|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 227 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 61 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
10.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 227/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1221
tal-1 ta' Ġunju 2018
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/35 f'dak li jirrigwarda l-kalkolu ta' rekwiżiti kapitali regolatorji għat-titolizzazzjonijiet u titolizzazzjonijiet sempliċi, trasparenti u standardizzati miżmuma mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 111(1)(c) u l-Artikolu 135(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Suq tat-titolizzazzjoni li jiffunzjona tajjeb jipprovdi sorsi addizzjonali ta' finanzjament għas-swieq kapitali, u b'hekk itejjeb il-kapaċità ta' finanzjament tal-ekonomija reali u jikkontribwixxi biex titlesta l-Unjoni tas-Swieq Kapitali. Barra minn hekk, suq tat-titolizzazzjoni li jiffunzjona tajjeb jipprovdi opportunitajiet ta' investiment alternattivi għal impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, li jeħtieġu li jiddiversifikaw il-portafolli tagħhom f'ambjent ta' rendiment baxx. Bħala investituri istituzzjonali, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jenħtieġ għalhekk li jiġu integrati b'mod sħiħ fis-suq tat-titolizzazzjoni tal-Unjoni. |
|
(2) |
Biex jiġi żgurat irkupru sod tas-suq tat-titolizzazzjoni tal-Unjoni, ġie stabbilit qafas regolatorju ġdid għat-titolizzazzjoni, ibbażat fuq it-tagħlimiet miksuba matul il-kriżi finanzjarja. Ir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi l-elementi sostantivi ta' qafas tat-titolizzazzjoni komprensiv, bi kriterji għall-identifikazzjoni ta' titolizzazzjonijiet sempliċi, trasparenti u standardizzati (“STS”) u sistema ta' superviżjoni għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni korretta ta' dawn il-kriterji mill-oriġinaturi, l-isponsors, l-emittenti u l-investituri istituzzjonali. Barra minn hekk, dak ir-Regolament jistipula sett ta' rekwiżiti komuni fir-rigward taż-żamma tar-riskji, id-diliġenza dovuta u l-iżvelar għas-setturi tas-servizzi finanzjarji kollha. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) 2017/2401 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jemenda, b'effett mill-1 ta' Jannar 2019, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) sabiex jistipula reviżjoni tar-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u għad-ditti tal-investiment li joriġinaw jew jisponsorjaw titolizzazzjonijiet jew jinvestu fihom, b'mod partikolari rekwiżiti riveduti tal-kapital għal investimenti f'titolizzazzjonijiet STS. |
|
(3) |
Sa fejn il-qafas leġiżlattiv rivedut għat-titolizzazzjoni jirfes il-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 (5), huwa meħtieġ, sabiex tiġi evitata r-regolamentazzjoni doppja u għal raġunijiet ta' ċarezza u konsistenza, li l-qafas prudenzjali applikabbli għall-impriżi ta' assigurazzjoni u riassigurazzjoni jiġi adattat. |
|
(4) |
Ir-Regolament (UE) 2017/2402 jistabbilixxi definizzjonijiet ta' diversi kunċetti relatati mat-titolizzazzjoni. Peress li dan ir-Regolament japplika għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li huma fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE huwa xieraq, għall-finijiet tad-definizzjoni ta' kunċetti li huma definiti wkoll fir-Regolament (UE) 2017/2402, li ssir referenza fir-Regolament Delegat (UE) 2015/35 għad-definizzjonijiet rilevanti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/2402. Għall-istess raġunijiet, sa fejn ir-rekwiżiti marbutin maż-żamma tar-riskju u d-diliġenza dovuta huma stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/2402 għall-investituri istituzzjonali kollha, dawn ir-rekwiżiti jenħtieġ li jitħassru mir-Regolament Delegat (UE) 2015/35. |
|
(5) |
Ir-Regolament (UE) 2017/2402 jistabbilixxi kriterji ta' kwalifika għal titolizzazzjonijiet STS sabiex tkun provduta definizzjoni armonizzata ta' prodotti ta' titolizzazzjoni ta' kwalità ogħla għas-swieq kapitali fl-Unjoni. Il-kategorija tal-assi tat-‘titolizzazzjoni tat-tip 1’ fir-Regolament Delegat (UE) 2015/35 nħolqot biex jinkiseb għan simili għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, bi kriterji ta' kwalifika komparabbli. Sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u kundizzjonijiet ugwali għal kulħadd fis-suq tat-titolizzazzjoni, id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-kategorija tal-assi tat-‘titolizzazzjoni tat-tip 1’ jenħtieġ li jitħassru mir-Regolament Delegat (UE) 2015/35 u minflok jenħtieġ li ssir referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar it-titolizzazzjoni STS stabbilita fir-Regolament (UE) 2017/2402. Sabiex jiġi evitat li dawk l-emendi jwasslu għal effetti negattivi, jenħtieġ li jiġu stipulati miżuri tranżitorji fir-rigward ta' assi eżistenti li jiffurmaw parti mill-kategorija ta' ‘titolizzazzjoni tat-tip 1’. |
|
(6) |
Il-kalibrar tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvibbiltà skont id-Direttiva 2009/138/KE huwa bbażat fuq ir-riskju u huwa maħsub biex jipprovdi l-inċentivi t-tajba bejn il-forom differenti ta' investimenti fit-titolizzazzjoni. Sabiex jinkiseb dak l-objettiv, il-livell ta' kalibrazzjoni u s-sensittività għar-riskju fost is-segmenti jenħtieġ li jkunu proporzjonati għall-karatteristiċi tat-titolizzazzjoni STS, u jenħtieġ ukoll li jkunu konsistenti mar-rekwiżiti prudenzjali żviluppati għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u għad-ditti tal-investiment. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet eżistenti tar-Regolament Delegat (UE) 2015/35 dwar il-kalibrazzjoni għat-“titolizzazzjoni tat-tip 1” jenħtieġ li jiġu sostitwiti b'kalibrazzjoni iktar sensittiva għar-riskji għat-titolizzazzjoni STS li tkopri s-segmenti kollha possibbli li jissodisfaw ukoll rekwiżiti addizzjonali sabiex iġu mminimizzati r-riskji. |
|
(7) |
Id-dħul fis-seħħ tal-qafas rivedut jenħtieġ li ma jaffettwax ħażin l-investimenti eżistenti fit-titolizzazzjoni, b'mod partikolari għal dawk l-investituri istituzzjonali li żammew xi investimenti minkejja l-kriżi finanzjarja. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti miżuri tranżizzjonali. |
|
(8) |
Fid-dawl tad-dati ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/2402 u tar-Regolament (UE) 2017/2401, kif ukoll id-dispożizzjonijiet tranżitorji li jinsabu f'dawk il-biċċiet ta' leġiżlazzjoni, huwa importanti li jiġi żgurat li dan ir-Regolament jibda japplika fl-istess data, fl-1 ta' Jannar 2019. |
|
(9) |
Għalhekk, ir-Regolament Delegat (UE) 2015/35 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament Delegat (UE) 2015/35
Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/35 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 4, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'li ġej: “6. Għall-finijiet tal-paragrafu 5, l-iskoperturi l-kbar jew dawk aktar kumplessi ta' impriża għandhom jinkludu l-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni kif inhu msemmi fl-Artikolu 178(8) u (9) u l-pożizzjonijiet ta' rititolizzazzjoni.”; |
|
(3) |
L-Artikolu 177 huwa mħassar; |
|
(4) |
L-Artikolu 178 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 178 Tixrid tar-riskju fuq pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni: kalkolu tar-rekwiżit kapitali 1. Ir-rekwiżit kapitali SCRsecuritisation għar-riskju tal-firxa fuq pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni għandu jkun daqs it-telf fil-fondi proprji bażiċi li jirriżulta minn tnaqqis relattiv f'daqqa ta' stressi fil-valur ta' kull pożizzjoni ta' titolizzazzjoni i. 2. Il-fattur tar-riskju stressi għandu jiddependi fuq it-tul ta' żmien modifikat denominat fi snin (duri ). duri ma għandux ikun inqas minn sena. 3. Pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni STS superjuri li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 243 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominat għandhom jiġu assenjati fattur ta' riskju stressi skont l-iskala tal-kwalità kreditizja u t-tul ta' żmien modifikat tal-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni i, kif stabbilit fit-tabella li ġejja:
4. Pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni STS mhux superjuri li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 243 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati fattur ta' riskju stressi skont l-iskala tal-kwalità kreditizja u t-tul ta' żmien modifikat tal-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni i, kif stabbilit fit-tabella li ġejja:
5. Pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni STS superjuri li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 243 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li għalihom ma hemm l-ebda valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata disponibbli għandhom jiġu assenjati fattur ta' riskju stressi skont it-tul ta' żmien modifikat tal-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni i, kif stabbilit fit-tabella li ġejja:
6. Pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni STS mhux superjuri li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 243 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li għalihom ma hemmx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominat għandhom jiġu assenjati fattur ta' riskju stressi ekwivalenti għall-iskala 5 tal-kwalità kreditizja u skont it-tul ta' żmien tal-esponiment, kif stabbilit fit-tabella fil-paragrafu 3. 7. Pożizzjonijiet ta' rititolizzazzjoni li għalihom valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata tkun disponibbli għandhom jiġu assenjati fattur ta' riskju stressi ugwali għall-formola li ġejja:
8. Pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li mhumiex koperti mill-paragrafi 3 sa 7 u li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati fattur ta' riskju stressi ugwali għall-formola li ġejja:
9. Pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li mhumiex koperti mill-paragrafi 3 sa 8, għandhom jiġu assenjati fattur tar-riskju stressi ta' 100 %.”; |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(5) |
jiddaħħal l-Artikolu 178a li ġej: “Artikolu 178a Riskju tal-firxa fuq pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni: dispożizzjonijiet tranżizzjonali 1. Minkejja l-Artikolu 178(3), titolizzazzjonijiet maħruġin qabel l-1 ta' Jannar 2019 li jikkwalifikaw bħala titolizzazzjonijiet tat-tip 1 skont l-Artikolu 177(2) fil-verżjoni fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2018 għandhom jiġu assenjati fattur ta' riskju stressi skont l-Artikolu 178(3), anke fejn dawk it-titolizzazzjonijiet ma jkunux titolizzazzjonijiet STS li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 243 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. 2. Il-paragrafu 1 għandu japplika biss f'ċirkostanzi fejn skoperturi sottostanti ġodda jkunu ġew miżjuda jew sostitwiti wara l-31 ta' Diċembru 2018. 3. Minkejja l-Artikolu 178(3), titolizzazzjonijiet maħruġin qabel it-18 ta' Jannar 2015 li jikkwalifikaw bħala titolizzazzjonijiet tat-tip 1 skont l-Artikolu 177(4) fil-verżjoni fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2018 għandhom jiġu assenjati fattur ta' riskju stressi skont l-Artikoli 177 u 178 fil-verżjonijiet fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2018. 4. Minkejja l-Artikolu 178(3), titolizzazzjonijiet maħruġin qabel l-1 ta' Jannar 2019 li jikkwalifikaw bħala titolizzazzjonijiet tat-tip 1 skont l-Artikolu 177(5) fil-verżjoni fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2018 għandhom, sal-31 ta' Diċembru 2025, jiġu assenjati fattur ta' riskju stressi skont l-Artikoli 177 u 178 fil-verżjoni fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2018.”; |
|
(6) |
l-Artikolu 180 huwa emendat kif ġej:
|
|
(7) |
l-Artikoli 254, 255 u 256 huma mħassra; |
|
(8) |
l-Artikolu 257 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Ġunju 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35).
(3) Ir-Regolament (UE) 2017/2401 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u għad-ditti ta' investiment (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 12, 17.1.2015, p. 1).
DEĊIŻJONIJIET
|
10.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 227/7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1222
tal-5 ta' Settembru 2018
dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem ta' “End the Cage Age”
(notifikata bid-dokument C(2018) 5829)
(It-test Ingliż biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Is-suġġett tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bit-titolu “End the Cage Age” jirreferi għal li ġej: “Mijiet ta' miljuni ta' annimali tar-razzett fl-UE jinżammu f'gaġeġ tul il-biċċa l-kbira ta' ħajjithom u dan jikkawża tbatija kbira. Aħna nistiednu lill-Kummissjoni Ewropea biex ittemm dan it-trattament inuman tal-annimali tar-razzett”. |
|
(2) |
L-objettivi tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta jirreferu għal dan li ġej: “Ta' kull sena l-gaġeġ jikkawżaw tbatija fuq għadd enormi ta' annimali tar-razzett. Il-gaġeġ huma krudili u bla bżonn, peress li huma vijabbli sistemi bla gaġeġ li joffru aktar benessri. Għalhekk il-Kummissjoni qiegħda tiġi mistiedna biex tipproponi leġiżlazzjoni li tipprojbixxi l-użu ta': il-gaġeġ għat-tiġieġ tal-bajd, għall-fniek, għall-għattuqa, għat-tiġieġ tat-tnissil, għat-tiġieġ tal-bajd ripproduttivi, għas-summien, għall-papri u għall-wiżż; il-gaġġeġ tal-ħlas għall-ħnieżer nisa; l-imqajjel tal-ħnieżer nisa, fejn mhux diġà pprojbiti; il-gaġeġ fejn jinżammu l-għoġol individwalment, fejn mhux diġà pprojbiti.” |
|
(3) |
It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jirrinforza ċ-ċittadinanza tal-Unjoni u jsaħħaħ aktar il-funzjonament demokratiku tal-Unjoni billi jipprevedi, fost l-oħrajn, li kull ċittadin ikollu d-dritt jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni permezz ta' inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej. |
|
(4) |
Għal dan il-għan, il-proċeduri u l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-inizjattiva taċ-ċittadini għandhom ikunu ċari, sempliċi, faċli biex jintużaw u proporzjonati man-natura tal-inizjattiva taċ-ċittadini sabiex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u biex l-Unjoni ssir aktar aċċessibbli. |
|
(5) |
Għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati jista' jiġi adottat Att ġuridiku tal-Unjoni għad-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jinkisbu l-objettivi tal-politika agrikola komuni, inkluż il-projbizzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ fil-kuntest tal-produzzjoni agrikola, fuq il-bażi tal-Artikolu 43(2) TFUE. |
|
(6) |
L-inizjattiva taċ-ċittadini proposta, sa fejn hija mmirata lejn proposti mill-Kummissjoni għal att ġuridiku li jistabbilixxi projbizzjonijiet relatati mal-produzzjoni agrikola, ma taqax manifestament barra mill-qafas tas-setgħat tal-Kummissjoni li tressaq proposta għal att ġuridiku tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati, skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament. |
|
(7) |
Barra minn hekk, ġie ffurmat kumitat taċ-ċittadini u nħattru persuni ta' kuntatt skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament u l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta la tidher li hija abbużiva, la frivola u lanqas vessatorja u lanqas ma tidher li tmur kontra l-valuri tal-Unjoni kif stipulat fl-Artikolu 2 TUE. |
|
(8) |
Għalhekk jenħtieġ li l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bit-titolu “End the Cage Age” tiġi rreġistrata. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bit-titolu “End the Cage Age” qiegħda b'dan tiġi rreġistrata.
2. Jistgħu jinġabru dikjarazzjonijiet ta' appoġġ għal din l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta, abbażi tal-fehim li l-inizjattiva timmira lejn proposti mill-Kummissjoni għal att ġuridiku li jistabbilixxi projbizzjonijiet relatati mal-produzzjoni agrikola.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta' Settembru 2018.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-organizzaturi (il-membri tal-kumitat taċ-ċittadini) tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bit-titolu “End the Cage Age”, rappreżentati mis-Sinjura Ms Léopoldine CHARBONNEAUX u mis-Sinjura Olga KIKOU li jaġixxu bħala persuni ta' kuntatt.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Settembru 2018.
Għall-Kummissjoni
Frans TIMMERMANS
L-Ewwel Viċi President