ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 209 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 61 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
* |
||
|
|
LINJI GWIDA |
|
|
* |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
DEĊIŻJONIJIET
20.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 209/1 |
DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2018/1150 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
tal-25 ta' Lulju 2018
li taħtar Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 253 u 255 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106(a)(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-mandati ta' erbatax-il Imħallef u ħames Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja jiskadu fis-6 ta' Ottubru 2018. Jenħtieġ li jsiru ħatriet biex jimtlew dawn il-karigi għall-perijodu li jibda fis-7 ta' Ottubru 2018. |
(2) |
Il-mandat tal-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali huwa għal perijodu ta' sitt snin. |
(3) |
Ġiet proposta l-kandidatura tas-Sur Nuno José Cardoso da Silva Piçarra għall-kariga ta' Mħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
(4) |
Il-kumitat stabbilit skont l-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-adegwatezza tas-Sur Nuno José Cardoso da Silva Piçarra għall-qadi tad-dmirijiet ta' Mħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Nuno José Cardoso da Silva Piçarra huwa b'dan maħtur Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-perijodu mis-7 ta' Ottubru 2018 sas-6 ta' Ottubru 2024.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Lulju 2018.
Il-President
N. MARSCHIK
LINJI GWIDA
20.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 209/2 |
LINJA GWIDA (UE) 2018/1151 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-2 ta' Awwissu 2018
li temenda l-Linja Gwida BĊE/2011/23 dwar ir-rekwiżiti ta' rapportaġġ statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-istatistika esterna (BĊE/2018/19)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b' mod partikolari l-Artikolu 3.1, 3.3, 5.1, 12.1, 14.3 u 16 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex iwieġeb għal ħtiġijiet analitiċi li dejjem qegħdin jiżdiedu għal finijiet ta' politika monetarja u stabbiltà finanzjarja li jirriżultaw mill-kriżijiet finanzjarji u ekonomiċi, il-konsegwenzi tal-globalizzazzjni (eż inġinerija finanzjarja u żieda fil-komplessità ta' ditti multinazzjonali), u l-istatistika dwar l-innovazzjoni finanzjarja, il-bilanċ tal-pagamenti trimestrali u l-pożizzjonijiet ta' investiment internazzjonali trid tissaħħaħ aktar. Barra minn dan. hija meħtieġa integrazzjoni ulterjuri bejn l-istatistika dwar il-bilanċ tal-pagamenti trimestrali u l-pożizzjonijiet ta' investiment internazzjonali u l-kontijiet nazzjoanli (inkluż settorjali). |
(2) |
Is-settur korporattiv mhux finanzjarju huwa importanti ħafna ekonomikament, iżda għadu mhuwiex kopert separatament fil-Linja Gwida BĊE/2011/23 (2). Barra minn dan, l-importanza tas-subsetturi individwali ta' istituzzjonijiet finanzjarji u mhux monetarji (non-MFIs) għall-finanzjament tal-ekonomija għadha qed tikber, u dan iżid l-importanza tal-ġbir ta' informazzjoni bħal din għall-finijiet tat-trasparenza u biex tissaġħaħ l-analiżi ekonomika u finanzjarja. |
(3) |
Ir-riskji tar-rata tal-kambju u l-iżbilanċi tal-munita huma dejjem aktar relevanti fil-kuntest tal-globalizazzjoni u l-integrazzjoni finanzjarja, kif identifikar mill-G20 fil-kuntest tal-inizjattiva tagħha għal-lakuni fid-dejta. Bħala l-ewwel pass lejn komprensjoni aħjar ta' dawn ir-riskji, u biex jintefa' aktar dawl fuq kif tiżviluppa l-importanza relattiva ta' muniti ewlenin, informazzjoni komprensiva dwar il-munita ta-denominazzjoni ta' pożizzjonijiet ta' investiment internazzjonali għandha tiġi rrapportata fuq bażi trimestrali. |
(4) |
Għal analiżi bilaterali bir-reqqa tat-tranżazzjonijiet u l-pożizzjonijiet ta' invetiment internazzjonali taż-żona tal-euro fil-konfront tas-sħab kummerċjali ewlenin, huwa meħtieġ titjib fid-dettal ġeografiku sabiex il-pajjiżi kollha tal-G-20 ikunu identifikati b'mod individwali. Barra minn dan, konsiderazzjonijiet dwar il-kwalità tad-dejta, jiġifieri analiżi tal-asimettriji bilaterali, jenħtieġu l-ġbir ta' dejta trimestrali fuq tranżazzjonijiet u pożizzjonijiet bilaterali bejn l-Istati Membri kollha. |
(5) |
Il-konsistenza bejn il-bilanċ tal-pagamenti u l-istatistika dwar il-pożizzjoni tal-investiment internazzjonali fuq naħa u l-istatistika dwar il-kontijiet nazzjonali (inkluż settorjali) fuq in-naħa l-oħra hija ta' importanza fundamantali fl-isforzi biex tittejjeb il-kwalità tad-dejta. Il-metodoloġiji sottostanti għall-kumpilazzjoni ta' dawn iż-żewġ settijiet ta' dejta huma identiċi; b'hekk id-dejta miż-żewġ setturi hija ta' spiss ikombinata għal finijiet analitiċi. Huwa għaldaqstant importanti illi jkun hemm biżżejjed dettal disponibbli skont it-tip tal-istrument, fil-bilanċ tal-pagamenti u l-istatistika dwar il-pożizzjonijiet ta' investiment internazzjonali sabiex tkun possibli kombinazzjoni preċiża taż-żewġ settijiet ta' dejta. |
(6) |
Il-kumpilazzjoni u r-rilaxx ta' aggregati taż-żona tal-euro għar-rekwiżiti tad-dejta ġodda kollha għandhom ikunu akkumpanjati minn rilaxx komprensiv tas-settijiet ta' dejta nazzjonali rispettivi sabiex tkun permessa analiżi sinifikanti bejn il-pajjżi ta' din l-informazzjoni. Settijiet ta' dejta nazzjonali li ser ikunu ppubblikati m'għandhomx ikun fihom tagħrif statistiku kunfidenzjali skont ir-Regolament (KE) Nru 2533/98. |
(7) |
Sabiex jitħalla biżżejjed żmien għat-tħejjija għat-tibdil neċessarju għall-metodi ta' kumpilazzjoni tal-istatistika nazzjonali, il-banek ċentrali nazzjonali li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida mill-1 ta' Marzu 2021. |
(8) |
Għalhekk, il-Linja Gwida BĊE/2011/23 għandha tiġi emendata f'dan is-sens, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Emendi
Il-Linja Gwida BĊE/2011/23 hija emendata kif ġej:
1. |
fl-Artikolu 1, il-punt 17 huwa ssostitwit b'dan li ġej:
|
2. |
Fl-Artikolu 2, jitħassar il-paragrafu 1a; |
3. |
fl-Artikolu 3a, il-paragrafu 1 huwa mibdul b'li ġej: “1. Il-BĊE għandu jibgħat lill-BĊNi l-aggregati taż-żona tal-euro illi jippubblika, kif ukoll is-settijiet ta' dejta nazzjonali pubblikabbli.”; |
4. |
L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
5. |
L-Annessi I u II huma emendati skont l-Anness ta' din il-Linja Gwida. |
Artikolu 2
Effettività u implimentazzjoni
1. Din il-Linja Gwida għandha ssir effettiva fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
2. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida mill-1 ta' Marzu 2021.
Artikolu 3
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.
Magħmula fi Frankfurt am Main, it-2 ta' Awwissu 2018.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.
(2) Linja Gwida 2012/120/UE tad-9 ta' Diċembru 2011 dwar ir-rekwiżiti ta' rapportar statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-istatistika esterna (BĊE/2011/23 ) (ĠU L 65, 3.3.2012, p. 1).
ANNESS
L-Annessi I u II tal-Linja ta' Gwida BĊE/2011/23 huma emendati kif gej:
1. |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
2. |
L-Anness II huwa emendat kif gej:
|
(1) Kunċetti u definizzjonijiet ta' partiti magħżula huma speċifikati fl-Anness III.
(2) Id-dettalji tar-rendikonti ġeografiċi meħtieġa huma speċifikati fit-Tabella 7.
(3) Id-dettalji tar-rendikonti tas-settur istituzzjonali meħtieġa huma speċifikati fit-Tabella 8.
(4) Id-dettalji tar-rendikonti tal-munita tad-denominazzjoni meħtieġa huma speċifikati fit-Tabella 9.
(5) Id-dettal huwa wkoll parti mir-rekwizit sħiħ.”.
Rettifika
20.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 209/29 |
Rettifika tal-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea u tliet ftehimiet relatati
iffirmat fi Brussell, fil-11 ta' April 2014
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 170 tal-11 ta' Ġunju 2014 )
Fil-paġna 20, l-Artikolu 2, paragrafu 2, subparagrafu (a), punt (ii), punt (aa),
minflok:
“‘Verżjoni bil-Kroat
Izvoznik proizvoda obuhvaćenih ovom ispravom (carinsko ovlaštenje br … (1)) izjavljuje da su, osim ako je drukčije izričito navedeno, ovi proizvodi … (2) preferencijalnog podrijetla.
— |
akkumulazzjoni applikata ma' …… (isem tal-pajjiż/pajjiżi) |
— |
ebda akkumulazzjoni applikata (3)’.”, |
aqra:
“‘Verżjoni bil-Kroat
Izvoznik proizvoda obuhvaćenih ovom ispravom (carinsko ovlaštenje br … (1)) izjavljuje da su, osim ako je drukčije izričito navedeno, ovi proizvodi … (2) preferencijalnog podrijetla.
— |
cumulation applied with …… (isem tal-pajjiż/pajjiżi), |
— |
no cumulation applied (3)’.”. |