ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 205

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
14 ta' Awwissu 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1128 tad-9 ta' Awwissu 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1354/2011 li jiftaħ il-kwoti tariffarji annwali tal-Unjoni għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1129 tat-13 ta' Awwissu 2018 li japprova l-aċetamiprid bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 18 ( 1 )

4

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1130 tat-13 ta' Awwissu 2018 li japprova ċ-ċipermetrina bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tal-kategorija ta' prodotti tat-tip 18 ( 1 )

8

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1131 tat-13 ta' Awwissu 2018 li japprova l-penflufen bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 8 ( 1 )

12

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1132 tat-13 ta' Awwissu 2018 li jawtorizza t-tibdil tad-denominazzjoni u tar-rekwiżit speċifiku tat-tikkettar tal-ikel ġdid żeaksantina sintetika skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 ( 1 )

15

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1133 tat-13 ta' Awwissu 2018 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-partijiet esposti mnixxfin tal-Hoodia parviflora bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 ( 1 )

18

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1134 tal-5 ta' Lulju 2018 dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal kuntratti mogħtija għal ċerti attivitajiet relatati mal-provvista bl-imnut tal-elettriku u l-gass naturali fir-Repubblika Ċeka (notifikata bid-dokument C(2018) 4194)  ( 1 )

23

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1135 tal-10 ta' Awwissu 2018 li tistabbilixxi t-tip, il-format u l-frekwenza tal-informazzjoni li għandhom jagħmlu disponibbli l-Istati Membri għall-finijiet tar-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (notifikata bid-dokument C(2018) 5009)  ( 1 )

40

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1136 tal-10 ta' Awwissu 2018 dwar miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju u għall-bijosigurtà rinforzata u s-sistemi tad-detezzjoni bikrija fir-rigward tar-riskji maħluqa minn għasafar selvaġġi għat-trażmissjoni ta' viruses tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja għall-pollam (notifikata bid-dokument C(2018) 5243)  ( 1 )

48

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1137 tal-10 ta' Awwissu 2018 dwar is-superviżjoni, il-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti u l-miżuri li għandhom jittieħdu rigward il-materjal tal-ippakkjar tal-injam għat-trasport ta' prodotti li joriġinaw minn ċerti pajjiżi terzi (notifikata bid-dokument C(2018) 5245)

54

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

14.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1128

tad-9 ta' Awwissu 2018

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1354/2011 li jiftaħ il-kwoti tariffarji annwali tal-Unjoni għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 187 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1354/2011 (2) jipprevedi l-ftuħ tal-kwoti tariffarji annwali tal-Unjoni fuq l-importazzjoni għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż, fosthom għal dawk li ġejjin mill-Iżlanda.

(2)

Skont l-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1354/2011, il-kwoti tariffarji li dak ir-Regolament jiftaħ iridu jkunu ġestiti skont l-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (3).

(3)

Fit-23 ta' Marzu 2017, l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda ffirmaw Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2087 (4) awtorizzat l-iffirmar tal-Ftehim f'isem l-Unjoni, filwaqt li d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1913 (5) awtorizzat il-konklużjoni tiegħu.

(4)

Skont l-Anness V tal-Ftehim, l-Unjoni emendat ir-Regolament (UE) Nru 1354/2011 permezz tar-Regolament (UE) 2018/562 (6). L-emenda żiedet il-kwantitajiet ta' kwoti mingħajr dazju preeżistenti għall-Iżlanda għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż, li jaqgħu taħt l-intestaturi tariffarji 0204 u 0210, u barra minn hekk fetħet kwota mingħajr dazju annwali tal-Unjoni għal-laħam tan-nagħaġ ipproċessat li jaqa' fis-subintestatura 1602 90.

(5)

Il-kwantitajiet tal-kwoti tal-laħam tan-nagħaġ u tal-laħam tal-mogħoż amministrati skont ir-Regolament (UE) Nru 1354/2011 huma espressi f'ekwivalenza għall-piż tal-karkassi, billi l-Ftehim jipprevedi li l-kwantitajiet iridu jiġu espressi f'tunnellati ta' prodotti. Għalhekk jixraq li tiġi prevista l-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni li huma stabbiliti fil-Ftehim f'Regolament separat li jrid jiġi adottat, sabiex tiġi żgurata ġestjoni bla xkiel tal-kwota skont ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Bħala konsegwenza, jenħtieġ li dawk il-kwoti tariffarji jitneħħew b'mod simultanju mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1354/2011 abbażi tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(6)

Għalhekk jeħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1354/2011 jiġi emendat kif xieraq.

(7)

Ir-Regolament il-ġdid li jiftaħ il-kwoti tariffarji tal-importazzjoni għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż u l-laħam tan-nagħaġ ipproċessat li joriġina fl-Iżlanda adottat skont ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 se jibda japplika mill-1 ta' Settembru 2018. Għalhekk, jenħtieġ li l-emendi jikkorrispondu mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1354/2011 japplikaw mill-istess data.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1354/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 3(2), jitħassar il-punt (e);

(2)

L-Anness huwa sostitwit bit-test mogħti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta' Settembru 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Awwissu 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Günther OETTINGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1354/2011 tal- 20 ta' Diċembru 2011 li jiftaħ il-kwoti tariffarji tal-Unjoni għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż (ĠU L 338, 21.12.2011, p. 36).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2087 tal-14 ta' Novembru 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli (ĠU L 324, 30.11.2016, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1913 tad-9 ta' Ottubru 2017 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli (ĠU L 274, 24.10.2017, p. 57).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/562 tad-9 ta' April 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1354/2011 li jiftaħ il-kwoti tariffarji annwali tal-Unjoni għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż (ĠU L 94, 12.4.2018, p. 4).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).


ANNESS

ANNESS

IL-KWOTI TARIFFARJI TAL-UNJONI GĦAL-LAĦAM TAN-NAGĦAĠ U GĦAL-LAĦAM TAL-MOGĦOŻ (f'tunnellati (t) ta' ekwivalenti ta' piż tal-karkassi)

Kodiċijiet NM

Dazju “ad valorem”

(%)

Dazju speċifiku

f'EUR għal kull 100 kg

Numru tas-serje skont il-prinċipju li min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel

Oriġini

Volum annwali f'tunnellati ta' ekwivalenti ta' piż tal-karkassi

Annimali ħajjin

(koeffiċjent = 0,47)

Laħam tal-ħaruf bla għadam (1)

(koeffiċjent = 1,67)

Laħam tal-muntun u laħam tan-nagħaġ bla għadam (2)

(koeffiċjent = 1,81)

Karkassi u laħam bl-għadam

(koeffiċjent = 1,00)

0204

Żero

Żero

09.2101

09.2102

09.2011

L-Arġentina

23 000

09.2105

09.2106

09.2012

L-Awstralja

19 186

09.2109

09.2110

09.2013

In-New Zealand

228 254

09.2111

09.2112

09.2014

L-Urugwaj

5 800

09.2115

09.2116

09.1922

Iċ-Ċilì (3)

8 000

09.2121

09.2122

09.0781

In-Norveġja

300

09.2125

09.2126

09.0693

Il-Greenland

100

09.2129

09.2130

09.0690

Il-Gżejjer Faeroe

20

09.2131

09.2132

09.0227

It-Turkija

200

09.2171

09.2175

09.2015

Pajjiżi oħrajn (4)

200

09.2178

09.2179

09.2016

Erga omnes  (5)

200

0104 10 30

0104 10 80

0104 20 90

10

Żero

09.2181

09.2019

Erga omnes  (5)

92


(1)  U laħam tal-gidi.

(2)  U laħam tal-mogħoż minbarra dak tal-gidi.

(3)  Il-kwota tariffarja għaċ-Ċilì tiżdied b'200 t fis-sena.

(4)  “Pajjiżi oħrajn” għandha tirreferi għall-membri kollha tad-WTO minbarra l-Arġentina, l-Awstralja, in-New Zealand, l-Urugwaj, iċ-Ċilì, il-Greenland u l-Iżlanda.

(5)  “Erga omnes” għandha tirreferi għall-pajjiżi kollha tal-oriġini, inklużi dawk imsemmijin f'din it-tabella.


14.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1129

tat-13 ta' Awwissu 2018

li japprova l-aċetamiprid bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 18

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista ta' sustanzi attivi eżistenti li jridu jiġu evalwati biex possibbilment jiġu approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali. Dik il-lista tinkludi l-aċetamiprid.

(2)

L-aċetamiprid ġiet evalwata għall-użu fi prodotti tat-tip 18, insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta' artropodi oħra, kif deskritt fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(3)

Il-Belġju nħatar bħala l-Istat Membru relatur u l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni tiegħu ppreżentat ir-rapport tal-valutazzjoni flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tagħha fis-27 ta' Lulju 2015.

(4)

Fl-14 ta' Diċembru 2017, il-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali fformula l-opinjoni tal-Aġenżija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, f'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1062/2014, wara li tqiesu l-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni (3).

(5)

Skont dik l-opinjoni, il-prodotti bijoċidali tat-tip 18 li fihom l-aċetamiprid, jistgħu jitqiesu li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 19(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, diment li jkunu konformi ma' ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet li jikkonċernaw l-użu tagħhom.

(6)

Għalhekk, jixraq li l-aċetamiprid tiġi approvata għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip 18, diment li jkun hemm konformità ma' ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet.

(7)

L-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi tikkonkludi li l-aċetamiprid tissodisfa l-kriterji bħala sustanza persistenti ħafna (vP) u tossika (T) skont l-Anness XIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Għalhekk, l-aċetamiprid tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (d) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u jenħtieġ li titqies bħala kandidat għas-sostituzzjoni.

(8)

Skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, l-approvazzjoni ta' sustanza attiva li titqies bħala kandidat għas-sostituzzjoni jenħtieġ li tkun għal perjodu ta' mhux iktar minn seba' snin.

(9)

Minħabba li l-aċetamiprid tissodisfa l-kriterji għax hija persistenti ħafna (vP) skont l-Anness XIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-oġġetti ttrattati bl-aċetamiprid jew li fihom l-aċetamiprid jenħtieġ li jkunu tikkettati kif jixraq meta jitqiegħdu fis-suq.

(10)

Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu ta' żmien raġonevoli qabel ma tiġi approvata sustanza attiva sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri preparatorji meħtieġa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda.

(11)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-aċetamiprid hija approvata bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip 18, diment li jkun hemm konformità mal-ispeċifikazzjonijiet u mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Awwissu 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta' Awwissu 2014 dwar il-programm ta' ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).

(3)  L-Opinjoni tal-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali (BPC) fir-rigward tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva aċetamiprid, Tip ta' prodott: 18, ECHA/BPC/185/2017, adottata fl-14 ta' Diċembru 2017.

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).


ANNESS

Isem Komuni

Isem IUPAC

Numri ta' Identifikazzjoni

Grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva (1)

Data tal-approvazzjoni

Data tal-iskadenza tal-approvazzjoni

Tip ta' prodott

Kundizzjonijiet Speċifiċi

Aċetamiprid

Isem IUPAC

(E)-N1-[(6-kloro-3-piridil)metil]-N2-ċjano-N1-metilaċetamid

Nru EC: Xejn

Nru tas-CAS: 135410-20-7

99,0 % w/w

l-1 ta' Frar 2020

il-31 ta' Jannar 2027

18

L-aċetamiprid jitqies bħala kandidat għas-sostituzzjoni skont il-punt (d) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.

Fil-valutazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-esponimenti, lir-riskji u lill-effikaċja marbuta ma' kull użu kopert b'applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, iżda li ma jkunx indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju tas-sustanza attiva fil-livell tal-Unjoni.

2.

Fid-dawl tar-riskji identifikati għall-użi vvalutati, il-valutazzjoni tal-prodott għandha tagħti attenzjoni partikolari:

(a)

għall-utenti professjonali;

(b)

għat-trabi u t-tfal żgħar li telqu jimxu li jiġu esposti b'mod sekondarju meta l-prodott jintuża mill-utenti professjonali;

(c)

għall-ilma tal-wiċċ, is-sediment, il-ħamrija u l-ilma tal-pjan, għall-prodotti applikati permezz ta' sprej jew pinzell fl-istalel;

(d)

għall-ilma tal-wiċċ, is-sediment, il-ħamrija u l-ilma tal-pjan, għall-prodotti applikati fil-beraħ permezz ta' sprej.

3.

Għall-prodotti li jistgħu jwasslu għal residwi fl-ikel jew fl-għalf, għandha tiġi vverifikata l-ħtieġa li jiġu stabbiliti livelli massimi ta' residwi (MRLs) ġodda jew li jiġu emendati l-livelli massimi ta' residwi eżistenti skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew skont ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), u għandha tittieħed kull miżura xierqa ta' mitigazzjoni tar-riskji biex ikun żgurat li l-MRLs applikabbli ma jinqabżux.

It-tqegħid fis-suq tal-oġġetti trattati huwa soġġett għall-kundizzjoni li ġejja:

Il-persuna responsabbli mit-tqegħid fis-suq ta' oġġett trattat bl-aċetamiprid jew li jinkorporah għandu jiżgura li t-tikketta ta' dak l-oġġett trattat tipprovdi l-informazzjoni elenkata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 58(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.


(1)  Il-purità indikata f'din il-kolonna kienet il-grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva evalwata. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq jista' jkollha l-istess purità jew purità differenti jekk ikun intwera li teknikament din tkun ekwivalenti għas-sustanza attiva evalwata.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta' limiti ta' residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).


14.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/8


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1130

tat-13 ta' Awwissu 2018

li japprova ċ-ċipermetrina bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tal-kategorija ta' prodotti tat-tip 18

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista ta' sustanzi attivi eżistenti li jridu jiġu evalwati bil-ħsieb li possibbilment jiġu approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali. Dik il-lista tinkludi ċ-ċipermetrina.

(2)

Iċ-ċipermetrina ġiet evalwata għall-użu fi prodotti tat-tip 18, insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta' artropodi oħra, kif deskritt fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(3)

Il-Belġju nħatar bħala l-Istat Membru relatur u l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni tiegħu bagħtet ir-rapport tal-valutazzjoni flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tagħha fil-15 ta' April 2015.

(4)

F'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1062/2014, l-opinjoni tal-Aġenżija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ġiet ifformulata fil-5 ta' Mejju 2017 mill-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali, b'kont meħud tal-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni (3).

(5)

Skont dik l-opinjoni, il-prodotti bijoċidali tal-tat-tip 18 u li fihom iċ-ċipermetrina, jistgħu jitqiesu li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 19(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, diment li jkunu konformi ma' ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet li jikkonċernaw l-użu tagħhom.

(6)

Għalhekk, jixraq li ċ-ċipermetrina tiġi approvata għall-użu fil-prodotti bijoċidali tal-kategorija ta' prodotti tat-tip 18, diment li jkunu konformi ma' ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet.

(7)

Barra minn hekk, fi studju ta' screening li sar bi tħejjija għall-valutazzjoni tal-impatt imwettaq mill-Kummissjoni dwar diversi għażliet biex jiġu investigati s-sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali, ġiet identifikata l-ħtieġa li jiġi investigat aktar fil-fond il-potenzjal tat-tfixkil endokrinali taċ-ċipermetrina (4). Se ssir ukoll valutazzjoni tal-proprjetajiet taċ-ċipermetrina li potenzjalment ifixklu s-sistema endokrinali fil-kuntest tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u l-konklużjonijiet tagħha huma mistennija qabel tmiem l-2018. Skont ir-riżultat ta' din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni se tqis il-ħtieġa li tirrevedi l-approvazzjoni taċ-ċipermetrina bħala sustanza attiva għall-użu fi prodotti bijoċidali skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(8)

Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu ta' żmien raġonevoli qabel ma tiġi approvata sustanza attiva sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri preparatorji meħtieġa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Iċ-ċipermetrina hija approvata bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tal-kategorija ta' prodotti tat-tip 18, diment li jkun hemm konformità mal-ispeċifikazzjonijiet u mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Awwissu 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta' Awwissu 2014 dwar il-programm ta' ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).

(3)  L-Opinjoni tal-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali (BPC) dwar l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva Ċipermetrina, Tip ta' Prodott: PT 18, ECHA/BPC/153/2017, adottata fil-5 ta' Mejju 2017.

(4)  COM (2016) 350 finali.

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).


ANNESS

Isem Komuni

Isem tal-IUPAC

Numri ta' Identifikazzjoni

Grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva (1)

Data tal-approvazzjoni

Data tal-iskadenza tal-approvazzjoni

Tip ta' prodott

Kundizzjonijiet speċifiċi

Ċipermetrina

Isem tal-IUPAC:

Ċipermetrina cis:trans 40:60; karbossilat ta' (RS)-α-ċjano-3 fenossibenżil-(1RS)-cis,trans-3-(2,2-diklorovinil)-2,2-dimetilċiklopropan

Nru EC: 257-842-9

Nru CAS: 52315-07-8

≥ 92 % w/w

Proporzjon isomeriku: cis:trans 40:60;

l-1 ta' Ġunju 2020

il-31 ta' Mejju 2030

18

L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.

Fil-valutazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-esponimenti, lir-riskji u lill-effikaċja marbuta ma' kull użu kopert b'applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, iżda li ma jkunx indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskji tas-sustanza attiva fil-livell tal-Unjoni.

2.

Fid-dawl tar-riskji identifikati għall-użi vvalutati, il-valutazzjoni tal-prodott għandha tagħti attenzjoni partikolari:

(a)

lill-utenti professjonali;

(b)

lill-esponiment sekondarju tat-tfal żgħar u tat-trabi li telqu jimxu;

(c)

lill-ilma tal-wiċċ għall-:

(i)

applikazzjoni fuq is-superfiċji ta' ġewwa; u

(ii)

applikazzjonijiet fuq il-ħitan ta' barra u l-perimetri tal-proprjetajiet f'żoni urbani;

(d)

lill-ħamrija għall-:

(i)

applikazzjoni fuq is-superfiċji ta' ġewwa;

(ii)

applikazzjonijiet fuq il-ħitan ta' barra f'żoni rurali; u

(iii)

applikazzjonijiet fuq il-perimetri f'żoni rurali;

(e)

lis-sediment għall-:

(i)

applikazzjoni fuq is-superfiċji, barrieri kimiċi u trattament għall-qasmiet u għax-xquq fuq ġewwa; u

(ii)

applikazzjonijiet fuq il-ħitan ta' barra u l-perimetri tal-proprjetajiet f'żoni urbani;

(f)

lill-ilma ta' taħt l-art għall-applikazzjoni fuq ħitan ta' barra u fuq il-perimetri tal-proprjetajiet f'żoni urbani.

3.

Għall-prodotti li jistgħu jwasslu għal residwi fl-ikel jew fl-għalf, għandha tiġi vverifikata l-ħtieġa li jiġu stabbiliti livelli massimi ta' residwi (MRLs) ġodda jew li jiġu emendati l-livelli massimi ta' residwi eżistenti skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew skont ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), u għandha tittieħed kull miżura xierqa ta' mitigazzjoni tar-riskji biex ikun żgurat li l-MRLs applikabbli ma jinqabżux.


(1)  Il-purità indikata f'din il-kolonna kienet il-grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva evalwata. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq jista' jkollha l-istess purità jew purità differenti jekk ikun intwera li teknikament din tkun ekwivalenti għas-sustanza attiva evalwata.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta' limiti ta' residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).


14.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/12


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1131

tat-13 ta' Awwissu 2018

li japprova l-penflufen bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 8

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-7 ta' Lulju 2015, l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni tar-Renju Unit irċeviet applikazzjoni għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva penflufen għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip 8, preservattivi għall-injam, kif deskritt fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(2)

L-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni tar-Renju Unit ippreżentat ir-rapport ta' valutazzjoni flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tagħha fit-28 ta' Frar 2017 f'konformità mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(3)

Il-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali tal-Aġenżija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ta l-opinjoni tiegħu fl-14 ta' Diċembru 2017, filwaqt li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni (2).

(4)

Skont dik l-opinjoni, il-prodotti bijoċidali tat-tip 8 li fihom il-penflufen, jistgħu jitqiesu li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 19(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, diment li jkunu konformi ma' ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet li jikkonċernaw l-użu tagħhom.

(5)

Għalhekk, jixraq li l-penflufen tiġi approvata għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip 8, diment li jkun hemm konformità ma' ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet.

(6)

Peress li l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi tikkonkludi li l-penflufen tissodisfa l-kriterji li jidentifikawha bħala persistenti ħafna (vP) skont l-Anness XIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-oġġetti ttrattati bil-penflufen jew li fihom il-penflufen jenħtieġ li jkunu tikkettati kif jixraq meta jitqiegħdu fis-suq.

(7)

Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu ta' żmien raġonevoli qabel ma tiġi approvata sustanza attiva sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri preparatorji meħtieġa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-penflufen hija approvata bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip 8, diment li jkun hemm konformità mal-ispeċifikazzjonijiet u mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Awwissu 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  L-Opinjoni tal-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali (BPC) dwar l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva penflufen, tat-Tip: 8, ECHA/BPC/184/2017, adottata fl-14 ta' Diċembru 2017.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).


ANNESS

Isem Komuni

Isem IUPAC

Numri ta' Identifikazzjoni

Grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva (1)

Data tal-approvazzjoni

Data tal-iskadenza tal-approvazzjoni

Tip ta' prodott

Kundizzjonijiet speċifiċi

Penflufen

Isem IUPAC:

5-fluworo-1,3-dimetil-N-{2-[(2RS)-4-metilpentan-2-yl]fenil}-1H-pirażol-4-karbossammid

Nru EC: mhux disponibbli

Nru CAS: 494793-67-8

980 g/kg (1:1 proporzjon (R:S) proporzjon ta' enantjomeri)

l-1 ta' Frar 2019

il-31 ta' Jannar 2029

8

L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.

Fil-valutazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-esponimenti, lir-riskji u lill-effikaċja marbuta ma' kull użu kopert b'applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, iżda li ma jkunx indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju tas-sustanza attiva fil-livell tal-Unjoni.

2.

Fid-dawl tar-riskji identifikati għall-użi vvalutati, il-valutazzjoni tal-prodott għandha tagħti attenzjoni partikolari:

(a)

għall-utenti professjonali u l-utenti industrijali;

(b)

għall-ħamrija u l-ilma tal-pjan għal injam fis-servizz li se jkunu esposti ta' spiss għall-elementi.

3.

Fid-dawl tar-riskji identifikati għall-ħamrija, it-tikketti, u meta jkunu pprovduti, l-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza tal-prodott awtorizzat, għandhom jindikaw li l-applikazzjoni industrijali għandha titwettaq f'żona iżolata jew fuq bażi iebsa impermeabbli bħajt ta' protezzjoni, li hekk kif l-injam jiġi ttrattat jinħażen taħt għata jew fuq bażi iebsa impermeabbli, jew it-tnejn, biex jiġu evitati rilaxxi diretti fil-ħamrija jew fl-ilma, u li kull rilaxx mill-applikazzjoni tal-prodott għandu jinġabar għall-użu mill-ġdid jew għar-rimi.

It-tqegħid fis-suq ta' oġġetti ttrattati huwa soġġett għall-kundizzjoni li ġejja:

Il-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq ta' oġġett ittrattat bil-penflufen jew li jkun jinkorporah għandha tiżgura li t-tikketta ta' dak l-oġġett ittrattat ikun fiha l-informazzjoni mniżżla fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 58(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.


(1)  Il-purità indikata f'din il-kolonna kienet il-grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva evalwata. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq jista' jkollha l-istess purità jew purità differenti jekk ikun intwera li teknikament din tkun ekwivalenti għas-sustanza attiva evalwata.


14.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/15


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1132

tat-13 ta' Awwissu 2018

li jawtorizza t-tibdil tad-denominazzjoni u tar-rekwiżit speċifiku tat-tikkettar tal-ikel ġdid żeaksantina sintetika skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li huwa biss l-ikel ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni li jista' jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) li jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' ikel ġdid awtorizzat, ġie adottat skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(3)

Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2015/2283, il-Kummissjoni għandha tissottometti abbozz ta' att ta' implimentazzjoni li jawtorizza t-tqegħid ta' ikel ġdid fis-suq tal-Unjoni u l-aġġornament tal-lista tal-Unjoni.

(4)

Iż-żeaksantina naturali tagħmel parti mid-dieta normali tal-bniedem peress li tinsab f'ħafna frott u ħxejjex ħodor kif ukoll fl-isfar tal-bajd. Fil-preżent tintuża wkoll fis-supplimenti tal-ikel kif definit fid-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(5)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/49/UE (4) awtorizzat, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), it-tqegħid fis-suq taż-żeaksantina sintetika bħala ingredjent ġdid tal-ikel fis-supplimenti tal-ikel b'konsum massimu sa 2 mg kuljum. Id-denominazzjoni taż-żeaksantina sintetika awtorizzata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/49/UE fuq it-tikketti tal-oġġetti tal-ikel għandha tkun “żeaksantina sintetika”.

(6)

Fit-23 ta' Frar 2018, il-kumpanija DSM Nutritional Products Europe (“l-Applikant”) għamlet talba lill-Kummissjoni biex tawtorizza l-emenda tad-denominazzjoni u tar-rekwiżiti speċifiċi tat-tikkettar għaż-żeaksantina sintetika fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283. L-applikazzjoni titlob li jitħassar it-terminu “sintetika” mid-denominazzjoni tal-ikel ġdid kif elenkat fil-lista tal-Unjoni u mit-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li li fihom dan l-ikel ġdid.

(7)

L-applikant iqis li t-tibdil tad-denominazzjoni u tar-rekwiżiti tat-tikkettar taż-żeaksantina huma meħtieġa biex itaffu kwalunkwe impatt ekonomiku negattiv potenzjali li l-użu tat-terminu “sintetika” fuq it-tikkettar tas-supplimenti tal-ikel li fihom iż-żeaksantina sintetika jista' jikkawża minħabba l-konnotazzjoni negattiva tat-terminu “sintetika”. L-applikant jiddikjara wkoll li operaturi ekonomiċi li jqiegħdu fis-suq is-supplimenti tal-ikel li jkun fihom ikel ġdid sintetiku awtorizzat li ma jkollux it-terminu “sintetika” fuq it-tikketti tiegħu probabbilment ma jesperjenzawx dan it-tip ta' impatt ekonomiku negattiv potenzjali.

(8)

Hemm għadd ta' sustanzi sintetiċi li huma attwalment awtorizzati u elenkati fil-lista tal-Unjoni ta' ikel ġdid, li għalihom jeżistu l-kontropartijiet minn oriġini naturali, u ż-żewġ forom huma wżati fis-supplimenti tal-ikel. Madankollu dawk is-sustanzi sintetiċi mhumiex denominati bħala sustanzi sintetiċi fil-lista tal-Unjoni u mhumiex ittikkettati bħala tali. Il-tibdil fid-denominazzjoni u fit-tikkettar taż-żeaksantina sintetika ser jiżguraw konsistenza mad-denominazzjoni u mat-tikkettar ta' dawk is-sustanzi sintetiċi.

(9)

Ma hemm l-ebda tibdil fl-użijiet u fil-livelli tal-użu proposti taż-żeaksantina jekk tintuża bħala ingredjent fis-supplimenti tal-ikel, il-kunsiderazzjonijiet ta' sikurezza li jappoġġjaw l-awtorizzazzjoni taż-żeaksantina sintetika bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/49/UE jibqgħu validi u għalhekk din il-bidla ma toħloq l-ebda tħassib dwar is-sikurezza. B'kont meħud ta' dawn il-fatturi leġittimi, il-bidliet proposti huma konformi mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(10)

L-implimentazzjoni tar-rekwiżit ġdid ta' tikkettar skont dan ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tista' tinvolvi bidliet għall-operaturi tan-negozju li attwalment iqiegħdu ż-żeaksantina sintetika fis-suq. Għalhekk, huwa xieraq li jkun previst perjodu tranżizzjonali.

(11)

Id-Direttiva 2002/46/KE tistabbilixxi r-rekwiżiti dwar is-supplimenti tal-ikel. Il-tibdil tad-denominazzjoni u tar-rekwiżit speċifiku tat-tikkettar għaż-żeaksantina jenħtieġ li jkun awtorizzat mingħajr preġudizzju għal dik id-Direttiva.

(12)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-entrata fil-lista tal-Unjoni ta' ikel ġdid awtorizzat kif previst fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, li tirreferi għas-sustanza “żeaksantina”, għandha tiġi emendata kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   L-entrata fil-lista tal-Unjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tinkludi l-kundizzjonijiet għall-użu u r-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

3.   L-awtorizzazzjoni prevista f'dan l-Artikolu għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/46/KE.

Artikolu 2

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Is-supplimenti tal-ikel li fihom ż-żeaksantina sintetika u li jikkonformaw mar-Regolament (UE) 2015/2283 kif applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jistgħu jitqiegħdu fis-suq sat-3 ta' Settembru 2019 u jistgħu jibqgħu fis-suq sakemm jispiċċaw l-istokkijiet.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Awwissu 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).

(3)  Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/49/UE tat-22 ta' Jannar 2013 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq taż-żeaksantina sintetika bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 21, 24.1.2013, p. 32).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1).


ANNESS

Fit-Tabella 1 (L-ikel il-ġdid awtorizzat) tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 l-entrata għal “Żeaksantina” hija sostitwita b'dan li ġej:

L-ikel il-ġdid awtorizzat

Il-kundizzjonijiet li fihom jista' jintuża l-ikel il-ġdid

Rekwiżiti tat-tikkettar speċifiċi oħrajn

Żeaksantina

Il-kategorija tal-ikel speċifikat

Livelli massimi

Id-denominazzjoni tal-ikel il-ġdid fuq it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li fihom minn dan l-ikel għandha tkun ‘Żeaksantina’”

Supplimenti tal-ikel kif iddefiniti fid-Direttiva 2002/46/KE

2 mg kuljum


14.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/18


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1133

tat-13 ta' Awwissu 2018

li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-partijiet esposti mnixxfin tal-Hoodia parviflora bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li huwa biss l-ikel ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni li jista' jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ġie adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2), li jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' ikel ġdid awtorizzat.

(3)

Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2015/2283, il-Kummissjoni trid tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni u dwar it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta' ikel ġdid u dwar l-aġġornament tal-lista tal-Unjoni.

(4)

Fil-21 ta' Ottubru 2014, il-kumpanija Desert Labs Ltd. (“l-applikant”) għamlet talba lill-awtorità kompetenti tal-Irlanda biex tqiegħed fis-suq tal-Unjoni bħala ikel ġdid il-partijiet esposti mnixxfin tal-Hoodia parviflora fi ħdan it-tifsira tal-punt (e) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). L-applikazzjoni titlob biex il-partijiet esposti mnixxfin tal-Hoodia parviflora jintużaw fl-ikel, inkluż ix-xorb, il-gallettini, il-ħlewwiet, is-snacks melħin, is-sopop u l-brodijiet, it-te, il-kafè u l-ilma. Huma maħsuba wkoll biex jintużaw fis-supplimenti tal-ikel.

(5)

Skont l-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283, kull talba biex ikel ġdid jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni, imressqa lil Stat Membru skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 258/97, u li għaliha ma tkunx ittieħdet deċiżjoni finali qabel l-1 ta' Jannar 2018, għandha tiġi ttrattata bħala applikazzjoni mressqa skont ir-Regolament (UE) 2015/2283.

(6)

Filwaqt li tressqet talba lil Stat Membru għat-tqegħid fis-suq tal-partijiet esposti imnixxfin tal-Hoodia parviflora bħala ikel ġdid fl-Unjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 258/97, l-applikazzjoni tissodisfa wkoll ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2015/2283.

(7)

Fl-24 ta' Awwissu 2015, l-awtorità kompetenti tal-Irlanda ħarġet ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali tagħha. F'dak ir-rapport waslet għall-konklużjoni li l-partijiet esposti mnixxfin tal-Hoodia parviflora jissodisfaw il-kriterji tal-ikel ġdid stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(8)

Fit-28 ta' Awwissu 2015, il-Kummissjoni għaddiet ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali lill-Istati Membri l-oħra. Tqajmu oġġezzjonijiet motivati minn xi Stati Membri fi żmien il-perjodu ta' 60 jum stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 fir-rigward tal-karatterizzazzjoni insuffiċjenti tal-ikel ġdid, tal-valutazzjoni limitata ta' allerġeniċità, ta' data insuffiċjenti biex jiġi eskluż ir-riskju għal tfal ta' aktar minn 12-il sena, ta' informazzjoni insuffiċjenti dwar l-ispeċifikazzjonijiet, l-istabbiltà, il-valutazzjoni tal-konsum u d-data tossikoloġika.

(9)

Fid-dawl tal-oġġezzjonijiet li tqajmu minn xi Stati Membri, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) fil-25 ta' Jannar 2016, fejn talbitha twettaq valutazzjoni oħra tal-partijiet esposti imnixxfin tal-Hoodia parviflora bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97.

(10)

Fl-20 ta' Settembru 2017, l-Awtorità adottat “Scientific Opinion on the safety of dried aerial parts of Hoodia parviflora as a novel food pursuant to Regulation (KE) Nru 258/97” (4). L-opinjoni, għalkemm elaborata u adottata mill-Awtorità skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97, hija f'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(11)

Fl-opinjoni tagħha, l-Awtorità ma stabbilitx is-sikurezza tal-partijiet esposti mnixxfin tal-Hoodia parviflora fl-ikel fl-użi u fil-livelli ta' użu proposti mill-applikant minħabba li l-konsum kien ser jaqbeż il-livell li huwa meqjus bħala sikur (0,134 mg/kg piż tal-ġisem). Madankollu, l-EFSA kkonkludiet li l-partijiet esposti mnixxfin tal-Hoodia parviflora huma sikuri għall-adulti meta jittieħdu flimkien ma' supplimenti tal-ikel sa doża massima ta' kuljum ta' 9,4 mg, li tikkorrispondi għal-livell ta' konsum sikur għal adult b'piż tal-ġisem medju ta' 70 kg.

(12)

Dik l-opinjoni tagħti raġunijiet suffiċjenti biex jiġi stabbilit li l-partijiet esposti mnixxfin tal-Hoodia parviflora fl-użi u fil-livelli tal-użu proposti meta jintużaw bħala ingredjent fis-supplimenti tal-ikel, jikkonformaw mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(13)

Fl-24 ta' Jannar 2018, l-applikant ressaq talba lill-Kummissjoni għal protezzjoni tad-data riżervata għal żewġ studji ppreżentati b'sostenn tat-talba jiġifieri, rapporti dwar l-istudju ta' 14-il jum dwar it-tossiċità orali għad-determinazzjoni tad-doża tal-partijiet esposti mnixxfin tal-Hoodia parviflora (5), u l-istudju ta' 90 jum dwar it-tossiċità orali (6), li servew bħala bażi għall-analiżi tad-doża ta' riferiment (BMD) u għad-derivazzjoni tal-livelli sikuri għall-konsum mill-bniedem.

(14)

Fit-18 ta' Frar 2018, l-Awtorità kkunsidrat (7) li waqt li kienet qed telabora l-opinjoni tagħha dwar il-partijiet esposti mnixxfin tal-Hoodia parviflora bħala ikel ġdid, id-data mir-rapport tal-istudju ta' 90 jum dwar it-tossiċità orali serva bħala bażi għall-analiżi tal-BMD u għad-derivazzjoni tal-livelli sikuri għall-konsum mill-bniedem. Għalhekk, huwa meqjus li l-konklużjonijiet dwar is-sikurezza tal-partijiet esposti mnixxfin tal-Hoodia parviflora, ma setgħux jintlaħqu mingħajr id-data mir-rapport ta' dak l-istudju.

(15)

Wara li rċeviet l-opinjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni talbet lill-applikant sabiex jiċċara aktar il-ġustifikazzjoni mogħtija fir-rigward tal-pretensjoni proprjetarja tiegħu fuq l-istudju, u t-talba tiegħu għal dritt esklussiv ta' referenza għal dan l-istudju, kif imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(16)

L-applikant iddikjara wkoll li, fil-mument meta ġiet ppreżentata l-applikazzjoni, huwa kellu d-drittijiet proprjetarji u d-drittijiet esklużivi ta' referenza għall-istudju skont il-liġi nazzjonali u li għalhekk il-partijiet terzi ma setgħux jaċċessaw jew jużaw dak l-istudju b'mod legali. Il-Kummissjoni vvalutat l-informazzjoni kollha pprovduta mill-applikant u kkunsidrat li l-applikant issostanzja biżżejjed it-twettiq tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(17)

Għaldaqstant, kif previst fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283, l-istudju tat-tossiċità orali fuq 90 jum li jinsab fil-fajl tal-applikant jenħtieġ li ma jintużax mill-EFSA għall-benefiċċju ta' applikant sussegwenti għal perjodu ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Bħala konsegwenza ta' dan, it-tqegħid fis-suq fl-Unjoni tal-ikel ġdid awtorizzat minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun ristrett għall-applikant għal perjodu ta' ħames snin.

(18)

Madankollu, ir-restrizzjoni tal-awtorizzazzjoni ta' dan l-ikel ġdid u tar-referenza għall-istudju li jinsab fil-fajl tal-applikant għall-użu esklussiv tal-applikant ma għandhiex twaqqaf lil applikanti oħrajn milli japplikaw għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-istess ikel ġdid sakemm l-applikazzjoni tagħhom tkun ibbażata fuq tagħrif miksub legalment li jappoġġa l-awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament.

(19)

Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) tistabbilixxi r-rekwiżiti dwar is-supplimenti tal-ikel. L-użu tal-partijiet esposti mnixxfin tal-Hoodia parviflora jenħtieġ li jkun awtorizzat mingħajr preġudizzju għal dik id-Direttiva.

(20)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-partijiet esposti mnixxfin tal-Hoodia parviflora kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu inklużi fil-lista tal-Unjoni ta' ikel ġdid awtorizzat stabbilita fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470.

2.   Għal perjodu ta' ħames snin sa mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament huwa biss l-applikant:

 

Kumpanija: Desert Labs, Ltd.

 

Indirizz: Kibbutz Yotvata, 88820, l-Iżrael;

li huwa awtorizzat li jqiegħed fis-suq tal-Unjoni l-ikel ġdid imsemmi fil-paragrafu 1, sakemm applikant sussegwenti ma jiksibx l-awtorizzazzjoni għall-istess ikel ġdid mingħajr referenza għad-data protetta skont l-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament jew bi qbil ma' Desert Labs, Ltd.

3.   L-entrata fil-lista tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-kundizzjonijiet tal-użu u r-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

4.   L-awtorizzazzjoni prevista f'dan l-Artikolu għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/46/KE.

Artikolu 2

L-istudju li hemm fil-fajl tal-applikazzjoni li abbażi tiegħu l-ikel ġdid imsemmi fl-Artikolu 1 ġie vvalutat mill-Awtorità, li ġie iddikjarat mill-applikant bħala li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283, ma għandux jintuża għall-benefiċċju ta' applikant sussegwenti għal perjodu ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament mingħajr il-qbil ta' Desert Labs, Ltd.

Artikolu 3

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Awwissu 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1).

(4)  EFSA Journal 2017; 15(10):5002.

(5)  Desert Labs, 2012a, mhux ippubblikat.

(6)  Desert Labs, 2012b, mhux ippubblikat.

(7)  Il-Panel Xjentifiku tal-EFSA dwar il-Prodotti Djetetiċi, in-Nutrizzjoni u l-Allerġiji; il-Minuti tat-83 Laqgħa Plenarja li saret fis-7 u t-8 ta' Frar 2018 li ġew approvati fit-18 ta' Frar 2018 (https://www.efsa.europa.eu/sites/default/files/event/180207-1-m.pdf)

(8)  Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51).


ANNESS

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:

(1)

Dan li ġej jiżdied fl-aħħar kolonna tat-Tabella 1 (L-ikel il-ġdid awtorizzat):

“Il-protezzjoni tad-data

(2)

Tiddaħħal l-entrata li ġejja fit-Tabella 1 (L-ikel il-ġdid awtorizzat) f'ordni alfabetiku:

L-ikel il-ġdid awtorizzat

Il-kundizzjonijiet li fihom jista' jintuża l-ikel il-ġdid

Rekwiżiti tat-tikkettar speċifiċi oħrajn

Rekwiżiti oħrajn

Il-protezzjoni tad-data

Il-partijiet esposti mnixxfin tal- Hoodia parviflora

Il-kategorija tal-ikel speċifikat

Livelli massimi

Id-denominazzjoni tal-ikel ġdid fuq it-tikketti tal-prodotti tal-ikel li fihom dan l-ikel għandha tkun “il-partijiet esposti mnixxfin tal-Hoodia parviflora

 

Awtorizzat fit-3 ta' Settembru 2018. Din l-inklużjoni hija bbażata fuq evidenza xjentifika proprjetarja u data xjentifika riżervata protetti skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2015/2283.

L-applikant: Desert Labs, Ltd. Kibbutz Yotvata, 88820, l-Iżrael.

Matul il-perjodu tal-protezzjoni tad-data, l-ikel ġdid “Il-partijiet esposti mnixxfin tal-Hoodia parviflora” huwa awtorizzat li jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni biss mid-Desert Labs, Ltd sakemm applikant sussegwenti ma jiksibx awtorizzazzjoni għall-ikel ġdid mingħajr ma jagħmel referenza għall-evidenza xjentifika propretarja jew għad-data xjentifika riżervata protetti skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2015/2283 jew bi ftehim mad-Desert Labs, Ltd.

Id-data ta' tmiem tal-protezzjoni tad-data: it-3 ta' Settembru 2023.”

Supplimenti tal-Ikel kif iddefiniti fid-Direttiva 2002/46/KE għall-popolazzjoni adulta

9,4 mg kuljum

(3)

Tiddaħħal l-entrata li ġejja fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet) f'ordni alfabetika:

L-Ikel il-Ġdid Awtorizzat

Speċifikazzjoni

Il-partijiet esposti mnixxfin tal- Hoodia parviflora

Deskrizzjoni/Definizzjoni:

Huma l-partijiet esposti mnixxfin tal-Hoodia parviflora N.E.Br. (familja Apocynaceae)

Karatteristiċi/Kompożizzjoni

Materjal veġetali: Il-partijiet esposti mnixxfin tal-pjanti ta' mill-inqas tliet snin

Dehra: Trab fin minn aħdar ċar għal kannella ċar

Solubbiltà (fl-ilma): > 25 mg/mL

Ndewwa: < 5,5 %

Aw: < 0,3

pH: < 5,0

Proteina: < 4,5 g/100 g

Xaħam: < 3 g/100 g

Karboidrati (inkluża l-fibra): < 80 g/100 g

Fibra: < 55 g/100 g

Total taz-zokkor: < 10,5 g/100 g

Rmied: < 20 %

Hoodigosides

P57: 5–50 mg/kg

L: 1 000 -6 000 mg/kg

O: 500-5 000 mg/kg

Total: 1 500 -11 000 mg/kg

Metalli tqal:

Arseniku: < 1,00 mg/kg

Merkurju: < 0,1 mg/kg

Kadmju: < 0,1 mg/kg

Ċomb: < 0,5 mg/kg

Kriterji mikrobijoloġiċi:

L-għadd tal-kolonji aerobiċi: < 105 CFU/g

Escherichia coli: < 10 CFU/g

Staphylococcus aureus: < 50 CFU/g

Koliformi totali: < 10 CFU/g

Ħmira: ≤ 100 CFU/g

Moffa: ≤ 100 CFU/g

Speċi tas-Salmonella: Negattiv/25 g

Listeria monocytogenes: Negattiv/25 g

CFU: Unitajiet li Jiffurmaw il-Kolonji”


DEĊIŻJONIJIET

14.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/23


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1134

tal-5 ta' Lulju 2018

dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal kuntratti mogħtija għal ċerti attivitajiet relatati mal-provvista bl-imnut tal-elettriku u l-gass naturali fir-Repubblika Ċeka

(notifikata bid-dokument C(2018) 4194)

(It-test biċ-Ċek biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 35(3) tagħha,

Wara li kkunsidrat it-talba sottomessa mir-Repubblika Ċeka,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv dwar l-Akkwist Pubbliku,

Billi:

1.   FATTI

IT-TALBA

(1)

Fit-2 ta' Novembru 2016, ir-Repubblika Ċeka (minn hawn 'il quddiem “l-Applikant”) issottomettiet lill-Kummissjoni talba skont l-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2014/25/UE (minn hawn 'il quddiem “it-Talba”).

(2)

It-Talba tikkonċerna l-attivitajiet li ġejjin kif deskritti:

(a)

fil-provvista bl-imnut tal-eletttriku għal klijenti kbar b'“kejl kontinwu awtomatizzat” A jew “kejl kontinwu manwali” B li jirċievu offerti individwalizzati mingħand il-fornituri (minn hawn 'il quddiem “il-provvista bl-imnut ta' elettriku lil klijenti kbar”);

(b)

fil-provvista bl-imnut tal-elettriku lil klijenti kummerċjali żgħar u domestiċi b'“kejl mhux kontinwu” C li jirċievu offerti standardizzati mingħand fornituri (minn issa 'l quddiem “il-provvista bl-imnut ta' elettriku lil klijenti żgħar”);

(c)

fil-provvista bl-imnut tal-gass naturali lil klijenti kbar (i) b'kejl kontinwu awtomatizzat b'qari remot (A) jew kull xahar (B) li għandhom konsum annwali ta' tal-anqas 4,2 GWh, jew (ii) b'kejl mingħajr intervalli b'qari kull xahar li għandhom konsum annwali ta' bejn 0,63 u 4,2 GWh u li ġeneralment jirċievu offerti individwalizzati mingħand il-fornituri (minn hawn 'il quddiem “il-provvista bl-imnut ta' gass naturali lil klijenti kbar”);

(d)

fil-provvista bl-imnut ta' gass naturali lil klijenti kummerċjali u domestiċi żgħar b'kejl mingħajr intervalli bl-eċċezzjoni ta' qari kull xahar li għandhom konsum annwali ta' anqas minn 0,63 GWh u ġeneralment jirċievu offerti standardizzati mingħand il-fornituri (minn hawn 'il quddiem “il-provvista bl-imnut ta' gass naturali lil klijenti żgħar”).

(3)

It-Talba ġiet akkumpanjata minn ittra tal-Awtorità Nazzjonali tal-Kompetizzjoni (“NCA”) tar-Repubblika Ċeka tat-30 ta' Settembru 2016 u ittra supplimentari mingħand l-Awtorità tal-14 ta' Ġunju 2017 (minn hawn 'il quddiem l-“Opinjoni tal-NCA”).

(4)

Fl-ittra tat-30 ta' Settembru 2016, li l-NCA ħarġet b'rispons għat-talba tal-Ministeru Ċek tal-Industrija u l-Kummerċ għal opinjoni li tikkonċerna l-applikazzjoni għall-eżenzjoni tal-bejgħ fil-livell tal-klijent tal-elettriku u l-gass fir-Repubblika Ċeka mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2014/25/UE, l-NCA innutat li “ma kellhiex biżżejjed żmien biex twettaq stħarriġ dwar is-settur f'dawk l-oqsma, li kien jippermettilha timmappja s-sitwazzzjoni dwar dawk is-swieq sabiex twieġeb għat-” talba tal-Ministeru. Eventwalment, l-NCA esprimiet il-fehma li ġejja f'dik l-ittra: “jista jitqies li eżenzjoni fis-swieq għall-provvisti tal-gass u l-elettriku għal klijenti aħħarija fir-Repubblika Ċeka skont l-Artikolu 34 ma għandux ikollha effett negattiv fuq il-kompetizzjoni ekonomika f'dawk is-swieq. Din il-konklużjoni mill-Uffiċċju (2) hija bbażata fuq id-dokumentazzjoni fornuta mill-Ministeru tal-Industrija u l-Kummerċ. F'dan ir-rigward, l-Uffiċċju jżomm id-dritt li jevalwa mill-ġdid l-opinjoni tiegħu f'każ li jseħħu bidliet strutturali jew fundamentali oħra fis-swieq inkwistjoni, jew jekk xi data li tifforma l-bażi tal-informazzjoni pprovduta lill-Uffiċċju tiġi kkoreġuta.”

(5)

L-ittra supplimentari tal-NCA tal-14 ta' Ġunju 2017 kienet ibbażata fuq “sottomissjonijiet oħra tar-Repubblika Ċeka […] u d-data pprovduta minn operatur tas-suq indipendenti (OTE) u kif ukoll minn xi impriżi li joperaw fis-swieq rilevanti inklużi l-grupp ČEZ (ČEZ) u Pražská plynárenská”. L-ittra supplimentari rreferiet b'mod partikolari għal numru ta' tħassib li qajmet il-Kummissjoni fir-rigward tas-suq għall-bejgħ bl-imnut tal-elettriku lil klijenti żgħar, bħall-konċentrazzjoni għolja tas-suq, rati ta' qlib baxxi u l-integrazzjoni vertikali tal-grupp ČEZ. L-ittra supplimentari kkonkludiet li xejn ma jimpedixxi lis-swieq kollha soġġetti għat-Talba milli jkunu eżentati mill-applikazzjoni tad-Direttiva.

(6)

It-Talba kienet akkumpanjata wkoll minn rapport ta' konsulent (3) (minn hawn 'il quddiem “ir-Rapport tas-CRA”).

(7)

Il-Kummissjoni ssottomettiet lill-Applikant talbiet għal informazzjoni addizzjonali fil-31 ta' Jannar 2017, fl-24 ta' Marzu 2017, fis-27 ta' Marzu 2017, fil-21 ta' April 2017, fl-1 ta' Ġunju 2017, fit-28 ta' Ġunju 2017 u fil-21 ta' Diċembru 2017 li għalihom l-Applikant wieġeb fis-16 ta' Frar 2017, fit-28 ta' Marzu 2017, fil-31 ta' Marzu 2017, fit-3 ta' Mejju 2017, fl-10 ta' Mejju 2017, fid-9 ta' Ġunju 2017, fl-1 ta' Awwissu 2017 u fit-12 ta' April 2018. Barra minn hekk, fuq talba tal-Applikant, il-Kummissjoni ltaqgħet mar-rappreżentanti tal-Applikant fil-31 ta' Jannar 2017, fit-28 ta' Frar 2017, fid-29 ta' Marzu 2017, fit-30 ta' Mejju 2017 u fid-9 ta' Ġunju 2017. L-Applikant ipprovda wkoll informazzjoni supplimentari fis-27 ta' Jannar 2017.

2.   QAFAS ĠURIDIKU

(8)

Id-Direttiva 2014/25/UE tapplika għall-għoti ta' kuntratti għat-twettiq ta' attivitajiet relatati mal-provvista bl-imnut tal-elettriku u l-gass, sakemm din l-attività ma tkunx eżentata skont l-Artikolu 34 ta' dik id-Direttiva.

(9)

Skont id-Direttiva 2014/25/UE, kuntratti intiżi biex jippermettu l-prestazzjoni ta' waħda mill-attivitajiet li għalihom tapplika d-Direttiva mhumiex soġġetti għad-Direttiva jekk, fl-Istat Membru fejn titwettaq l-attività, din hija esposta direttament għall-kompetizzjoni fi swieq li għalihom l-aċċess mhuwiex ristrett. L-esponiment dirett għall-kompetizzjoni huwa vvalutat abbażi tal-kriterji oġġettivi, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tas-settur ikkonċernat.

3.   VALUTAZZJONI

3.1.   AĊĊESS MHUX RISTRETT GĦAS-SUQ

(10)

L-aċċess għal suq jitqies mhux ristrett jekk l-Istat Membru kkonċernat ikun implimenta u applika l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni li tiftaħ settur partikolari jew parti minnu. Dik il-leġiżlazzjoni hija elenkata fl-Anness III tad-Direttiva 2014/25/UE. Fir-rigward tas-settur tal-elettriku, din tikkonsisti mid-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Fir-rigward tas-settur tal-gass naturali, din tikkonsisti mid-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(11)

Ir-Repubblika Ċeka ttrasponiet id-Direttivi 2009/72/KE u 2009/73/KE fil-liġi nazzjonali tagħha permezz tal-Att Nru 458/2000 Coll dwar il-kundizzjonijiet tan-negozju u l-amministrazzjoni tal-istat fis-swieq tal-enerġija (minn hawn 'il quddiem “l-Att dwar l-Enerġija”) (6).

(12)

Fis-7 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni indirizzat ittra ta' intimazzjoni (“LFN”) lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin tar-Repubblika Ċeka (Ref proċedura ta' ksur Nru 2017/2152) rigward it-traspożizzjoni skorretta tad-Direttivi 2009/72/KE u 2009/73/KE fl-ordni legali Ċeka. Minħabba li l-preżunzjoni ta' aċċess mhux ristrett għas-suq previst fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 34(3) tad-Direttiva 2014/25/UE ma għandhiex tapplika għal kwistjonijiet soġġetti għall-proċedura ta' ksur, fil-21 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni talbet b'e-mail lill-Applikant biex jipprovdi l-osservazzjonijiet tiegħu dwar din il-kwistjoni u jispjega jekk l-aċċess għas-suq hux ristrett de facto u de jure, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(3) tad-Direttiva 2014/25/UE.

(13)

Fit-tweġiba tiegħu tat-12 ta' April 2018, l-Applikant spjega li l-aċċess għas-suq mhux ristrett de facto u l-argumenti ewlenin kienu: l-ispiża baxxa tad-dħul, l-ineżistenza ta' ostakli oħra għad-dħul, in-numru kbir ta' liċenzji mogħtija għan-negozjar tal-elettriku u l-gass (7) u n-numru kbir ta' bejjiegħa bl-imnut li bħalissa huma attivi fis-swieq għall-provvista bl-imnut tal-elettriku u l-bejgħ bl-imnut tal-gass (8). Barra minn hekk, l-Applikant spjega li l-mod li bih id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni kkonċernati mil-LFN kienu riflessi fil-liġi nazzjonali ma rriżultawx f'restrizzjoni de jure għall-aċċess għas-swieq tal-bejgħ bl-imnut tal-elettriku u l-gass. L-Applikant sostna wkoll f'dan il-kuntest li l-kwistjonijiet speċifiċi, imqajma fil-proċedura ta' ksur, jew ma kinux jikkonċernaw l-aċċess għas-suq jew kienu potenzjalment relatati miegħu biss.

(14)

Fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk l-aċċess għas-suq hux liberu de facto il-Kummissjoni taqbel mal-argumenti miġjuba mill-Applikant u b'mod partikolari mal-eżistenza ta' għadd kbir ta' bejjiegħa bl-imnut fil-livell nazzjonali fis-swieq tal-provvista bl-imnut tal-elettriku u s-suq għall-provvista bl-imnut tal-gass, li tindika li l-aċċess għas-suq, huwa de facto, mhux ristrett.

(15)

Fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk l-aċċess għas-suq huwiex ristrett de jure, il-Kummissjoni ħadet nota fid-dettall tal-ispjegazzjonijiet tal-Applikant fir-rigward tal-mod li bih it-tħassib imqajjem mil-LFN ġie indirizzat fil-liġi nazzjonali. Il-Kummissjoni analizzat dawk l-ispjegazzjonijiet fid-dawl tar-rekwiżiti tad-Direttiva 2014/25/UE, jiġifieri, sabiex tivvaluta jekk id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali u t-tħassib relatat magħhom u mqajjem fil-proċedura ta' ksur jistax jirriżulta f'restrizzjoni de jure tal-aċċess għas-suq, fis-sens tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE. Wara li analizzat l-argumenti tal-Applikant, il-Kummissjoni taqbel mal-argument li jtaħħat l-ispjegazzjonijiet kollha tal-Applikant li l-kwistjonijiet speċifiċi mqajma fil-proċedura ta' ksur ma jikkonċernawx direttament l-aċċess għas-suq. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis l-argument tal-Applikant li huwa xieraq li titqies is-sistema legali Ċeka kollha kemm hi, b'mod partikolari fir-rigward tal-obbligu li jiġu interpretati d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi nazzjonali b'mod li huwa konformi mar-rekwiżiti tal-liġi tal-UE. Għalhekk, filwaqt li t-tħassib identifikat fil-proċedura ta' ksur għadu hemm, u mingħajr ħsara għal dik il-proċedura ta' ksur, għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni u l-proċedura skont id-Direttiva 2014/25/UE, il-Kummissjoni tqis li l-aċċess għas-suq mhux ristrett de jure fit-territorju tar-Repubblika Ċeka.

(16)

Abbażi tal-konklużjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjoni ta' aċċess mhux ristrett għas-suq, imsemmija fl-Artikolu 34(1) tad-Direttiva 2014/25/UE, hija ssodisfata fil-każ preżenti.

3.2.   ESPONIMENT DIRETT GĦALL-KOMPETIZZJONI

(17)

Jenħtieġ li l-esponiment dirett għall-kompetizzjoni jiġi evalwat abbażi ta' diversi indikaturi, li l-ebda wieħed minnhom mhu deċiżiv per se. Fir-rigward tas-swieq ikkonċernati minn din id-Deċiżjoni, is-sehem tas-suq tal-atturi ewlenin f'suq partikolari jikkostitwixxi kriterju wieħed li jenħtieġ li jitqies. Fid-dawl tal-karatteristiċi tas-swieq ikkonċernati, jenħtieġ li jitqiesu wkoll kriterji ulterjuri.

(18)

Din id-Deċiżjoni hija mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni u oqsma oħra tad-dritt tal-Unjoni. Il-kriterji u l-metodoloġija użati għall-valutazzjoni tal-esponiment dirett għall-kompetizzjoni skont l-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE, b'mod partikolari, mhumiex neċessarjament identiċi għal dawk użati biex titwettaq valutazzjoni skont l-Artikolu 101 jew 102 tat-TFUE jew tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (9). Dan il-punt intlaqa' mill-Qorti Ġenerali f'sentenza riċenti (10).

(19)

Jenħtieġ li wieħed iżomm f'moħħu li l-għan ta' din id-Deċiżjoni huwa li tistabbilixxi jekk l-attivitajiet ikkonċernati mit-Talba humiex esposti għal livell ta' kompetizzjoni, fi swieq li għalihom l-aċċess mhux ristrett fis-sens tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE, li jiżgura li, anke fl-assenza tad-dixxiplina li ġabu magħhom ir-regoli tal-akkwist dettaljati stipulati fid-Direttiva 2014/25/UE, l-akkwist għat-twettiq tal-attivitajiet ikkonċernati se jitwettaq b'mod trasparenti u mhux diskriminatorju abbażi tal-kriterji li jippermettu lix-xerrejja jidentifikaw is-soluzzjoni li b'mod ġenerali tkun l-aktar waħda ekonomikament vantaġġjuża.

(20)

F'dan il-kuntest, huwa importanti li wieħed issemmi li, fis-swieq ikkonċernati, mhux l-atturi kollha tas-suq huma soġġetti għar-regoli tal-akkwist pubbliku. Għalhekk, il-kumpaniji li mhumiex soġġetti għal dawk ir-regoli, meta jaġixxu f'dawk is-swieq, normalment ikollhom il-possibbiltà li jeżerċitaw pressjoni kompetittiva fuq l-atturi tas-suq li jkunu soġġetti għar-regoli tal-akkwist pubbliku (11).

IS-SWIEQ TAL-PRODOTTI RILEVANTI

Il-provvista bl-imnut tal-elettriku

(21)

Minħabba li fil-passat (12), il-Kummissjoni sabet li l-provvista bl-imnut tal-elettriku tinkorpora l-bejgħ globali tal-elettriku lil klijenti aħħarija, jiġifieri l-klijenti kummerċjali u industrijali żgħar u domestiċi minn naħa (jiġifieri klijenti li mhumiex soġġetti għall-qari kontinwu u konnessi ma' grilja ta' voltaġġ baxx (13)) u l-klijenti kummerċjali u industrijali kbar min-naħa l-oħra (jiġifieri klijenti li “jinqraw kull nofs siegħa” u li normalment ikunu konnessi ma' griliji ta' voltaġġ għoli u medju (14)).

(22)

Fil-prattika deċiżjonali tagħha, l-NCA Ċeka (15) qieset ukoll segmentazzjoni tas-suq tal-bejgħ bl-imnut skont il-kategoriji differenti ta' klijenti aħħarija, iżda eventwalment ħalliet id-definizzjoni miftuħa.

(23)

L-Applikant jiddistingwi bejn tliet kategoriji ta' klijenti.

(a)

Klijenti kummerċjali kbar, identifikati minn (i) klijenti ta' “qari kontinu awtomatizzat” - essenzjalment klijenti li huma konnessi ma' grilja ta' voltaġġ għoli jew baxx; u (ii) klijenti b' “qari kontinwu manwali” – essenzjalment klijenti konnessi mal-grilja ta' voltaġġ baxx (16). Klijenti kbar normalment jirċievu offerti individwalizzati mingħand fornituri jew jixtru l-elettriku direttament fi swieq tal-materja prima. Fl-2015, huma rrappreżentaw madwar […] (17) tal-konsum totali tal-elettriku, jiġifieri fil-volum, […] TWh minn […] TWh (18).

(b)

Klijenti kummerċjali żgħar u unitajiet domestiċi, identifikati minn “qari mhux kontinwu”. Dawn il-klijenti jirċievu offerti standardizzati mingħand il-fornituri u ilhom liberi li jagħżlu l-fornitur tal-elettriku tagħhom mill-2006. Fl-2015, din il-kategorija kienet tirrappreżenta madwar […] tal-konsum totali tal-elettriku, jiġifieri f'volum, […] TWh minn […] TWh (18).

(c)

Klijenti oħra. Din it-tielet kategorija tikkonsisti minn klijenti kummerċjali kbar bħal operaturi ta' żoni ta' distribuzzjoni lokali (“LDZs”) (19) li fl-istess ħin huma produtturi u bejjiegħa bl-imnut tal-elettriku u parks industrijali konnessi mal-LDZs. Dawn il-klijenti kbar jistgħu jixtru l-elettriku mingħand fornituri oħra minflok mingħand l-operaturi tal-LDZs, għalhekk jaqgħu taħt il-kategorija ta' klijenti kbar kif definit hawn fuq. Fl-2015, din it-tielet kategorija kienet responsabbli għal madwar […] % tal-konsum totali tal-elettriku, jiġifieri, fil-volum, […] TWh out of […] TWh.

(24)

Fid-dawl tal-fatturi elenkati fil-premessi 21 sa 23, għall-finijiet tal-valutazzjoni dwar jekk il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 34 tad-Direttiv 2014/25/UE humiex issodisfati, u mingħajr ħsara għall-applikazzjoni ta' liġi oħra tal-Unjoni, is-swieq tal-prodotti rilevanti għal din id-Deċiżjoni, fir-rigward tal-provvista bl-imnut tal-elettriku fir-Repubblika Ċeka, huma dawn li ġejjin: (a) il-provvista bl-imnut tal-elettriku lil klijenti kbar (klijenti kummerċjali u industrijali kbar ta' kejl kontinwu inklużi dawk fit-tielet kategorija msemmija fil-premessa 23(c)) u (b) il-provvista bl-imnut tal-elettriku lil klijenti żgħar (unitajiet domestiċi u klijenti kummerċjali żgħar ta' kejl mhux kontinwu).

Il-provvista bl-imnut ta' gass naturali

(25)

Fir-rigward tal-provvista bl-imnut tal-gass il-Kummissjoni tiddistingwi bejn il-provvista ta' gass naturali lil klijenti żgħar u l-provvista ta' gass naturali lil klijenti kbar, li issa huma subdiviżi fi klijenti industrijali kbar u stazzjonijiet tal-enerġija (20).

(26)

Fid-Deċiżjoni M.4238 E.ON/PP (21) tagħha rigward is-suq Ċek tal-bejgħ bl-imnut tal-gass, il-Kummissjoni ħalliet id-definizzjoni miftuħa, minħabba li t-tranżazzjoni kkonċernata ma wasslitx għal tħassib dwar il-kompetizzjoni taħt xi definizzjoni alternattiva.

(27)

Fil-prattika deċiżjonali tagħha (22), l-NCA Ċeka qieset ukoll segmentazzjoni tas-suq tal-bejgħ bl-imnut tal-gass skont il-kategoriji differenti ta' klijenti aħħarija, iżda eventwalment ħalliet id-definizzjoni miftuħa.

(28)

L-Applikant jagħmel distinzjoni wkoll bejn klijenti tal-provvista tal-gass kbar u żgħar. Klijenti tal-provvista tal-gass kbar (23) huma klijenti kummerċjali (i) b'kejl kontinwu awtomatizzat b'qari (A) remot jew (B) ta' kull xahar li għandhom konsum annwali ta' tal-anqas 4,2 GWh, jew (ii) b'kejl mingħajr intervall b'qari ta' kull xahar li għandhom konsum annwali ta' bejn 0,63 u 4,2 GWh. Huma normalment jirċievu offerti individwalizzati mingħand il-fornituri. Klijenti żgħar huma klijenti domestiċi u kummerċjali b'kejl mingħajr intervall b'qari li ma jsirx kull xahar u li għandhom konsum annwali ta' anqas minn 0,63 GWh. Huma ġeneralment jirċievu offerti standardizzati. Kull kategorija hija responsabbli għal madwar nofs il-konsum totali tal-gass.

(29)

Fid-dawl tal-fatturi elenkati fil-premessi 25 sa 28, għall-finijiet tal-valutazzjoni dwar jekk il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 34 tad-Direttiv 2014/25/UE humiex issodisfati, u mingħajr ħsara għall-applikazzjoni ta' liġi oħra tal-Unjoni, is-swieq tal-prodotti rilevanti huma dawn li ġejjin: (a) il-provvista bl-imnut ta' gass naturali lil klijenti kbar; (b) il-provvista bl-imnut ta' gass naturali lil klijenti żgħar.

IS-SWIEQ ĠEOGRAFIĊI RILEVANTI

Il-provvista bl-imnut tal-elettriku

(30)

Il-Kummissjoni kienet sabet (24) li l-provvista bl-imnut tal-elettriku lil klijenti kbar kienet nazzjonali fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha, filwaqt li swieq reġjonali aktar dojoq, jistgħu jitqiesu għall-provvista bl-imnut tal-elettriku lil klijenti żgħar. Fid-Deċiżjoni M. 4238 E.ON/PP (25) tagħha dwar is-suq tal-bejgħ bl-imnut Ċek, l-investigazzjoni tas-suq ikkonfermat li s-suq kien tal-anqas nazzjonali fil-każ tas-suq tal-bejgħ bl-imnut tal-elettriku. Madanakollu, il-kamp ta' applikazzjoni preċiż tas-suq ġeografiku tħalla miftuħ. L-NCA Ċeka sabet li l-provvista bl-imnut tal-elettriku lil klijenti żgħar hija nazzjonali fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha (26).

(31)

Skont l-Applikant, bħalissa hemm 65 fornitur attiv b'aktar minn 100 punt ta' twassil li jistgħu jfornu lil klijenti kummerċjali kbar u żgħar u unitajitet domestiċi fuq bażi nazzjonali. Dan jiġbed l-attenzjoni lejn kamp ta' applikazzjoni nazzjonali tas-swieq tal-provvista bl-imnut.

(32)

Fir-Repubblika Ċeka hemm tliet żoni ta' distribuzzjoni, skont is-sjieda tal-kumpaniji ta' distribuzzjoni (27). Minħabba l-ishma għoljin tas-suq tat-tliet distributuri reġjonali fiż-żoni ta' distribuzzjoni rispettivi tagħhom, ir-Repubblika Ċeka hija kkaratterizzata minn element reġjonali b'saħħtu. Il-grupp ČEZ, permezz tas-sussidjarju tiegħu ČEZ Distribuce, huwa l-akbar distributur b'ħamsa mit-tmien netwerks ta' distribuzzjoni tal-enerġija responsabbli għal madwar […] tal-elettriku kollu kkunsmat fir-Repubblika Ċeka; b'kuntrast ma' dan, […] tal-konsum tal-elettriku jirriżulta miż-żona ta' distribuzzjoni ta' E.ON u […] biss jirriżulta miż-żona ta' distribuzzjoni ta' PRE filwaqt li l-bqija jirriżulta mil-LDZ lokali (28). B'kollox, madwar […] % tal-punti ta' twassil kollha jinsabu fiż-żona ta' ČEZ Distribuce. Mhux kollha jiġu servuti minn ČEZ Prodej (il-fergħa tal-provvista bl-imnut tal-grupp ČEZ); madanakollu ČEZ Prodej jforni lill-parti l-kbira ([…] %) tal-klijenti kummerċjali żgħar u l-unitajiet domestiċi fiż-żona ta' distribuzzjoni tiegħu (29).

(33)

Fil-livell nazzjonali ČEZ Prodej iservi […] miljun punt ta' twassil ta' unitajiet domestiċi, li jikkorrispondi għal madwar […] % f'sehem mis-suq f'termini ta' punti ta' twassil.

(34)

Element ieħor li jiġbed l-attenzjoni lejn kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni mhux omoġenji fit-tliet żoni ta' distribuzzjoni huwa l-fatt li PRE jimponi madwar […] % aktar għall-komponent tal-enerġija tat-tariffa standard fiż-żona tiegħu stess. L-Applikant jiġġustifika din id-differenza fil-prezz bil-preżenza tas-sussidjarju ta' spiża baxxa ta' PRE (Yello Energy) bara miż-żona tiegħu iżda jsostni li ČEZ Prodej u E.ON jimponu prezzijiet identiċi għall-komponent tal-enerġija tat-tariffa fit-tliet ż-żoni (30).

(35)

Għall-finijiet tal-valutazzjoni dwar jekk il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE humiex issodisfati u mingħajr ħsara għall-applikazzjoni ta' liġi tal-Unjoni oħra; u abbażi tal-fatt li hemm numru kbir ta' bejjiegħa bl-imnut li joperaw fil-livell nazzjonali, il-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku tal-provvista bl-imnut tal-elettriku lill-klijenti aħħarija fir-Repubblika Ċeka jista' jitqies nazzjonali kemm għal klijenti kbar kif ukoll għal dawk żgħar. Madanakollu, dan ma jeskludix li elementi reġjonali b'saħħithom jistgħu jkunu preżenti wkoll.

Il-provvista bl-imnut tal-gass naturali

(36)

Il-Kummissjoni qabel kienet iddefiniet lil swieq għall-provvista bl-imnut tal-gass, inklużi dawk għal klijenti żgħar, bħala nazzjonali fil-kamp ta' applikazzjoni tagħhom (31).

(37)

Fid-Deċiżjoni M.4238 E.ON/PP (32) tagħha dwar is-suq tal-bejgħ bl-imnut Ċek, il-Kummissjoni ħalliet id-definizzjoni miftuħa, minħabba li t-tranżazzjoni kkonċernata ma wasslitx għal tħassib dwar il-kompetizzjoni taħt xi definizzjoni alternattiva.

(38)

Minn perspettiva ġeografika, l-NCA Ċeka, fil-prattika preċedenti tagħha (33), qieset is-suq tal-prodott rilevanti fis-settur tal-provvista bl-imnut tal-gass bħala nazzjonali fil-kamp ta' applikazzjoni tiegħu.

(39)

Skont l-aktar informazzjoni riċenti, bħalissa hemm numru kbir ta' fornituri attivi (34) fis-suq tal-bejgħ bl-imnut tal-gass Ċek. Skont l-Applikant dawn il-fornituri jistgħu jfornu lil klijenti żgħar u kbar fuq bażi nazzjonali.

(40)

Fir-rigward tal-elettriku, id-distribuzzjoni tal-gass fir-Repubblika Ċeka hija maqsuma fi tliet żoni ta' distribuzzjoni, skont is-sjieda tal-kumpaniji ta' distribuzzjoni (35). Fir-rigward tal-provvista bl-imnut tal-gass lill-unitajiet domestiċi, il-Kummissjoni tinnota mudell simili għal dak tal-elettriku fir-rigward tal-ishma tas-suq tad-distributuri tal-gass eżistenti skont iż-żona ta' distribuzzjoni. Fl-2015, dawn l-ishma tas-suq kienu madwar […] % għal RWE, […] % għal PP u […] % għal E.ON (36). Madanakollu, l-ishma tas-suq ta' dawn il-kumpaniji huma aktar dilwiti fil-livell nazzjonali fir-rigward tal-provvista tal-gass lil klijenti kbar (37).

(41)

Il-komponent tal-enerġija tal-prezz tal-gass mhuwiex irregolat u jiġi stabbilit mill-kumpaniji ta' distribuzzjoni lokali fit-tliet żoni ta' distribuzzjoni. L-analiżi tal-Applikant turi li l-ipprezzar tal-komponent tal-enerġija tal-prezz totali tal-gass, kemm ta' PP kif ukoll dak ta' RWE, huwa l-istess fit-tliet żoni ta' distribuzzjoni, filwaqt li E.ON għandu prezzijiet identiċi f'żoni ta' PP u RWE, u kemxejn aktar baxxi (anqas minn […] %) fiż-żona tiegħu stess (38). Fid-dawl ta' dan, l-Applikant isostni li s-suq għall-bejgħ bl-imnut tal-gass huwa nazzjonali fil-kamp ta' applikazzjoni tiegħu.

(42)

Għall-finijiet tal-valutazzjoni dwar jekk il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE humiex issodisfati u mingħajr ħsara għall-applikazzjoni ta' liġi tal-Unjoni oħra; u abbażi tal-fatt li hemm numru kbir ta' bejjiegħa bl-imnut joperaw fil-livell nazzjonali, is-suq ġeografiku għall-provvista bl-imnut tal-gass naturali lill-klijenti aħħarija fir-Repubblika Ċeka jista' jitqies nazzjonali kemm għall-klijenti kbar kif ukoll għal dawk żgħar. Madanakollu, dan ma jeskludix li, bħal fil-każ tal-provvista tal-elettriku, jistgħu jkunu preżenti wkoll elementi reġjonali b'saħħithom.

Analiżi tas-suq

(43)

Il-Kummissjoni adottat deċiżjonijiet oħra (39) rigward l-applikabbiltà tal-eżenzjonijiet mir-regoli tal-akkwist għall-provvista bl-imnut tal-elettriku u l-gass. F'dawk id-Deċiżjonijiet, il-Kummissjoni bbażat il-valutazzjoni tagħha fuq il-kriterji li ġejjin b'mod partikolari: in-numru ta' parteċipanti fis-suq b'mod ġenerali, is-sehem mis-suq ikkombinat tal-akbar atturi, ir-rata ta' qlib tal-klijenti aħħarija, il-likwidità tas-swieq tal-bejgħ bl-ingrossa u r-regolazzjoni tal-prezz.

Il-provvista bl-imnut tal-elettriku

(44)

Qabelxejn, jenħtieġ li jissemma li, sabiex fornitur ikun attur kredibbli fuq terminu twil, u li jeżerċita pressjoni kompetittiva fil-livell tal-klijent fir-Repubblika Ċeka, huwa neċessarju li wieħed ikollu aċċess għal sorsi tal-elettriku kompetittivi, jew permezz tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni tiegħu jew permezz tal-aċċess għal swieq tal-bejgħ bl-ingrossa likwidi għall-prodotti bl-ingrossa fir-Repubblika Ċeka jew barra mill-pajjiż permezz ta' importazzjonijiet. Minflok, il-bejjiegħa bl-imnut huma dipendenti fuq il-kompetituri integrati b'mod vertikali tagħhom għax-xiri tal-elettriku tagħhom, li jfisser li huma taħt it-theddida permanenti ta' kompressjoni tal-marġni, li mbagħad tillimita b'mod sinifikanti l-pressjoni kompetittiva li jistgħu jagħmlu fuq fornituri integrati b'mod vertikali bħal ČEZ.

(45)

Meta wieħed jivvaluta jekk il-provvista bl-imnut tal-elettriku hix direttament esposta għall-kompetizzjoni, huwa għalhekk neċessarju wkoll li jqis il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq upstream għall-ġenerazzjoni u l-provvista bl-ingrossa tal-elettriku u l-pożizzjoni tal-operaturi fih (40).

In-numru ta' atturi fis-suq, l-ishma mis-suq tal-akbar atturi

(46)

F'Ġunju 2017, 65 fornitur attiv kienu qed ifornu aktar minn 100 punt ta' twassil fit-tliet żoni ta' distribuzzjoni tal-grupp ČEZ, E.ON u PRE. ČEZ Prodej huwa l-akbar fornitur għal klijenti kemm kbar kif ukoll żgħar, segwit minn E.ON u PRE. Kompetituri oħra għandhom ishma tas-suq ferm iżgħar għall-provvista lil klijenti aħħarija.

(47)

F'deċiżjonijiet preċedenti (41), il-Kummissjoni qieset li, fir-rigward tas-suq tal-provvista bl-imnut tal-elettriku, is-sehem mis-suq ikkombinat tal-akbar tliet impriżi huwa wieħed mill-indikaturi rilevanti għall-valutazzjoni tal-konċentrazzjoni tas-suq u għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni tal-kompetizzjoni ġenerali. Minħabba li mhux l-atturi kollha tas-suq huma soġġetti għal regoli tal-akkwist pubbliku, l-analiżi tiffoka l-aktar fuq il-pożizzjoni fis-suq u r-restrizzjonijiet kompetittivi fuq l-atturi tas-suq individwali soġġetti għar-regoli tal-akkwist pubbliku, jiġifieri essenzjalment, ČEZ Prodej u PP. Madanakollu, meta rilevanti li wieħed jifhem il-kuntest tas-suq li fih qed joperaw ČEZ Prodej u PP, jiġu inklużi fl-analiżi operaturi oħra tas-suq (ara wkoll il-premessa 20). Miżuri ta' konċentrazzjoni oħra jistgħu wkoll jitqiesu rilevanti.

Il-provvista bl-imnut tal-elettriku lil klijenti kbar

(48)

ČEZ Prodej iforni […] tal-klijenti kbar, jiġifieri, madwar […] TWh minn […] TWh, f'volum (42). L-ishma tas-suq tiegħu għal klijenti kbar kienu pjuttost stabbli matul il-perjodu ta' bejn l-2012 u l-2015 b'[…] % (43), madanakollu waqgħu għal […] % fl-2016 (44). Il-Kummissjoni tinnota li dan it-tnaqqis seħħ matul l-istess sena li fiha l-grupp ČEZ esperjenza diversi nuqqasijiet f'numru ta' reatturi nukleari tiegħu li affettwaw madwar […] tal-kapaċità nukleari tiegħu, li jikkonferma li l-aċċess għal sorsi tal-elettriku kompetittivi huwa fattur ewlieni għall-kompetizzjoni fis-swieq tal-bejgħ bl-imnut. Barra minn hekk, ma jistax jiġi eskluż li s-sehem tas-suq ta' […] % ta' ČEZ Prodej ikun akbar f'reġjun wieħed jew aktar jekk dan jiġi kkalkulat abbażi ta' suq reġjonali, minflok suq ġeografiku, nazzjonali għal klijenti kbar. Madanakollu, iċ-ċifri tas-sehem mis-suq lokali għall-klijenti kbar konnessi mas-suq ta' ČEZ Prodej ma ġewx ipprovduti, għalkemm dawn ġew mitluba.

(49)

Matul il-perjodu ta' bejn l-2014 u l-2016, l-ishma tas-suq għal klijenti kbar kienu pjuttost stabbli anke fil-każ ta' E.ON b'madwar […] % u fil-każ ta' PRE b'madwar […] %.

(50)

Fil-livell nazzjonali, is-sehem mis-suq ikkombinat tat-tliet atturi tas-suq ewlenin (ČEZ Prodej, E.ON u PRE) għal klijenti kbar huwa ta' madwar 60 % (45) (l-HHI (46) ikkalkulat għal dan is-suq huwa 1 847 (47)). Fir-rigward tal-fornituri l-oħra għal klijenti kbar, Bohemia Energy, CENTROPOL, RWE, Veolia Komodity, Lumius, EP Energy Trading, Slovenské elektrárne u Amper Market huma kollha taħt […] %.

Il-provvista bl-imnut tal-elettriku lil klijenti żgħar

(51)

Fil-livell nazzjonali, ČEZ Prodej iforni […] % tal-klijenti żgħar (48) f'termini ta' twassil ta' volum; madanakollu, fiż-żona ta' distribuzzjoni tal-grupp ČEZ ġew ikkunsmati volumi akbar, jiġifieri, […] TWh minn […] TWh ġew ikkunsmati minn klijenti żgħar (49). L-ishma mis-suq ta' ČEZ Prodej għal tali klijenti kienu pjuttost stabbli matul il-perjodu ta' bejn l-2012 u l-2015 b'[…] % (50). Madanakollu, il-Kummissjoni tinnota li, skont l-opinjoni tal-NCA, l-ishma mis-suq ta' ČEZ Prodej naqsu matul l-aħħar 6 snin (51).

(52)

Fil-livell lokali, l-ishma mis-suq ta' dawk eżistenti għall-klijenti kbar huma għolja: fl-2014/2015, ČEZ Prodej u E.ON kellhom sehem mis-suq ta' […] % fiż-żoni ta' distribuzzjoni rispettivi tagħhom, filwaqt li PRE kellu sehem mis-suq ta' […] % fiż-żona ta' Praga. Il-preżenza tat-tliet fornituri ewlenin fiż-żoni rispettivi tagħhom kienet insinifikanti ([…] %) (52). Dan jikkonferma l-preżenza ta' elementi reġjonali b'saħħithom.

(53)

Matul il-perjodu ta' bejn l-2014 u l-2016, l-ishma mis-suq għall-klijenti żgħar kienu pjuttost stabbli anke fil-każ ta' E.ON b'madwar […] % u fil-każ ta' PRE b'madwar […] %. Fil-livell nazzjonali, is-sehem mis-suq ikkombinat tat-tliet atturi tas-suq ewlenin (ČEZ Prodej, E.ON u PRE) għall-klijenti żgħar kien ta' madwar 74 % (53) (l-HHI ikkalkulat għal dan is-suq huwa 2 664) (54). L-eqreb kompetitur għal dik il-kategorija ta' klijenti żgħar huwa Bohemia Energy b'[…] %.

Rati ta' qlib għal klijenti aħħarija

(54)

In-numru ta' klijenti li jaqilbu wkoll jitqies bħala indikatur rilevanti ta' kompetizzjoni effettiva. Żewġ tipi ta' qlib tal-klijenti jistgħu jiġu definiti bħala: qlib estern, li jirreferi għall-qlib tal-fornitur, u qlib intern, li huwa definit bħala l-qlib tat-tariffa jew tal-kuntratt mal-fornitur estern. F'deċiżjoni preċedenti (55), il-Kummissjoni analizzat l-aktar il-qlib estern.

Il-provvista bl-imnut tal-elettriku lil klijenti kbar

(55)

L-Applikant isostni li r-rati ta' qlib esterni huma relattivament għolja fost il-klijenti kbar. Madanakollu, ir-rata ta' qlib estern fost il-klijenti kbar naqset minn madwar 30 % fl-2010 għal 16 % fl-2015; ir-rata ta' qlib estern medja matul dawk is-sitt snin kienet ta' 22 % (56). B'paragun ma' dan, bħala medja, ir-rati ta' qlib estern huma ogħla fir-Repubblika Ċeka milli fil-Ġermanja (madwar 11 %) (57) u aktar baxxi milli fl-Italja (madwar 32 %) (58). Skont l-Applikant, ma jiġu mġarrba l-ebda spejjeż għall-qlib tal-fornitur tal-elettriku; il-klijenti direttament konnessi man-netwerk ta' voltaġġ għoli jorganizzaw il-provvista tal-elettriku tagħhom permezz ta' offerti jew jistgħu jixtru l-elettriku direttament mis-swieq tal-kambju, li jaf jispjega t-tendenza tagħhom li jaqilbu minn fornitur għal ieħor aktar spiss minn klijenti żgħar (ara l-premessi 56 sa 59) (59).

Il-provvista bl-imnut tal-elettriku lil klijenti żgħar

(56)

L-Applikant isostni li r-rati ta' qlib li mhumiex għoljin għal klijenti żgħar, minħabba l-allegati livelli ta' sodisfazzjon għoljin tal-klijenti u/jew minħabba negozjar mill-ġdid ta' kuntratti mal-istess fornitur. Ir-rata ta' qlib estern għall-klijenti żgħar kienet ta' madwar 4,6 % fl-2015 (jiġifieri l-istess bħal fl-2010); ir-rata medja ta' qlib estern matul dawn is-sitt snin kienet ta' 5 % (60). Skont l-Applikant, il-qlib estern tal-fornitur tal-elettriku huwa pjuttost faċli anke għal klijenti żgħar. Skont stħarriġ tal-klijenti mwettaq mill-Applikant, klijenti żgħar fit-tliet żoni ta' distribuzzjoni jaqilbu minn fornitur għal ieħor “minħabba żidiet fil-prezzijiet ta' bejn 5 u 10 %” (61).

(57)

L-Opinjoni tal-NCA indikat li skont l-istħarriġ tal-klijent ordnat minn ČEZ Prodej, il-klijenti huma sensittivi ħafna għall-prezzijiet u lesti jaqilbu (62). Barra minn hekk, l-Opinjoni tal-NCA indikat li l-“fornituri bdew jagħmlu offerti ta' żamma pro-kompetittivi lill-klijenti tagħhom bi skonijiet sinifikanti” u konsegwentement, abbażi tad-data interna ta' ČEZ Prodej, “parti sostanzjali mill-klijenti ta' ČEZ Prodej li kienu jaqilbu ma' fornitur ieħor għażlu li jaqilbu għal prezz aktar vantaġġjuż ta' ČEZ Prodej” (63). Barra minn hekk, l-Opinjoni tal-NCA ikkonkludiet li bil-kombinazzjoni tar-rata' ta' qlib estern mar-rata ta' qlib intern ta' ČEZ Prodej, il-livell ikkombinat ta' rati ta' qbil għall-unitajiet domestiċi kien ta' […] %.

(58)

Madanakollu, il-Kummissjoni tinnota li, skont l-aktar informazzjoni pubblika riċenti (64), ir-rati ta' qlib intern għall-unitajiet domestiċi jidhru li huma pjuttost baxxi fir-Repubblika Ċeka. B'mod partikolari, il-medja ta' tliet snin ta' rati ta' qlib intern tal-elettriku għall-klijenti tal-unitajiet domestiċi tammonta għal 2 % biss, filwaqt li l-medja ta' ħames snin tal-qlib estern tal-elettriku għall-klijenti tal-unitajiet domestiċi hija ta' 6 % (65).

(59)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li r-Regolatur Nazzjonali Ċek (ERO), fir-rigward tas-suq tal-bejgħ bl-imnut għall-elettriku, jindika ċerti kundizzjonijiet kuntrattwali mhux ċari f'kuntratti għal terminu fiss b'estensjoni awtomatika, li jistgħu jagħmluha aktar diffiċli għall-klijenti biex jidentifikaw id-dati meta u l-kundizzjonijiet li bihom jistgħu jiġu tterminati l-kuntratti (66). L-istess punt rigward il-kuntratti għal terminu fiss u l-estensjoni awtomatika ġie mtenni fl-aktar Rapport Nazzjonali riċenti disponibbli tal-ERO tal-2016 (67).

Aċċess għall-elettriku bl-ingrossa

(60)

Il-likwidità tas-suq tal-bejgħ bl-ingrossa hija indikatur rilevanti għall-kompetizzjoni, minħabba li volumi suffiċjenti kemm fuq in-naħa tal-provvista kif ukoll fuq dik tad-domanda għall-prodotti bl-ingrossa rilevanti (eż. karga bażi, karga massima, blokok ta' sigħat għal perjodi ta' żmien differenti) tipprovdi opportunitajiet ta' xiri u ħeġġjar lill-fornituri li ma jiddisponux mill-ġenerazzjoni tagħhom, u tippermettilhom jidħlu fis-swieq tal-bejgħ bl-imnut u jikkompetu ma' fornituri integrati b'mod vertikali bil-kapaċità ta' ġenerazzjoni tagħhom.

Il-grupp ČEZ jibqa' bil-bosta l-akbar ġeneratur tal-elettriku

(61)

Fil-livell tal-ġenerazzjoni, il-grupp ČEZ ipproduċa […] % tal-elettriku ġġenerat fir-Repubblika Ċeka fl-2016 (68). It-tieni l-akbar ġeneratur (Elektrárna Počerady a.s.) kellu sehem mis-suq ta' […] % u dawn it-tliet l-akbar ġeneraturi (Sokolovská Uhelná a.s., Elektrárna Dětmarovice a.s. u Severní Energetická a.s (69).) kienu kollha anqas minn […] % kull wieħed (70). Is-sitt produtturi li ġejjin kienu taħt it-3 % u l-kategorija li jifdal (li tirrappreżenta 17 % tal-elettriku ġġenerat) kienet tikkonsisti minn għadd ta' impjanti tal-enerġija solari/eoliċi u impriżi agrikoli żgħar. E.ON, PRE u bejjiegħa bl-imnut oħra (eż. Bohemia Energy, CENTROPOL) ma jiġġenerawx l-assi tagħhom fir-Repubblika Ċeka.

(62)

Għalhekk, il-grupp ČEZ jibqa' l-akbar ġeneratur tal-elettriku fir-Repubblika Ċeka. Is-sehem mis-suq tiegħu fil-livell tal-ġenerazzjoni jirrifletti l-aċċess privileġġjat tiegħu għall-aktar sorsi ta' ġenerazzjoni rħas fir-Repubblika Ċeka (nukleari, linjite, faħam).

(63)

Fir-rigward tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, jenħtieġ li jiġi nnutat li fl-2016/2017, il-grupp ČEZ esperjenza diversi nuqqasijiet f'numru ta' reatturi nukleari tiegħu […].

(64)

Skont il-pjan Ċek tal-strateġija tal-enerġija fuq terminu twil tar-Repubblika Ċeka (71), jenħtieġ li sal-2050, il-ġenerazzjoni nukleari tkun responsabbli għal nofs il-konsum totali tal-elettriku tal-pajjiż (b'aktar minn madwar terz ta' dak li hu preżenti bħalissa). L-awtoritajiet Ċeki jippjanaw li jeliminaw gradwalment erba' unitajiet f'Dukovany mill-2035 'il quddiem u fl-istess ħin jippjanaw li jibnu reatturi ġodda fiż-żewġ siti nukleari eżistenti (Dukovany u Temelin) b'opzjoni jew biex l-Istat jikseb id-diviżjoni nukleari tal-grupp ČEZ, jew biex il-grupp ČEZ jiffinanzja l-impjanti l-ġodda. F'dan ix-xenarju, bl-istartjar mill-ġdid tar-reatturi tiegħu u biż-żieda prevista tal-ġenerazzjoni tal-enerġija għas-sena ta' wara (72), is-sehem tal-grupp ČEZ mis-suq tal-ġenerazzjoni aktarx jiżdied għal-livelli preċedenti.

Użu tas-suq tal-bejgħ bl-ingrossa

(65)

Fil-livell tal-bejgħ bl-ingrossa, l-elettriku jinbiegħ internament f'impriżi integrati verikalment li jwettqu kemm l-attività tal-ġenerazzjoni kif ukoll dik tal-provvista bl-imnut (bħall-entitajiet tal-grupp ČEZ) jew inkella jiġi nnegozjat permezz ta' diversi kanali: skont kuntratti purament bilaterali (over-the-counter jew “OTC”) jew kuntratti b'senserija; fis-swieq tal-futuri organizzati minn Power Exchange Central Europe, a.s. (“PXE”) jew iċ-Czech Moravian Commodity Exchange Kladno (“CMCEK”) (73); u fis-swieq spot organizzati mill-operatur tas-suq tal-elettriku u tal-gass Ċek, il-kumpanija OTE a.s. In-negozjanti tal-elettriku jistgħu jużaw kwalunkwe kombinazzjoni ta' kuntratti bilaterali u prodotti tal-iskambju tal-enerġija, inklużi pjattaformi ta' OTE u muniti barranin (74), għax-xiri u l-bejgħ (75).

(66)

Il-prezzijiet bl-ingrossa fl-iskambju ta' PXE b'mod tradizzjonali jsegwu l-prezzijiet tal-iskambju tal-EEX. F'dan ir-rigward, l-Applikant isostni li ČEZ Prodej (76) ma għandu l-ebda vantaġġ kompetittiv meta mqabbel ma' bejjiegħa bl-imnut oħra fis-suq li jiksbu l-elettriku tagħhom fl-iskambju ta' PXE, minħabba […] (77). Madanakollu, jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-livell ta' prezz huwa bbażat fuq ftehim purament kuntrattwali bejn żewġ kumpaniji li jappartjenu għall-istess grupp, u għalhekk jista' jiġi mibdul fi kwalunkwe ħin u ma għandu l-ebda impatt fuq il-profitt totali tal-grupp ČEZ.

(67)

Il-volumi nnegozjati fis-swieq tal-bejgħ bl-ingrossa (spot u forward, tas-senserija u tal-kambji) fir-Repubblika Ċeka fl-2016 ([…] TWh) kienu ta' madwar […] l-ammont tal-konsum tal-elettriku annwali (78). Il-volumi OTC innegozjati fuq pjattaformi ta' sensara bħal Trayport, b'mod partikolari, kienu jammontaw għal […] TWh (minn volum totali nnegozjat ta' […] TWh) fl-2016, u żdiedu bi ftit mill-2008 ([…] TWh) (79). B'paragun ma' dan, id-daqs tas-suq tal-bejgħ bl-ingrossa Ġermaniż kien għaxar darbiet akbar mill-volumi totali tal-irtirar tal-elettriku (80). Fir-Repubblika Ċeka, ġew irreġistrati volumi baxxi ta' negozjar tal-futuri (81) fl-akbar suq spot tal-kambju tal-enerġija (PXE (82)), filwaqt li f'ċentri tan-negozjar domestiċi bħas-CMCEK ġew innegozjati volumi żgħar ħafna (2 sa 3 TWh) (83). Il-volumi nnegozjati fis-swieq ta' negozju ta' jum bil-quddiem u ta' negozju fl-istess jum (OTE-Spot), li huma meħtieġa wkoll għall-bejjiegħa bl-imnut biex ikunu jistgħu jiddependu fuq is-swieq bl-ingrossa, żdiedu mill-2008, iżda l-volumi involuti baqgħu żgħar (84). Fl-aħħar nett, in-nuqqas ta' data dwar bejgħ bilaterali (OTC) dirett ma jippermettix lill-Kummissjoni tivvaluta jekk humiex biżżejjed għal min jidħol ġdid fis-suq (85).

Opportunitajiet ta' importazzjoni

(68)

Fir-rigward tal-importazzjonijiet, l-Applikant sostna li hemm “biżżejjed kapaċità tal-interkonnettur fil-fruntiera bejn ir-Repubblika Ċeka u l-Ġermanja” (86). Madanakollu, it-TSO Ċek irrapporta (87) diversi sitwazzjonijiet kritiċi fis-sistema ta' trażmissjoni Ċeka minħabba flussi ta' tranżitu mhux ippjanati (jew “loop flows”) li jammontaw għal diversi GW. B'mod partikolari, skont it-TSO Ċek, il-loop flows huma problema ewlenija fl-istabbiltà tal-grilja (88) u fattur ta' limitazzjoni għan-negozju kummerċjali fil-fruntieri Ċeki, b'mod partikolari fil-fruntiera ta' bejn ir-Repubblika Ċeka u l-Ġermanja. Iċ-ċifri sottomessi mill-Applikant (89) juru li l-kapaċita ta' importazzjoni kummerċjalment disponibbli fil-fruntiera mal-Ġermanja naqset b'mod sostanzjali fil-perjodu ta' bejn l-2014 u l-2016 (90).

(69)

Barra minn hekk, il-kamp ta' applikazzjoni għall-importazzjonijiet minn pajjiżi ġirien jista' jitnaqqas minħabba l-prezzijiet bl-ingrossa tradizzjonalment baxxi fir-Repubblika Ċeka. Din kienet is-sitwazzjoni matul il-perjodu ta' bejn l-2012 u l-2016 meta l-prezz medju ta' jum bil-quddiem fil-fruntieri tar-Repubblika Ċeka kien negattiv, jiġifieri EUR -3,9/MWh mal-Polonja; EUR -0,4/MWh mal-Awstrija; EUR -0,6/Mwh mal-Islovakkja, u mal-Ġermanja biss kien kemxejn pożittiv (EUR 0,4/MWh) (91).

(70)

Minkejja dan t'hawn fuq, l-Applikant sostna li fl-2016, madwar 8,6 TWh tal-kapaċità ta' importazzjoni kienet allokata lill-parteċipanti fis-suq, filwaqt li 7,9 TWh, li jirrappreżentaw “madwar 13 % tal-konsum totali tal-elettriku”, ġew impurtati bħala rispons għall-qtugħ f'daqqa tal-impjanti tal-enerġija nukleari tal-grupp ČEZ (92). Din iċ-ċirkostanza eċċezzjonali tista' tispjega l-volumi ta' kapaċità importati u allokati lill-parteċipanti fis-suq fl-2016. Fil-fatt, il-grupp ČEZ ikkalkula li, fl-assenza ta' dawk in-nuqqasijiet, kien jipproduċi […] TWh addizzjonali ta' elettriku. Madanakollu, is-sitwazzjoni qed tirkupra u uħud mir-reatturi reġgħu startjaw filwaqt li oħrajn huwa ppjanat li se jerġgħu jistartjaw dalwaqt. B'riżultat ta' dan, wieħed jista' jistenna li l-importazzjonijiet gradwalment jonqsu fil-futur hekk kif iż-żieda tal-ġenerazzjoni nukleari bi spiża marġinali baxxa tbaxxi l-prezzijiet tal-elettriku fir-Repubblika Ċeka.

Kompetizzjoni fil-prezz u regolazzjoni tal-prezz

(71)

Il-prezz tal-provvista tal-elettriku lill-klijenti aħħarija għandu żewġ komponenti ewlenin (93): l-ewwel wieħed, li jammonta għal 45 % tal-prezz finali totali, jinkludi spejjeż fissi għad-distribuzzjoni tal-elettriku, servizzi awżiljarji, imposti tas-sistema, eċċ.; it-tieni wieħed, li jammonta għal 37 % tal-prezz finali totali, huwa l-komponent tal-elettriku, li jinkludi l-marġni tal-provvista tal-bejgħ bl-imnut (94). Dan it-tieni komponent mhuwiex regolat (95).

(72)

Fir-rigward tal-prezzijiet tal-elettriku lill-klijenti aħħarija, għal klijenti kemm kbar kif ukoll żgħar, il-livell tal-prezz inkluż it-taxxi huwa aktar baxx mill-medja tal-UE-28, u aktar baxx ukoll mill-medja tal-UE-28 jekk jiġu esklużi t-taxxi (96). L-Applikant josserva li dawn il-prezzijiet kienu konsistentement aktar baxxi mill-prezzijiet korrispondenti fil-Ġermanja matul il-perjodu ta' bejn l-2007 u l-2015.

(73)

Fir-rigward ta' klijenti industrijali kbar (97), b'mod partikolari, l-Applikant osserva li l-komponent tal-enerġija Ċek naqas b'aktar minn 40 % bejn it-tieni nofs tal-2012 u t-tieni nofs tal-2015, meta kien 24 % aktar baxx (bejn EUR 0,0300 u 0,0400 għal kull kWh) mill-komponent tal-enerġija Ġermaniż (bejn EUR 0,0400 u 0,0500 għal kull kWh). Fir-rigward tal-unitajiet domestiċi (98), l-Applikant josserva li, wara t-tieni nofs tal-2009, il-komponent tal-enerġija Ċek kien qed jonqos b'mod konsistenti u fit-tieni nofs tal-2015 dan kien kważi EUR 0,0400 għal kull kWh, li jfisser li kien 49 % aktar baxx mill-komponent tal-enerġija Ġermaniż (bejn EUR 0,0700 u 0,0800 għal kull kWh) (99).

(74)

Minn dawn iċ-ċifri bbażati fuq id-data tal-Eurostat, l-Applikant jikkonkludi li “il-livell ta' kompetizzjoni fis-suq Ċek huwa akbar minn dak fis-suq Ġermaniż li huwa espost direttament għall-kompetizzjoni skont id-Deċiżjoni riċenti tal-Kummissjoni dwar l-Eżenzjoni tal-Bejgħ bl-Imnut Ġermaniż.” (100) Madanakollu, mhuwiex ikkorroborat mill-evidenza, b'mod partikolari fir-rigward tal-paragun tal-prezzijiet bejn is-suq Ċek u dak Ġermaniż. It-teorija ekonomika tissuġġerixxi li, taħt ċerti kundizzjonijiet (eż. il-livelli ta' spejjeż marġinali u l-elastiċità tad-domanda), swieq ikkonċentrati ħafna jista' jkollhom prezzijiet akbar baxxi minn swieq anqas ikkonċentrati (101). Aktar importanti, il-paragun tal-prezzijiet kien jiddependi fuq l-għażla tal-unità. Fil-fatt, il-prezzijiet Ġermaniżi kienu ogħla minn dawk Ċeki f'termini assoluti fl-aħħar snin iżda kienu aktar baxxi f'termini tal-Istandard tal-Kapaċità tal-Akkwist (PPS); f'dak ir-rigward il-prezzijiet Ċeki kienu ogħla fl-2015 (102).

(75)

Barra minn hekk, b'mod partikolari, fir-rigward tal-prezzijiet tal-unitajiet domestiċi, u abbażi tal-informazzjoni riċevuta mingħand ir-regolaturi nazzjonali, l-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) osservat, li “jista' jkun hemm irregolaritajiet fid-data għall-prezzijiet tal-elettriku tal-unitajiet domestiċi. Għalhekk jenħtieġ li dawn ir-riżultati jiġu interpretati b'attenzjoni.” (103).

IL-PROVVISTA BL-IMNUT TAL-GASS NATURALI

In-numru ta' atturi fis-suq, l-ishma mis-suq tal-akbar atturi

(76)

L-aktar ċifri riċenti mill-ERO jindikaw li fl-2016, 98 negozjant attiv li jfornu l-gass lill-klijenti operaw fir-Repubblika Ċeka (104). L-ispiża totali (105) tad-dħul fis-suq għall-provvista bl-imnut tal-gass hija baxxa, u ma tidhirx li tikkostitwixxi ostaklu għad-dħul.

(77)

F'deċiżjonijiet preċedenti (106), il-Kummissjoni qieset li, fir-rigward tas-suq tal-provvista bl-imnut tal-gass, is-sehem mis-suq ikkombinat tal-akbar tliet impriżi huwa wieħed mill-indikaturi rilevanti għall-valutazzjoni tal-konċentrazzjoni tas-suq u għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni tal-kompetizzjoni ġenerali. Minħabba li mhux l-atturi kollha tas-suq huma soġġetti għal regoli tal-akkwist pubbliku, l-analiżi tiffoka l-aktar fuq il-pożizzjoni fis-suq u r-restrizzjonijiet kompetittivi fuq l-atturi tas-suq individwali soġġetti għar-regoli tal-akkwist pubbliku, jiġifieri essenzjalment, ČEZ Prodej u PP. Madanakollu, meta rilevanti li wieħed jifhem il-kuntest tas-suq li fih qed joperaw ČEZ Prodej u PP, jiġu inklużi fl-analiżi operaturi oħra tas-suq (ara wkoll il-premessa 20). Miżuri ta' konċentrazzjoni oħra jistgħu wkoll jitqiesu rilevanti.

(78)

Skont l-aktar ċifri riċenti (107), l-akbar fornituri tal-gass f'termini ta' kwantità fornuta lill-klijenti huma RWE (issa Innogy Energie, s.r.o.) b'aktar minn […] % ta-sehem mis-suq, segwit minn PP u minn E.ON b'[…] % tas-sehem mis-suq. Anke ČEZ Prodej huwa attiv f'dan is-suq b'sehem mis-suq ta' […] % (108).

Il-provvista bl-imnut ta' gass naturali lil klijenti kbar

(79)

Skont iċ-ċifri tal-2016 fornuti mill-Applikant, RWE huwa l-akbar fornitur għal klijenti kbar b'sehem mis-suq ta' […] %, segwit minn ČEZ Prodej b'sehem mis-suq ta' […] % u E.ON b'sehem mis-suq ta' […] %. Il-Kummissjoni tinnota li PP u ČEZ Prodej biss jitqiesu entitajiet kontraenti fis-sens tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/25/UE, u għalhekk huma soġġetti għar-regoli tal-akkwist.

(80)

Is-sehem mis-suq ikkombinat tal-akbar tliet bejjiegħa bl-imnut għal klijenti kbar fis-suq tal-gass Ċek huwa ta' 51 %. L-HHI ikkalkulat għal dan is-suq huwa 1 341 (109).

Provvista bl-imnut ta' gass lil klijenti żgħar

(81)

Skont iċ-ċifri tal-2016 fornuti mill-Applikant, l-akbar tliet fornituri għal klijenti żgħar huma RWE, b'sehem mis-suq ta' […] %, segwit minn PP b'sehem mis-suq ta' […] %, u E.ON b'sehem mis-suq ta' […] % (110). Barra minn hekk, ČEZ Prodej (ir-raba' l-akbar fornitur) huwa attiv f'dan is-suq b'sehem mis-suq ta' […] %. Il-Kummissjoni tinnota li PP u ČEZ Prodej biss jitqiesu entitajiet kontraenti fis-sens tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/25/UE, u għalhekk huma soġġetti għar-regoli tal-akkwist.

(82)

Is-sehem mis-suq ikkombinat tal-akbar tliet bejjiegħa bl-imnut għall-klijenti żgħar fis-suq tal-gass Ċek huwa ta' 69 % (111). L-HHI ikkalkulat għal dan is-suq huwa 2 024 (112).

Rati ta' qlib tal-klijenti finali

Il-provvista bl-imnut ta' gass naturali lil klijenti kbar

(83)

Ir-rapport nazzjoni ta' ERO għall-2016 fih informazzjoni fir-rigward tad-data tal-qlib tal-fornitur b'mod separat għal erba' kategoriji ta' klijenti (113): “domanda għolja”, “domanda ta' daqs medju”, “domanda baxxa” u “unitajiet domestiċi”.

(84)

L-ewwel żewġ kategoriji (“domanda għolja” u “domanda ta' daqs medju”) jistgħu jiġu assenjati b'mod wiesa' lill-kategorija ta' “klijenti kbar” kif definit għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni. Fl-2016, il-qlib tal-klijent għal klijenti b'domanda għolja kien ta' 38 % u għal domanda ta' daqs medju kien ta' 29 %. Il-livelli ta' qlib għal dawk iż-żewġ kategoriji kienu wkoll għolja matul l-aħħar ħames snin.

Il-provvista bl-imnut ta' gass naturali lil klijenti żgħar

(85)

L-aħħar żewġ kategoriji (“domanda baxxa” u “unitajiet domestiċi”) jistgħu jiġu assenjati b'mod wiesa' lill-kategorija ta' “klijenti kummerċjali u unitajiet domestiċi żgħar” kif definiti għall-fini ta' din id-Deċiżjoni.

(86)

Fl-2016, il-qlib tal-klijenti għal “domanda baxxa” kien ta' 14 %, filwaqt li għall-“unitajiet domestiċi” kien ta' 6,6 %. Il-livelli ta' qlib għal klijenti ta' “domanda baxxa” kienu 'l fuq minn 10 % matul il-perjodu ta' bejn l-2011 u l-2016. Il-livelli ta' qlib għall-“unitajiet domestiċi” ilhom jitbaxxew mill-2011 (qisu meta r-rata ta' qlib kienet 13 % (114)), madanakollu fl-2016 ir-rata ta' qlib żdiedet.

Aċċess għall-gass bl-ingrossa  (115)

(87)

L-entitajiet li jinnegozjaw fis-suq tal-gass bl-ingrossa jistgħu jixtru l-gass skont kuntratti fuq terminu twil, fi swieq tal-materja prima, jew mingħand negozjanti oħra. Kuntratti fuq terminu twil ma' produtturi tal-gass Russi u Norveġiżi probabbilment xorta għad għandhom l-aktar influwenza sinifikanti fuq il-formazzjoni tal-prezzijiet bl-ingrossa. Dħul f'kuntratt fuq terminu twil normalment isir għal termini twal ħafna sa massimu ta' 30 sena. Aktar kmieni, f'dawn il-kuntratti saru ċerti bidliet fil-formuli tal-prezz tal-gass, iżda l-kuntratti fuq terminu twil infushom ma ġewx abbandunati (116). Skont iċ-ċifri tal-Eurostat, b'kollox 36 entità importaw il-gass fir-Repubblika Ċeka fl-2016 (117).

(88)

Skont l-ERO, id-detentur tal-liċenzja esklużiva għall-attivitajiet tal-operatur tas-suq fir-Repubblika Ċeka, OTE, a.s., ilu jorganizza suq tal-gass spot mill-2010. Emenda għar-Regoli tas-Suq tal-Gass abboliet is-suq tal-gass għal negozju ta' jum bil-quddiem organizzat mill-operatur tas-suq. Min-naħa l-oħra, ġiet stabbilita pjattaforma għas-suq tal-gass għal negozju fl-istess jum. Skont ERO, dan is-suq żamm l-attrazzjoni għolja tiegħu għall-parteċipanti fis-suq tal-gass fl-2016 (118).

(89)

L-akbar sehem tas-suq tal-bejgħ bl-imnut iseħħ barra mill-pjattaformi tal-kambju u fil-forma ta' negozjar bilaterali over-the-counter (“OTC”). In-negozjar OTC joffri l-vantaġġ li jista' jitwettaq b'mod flessibbli, jiġifieri b'mod partikolari mingħajr ma jkollu bżonn jirrikorri għal sett limitat ta' kuntratti. Rwol sinifikanti tan-negozjar OTC huwa tad-ditta tas-senserija permezz tal-pjattaformi tas-sensara. In-negozjar OTC ra żidiet sostanzjali mill-2012. Fl-2016, it-tranżazzjonijiet ta' negozjar tal-gass naturali mogħtija b'senserija fuq pjattaformi tas-sensara mir-Repubblika Ċeka bħala qasam ta' provvista kienu jammontaw għal 88 TWh (93 TWh inklużi l-volumi nnegozjati fil-pjattaformi tal-kambju). Il-volum ta' kuntratti tal-futuri kiber minn 0,7 Twh fl-2014 għal 3 Twh fl-2015.

(90)

Fl-2016, il-konsum annwali tal-gass fir-Repubblika Ċeka kien jammonta għal 88 TWh. Il-konsum kiber bi 8,5 % meta mqabbel mal-2015. Il-proporzjon tal-volum ta' negozjar bl-ingrossa mal-konsum huwa > 1 (119).

(91)

Fid-dawl tal-fatturi eżaminati fil-premessi (87)-(90), f'dan il-każ, il-Kummissjoni tqis li l-likwidità tas-suq tal-bejgħ bl-ingrossa Ċek hija biżżejjed biex tippermetti lill-bejjiegħa bl-imnut ikollhom aċċess taħt kundizzjonijiet kompetittivi għall-gass bl-ingrossa jew permezz ta' swieq tal-bejgħ bl-ingrossa jew permezz ta' importazzjonijiet. Il-likwidità tas-suq tal-bejgħ bl-ingrossa Ċek ma timpedixxix il-provvista bl-imnut tal-gass milli tkun soġġetta għal esponiment dirett għall-kompetizzjoni.

Kompetizzjoni fil-prezz u regolazzjoni tal-prezz

(92)

Il-prezz tal-provvista tal-gass lill-klijenti aħħarija, mingħajr taxxi, għandu żewġ komponenti ewlenin (120): L-ewwel wieħed, li jammonta għal 22 % tal-prezz, fih partijiet regolati (trażmissjoni, distribuzzjoni, eċċ). It-tieni wieħed, li jammonta għal 78 % tal-prezz, jirrappreżenta l-prezz tal-prodott bażiku nnifsu, li jinkludi l-marġni tal-provvista tal-bejgħ bl-imnut. It-tieni komponent mhuwiex regolat (121).

Il-provvista bl-imnut ta' gass naturali lil klijenti kbar

(93)

Għal klijenti kbar, il-livell tal-prezz inkluż it-taxxi huwa aktar baxx mill-medja tal-UE-28, u aktar baxx ukoll mill-medja tal-UE-28 jekk jiġu esklużi t-taxxi (122).

Il-provvista bl-imnut ta' gass naturali lil klijenti żgħar

(94)

Għal klijenti żgħar, il-livell tal-prezz inklużi t-taxxi huwa aktar baxx mill-medja tal-UE-28, u aktar baxx ukoll mill-medja tal-UE-28 jekk jiġu esklużi t-taxxi (122).

4.   KONKLUŻJONIJIET

4.1.   ELETTRIKU

(95)

Il-kompetizzjoni fis-swieq tal-elettriku tal-bejgħ bl-imnut Ċeki hija strutturalment limitata mill-fatt li l-bejjiegħa bl-imnut (minbarra ČEZ Prodej) ma għandhomx kapaċità ta' ġenerazzjoni proprja suffiċjenti u lanqas ma għandhom aċċess għal swieq tal-bejgħ bl-ingrossa likwidi b'mod sinifikanti fir-Repubblika Ċeka jew barra mill-pajjiż permezz ta' importazzjonijiet. Bħala riżultat, dawn il-bejjiegħa bl-imnut mhumiex f'pożizzjoni li jikkompetu fuq l-istess livell ta' ČEZ Prodej, li huwa integrat b'mod vertikali mal-akbar kumpanija ta' distribuzzjoni lokali u l-akbar ġeneratur tal-elettriku.

IL-PROVVISTA BL-IMNUT TAL-ELETTRIKU LIL KLIJENTI KBAR

(96)

L-ishma mis-suq ikkombinati tal-akbar tliet kumpaniji tal-provvista bl-imnut lil klijenti kbar hija pjuttost għolja (60 %) bl-akbar attur tas-suq (ČEZ Prodej) ikollu sehem mis-suq ta' […] %. It-tieni u t-tielet l-akbar atturi tas-suq, jiġifieri E.ON u PRE, li għandhom ishma mis-suq ta' […] % u […] %, rispettivament, mhumiex soġġetti għar-regoli tal-akkwist tal-Unjoni. Minkejja l-ishma mis-suq mhux eliġibbli tagħhom, huma jistgħu jeżerċitaw biss pressjoni kompetittiva limitata fuq ČEZ Prodej. L-aċċess għall-elettriku bl-ingrossa mhuwiex biżżejjed: Il-grupp ČEZ huwa bil-bosta l-akbar ġeneratur tal-elettriku fir-Repubblika Ċeka u l-kapaċitajiet tal-interkonnessjoni tal-elettriku huma limitati u għalhekk il-likwidità tas-suq tal-elettriku tal-bejgħ bl-ingrossa hija dipendenti fuq l-imġiba tal-grupp ČEZ. Din is-sitwazzjoni tillimita l-possibbiltà tagħhom li jakkwistaw l-elettriku kemm b'karga bażi kif ukoll il-prodotti l-oħra meħtieġa skont il-kundizzjonijiet kompetittivi, li u mbagħad strutturalment tillimita l-kapaċità tagħhom li jikkompetu ma' ČEZ Prodej. Għall-istess raġunijiet, kompetituri iżgħar għandhom kapaċità limitata biex jikkompetu mal-akbar tliet fornituri.

(97)

Il-pożizzjoni fis-suq ta' ČEZ Prodej, E.ON u PRE tissaħħaħ bil-karatteristiċi ta' elementi reġjonali b'saħħithom ta' dan is-suq u l-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni mhux omoġenji fit-tliet żoni ta' distribuzzjoni jagħmluha diffiċli għall-kompetituri biex jisfidaw il-pożizzjonijiet fis-suq ta' dawk l-operaturi fiż-żoni ta' distribuzzjoni rispettivi tagħhom. Fl-aħħar nett, il-livell ta' qlib tal-klijenti, għalkemm ogħla milli għal klijenti żgħar, naqas f'dawn l-aħħar snin.

(98)

Fid-dawl tal-fatturi eżaminati hawn fuq il-kundizzjoni tal-esponiment dirett tal-kompetizzjoni stabbilita fl-Artikolu 34(1) tad-Direttiva 2014/25/UE jenħtieġ li titqies bħala li ma ġietx imħarsa fir-rigward tal-provvista bl-imnut tal-elettriku lil klijenti kbar fit-territorju tar-Repubblika Ċeka.

IL-PROVVISTA BL-IMNUT TAL-ELETTRIKU LIL KLIJENTI ŻGĦAR

(99)

Is-sehem mis-suq ikkombinat tal-akbar tliet kumpaniji tal-provvista bl-imnut lil klijenti żgħar huwa għoli (74 %), bl-akbar attur tas-suq (ČEZ Prodej) ikollu sehem mis-suq ta' […] %. It-tieni u t-tielet l-akbar atturi tas-suq, jiġifieri E.ON u PRE, li huma t-tieni u t-tielet l-akbar atturi tas-suq b'ishma mis-suq ta' […] % and […] % (123), rispettivament, mhumiex soġġetti għar-regoli tal-akkwist tal-Unjoni. Minkejja l-ishma mis-suq mhux eliġibbli tagħhom, huma jistgħu jeżerċitaw biss pressjoni kompetittiva limitata fuq ČEZ Prodej. L-aċċess għall-elettriku bl-ingrossa mhuwiex biżżejjed: Il-grupp ČEZ huwa bil-bosta l-akbar ġeneratur tal-elettriku fir-Repubblika Ċeka u l-kapaċitajiet tal-interkonnessjoni tal-elettriku huma limitati u għalhekk il-likwidità tas-suq tal-elettriku tal-bejgħ bl-ingrossa hija dipendenti fuq l-imġiba tal-grupp ČEZ. Din is-sitwazzjoni tillimita l-possibbiltà tagħhom li jakkwistaw l-elettriku kemm b'karga bażi kif ukoll il-prodotti l-oħra meħtieġa skont il-kundizzjonijiet kompetittivi, li u mbagħad strutturalment tillimita l-kapaċità tagħhom biex jikkompetu ma' ČEZ Prodej. Għall-istess raġunijiet, kompetituri iżgħar għandhom kapaċità limitata biex jikkompetu mal-akbar tliet fornituri.

(100)

Il-pożizzjoni fis-suq ta' ČEZ Prodej, E.ON u PRE tissaħħaħ bil-karatteristiċi reġjonali b'saħħithom ta' dan is-suq u l-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni mhux omoġenji fit-tliet żoni ta' distribuzzjoni, li jagħmluha diffiċli għall-kompetituri biex jisfidaw il-pożizzjoni fis-suq ta' dawk l-operaturi fiż-żona ta' distribuzzjoni rispettiva tagħhom. Fl-aħħar nett, il-livell ta' qlib tal-klijenti huwa pjuttost baxx u, għa-raġunijiet innutati hawn fuq, il-prezzijiet baxxi tal-bejgħ bl-imnut mhumiex indikatur tal-esponiment dirett għall-kompetizzjoni.

(101)

Fid-dawl tal-fatturi eżaminati hawn fuq, il-kundizzjoni tal-esponiment dirett għall-kompetizzjoni stabbilita fl-Artikolu 34(1) tad-Direttiva 2014/25/UE jenħtieġ li titqies bħala li ma ġietx imħarsa fir-rigward tal-provvista bl-imnut tal-elettriku għal klijenti żgħar fit-territorju tar-Repubblika Ċeka.

4.2.   GASS

IL-PROVVISTA BL-IMNUT TA' GASS NATURALI LIL KLIJENTI KBAR

(102)

Fir-rigward tal-provvista bl-imnut ta' gass lil klijenti kbar fir-Repubblika Ċeka, is-sitwazzjoni tista' tiġi mqassra kif ġej: hemm numru kbir ta' fornituri attivi fil-livell nazzjonali; l-ishma mis-suq ikkombinati tal-akbar tliet kumpaniji tal-provvista bl-imnut mhix għolja ħafna (51 %); l-ewwel u t-tielet atturi tas-suq mhumiex soġġetti għar-regoli tal-akkwist tal-Unjoni; il-livell ta' qlib jidher sodisfaċenti, ma hemm l-ebda kontroll tal-prezz tal-utent aħħari u l-likwidità fis-suq tal-bejgħ bl-ingrossa ma tidhirx li tikkostitwixxi ostaklu għal li l-provvista bl-imnut tal-gass tkun soġġetta għal esponiment dirett għall-kompetizzjoni.

(103)

Fid-dawl tal-fatturi eżaminati hawn fuq, il-kundizzjoni tal-esponiment dirett għall-kompetizzjoni stabbilita fl-Artikolu 34(1) tad-Direttiva 2014/25/UE jenħtieġ li titqies bħala li ma ġietx imħarsa fir-rigward tal-provvista bl-imnut tal-gass għal klijenti kbar fit-territorju tar-Repubblika Ċeka.

IL-PROVVISTA BL-IMNUT TA' GASS NATURALI GĦAL KLIJENTI ŻGĦAR

(104)

Fir-rigward tal-provvista bl-imnut tal-gass għal klijenti żgħar fir-Repubblika Ċeka, is-sitwazzjoni tista' tinġabar fil-qosor kif ġej: hemm numru kbir ta' fornituri attivi fil-livell nazzjonali; l-ishma mis-suq ikkombinati tal-akbar tliet kumpaniji tal-provvista bl-imnut huma pjuttost għolja (69 %), madanakollu l-ewwel u t-tielet atturi tas-suq mhumiex soġġetti għar-regoli tal-akkwist; il-livell ta' qlib jidher sodisfaċenti; ma jidher li hemm l-ebda kontroll tal-prezzijiet tal-utent aħħari, u l-likwidità fis-suq tal-bejgħ bl-ingrossa ma tidhirx li tikkostitwixxi ostaklu biex il-provvista bl-imnut tal-gass tkun soġġetta għal esponiment dirett għall-kompetizzjoni.

(105)

Fid-dawl tal-fatturi eżaminati hawn fuq, il-kundizzjoni tal-esponiment dirett għall-kompetizzjoni stabbilita fl-Artikolu 34(1) tad-Direttiva 2014/25/UE jenħtieġ li titqies bħala li ma ġietx imħarsa fir-rigward tal-provvista bl-imnut tal-gass għal klijenti żgħar fit-territorju tar-Repubblika Ċeka.

4.3.   KONKLUŻJONI

(106)

Din id-Deċiżjoni hija bbażata fuq is-sitwazzjoni legali u fattwali min-Novembru 2016 sa April 2018 kif jidher mill-informazzjoni sottomessa mill-Applikant, u r-Rapporti Nazzjonali ta' ERO. Jekk il-kundizzjonijiet għall-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE ma jibqgħu jiġux mħarsa, jaf tiġi riveduta, wara bidliet sinifikanti fis-sitwazzjoni legali u fattwali.

(107)

Minħabba li s-servizzi relatati mal-provvista bl-imnut tal-elettriku (124) jenħtieġ li jkomplu jkunu soġġetti għad-Direttiva 2014/25/UE, huwa mfakkar li l-kuntratti ta' akkwist pubbliku li jkopru diversi attivitajiet jenħtieġ li jiġu trattati f'konformità mal-Artikolu 6 ta' dik id-Direttiva. Dan ifisser li, meta entità kontraenti tkun involuta f'akkwist “imħallat”, jiġifieri akkwist użat biex jingħata appoġġ lill-prestazzjoni kemm tal-attivitajiet eżentati mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/25/UE kif ukoll tal-attivitajiet li mhumiex eżentati, iridu jitqiesu l-attivitajiet li għalihom huwa intenzjonat prinċipalment il-kuntratt. F'każ ta' tali akkwist imħallat, fejn l-għan huwa prinċipalment l-appoġġ tal-attivitajiet li mhumiex eżentati, għandhom jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/25/UE. Meta jkun oġġettivament impossibbli li wieħed jiddetermina għal-liema attività huwa prinċipament intiż il-kuntratt, il-kuntratt għandu jingħata f'konformità mar-regoli stipulati fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2014/25/UE.

(108)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Akkwist Pubbliku,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2014/25/UE ma għandhiex tapplika għal kuntratti mogħtija minn entitajiet kontraenti u intiżi biex jippermettu t-twettiq tal-attivitajiet li ġejjin fit-territorju tar-Repubblika Ċeka:

(a)

il-provvista bl-imnut tal-gass naturali lil klijenti kbar;

(b)

il-provvista bl-imnut tal-gass naturali lil klijenti żgħar.

Artikolu 2

Id-Direttiva 2014/25/UE għandha tkompli tapplika għall-kuntratti mogħtija minn entitajiet kontraenti u intiżi biex jippermettu t-twettiq tal-attivitajiet li ġejjin barra mit-territorju tar-Repubblika Ċeka:

(a)

il-provvista bl-imnut tal-elettriku lil klijenti kbar;

(b)

il-provvista bl-imnut tal-elettriku lil klijenti żgħar.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ċeka.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Lulju 2018.

Għall-Kummissjoni

Elżbieta BIEŃKOWSKA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243.

(2)  It-terminu “Uffiċċju” hawnhekk ifisser l-NCA.

(3)  Rapport minn Charles River and Associates tad-9 ta' Ottubru 2016 imsejjaħ “An Economic Assessment of the Extent of Competition on the Czech Markets for Retail supply of Electricity and Gas”.

(4)  Id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55).

(5)  Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94).

(6)  Disponibbli fuq https://www.zakonyprolidi.cz/cs/2000-458 u http://aplikace.mvcr.cz/sbirka-zakonu/SearchResult.aspx?q=458/2000&typeLaw=zakon&what=Cislo_zakona_smlouvy

(7)  388 liċenzja mogħtija għan-negozjar tal-elettriku u 229 liċenzja għan-negozjar tal-gass, (ara t-tweġiba tal-Applikant tat-12 ta' April 2018 għat-Talba għall-informazzjoni tal-Kummissjoni RFI tal-21 ta' Diċembru 2017, p. 1).

(8)  71 fornitur attiv fil-provvista bl-imnut tal-elettriku u 68 fornitur attiv fil-provvista bl-imnut tal-gass (ara t-tweġiba tal-Applikant tat-12 ta' April 2018 għall-RFI tal-Kummissjoni tal-21 ta' Diċembru 2017, p. 1).

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1).

(10)  Is-Sentenza tas-27 ta' April 2016, Österreichische Post AG v. il-Kummissjoni, T-463/14, EU:T:2016:243, il-paragrafu 28.

(11)  Skont l-Applikant, fis-swieq soġġetti għal din it-Talba, ČEZ Prodej u Pražská plynárenská (“PP”) biss huma entitajiet kontraenti fis-sens tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/25/UE u, għalhekk, soġġetti għar-regoli tal-akkwist pubbliku.

(12)  Il-Każ COMP M.3440 — EDP/ENI/GDP, il-premessa 56.

(13)  Ara l-Każ COMP/M.6225 Molaris/Commerz Real/RWE/Amprion, tat-23 ta' Awwissu 2011; COMP/M.5467 RWE/Essent, tat-23 ta' Ġunju 2009.

(14)  Ara l-Każijiet COMP/M.5512 Electrabel/E.ON, tas-16 ta' Ottubru 2009; COMP/M.5496 Vattenfall/Nuon Energy, tat-22 ta' Ġunju 2009.

(15)  Id-Deċiżjoni tal-NCA Ċek Nru ÚOHS-S0830/2015/KS-45620/2015/840/JMě tal-21 ta' Diċembru 2015, l-entità BOHEMIA ENERGY s.r.o./Europe Easy Energy a.s.; Id-Deċiżjoni tal-NCA Ċek Nru. ÚOHS-S0438/2016/KS-28103/2016/840/LBř tas-7 ta' Lulju 2016 fl-entità BOHEMIA ENERGY s. r. o./RIGHT POWER, a. s..

(16)  Ara r-Rapport tas-CRA, paġna 17, l-aħħar paragrafu.

(17)  […] informazzjoni kunfidenzjali

(18)  Ara r-Rapport tas-CRA, paġna 18, it-Tabella 3.

(19)  L-Applikant spjega li l-LDZs bdew bħala sit tal-produzzjoni ta' klijent industrijali kbir speċifiku li matul iż-żmien bidel is-sit tal-produzzjoni f'park industrijali li jinkludi l-faċilitajiet tal-produzzjoni tiegħu stess kif ukoll faċilitajiet tal-produzzjoni ta' klijenti industrijali kbar oħra li huma ospitati mill-klijent industrijali bis-sit tal-produzzjoni storiku.

(20)  M. 4180 Gaz de France/Suez, recital 63; M.3868 — DONG/Elsam/Energi E2, il-premessa 193 et seq.; M. 3440 — EDP/ENI/GDP il-premessa 215 et seq; M.5740 — Gazprom/A2 A/JOF, il-premessa 17 u seq.

(21)  M.4238 E ON/PP, il-premessa 16.

(22)  Id-Deċiżjoni tal-NCA Ċek Nru. ÚOHS-S0830/2015/KS-45620/2015/840/JMě tal-21 ta' Diċembru 2015, l-entità BOHEMIA ENERGY s.r.o./Europe Easy Energy a.s.; Id-Deċiżjoni tal-NCA Ċek Nru. ÚOHS-S0438/2016/KS-28103/2016/840/LBř tas-7 ta' Lulju 2016 fl-entità BOHEMIA ENERGY s. r. o./RIGHT POWER, a. s..

(23)  Dan is-suq ma jinkludix il-provvista lil impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-gass, li normalment jixtru l-gass direttament minn swieq spot tal-kambju tal-enerġija u li l-gass jiġi kkunsenjat lilhom permezz tax-xiri ta' kapaċità tal-pipeline tal-gass.

(24)  M. 5496 — Vattenfall/Nuon Energy, il-premessa 15 u seq., M. 7778 — Vattenfall/Engie/GASAG, il-premessa 37.

(25)  M.4238 E ON/PP, il-premessi 19 u 20.

(26)  Id-Deċiżjoni ta' Fużjoni UOHS-S492/2011/KS tal-NCA Ċeka.

(27)  Il-grupp ČEZ, il-grupp tal-elettriku Ċek preċedenti li għadu eżistenti u bħalissa huwa proprjetà tal-istat, huwa s-sid ta' ħamsa mit-tmien netwerks ta' distribuzzjoni tal-elettriku, żewġ netwerks ta' distribuzzjoni huma proprjetà ta' E.ON, filwaqt li l-kumpanija tad-distribuzzjoni tal-elettriku fiż-żona kapitali hija proprjetà ta' Prazska energetica a.s. (“PRE”) - kumpanija li hija proprjetà ta' EnBW u l-Belt ta' Praga u kkontrollata minn EnBW. Ara r-Rapport tas-CRA, il-paragrafu 2, p. 1.

(28)  Ara r-Rapport tas-CRA, it-Tabella 1, p. 6.

(29)  Ara r-Rapport tas-CRA, it-Tabella 8, p. 23.

(30)  Ara r-Rapport tas-CRA, it-Tabella 9, p. 23-24.

(31)  M/3696 – E.ON/MOL (2005) il-premessi 138 u 140.

(32)  M.4238 E.ON/PP, il-premessa 16.

(33)  Il-Każ S830/2015/KS l-entità Bohemia Energy s.r.o./Europe Easy Energy a.s; S713/2016/KS l-entità Bohemia Energy s.r.o/X Energie s.r.o.

(34)  Ir-Rapport Nazzjonali tal-ERO għall-2016, jindika li fl-2016, 98 kummerċjant attiv kienu qed ifornu l-gass lil klijenti fir-Repubblika Ċeka. (https://www.eru.cz/documents/10540/488714/NR_ERU_2016/3e05aa8c-0a79-4c3c-9389-6d0c3c313e1e).

(35)  Ara r-Rapport tas-CRA, il-paragrafu 2, p. 1.

(36)  Ara r-Rapport tas-CRA, paġna 31, it-Tabella 17.

(37)  Dan ifisser, […] % għal RWE u […] % kemm għal PP kif ukoll għal E.ON (ara r-Rapport tas-CRA, il-paġna 22, it-Tabella 7). Madanakollu, skont data aktar riċenti, fl-2016, RWE kellha […] %; PP […] % u E.ON […] % tas-suq għal klijenti kbar (ara t-tweġiba tal-Applikant tat-12 ta' April 2018 għall-RFI tal-Kummissjoni tal-21 ta' Diċembru 2017, p. 16).

(38)  Ara r-Rapport tas-CRA, it-Tabella 18, p. 33.

(39)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/141/KE tas-26 ta' Frar 2007 li tistabbilixxi li l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/17/KE li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali japplika għall-provvista tal-elettriku u l-gass fl-Ingilterra, fl-Iskozja u f'Wales (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 23) u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1674 tal-15 ta' Settembru 2016 li teżenta l-provvista bl-imnut ta' elettriku u gass fil-Ġermanja mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 253, 17.9.2016, p. 6).

(40)  Is-suq upstream li jikkonċerna l-bejgħ bl-imnut tal-elettriku ma ġiex investigat f'Deċiżjonijiet preċedenti skont l-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE, minħabba li s-sitwazzjoni kompetittiva f'dawn is-swieq upstream ma qajmitx tħassib fil-livell downstream.

(41)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1674, il-premessa 37 u d-deċiżjonijiet ċitati.

(42)  Ara r-Rapport tas-CRA, it-Tabella 3, p. 18 u t-Tabella 6, p. 21.

(43)  Ara t-Talba, p. 32. it-Tabella 3.

(44)  Għal klijenti industrijali kbar, jekk l-operaturi tal-LDZ jiġu inklużi, is-sehem mis-suq ta' ČEZ Prodej jiżdied minn […] % għal […] % (ara t-tweġiba tal-1 ta' Awwissu 2017 għall-RFI tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ġunju 2017, it-Tabella 2, p. 8).

(45)  B'paragun ma' dan, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1674 sabet li l-ishma mis-suq ikkombinati tal-erba' bejjiegħa bl-imnut tal-elettriku fil-Ġermanja kien ta' 33 % fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/403/UE tal-14 ta' Lulju 2010 li teżenta l-produzzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku fil-Makro Żona Tramuntana fl-Italja u l-bejgħ bl-imnut tal-elettriku lil klijenti finali mqabbdin mal-grid ta' vultaġġ medju, għoli u għoli ħafna fl-Italja, mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (ĠU L 186, 20.7.2010, p. 44) rigward l-Italja, l-ishma mis-suq ikkombinati tal-akbar tliet bejjiegħa bl-imnut tal-elettriku instab li kien ta' 43,89 %. Fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/422/KE tad-19 ta' Ġunju 2006 li tistabbilixxi li l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali japplika għall-produzzjoni u l-bejgħ ta' l-elettriku fil-Finlandja, ħlief għall-Gżejjer Ðland (ĠU L 168, 21.6.2006, p. 33), rigward il-Finlandja, dan is-sehem mis-suq kien bejn 35 u 40 %.

(46)  HHI - l-indiċi Herfindahl-Hirschmann.

(47)  Ara t-Talba, paġna 7.

(48)  Għall-klijenti żgħar, ara t-Tabella 10 tat-tweġiba tal-Applikant tal-10 ta' Mejju 2017 lill-RFI tal-Kummissjoni tal-21 ta' April 2017.

(49)  Ara r-Rapport tas-CRA, it-Tabella 3, p. 18 flimkien mat-Tabella 8, p. 23.

(50)  Ara t-Talba, it-Tabella 3, p. 32.

(51)  Ara l-Opinjoni tal-NCA, p. 2.

(52)  Ara r-Rapport tas-CRA, it-Tabella 8, p. 23.

(53)  B'paragun ma' dan, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1674 sabet li l-ishma mis-suq ikkombinati tal-akbar erba' bejjiegħa bl-imnut tal-elettriku fil-Ġermanja kien ta' 36 %. Fid-Deċiżjoni 2006/422/KE rigward il-Finlandja, dan is-sehem tas-suq kien bejn 35 % u 40 %.

(54)  Ara l-preżentazzjoni tas-CRA għad-DĠ COMP tad-9 ta' Ġunju 2017.

(55)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1674.

(56)  Ara t-Talba, it-Tabella 12, p. 58. Il-perċentwali huma kkalkulati f'termini ta' punti ta' twassil.

(57)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1674, il-Premessa 39.

(58)  Id-Deċiżjoni 2010/403/UE, il-premessa 18.

(59)  Ara r-Rapport tas-CRA, p. 43.

(60)  Ara t-Talba, it-Tabella 13, p. 59. Il-perċentwali huma kkalkulati f'termini ta' punti ta' twassil.

(61)  Ara r-Rapport tas-CRA, p. 49.

(62)  Ara l-Opinjoni tal-NCA, p. 2, l-aħħar paragrafu.

(63)  Ara l-Opinjoni tal-NCA tal-14 ta' Ġunju 2017, p. 3, il-paragrafi 3 u 4.

(64)  Ir-Rapport Annwali ta' ACER/CEER dwar ir-Riżultati tal-Monitoraġġ tas-Swieq Interni tal-Elettriku u l-Gass fl-2015 ta' Novembru 2016, paġna 66. https://www.acer.europa.eu/Official_documents/Acts_of_the_Agency/Publication/ACER_Market_Monitoring_Report_2015.pdf

(65)  Il-medja ta' ħames snin ta' qlib estern fir-Repubblika Ċeka hija aktar baxxa milli fil-Ġermanja, fl-Iżvezja, fil-Finlandja, u fil-Gran Brittanja.

(66)  Ir-Rapport Nazzjonali tal-ERO tal-2015, p. 21. (https://www.eru.cz/documents/10540/488714/NR_ERU_2015.pdf/e6ca9e45-17c6-4f48-9561-8f0ef0d6af29), ir-Rapport Nazzjonali tal-ERO tal-2016, p. 25.

(67)  Ir-Rapport Nazzjonali tal-ERO tal-2016, p. 25.

(68)  B'mod aktar preċiż, kważi […] TWh minn ġenerazzjoni elettrika grossa ta' madwar […] TWh (Ara t-tweġiba tal-Applikant tal-10 ta' Mejju 2017 għall-RFI tal-Kummissjoni tal-21 ta' April 2017, paġna 1, it-Tabella 1). L-ERO jirrapporta li fl-2016, il-ġenerazzjoni elettrika grossa kienet tammonta għal 83,3 TWh.

(69)  Minkejja dan kien mistenni li, wara l-aħbar tal-bejgħ tal-impjant tal-faħam Pocerady tal-grupp ČEZ (1 000 MW) lil Czech Coal, is-sehem mis-suq ta' Severní Energetická (sussidjarju ta' Czech Coal) se jikber bi ftit.

(70)  Ara t-tweġiba tal-Applikant tal-1 ta' Awwissu 2017 għall-RFI tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ġunju 2017.

(71)  Ara Platts Power in Europe, Ħarġa 753, it-3 ta' Lulju 2017, p. 15.

(72)  F'Marzu 2017, il-grupp ČEZ ippreveda żieda fil-ġenerazzjoni tal-enerġija tiegħu fl-2018 għal 66 Twh minn 59 Twh fl-2015 – ara Platts Power in Europe, ħarġa 722 (it-28 ta' Marzu 2016), paġna 15.

(73)  Dan is-suq tal-materja prima jiffoka aktar fuq il-kummerċ domestiku milli dak internazzjonali.

(74)  Fil-biċċa l-kbira, l-Iskambju tal-Enerġija Ewropea f'Leipzig (EEX).

(75)  Ir-Rapport Nazzjonali ta' ERO tal-2015, p. 17, 18.

(76)  L-NCA, fl-Opinjoni tagħha, tressaq l-istess argument.

(77)  Ara t-tweġiba tal-Applikant tat-28 ta' Marzu 2017 għall-RFI tal-Kummissjoni tal-24 ta' Marzu 2017.

(78)  Iċ-ċifri rrapportati mill-Applikant abbażi taċ-ċifri mill-OTE.

(79)  L-evoluzzjoni ta' volumi b'senserija fi Trayport – OTC matul is-snin preċedenti kienet din li ġejja: […] TWh fl-2008; […] TWh fl-2009; […] TWh fl-2010; […] TWh fl-2011; […] TWh fl-2012; […] TWh fl-2013; […] TWh fl-2014 u […] TWh fl-2015. Ara t-tweġiba tal-Applikant tal-10 ta' Mejju 2017 għall-RFI tal-Kummissjoni tat-3 ta' Mejju 2017.

(80)  Ara d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1674.

(81)  […] TWh fl-2016 meta mqabbel ma' […] TWh fl-2008 – ara t-tweġiba tal-Applikant tal-10 ta' Mejju 2017 għall-RFI tal-Kummissjoni tat-3 ta' Mejju 2017, it-Tabella 5, p. 4.

(82)  Fil-PXE, jiġu nnegozjati prodotti finanzjarji biss jiġifieri mingħajr l-opzjoni ta' provvista fiżika.

(83)  Madwar 2,6 TWh skont ir-rapport Annwali tal-2015 ta' Kladno (disponibbli biċ-Ċek fuq: https://www.cmkbk.cz/zpravy/vz2015/#6/z, p. 6).

(84)  Madwar […] TWh. Ara t-Tabella 5, paġna 4 tat-tweġiba tal-Applikant tal-10 ta' Mejju 2017 għall-RFI tal-Kummissjoni tal-21 ta' April 2017.

(85)  L-Applikant ma ssottomettiex il-volumi tal-elettriku fornuti skont ftehimiet ta' kooperazzjoni jew bejgħ bilaterali dirett (mingħajr sensar) bir-raġunament li dawn ma jafux bihom. Il-kalkoli ta' hawn fuq ma kinux jinkludu data mill-pjattaformi OTC.

(86)  Ara paġna 10 (it-tweġiba għal Mistoqsija 9) tat-tweġiba tal-Applikant tas-16 ta' Frar 2017 għall-RFI tal-Kummissjoni tal-31 ta' Jannar 2017.

(87)  Ara diversi rapporti u studji ppubblikati mit-TSO Ċek Ceps, a.s. (www.ceps.cz) dwar loop-flows fir-reġjun.

(88)  Ara wkoll ir-Rapport Annwali tal-ERO tal-2016.

(89)  Ara t-tweġiba tal-Applikant tal-1 ta' Awwissu 2017 u l-Annessi tagħha, għall-RFI tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ġunju 2017.

(90)  Il-kapaċità kummerċjali fil-fruntiera ta' bejn ir-Repubblika Ċeka u l-Ġermanja (fid-direzzjoni mill-Ġermanja għar-Repubblika Ċeka), disponibbli fis-suq ta' jum bil-quddiem waqgħet minn […] MWh fl-2014 għal […] MWh fl-2016 (ċifri proċessati abbażi tal-Anness 8 tat-tweġiba tal-Applikant tal-1 ta' Awwissu 2017 għall-RFI tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ġunju 2017).

(91)  Ara r-rapport ta' ACER dwar is-swieq tal-Elettriku u l-gass għall-2016 (http://www.acer.europa.eu/Official_documents/Acts_of_the_Agency/Publication/ACER%20Market%20Monitoring%20Report%202016%20-%20ELECTRICITY.pdf).

(92)  Ara p. 10 (tweġiba għall-Mistoqsija 9) tat-tweġiba tal-Applikant tas-16 ta' Frar 2017 għall-RFI tal-Kummissjoni tal-31 ta' Jannar 2017.

(93)  It-taxxi jammontaw għal 18 % tal-prezz.

(94)  Ara r-Rapport Nazzjonali ta' ERO għall-2016, il-Grafika 8, p. 20.

(95)  L-unika eċċezzjoni għal din ir-regola hija l-prezz tal-elettriku fornut mill-fornitur tal-aħħar istanza, li huwa marġinali fir-Repubblika Ċeka.

(96)  Ara http://ec.europa.eu/eurostat/web/energy/data/database

(97)  Għall-iskop ta' dan il-kalkolu tal-prezz, l-Applikant jiddefinixxi lil klijenti industrijali kbar bħala klijenti b'konsum ta' bejn 2 000 u 20 000 MWh.

(98)  Għall-iskop ta' dan il-kalkolu tal-prezz, l-Applikant jiddefinixxi lill-klijenti tal-unitajiet domestiċi bħala klijenti b'konsum ta' bejn 2 500 u 5 000 kWh.

(99)  Ara r-Rapport tas-CRA, p. 41 u p. 42.

(100)  It-Taqsima 5.2 tat-Talba, p. 37, l-aħħar paragrafu.

(101)  Pereżempju, f'suq ologopolistiku bil-kompetizzjoni ta' Cournot jista' jintwera li l-Indiċi aggregat ta' Lerner tas-saħħa tas-suq (il-perċentwal tal-prezz mhux iddedikat għall-kopertura tal-ispejjeż marġinali, magħruf ukoll bħala valwazzjoni pożittiva) huwa relatat b'mod invers mal-elastiċità tad-domanda u relatat b'mod dirett mal-indiċi HHI tal-konċentrazzjoni (ara pereżempju l-Kapitolu 4 f'Vives, 1999, “Oligopoly Pricing: Old Ideas and New Tools”, l-Istamperija MIT). Dan ifisser li, jekk ma jinbidel xejn, is-swieq b'konċentrazzjoni ogħla (elastiċità ogħla) juru valwazzjonijiet pożittivi ogħla (aktar baxxi). Dan jimplika wkoll li suq ikkonċentrat ħafna A jista' juri prezzijiet aktar baxxi (u minkejja dan valwazzjoni pożittiva ogħla) minn suq anqas ikkonċentrat B jekk, pereżempju, l-ispejjeż marġinali f'A jkunu żgħar biżżejjed meta mqabbla ma' B. L-istess riżultat japplika għal kombinazzjonijiet alternattivi oħra ta' spejjeż marġinali relattivi u elastiċitajiet tad-domanda bejn A u B, inklużi kombinazzjonijiet li jixbhu karatteristiċi reali tas-suq Ċek u dak Ġermaniż. Għalhekk, dawn il-kontroeżempji jissuġġerixxu li minn sempliċi paragun ta' prezzijiet osservati, u mingħajr ma jitqiesu fatturi oħra, jista' ma jkunx possibbli li wieħed jinferixxi b'mod mhux ambigwu li suq wieħed huwa aktar kompetittiv minn ieħor.

(102)  Kalkolu tal-Kummissjoni bbażat fuq id-data tal-Eurostat. (Ref. Tabelli: nrg_pc_204 u nrg_pc_205).

(103)  Ara r-rapport tal-Monitoraġġ tas-Suq tal-ACER għall-2015– Is-swieq tal-bejgħ bl-imnut tal-elettriku u tal-gass – p. 44, nota f'qiegħ il-paġna 107. https://www.acer.europa.eu/Official_documents/Acts_of_the_Agency/Publication/ACER%20Market%20Monitoring%20Report%202015%20-%20ELECTRICITY%20AND%20GAS%20RETAIL%20MARKETS.pdf

(104)  Ara r-Rapport Nazzjonali ta' ERO għall-2016, p. 42.

(105)  L-ispejjeż totali huma komposti mill-ispiża assoċjata mal-ispiża tal-liċenzjar u operazzjonali (spejjeż ta' kummerċjalizzazzjoni, tas-servizz tal-klijenti, eċċ).

(106)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1674, il-premessa 37 u d-deċiżjonijiet ċitati.

(107)  Ara r-Rapport Nazzjonali ta' ERO għall-2016, p. 43.

(108)  L-ishma mis-suq f'din il-premessa jirreferu għall-provvista globali bl-imnut ta' gass (lil klijenti kbar u lil klijenti żgħar).

(109)  Ikkalkulat abbażi tat-Tabella 1, paġna 16 tat-tweġiba tal-Applikant tat-12 ta' April 2018 għall-RFI tal-Kummissjoni tal-21 ta' Diċembru 2017.

(110)  Ara t-Talba, p. 70.

(111)  Ara t-Talba, p. 68.

(112)  Ikkalkulat abbażi tat-Tabella 2, paġna 16 tat-tweġiba tal-Applikant tat-12 ta' April 2018 għall-RFI tal-Kummissjoni tal-21 ta' Diċembru 2017.

(113)  Ara r-Rapport Nazzjonali ta' ERO għall-2016, it-Tabella 9, p. 43.

(114)  Ara t-Talba, p. 73.

(115)  Barra mill-ingrossa u l-importazzjonijiet, fl-2017, ir-Repubblika Ċeka pproduċiet 1 TWh ta' gass.

(116)  Ara r-Rapport Nazzjonali ta' ERO għall-2016, p. 39.

(117)  Ara http://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/File:Number_of_entities_bringing_natural_gas_into_the_country-T1.png

(118)  Ara r-Rapport Nazzjonali ta' ERO għall-2016, p. 39.

(119)  88 TWh tal-gass ikkunsmat fl-2016 minn 93 TWh tal-volum tal-gass innegozjat fil-livell tal-bejgħ bl-ingrossa.

(120)  Ara r-Rapport Nazzjonali ta' ERO għall-2016, p. 32.

(121)  L-unika eċċezzjoni għal din ir-regola huwa l-prezz tal-gass fornut mill-fornitur tal-aħħar istanza, li skont it-Talba (paragrafu 3, p. 76) s'issa għadu ma ntużax fir-Repubblika Ċeka.

(122)  Ibbażat fuq http://appsso.eurostat.ec.europa.eu/nui/submitViewTableAction.do

(123)  Għal klijenti żgħar, ara t-Tabella 10 tat-tweġiba tal-Applikant tal-10 ta' Mejju 2017 għall-RFI tal-Kummissjoni tal-21 ta' April 2017.

(124)  Il-provvista bl-imnut tal-elettriku lil klijenti kbar u lil klijenti żgħar.


14.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/40


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1135

tal-10 ta' Awwissu 2018

li tistabbilixxi t-tip, il-format u l-frekwenza tal-informazzjoni li għandhom jagħmlu disponibbli l-Istati Membri għall-finijiet tar-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali

(notifikata bid-dokument C(2018) 5009)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis), (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 72(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/795/UE (2) stabbiliet l-obbligi għall-Istati Membri li jirrapportaw dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE għall-perjodu 2013-2016. Dik id-Deċiżjoni eżawriet l-effetti temporali tagħha u jenħtieġ li titħassar.

(2)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti t-tip, il-format u l-frekwenza tal-informazzjoni fir-rigward tas-snin mill-2017 li l-Istati Membri jridu jagħmlu disponibbli.

(3)

Skont l-Artikolu 72(1) tad-Direttiva 2010/75/UE, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dik id-Direttiva, dwar id-data rappreżentattiva dwar l-emissjonijiet u forom oħra ta' tniġġis, dwar il-valuri limitu tal-emissjonijiet, u dwar l-applikazzjoni tal-aħjar metodi tekniċi disponibbli skont l-Artikoli 14 u 15 ta' dik id-Direttiva, b'mod partikulari dwar l-għoti ta' eżenzjonijiet skont l-Artikolu 15(4) tiegħu.

(4)

Barra minn dan, l-Istati Membri huma meħtieġa jinkludu l-informazzjoni skont l-Artikoli 51(4), 55(2) u 59(1), (2) u (3) tad-Direttiva 2010/75/UE fir-rapporti sottomessi skont l-Artikolu 72 ta' dik id-Direttiva.

(5)

Skont l-Artikolu 72(1) tad-Direttiva 2010/75/UE, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-informazzjoni disponibbli f'format elettroniku bl-użu ta' għodda ta' rappurtar pprovduta mill-Kummissjoni għal dan il-għan.

(6)

Id-Direttiva 2010/75/UE teħtieġ li kull installazzjoni koperta mill-Kapitolu II tagħha jkollha permess individwali biex topera. Il-kundizzjonijiet tal-permess għandhom ikunu msejsa fuq ir-rendiment ambjentali li jista' jinkiseb minn dik l-installazzjoni filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tekniċi tagħha, il-fatturi esterni inklużi l-kundizzjonijiet lokali, u l-użu tagħha tal-aħjar tekniki disponibbli. Il-permessi jistabbilixxu l-kundizzjonijiet, b'mod partikolari, dawk li jikkonċernaw il-valuri limitu tal-emissjonijiet, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet u l-valutazzjoni tal-konformità speċifiċi għal kull installazzjoni individwali. Perjodikament il-kundizzjonijiet tal-permessi għandhom jiġu kkunsidrati mill-ġdid, u fejn ikun meħtieġ, aġġornati, b'mod partikolari meta jkunu ġew ippubblikati l-konklużjonijiet dwar l-aħjar tekniki disponibbli (“il-konklużjonijiet tal-BAT”) għall-attività prinċipali ta' installazzjoni, skont l-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2010/75/UE. L-aktar mod effiċjenti biex isir rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE huwa li tingħata l-informazzjoni rilevanti għal kull installazzjoni individwali, u għalhekk jiġu estiżi għas-setturi kollha l-approċċi meħuda fil-Moduli 2 u 3 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/795/UE.

(7)

L-impjanti tal-kombustjoni kbar u l-impjanti tal-(ko)inċinerazzjoni tal-iskart huma koperti minn dispożizzjonijiet speċifiċi fil-Kapitoli III u IV tad-Direttiva 2010/75/UE. Barra minn hekk, jenħtieġ li, għal dawk l-impjanti, l-Istati Membri jipprovdu informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' derogi temporanji u salvagwardji ta' kontroll ta' emissjonijiet kif speċifikati fl-Artikoli 32 sa 35 u 46(2) tad-Direttiva 2010/75/UE. Għall-impjanti ta' inċinerazzjoni tal-iskart u għall-impjanti tal-koinċinerazzjoni tal-iskart b'kapaċità ta' inqas minn żewġ tunnellati metriċi fis-siegħa, l-Artikolu 55(3) ta' din id-Direttiva jesiġi li l-Istati Membri jagħmlu lista ta' installazzjonijiet disponibbli għall-pubbliku. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata informazzjoni dwar il-pubblikazzjoni ta' dik il-lista sabiex tkun tista' timmonitorja l-implimentazzjoni tad-Direttiva f'dawk l-impjanti iżgħar.

(8)

Skont l-Artikolu 72(1) tad-Direttiva 2010/75/UE, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw ukoll data rappreżentattiva dwar l-emissjonijiet u forom oħra ta' tniġġis. Sabiex jonqsu l-piżijiet amministrattivi bla bżonn, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu informazzjoni dwar fejn id-data dwar il-monitoraġġ tal-emissjonijiet tkun disponibbli skont l-Artikolu 24(3)(b) tad-Direttiva 2010/75/UE u wkoll link għad-data dwar l-emissjonijiet rrapportata skont ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Skont dak ir-Regolament, l-Istati Membri huma meħtieġa jirrapportaw data annwali dwar, inter alia, trasferimenti 'l barra mis-sit ta' skart u rilaxxi fl-arja, fl-ilma u fl-art tas-sustanzi li jniġġsu f'konformità mal-Anness II tiegħu, li jkopri s-sustanzi li jniġġsu kollha elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 2010/75/UE. Fl-istess waqt, l-“installazzjonijiet” kollha koperti mid-Direttiva 2010/75/UE għandhom x'jaqsmu jew jikkoinċidu ma' “faċilità” koperta minn dak ir-Regolament. Id-data rrapportata skont ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 b'hekk tipprovdi “data rappreżentattiva dwar l-emissjonijiet u forom oħra ta' tniġġis” fit-tifsira tal-Artikolu 72(1) tad-Direttiva 2010/75/UE.

(9)

Jenħtieġ li l-link għar-rappurtar tal-emissjonijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 jinħoloq bl-użu tad-data ġeografika eżistenti li tiġi ġestita mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u l-punt 8 tal-Anness III ta' dik id-Direttiva. Il-mudell tad-data stabbilita fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010 (5) tippermetti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jillinkjaw “installazzjonijiet”, impjanti ta' kombustjoni kbar u impjanti ta' (ko)inċinerazzjoni tal-iskart ma' “faċilitajiet” fit-tifsira tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 166/2006. Għalhekk, ir-rappurtar ta' data ġeografika dwar l-installazzjonijiet, l-impjanti ta' kombustjoni kbar u l-impjanti ta' (ko)inċinerazzjoni tal-iskart minflok ma jingħataw rapporti dettaljati dwar emissjonijiet minn installazzjonijiet huma, f'dan il-kuntest, biss “tip” ieħor ta' rappurtar fit-tifsira tal-Artikolu 72(2) tad-Direttiva 2010/75/UE. Dan jinkludi l-adattament tal-mudell INSPIRE għar-rekwiżiti speċifiċi ta' rappurtar tal-Artikolu 72(1) tad-Direttiva 2010/75/UE, u b'hekk irendi obbligatorju ċerti elementi ta' informazzjoni ġeografika li huma annullabbli fil-kuntest tar-Regolament (UE) Nru 1089/2010.

(10)

Għal installazzjonijiet u attivitajiet li jużaw solventi organiċi li mhumiex koperti mill-Kapitolu II tad-Direttiva 2010/75/UE, u għalhekk mhux neċessarjament soġġetti għal permess speċifiku għall-installazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jirrappurtaw informazzjoni dwar l-għadd totali ta' installazzjonijiet u dwar l-għadd ta' installazzjonijiet li japplikaw skema ta' tnaqqis skont l-Artikolu 59(1)(b) ta' dik id-Direttiva, jew deroga skont il-paragrafu 2 jew 3 tal-Artikolu 59 tagħha. Din se tinforma lill-Kummissjoni jekk tistax tiġi affettwata l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE, u sa liema punt.

(11)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 75(1) tad-Direttiva 2010/75/UE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għal installazzjonijiet koperti mill-Kapitoli II, III u IV tad-Direttiva 2010/75/UE, bl-eċċezzjoni ta' impjanti tal-inċinerazzjoni tal-iskart u impjanti tal-koinċinerazzjoni tal-iskart b'kapaċità nominali ta' inqas minn żewġ tunnellati metriċi fis-siegħa, l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni l-informazzjoni stipulata fl-Anness I billi jużuw il-format stabbilit f'dak l-Anness, għal kull installazzjoni koperta.

Fir-rigward tal-impjanti tal-inċinerazzjoni tal-iskart u tal-impjanti tal-koinċinerazzjoni tal-iskart b'kapaċità nominali ta' inqas minn żewġ tunnellati fis-siegħa u fir-rigward tal-installazzjonijiet koperti mill-Kapitolu V tad-Direttiva 2010/75/UE, l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni l-informazzjoni stipulata fl-Anness II billi jużaw il-format stabbilit f'dak l-Anness.

L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw l-informazzjoni stabbilita fl-Annessi I u II billi jużaw l-għodda elettronika tar-rappurtar armonizzat magħmula disponibbli mill-Kummissjoni.

Artikolu 2

L-informazzjoni speċifikata fl-Anness I, għandha tiġi sottomessa l-ewwel għas-sena ta' rappurtar 2017 sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor f'dak l-Anness. Għal dik is-sena ta' rappurtar, l-informazzjoni għandha tiġi sottomessa sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2019. Għas-snin ta' rappurtar sussegwenti, l-informazzjoni speċifikata fl-Anness I għandha tiġi sottomessa kull sena fi żmien disa' (9) xhur minn tmiem is-sena ta' rappurtar.

L-informazzjoni speċifikata fl-Anness II għandha tiġi sottomessa l-ewwel għas-snin ta' rappurtar 2017 u 2018. Għal dawk is-snin ta' rappurtar, l-informazzjoni għandha tiġi sottomessa sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2019. Għas-snin ta' rappurtar sussegwenti, l-informazzjoni speċifikata fl-Anness II għandha tiġi sottomessa kull tliet snin fi żmien disa' (9) xhur minn tmiem dawk is-snin ta' rappurtar.

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Awwissu 2018.

Għall-Kummissjoni

Karmenu VELLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/795/UE tat-12 ta' Diċembru 2012 li tistabbilixxi t-tip, il-format u l-frekwenza tal-informazzjoni li għandhom jagħmlu disponibbli l-Istati Membri għall-finijiet tar-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (ĠU L 349, 19.12.2012, p. 57).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta' Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta' Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1).

(4)  Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010 tat-23 ta' Novembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interoperabbiltà tas-settijiet ta' dejta u servizzi ġeografiċi (ĠU L 323, 8.12.2010, p. 11).


ANNESS I

Informazzjoni dwar installazzjonijiet koperti mill-Kapitoli II, III u IV tad-Direttiva 2010/75/UE [bl-eċċezzjoni ta' impjanti tal-inċinerazzjoni tal-iskart u impjanti tal-koinċinerazzjoni tal-iskart b'kapaċità nominali ta' anqas minn żewġ tunnellati metriċi fis-siegħa]

Nota: L-Istati Membri jistgħu jindikaw informazzjoni li huma jikkunsidraw bħala kunfidenzjali, filwaqt li jagħtu r-raġunijiet li huma kkunsidrati li jipprekludu lill-Kummissjoni milli tagħmilha pubblikament disponibbli.

1.1.

Informazzjoni kuntestwali

Tip

Format

1.1.1.

Identifikatur tal-pajjiż

L-identifikazzjoni tal-pajjiż fejn jinsabu l-installazzjonijiet u l-partijiet tal-installazzjonijiet.

1.1.2.

Sena ta' rappurtar

Is-sena kalendarja li għaliha jirreferi r-rappurtar.


1.2

Informazzjoni dwar l-installazzjonijiet kollha koperti mill-Kapitolu II tad-Direttiva 2010/75/UE

Tip

Format

1.2.1.

inspireId

Identifikatur uniku tal-installazzjoni li jsegwi r-rekwiżiti tad-Direttiva 2007/2/KE.

1.2.2

thematicId (1)

Identifikatur ta' oġġett tematiku.

1.2.3.

pointGeometry

Latitudni u lonġitudni (il-koordinati għaċ-ċentru approssimattiv tal-installazzjoni) espressi b'referenza għas-sistema ta' referenza ta' koordinati ETRS89 (2D)-EPSG:4258, bi preċiżjoni ta' ħames (5) ċifri deċimali.

1.2.4.

Isem l-installazzjoni

Denominazzjoni uffiċjali, isem proprju jew konvenzjonali tal-installazzjoni.

1.2.5.

Stat

L-istatus operazzjonali tal-installazzjoni

1.2.6.

Awtorità kompetenti

Għal attivitajiet koperti mill-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE, l-isem u l-informazzjoni tal-kuntatt għal:

(a)

l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-għoti ta' permessi skont il-Kapitolu II ta' dik id-Direttiva.

(b)

l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-ispezzjonijiet skont il-Kapitolu II ta' dik id-Direttiva.

1.2.7.

Attivitajiet imwettqa

L-identifikazzjoni tal-attivitajiet kollha koperti mill-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE mwettqa fl-installazzjoni.

1.2.8.

Konklużjonijiet tal-BAT

Mis-sena ta' rappurtar 2018, l-identifikazzjoni tad-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-konklużjonijiet tal-BAT li huma applikabbli għal kwalunkwe attività mwettqa fl-installazzjoni.

1.2.9.

Kapitoli oħra rilevanti skont id-Direttiva 2010/75/UE

Identifikazzjoni ta' Kapitoli tad-Direttiva 2010/75/UE li japplikaw għall-installazzjoni (jew għal parti minnha).

1.2.10.

Rapport ta' referenza ppreżentat

Indikazzjoni ta' jekk ġiex sottomess rapport ta' bażi kif imsemmi fl-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 2010/75/UE lill-awtorità kompetenti.

1.2.11.

Permess mogħti

(a)

Indikazzjoni ta' jekk tkun ġietx mogħtija permess biex tiġi operata l-installazzjoni skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2010/75/UE.

(b)

URL(s) fejn il-permess(i) ikun(u) sar(u) disponibbli għall-pubbliku.

(c)

Mis-sena ta' rappurtar tal-2018, jekk ma jkunx ingħata permess skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2010/75/UE, deskrizzjoni ta' liema azzjoni ta' infurzar tkun ittieħdet.

1.2.12.

Kunsiderazzjoni mill-ġdid tal-kundizzjonijiet tal-permess

(a)

Indikazzjoni ta' jekk il-kundizzjonijiet tal-permess ġewx ikkunsidrati mill-ġdid skont l-Artikolu 21(3) ta' dik id-Direttiva.

(b)

jekk applikabbli, id-data li fiha l-kundizzjonijiet tal-permess ġew aġġornati skont l-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2010/75/UE.

1.2.13.

Deroga BAT skont l-Artikolu 15(4) tad-Direttiva 2010/75/UE

Il-kundizzjonijiet tal-permess fejn l-installazzjonijiet ikunu ġew ikkunsidrati mill-ġdid skont l-Artikolu 21(3) ta' dik id-Direttiva, indikazzjoni ta' jekk ingħatatx deroga skont l-Artikolu 15(4) tagħha.

Mis-sena ta' rappurtar 2018, fejn tkun ingħatat deroga, informazzjoni dwar:

(a)

il-URL li jagħmel disponibbli għall-pubbliku r-raġunijiet speċifiċi għad-deroga, skont l-Artikolu 24(2)(f) tad-Direttiva 2010/75/UE.

(b)

id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-konklużjonijiet tal-BAT li għalihom ingħatat id-deroga.

(c)

il-Livell ta' Emissjonijiet Assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) minn fejn tkun ingħatat id-deroga.

(d)

jekk applikabbli, it-tul ta' żmien tad-deroga.

1.2.14.

Kundizzjonijiet għal permess iktar stretti

Mis-sena ta' rappurtar 2018, għall-installazzjonijiet fejn ikunu ġew ikkunsidrati mill-ġdid il-kundizzjonijiet tal-permess skont l-Artikolu 21(3), speċifikazzjoni ta' jekk il-permess jistabbilixxix valuri limitu tal-emissjonijiet aktar stretti mill-iktar valur baxx tal-medda tal-BAT-AEL, li jindika:

(a)

il-konklużjonijiet applikabbli tad-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-BAT.

(b)

il-BAT-AEL applikabbli.

(c)

jekk dawk il-valuri limitu tal-emissjonijiet aktar stretti ġewx stabbiliti skont l-Artikolu 14(4) jew l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2010/75/UE jew skont it-tnejn li huma.

1.2.15.

Żjarat fuq il-post (spezzjonijiet)

(a)

L-għadd ta' żjarat fl-installazzjoni tal-produzzjoni li jkunu twettqu mill-awtorità kompetenti matul is-sena ta' rappurtar.

(b)

Mis-sena ta' rappurtar tal-2018, il-URL speċifiku tar-rapport tal-aħħar żjara tas-sit, jew rapport ġeneriku URL li jispjega kif rapporti ta' żjarat individwali jistgħu jiġu aċċessati pubblikament skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(6).

1.2.16.

Data tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet

Mis-sena ta' rappurtar 2018, indikazzjoni ta' kif ir-riżultati tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet ikunu saru disponibbli għall-pubbliku skont l-Artikolu 24(3)(b), inkluż il-URL jekk ikunu ġew maħluqa siti tal-Internet għal dan il-għan.

1.2.17.

eSPIRS identifier

Mis-sena ta' rappurtar 2018, fejn l-installazzjoni tkun koperta mid-Direttiva 2012/18/UE, l-identifikatur tas-Sistema ta' Ġbir ta' Informazzjoni dwar l-Impjanti Seveso (SPIRS) (“eSPIRS identifier”) tal-istabbiliment fejn tinsab l-installazzjoni. Mhux obbligatorja.

1.2.18.

Identifikatur tal-Iskema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet

Mis-sena ta' rappurtar 2018, fejn l-installazzjoni hija kompletament jew parzjalment koperta mid-Direttiva 2003/87/KE, l-identifikatur użat għar-rappurtar skont dik id-Direttiva. Mhux obbligatorja.

1.2.19.

Rimarki

Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra. Mhux obbligatorja.


1.3

Informazzjoni addizzjonali dwar impjanti kbar ta' kombustjoni koperti mill-Kapitolu III u impjanti tal-inċinerazzjoni tal-iskart u impjanti ta' koinċinerazzjoni ta' skart b'kapaċità ta' żewġ tunnellati jew iktar fis-siegħa koperti mill-Kapitolu IV tad-Direttiva 2010/75/UE (2)

Tip

Format

1.3.1   

Informazzjoni ġenerali

1.3.1.a.

inspireId

Identifikatur uniku li jsegwi r-rekwiżiti tad-Direttiva 2007/2/KE, kif speċifikat ulterjorment fir-Regolament (UE) Nru 1089/2010, b'mod partikolari l-punt 8 tal-Anness IV ta' dak ir-Regolament, kif emendat.

1.3.1 b.

thematicId (3)

Identifikatur ta' oġġett tematiku.

1.3.1.c.

pointGeometry

Latitudni u lonġitudni (il-koordinati għaċ-ċentru approssimattiv tal-impjant) espressi b'referenza għas-sistema ta' referenza ta' koordinati ETRS89 (2D)-EPSG:4258, bi preċiżjoni ta' ħames (5) ċifri deċimali.

1.3.1.d.

Isem l-impjant

Denominazzjoni uffiċjali jew isem proprju jew konvenzjonali tal-impjant.

1.3.1.e.

Stat

L-istatus operazzjonali tal-impjant.

1.3.2.   

Informazzjoni dwar impjanti kbar ta' kombustjoni

1.3.2.a.

Kapaċità termali kklassifikata totali

Il-kapaċità termali kklassifikata totali tal-impjant kbir tal-kombustjoni.

1.3.2.b.

Derogi skont id-Direttiva 2010/75/UE

Dettalji ta' kwalunkwe deroga kif previst fl-Artikoli 31 sa 35 tad-Direttiva 2010/75/UE mogħtija fir-rigward tal-impjanti kbar tal-kombustjoni.

1.3.2.c.

Rimarki

Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra. Mhux obbligatorja.

1.3.3.   

Informazzjoni dwar impjanti tal-inċinerazzjoni tal-iskart u impjanti tal-koinċinerazzjoni tal-iskart b'kapaċità nominali ta' żewġ tunnellati metriċi fis-siegħa jew aktar

1.3.3.a.

Kapaċità totali nominali

Kapaċità totali nominali tal-impjant ta' inċinerazzjoni tal-iskart jew tal-impjant ta' koinċinerazzjoni tal-iskart.

1.3.3.b.

Kapaċità permessa għall-iskart perikoluż

Kapaċità totali permessa għall-inċinerazzjoni u l-koinċinerazzjoni tal-iskart perikoluż.

1.3.3.c.

Kapaċità permessa ta' skart mhux perikoluż

Kapaċità totali permessa għall-inċinerazzjoni u l-koinċinerazzjoni tal-iskart mhux perikoluż.

1.3.3.d.

L-Artikolu 46(2) tad-Direttiva 2010/75/UE dwar salvagwardji ta' kontroll tal-emissjonijiet

Mis-sena ta' rappurtar 2018, indikazzjoni ta':

(a)

jekk iktar minn 40 % tas-sħana rilaxxata li tirriżulta mill-inċinerazzjoni hijiex ġejja minn skart perikoluż.

(b)

jekk l-iskart muniċipali mħallat li ma mhux trattat huwiex koinċinerat.

1.3.3.e.

Kundizzjonijiet speċifiċi

(a)

Indikazzjoni ta' jekk ġietx awtorizzata bidla fil-kundizzjonijiet tat-tħaddim skont l-Artikolu 51 tad-Direttiva 2010/75/UE.

(b)

Jekk applikabbli, informazzjoni ulterjuri dwar in-natura tal-bidla awtorizzata fil-kundizzjonijiet tat-tħaddim.

(c)

Mis-sena ta' rappurtar tal-2018, jekk applikabbli:

(i)

URL għall-permess li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tat-tħaddim.

(ii)

il-URL tal-aħħar rapport taż-żjara fis-sit li jkun sar disponibbli għall-pubbliku skont l-Artikolu 23(6), jew URL fejn huwa spjegat kif dan ir-rapport jista' jiġi aċċessat pubblikament.

1.3.3.f.

Żvelar pubbliku

Mis-sena ta' rappurtar 2018, indikazzjoni ta' kif l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 55(2) tad-Direttiva 2010/75/UE tkun ġiet magħmula disponibbli għall-pubbliku, inkluż il-URL jekk ikunu nħalqu siti tal-Internet għal dan il-għan.

1.3.3.g.

Rimarki

Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra. Mhux obbligatorja.


1.4

Informazzjoni fejn l-installazzjoni tal-IED tkun parti minn jew tikkoinċidi ma' Faċilità (4)

Tip

Format

1.4.1.

inspireId

Identifikatur uniku tal-faċilità li jsegwi r-rekwiżiti tad-Direttiva 2007/2/KE.

1.4.2

thematicId (5)

Identifikatur ta' oġġett tematiku.

1.4.3

riverBasinDistrict

Identifikatur ta' kodiċi u/jew isem assenjat lid-distrett tal-baċin ta' kanal tal-ilma.

1.4.4.

Ġeometrija

Latitudni u lonġitudni (il-koordinati għaċ-ċentru approssimattiv tal-impjant) espressi b'referenza għas-sistema ta' referenza ta' koordinati ETRS89 (2D)-EPSG:4258, bi preċiżjoni ta' ħames (5) ċifri deċimali.

1.4.5.

Funzjoni

Attivitajiet imwettqa mill-faċilità. Il-funzjoni tiġi deskritta mill-attività tal-faċilità espressa bħala l-kodiċi NACE.

1.4.6.

Isem il-faċilità

Denominazzjoni uffiċjali jew isem proprju jew konvenzjonali tal-faċilità.

1.4.7.

Stat

L-istatus operazzjonali tal-faċilità.

1.4.8.

Rimarki

Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra. Mhux obbligatorja.


(1)  Dan il-qasam għandu multipliċità ta'0-1 taħt INSPIRE.

(2)  Għall-inċinerazzjoni tal-iskart u impjanti tal-koinċinerazzjoni tal-iskart b'kapaċità ta' bejn tnejn sa tliet tunnellati/siegħa biss, id-data li trid tiġi sottomessa sa mis-sena ta' rappurtar 2018.

(3)  Dan il-qasam għandu multipliċità ta' 0-1 taħt INSPIRE.

(4)  Din hija “Faċilità ta' Produzzjoni (ProductionFacility)” kif definita fir-Regolament (UE) Nru 1089/2010, l-Anness IV, il-punt 8.2.1 bħala “installazzjoni waħda jew iktar fl-istess sit operata mill-istess persuna fiżika jew ġuridika, maħsuba, mibnija jew installata sabiex taqdi skopijiet speċifiċi ta' produzzjoni jew industrijali, li tinkludi l-infrastruttura, it-tagħmir u l-materjali kollha” u koperta bir-Regolament (KE) Nru 166/2006.

(5)  Dan il-qasam għandu multipliċità ta' 0-1 taħt INSPIRE.


ANNESS II

Informazzjoni dwar impjanti tal-inċinerazzjoni tal-iskart u impjanti tal-koinċinerazzjoni tal-iskart b'kapaċità nominali ta' anqas minn żewġ tunnellati metriċi fis-siegħa u fuq installazzjonijiet koperti mill-Kapitolu V tad-Direttiva 2010/75/UE

2.1.

Impjanti tal-inċinerazzjoni tal-iskart jew impjanti tal-koinċinerazzjoni tal-iskart b'kapaċità nominali ta' anqas minn żewġ tunnellati metriċi fis-siegħa

Referenza għal-lista ta' installazzjonijiet ta' din ix-xorta disponibbli għall-pubbliku f'konformità mal-Artikolu 55(3) tad-Direttiva 2010/75/UE.

2.2.

Installazzjonijiet koperti mill-Kapitolu V tad-Direttiva 2010/75/UE (installazzjonijiet li jużaw solventi organiċi)

(a)

L-għadd totali ta' installazzjonijiet koperti mill-Kapitolu V tad-Direttiva 2010/75/UE.

(b)

L-għadd ta' installazzjonijiet li jikkonformaw mal-Artikolu 59(1)(b) tad-Direttiva 2010/75/UE.

(c)

L-għadd ta' installazzjonijiet li għalihom ingħatat deroga kif prevista fl-Artikolu 59(2) tad-Direttiva 2010/75/UE.

(d)

L-għadd ta' installazzjonijiet li għalihom ingħatat deroga kif prevista fl-Artikolu 59(3) tad-Direttiva 2010/75/UE.


14.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/48


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1136

tal-10 ta' Awwissu 2018

dwar miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju u għall-bijosigurtà rinforzata u s-sistemi tad-detezzjoni bikrija fir-rigward tar-riskji maħluqa minn għasafar selvaġġi għat-trażmissjoni ta' viruses tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja għall-pollam

(notifikata bid-dokument C(2018) 5243)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 u l-Artikolu 63(3) tagħha,

Billi:

(1)

L-influwenza avjarja hija marda virali infettiva fl-għasafar, inkluż il-pollam. L-infezzjonijiet bil-viruses tal-influwenza avjarja fil-pollam domestiku jikkawżaw żewġ forom ewlenin ta' din il-marda li ssir distinzjoni bejniethom skont il-virulenza tal-virus. Il-forma b'patoġeniċità baxxa ġeneralment tikkawża biss sintomi ħfief, filwaqt li l-forma b'patoġeniċità għolja twassal għal rati ferm għoljin ta' mortalità fil-parti l-kbira tal-ispeċijiet tal-pollam. Dik il-marda jista' jkollha impatt sever fuq is-saħħa tal-għasafar domestiċi u selvaġġi u fuq il-profittabbiltà tal-pollam.

(2)

Id-Direttiva 2005/94/KE tistabbilixxi l-miżuri minimi ta' kontroll li għandhom jiġu applikati f'każ ta' tifqigħa ta' dik il-marda fil-pollam jew f'għasafar fil-kaptività oħrajn u tipprevedi wkoll ċerti miżuri preventivi marbuta mas-sorveljanza u mad-detezzjoni bikrija tal-influwenza avjarja.

(3)

Għasafar selvaġġi, b'mod partikolari għasafar tal-ilma migratorji, huma magħrufa bħala l-ospitant naturali ta' viruses tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità baxxa li jġorru matul il-movimenti migratorji staġjonali tagħhom, ġeneralment mingħajr ma juru sinjali ta' dik il-marda. Madankollu, mill-2005, il-viruses tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja (HPAI) tas-sottotip H5 urew li jistgħu jinfettaw għasafar migratorji li wara setgħu jifirxu dawn il-viruses fuq distanzi twal bejn il-kontinenti.

(4)

Il-preżenza ta' viruses tal-influwenza avjarja u b'mod partikolari l-viruses HPAI fl-għasafar selvaġġi jirrappreżentaw theddida kontinwa għall-introduzzjoni diretta u indiretta ta' dawn il-viruses f'azjendi agrikoli fejn jinżammu l-pollam jew għasafar oħra fil-kaptività, b'mod partikolari matul iċ-ċaqliq staġjonali tal-għasafar migratorji, bir-riskju ta' tifrix sussegwenti tal-virus minn azjenda agrikola infettata għal azjendi agrikoli oħrajn li għandhom il-probabbiltà li jikkawżaw telf ekonomiku sinifikanti.

(5)

Fl-14 ta' Settembru 2017, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) adottat opinjoni xjentifika komprensiva dwar l-influwenza avjarja (2), fejn ikkonfermat li l-implimentazzjoni stretta ta' miżuri tal-bijosigurtà taqdi rwol ewlieni fil-prevenzjoni kontra t-tifrix tal-viruses HPAI mill-għasafar selvaġġi għall-pollam u għasafar oħrajn fil-kaptività (l-opinjoni EFSA tal-2017).

(6)

L-opinjoni EFSA tal-2017 telenka l-iktar miżuri tal-bijosigurtà rilevanti li għandhom jiġu applikati kontinwament f'sistemi tat-trobbija tal-pollam differenti inkluż azjendi agrikoli żgħar. Tiddikjara wkoll li ċerti prinċipji ġenerali tal-bijosigurtà japplikaw universalment għall-azjendi agrikoli tal-pollam, filwaqt li jridu jiġu kkunsidrati karatteristiċi uniċi għal kull azjenda agrikola għal protezzjoni ottimizzata bbażata fuq pariri esperti.

(7)

L-opinjoni EFSA tal-2017 ivvalutat u identifikat ir-riskji għall-introduzzjoni tal-virus HPAI fl-azjendi agrikoli tal-pollam, bħaż-żamma flimkien tal-papri u l-wiżż domestiċi ma' speċijiet tal-pollam oħrajn, u r-riskji marbuta ma' ċerti attivitajiet, bħar-rilaxx tal-pollam sabiex isir tgħammir mill-ġdid tal-proviżjonijiet tal-għasafar tal-kaċċa, u pproponiet miżuri biex timmitiga dawn ir-riskji.

(8)

L-opinjoni EFSA tal-2017 ikkonkludiet li s-sorveljanza passiva tal-għasafar selvaġġi hija l-iktar mezz effettiv għad-detezzjoni bikrija tal-preżenza tal-viruses HPAI fl-għasafar selvaġġi, fejn l-infezzjonijiet tal-virus HPAI huma assoċjati mal-mortalità u rrakkomandat it-teħid ta' kampjuni u l-ittestjar fil-laboratorju tal-ispeċijiet tal-għasafar selvaġġi fil-mira. Sussegwentement, l-EFSA ppubblikat lista ta' speċijiet ta' għasafar selvaġġi fil-mira fir-rapport xjentifiku tagħha dwar l-influwenza avjarja li ġie approvat fit-18 ta' Diċembru 2017 (3).

(9)

F'rapport xjentifiku dwar l-influwenza avjarja approvat fit-22 ta' Marzu 2018 (4), l-EFSA ddikjarat li ma kien hemm l-ebda każ rapportat ta' infezzjoni tal-bniedem dovuta għal A(H5N8) jew il-viruses ġodda emerġenti A(H5N5) u A(H5N6) li jirrappreżentaw arranġament mill-ġdid tal-grupp ta' viruses 2.3.4.4 ta' A(H5) ma' viruses Ewropej lokali donaturi tal-ġene N5 jew N6. Il-viruses A(H5N8), A(H5N5) u A(H5N6) huma kkunsidrati bħala predominatament adattati għall-ispeċijiet avjarji.

(10)

L-opinjoni EFSA tal-2017 ikkonkludiet ukoll li f'ċerti sitwazzjonijiet epidemjoloġiċi, jista' jkun xieraq li l-Istati Membri jintensifikaw temporanjament ċerti miżuri preventivi madwar il-post fejn kien konfermat il-virus HPAI f'għasfur selvaġġ jew fil-feċi tiegħu, b'mod partikolari sabiex jivvalutaw, jekk kienx hemm okkorrenza ta' trażmissjoni lejn l-azjendi agrikoli tal-pollam u jekk il-miżuri tal-bijosigurtà hux qed jiġu applikati b'mod effettiv bħala prevenzjoni kontra l-introduzzjoni tal-virus.

(11)

Sabiex jiġu mmirati l-popolazzjonijiet tal-għasafar li huma l-aktar fir-riskju ta' infezzjoni tal-influwenza avjarja u sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-miżuri stabbiliti f'din id-Deċiżjoni, jenħtieġ li għalhekk ċerti miżuri preventivi jkunu mmirati lejn azjendi agrikoli li fihom jinżamm il-pollam.

(12)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/263 (5) ipprevediet miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju u tal-bijosigurtà rinforzata sabiex tnaqqas ir-riskju tat-trażmissjoni tal-viruses HPAI mill-għasafar selvaġġi għall-pollam billi ssir prevenzjoni kontra l-kuntatti diretti u indiretti bejn dawn il-popolazzjonijiet, u rrikjediet lill-Istati Membri jidentifikaw iż-żoni tat-territorju tagħhom li jinsabu f'riskju partikolari għall-introduzzjoni tal-viruses HPAI f'azjendi agrikoli fejn jinżamm il-pollam jew għasafar fil-kaptività oħrajn (“żoni ta' riskju għoli”), filwaqt li jikkunsidraw, fost affarijiet oħrajn, is-sitwazzjoni epidemjoloġika u fatturi speċifiċi tar-riskju. Dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni kienet tapplika sat-30 ta' Ġunju 2018.

(13)

Il-miżuri stabbiliti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/263 jenħtieġ li għalhekk jiġu riveduti b'konsiderazzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fil-pollam, għasafar fil-kaptività oħrajn u fl-għasafar selvaġġi fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi relevanti għar-riskju, l-opinjoni EFSA tal-2017 u rapporti xjentifiċi sussegwenti dwar l-influwenza avjarja u l-esperjenza miksuba mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti f'dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni.

(14)

Għaldaqstant, b'konsiderazzjoni tat-theddida kontinwa tat-trażmissjoni tal-virus HPAI minn għasafar selvaġġi infettati, u r-riskju tat-tifqigħat f'azjendi agrikoli fejn il-pollam jew għasafar fil-kaptività oħrajn jinżammu, jenħtieġ li għalhekk jiġu stabbiliti miżuri aġġornati, li jikkunsidraw ir-riżultati tar-reviżjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/263, f'din id-Deċiżjoni.

(15)

L-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/263 turi li ċerti derogi mill-miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju u tal-bijosigurtà rinforzata huma neċessarji sabiex l-Istati Membri individwali jkunu jistgħu jadattaw dawk il-miżuri għas-sitwazzjoni epidemjoloġika li qed tinbidel.

(16)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju, ċerti miżuri ta' bijosigurtà rinforzata u sistemi ta' detezzjoni bikrija fir-rigward tar-riskji maħluqa minn għasafar selvaġġi għall-introduzzjoni ta' viruses tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja (HPAI) fl-azjendi agrikoli, kif ukoll miżuri ta' sensibilizzazzjoni fost is-sidien u oħrajn involuti fis-settur tal-pollam dwar riskji bħal dawn u dwar il-ħtieġa ta' implimentazzjoni jew rinforz tal-miżuri tal-bijosigurtà fl-azjendi agrikoli tagħhom.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta' din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw id-definizzjonijiet preżentati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2005/94/KE.

Artikolu 3

Identifikazzjoni taż-żoni ta' riskju għoli għall-introduzzjoni u t-tifrix tal-viruses HPAI

1.   L-Istati Membri għandhom jidentifikaw iż-żoni tat-territorju tagħhom li jinsabu f'riskju partikolari għall-introduzzjoni tal-viruses HPAI fl-azjendi agrikoli (“żoni ta' riskju għoli”), billi jikkunsidraw:

(a)

il-fatturi ta' riskju għall-introduzzjoni ta' viruses HPAI fl-azjendi agrikoli, b'mod partikolari fir-rigward ta':

(i)

il-lokazzjoni ġeografika tagħhom f'żoni fl-Istati Membri li minnhom jivvjaġġaw l-għasafar migratorji jew fejn dawn l-għasafar jistrieħu matul iċ-ċaqliq migratorju tagħhom wara li jkunu daħlu fl-Unjoni b'mod partikolari permezz tar-rotot migratorji tal-Grigal u tal-Lvant;

(ii)

kemm jinsabu viċin taż-żoni tal-ilma, tal-vaski, tal-bwar, tal-għadajjar, tax-xmajjar jew tal-baħar fejn l-għasafar migratorji, b'mod partikolari dawk tal-gruppi Anseriformes u Charadriiformes, jistgħu jinġabru u jkollhom il-postijiet tagħhom ta' waqfien;

(iii)

il-lokazzjoni ġeografika tagħhom f'żoni b'densità għolja ta' għasafar migratorji, partikolarment għasafar tal-ilma;

(iv)

il-pollam li jinżamm f'azjendi agrikoli fil-beraħ, fejn il-kuntatt bejn l-għasafar selvaġġi u l-pollam ma jkunx jista' jiġi evitat jew kontrollat b'mod suffiċjenti;

(v)

detezzjonijiet attwali jew fil-passat tal-viruses HPAI fil-pollam, għasafar fil-kaptività oħrajn u għasafar selvaġġi.

(b)

il-fatturi ta' riskju għat-tifrix tal-viruses HPAI fl-azjendi agrikoli u bejniethom, b'mod partikolari, fejn:

(i)

il-lokazzjoni ġeografika tal-azjenda agrikola hija żona b'densità għolja ta' azjendi agrikoli, b'mod partikolari dawk li jżommu l-papri u l-wiżż u kwalunkwe pollam ieħor b'aċċess għall-beraħ;

(ii)

l-intensità tal-movimenti ta' vetturi li jittrasportaw il-pollam u ta' persuni fl-azjendi agrikoli u minnhom, u fejn il-kuntatti diretti jew indiretti oħrajn bejn l-azjendi agrikoli huma għoljin;

(c)

il-valutazzjonijiet tar-riskju u l-pariri xjentifiċi b'rabta mar-relevanza tat-tifrix tal-viruses HPAI minn għasafar selvaġġi jitwettqu mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) u minn korpi nazzjonali u internazzjonali tal-valutazzjoni tar-riskju;

(d)

ir-riżultati tal-programmi ta' sorveljanza mwettqa skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2005/94/KE.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet ikkonċernati attivi fis-settur tal-pollam, inkluż azjendi agrikoli żgħar huma informati dwar l-iktar mezzi xierqa dwar id-delineazzjoni taż-żoni ta' riskju għoli identifikati b'konformità mal-paragrafu 1.

3.   L-Istati Membri għandhom iżommu l-estent tad-delineazzjoni taż-żoni ta' riskju għoli taħt reviżjoni kostanti.

Artikolu 4

Miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju u ta' bijosigurtà rinforzata

1.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu monitoraġġ kontinwu tas-sitwazzjoni epidemjoloġika speċifika fit-territorju tagħhom, billi jikkunsidraw ukoll it-theddid li jirriżulta mid-detezzjoni ta' HPAI fil-pollam, għasafar fil-kaptività oħrajn u għasafar selvaġġi fi Stati Membri oħrajn u pajjiżi terzi fil-qrib, kif ukoll il-valutazzjonijiet tar-riskju msemmija fl-Artikolu 3(1)(c).

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa u prattikabbli fiż-żoni ta' riskju għoli sabiex inaqqsu r-riskju tat-trażmissjoni tal-viruses HPAI mill-għasafar selvaġġi għall-pollam.

3.   Il-miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju u tal-bijosigurtà rinforzata għandhom ikunu mmirati lejn il-prevenzjoni tal-għasafar selvaġġi, u b'mod partikolari għasafar tal-ilma migratorji, milli jiġu f'kuntatt dirett jew indirett mal-pollam u b'mod partikolari mal-papri u mal-wiżż.

4.   Skont il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-attivitajiet li ġejjin f'żoni ta' riskju għoli:

(a)

iż-żamma flimkien ta' papri u wiżż ma' speċijiet oħrajn tal-pollam, sakemm

(i)

ir-riskju ta' introduzzjoni tal-virus ikun meqjus insinifikanti minħabba l-karatteristiċi tal-azjenda agrikola u l-miżuri għall-mitigazzjoni fis-seħħ li huma kkunsidrati suffiċjenti mill-awtorità kompetenti; jew

(ii)

l-ispeċijiet tal-pollam minbarra l-papri u l-wiżż jkunu jintużaw bħala sentinell b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-awtorità kompetenti.

(b)

iż-żamma tal-pollam fil-beraħ, sakemm:

(i)

il-pollam ikun protett kontra kuntatt mal-għasafar selvaġġi bi xbieki, soqfa, tessuti orizzontali jew mezzi xierqa oħra biex jevitaw il-kuntatt; jew

(ii)

il-pollam jingħata l-għalf u l-ilma ġewwa jew f'post kenni li jiskoraġġixxi b'mod suffiċjenti l-aċċess għall-għasafar selvaġġi u b'hekk jiġi evitat il-kuntatt tal-għasafar selvaġġi mal-ikel u l-ilma intenzjonat għall-pollam;

(c)

l-użu ta' ġibjuni tal-ilma fil-beraħ għall-pollam; sakemm dan ma jkunx meħtieġ għal raġunijiet ta' benesseri tal-annimali għal ċertu pollam u jkunu protetti biżżejjed mill-għasafar selvaġġi;

(d)

l-għoti tal-ilma lill-pollam mill-ilma tal-wiċċ tal-ġibjuni li jkollhom aċċess għalih l-għasafar selvaġġi; sakemm l-ilma ma jgħaddix minn trattament li jiżgura d-diżattivazzjoni tal-viruses tal-influwenza avjarja;

(e)

il-ġbir flimkien tal-pollam u għasafar oħrajn fil-kaptività fis-swieq, wirjiet, esebizzjonijiet u avvenimenti kulturali; sakemm avvenimenti bħal dawn ikunu organizzati u ġestiti b'tali mod li r-riskju tat-tifrix tal-virus minn għasafar possibbilment infettati lil għasafar oħrajn jitnaqqas għall-minimu;

(f)

l-użu tal-għasafar tat-taħrik tal-gruppi Anseriformes u Charadriiformes; sakemm ma jkunux qed jintużaw fil-qafas ta' programm ta' sorveljanza għall-influwenza avjarja mwettaq b'konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2005/94/KE, il-proġetti tar-riċerka, l-istudji ornitoloġiċi jew kwalunkwe attività oħra permessa mill-awtorità kompetenti;

(g)

ir-rilaxx tal-pollam għal tgħammir mill-ġdid tal-proviżjonijiet tal-għasafar tal-kaċċa; sakemm ma jkunx hemm awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti bil-kundizzjoni li:

(i)

dawn l-attivitajiet jiġu separati minn azjendi agrikoli oħrajn; u

(ii)

il-pollam għal tgħammir mill-ġdid tal-proviżjonijiet ikun sarlu test viroloġiku b'konformità mal-punt 4(a) tal-Kapitolu IV tal-manwal dijanjostiku għall-influwenza avjarja stabbilit fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/437/KE (6) b'riżultati negattivi għall-influwenza avjarja fuq kampjuni li ttieħdu minn kull unità ta' produzzjoni fi żmien 48 siegħa qabel ir-rilaxx tagħhom.

5.   L-Istati Membri jistgħu, abbażi tar-reviżjoni regolari tal-miżuri b'konformità mal-Artikolu 5, jestendu jew jillimitaw il-kamp ta' applikazzjoni u l-perjodu ta' applikazzjoni tal-miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju u tal-bijosigurtà rinforzata msemmija fil-paragrafu 4.

6.   L-Istati Membri għandhom jinkoraġixxu lis-settur tal-pollam jappoġġa l-attivitajiet ta' taħriġ dwar il-miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju u tal-bijosigurtà rinforzata għas-sidien tal-pollam, biex jiżviluppaw pjanijiet tal-bijosigurtà speċifiċi skont l-azjenda agrikola u biex jagħmlu monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-miżuri tal-bijosigurtà.

Artikolu 5

Żamma u reviżjoni tal-miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju u tal-bijosigurtà rinforzata applikati f'żoni ta' riskju għoli

1.   L-Istati Membri għandhom iżommu l-miżuri applikati skont l-Artikolu 4(4) fiż-żoni ta' riskju għoli għall-perjodu ta' żmien li matulu jippersisti fit-territorju tagħhom riskju għoli ħafna tal-introduzzjoni u t-tifrix tal-virus HPAI.

2.   L-Istati Membri għandhom jirrevedu regolarment il-miżuri li ħadu skont l-Artikolu 4(4) sabiex jaġġustawhom u jadattawhom għas-sitwazzjoni epidemjoloġika prevalenti, b'mod partikolari fir-rigward tar-riskji kkawżati mill-għasafar selvaġġi.

3.   L-Istati Membri għandhom jibbażaw ir-reviżjoni msemmija fil-paragrafu 2 dwar il-valutazzjoni tal-fatturi li ġejjin:

(a)

l-iżvilupp tas-sitwazzjoni tal-marda fl-għasafar selvaġġi, il-kurva epidemjoloġika, jiġifieri, l-għadd ta' infezzjonijiet ġodda għal kull unità ta' żmien, l-immappjar tas-sejbiet pożittivi u negattivi u d-dinamiċi tal-infezzjoni;

(b)

il-preżenza tal-ispeċijiet tal-għasafar selvaġġi migratorji u sedentarji, b'mod partikolari dawk identifikati bħala speċijiet fil-mira għas-sorveljanza tal-influwenza avjarja;

(c)

l-okkorrenza tat-tifqigħat tal-HPAI fil-pollam u għasafar fil-kaptività oħrajn, b'mod partikolari b'konsegwenza tal-introduzzjoni primarja tal-virus mill-għasafar selvaġġi;

(d)

id-detezzjoni tal-HPAI fil-pollam, għasafar fil-kaptività oħrajn u għasafar selvaġġi matul is-sorveljanza li tkun għaddejja;

(e)

is-sottotip jew is-sottotipi tal-virus HPAI, l-evoluzzjoni tal-virus u r-rilevanza potenzjali għas-saħħa tal-bniedem;

(f)

is-sitwazzjoni epidemjoloġika għall-HPAI fl-għasafar selvaġġi, il-pollam u għasafar fil-kaptività oħrajn fit-territorju ta' Stati Membri u pajjiżi terzi fil-qrib u valutazzjoni tar-riskju mwettqa minn EFSA, il-korpi nazzjonali u internazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju;

(g)

il-livell ta' implimentazzjoni u l-effiċjenza tal-miżuri stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.

Artikolu 6

Sensibilizzazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ il-miżuri meħtieġa ta' sensibilizzazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati attivi fis-settur tal-pollam inkluż azjendi agrikoli żgħar tar-riskji għall-introduzzjoni tal-virus HPAI fl-azjendi agrikoli u biex jipprovdulhom l-iktar informazzjoni adattata dwar il-miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju u tal-bijosigurtà rinforzata kif previst fl-Artikolu 4, b'mod partikolari l-miżuri li jridu jiġu rinforzati fiż-żoni ta' riskju għoli, permezz tal-aktar mezzi xierqa biex informazzjoni bħal din tinġieb għall-attenzjoni tagħhom.

L-Istati Membri għandhom joħolqu sensibilizzazzjoni wkoll tal-gruppi involuti fl-attivitajiet tal-ħajja selvaġġa inkluż l-ornitoloġisti, dawk li josservaw l-għasafar u l-kaċċaturi.

Artikolu 7

Sistemi ta' detezzjoni bikrija f'qatgħat tal-pollam

1.   L-Istati Membri għandhom jintroduċu jew jirrinforzaw is-sistemi ta' detezzjoni bikrija mmirati lejn ir-rapportar rapidu mis-sidien lill-awtorità kompetenti ta' kwalunkwe sinjal tal-preżenza tal-virus HPAI fil-qatgħat tal-pollam miżmuma f'azjendi agrikoli li jkunu jinsabu f'żoni ta' riskju għoli.

2.   Is-sistemi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom mill-inqas jikkunsidraw parametri rilevanti li jindikaw il-preżenza probabbli tal-marda, tnaqqis sinifikanti fil-konsum tal-għalf u tal-ilma u fil-produzzjoni tal-bajd, ir-rata ta' mortalità osservata u kwalunkwe sinjal kliniku jew leżjoni post-mortem li jissuġġerixxu l-preżenza tal-virus HPAI filwaqt li jikkunsidraw varjazzjoni ta' dawn il-parametri fi speċijiet tal-pollam u tipi ta' produzzjoni differenti.

Artikolu 8

Sorveljanza akbar tal-għasafar selvaġġi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sorveljanza miżjuda għall-popolazzjonijiet tal-għasafar selvaġġi u iktar monitoraġġ għal għasafar mejta jew morda jitwettaq b'konformità mal-linji gwida dwar l-implimentazzjoni tal-programmi ta' sorveljanza għall-influwenza avjarja fl-għasafar selvaġġi stipulati fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/367/UE (7) adottata b'konformità mal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2005/94/KE.

2.   L-Istati Membri jistgħu jimmiraw it-teħid ta' kampjuni u l-ittestjar fil-laboratorju ta' għasafar selvaġġi fuq speċijiet u f'żoni ġeografiċi li preċedentament ma kinux ġew affettwati mill-virus HPAI.

Artikolu 9

Miżuri temporanji addizzjonali fil-każ ta' konferma ta' każijiet ta' HPAI fl-għasafar selvaġġi

1.   Fejn tiġi kkonfermata l-preżenza tal-virus HPAI fil-kampjuni meħuda minn għasfur jew għasafar selvaġġ(i) jew mill-feċi tagħhom u fejn jiġi identifikat riskju ikbar għall-introduzzjoni tal-virus f'azjendi agrikoli jew riskju possibbli għas-saħħa pubblika, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri temporanji addizzjonali fil-viċinat ta' dik is-sejba, li għandhom jinkludu:

(a)

l-implimentazzjoni tal-miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju u tal-bijosigurtà rinforzata b'konformità mal-Artikolu 4;

(b)

sorveljanza miżjuda tal-għasafar selvaġġi b'konformità mal-Artikolu 8;

(c)

jekk ikun hemm bżonn, investigazzjonijiet epidemjoloġiċi u żjarat fl-azjendi agrikoli kif xieraq, teħid ta' kampjuni u ttestjar għal HPAI;

(d)

l-introduzzjoni u r-rinforz ta' sistemi ta' detezzjoni bikrija b'konformità mal-Artikolu 7.

2.   L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-applikazzjoni ta' wħud mill-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, jekk ir-riskju tal-introduzzjoni tal-virus HPAI jiġi kkunsidrat negliġibbli għal ċerti partijiet tat-territorju tagħhom jew ċerti tipi ta' impriżi agrikoli, mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 10

Obbligi ta' konformità u informazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu arranġamenti għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni mis-sidien u mis-settur tal-pollam tal-miżuri stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn fil-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf dwar il-miżuri li jieħdu biex jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 11

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Awwissu 2018.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

(2)  EFSA Journal 2017;15(10):4991.

(3)  EFSA Journal 2017;15(12):5141.

(4)  EFSA Journal 2018;16(3):5240.

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/263 tal-14 ta' Frar 2017 dwar miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju u miżuri għal bijosigurtà rinforzata u s-sistemi tad-detezzjoni bikrija f'dak li għandu x'jaqsam mar-riskji maħluqa minn għasafar selvaġġi għat-trażmissjoni ta' virusijiet tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja għall-pollam (ĠU L 39, 16.2.2017, p. 6).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/437/KE tal-4 ta' Awwissu 2006 li tapprova Manwal Dijanjostiku għall-influwenza tat-tjur kif previst fid-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (ĠU L 237, 31.8.2006, p. 1).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/367/UE tal-25 ta' Ġunju 2010 dwar l-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta' programmi ta' sorveljanza għall-influwenza tat-tjur fit-tjur domestiku u t-tjur selvaġġ (ĠU L 166, 1.7.2010, p. 22).


14.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/54


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1137

tal-10 ta' Awwissu 2018

dwar is-superviżjoni, il-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti u l-miżuri li għandhom jittieħdu rigward il-materjal tal-ippakkjar tal-injam għat-trasport ta' prodotti li joriġinaw minn ċerti pajjiżi terzi

(notifikata bid-dokument C(2018) 5245)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari t-tielet u r-raba' sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/92/UE (2) tistipula l-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti u l-miżuri li għandhom jittieħdu rigward il-materjal tal-ippakkjar tal-injam li bħalissa jintuża fit-trasport ta' prodotti speċifikati li joriġinaw fiċ-Ċina L-Artikoli 1 sa 4 ta' dik id-Deċiżjoni jiskadu fil-31 ta' Lulju 2018.

(2)

Il-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti mwettqa mill-Istati Membri abbażi ta' dik id-Deċiżjoni, kif ukoll tal-Artikolu 13a tad-Direttiva 2000/29/KE, urew li l-materjal tal-ippakkjar tal-injam li jintuża fit-trasport ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Belarus u ċ-Ċina (“il-prodotti speċifikati”) ma kinux konformi mar-rekwiżiti tal-Unjoni dwar l-immarkar tal-materjal tal-ippakkjar tal-injam kif stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE, u f'xi każijiet kien ukoll infestat minn organiżmi ta' ħsara elenkati fil-Parti A tal-Anness I ta' dik id-Direttiva.

(3)

Sabiex tiġi żgurata tħejjija aħjar tal-awtoritajiet li jwettqu kontrolli rispettivi tas-saħħa tal-pjanti, jenħtieġ li l-awtoritajiet tal-ajruport, l-awtoritajiet tal-portijiet, awtoritajiet oħra responsabbli mill-kontroll tal-moviment ta' oġġetti jew kwalunkwe operatur professjonist involut fl-importazzjoni tal-prodotti speċifikati akkumpanjati minn materjal tal-ippakkjar tal-injam, malli jkunu jafu dwar il-wasla imminenti ta' dak il-materjal tal-ippakkjar tal-injam, jagħtu avviż tiegħu bil-quddiem lill-uffiċċju doganali fil-punt tad-dħul u lill-korp uffiċjali responsabbli tal-punt tad-dħul.

(4)

Jenħtieġ li l-materjal tal-ippakkjar tal-injam tal-kunsinni tal-prodotti speċifikati jkun soġġett għall-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti fuq bażi regolari. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiddefinixxu r-rata ta' materjal tal-ippakkjar tal-injam tal-prodotti speċifikati soġġetti għal kontrolli tas-saħħa tal-pjanti. Jenħtieġ li dik ir-rata ma tkunx inqas minn 1 % tal-materjal importat tal-ippakkjar tal-injam tal-prodotti speċifikati, sabiex jiġi żgurat li l-kampjun rappreżentattiv ikun iċċekkjat.

(5)

Jenħtieġ li l-materjal tal-ippakkjar tal-injam, kif ukoll prodotti speċifikati, ikunu soġġetti għar-regoli tal-Unjoni dwar is-superviżjoni doganali sakemm jitlestew dawn il-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti, sabiex jiġi żgurat li l-moviment liberu tagħhom fit-territorju tal-Unjoni ma jintroduċi l-ebda riskju fitosanitarju.

(6)

Jenħtieġ li l-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti jsiru fil-punt tad-dħul fl-Unjoni jew fil-post tad-destinazzjoni approvata għal dak l-għan mill-korp uffiċjali responsabbli, sabiex ikun żgurat li dawk il-kontrolli jitwettqu fil-faċilitajiet l-aktar xierqa.

(7)

Meta l-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti jsiru fil-post tad-destinazzjoni, u dawn juru li ma jkunx hemm konformità mal-punt 2 tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE, jew li l-materjal tal-ippakkjar tal-injam instab infestat minn organiżmi ta' ħsara elenkati fil-Parti A tal-Anness I ta' dik id-Direttiva, jenħtieġ li l-Istat Membru kkonċernat jittratta kif xieraq il-materjal rispettiv tal-ippakkjar tal-injam u jeqirdu b'mod immedjat, sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni fitosanitarja tat-territorju tal-Unjoni.

(8)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar in-numru u r-riżultati tal-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti mwettqa skont din id-Deċiżjoni permezz ta' mudell speċifiku tar-rappurtar elettroniku.

(9)

L-esperjenza tal-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti mwettqa sa issa turi li, biex jingħataw aktar dettalji dwar l-interċettazzjonijiet irreġistrati fuq il-materjal tal-ippakkjar tal-injam lill-organizzazzjonijiet nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti ta' dawk il-pajjiżi terzi, huwa neċessarju li l-Istati Membri jirrappurtaw kwalunkwe informazzjoni meħtieġa sabiex jidentifikaw is-sorsi ta' mmarkar mhux affidabbli jew mhux korrett.

(10)

Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta' Ottubru 2018, sabiex tippermetti żmien xieraq għall-korpi uffiċjali responsabbli u l-operaturi professjonisti biex jadattaw għad-dispożizzjonijiet il-ġodda.

(11)

Sabiex ikun żgurat li l-ebda lakuna ġuridika sseħħ sa dik id-data, jenħtieġ li l-Artikoli 1 sa 4 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/92/UE, li jiskadu fil-31 ta' Lulju 2018, japplikaw sat-30 ta' Settembru 2018.

(12)

Għall-fini ta' ċarezza ġuridika, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/92/UE titħassar mill-1 ta' Ottubru 2018, li hija d-data tal-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

(13)

Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika sat-30 ta' Ġunju 2020, sabiex tippermetti l-adozzjoni sa dak iż-żmien tal-miżuri meħtieġa kif inhu xieraq.

(14)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“materjal tal-ippakkjar tal-injam” tfisser injam jew prodotti tal-injam li jintużaw biex jirrinfurzaw, jipproteġu jew iġorru xi prodott, fil-forma ta' kontenituri tal-ippakkjar, kaxxi, ċestuni, ċilindri u ppakkjar simili, palits, palits f'forma ta' kaxxi u twavel oħrajn għat-tagħbija, ġnub tal-palits u padding tal-injam, kemm jekk jintużaw realment fit-trasport ta' oġġetti ta' kull tip u kemm jekk le; huwa eskluż l-injam ipproċessat li jkun manifatturat bil-kolla, bis-sħana jew bil-pressjoni jew b'taħlit ta' dawn, u l-materjal tal-ippakkjar magħmul kollu kemm hu mill-injam b'6 mm ħxuna jew anqas.

(b)

“prodotti speċifikati” tfisser prodotti li joriġinaw fil-Belarus jew fiċ-Ċina importati fl-Unjoni li huma rinfurzati jew protetti minn materjal tal-ippakkjar tal-injam jew jinġarru fih, bil-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda (NM) jew il-kodiċijiet TARIC elenkati fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni u li jissodisfaw id-deskrizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (3);

(c)

“kunsinna” tfisser kwantità ta' oġġetti koperti b'dokument uniku li huwa meħtieġ għall-formalitajiet doganali jew għal formalitajiet oħrajn;

(d)

“operatur professjonist” tfisser kwalunkwe persuna, irregolata bil-liġi pubblika jew privata, involuta professjonalment u legalment responsabbli għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta' materjal tal-ippakkjar tal-injam.

Artikolu 2

Superviżjoni

Mill-ħin tad-dħul fit-territorju doganali, il-materjal tal-ippakkjar tal-injam ta' kull kunsinna tal-prodotti speċifikati għandu jkun soġġett għas-superviżjoni doganali skont l-Artikolu 134 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u għas-superviżjoni mill-korpi uffiċjali responsabbli kif imsemmi fl-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2000/29/KE.

Il-materjal tal-ippakkjar tal-injam u l-prodotti speċifikati jistgħu jitpoġġew biss skont xi waħda mill-proċeduri doganali kif speċifikati fil-punt 16(a) u (b) tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 bl-eċċezzjoni tal-proċeduri speċjali msemmija fl-Artikolu 210(a) u (b) ta' dak ir-Regolament, jekk ikunu tlestew il-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti kif speċifikati fl-Artikolu 4 ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Notifika bil-quddiem tal-materjal tal-ippakkjar tal-injam

L-awtoritajiet tal-ajruport, l-awtoritajiet tal-port, awtoritajiet oħra responsabbli mill-kontroll tal-moviment ta' oġġetti jew kwalunkwe operatur professjonist involut fl-importazzjoni tal-prodotti speċifikati akkumpanjati minn materjal tal-ippakkjar tal-injam, għandhom, malli jkunu jafu bil-wasla imminenti ta' dak il-materjal tal-ippakkjar tal-injam, jagħtu notifika bil-quddiem lill-uffiċċju doganali fil-punt tad-dħul jew lill-korp uffiċjali responsabbli tal-punt tad-dħul.

Artikolu 4

Kontrolli tas-saħħa tal-pjanti

Il-materjal tal-ippakkjar tal-injam tal-kunsinni tal-prodotti speċifikati għandu jkun soġġett għall-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti previsti fl-Artikolu 13a(1)(b)(iii) tad-Direttiva 2000/29/KE fuq bażi regolari, biex ikun ikkonfermat li l-materjal tal-ippakkjar tal-injam jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 2 tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE.

Abbażi tar-riskji identifikati għas-saħħa tal-pjanti, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu r-rata ta' materjal tal-ippakkjar tal-injam tal-prodotti speċifikati soġġett għall-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti. Din ir-rata ma għandhiex tkun inqas minn 1 % tal-kunsinni tal-prodotti speċifikati. Sakemm jitlestew il-kontrolli, dak il-materjal tal-ippakkjar tal-injam u l-prodotti speċifikati rispettivi għandhom jibqgħu taħt is-superviżjoni tad-dwana skont l-Artikolu 134 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 kif ukoll għas-superviżjoni mill-korp uffiċjali responsabbli.

Il-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti għandhom isiru fil-punt tad-dħul fl-Unjoni jew fil-post tad-destinazzjoni approvat għal dak il-fini mill-korp uffiċjali responsabbli.

Artikolu 5

Miżuri f'każ ta' nuqqas ta' konformità

F'każ li l-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti msemmija fl-Artikolu 4 juru li ma hemmx konformità mal-punt (2) tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE jew li l-materjal tal-ippakkjar tal-injam instab infestat mill-organiżmi ta' ħsara elenkati fil-Parti A tal-Anness I ta' dik id-Direttiva, l-Istat Membru kkonċernat għandu minnufih jissoġġetta l-materjal tal-ippakkjar tal-injam mhux konformi għal waħda mill-miżuri stipulati fl-Artikolu 13c(7) ta' dik id-Direttiva.

Meta t-tali nuqqas ta' konformità jew meta l-iskoperta tat-tali infestazzjoni hija konkluża fil-post ta' destinazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 4 ta' din id-Deċiżjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li l-materjal tal-ippakkjar tal-injam rispettiv jinqered minnufih. Qabel ma ssir dik il-qerda, il-materjal tal-ippakkjar tal-injam għandu jiġi ttrattat biex ikun żgurat li l-ebda riskju fitosanitarji jseħħ matul u wara li jinqered.

Artikolu 6

Rappurtar

Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kummissjoni 94/3/KE (5), l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bin-numru u r-riżultati tal-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti mwettqa skont din id-Deċiżjoni bl-użu tal-mudell tar-rappurtar elettroniku speċifikat fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni sad-dati li ġejjin:

(a)

sal-31 ta' Ottubru 2019 għall-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2018 sat-30 ta' Settembru 2019;

(b)

sal-31 ta' Marzu 2020 għall-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2019 sad-29 ta' Frar 2020.

Artikolu 7

Emenda tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/92/UE

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/92/UE huwa sostitwit b'dan li ġej:

“L-Artikoli 1 sa 4 għandhom japplikaw sat-30 ta' Settembru 2018”.

Artikolu 8

Tħassir tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/92/UE

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/92/UE hija mħassra b'seħħ mill-1 ta' Ottubru 2018.

Artikolu 9

Applikazzjoni

L-Artikoli 1 sa 6 għandhom japplikaw mill-1 ta' Ottubru 2018.

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-30 ta' Ġunju 2020.

Artikolu 10

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Awwissu 2018.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/92/UE tat-18 ta' Frar 2013 dwar is-superviżjoni, il-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti u l-miżuri li għandhom jittieħdu rigward il-materjal tal-ippakkjar tal-injam li bħalissa jintuża fit-trasport ta' prodotti speċifikati li joriġinaw fiċ-Ċina (ĠU L 47, 20.2.2013, p. 74).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(5)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/3/KE tal-21 ta' Jannar 1994 li tistabbilixxi proċedura għan-notifika ta' interċettazzjoni ta' kunsinna jew organiżmu jikkawżaw ħsara minn pajjiżi terzi u li jkun ta' periklu fitosanitarju imminenti (ĠU L 32, 5.2.1994, p. 37).


ANNESS I

PRODOTTI SPEĊIFIKATI

2514 00 00

Lavanja, kemm jekk mirquma mingħajr finezza jew sempliċiment maqtugħa, permezz ta' ssegar jew mod ieħor, fi blokki jew f'ċangaturi ta' forma rettangolari (inkluża kwadra) u kemm jekk le

2515

Irħam, travertina, ecaussine u ġebla kalkaruża oħra għall-monumenti jew għall-kostruzzjoni ta' gravità speċifika fid-dieher ta' 2,5 jew iżjed, u alabastru, kemm jekk mirqumin mingħajr finezza jew sempliċiment maqtugħin, permezz ta' ssegar jew mod ieħor, fi blokki jew f'ċangaturi ta' forma rettangolari (inkluża kwadra) u kemm jekk le

2516

Granit, porfirju, bażalt, blat sedimentarju gres u ġebla oħra għall-monumenti jew għall-kostruzzjoni, kemm jekk mirqumin mingħajr finezza jew sempliċiment maqtugħin, permezz ta' ssegar jew mod ieħor, fi blokki jew f'ċangaturi ta' forma rettangolari (inkluża kwadra) u kemm jekk le

4401

Injam għall-fjuwil, f'forma ta' zkuk, zkuk ħoxnin, friegħi, qatet ta' għesieleġ jew forom simili; injam f'laqx jew frak; serratura u skart u fdal tal-injam, kemm jekk magħqudin fi zkuk, briquettes, gerbub jew forom simili u kemm jekk le

4415

Kontenituri tal-ippakkjar, kaxxi, ċestuni, ċilindri u ppakkjar simili, tal-injam; rukkelli kbar tal-injam għall-kejbils; palits, palits f'forma ta' kaxxi u twavel oħrajn għat-tagħbija, tal-injam għenuq tal-palits tal-injam (ħlief kontenituri mfassla u mgħammra speċjalment għal mod ta' trasport wieħed jew aktar)

4415 20

palits, palits f'forma ta' kaxxi u twavel oħrajn għat-tagħbija, tal-injam għenuq tal-palits tal-injam (ħlief kontenituri mfassla u mgħammra speċjalment għal mod ta' trasport wieħed jew aktar)

4415 20 90

palits f'forma ta' kaxxi u twavel oħrajn għat-tagħbija, tal-injam (ħlief kontenituri mfassla u mgħammra speċjalment għal mod ta' trasport wieħed jew aktar: palits ċatti u għenuq tal-palits)

4415 20 20

Palits u għenuq tal-palits, tal-injam

4418

Xogħol ta' injam għall-bennejja, inklużi pannelli tal-injam ċellulari, pavimenti tal-art immuntati, madumiet “shingles” u “shakes” għas-soqfa, tal-injam (ħlief pannelli tal-plywood, blokki, strixxi u freġji għall-pavimenti tal-parkè, mhux immuntati, u binjiet prefabbrikati)

4421

Oġġetti oħra tal-injam, mhux speċifikati x'imkien ieħor

6501 00

Forom tal-kpiepel, oqfsa tal-kpiepel u barnużi tal-feltru, la jekk magħfusin għall-forma u lanqas bil-faldi maħdumin; “plateaux” u “manchons”, inklużi manchons bil-qasma, tal-feltru

6801 00 00

Ċangaturi tal-pavimenti, għazez u ċangar, ta' ġebla naturali (ħlief lavanja)

6802

Ġebla maħduma għall-monumenti jew għall-bini (ħlief lavanja) u oġġetti tagħha, ħlief oġġetti tal-intestatura 6801 ; kubi tal-mużajk u bħalhom, ta' ġebla naturali (inkluża lavanja), fuq blocking jew le; ħbub, laqx u trab, ta' ġebla naturali, ikkuluriti b'mod artifiċjali (inkluża lavanja)

6803 00

Lavanja maħduma u oġġetti tal-lavanja jew tal-lavanja agglomerata (ħlief granuli, żrar u trab, kubi tal-mużajk u oġġetti simili tal-lavanja, lapsijiet tal-lavanja, u lavanji jew bords lesti għall-użu b'uċuħ għall-kitba jew għat-tpinġija)

6810

Oġġetti tas-siment, tal-konkrit jew tal-ġebla artifiċjali, rafforzati jew le

6811 40

Oġġetti tas-siment tal-asbestos, tas-siment tal-fibra taċ-ċelluloża jew simili, li fihom l-asbestos

6902 00

Brikks, blokki, madumiet refrattarji u oġġetti refrattarji taċ-ċeramika simili għall-kostruzzjoni, ħlief dawk ta' komposti ta' fossili siliċikużi jew ta' fuħħar siliċikuż simili

6904 00

Brikks taċ-ċeramika għall-kostruzzjoni, blokki għall-pavimenti tal-art, madumiet ta' riforz jew tal-mili u oġġetti simili, mhux refrattarji

6905 00

Madumiet għat-tisqif, irjus taċ-ċmieni, għotjien taċ-ċmieni (cowls), kondjuwits taċ-ċmieni, tiżjin arkitettoniku u oġġetti oħrajn taċ-ċeramika għall-kostruzzjoni

6906 00

Pajpijiet, kondjuwits, imwieżeb u tagħmir tal-pajpijiet taċ-ċeramika (ħlief komposti ta' fossili siliċikużi jew oġġetti siliċikużi simili, oġġetti refrattarji taċ-ċeramika, kondjuwits taċ-ċmieni, pajpijiet immanifatturati speċifikament għal-laboratorji, tubi u fittings ta' iżolament u pajpijiet oħrajn għal skopijiet elettrotekniċi)

6907

Ċangaturi u pavimenti taċ-ċeramika, madum għall-qigħan taċ-ċmieni jew għall-ħitan; kubi tal-mużajk taċ-ċeramika u oġġetti simili, fuq rinforz jew le (ħlief komposti tal-fossili siliċikużi jew fuħħar siliċikuż simili, oġġetti refrattarji, madumiet adattati apposta bħala mats tal-mejda, oġġetti ornamentali u madumiet immanifatturati speċifikament għall-istufi)

6912 00 83

Oġġetti tad-dar u tal-kamra tal-banju, tal-fuħħar (ħlief pożati u reċipjenti għal fuq il-mejda, oġġetti tal-kċina, banjijiet, bidejiet, sinkijiet u stallazzjonijiet sanitarji simili, statwetti u oġġetti ornamentali oħra, borom, vażetti, damiġġjani u reċipjenti simili għat-trasport jew għall-imballaġġ ta' oġġetti)

6912 00 23

pożati u reċipjenti għal fuq il-mejda, oġġetti tal-kċina, tal-fuħħar (ħlief statwetti u oġġetti ornamentali oħrajn, borom, vażetti, damiġġjani u reċipjenti simili għat-trasport jew għall-imballaġġ ta' oġġetti, u mtieħen tal-kafè u mtieħen tal-ħwawar bir-reċipjenti magħmulin miċ-ċeramika u bil-partijiet għat-tħaddim magħmulin mill-metall)

7210

Prodotti laminati ċatti tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat, b'wisa' ta' ≥ 600 mm, illaminati fis-sħana jew fil-kiesaħ “kesħa mnaqqsa”, miksijin, indurati jew koperti

7313 00

Barbed wire tal-ħadid jew tal-azzar; wajer mibrum f'ċrieki jew singlu ċatt, imxewwek jew le, u wajer doppju mibrum ħafif, ta' tip użat għaċ-ċnut, tal-ħadid jew tal-azzar

7317 00

Imsiemer, taċċi, drawing pins, imsiemer korrugati, stejpils u oġġetti simili tal-ħadid jew tal-azzar, bl-irjus ta' materjal ieħor jew le (ħlief tali oġġetti b'irjus tar-ram u stejpils fi strixxi)

7318

Viti, boltijiet, skorfini, coach screws (viti b'irjus eżagonali biex jiddawwru bi spanner), ganċijiet bil-kamin, rivits, kavilji, ċavi, woxers, inklużi woxers bil-molla, u oġġetti simili, tal-ħadid jew tal-azzar (ħlief viti, waqqafa, plaggijiet u oġġetti simili, bil-kamin)

7415

Imsiemer, taċċi, drawing pins, stejpils u oħrajn simili oġġetti, tar-ram jew b'xaftijiet tal-ħadid jew tal-azzar u rjus tar-ram, viti, boltijiet, skorfini, ganċijiet bil-kamin, rivits, kavilji, ċavi, woxers “inklużi woxers bil-molla” u oġġetti simili, tar-ram (ħlief stejpils fi strixxi, u lag screws, plaggijiet, tappijiet tal-btieti u oġġetti simili, bil-kamin)

8101 96

Wajer tat-tungstenu

8102 96

Wajer tal-molibdenu

8205 90 10

Inkwini tal-kapsa; foroġ li jinġarru; moli tal-idejn jew li jitħaddmu bil-pedala bl-oqfsa tagħhom

8465 93

Moli, magni tal-ixkatlar jew tal-illostrar għax-xogħol fuq injam, sufra, għadma, lasktu iebes, plastik iebes jew materjali ibsin simili (ħlief magni għall-ħdim bl-idejn u magni għall-iċċentralizzar tax-xogħol bil-magna)

4504 90 80

Sufra agglomerata, b'sustanza li tgħaqqad jew mingħajrha, u oġġetti tas-sufra agglomerata (ħlief ilbies għar-riġlejn u partijiet tagħhom, suletti ta' ġewwa, li jistgħu jitneħħew jew le; ilbies għar-ras u partijiet tiegħu; plaggijiet u diviżuri għall-iskrataċ tas-snieter; ġugarelli, logħob u tagħmir sportiv u partijiet tagħhom; blokok, pjanċi, folji jew strixxi; madumiet ta' kull għamla; ċilindri solidi, inklużi diski; sufri u tappijiet)

4823 90 85

Karta, kartun, wadding taċ-ċelluloża u xbieki tal-fibri taċ-ċelluloża, fi strixxi jew f'rombli tal-wisa' ≤ 36 cm, f'folji kwadri jew rettangolari, bl-ebda naħa ma tkun > 36 ċm fi stat mhux mitwi, jew maqtugħa f'forom minbarra rettangolari jew kwadri, u oġġetti tal-polpa tal-karta, karta, wadding taċ-ċelluloża jew xbieki tal-fibri taċ-ċelluloża, mhux speċifikati xi mkien ieħor

6912 00 83

Oġġetti tad-dar u tal-kamra tal-banju, tal-fuħħar (ħlief pożati u reċipjenti għal fuq il-mejda, oġġetti tal-kċina, banjijiet, bidejiet, sinkijiet u stallazzjonijiet sanitarji simili, statwetti u oġġetti ornamentali oħra, borom, vażetti, damiġġjani u reċipjenti simili għat-trasport jew għall-imballaġġ ta' oġġetti)

7108 13 80

Deheb, inkluż deheb miksi bil-platinu, f'forom semimanifatturati, għal skopijiet mhux monetarji (ħlief folji u strixxi bil-ħxuna, mingħajr ebda rinforz, ta' > 0,15 mm u pjanċi, staneg, vireg, wajers u sezzjonijiet)

7110 19 80

Platinu f'forom semimanifatturati (ħlief folji u strippi skont il-ħxuna, mingħajr ebda rinforz, ta' > 0,15 mm u pjanċi, staneg, vireg, wajers u sezzjonijiet)

7304 31 20

Tubi ta' preċiżjoni, mingħajr saldatura, b'taqsima trasversali tonda, tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat, miġbudin fil-kiesaħ jew illaminati fil-kiesaħ “kesħa mnaqqsa” (ħlief pajpijiet tal-linja ta' tip użat għal-linji tal-pajpijiet taż-żejt jew tal-gass jew kejsing u tubi ta' tip użat għat-tħaffir għaż-żejt jew għall-gass)

7304 41 00

Tubi, pajpijiet u profili vojta, mingħajr ġonġituri, b'taqsima trasversali tonda, tal-istainless steel, miġbudin fil-kiesaħ jew illaminati fil-kiesaħ “kesħa mnaqqsa” (ħlief pajpijiet tal-linja ta' tip użat għas-sistemi tal-pajpijiet taż-żejt jew tal-gass jew kejsing u tubi ta' tip użat għat-tħaffir għaż-żejt jew għall-gass)

8407 33 20

Magni bil-pistuni ta' tqabbid bl-ispark b'moviment alternat, ta' tip użat għal vetturi tal-kapitlu 87, ta' kapaċità ċilindrika > 250 cm3 iżda ≤ 500 cm3

8407 33 80

Magni bil-pistuni ta' tqabbid bl-ispark b'moviment alternat, ta' tip użat għal vetturi tal-kapitlu 87, ta' kapaċità ċilindrika > 500 cm3 iżda ≤ 1 000 cm3

8424 49 10

Sprejers ta' prodotti agrikoli jew ortikulturali likwidi/fi trab iddisinjati biex jitwaħħal fuq trattur jew jinġibed minnu

8424 82 90

Apparati mekkaniċi agrikoli jew ortikulturali, kemm jekk jitħaddmu bl-idejn kif ukoll jekk le, għall-projezzjoni jew id-dispersjoni ta' likwidi jew trabijiet (ħlief apparati għall-bexx u għat-tisqija)

8424 89 40

Apparati mekkaniċi għax-xħit, it-tixrid jew it-traxxix ta' likwidi jew trabijiet, ta' tip użat biss jew prinċipalment għall-manifattura ta' ċirkwiti stampati jew assemblaġġi ta' ċirkwiti stampati

8424 89 70

Apparati mekkaniċi, kemm jekk jitħaddmu bl-idejn kif ukoll jekk le, għax-xħit, it-tixrid jew it-traxxix ta' likwidi jew trabijiet, mhux speċifikati x'imkien ieħor.

8467 29 51

Angle grinders li jintużaw għax-xogħol bl-idejn, b'mutur elettriku awtoinkorporat, li jaħdmu b'sors estern tal-enerġija

8544 19 00

Wajer tat-tkebbib għall-użu fl-elettriku, ta' materjal minbarra tar-ram, iżolat

8544 49 91

Wajer u kejbils tal-elettriku, għal vultaġġ ≤ 1 000 V, iżolati, mhux mgħammrin b'konnetturi, b'wajers kondutturi individwali b'dijametru > 0,51 mm, mhux speċifikat x'imkien ieħor

8708 30 10

Brejkijiet u servobrejkijiet u l-partijiet tagħhom, għall-assemblaġġ industrijali ta': tratturi, vetturi tat-triq u vetturi bil-mutur ikkontrollati minn persuni fit-triq u mhux minn sewwieqa ddisinjati b'mod partikolari għat-trasport ta' persuni, vetturi għat-trasport ta' oġġetti b'magna bil-pistuni bil-kombustjoni interna “magna diżil jew semidiżil” ≤ 2 500 cm3 jew b'magna bil-pistuni interni ta' tqabbid bl-ispark ≤ 2 800  cm3, vetturi bil-mutur għal skopijiet speċjali tal-intestatura 8705 , mhux speċifikati x'imkien ieħor

8708 40 20

Gerboksis u partijiet tagħhom, għall-assemblaġġ industrijali ta': tratturi, vetturi tat-triq u vetturi bil-mutur ikkontrollati minn persuni fit-triq u mhux minn sewwieqa ddisinjati b'mod partikolari għat-trasport ta' persuni, vetturi għat-trasport ta' oġġetti b'magna bil-pistuni b'kombustjoni interna “magna diżil jew semidiżil” b'kapaċità ċilindrika ta' ≤ 2 500 cm3 jew b'magna bil-pistuni b'kombustjoni interna ta' tqabbid bl-ispark b'kapaċità ċilindrata ta' ≤ 2 800 cm3, vetturi bil-mutur għal skopijiet speċjali tal-intestatura 8705 , mhux speċifikati x'imkien ieħor

8708 91 20

Radjaturi u partijiet tagħhom, għall-assemblaġġ industrijali ta': tratturi, vetturi tat-triq u vetturi bil-mutur ikkontrollati minn persuni fit-triq u mhux minn sewwieqa ddisinjati b'mod partikolari għat-trasport ta' persuni, vetturi għat-trasport ta' oġġetti b'magna bil-pistuni b'kombustjoni interna “magna diżil jew semidiżil” b'kapaċità ċilindrika ta' ≤ 2 500 cm3 jew b'magna bil-pistuni b'kombustjoni interna ta' tqabbid bl-ispark b'kapaċità ċilindrata ta' ≤ 2 800 cm3, vetturi bil-mutur għal skopijiet speċjali tal-intestatura 8705 , mhux speċifikati x'imkien ieħor

8708 92 20

Sajlensers “mufflers” u pajpijiet tal-egżost, u partijiet tagħhom, għall-assemblaġġ industrijali ta': tratturi, vetturi tat-triq u vetturi bil-mutur ikkontrollati minn persuni fit-triq u mhux minn sewwieqa ddisinjati b'mod partikolari għat-trasport ta' persuni, vetturi għat-trasport ta' oġġetti b'magna bil-pistuni b'kombustjoni interna “magna diżil jew semidiżil” b'kapaċità ċilindrika ta' ≤ 2 500 cm3 jew b'magna bil-pistuni b'kombustjoni interna ta' tqabbid bl-ispark b'kapaċità ċilindrata ta' ≤ 2 800 cm3, vetturi bil-mutur għal skopijiet speċjali tal-intestatura 8705 , mhux speċifikati x'imkien ieħor


ANNESS II

IL-MUDELL GĦAR-RAPPURTAR IMSEMMI FL-ARTIKOLU 6

Rapport dwar il-kontrolli fitosanitarji għall-importazzjoni ta' materjal tal-ippakkjar tal-injam ta' kull kunsinna tal-prodotti speċifikati li joriġinaw fil-Belarus u fiċ-Ċina

Perjodu ta' rappurtar:

Stat Membru li qed jirrapporta:

Punti tad-dħul involuti:

Postijiet ta' spezzjoni:

L-għadd ta' kunsinni spezzjonati fil-post tad-destinazzjoni:

L-għadd ta' kunsinni spezzjonati fil-punt tad-dħul:

 

Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda:

L-għadd ta' kunsinni li jidħlu fl-Unjoni permezz tal-Istat Membru li qed jirrapporta

 

L-għadd ta' kunsinni spezzjonati

 

Li minnhom In-numru ta' kunsinni b'materjal tal-ippakkjar tal-injam konformi

 

Li minnhom In-numru ta' kunsinni interċettati b'materjal għall-ippakkjar tal-injam mhux konformi

 

Li minnhom, għandhom organiżmu ta' ħsara u ma għandhomx marka konformi mal-ISPM15 (jekk jogħġbok ipprovdi analiżi dettaljata għal kull organiżmu li jagħmel il-ħsara u jekk il-marka hijiex nieqsa jew mhux korretta)

 

Li minnhom, għandhom organiżmu ta' ħsara u marka konformi mal-ISPM15 (jekk jogħġbok agħti d-dettalji għal kull organiżmu li jagħmel il-ħsara)

Jekk jogħġbok agħti l-kodiċi tal-pajjiż, il-kodiċi tal-produttur/tal-fornitur tat-trattament u l-kodiċi tat-trattament tal-marka/i ISPM 15

 

 

Li minnhom, mingħajr marka konformi mal-ISPM15 biss (jekk jogħġbok agħti d-dettalji għal marka nieqsa u għal marka żbaljata)

 

% ta' prodotti speċifikati vverifikati (min-numru totali ta' kunsinni)