ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 229

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
12 ta' Settembru 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1224 tas-6 ta' Settembru 2018 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-iskampu fl-Unità Funzjonali 16 fis-Subżona 7 tal-ICES mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Irlanda

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1225 tas-6 ta' Settembru 2018 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għat-tonna fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta' 45° W, u fil-Mediterran minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1226 tas-6 ta' Settembru 2018 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd tal-lipp abjad fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII u IX minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1227 tas-6 ta' Settembru 2018 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għat-tonn obeż fl-Oċean Atlantiku minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

7

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2018 tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Serbja tat-8 ta' Mejju 2018 dwar il-parteċipazzjoni tas-Serbja bħala osservatur fil-ħidma tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-modalitajiet rispettivi tagħha, fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 [2018/1228]

9

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

12.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 229/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1224

tas-6 ta' Settembru 2018

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-iskampu fl-Unità Funzjonali 16 fis-Subżona 7 tal-ICES mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Irlanda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2018.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament li għamlu l-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi f'dak l-Anness jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2018.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fih għall-2018 għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi f'dak l-Anness jew li huma rreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, wara dik id-data għandu jkun ipprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Settembru 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 tat-23 ta' Jannar 2018 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2018 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 (ĠU L 27, 31.1.2018, p. 1).


ANNESS

Nru

13/TQ120

Stat Membru

L-Irlanda

Stokk

NEP/*07U16

Speċi

Skampu (Nephrops norvegicus)

Żona

L-Unità Funzjonali 16 fis-Subżona 7 tal-ICES

Data tal-għeluq

25.7.2018


12.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 229/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1225

tas-6 ta' Settembru 2018

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għat-tonna fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta' 45° W, u fil-Mediterran minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2018.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament li għamlu l-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fih jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2018.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fih għall-2018 għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi f'dak l-Anness jew li huma rreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, wara dik id-data għandu jkun ipprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, jiġi ttrasportat lejn pajjiż ieħor jew jinħatt l-art minnhom.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Settembru 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 tat-23 ta' Jannar 2018 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2018 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 (ĠU L 27, 31.1.2018, p. 1).


ANNESS

Nru

16/TQ120

Stat Membru

Il-Portugall

Stokk

BFT/AE45WM

Speċi

Tonna (Thunnus thynnus)

Żona

L-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta' 45° W, u l-Mediterran

Data tal-għeluq

1.8.2018


12.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 229/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1226

tas-6 ta' Settembru 2018

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd tal-lipp abjad fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII u IX minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2285 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2018.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament li għamlu l-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi f'dak l-Anness jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2018.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fih għall-2018 għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi f'dak l-Anness jew li huma rreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, wara dik id-data għandu jkun ipprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Settembru 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2285 tat-12 ta' Diċembru 2016 li jiffissa għall-2017 u l-2018 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-fond u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/72 (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 32).


ANNESS

Nru

14/TQ2285

Stat Membru

Il-Portugall

Stokk

GFB/89- li jinkludi l-kundizzjoni speċjali GFB/*567-

Speċi

Lipp abjad (Phycis blennoides)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII u IX

Data tal-għeluq

28.7.2018


12.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 229/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1227

tas-6 ta' Settembru 2018

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għat-tonn obeż fl-Oċean Atlantiku minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2018.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament li għamlu l-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fih jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2018.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fih għall-2018 għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi f'dak l-Anness jew li huma rreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, wara dik id-data għandu jkun ipprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, jiġi ttrasportat lejn pajjiż ieħor jew jinħatt l-art minnhom.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Settembru 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 tat-23 ta' Jannar 2018 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2018 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 (ĠU L 27, 31.1.2018, p. 1).


ANNESS

Nru

15/TQ120

Stat Membru

Il-Portugall

Stokk

BET/ATLANT

Speċi

Tonn obeż (Thunnus obesus)

Żona

L-Oċean Atlantiku

Data tal-għeluq

31.7.2018


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

12.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 229/9


DEĊIŻJONI Nru 1/2018 TAL-KUNSILL TA' STABBILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI UE-SERBJA

tat-8 ta' Mejju 2018

dwar il-parteċipazzjoni tas-Serbja bħala osservatur fil-ħidma tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-modalitajiet rispettivi tagħha, fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 [2018/1228]

IL-KUNSILL TA' STABBILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI UE-SERBJA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra (1),

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 28 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kunsill Ewropew tal-Lussemburgu ta' Diċembru 1997 stabbilixxa li l-parteċipazzjoni fl-aġenziji tal-Unjoni tkun mezz li jaċċelera l-istrateġija ta' qabel l-adeżjoni. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew jgħidu li l-“aġenziji tal-Unjoni li fihom ikunu jistgħu jipparteċipaw il-pajjiżi applikanti jiġu ddeterminati fuq bażi ta' każ b'każ”.

(2)

Is-Serbja tikkondividi l-għanijiet u l-objettivi tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (l-“Aġenzija”) u tassoċja ruħha mal-ambitu u d-deskrizzjoni tal-ħidmiet tal-Aġenzija, kif previsti fir-Regolament (KE) Nru 168/2007.

(3)

Huwa xieraq li l-Aġenzija tkun tista' tittratta kwistjonijiet ta' drittijiet fundamentali li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 168/2007 fis-Serbja sa fejn ikun meħtieġ għall-allinjament gradwali tagħha mad-dritt tal-Unjoni.

(4)

Għaldaqstant, jenħtieġ li s-Serbja titħalla tipparteċipa bħala osservatur fil-ħidma tal-Aġenzija u jenħtieġ li l-modalitajiet għal din il-parteċipazzjoni jiġu definiti, inklużi dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-parteċipazzjoni f'inizjattivi meħuda mill-Aġenzija, il-kontribuzzjoni finanzjarja u l-persunal.

(5)

Skont il-punt (a) tal-Artikolu 12(2) u l-punt (a) tal-Artikolu 82(3) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (3), id-Direttur tal-Aġenzija jista', b'mod eċċezzjonali, jawtorizza l-ingaġġar ta' ċittadini tas-Serbja li jgawdu d-drittijiet sħaħ tagħhom bħala ċittadini tali,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Serbja, bħala pajjiż kandidat, għandha tipparteċipa bħala osservatur fl-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 168/2007.

Artikolu 2

1.   L-Aġenzija tista' tittratta kwistjonijiet ta' drittijiet fundamentali li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 168/2007 fis-Serbja sa fejn ikun meħtieġ għall-allinjament gradwali tagħha mad-dritt tal-Unjoni.

2.   Għal dak l-għan l-Aġenzija tista' twettaq fis-Serbja l-kompiti stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 168/2007.

Artikolu 3

Is-Serbja għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għall-attivitajiet tal-Aġenzija msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 168/2007 f'konformità mal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

1.   Is-Serbja għandha taħtar persuni li jissodisfaw il-kriterji previsti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 168/2007 bħala osservatur u sostitut, rispettivament. Huma jistgħu jipparteċipaw fil-ħidma tal-Bord ta' Tmexxija fuq bażi ugwali mal-membri u s-sostituti maħtura mill-Istati Membri, iżda mingħajr id-dritt tal-vot.

2.   Is-Serbja għandha tinnomina uffiċjal tal-gvern bħala l-Uffiċjal Nazzjonali ta' Kuntatt, kif imsemmi fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 168/2007.

3.   Fi żmien erba' xhur mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni, is-Serbja għandha tinforma lill-Kummissjoni Ewropea bl-ismijiet, il-kwalifiki u d-dettalji ta' kuntatt tal-persuni msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 5

Id-dejta pprovduta lil, jew derivanti minn, l-Aġenzija tista' tiġi ppubblikata u għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, bil-kundizzjoni li l-informazzjoni kunfidenzjali tingħata l-istess grad ta' protezzjoni fis-Serbja hekk kif tingħata fl-Unjoni.

Artikolu 6

L-Aġenzija għandha tgawdi fis-Serbja l-istess kapaċità legali bħal dik mogħtija lill-entitajiet legali skont il-liġijiet tas-Serbja.

Artikolu 7

Sabiex l-Aġenzija u l-persunal tagħha jkunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom, is-Serbja għandha tagħtihom il-privileġġi u l-immunitajiet identiċi għal dawk stabbiliti fl-Artikoli minn 1 sa 4, 5, 6, minn 10 sa 13, 15, 17 u 18 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 8

Kull waħda mill-Partijiet għandha tieħu kull miżura ġenerali jew speċifika li tkun meħtieġa sabiex ikunu sodisfatti l-obbligi tagħha skont din id-Deċiżjoni u għandha tinnotifikahom lill-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Mejju 2018.

Għall-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Serbja

Il-President

J. JOKSIMOVIĆ


(1)  ĠU L 278, 18.10.2013, p. 16.

(2)  ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.


ANNESS

KONTRIBUZZJONI FINANZJARJA TAS-SERBJA LILL-AĠENZIJA TAL-UNJONI EWROPEA GĦAD-DRITTIJIET FUNDAMENTALI

1.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja li għandha titħallas mis-Serbja għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea biex tipparteċipa fl-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (l-“Aġenzija”), kif stipulat fil-punt 2, tirrappreżenta l-ispiża sħiħa tal-parteċipazzjoni tagħha fiha għall-ewwel tliet snin. Mir-raba' sena 'l quddiem, l-ammonti jiġu determinati skont il-punt 6.

2.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja li għandha titħallas mir-Repubblika tas-Serbja għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-ewwel tliet snin għandha tkun kif ġej:

Sena 1:

EUR 180 000

Sena 2:

EUR 183 000

Sena 3:

EUR 186 000

3.

L-appoġġ finanzjarju possibbli mill-programmi ta' assistenza tal-Unjoni jiġi miftiehem separatament skont il-programm tal-Unjoni rilevanti.

4.

Il-kontribuzzjoni tas-Serbja tkun amministrata skont ir-Regolament Finanzjarju (1) applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

5.

L-ispejjeż tal-ivjaġġar u tal-għajxien tar-rappreżentanti u l-esperti tas-Serbja għall-iskopijiet tal-parteċipazzjoni fil-ħidma tal-Aġenzija jew f'laqgħat relatati mal-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma tal-Aġenzija għandhom ikunu rimborsati mill-Aġenzija fuq l-istess bażi bħal, u skont il-proċeduri li huma bħalissa fis-seħħ għal, l-Istati Membri tal-Unjoni.

6.

Wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni u fil-bidu ta' kull sena sussegwenti, il-Kummissjoni tibgħat lis-Serbja talba għall-fondi li jikkorrispondu għall-kontribuzzjoni tagħha lill-Aġenzija skont din id-Deċiżjoni. Għall-ewwel sena kalendarja tal-parteċipazzjoni tagħha, is-Serbja tħallas kontribuzzjoni kkalkulata mid-data tal-parteċipazzjoni sa l-aħħar tas-sena fuq bażi pro rata. Għas-snin ta' wara, il-kontribuzzjoni tkun skont it-tabella taħt il-punt 2 ta' dan l-Anness. Mir-rabà sena 'l quddiem, il-kontribuzzjoni tiġi adattata fid-dawl ta' kull żieda jew tnaqqis tas-sussidju tal-Aġenzija sabiex iżżomm l-analoġija bejn il-kontribuzzjoni għas-Serbja u l-baġit tal-Aġenzija għall-EU-28. Il-kontribuzzjoni tista' tiġi riveduta wkoll fis-snin finanzjarji segwenti fuq il-bażi tal-aħħar dejta statistika ppubblikata mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea (Eurostat).

7.

Din il-kontribuzzjoni għandha tkun espressa f'EUR u mħallsa f'kont bankarju tal-EUR tal-Kummissjoni.

8.

Is-Serbja tħallas il-kontribuzzjoni tagħha skont it-talba għal fondi għall-parti tagħha sa 30 jum wara li t-talba għall-fondi tintbagħat mill-Kummissjoni.

9.

Kull dewmien fil-ħlas tal-kontribuzzjoni għandu jġib miegħu ħlas ta' imgħax mis-Serbja fuq l-ammont pendenti mid-data li fih ikun dovut. Ir-rata tal-imgħax tikkorrispondi għar-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew, fid-data li fiha l-ħlas ikun dovut, għall-operazzjonijiet tiegħu f'EUR, biż-żieda ta' 1,5 punt perċentwali.

(1)  Ir-Regolament (UE, EURATOM) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).