta' WKB.

Tabella 1

Il-volumi tal-importazzjoni (tunnellati) mir-RPĊ lejn il-Kambodja

2014

2015

2016

PR

WKB (*1)

0

2 250

1 200

2 990

Kumpaniji oħrajn (*2)

398

497

581

533

Importazzjonijiet totali

398

2 747

1 781

3 523

Sors: L-awtoritajiet doganali tal-Kambodja

Tabella 2

Il-volumi ta' esportazzjoni (tunnellati) mill-Kambodja

2014

2015

2016

PR

WKB (*3)

0

872

9 174

24 221

Kumpaniji oħrajn

0

0

0

0

Esportazzjonijiet totali  (*4)

0

872

9 174

24 221

Sors: L-awtoritajiet doganali tal-Kambodja

(28)

Iż-żieda fil-volumi, kemm tal-esportazzjonijiet mill-Kambodja lejn l-Unjoni kif ukoll tal-esportazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-Kambodja, seħħet wara t-tkomplija tal-miżuri u ż-żieda tad-dazji antidumping definittivi permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/82. Din tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ bejn ir-RPĊ u l-Kambodja minn naħa, u l-Kambodja u l-Unjoni, min-naħa l-oħra.

2.3.   L-allegata prattika ta' ċirkomvenzjoni

2.3.1.   Raġuni adegwata jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr l-impożizzjoni tad-dazju antidumping

(29)

Skont is-sejbiet tal-investigazzjoni, hemm kawża dovuta jew ġustifikazzjoni ekonomika rigward il-bidu tal-attività ekonomika u l-istabbiliment ta' produzzjoni minn WKB fil-Kambodja. Il-fatt li investitur Ċiniż investa f'WKB ma jbiddilx dawk is-sejbiet. Fil-fatt, ir-raġuni ewlenija għalfejn il-faċilitajiet ta' produzzjoni jinsabu fil-Kambodja kien minħabba pakkett ta' inċentivi offruti lill-investitur Ċiniż.

(30)

WKB ġiet stabbilita fl-2014 (il-produzzjoni bdiet fl-2015). Qabel l-istabbiliment ta' WKB, Er-Kang Group (il-grupp ewlieni ta' WKB) ma kienx involut fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat fir-RPĊ. Er-Kang group ukoll m'għandu l-ebda attività ta' produzzjoni fil-Malasja, fejn il-miżuri ġew riċentement estiżi bir-Regolament (UE) 2016/32.

(31)

L-istabbiliment ta' WKB kien parti minn proġett ta' investiment akbar. Fl-istess ħin, żewġ kumpaniji oħra (produttur ta' lamtu u produttur ta' lamtu speċjalizzat) ġew stabbiliti fuq l-istess post minn Er-Kang Group.

(32)

Id-deċiżjoni biex tillokalizza l-produzzjoni fil-Kambodja kienet xprunata sa ċertu punt mill-aċċess għall-materji primi (kassava) imma saħansitra iktar minħabba l-pakkett ta' inċentivi offruti mill-Gvern Kambodjan. Kif ġie kkonfermat matul il-konsultazzjonijiet mal-Kunsill tal-Iżvilupp tal-Kambodja u mal-Ministeru tal-Finanzi tal-Kambodja, l-investiment totali ta' Er-Kang Group ġie kkwalifikat bħala proġett ta' investiment kwalifikat (“QIP”). Il-QIP, mal-issodisfar ta' ċerti kriterji b'kontenut ta' valur tal-investiment u l-impjiegi lokali (il-limiti huma definiti skont is-settur ta' attività) u ta' obbligi ta' esportazzjoni, jagħti ċerti privileġġi fir-rigward ta' dazji doganali fuq l-importazzjoni u t-taxxi fuq magni importati u materja prima u tal-perjodu ta' grazzja għat-taxxa fuq id-dħul.

2.3.2.   L-allegazzjoni ta' trasbord

(33)

Kif indikat fil-premessa (6), il-prattika ta' ċirkomvenzjoni allegata fit-talba kienet tat-trasbord, b'operazzjonijiet ta' proċessar minuri jew mingħajrhom, tal-prodott ikkonċernat li jgħaddi mill-Kambodja lejn l-Unjoni.

(34)

Sabiex tevalwa din l-allegazzjoni, il-Kummissjoni eżaminat il-kwantitajiet u t-tip tal-prodott ikkonċernat importat lejn il-Kambodja, jekk il-produzzjoni jew ċerti stadji tal-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat isseħħux fil-Kambodja, id-dettalji tal-proċess ta' produzzjoni, u l-kwantitajiet u tipi tal-prodott taħt investigazzjoni li huwa esportat lejn l-Unjoni.

(35)

Peress li l-uniku esportatur tal-prodott taħt investigazzjoni, kif spjegat fil-premessa (22), hija WKB, il-Kummissjoni llimitat l-eżami tagħha għal din il-kumpanija.

(36)

L-investigazzjoni kkonfermat li WKB għandha linja ta' produzzjoni sħiħa u attiva (inkluż tat-tankijiet tal-fermentazzjoni) tal-prodott taħt investigazzjoni li tinsab fil-Kambodja u li l-prodott esportat lejn l-Unjoni aktar tard huwa prodott hemmhekk.

(37)

WKB għandha proċess ta' produzzjoni ta' melħ ċitriku fejn l-aċidu ċitriku jintuża bħala waħda mill-materji primi tagħhom. Dan l-aċidu ċitriku huwa fil-biċċa l-kbira tiegħu importat mir-RPĊ iżda wkoll mit-Tajlandja. Id-deċiżjoni dwar il-pajjiż sors hija bbażata fuq il-livelli tal-prezzijiet. Dawn l-operazzjonijiet huma għalhekk ekonomikament razzjonali u ma juru l-ebda intenzjoni ta' ċirkomvenzjoni. Fil-fatt, jekk l-unika intenzjoni kienet biss li jiġu evitati l-miżuri, WKB timporta biss mir-RPĊ u mbagħad sempliċement tesporta l-prodott lejn l-Unjoni direttament jew wara bidliet żgħar.

(38)

Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat li huwa biss ammont relattivament żgħir ta' aċidu ċitriku li jintuża fil-proċess tal-manifattura, meta mqabbel mal-ammont finali ta' melħ ċitriku prodott. L-aċidu ċitriku huwa miżjud fi stadju iktar tard tal-proċess ta' produzzjoni sabiex jitnaqqas il-valur pH tal-prodott finali.

(39)

Fl-aħħar nett, l-ebda aċidu ċitriku impurtat minn WKB, kemm jekk ta' oriġini Ċiniż jew Tajlandiż, mhuwa aktar tard mibjugħ jew esportat mill-kumpanija.

(40)

Is-sejbiet tal-premessi (37) sa (39) ġew ikkonfermati wara verifika fuq il-post ta' xiri, il-movimenti tal-istokk tal-materja prima inkwistjoni u r-rekords ta' konsum kif ukoll l-istokkijiet u l-volumi tal-bejgħ tal-prodott finali, jiġifieri melħ ċitriku.

(41)

Fid-dawl ta' dawn is-sejbiet, huwa konkluż li l-allegazzjonijiet ta' trasbord u ċirkomvenzjoni tal-miżuri imposti fuq l-importazzjonijiet mir-RPĊ permezz ta' kunsinni mill-Kambodja ma jistgħux jiġu kkonfermati. L-aċidu ċitriku huwa materja prima (importat mir-RPĊ jew mit-Tajlandja) li jintuża minn WKB f'ammonti limitati għall-produzzjoni ta' melħ ċitriku.

(42)

Wara l-iżvelar, l-industrija tal-Unjoni kkummentat fuq dawk is-sejbiet fejn tefgħet dubji dwar il-proporzjon ta' aċidu ċitriku użat fil-proċess ta' produzzjoni ta' melħ ċitriku u dwar it-trattament ġenerali ta' aċidu ċitriku bħala materja prima fil-proċess tal-produzzjoni ta' melħ ċitriku. Skont l-industrija tal-Unjoni, l-aċidu ċitriku jkun semiprodott minflok materja prima, u huwa l-proċess ta' fermentazzjoni li jwassal biex l-aċidu ċitriku aktar tard jinbidel f'melħ ċitriku.

(43)

F'dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li l-proċess tal-produzzjoni użat minn WKB huwa differenti mill-proċess ta' produzzjoni applikat mill-industrija tal-Unjoni. Kif indikat fil-premessi (37), (38) u (40), l-ammont ta' aċidu ċitriku mixtri u użat fil-proċess ta' produzzjoni, l-oriġini tiegħu u l-istadju li fih huwa miżjud għall-proċess tal-produzzjoni ġew ivverifikati fuq il-post f'bini tal-WKB. Barra minn hekk, anke kieku l-allegazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni fir-rigward tal-proċess tal-produzzjoni kellhom ikunu kkonfermati, dawn ma jaffettwawx b'mod ġenerali l-valutazzjoni tal-Kummissjoni ta' ċirkomvenzjoni tal-miżuri fid-dawl tas-sejbiet fil-premessa (49).

(44)

Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni indikat li fis-sit web uffiċjali tagħha, WKB kienet iddeskriviet lilha nnifisha kemm bħala produttur ta' aċidu ċitriku kif ukoll ta' melħ ċitriku. Kien biss wara Settembru 2017 li s-sit web ġie modifikat u li l-aċidu ċitriku tneħħa mil-lista ta' prodotti.

(45)

F'dan ir-rigward, huwa ċar fuq il-bażi tal-istatistika doganali dettaljata tal-Kambodja kif ukoll ir-rekords tal-produzzjoni, tax-xiri u tal-bejgħ ta' WKB li hija qatt ma kienet involuta fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ ta' aċidu ċitriku.

(46)

Kif spjegat fil-premessi minn (47) sa (50), l-operazzjonijiet ta' WKB fil-Kambodja wkoll ma jistgħux jitqiesu bħala trasformazzjoni minuri tal-prodott sabiex jiġu evitati dazji antidumping, kif ġie allegat fit-talba. Barra minn hekk, hekk kif l-aċidu ċitriku u l-melħ ċitriku huma t-tnejn koperti mill-miżuri antidumping, din it-trasformazzjoni minuri ma tikkostitwixxix prattika differenti minn trasbord, u l-investigazzjoni wriet li WKB mhux qed tagħmel prattiki ta' trasbord.

2.3.3.   Operazzjonijiet ta' assemblaġġ

(47)

Skont il-premessa (12) tar-Regolament ta' bidu, jekk prattiki ta' ċirkomvenzjoni mill-Kambodja koperti mill-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, għajr it-trasbord, jiġu identifikati matul il-kors tal-investigazzjoni, l-investigazzjoni tista' tkopri dawn il-prattiki wkoll. Għalhekk, il-Kummissjoni eżaminat jekk operazzjonijiet ta' assemblaġġ skont it-tifsira tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku kinux qed iseħħu fil-Kambodja u jekk tali operazzjonijiet jikkostitwixxux ċirkomvenzjoni.

(48)

F'konformità mal-Artikolu 13(2)(b) tar-Regolament bażiku, biex tiġi stabbilita l-eżistenza taċ-ċirkomvenzjoni tal-miżuri antidumping permezz ta' operazzjonijiet ta' assemblaġġ, il-Kummissjoni trid tivverifika li l-partijiet (materja prima) użati fl-operazzjoni ta' assemblaġġ mill-pajjiżi soġġetti għall-miżuri antidumping, jikkostitwixxu 60 % jew aktar tal-valur totali tal-partijiet (materja prima) tal-prodott assemblat u li l-valur miżjud għall-partijiet (materja prima) li ddaħħlu ma kienx akbar minn 25 % tal-kost tal-manifattura.

(49)

Fil-każ ta' WKB, instab li l-materja prima li toriġina mill-pajjiż suġġett għall-miżuri (jiġifieri l-aktar ir-RPĊ) ma kinitx tikkostitwixxi 60 % jew aktar tal-valur totali tal-materja prima użata fil-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni.

(50)

Minħabba li l-investigazzjoni wriet li l-kriterju ta' 60 % ma ntlaħaqx u li l-operazzjoni ta' assemblaġġ ma tistax titqies bħala ċirkomvenzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku, ma tqisx meħtieġ li jiġi eżaminat it-tieni kriterju ta' 25 % tal-valur miżjud fil-kostijiet tal-manifattura.

2.3.4.   Konklużjoni dwar iċ-ċirkomvenzjoni

(51)

Fid-dawl tal-premessi minn (29) sa (50), kien konkluż li m'hemm l-ebda evidenza ta' ċirkomvenzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) u (2) tar-Regolament bażiku fir-rigward tal-attività ta' WKB.

(52)

Billi WKB tirrappreżenta 100 % tal-esportazzjonijiet tal-Kambodja tal-prodott taħt investigazzjoni lejn l-Unjoni matul il-PI, ma setax jiġi stabbilit jekk il-miżuri fis-seħħ fuq importazzjonijiet li joriġinaw fir-RPĊ humiex qegħdin ikunu soġġetti għal ċirkomvenzjoni permezz ta' importazzjonijiet ikkonsenjati mill-Kambodja.

2.4.   L-imminar tal-effetti ta' rimedju b'riżultat tad-dazju u evidenza ta' dumping

(53)

Minħabba li l-investigazzjoni wriet li l-operazzjonijiet ta' assemblaġġ imwettqa fil-Kambodja ma jistgħux jitqiesu bħala ċirkomvenzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) u (2) tar-Regolament bażiku, ma tqisx meħtieġ li dawn l-aspetti jiġu eżaminati.

3.   TMIEM L-INVESTIGAZZJONI

(54)

Fid-dawl tas-sejbiet imsemmija fil-premessi minn (51) sa (52), jenħtieġ li l-investigazzjoni preżenti kontra ċ-ċirkomvenzjoni tintemm. Ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet tal-prodott taħt investigazzjoni introdotta bir-Regolament ta' bidu jenħtieġ għalhekk li titwaqqaf, u jenħtieġ li dak ir-Regolament jitħassar.

(55)

Il-partijiet interessati kienu infurmati bil-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom il-Kummissjoni kellha l-intenzjoni li ttemm l-investigazzjoni u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Il-kummenti li waslu ma kinux ta' natura li jibdlu l-konklużjonijiet ta' hawn fuq.

(56)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-investigazzjoni li nbdiet permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2300, sabiex ikun iddeterminat jekk l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' aċidu ċitriku (inkluż iċ-ċitrat trisodiku diidrat), li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 2918 14 00 (il-kodiċi TARIC 2918140090) u ex 2918 15 00 (il-kodiċi TARIC 2918150019) u kkunsinnati mill-Kambodja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kambodja u kemm jekk le, humiex qed jevitaw il-miżuri imposti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/82, hija b'dan mitmuma.

Artikolu 2

L-awtoritajiet doganali ma għandhomx ikomplu r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet stabbilita skont l-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2300.

Artikolu 3

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2300 qiegħed b'dan jitħassar.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Settembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER

(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1193/2008 tal-1 ta' Diċembru 2008 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazji provviżorji imposti fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 323, 3.12.2008, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/82 tal-21 ta' Jannar 2015 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 u ta' rieżamijiet interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 15, 22.1.2015, p. 8).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/32 tal-14 ta' Jannar 2016 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/82 fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku kkonsenjat mill-Malasja, kemm jekk dikjarat li joriġina mill-Malasja kif ukoll jekk le (ĠU L 10, 15.1.2016, p. 3.)

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2300 tat-12 ta' Diċembru 2017 li jniedi investigazzjoni dwar il-possibbiltà ta' ċirkomvenzjoni tal-miżuri antidumping imposti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/82 fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina minn importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku kkunsinnati mill-Kambodja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kambodja u kemm jekk le, u li jagħmel tali importazzjonijiet soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 329, 13.12.2017, p. 39).

(*1)  Aċidu ċitriku biss

(*2)  Aċidu ċitriku u melħ ċitriku

(*3)  Melħ ċitriku biss

(*4)  L-esportazzjonijiet lejn l-UE jibqgħu fil-medda ta' 55 % sa 85 % tal-esportazzjonijiet totali

DEĊIŻJONIJIET

14.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 231/27

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1237

tat-12 ta' Settembru 2018

li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) u (3) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

(2)

Fit-12 ta' Marzu 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/392 (2), biex b'hekk ġedded il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK għal sitt xhur oħra.

(3)

Fid-dawl tal-kontinwazzjoni tat-tqegħid fil-periklu jew tat-theddid tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/145/PESK tiġġedded għal sitt xhur oħra.

(4)

Il-Kunsill irreveda d-deżinjazzjonijiet individwali li jinsabu fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK u ddeċieda li jemenda l-informazzjoni dwar ċerti individwi u entitajiet.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/145/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

’Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-15 ta' Marzu 2019.’.

Artikolu 2

L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/KE huwa emendat kif jidher l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Settembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BOGNER-STRAUSS

(1)   ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/392 tat-12 ta' Marzu 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 69, 13.3.2018, p. 48).

ANNESS

L-entrati li jirrigwardaw il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt, kif jinsabu fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK, huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:

Persuni:

Isem

Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“4.

Denis Valentinovich BEREZOVSKIY

(Денис Валентинович БЕРЕЗОВСКИЙ)

Denys Valentynovych BEREZOVSKYY

(Денис Валентинович БЕРЕЗОВСЬКИЙ)

Data tat-twelid: 15.7.1974

Post tat-twelid: Kharkiv, SSR tal-Ukrajna

Berezovskiy inħatar kmandant tal-Forza Navali tal-Ukrajna fl-1 ta' Marzu 2014 iżda wara dan ħa l-ġurament quddiem il-forzi armati tal-Krimea, biex b'hekk kiser il-ġurament tiegħu lill-Forza Navali tal-Ukrajna.

Kien Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed tal-Federazzjoni Russa sa Ottubru 2015.

Mill-2015, jistudja fl-akkademja militari tal-Persunal Ġenerali tal-forzi armati Russi.

17.3.2014

11.

Andrei Aleksandrovich KLISHAS

(Андрей Александрович Клишас)

Data tat-twelid: 9.11.1972

Post tat-twelid: Sverdlovsk

President tal-Kumitat dwar id-Dritt Kostituzzjonali u l-Bini tal-Istat tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa.

Fl-1 ta' Marzu 2014 Klishas appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna. F'dikjarazzjonijiet pubbliċi Klishas ipprova jiġġustifika intervent militari Russu fl-Ukrajna billi ddikjara li “l-President tal-Ukrajna jappoġġa l-appell tal-awtoritajiet tal-Krimea lill-President tal-Federazzjoni Russa dwar l-għoti ta' assistenza komprensiva għad-difiża taċ-ċittadini tal-Krimea”.

17.3.2014

14.

Aleksandr Borisovich TOTOONOV

(Александр Борисович Тотоонов)

Data tat-twelid: 3.4.1957

Post tat-twelid: Ordzhonikidze, Ossezja tat-Tramuntana

Eks Membru tal-Kumitat tal-Affarijiet Internazzjonali tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa. Ir-responsabbiltajiet tiegħu bħala Membru tal-Kunsill tal-Federazzjoni Russa ntemmu f'Settembru 2017.

Minn Settembru 2017 huwa l-Ewwel Viċi President tal-Parlament ta' Ossezja tat-Tramuntana.

Fl-1 ta' Marzu 2014 Totoonov appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

17.3.2014

17.

Sergei Vladimirovich ZHELEZNYAK

(Сергей Владимирович ЖЕЛЕЗНЯК)

Data tat-twelid: 30.7.1970

Post tat-twelid: San Pietruburgu (qabel kien Leningrad)

Eks Viċi Speaker tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa.

Appoġġa b'mod attiv l-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukrajna u l-annessjoni tal-Krimea. Huwa mexxa personalment id-dimostrazzjoni b'appoġġ tal-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukrajna.

Eks Viċi President u attwalment membru tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa.

17.3.2014

22.

Dmitry Olegovich ROGOZIN

(Дмитрий Олегович Рогозин)

Data tat-twelid: 21.12.1963

Post tat-twelid: Moska

Eks Viċi Prim Ministru tal-Federazzjoni Russa. Appella pubblikament għall-annessjoni tal-Krimea.

21.3.2014

28.

Valery Vladimirovich KULIKOV

(Валерий Владимирович Куликов)

Data tat-twelid: 1.9.1956

Post tat-twelid: Zaporozhye (SSR tal-Ukrajna)

Eks Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Viċi Ammirall.

Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukrajna.

Fis-26 ta' Settembru 2017, permezz ta' Digriet tal-President tal-Federazzjoni Russa, huwa tneħħa minn din il-kariga u mis-servizz militari.

Minn Settembru 2017, huwa membru tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa, fejn jirrappreżenta l-Belt annessa ta' Sevastopol.

21.3.2014

30.

Mikhail Grigorievich MALYSHEV

(Михаил Григорьевич МАЛЫШЕВ)

Mykhaylo Hryhorovych MALYSHEV

(Михайло Григорович МАЛИШЕВ)

Data tat-twelid: 10.10.1955

Post tat-twelid: Simferopol, il-Krimea

President tal-Kummissjoni Elettorali tal-Krimea. Responsabbli għall-amministrazzjoni tar-‘referendum’ tal-Krimea. Responsabbli taħt is-sistema Russa għall-iffirmar tar-riżultati tar-referendum.

Fil-kapaċità ta' President tal-Kummissjoni Elettorali tal-Krimea, huwa ħa sehem fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet presidenzjali Russi tat-18 ta' Marzu 2018 fil-Krimea u Sevastopol, li kienu ġew annessi illegalment, u b'hekk appoġġa b'mod attiv u implimenta politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

21.3.2014

32.

Logutenent Ġenerali Igor Nikolaevich (Mykolayovich) TURCHENYUK

(Игорь Николаевич Турченюк)

Data tat-twelid: 5.12.1959

Post tat-twelid: Osh, SSR tal-Kirgiżistan

Eks Kmandant de facto tat-truppi Russi skjerati fuq il-post fil-Krimea, li kienet ġiet annessa illegalment (li r-Russja għadha ssejjaħ uffiċjalment “milizzji lokali għall-awtodifiża”). Eks Viċi Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar. Attwalment huwa l-Kap tad-Dipartiment tal-Amministrazzjoni Pubblika u s-Sigurtà Nazzjonali fl-Akkademja Militari tal-Persunal Ġenerali Russu.

21.3.2014

47.

Sergey Gennadevich TSYPLAKOV (Сергей Геннадьевич ЦЫПЛАКОВ)

Serhiy Hennadiyovych TSYPLAKOV (Сергiй Геннадiйович ЦИПЛАКОВ)

Data tat-twelid: 1.5.1983

Post tat-twelid: Khartsyzsk, reġjun ta' Donetsk

Wieħed mill-mexxejja tal-organizzazzjoni ideoloġikament radikali, il-“Milizzja Popolari ta' Donbas”. Ħa sehem attiv fil-ħtif ta' għadd ta' binjiet tal-Istat fir-reġjun ta' Donetsk.

Membru tal-“Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk”, eks President u membru attwali tal-“Kumitat tal-Kunsill tal-Poplu għall-Politika dwar l-Informazzjoni u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni”.

29.4.2014

56.

Igor Evgenevich KAKIDZYANOV

(Игорь Евгеньевич КАКИДЗЯНОВ),

Igor Evegenevich KHAKIMZYANOV

(Игорь Евгеньевич ХАКИМЗЯНОВ)

Ihor Yevhenovych KHAKIMZIANOV (KAKIDZIANOV)

(Iгор Євгенович ХАКIМЗЯНОВ (КАКIДЗЯНОВ))

Data tat-twelid: 25.7.1980

Post tat-twelid: Makiivka (oblast ta' Donetsk)

Wieħed mill-eks mexxejja tal-forzi armati tal-awtoproklamata “Repubblika Popolari ta' Donetsk”. L-għan tal-forzi huwa li “jipproteġu l-poplu tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk u l-integrità territorjali tar-repubblika” skont Pushylin, wieħed mill-mexxejja tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politiki separatisti.

12.5.2014

60.

Natalia Vladimirovna POKLONSKAYA

(Наталья Владимировна ПОКЛОНСКАЯ)

Data tat-twelid: 18.3.1980

Post tat-twelid: Mikhailovka, reġjun ta' Voroshilovgrad, SSR tal-Ukrajna jew Yevpatoria, SSR tal-Ukrajna

Membru tad-Duma tal-Istat, eletta mir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea li kienet ġiet annessa illegalment.

Eks Prosekutur tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. Implimentat b'mod attiv l-annessjoni tal-Krimea mir-Russja.

Bħalissa Viċi President tal-Kumitat għas-Sigurtà u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa.

12.5.2014

71.

Nikolay Ivanovich KOZITSYN

(Николай Иванович Козицын)

Data tat-twelid: 20.6.1956 jew 6.10.1956

Post tat-twelid: Djerzjinsk, reġjun ta' Donetsk

Kmandant tal-forzi Kosakki.

Responsabbli għall-kmand tas-separatisti fil-Lvant tal-Ukrajna fil-ġlieda kontra l-forzi tal-gvern Ukren.

Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politiki separatisti.

12.7.2014

78.

Sergei Orestovich BESEDA

(Сергей Орестович Беседа)

Data tat-twelid: 17.5.1954

Kmandant tal-Ħames Servizz tal-FSB, is-Servizz Federali ta' Sigurtà tal-Federazzjoni Russa.

Bħala uffiċjali għoli tal-FSB (Kurunell-Ġenerali), huwa jmexxi servizz responsabbli li jissorvelja l-operazzjonijiet ta' intelligence u l-attività internazzjonali.

25.7.2014

79.

Mikhail Vladimirovich DEGTYARYOV/DEGTYAREV

(Михаил Владимирович ДЕГТЯРËВ)

Data tat-twelid 10.7.1981

Post tat-twelid: Post tat-Twelid: Kuibyshev (Samara)

Membru tad-Duma tal-Istat.

Bħala membru tad-Duma huwa ħabbar l-inawgurazzjoni tal-“ambaxxata de facto” tal-hekk imsejħa u mhux rikonoxxuta “Repubblika Popolari ta' Donetsk” f'Moska, huwa jikkontribwixxi għall-ipperikolar jew it-theddid tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Attwalment President tal-Kumitat tad-Duma tal-Istat Russu dwar l-Edukazzjoni Fiżika, l-Isport u l-Affarijiet taż-Żgħażagħ.

25.7.2014

81.

Alexander Nikolayevich TKACHYOV (Александр Николаевич Ткачëв)

Data tat-twelid: 23.12.1960

Post tat-twelid: Vyselki, reġjun ta' Krasnodar

Eks Gvernatur tal-Krasnodar Krai.

Ingħata l-medalja “għal-ħelsien tal-Krimea” mill-Aġent kap tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea għall-appoġġ li pprovda lill-annessjoni illegali tal-Krimea. F'dik l-okkażjoni, l-Aġent Kap tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea qal li Tkachyov kien minn tal-ewwel li esprimew l-appoġġ tagħhom għat-“tmexxija” l-ġdida tal-Krimea.

Eks Ministru għall-Agrikoltura tal-Federazzjoni Russa.

25.7.2014

89.

Oksana TCHIGRINA,

Oksana Aleksandrovna CHIGRINA (CHYHRYNA)

(Оксана Александровна ЧИГРИНА)

Data tat-twelid: possibbilment 23.7.1981

Eks kelliema tal-hekk imsejjaħ “gvern” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Lugansk” li għamlet dikjarazzjonijiet li jiġġustifikaw fost oħrajn it-twaqqigħ ta' ajruplan militari Ukren, it-teħid ta' ostaġġi, attivitajiet ta' ġlied mill-gruppi armati illegali, li bħala konsegwenza pperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-unità tal-Ukrajna.

Eks kelliema tas-Servizz tal-Istampa tal-LNR.

30.7.2014

102.

Andrei Nikolaevich RODKIN (Андрей Николаевич Родкин)

Data tat-twelid: 23.9.1976

Post tat-twelid: Moska

Eks Rappreżentant f'Moska tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”. Fid-dikjarazzjonijiet tiegħu, tkellem fost l-oħrajn dwar kif il-milizzji jinsabu lesti jmorru għal gwerra tal-gwerillieri u s-sekwestru tagħhom ta' sistemi ta' armi mill-forzi armati Ukreni. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Wieħed mill-eks mexxejja tal-“Unjoni ta' Voluntiera ta' Donbas”.

12.9.2014

117.

Aleksey Vasilevich NAUMETS

(Алексей Васильевич Haумец)

Data tat-twelid: 11.2.1968

Maġġur Ġeneral tal-Armata Russa. Eks kmandant tas-76 diviżjoni tal-ajru li kienet involuta fil-preżenza militari Russa fit-territorju tal-Ukrajna, partikolarment waqt l-annessjoni illegali tal-Krimea. Mill-2018 Viċi Kap tal-Persunal tal-Forzi tal-Ajru.

12.9.2014

120.

Sergey Yurievich KOZYAKOV

(Сергей Юрьевич КОЗЬЯКОВ)

Serhiy Yuriyovych KOZYAKOV

(Сергiй Юрiйович КОЗЬЯКОВ)

Data tat-twelid: 29.9.1982 jew 23.9.1982

Fil-kapaċità li kellu qabel bħala l-hekk imsejjaħ “Kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali ta' Luhansk” kien responsabbli mill-organizzazzjoni tal-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tat-2 ta' Novembru 2014 fir-“Repubblika Popolari ta' Luhansk”. Dawn “l-elezzjonijiet” kienu ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali. Bejn Ottubru 2015 u Diċembru 2017 hekk imsejjaħ “Ministru għall-Ġustizzja” tar-“Repubblika Popolari ta' Luhansk”.

Billi assuma u aġixxa f'dawn il-kapaċitajiet, u billi organizza l-“elezzjonijiet” illegali, huwa għaldaqstant b'mod attiv appoġġa azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna.

29.11.2014

138.

Alexandr Vasilievich SHUBIN

(Александр Васильевич ШУБИН)

Data tat-twelid: 20.5.1972 jew 30.5.1972

Post tat-twelid: Luhansk

Hekk imsejjaħ eks “Ministru għall-Ġustizzja”, tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk” illegali. President tal-“Kummissjoni Elettorali Ċentrali” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk” minn Ottubru 2015 'l hawn.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

16.2.2015

141.

Ekaterina Vladimirovna FILIPPOVA (Екатерина Владимировна ФИЛИППОВА)

Kateryna Volodymyrivna FILIPPOVA

(Катерина Володимирiвна ФIЛIППОВА

Data tat-twelid: 20.1.1988

Post tat-twelid: Krasnoarmëisk

L-hekk imsejħa eks “Ministru għall-Ġustizzja” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità, hija għaldaqstant appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

16.2.2015

146.

Zaur Raufovich ISMAILOV

(Заур Рауфович ИСМАИЛОВ)

Zaur Raufovych ISMAYILOV

(Заур Рауфович IСМАЇЛОВ)

Data tat-twelid: 25.7.1978 (jew 23.3.1975)

Post tat-twelid: Krasny Luch, Voroshilovgrad, reġjun ta' Lugansk

Kien l-hekk imsejjaħ “Prosekutur Ġenerali” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Lugansk” (sa Ottubru 2017). Bħalissa jaġixxi bħala hekk imsejjaħ “Ministru għall-Ġustizzja” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Lugansk”.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

16.2.2015

164.

Aleksandr Yurevich PETUKHOV /

Aleksandr Yurievich PETUKHOV

(Александр Юрьевич ПЕТУХОВ)

Oleksandr Yuriyovych PIETUKHOV

(Олександр Юрійович ПЄТУХОВ)

Data tat-twelid: 17.7.1970

Eks President tal-Kummissjoni Elettorali ta' Sevastopol. F'din il-kapaċità huwa ħa sehem fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet presidenzjali Russi tat-18 ta' Marzu 2018 fil-Krimea u Sevastopol, li ġew annessi illegalment, u b'hekk appoġġa b'mod attiv u implimenta politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

14.5.2018”

Entitajiet

Isem

Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“3.

L-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Lugansk”

“Луганская народная республика”

“Luganskaya narodnaya respublika”

Informazzjoni uffiċjali:

https://glava-lnr.info/

https://sovminlnr.ru/

https://nslnr.su/

L-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Lugansk” ġiet stabbilita fis-27 ta' April 2014.

Responsabbli għall-organizzazzjoni tar-referendum illegali fil-11 ta' Mejju 2014. Dikjarazzjoni tal-indipendenza fit-12 ta' Mejju 2014.

Fit-22 ta' Mejju 2014, l-hekk imsejħin “Repubbliki Popolari” ta' Donetsk u Lugansk ħolqu l-hekk imsejjaħ “Stat Federali ta' Novorossiya”.

Dan huwa bi ksur tal-liġi kostituzzjonali Ukrena, u, bħala konsegwenza, tad-dritt internazzjonali, u għaldaqstant jipperikola l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Hija involuta wkoll fir-reklutaġġ tal-“Armata tax-Xlokk” separatista u gruppi separatisti illegali armati oħrajn, u għaldaqstant tipperikola l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukrajna.

25.7.2014

4.

L-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”

“Донецкая народная республика”

“Donétskaya naródnaya respúblika”

Informazzjoni uffiċjali:

https://dnr-online.ru/

http://av-zakharchenko.su/

http://smdnr.ru/

https://dnrsovet.su/

L-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk” ġiet iddikjarata fis-7 ta' April 2014.

Responsabbli għall-organizzazzjoni tar-referendum illegali fil-11 ta' Mejju 2014. Dikjarazzjoni tal-indipendenza fit-12 ta' Mejju 2014.

Fl-24 ta' Mejju 2014, l-hekk imsejħin “Repubbliki Popolari” ta' Donetsk u Lugansk iffirmaw ftehim dwar il-ħolqien tal-hekk imsejjaħ “Stat Federali ta' Novorossiya”.

Dan huwa bi ksur tal-liġi kostituzzjonali Ukrena, u, bħala konsegwenza, tad-dritt internazzjonali, u għaldaqstant jipperikola l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Hija involuta wkoll fir-reklutaġġ tal- gruppi separatisti illegali armati, u għaldaqstant tipperikola l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukrajna.

25.7.2014

6.

Unjoni Internazzjonali ta' Assoċjazzjonijiet Pubbliċi “Great Don Army”

Международный Союз Общественных Объединений “Всевеликое Войско Донское”

Informazzjoni uffiċjali:

http://xn--80aaa ajfjszd7a3b0e.xn--p1ai/

Nru tat-telefon:

+7-8-908-178-65-57

Media soċjali: Gwardja Nazzjonali Kosakka http://vk.com/kazak_nac_guard

Indirizz: 346465 Russia, Rostov Region, October District, St Zaplavskaya, Str Shosseynaya 1

It-tieni indirizz: Voroshilovskiy Prospekt 12/85-87/13, Rostov-on-Don

Il-“Great Don Army” stabbilixxiet il-“Gwardja Nazzjonali Kosakka”, responsabbli għall-ġlied kontra l-forzi tal-Gvern Ukren fl-Ukrajna tal-Lvant, u għaldaqstant ipperikolat l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna kif ukoll heddet l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukrajna.

Assoċjata mas-Sur Nikolay Kozitsyn, li huwa Kmandant tal-forzi Kosakki u responsabbli għat-tmexxija tas-separatisti fl-Ukrajna tal-Lvant li qed jiġġieldu kontra l-forzi tal-gvern Ukren.

25.7.2014

7.

“Sobol”

“СОБОЛЬ”

Informazzjoni uffiċjali:

http://soboli.net

Media soċjali:

http://vk.com/sobolipress

Nru tat-telefon:

(0652) 60-23-93

Posta elettronika: SoboliPress@gmail.com

Indirizz: Crimea, Simferopol, str. Kiev, 4 (area bus station ‘Central’).

Organizzazzjoni paramilitari radikali, responsabbli għall-appoġġ bla ħabi tal-użu tal-forza biex jintemm il-kontroll tal-Ukrajna fuq il-Krimea, u għaldaqstant tipperikola l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Responsabbli għat-taħriġ ta' separatisti biex jiġġieldu kontra l-forzi tal-gvern Ukren fil-Lvant tal-Ukrajna, u għaldaqstant thedded l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukrajna.

25.7.2014

8.

L-hekk imsejħa “Gwardja ta' Lugansk”

“Луганская гвардия”

Media soċjali u informazzjoni oħra:

https://vk.com/luguard

http://vk.com/club68692201

https://vk.com/luguardnews

Milizzja għall-awtodifiża ta' Lugansk, responsabbli għat-taħriġ ta' separatisti biex jiġġieldu kontra l-forzi tal-gvern Ukren fl-Ukrajna tal-Lvant, u għaldaqstant jheddu l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukrajna.

Assoċjata mas-Sur German PROPOKIV, mexxej attiv li huwa responsabbli li ħa parti fit-teħid tal-bini tal-uffiċċju reġjonali ta' Lugansk tas-Servizz tas-Sigurtà Ukren u rreġistra filmat b'dikjarazzjoni lill-President Putin u r-Russja mill-bini okkupat.

25.7.2014

9.

L-hekk imsejħa “Armata tax-Xlokk”

“Армии Юго-Востока”

http://lugansk-online.info/statements

Media soċjali:

http://vk.com/lugansksbu

Grupp separatista illegali armat li huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-aktar importanti fl-Ukrajna tal-Lvant.

Responsabbli għall-okkupazzjoni tal-bini tas-Servizz tas-Sigurtà fir-reġjun ta' Lugansk.

Assoċjat mas-Sur Valeriy BOLOTOV, li kien elenkat bħala wieħed mill-mexxejja tal-grupp.

Assoċjat mas-Sur Vasyl NIKITIN, responsabbli għall-attivitajiet “governamentali” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk”

25.7.2014

10.

L-hekk imsejħa “Milizzja Popolari ta' Donbass”“Нарoдное oпoлчéние Дoнбáсса”

Media soċjali:

http://vk.com/polkdonbassa

+ 38-099-445-63-78;

+ 38-063-688-60-01;

+ 38-067-145-14-99;

+ 38-094-912-96-60;

+ 38-062-213-26-60

Posta elettronika: voenkom.dnr@mail.ru

mobilisation@novorossia.co

polkdonbassa@mail.ru

Volontarji fuq it-telefon fir-Russja:

+ 7 (926) 428-99-51

+ 7 (967) 171-27-09

jew posta elettronika novoross24@mail.ru

Indirizz: Donetsk. Prospect Zasyadko.13

Grupp separatista armat illegali responsabbli għall-ġlied kontra l-forzi tal-gvern Ukren fl-Ukrajna tal-Vant, u b'hekk ġew mhedda l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukrajna. Fost l-oħrajn, il-grupp militanti ħa l-kontroll ta' diversi binjiet tal-gvern fl-Ukrajna tal-Lvant kmieni f'April 2014, u għaldaqstant ipperikola l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Huwa assoċjat mas-Sur Pavel Gubarev, li huwa responsabbli għat-teħid tal-bini tal-gvern reġjonali f'Donetsk b'forzi favur ir-Russi u li pproklama lilu nnifsu l-“gvernatur tal-poplu”.

25.7.2014

11.

“Battaljun Vostok”

“Батальон Восток”

Media soċjali:

http://vk.com/patriotic_forces_of_donbas

http://patriot-donetsk.ru/

info.patriot.donbassa@gmail.com

Grupp separatista illegali armat li huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-aktar importanti fl-Ukrajna tal-Lvant. Responsabbli għall-ġlied kontra l-forzi tal-Gvern Ukren fl-Ukrajna tal-Lvant, u għaldaqstant jhedded l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukrajna.

Ipparteċipa b'mod attiv f'operazzjonijiet militari li wasslu għall-ħtif tal-Ajruport ta' Donetsk.

Parti mill-hekk imsejjaħ “L-ewwel Korp tal-Armata” tal-forzi armati tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

25.7.2014

16.

Intrapriża Baġitarja tal-Istat Federali “Sanatorium Nizhnyaya Oreanda” tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (qabel magħrufa bħala ċ-Ċentru “Nizhnyaya Oreanda” Санаторий “Нижняя Ореанда”)

Iċ-ċentru “Nizhnyaya Oreanda”, 298658, Yalta, Oreanda

(298658, г.Ялта, пгт. Ореанда, Санаторий ‘Нижняя Ореанда’)

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kuntrarjament għal-liġi Ukrena. Fil-21 ta' Marzu 2014 l-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni “Dwar il-kwistjonijiet tal-ħolqien ta' Assoċjazzjoni ta' sanatorji u ċentri” Nru 1767-6/14 li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu liċ-ċentru “Nizhnyaya Oreanda” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fid-9 ta' Ottubru 2014 bħala Intrapriża Baġitarja tal-Istat Federali “Sanatorium Nizhnyaya Oreanda” tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (ФЕДЕРАЛЬНОЕ ГОСУДАРСТВЕННОЕ БЮДЖЕТНОЕ УЧРЕЖДЕНИЕ “САНАТОРИЙ “НИЖНЯЯ ОРЕАНДА” УПРАВЛЕНИЯ ДЕЛАМИ ПРЕЗИДЕНТА РОССИЙСКОЙ ФЕДЕРАЦИИ”). Fundatur: L-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (УПРАВЛЕНИЯ ДЕЛАМИ ПРЕЗИДЕНТА РОССИЙСКОЙ ФЕДЕРАЦИИ).

25.7.2014

17.

Intrapriża tar-Repubblika tal-Krimea “Azov distillery plant”

Крымское республиканское предприятие “Азовский ликёро-водочннй завод”

Azovsky likerovodochny zavod

40 Zeleznodorozhnaya str.,

296178 Azovskoye distrett ta' Jankoysky,

(Джанкойский район, 296178

пгт. Азовское, ул. Железнодорожная, 40)

kodiċi: 01271681

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kuntrarjament għal-liġi Ukrena. Fid-9 ta' April 2014 il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni Nru 1991-6/14 “Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Krimea” tas-26 ta' Marzu 2014 Nru 1836-6/14 “Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agroindustrijali, li jinsab fit-territorju tar-Repubblika tal-Krimea” li tiddikjara l-approprjazzjoni ta' assi li jappartjenu lil “Azovsky likerovodochny zavod” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea.

Għaddejjin proċedimenti ta' falliment.

25.7.2014

21.

JOINT-STOCK COMPANY ALMAZ-ANTEY AIR AND SPACE DEFENCE CORPORATION

Акционерное общество “Концерн воздушно-космической обороны “Алмаз — Антей””

(magħrufa wkoll bħala CONCERN ALMAZ-ANTEY; ALMAZ-ANTEY CORP; magħrufa wkoll bħala ALMAZ-ANTEY DEFENSE CORPORATION; magħrufa wkoll bħala ALMAZ-ANTEY JSC; Концерн ВКО ‘Алмаз — Антей’;)

41 ul.Vereiskaya street, Moscow 121471, Russian Federation;

Sit web: almaz-antey.ru;

Indirizz Elettroniku antey@almaz-antey.ru

Almaz-Antey hija kumpannija Russa proprjetà tal-Istat. Timmanifattura armi kontra l-inġenji tal-ajru inkluż missili mill-art għall-ajru li hija tforni lill-armata Russa. L-awtoritajiet Russi qegħdin ifornu armamenti tqal lis-separatisti fil-Lvant tal-Ukrajna, li kkontribwixxew għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Dawn l-armi jintużaw mis-separatisti, inkluż għat-twaqqigħ ta' ajruplani. Għalhekk, bħala kumpannija proprjetà tal-Istat, Almaz-Antey tikkontribwixxi għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

30.7.2014

24.

Donetsk Republic

(Organizzazzjoni pubblika)

Донецкая республика

Informazzjoni uffiċjali:

http://oddr.info/

“Organizzazzjoni” pubblika li ppreżentat kandidati fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk” fit-2 ta' Novembru 2014. Dawn l-“elezzjonijiet” huma bi ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali.

Fil-parteċipazzjoni formali fl-“elezzjonijiet” illegali hija għalhekk appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukrajna. Immexxija minn Alexander ZAKHARCHENKO u mnedija minn Andriy PURGIN.

29.11.2014

25.

Paċi għar-Reġjun ta' Luhansk (Mir Luganschine) Мир Луганщине

https://mir-lug.info/

“Organizzazzjoni” pubblika li ppreżentat kandidati fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk” fit-2 ta' Novembru 2014. Dawn l-“elezzjonijiet” huma bi ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali.

Fil-parteċipazzjoni formali fl-“elezzjonijet” illegali hija għalhekk appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukrajna.

29.11.2014

28.

Luhansk Economic Union (Luganskiy Ekonomicheskiy Soyuz)

Луганский экономический союз

Informazzjoni uffiċjali:

https://nslnr.su/about/obshchestvennye-organizatsii/337/

“Organizzazzjoni soċjali” li ppreżentat kandidati fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” illegali tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk” fit-2 ta' Novembru 2014. Innominat kandidat, Oleg AKIMOV, se jkun “Kap” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk”. Dawn l-“elezzjonijiet” huma bi ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali.

Fil-parteċipazzjoni formali fl-“elezzjonijet” illegali hija għalhekk appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukrajna.

29.11.2014

30.

Battaljun Sparta

Батальон “Спарта”

Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Parti mill-hekk imsejjaħ “L-ewwel Korp tal-Armata” tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk”. Imsemmi bħala unità militari 08806. F'Novembru 2017, l-unità ssemmiet għall-kmandant militari separatist assassinat Arsen Pavlov (magħruf ukoll bħala Motorola).

16.2.2015

33.

Brigata Prizrak

Бригада “Призрак”

mail@prizrak.info

Тel: 8985 130 9920

Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Parti mill-hekk imsejjaħ “It-tieni Korp tal-Armata” tar-“Repubblika Popolari ta' Lugansk”.

Jissejjaħ ukoll l-14-il Battaljun Motorizzat tal-Azzarini.

16.2.2015”

14.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 231/37

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1238

tat-13 ta' Settembru 2018

li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-27 ta' Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849.

(2)

Fit-8 ta' Awwissu 2018, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-KSNU emenda l-annotazzjoni ta' entità waħda soġġetta għal miżuri restrittivi.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huwa b'dan emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Settembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BOGNER-STRAUSS

(1)   ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.

ANNESS

Fl-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, l-entrata 71 taħt l-intestatura “B. Entitajiet”, hija sostitwita b'dan li ġej: