|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 204 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 61 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
13.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 204/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1115
tal-10 ta' Awwissu 2018
li jimplimenta l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2015/735 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/735 tas-7 ta' Mejju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 748/2014 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-7 ta' Mejju 2015, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2015/735. |
|
(2) |
Fit-13 ta' Lulju 2018, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2428 (2018) li notevolment iżżid żewġ persuni mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. Jenħtieġ għalhekk li dawn il-persuni jiġu miżjuda fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2015/735. Peress li dawn iż-żewġ persuni kienu diġà ddeżinjati taħt l-Anness II għar-Regolament (UE) 2015/735, jenħtieġ għalhekk li jitneħħew mill-Anness II għar-Regolament (UE) 2015/735 sabiex jiġu ddeżinjati taħt l-Anness I. |
|
(3) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Annessi I u II għar-Regolament (UE) 2015/735 jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (UE) 2015/735 huwa b'dan emendat kif indikat fl-Anness I għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Anness II għar-Regolament (UE) 2015/735 huwa b'dan emendat kif indikat fl-Anness II għal dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Awwissu 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
G. BLÜMEL
ANNESS I
Il-persuni li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2015/735:
“7. Malek REUBEN RIAK RENGU (alias: a) Malek Ruben)
Titolu: Logutenent Ġeneral
Deżinjazzjoni: a) Viċi Kap tal-Persunal Ġenerali għal-Loġistika; b) Viċi Kap tal-Persunal tad-Difiża u Spettur Ġenerali tal-Armata
Data tat-twelid: 1 ta' Jannar 1960
Post tat-twelid: Yei, is-Sudan t'Isfel
Nazzjonalità: Sudan t'Isfel
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 13 ta' Lulju 2018
Informazzjoni oħra: Bħala Viċi Kap tal-Persunal tal-SPLA għal-Loġistika, Riak kien wieħed mill-uffiċjali għolja tal-Gvern tas-Sudan t'Isfel li ppjana u mexxa offensiva fl-istat ta' Unity fl-2015 li rriżultat f'qerda mifruxa u ċaqliq kbir tal-popolazzjoni.
Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Malek Ruben Riak iddaħħal fil-lista fit-13 ta' Lulju 2018 skont il-paragrafi 6, 7(a), u 8 tar-riżoluzzjoni 2206 (2015), kif affermat mill-ġdid fir-riżoluzzjoni 2418 (2018), għal “azzjonijiet jew linji ta' politika li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Sudan t'Isfel”; “Azzjonijiet jew politiki li għandhom l-għan jew l-effett li jkabbru jew jestendu l-kunflitt fis-Sudan t'Isfel …,” u bħala mexxej “ta' kwalunkwe entità, inkluż kwalunkwe gvern, oppożizzjoni, milizzja, jew grupp ieħor tas-Sudan t'Isfel, li kienet involuta, jew li l-membri tagħha kienu involuti, fi kwalunkwe mill-attivitajiet deskritti fil-paragrafi 6 u 7”, u skont il-paragrafu 14(e) ta' din ir-riżoluzzjoni għal “l-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti li jinvolvu vjolenza sesswali u sessista fis-Sudan t'Isfel”.
Skont ir-rapport mill-Bord ta' Esperti dwar is-Sudan t'Isfel f'Jannar 2016 (S/2016/70), Riak kien wieħed minn grupp ta' uffiċjali għolja tas-sigurtà li ppjanaw offensiva tal-istat ta' Unity kontra l-SPLM-IO li bdiet f'Jannar 2015, u sussegwentement ħa ħsieb l-eżekuzzjoni tagħha mill-aħħar ta' April 2015 'il quddiem. Il-Gvern tas-Sudan t'Isfel beda jarma liż-żgħażagħ ta' Bul Nuer fil-bidu tal-2015 biex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tagħhom fl-offensiva. Il-biċċa l-kbira taż-żgħażagħ ta' Bul Nuer diġà kellhom aċċess għall-azzarini awtomatiċi tad-disinn AK, iżda l-munizzjon kien kruċjali għas-sostenn tal-operazzjonijiet tagħhom. Il-Bord ta' Esperti rrapporta evidenza, inkluż xhieda minn sorsi militari, li l-munizzjon ġie fornut lil gruppi ta' żgħażagħ mill-kwartieri ġenerali tal-SPLA speċifikament għall-offensiva. F'dak iż-żmien kien Riak il-Viċi Kap tal-Persunal tal-SPLA għal-Loġistika. L-offensiva wasslet għal qerda sistematika ta' rħula u infrastruttura, iċ-ċaqliq sfurzat tal-popolazzjoni lokali, il-qtil indiskriminat u t-tortura ta' persuni ċivili, l-użu mifrux ta' vjolenza sesswali, inkluż kontra l-anzjani u t-tfal, u l-ħtif u r-reklutaġġ ta' tfal bħala suldati, u ċaqliq kbir tal-popolazzjoni. Wara l-qerda tal-biċċa l-kbira tal-partijiet ċentrali u tan-nofsinhar tal-istat, bosta organizzazzjonijiet umanitarji u tal-media, kif ukoll il-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fis-Sudan t'Isfel (UNMISS) ippubblikaw rapporti dwar l-iskala tal-abbużi li twettqu.
8. Paul MALONG AWAN (psewdonimu: a) Paul Malong Awan Anei, b) Paul Malong, c) Bol Malong)
Titolu: Ġeneral
Deżinjazzjoni a) Eks Kap tal-Persunal tal-Armata għal-Liberazzjoni tal-Poplu tas-Sudan (SPLA), b) Eks Gvernatur, l-Istat ta' Bahr el-Ghazal ta' Fuq
Data tat-twelid: a) 1962, b) 4 ta' Diċembru 1960, c) 12 ta' April 1960
Post tat-twelid: Malualkon, is-Sudan t'Isfel
Nazzjonalità: a) is-Sudan t'Isfel b) l-Uganda
Nru tal-passaport: a) is-Sudan t'Isfel numru S00004370, b) is-Sudan t'Isfel numru D00001369, c) is-Sudan numru 003606, d) is-Sudan numru 00606, e) is-Sudan numru B002606
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 13 ta' Lulju 2018
Informazzjoni oħra: Bħala Kap tal-Persunal Ġenerali tal-SPLA, Malong kabbar jew estenda l-kunflitt fis-Sudan t'Isfel permezz ta' ksur tal-Ftehim dwar il-Waqfien mill-Ostilitajiet u ksur tal-Ftehim tal-2015 dwar ir-Riżoluzzjoni tal-Kunflitt fis-Sudan t'Isfel (ARCSS). Huwa allegatament mexxa sforzi biex jinqatel il-mexxej tal-oppożizzjoni Riek Machar. Ordna unitajiet tal-SPLA biex jipprevjenu t-trasport ta' provvisti umanitarji. Taħt it-tmexxija ta' Malong, l-SPLA attakkat persuni ċivili, skejjel u sptarijiet; sfurzat iċ-ċaqliq ta' persuni ċivili; wettqet għajbien sfurzat; arbitrarjament żammet detenuti persuni ċivili; u wettqet atti ta' tortura, u stupru. Huwa mmobilizza l-milizzja tribali Mathiang Anyoor Dinka, li tuża suldati tfal. Taħt it-tmexxija tiegħu, l-SPLA irrestrinġiet l-aċċess lill-UNMISS, il-Kummissjoni Konġunta ta' Monitoraġġ u Evalwazzjoni (JMEC) u CTSAMM għal siti biex jinvestigaw u jiddokumentaw l-abbużi.
Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Paul Malong Awan ġie elenkat fit-13 ta' Lulju 2018 skont il-paragrafi 6, 7(a), 7(b), (c), 7(d), 7(f), u 8 tar-Riżoluzzjoni 2206 (2015), kif affermat mill-ġdid fir-riżoluzzjoni 2418 (2018) għal “azzjonijiet jew politiki li għandhom l-għan jew l-effett li jkabbru jew jestendu l-kunflitt fis-Sudan t'Isfel jew li jostakolaw it-taħditiet jew il-proċessi ta' rikonċiljazzjoni jew paċi, inkluż ksur tal-Ftehim dwar il-Waqfien mill-Ostilitajiet”; “azzjonijiet jew politiki li jheddu l-ftehimiet tranżizzjonali jew ixekklu l-proċess politiku fis-Sudan t'Isfel”; “il-mira ta' persuni ċivili, inkluż in-nisa u t-tfal, permezz tat-twettiq ta' atti ta' vjolenza (inkluż il-qtil, mankament, tortura, jew stupru jew vjolenza sesswali oħra), ħtif, għajbien sfurzat, l-ispostament sfurzat, jew attakki fuq skejjel, sptarijiet, siti reliġjużi, jew postijiet fejn persuni ċivili qed ifittxu rifuġju, jew permezz ta' aġir li jikkostitwixxi abbuż serju jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem jew ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali”; “ippjanar, tmexxija jew twettiq ta' atti bi ksur tal-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali, jew atti li jikkostitwixxu abbużi tad-drittijet tal-bniedem, fis-Sudan t'Isfel”; “L-użu jew ir-reklutaġġ ta' tfal minn gruppi armati jew forzi armati fil-kuntest tal-konflitt armat fis-Sudan t'Isfel”; “it-tfixkil tal-attivitajiet ta' missjonijiet ta' żamma tal-paċi internazzjonali, diplomatiċi, jew umanitarji fis-Sudan t'Isfel, inkluż il-Mekkaniżmu ta' Monitoraġġ u Verifika tal-IGAD jew tal-kunsinna jew id-distribuzzjoni ta' għajnuna umanitarja jew l-aċċess għaliha; u bħala mexxej ta' kwalunkwe entità, inkluż kwalunkwe gvern, oppożizzjoni, milizzja, jew grupp ieħor tas-Sudan t'Isfel, li kienu involuti, jew li l-membri tagħha kienu involuti, fi kwalunkwe mill-attivitajiet deskritti fil-paragrafi 6 u 7”.
Malong serva bħala Kap tal-Persunal Ġenerali tal-SPLA mit-23 ta' April, 2014, sa Mejju 2017. Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala l-Kap tal-Persunal Ġenerali, huwa kabbar jew estenda l-kunflitt fis-Sudan t'Isfel permezz ta' ksur tal-Ftehim dwar il-Waqfien mill-Ostilitajiet u ksur tal-Ftehim tal-2015 dwar ir-Riżoluzzjoni tal-Kunflitt fis-Sudan t'Isfel (ARCSS). Minn kmieni f'Awwissu 2016, Malong allegatament mexxa sforzi biex jinqatel il-mexxej tal-oppożizzjoni tas-Sudan t'Isfel, Riek Machar. Malong, filwaqt li konxjament mar kontra l-ordnijiet tal-President Salva Kiir, ordna l-attakki tal-10 ta' Lulju 2016 bit-tankijiet, ħelikopters armati, u bl-infanterija fuq ir-residenza ta' Machar u fuq il-bażi “Jebel” tal-Moviment għal-Liberazzjoni tal-Popli tas-Sudan fl-Oppożizzjoni (SPLM-IO). Malong personalment mexxa l-isforzi mill-kwartieri ġenerali tal-SPLA biex jinterċetta lil Machar. Minn kmieni f'Awwissu 2016, Malong ried lill-SPLA tattakka l-pożizzjoni suspettata ta' Machar immedjatament u informa lill-kmandanti tal-SPLA li ma kellhomx jaqbdu lil Machar ħaj. Barra minn hekk, kmieni fl-2016 l-informazzjoni tindika li Malong ordna lill-unitajiet tal-SPLA jipprevjenu t-trasport ta' provvisti umanitarji għan-naħa l-oħra tax-Xmara Nil, fejn għexieren ta' eluf ta' persuni ċivili kienu qed jiffaċċjaw il-ġuħ, fejn sostna li l-għajnuna alimentari kienet ser tingħata lill-gruppi tal-milizzja minflok lill-persuni ċivili. Kaġun tal-ordnijiet ta' Malong il-provvisti tal-ikel inżammu milli jaqsmu n-Nil għal mill-inqas ġimagħtejn.
Matul iż-żmien tiegħu bħala Kap tal-Persunal Ġenerali tal-SPLA, Malong kien responsabbli għall-SPLA u l-forzi alleati tagħha fit-twettiq ta' abbużi serji inkluż attakki fuq persuni ċivili, ċaqliq sfurzat, għajbien furzat, detenzjonijiet arbitrarji, tortura u stupru. Taħt it-tmexxija ta' Malong, l-SPLA nediet attakki diretti kontra l-popolazzjoni ċivili u qatlet intenzjonalment persuni ċivili mhux armati li kienu qed jaħarbu. Fiż-żona ta' Yei biss, in-NU ddokumentat il-qtil ta' 114-il persuna ċivili mill-SPLA u l-forzi alleati tagħha bejn Lulju 2016 u Jannar 2017. L-SPLA intenzjonalment attakkat skejjel u sptarijiet. F'April 2017, Malong allegatament ordna lill-SPLA biex tneħħi lil kulħadd, inkluż persuni ċivili, miż-żona madwar Wau. Malong allegatament ma skoraġġiex il-qtil ta' persuni ċivili minn truppi tal-SPLA, u persuni suspettati li qed jaħbu ribelli kienu kkunsidrati miri leġittimi.
Skont rapport tal-15 ta' Ottubru 2014 tal-Kummissjoni ta' Inkjesta tal-Unjoni Afrikana dwar is-Sudan t'Isfel, Malong kien responsabbli għall-mobilizzazzjoni tal-massa tal-milizzja tribali Mathiang Anyoor Dinka, li skont kif iddokumentat mill-Mekkaniżmu ta' Monitoraġġ dwar Arranġamenti tas-Sigurtà ta' Transizzjoni u ta' Waqfien mill-Ġlied (CTSAMM) tuża suldati tfal.
Taħt it-tmexxija ta' Malong tal-SPLA, il-forzi tal-gvern regolarment irrestrinġew l-aċċess lill-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fis-Sudan t'Isfel (UNMISS), il-Kummissjoni Konġunta ta' Monitoraġġ u Evalwazzjoni (JMEC), u CTSAMM meta ppruvaw jinvestigaw u jiddokumentaw l-abbużi. Pereżempju, fil-5 ta' April, 2017, pattulja konġunta tan-NU u CTSAMM ippruvat taċċessa Pajok iżda ntbagħtet lura minn suldati tal-SPLA.”
ANNESS II
L-entrati tal-persuni msemmija hawn taħt huma mħassra fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2015/735:
|
— |
|
|
— |
|
|
13.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 204/6 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2018/1116
tal-10 ta' Awwissu 2018
li jemenda r-Regolament (UE) 2015/735 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/740 tas-7 ta' Mejju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/449/PESK (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/735 (2) jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2015/740. |
|
(2) |
Fit-13 ta' Lulju 2018, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) adotta r-Riżoluzzjoni 2428 (2018), li fiha esprima tħassib serju dwar in-nuqqasijiet tal-mexxejja tas-Sudan t'Isfel biex itemmu l-ostilitajiet tal-pajjiż, ikkundanna l-ksur kontinwu u serju tal-Ftehim dwar ir-Riżoluzzjoni tal-Kunflitt fir-Repubblika tas-Sudan t'Isfel tas-17 ta' Awwissu 2015, il-Ftehim dwar il-Waqfien mill-Ostilitajiet, il-Protezzjoni tal-Persuni Ċivili tal-21 ta' Diċembru 2017 u l-Aċċess Umanitarju, u d-Dikjarazzjoni ta' Kartum tas-27 ta' Ġunju 2018, u saħħaħ il-miżuri restrittivi għas-Sudan t'Isfel imposti mir-Riżoluzzjoni tal-KSNU 2206 (2015). |
|
(3) |
Fost l-oħrajn, il-KSNU jemenda l-eżenzjonijiet għall-embargo fuq l-armi u l-assistenza teknika u finanzjarja relatata u jemenda l-kriterji ta' deżinjazzjoni għall-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-iffriżar tal-assi. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1125 (3) emendat id-Deċiżjoni (PESK) 2015/740 sabiex tagħti effett lill-miżuri imposti mir-Riżoluzzjoni tal-KSNU 2428 (2018). |
|
(5) |
Dawn il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat u, għalhekk, b'mod partikolari biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni. |
|
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2015/735 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 2015/735 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 2 Għandu jkun ipprojbit li jiġu pprovduti:
|
|
(2) |
L-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 3 Il-projbizzjonijiet imsemija fl-Artikolu 2 ma għandhomx japplikaw għall-għoti ta' finanzjament u assistenza finanzjarja, assistenza teknika u servizzi ta' senserija relatati ma':
|
|
(3) |
L-Artikolu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 4 1. B'deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw l-għoti ta' finanzjament u assistenza finanzjarja, assistenza teknika u servizzi ta' senserija fir-rigward ta':
2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1.”. |
|
(4) |
Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu, li huma l-proprjetà, li huma fil-pussess jew taħt il-kontroll ta' kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I għandhom jiġu ffriżati. L-Anness I għandu jinkludi persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi identifikati mill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU stabbilit skont il-paragrafu 16 tar-RKSNU 2206 (2015) (“il-Kumitat tas-Sanzjonijiet”) bħala responsabbli għal, jew kompliċi fi, jew li kienu involuti, direttament jew indirettament, f'azzjonijiet jew politiki li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Sudan t'Isfel, f'konformità mal-paragrafi 6, 7, 8 u 12 tar-RKSNU 2206 (2015) u l-paragrafu 14 tar-RKSNU 2428 (2018).”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Awwissu 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
G. BLÜMEL
(1) ĠU L 117, 8.5.2015, p. 52.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/735 tas-7 ta' Mejju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 748/2014 (ĠU L 117, 8.5.2015, p. 13).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1125 tal-10 ta' Awwissu 2018 li temenda id-Deċiżjoni (PESK) 2015/740 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel (ara paġna 48 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
|
13.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 204/9 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1117
tal-10 ta' Awwissu 2018
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Myanmar/Burma
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Myanmar/Burma u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 194/2008 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4i tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-2 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 401/2013. |
|
(2) |
Fil-25 ta' Ġunju 2018, il-Kunsill adotta r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/898 (2), li żiedet seba' persuni fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 401/2013. |
|
(3) |
Għal diversi listi ġiet riċevuta informazzjoni aġġornata. |
|
(4) |
Jenħtieġ li l-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 401/2013 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 401/2013 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Awwissu 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
G. BLÜMEL
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/898 tal-25 ta' Ġunju 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Myanmar/Burma (ĠU L 160 I, 25.6.2018, p. 1).
ANNESS
L-entrati 1, 3, 4 u 5 fil-lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 401/2013 huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-inklużjoni fil-lista |
|
“1. |
Aung Kyaw Zaw |
Data tat-twelid: 20 ta' Awwissu 1961 Numru tal-passaport: DM000826 Data tal-ħruġ: 22 ta' Novembru 2011 Data tal-iskadenza: 21 ta' Novembru 2021 Numru ta' identifikazzjoni militari: BC 17444 |
Il-Logutenent Ġeneral Aung Kyaw Zaw kien il-Kmandant tal-Uffiċċju tal-Operazzjonijiet Speċjali Nru 3 tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) minn Awwissu 2015 sa tmiem l-2017. L-Uffiċċju tal-Operazzjonijiet Speċjali Nru 3 kellu f'idejh il-Kmand tal-Punent u, f'dak il-kuntest, il-Logutenent Ġeneral Aung Kyaw Zaw hu responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem li twettqu kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine mill-Kmand tal-Punent matul dak il-perijodu. Dawn jinkludu qtil illegali, vjolenza sesswali u l-ħruq sistematiku ta' djar u bini tar-Rohingya. |
25.6.2018 |
|
3. |
Than Oo |
Data tat-twelid: 12 ta' Ottubru 1973 Numru ta' identifikazzjoni militari: BC 25723 |
Il-Brigadier Ġeneral Than Oo hu l-Kmandant tad-Diviżjoni 99 tal-Infanterija Ħafifa tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). F'dak il-kuntest, hu responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine fit-tieni nofs tal-2017 mid-Diviżjoni 99 tal-Infanterija Ħafifa. Dawn jinkludu qtil illegali, vjolenza sesswali u l-ħruq sistematiku ta' djar u bini tar-Rohingya. |
25.6.2018 |
|
4. |
Aung Aung |
Numru ta' identifikazzjoni militari: BC 23750 |
Il-Brigadier Ġeneral Aung Aung hu l-Kmandant tad-Diviżjoni 33 tal-Infanterija Ħafifa tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). F'dak il-kuntest, hu responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine fit-tieni nofs tal-2017 mid-Diviżjoni 33 tal-Infanterija Ħafifa. Dawn jinkludu qtil illegali, vjolenza sesswali u l-ħruq sistematiku ta' djar u bini tar-Rohingya. |
25.6.2018 |
|
5. |
Khin Maung Soe |
|
Il-Brigadier Ġenerali Khin Maung Soe hu l-Kmandant tal-Kmand Operattiv Militari 15, kultant magħruf ukoll bħala l-15-il Diviżjoni tal-Infanterija Ħafifa, tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), li taħtha hemm il-Battaljun Nru 564 tal-Infanterija. F'dak il-kuntest, huwa responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine fit-tieni nofs tal-2017 mill-Kmand Operattiv Militari 15, b'mod partikolari l-Battaljun Nru 564 tal-Infanterija. Dawn jinkludu qtil illegali, vjolenza sesswali u l-ħruq sistematiku ta' djar u bini tar-Rohingya. |
25.6.2018” |
|
13.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 204/11 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1118
tas-7 ta' Ġunju 2018
li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għal tnaqqis tal-livell tal-garanzija komprensiva u tar-rinunzja tal-garanzija
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 99(c) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati minn operatur ekonomiku sabiex ikun awtorizzat jipprovdi garanzija komprensiva biex jiżgura l-ħlas tad-dejn doganali u ta' ħlasijiet oħrajn. L-Artikolu 95(2) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 jistabbilixxi kriterji ulterjuri, li l-operaturi ekonomiċi jridu jissodisfaw sabiex ikunu awtorizzati jipprovdu tali garanzija komprensiva b'ammont imnaqqas jew biex ikollhom rinunzja tal-garanzija fir-rigward ta' djun doganali u ħlasijiet oħrajn li jistgħu jġarrbu. Wieħed minn dawk il-kriterji huwa l-kriterju tas-solvenza finanzjarja (2). Dan il-kriterju jitqies bħala ssodisfat meta l-applikant ikollu qagħda finanzjarja tajba, li tippermettilu jonora l-impenji tiegħu, filwaqt li jitqiesu kif xieraq il-karatteristiċi tat-tip ta' attività kummerċjali kkonċernata. |
|
(2) |
Fil-kuntest ta' applikazzjoni għal tnaqqis tal-garanzija komprensiva jew għal rinunzja tal-garanzija, jenħtieġ li l-amministrazzjonijiet doganali jivvalutaw jekk l-applikant għandux il-kapaċità li jħallas l-ammont tad-dejn doganali u ħlasijiet oħra jekk dan ikun meħtieġ. |
|
(3) |
L-Artikolu 84 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (3) jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti minn operatur ekonomiku sabiex jiġi awtorizzat juża garanzija komprensiva b'ammont imnaqqas jew rinunzja tal-garanzija. Minbarra l-kundizzjonijiet l-oħra stabbiliti abbażi tal-kriterju dwar is-solvenza finanzjarja, dan jirrikjedi li l-applikant juri li għandu biżżejjed riżorsi finanzjarji sabiex jissodisfa l-obbligi tiegħu fir-rigward tal-ammont tad-dejn doganali u ta' ħlasijiet oħrajn mhux koperti mill-garanzija li jista' jġarrab. Madankollu, l-esperjenza prattika mill-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 u tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 turi li din il-kundizzjoni hija wisq restrittiva peress li hija interpretata bħala limitata għall-ħtieġa li wieħed ikollu l-likwidità neċessarja disponibbli. Il-likwidità mhux dejjem tirrappreżenta l-kapaċità unika ta' operatur ekonomiku li jħallas l-ammont tad-dejn doganali jew ħlasijiet oħrajn li mhumiex koperti mill-garanzija. Jistgħu jiġu kkunsidrati wkoll elementi oħra bħall-assi li jistgħu jinbidlu faċilment. Għalhekk jenħtieġ li l-element tal-likwidità jitqies bħala kundizzjoni awtonoma u tingħata kjarifika b'tali mod li l-valutazzjoni tal-kapaċità li l-operatur jissodisfa l-obbligi tiegħu li jħallas l-ammont tad-dejn doganali u ħlasijiet oħrajn mhux koperti mill-garanzija tkun integrata fil-valutazzjoni tal-qagħda finanzjarja tal-applikant. |
|
(4) |
Fl-istess ħin u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta' dawn ir-regoli, jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-valutazzjoni tal-kundizzjoni dwar “qagħda finanzjarja suffiċjenti” f'relazzjoni mal-kapaċità tal-operatur ekonomiku li jħallas l-ammont tad-dejn doganali u ħlasijiet oħrajn mhux koperti mill-garanzija li jista' jġarrab, hija speċifika għall-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għal garanzija komprensiva b'ammont imnaqqas jew rinunzja tal-garanzija (simplifikazzjoni). Dan huwa meħtieġ biex jiġu ddefiniti l-limiti tal-valutazzjoni fil-qafas tal-garanziji komprensivi b'kull livell ta' tnaqqis. |
|
(5) |
F'sitwazzjonijiet fejn l-ammont ta' referenza stabbilit f'konformità mal-Artikolu 155 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (4) ikun sproporzjonat fir-rigward tal-ammonti ta' djun doganali potenzjali li x'aktarx jiġġarrbu, jenħtieġ li tiġi prevista l-possibbiltà li l-awtoritajiet doganali jqisu r-riskju tat-tiġrib ta' dejn doganali, skont id-diskrezzjoni tagħhom, sabiex jiddeċiedu dwar il-livell tat-tnaqqis. |
|
(6) |
Jenħtieġ li jiġi ċċarat ukoll li l-AEO ma għandux ikun soġġett għal duplikazzjoni tal-proċeduri tal-valutazzjoni f'konformità mal-Artikolu 38(5) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, filwaqt li jibqa' possibbli li l-awtoritajiet doganali, qabel ma jagħtu s-simplifikazzjonijiet speċifiċi li l-AEO jistgħu jkunu jixtiequ jibbenefikaw minnhom, jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti speċifiċi għal dik is-simplifikazzjoni. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 84 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-paragrafu 1, jitħassar il-punt (f); |
|
(2) |
fil-paragrafu 2, jitħassar il-punt (g); |
|
(3) |
fil-paragrafu 3, jitħassar il-punt (l); |
|
(4) |
jiddaħħlu l-paragrafi 3a u 3b li ġejjin: “3a. Meta jivverifikaw jekk l-applikant għandux qagħda finanzjarja suffiċjenti sabiex jingħata awtorizzazzjoni għall-użu ta' garanzija komprensiva b'ammont imnaqqas jew rinunzja tal-garanzija kif meħtieġ skont il-paragrafi 1(e), 2(f) u 3(k), l-awtoritajiet doganali għandhom iqisu l-kapaċità li applikant jissodisfa l-obbligi tiegħu tal-ħlas tad-djun doganali u ta' ħlasijiet oħrajn li jistgħu jiġġarrbu, li ma jkunux koperti minn dik il-garanzija. Jekk ikun ġustifikat, l-awtoritajiet doganali jistgħu jqisu r-riskju tat-tiġrib ta' dawk id-djun doganali u ta' ħlasijiet oħrajn filwaqt li jitqiesu t-tip u l-volum tal-attivitajiet kummerċjali relatati mad-dwana tal-applikant u tat-tip ta' prodotti li għalihom tenħtieġ il-garanzija. 3b. Meta l-kundizzjoni dwar il-qagħda finanzjarja suffiċjenti tkun diġà ġiet ivvalutata bħala modalità tal-applikazzjoni tal-kriterju msemmi fl-Artikolu 39(c) tal-Kodiċi, l-awtoritajiet doganali għandhom jivverifikaw biss jekk il-qagħda finanzjarja tal-applikant tiġġustifikax l-għoti tal-awtorizzazzjoni għall-użu ta' garanzija komprensiva b'ammont imnaqqas jew rinunzja tal-garanzija.” |
|
(5) |
il-paragrafu 4 huwa sostitwit bil-paragrafu li ġej: “4. Meta l-applikant ikun ilu stabbilit inqas minn tliet snin, l-issodisfar tal-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (d) u (e) tal-paragrafu 1, fil-punti (e) u (f) tal-paragrafu 2 u fil-punti (j) u (k) tal-paragrafu 3 għandu jiġi vverifikat abbażi tar-rekords u tal-informazzjoni disponibbli.”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Ġunju 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) L-Artikolu 39(c) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).
|
13.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 204/13 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1119
tal-31 ta' Lulju 2018
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 fir-rigward tal-organizzazzjonijiet tat-taħriġ iddikjarati
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness VII (il-Parti-ORA) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 (2), jeħtieġ li l-organizzazzjonijiet tat-taħriġ tal-bdoti jistabbilixxu u jżommu sistema ta' ġestjoni, inkluż il-monitoraġġ tal-konformità, u sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza. Jeħtieġ li l-organizzazzjoni ġenerali, flimkien mal-proċessi, mal-proċeduri u mal-attivitajiet tagħha, jiġu stabbiliti f'dokumentazzjoni dettaljata (manwali). |
|
(2) |
L-Anness VII (il-Parti-ORA) jikkostitwixxi qafas legali xieraq għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet li jipprovdu taħriġ bl-għan li jinkisbu liċenzji ta' bdot kummerċjali. Madankollu, ir-rekwiżiti stipulati fih huma ta' piż bla bżonn u mhumiex proporzjonati għal organizzazzjonijiet li jipprovdu biss taħriġ bl-għan li jinkisbu liċenzji ta' bdot mhux kummerċjali u klassifikazzjonijiet, privileġġi u ċertifikati speċifiċi, meta wieħed iqis il-kostijiet imġarrba, in-natura u l-iskala tal-attivitajiet tagħhom u r-riskji u l-benefiċċji għas-sikurezza tal-avjazzjoni. Għaldaqstant, kif ġie nnutat fil-Pjan Direzzjonali għall-Avjazzjoni Ġenerali (3) tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, jenħtieġ li tiġi żviluppata sistema iktar sempliċi għal dawk l-organizzazzjonijiet. |
|
(3) |
Għal dawk ir-raġunijiet, jenħtieġ li dawk l-organizzazzjonijiet ikunu soġġetti għal sett ta' rekwiżiti speċifiċi u ma jkunux soġġetti għal rekwiżit ta' approvazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti. Minflok, jenħtieġ li jitħallew jiddikjaraw lill-awtorità kompetenti li jikkonformaw ma' dawk ir-rekwiżiti li huma applikabbli għalihom. |
|
(4) |
Jenħtieġ li r-rekwiżiti speċifiċi għal organizzazzjonijiet tat-taħriġ iddikjarati (DTOs) bħal dawn jinkludu proċeduri ssimplifikati ta' sikurezza sabiex jitqiesu kemm l-ambjent ta' inqas riskju li fih joperaw il-bdoti mhux kummerċjali kif ukoll il-ħtieġa li l-awtoritajiet kompetenti jeżerċitaw sorveljanza xierqa. F'ġieħ is-sikurezza, jenħtieġ li jiġu previsti wkoll regoli dwar il-preżentazzjoni ta' programmi ta' taħriġ lill-awtorità kompetenti flimkien mad-dikjarazzjoni, iż-żamma tar-rekords, il-monitoraġġ tal-konformità permezz ta' analiżi interna annwali u l-ħatra ta' rappreżentanti tad-DTO responsabbli għall-politika dwar is-sikurezza. |
|
(5) |
Għall-istess raġunijiet, jenħtieġ li jiġu emendati wkoll ir-regoli dwar is-sorveljanza u l-infurzar fir-rigward tad-DTOs mill-awtoritajiet kompetenti, stipulati fl-Anness VI (il-Parti-ARA) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, sabiex jiġi żgurat li jkunu proporzjonati, flessibbli biżżejjed, ibbażati fuq approċċ abbażi tar-riskju u konsistenti mar-rekwiżiti speċifiċi għad-DTOs. |
|
(6) |
Ikun xieraq li jiġu emendati wkoll ċerti dispożizzjonijiet oħra tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 dwar l-organizzazzjonijiet tat-taħriġ tal-bdoti, b'mod partikolari biex tiġi pprovduta kjarifika, jitħassru d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali li ma jkunux għadhom rilevanti iktar u jigi emendat l-Anness I (il-Parti-FCL) ta' dak ir-Regolament sabiex jirreferi kemm għal organizzazzjonijiet tat-taħriġ approvati kif ukoll għal dawk li jkunu ddikjarati. |
|
(7) |
Jenħtieġ li jingħata żmien addizzjonali biex jiġu implimentati l-miżuri dwar il-prevenzjoni tat-telfien tal-kontroll u t-taħriġ ta' rkupru. |
|
(8) |
Skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni ppreżentat abbozz ta' regoli ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni fl-Opinjoni Nru 11/2016. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 2, jiżdiedu d-definizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(2) |
L-Artikolu 10a huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
L-Anness I huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament; |
|
(5) |
L-Anness VI huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament; |
|
(6) |
L-Anness VII huwa emendat skont l-Anness III ta' dan ir-Regolament; |
|
(7) |
L-Anness VIII jiżdied kif stabbilit fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Lulju 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1).
(3) http://www.easa.europa.eu/easa-and-you/general-aviation
ANNESS I
L-Anness I mar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 (il-Parti-FCL) huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-punt FCL.010, titħassar id-definizzjoni ta' “Apparat Bażiku għat-Taħriġ fl-Istrumenti”. |
|
(2) |
il-punt FCL.025 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
il-punt FCL.115 jinbidel b'dan li ġej: “FCL.115 LAPL — Kors ta' taħriġ
|
|
(4) |
fil-punt FCL.110.A, il-punti (b) u (c) jinbidlu b'dan li ġej:
|
|
(5) |
fil-punt FCL.110.H, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(6) |
fil-punt FCL.110.S, il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(7) |
fil-punt FCL.135.S, il-frażi introduttiva tinbidel b'dan li ġej: “Il-privileġġi ta' LAPL(S) għandhom jiġu estiżi għal TMG meta l-bdot ikun lesta, f'DTO jew f'ATO, minn tal-inqas:”; |
|
(8) |
fil-punt FCL.110.B, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(9) |
fil-punt FCL.135.B, il-frażi introduttiva tinbidel b'dan li ġej: “Il-privileġġi tal-LAPL(B) għandhom ikunu limitati għall-klassi tal-blalen tal-arja li fihom ikun sar it-test tal-ħiliet. Din il-limitazzjoni tista' titneħħa meta l-bdot ikun lesta fil-klassi l-oħra, f'DTO jew f'ATO, minn tal-inqas:” |
|
(10) |
il-punt FCL.210 jinbidel b'dan li ġej: “FCL.210 Kors ta' taħriġ
|
|
(11) |
fil-punt FCL.210.A, il-punti (b) u (c) jinbidlu b'dan li ġej:
|
|
(12) |
fil-punt FCL.210.H, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(13) |
fil-punt FCL.725, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(14) |
fil-punt FCL.740, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(15) |
fil-punt FCL.800(b)(2), il-frażi introduttiva tinbidel b'dan li ġej:
|
|
(16) |
il-punt FCL.805 huwa emendat kif ġej:
|
|
(17) |
il-punt FCL.810 huwa emendat kif ġej:
|
|
(18) |
fil-punt FCL.815, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(19) |
fil-punt FCL.830(b)(2), il-frażi introduttiva tinbidel b'dan li ġej:
|
|
(20) |
il-punt FCL.930 jinbidel b'dan li ġej: “FCL.930 Kors ta' taħriġ
|
|
(21) |
fil-punt FCL.910.FI(a), il-frażi introduttiva tinbidel b'dan li ġej:
|
|
(22) |
fil-punt FCL.1015, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(23) |
fil-punt FCL.1025(b), il-punt (2) jinbidel b'dan li ġej:
|
ANNESS II
L-Anness VI mar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 (il-Parti-ARA) huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
il-punt ARA.GEN.105 jitħassar; |
|
(2) |
fil-punt ARA.GEN.200, il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(3) |
il-punt ARA.GEN.220 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
fil-punt ARA.GEN.300(a), il-punt (2) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(5) |
fil-punt ARA.GEN.305, jiżdied il-punt (f) li ġej:
|
|
(6) |
fil-punt ARA.GEN.330, jiżdied il-punt (d) li ġej:
|
|
(7) |
il-punt ARA.GEN.350 huwa emendat kif ġej:
|
|
(8) |
is-Subparti DTO li ġejja tiżdied wara s-Subparti MED: “SUBPARTI DTO REKWIŻITI SPEĊIFIĊI MARBUTA MAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TAT-TAĦRIĠ IDDIKJARATI (DTOs) ARA.DTO.100 Dikjarazzjoni lill-awtorità kompetenti
ARA.DTO.105 Tibdil fid-dikjarazzjonijiet Malli tirċievi notifika dwar tibdil fl-informazzjoni li tinsab fid-dikjarazzjoni ta' DTO, l-awtorità kompetenti għandha taġixxi skont il-punt ARA.DTO.100. ARA.DTO.110 Verifika tal-konformità tal-programm ta' taħriġ
|
|
(9) |
jiżdied l-Appendiċi VIII li ġej: “Appendiċi VIII tal-Anness VI (il-Parti-ARA) Approvazzjoni tal-programm ta' taħriġ għal organizzazzjoni tat-taħriġ iddikjarata (DTO) L-Unjoni Ewropea (*1) L-awtorità kompetenti
|
|||||||||||||||||||||||||||||||
(*1) Il-kliem “Unjoni Ewropea” irid jitħassar għall-pajjiżi li mhumiex Stati Membri tal-UE.
(*2) Irid jiġi aġġustat kif ikun applikabbli.
ANNESS III
Fl-Anness VII mar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 (il-Parti-ORA), il-frażi introduttiva fil-punt ORA.ATO.120 tinbidel b'dan li ġej:
“Ir-rekords li ġejjin għandhom jinżammu matul il-kors u għal perjodu ta' tliet snin wara li jitlesta t-taħriġ:”.
ANNESS IV
“ANNESS VIII
REKWIŻITI GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET TAT-TAĦRIĠ IDDIKJARATI (DTOs)
[PARTI-DTO]
DTO.GEN.100 Ġenerali
Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10a(1), dan l-Anness (il-Part-DTO) jistabbilixxi r-rekwiżiti applikabbli għall-organizzazzjonijiet tat-taħriġ tal-bdoti li jipprovdu t-taħriġ imsemmi fil-punt DTO.GEN.110 abbażi ta' dikjarazzjoni li tkun saret skont il-punt DTO.GEN.115.
DTO.GEN.105 Awtorità kompetenti
Għall-għan ta' dan l-Anness (il-Part-DTO), l-awtorità kompetenti fir-rigward ta' DTO għandha tkun l-awtorità maħtura mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu d-DTO jkollha l-post prinċipali tan-negozju tagħha.
DTO.GEN.110 Ambitu tat-taħriġ
|
(a) |
DTO għandha tkun intitolata tipprovdi t-taħriġ li ġej, diment li d-DTO tkun ippreżentat dikjarazzjoni skont il-punt DTO.GEN.115:
|
|
(b) |
DTO għandha tkun intitolata tipprovdi wkoll il-korsijiet għall-eżaminaturi msemmija fil-punti FCL.1015(a) u FCL.1025(b)(2) tal-Anness I (il-Parti-FCL) għal FE(S), għal FIE(S), għal FE(B) u għal FIE(B), diment li d-DTO tkun ippreżentat dikjarazzjoni skont il-punt DTO.GEN.115 u l-awtorità kompetenti tkun approvat il-programm ta' taħriġ skont il-punt DTO.GEN.230(c). |
DTO.GEN.115 Dikjarazzjoni
|
(a) |
Qabel ma tipprovdi kwalunkwe taħriġ speċifikat fil-punt DTO.GEN.110, organizzazzjoni li tkun beħsiebha tipprovdi taħriġ bħal dan għandha tippreżenta dikjarazzjoni lill-awtorità kompetenti. Id-dikjarazzjoni għandu jkollha minn tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:
|
|
(b) |
Id-dikjarazzjoni, u kwalunkwe tibdil sussegwenti fiha, għandhom isiru billi tintuża l-formola li tinsab fl-Appendiċi 1. |
|
(c) |
Flimkien mad-dikjarazzjoni, DTO għandha tippreżenta lill-awtorità kompetenti l-programm jew il-programmi ta' taħriġ, li tuża jew li beħsiebha tuża biex tipprovdi t-taħriġ, kif ukoll l-applikazzjoni tagħha għal approvazzjoni tal-programm jew tal-programmi ta' taħriġ meta approvazzjoni bħal din tkun meħtieġa skont il-punt DTO.GEN.230(c). |
|
(d) |
B'deroga mill-punt (c), organizzazzjoni li jkollha approvazzjoni maħruġa skont is-Subparti ATO tal-Anness VII (il-Parti-ORA) tista', flimkien mad-dikjarazzjoni, tippreżenta biss ir-referenza għall-manwal jew għall-manwali tat-taħriġ li diġà jkun(u) approvat(i). |
DTO.GEN.116 Notifika ta' tibdil u ta' waqfien tal-attivitajiet tat-taħriġ
DTO għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien bla bżonn b'dan li ġej:
|
(a) |
kwalunkwe tibdil fir-rigward tal-informazzjoni li tinsab fid-dikjarazzjoni speċifikata fil-punt DTO.GEN.115(a) u fir-rigward tal-programm jew tal-programmi ta' taħriġ jew tal-manwal jew tal-manwali tat-taħriġ approvat(i) fil-punti DTO.GEN.115(c) u (d) rispettivament; |
|
(b) |
il-waqfien ta' xi attivitajiet tat-taħriġ jew tal-attivitajiet kollha tat-taħriġ koperti bid-dikjarazzjoni. |
DTO.GEN.135 Terminazzjoni tal-intitolament tal-provvista ta' taħriġ
DTO ma għandhiex tibqa' tkun intitolata tipprovdi xi taħriġ jew it-taħriġ kollu speċifikat fid-dikjarazzjoni tagħha abbażi ta' dik id-dikjarazzjoni, meta jseħħ wieħed mill-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
id-DTO tkun innotifikat lill-awtorità kompetenti bil-waqfien ta' xi attivitajiet jew tal-attivitajiet kollha tat-taħriġ koperti bid-dikjarazzjoni skont il-punt DTO.GEN.116(b); |
|
(b) |
id-DTO ma tkunx ipprovdiet it-taħriġ għal iktar minn 36 xahar wara xulxin. |
DTO.GEN.140 Aċċess
Bl-għan li jiġi stabbilit jekk DTO hijiex qed taġixxi f'konformità mad-dikjarazzjoni tagħha, id-DTO għandha tagħti aċċess fi kwalunkwe ħin lil kwalunkwe faċilità, inġenju tal-ajru, dokument, rekord, dejta, proċedura jew lil kwalunkwe materjal ieħor li jkun rilevanti għall-attivitajiet tat-taħriġ tagħha koperti bid-dikjarazzjoni, lil kwalunkwe persuna awtorizzata mill-awtorità kompetenti.
DTO.GEN.150 Sejbiet
Wara li l-awtorità kompetenti tkun ikkomunikat sejba lil DTO skont il-punt ARA.GEN.350(da)(1), id-DTO għandha tieħu l-passi li ġejjin fil-perjodu ta' żmien stabbilit mill-awtorità kompetenti:
|
(a) |
tidentifika l-kawża ewlenija tan-nuqqas ta' konformità; |
|
(b) |
tieħu l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex jintemm in-nuqqas ta' konformità u, meta jkun rilevanti, ikun hemm rimedju għall-konsegwenzi tiegħu; |
|
(c) |
tinforma lill-awtorità kompetenti dwar l-azzjoni korrettiva li tkun ħadet. |
DTO.GEN.155 Reazzjoni għal problema ta' sikurezza
Bħala reazzjoni għal problema ta' sikurezza, DTO għandha timplimenta:
|
(a) |
il-miżuri ta' sikurezza li l-awtorità kompetenti awtorizzat skont il-punt ARA.GEN.135(c); |
|
(b) |
l-informazzjoni obbligatorja rilevanti dwar is-sikurezza maħruġa mill-Aġenzija, inklużi d-direttivi dwar l-ajrunavigabbiltà. |
DTO.GEN.210 Rekwiżiti tal-persunal
|
(a) |
DTO għandha taħtar:
|
|
(b) |
DTO tista' taħtar persuna waħda bħala r-rappreżentant tagħha u l-kap tat-taħriġ tagħha. |
|
(c) |
DTO ma għandhiex taħtar persuna bħala rappreżentant tagħha jew bħala l-kap tat-taħriġ tagħha jekk hemm indikazzjonijiet oġġettivi li din ma tistax tiġi fdata biex twettaq il-kompiti elenkati fil-punt (a) b'mod li jissalvagwardja u jmexxi 'l quddiem is-sikurezza tal-avjazzjoni. Il-fatt li persuna tkun ġiet soġġetta għal miżura ta' infurzar meħuda skont il-punt ARA.GEN.355 fl-aħħar tliet snin għandu jitqies li jikkostitwixxi indikazzjoni oġġettiva, sakemm dik il-persuna ma tkunx tista' turi li s-sejba li wasslet għal dik il-miżura, minħabba n-natura, l-iskala jew l-impatt tagħha fuq is-sikurezza tal-avjazzjoni, ma tagħtix lok li tindika li ma tistax tiġi fdata biex twettaq dawk il-kompiti b'dak il-mod. |
|
(d) |
DTO għandha tiżgura li l-għalliema tal-għarfien teoriku tagħha jkollhom waħda mill-kwalifiki li ġejjin:
|
|
(e) |
L-għalliema tat-titjir u l-għalliema tat-taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir għandu jkollhom il-kwalifiki meħtieġa skont l-Anness I (il-Parti-FCL) għat-tip ta' taħriġ li jkunu qed jipprovdu. |
DTO.GEN.215 Rekwiżiti tal-faċilitajiet
DTO għandha jkollha faċilitajiet fis-seħħ li jippermettu t-twettiq u l-ġestjoni tal-attivitajiet kollha tagħha skont ir-rekwiżiti essenzjali tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u skont ir-rekwiżiti ta' dan l-Anness (il-Parti-DTO).
DTO.GEN.220 Żamma tar-rekords
|
(a) |
DTO għandha żżomm ir-rekords li ġejjin għal kull student individwali matul il-kors tat-taħriġ u għal tliet snin wara li titlesta l-aħħar sessjoni tat-taħriġ:
|
|
(b) |
DTO għandha żżomm ir-rapport dwar l-analiżi interna annwali u r-rapport annwali tal-attività msemmija fil-punti DTO.GEN.270(a) u (b) rispettivament għal tliet snin mid-data li fiha d-DTO stabbiliet dawk ir-rapporti. |
|
(c) |
DTO għandha żżomm il-programm ta' taħriġ tagħha għal tliet snin mid-data li fiha pprovdiet l-aħħar kors tat-taħriġ skont dak il-programm. |
|
(d) |
DTO għandha, f'konformità mal-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta personali, taħżen ir-rekords imsemmija fil-punt (a), b'mod li jiżgura l-protezzjoni b'għodod u bi protokolli xierqa, u tieħu l-miżuri meħtieġa biex tirrestrinġi l-aċċess għal dawk ir-rekords lil persuni li jkunu awtorizzati debitament biex ikollhom aċċess għalihom. |
DTO.GEN.230 Programm ta' taħriġ ta' DTO
|
(a) |
DTO għandha tistabbilixxi programm ta' taħriġ għal kull taħriġ speċifikat fil-punt DTO.GEN.110 li tipprovdi d-DTO. |
|
(b) |
Il-programmi ta' taħriġ għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Anness I (il-Parti-FCL). |
|
(c) |
DTO għandha tkun intitolata tipprovdi t-taħriġ imsemmi fil-punt DTO.GEN.110(b) biss meta l-programm ta' taħriġ tagħha għal dak it-taħriġ, u kwalunkwe tibdil fih, ikunu nħarġu mill-awtorità kompetenti, wara applikazzjoni mid-DTO, b'approvazzjoni li tikkonferma li l-programm ta' taħriġ u kwalunkwe tibdil jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Anness I (il-Parti-FCL), skont il-punt ARA.DTO.110. DTO għandha tapplika għal approvazzjoni bħal din permezz tal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tagħha skont il-punt DTO.GEN.115. |
|
(d) |
Il-punt (c) ma għandux japplika għal organizzazzjoni li jkollha wkoll approvazzjoni maħruġa f'konformità mas-Subparti ATO tal-Anness VII (il-Parti-ORA) li tinkludi privileġġi għal dak it-taħriġ. |
DTO.GEN.240 Inġenji tal-ajru għat-taħriġ u FSTDs
|
(a) |
DTO għandha tuża flotta adegwata ta' inġenji tal-ajru għat-taħriġ jew ta' FSTDs li tkun xierqa għat-taħriġ li tkun qed tipprovdi. |
|
(b) |
DTO għandha tistabbilixxi lista tal-inġenji kollha tal-ajru, u żżommha aġġornata, inkluż tal-marki tar-reġistrazzjoni tagħhom, li jintużaw għat-taħriġ li tkun qed tipprovdi. |
DTO.GEN.250 Ajrudromi u siti operattivi
|
(a) |
Meta tipprovdi taħriġ fit-titjir fuq inġenju tal-ajru, DTO għandha tuża biss ajrudromi jew siti operattivi li jkollhom il-faċilitajiet u l-karatteristiki xierqa li jippermettu t-taħriġ tal-manuvri rilevanti, filwaqt li tikkunsidra t-taħriġ ipprovdut u l-kategorija u t-tip ta' inġenji tal-ajru li jintużaw. |
|
(b) |
Meta DTO tuża iktar minn ajrudrom wieħed biex tipprovdi kwalunkwe taħriġ speċifikat fil-punti DTO.GEN.110(a)(1) u (2), din għandha:
|
DTO.GEN.260 Tagħlim tal-għarfien teoriku
|
(a) |
Meta tipprovdi tagħlim tal-għarfien teoriku, DTO tista' tuża tagħlim fil-post jew tagħlim mill-bogħod. |
|
(b) |
DTO għandha twettaq monitoraġġ u żżomm rekord tal-progress ta' kull student li jattendi għal tagħlim tal-għarfien teoriku. |
DTO.GEN.270 Analiżi interna annwali u rapport annwali tal-attività
DTO għandha tieħu l-passi li ġejjin:
|
(a) |
twettaq analiżi interna annwali dwar il-kompiti u r-responsabbiltajiet speċifikati fil-punt DTO.GEN.210 u tistabbilixxi rapport dwar dik l-analiżi; |
|
(b) |
tistabbilixxi rapport annwali tal-attività; |
|
(c) |
tippreżenta r-rapport dwar l-analiżi interna annwali u r-rapport annwali tal-attività lill-awtorità kompetenti sad-data stabbilita mill-awtorità kompetenti. |
L-Appendiċi 1 tal-Anness VIII (il-Part-DTO)
|
DIKJARAZZJONI skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 |
|
|
☐ Id-dikjarazzjoni inizjali ☐ In-notifika ta' tibdil (1) — in-numru ta' referenza tad-DTO: |
|
|
1. |
L-organizzazzjoni tat-taħriġ iddikjarata (DTO) Isem: |
|
2. |
Il-post(ijiet) tan-negozju Id-dettalji ta' kuntatt (l-indirizz, it-telefown, l-email) tal-post prinċipali tan-negozju tad-DTO: |
|
3. |
Il-persunal L-isem u d-dettalji ta' kuntatt (l-indirizz, it-telefown, l-email) tar-rappreżentant tad-DTO: L-isem u d-dettalji ta' kuntatt (l-indirizz, it-telefown, l-email) tal-kap tat-taħriġ tad-DTO u, jekk ikun applikabbli, tal-viċi kap(ijiet) tat-taħriġ: |
|
4. |
L-ambitu tat-taħriġ Lista tat-taħriġ kollu pprovdut: Lista tal-programmi kollha ta' taħriġ li ntużaw biex jiġi pprovdut it-taħriġ (id-dokumenti jridu jiġu mehmuża ma' din id-dikjarazzjoni) jew, fil-każ imsemmi fil-punt DTO.GEN.230(d) tal-Anness VIII (il-Parti-DTO) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, ir-referenza għall-manwali kollha tat-taħriġ li ġew approvati u li ntużaw biex jiġi pprovdut it-taħriġ: |
|
5. |
L-inġenji tal-ajru għat-taħriġ u l-FSTDs Lista tal-inġenji tal-ajru li ntużaw għat-taħriġ: Lista ta' FSTDs ikkwalifikati li ntużaw għat-taħriġ (jekk ikun applikabbli, inkluż il-kodiċi bl-ittri kif indikat fuq iċ-ċertifikat tal-kwalifika): |
|
6. |
L-ajrudrom(i) u s-sit(i) operattiv(i) Id-dettalji ta' kuntatt (l-indirizz, it-telefown, l-email) tal-ajrudromi u tas-siti operattivi kollha li ntużaw mid-DTO biex jiġi pprovdut it-taħriġ: |
|
7. |
Id-data prevista għall-bidu tat-taħriġ: |
|
8. |
L-applikazzjoni għal approvazzjoni ta' korsijiet ta' standardizzazzjoni għall-eżaminaturi u ta' seminars ta' aġġornament (jekk ikun applikabbli) ☐ B'din l-applikazzjoni d-DTO tapplika għal approvazzjoni tal-programm(i) ta' taħriġ imsemmi(ja) hawn fuq għal korsijiet għall-eżaminaturi għal gliders jew għal blalen tal-arja skont il-punti DTO.GEN.110(b) u DTO.GEN.230(c) tal-Anness VIII (il-Parti-DTO) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011. |
|
9. |
L-istqarrijiet Id-DTO żviluppat politika ta' sikurezza skont l-Anness VIII (il-Parti-DTO) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, u b'mod partikolari skont il-punt DTO.GEN.210(a)(1)(ii) tiegħu, u se tapplika dik il-politika waqt l-attivitajiet kollha tat-taħriġ koperti bid-dikjarazzjoni. Id-DTO tikkonforma u, matul l-attivitajiet kollha tat-taħriġ koperti bid-dikjarazzjoni, se tkompli tikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-rekwiżiti tal-Anness I (il-Parti-FCL) u tal-Anness VIII (il-Parti-DTO) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011. Nikkonfermaw li l-informazzjoni kollha li tinsab f'din id-dikjarazzjoni, inklużi l-annessi tagħha (jekk huwa applikabbli), hija kompluta u korretta. L-isem, id-data u l-firma tar-rappreżentant tad-DTO L-isem, id-data u l-firma tal-kap tat-taħriġ tad-DTO |
(1) Fil-każ ta' tibdil, jeħtieġ li jimtlew biss il-punt 1 u dawk l-oqsma li fihom it-tibdil.
|
13.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 204/31 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1120
tal-10 ta' Awwissu 2018
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 fir-rigward tal-lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' kunsinni ta' ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti li fihom il-kolostru
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi ta' introduzzjoni tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt (1) u l-punt (4) tal-Artikolu 8 u l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 (3) jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll ir-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti li fihom il-kolostru u l-lista ta' pajjiżi terzi li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' dawn il-kunsinni. |
|
(2) |
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom li huma awtorizzati jintroduċu fl-Unjoni kunsinni ta' ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti li fihom il-kolostru u jindika t-tip ta' trattament meħtieġ għal dawn il-komoditajiet. |
|
(3) |
Il-Bożnija-Ħerzegovina hija diġà elenkata fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 u hija awtorizzata tesporta lejn l-Unjoni l-ħalib u l-prodotti tal-ħalib li jkunu għaddew mit-trattament “C”. |
|
(4) |
Il-Bożnija-Ħerzegovina għamlet talba lill-Kummissjoni għal awtorizzazzjoni biex tesporta ħalib, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti bbażati fuq il-kolostru lejn l-Unjoni, li jkunu għaddew minn trattament inqas strett. Mill-perspettiva tas-saħħa tal-annimali, il-Bożnija-Ħerzegovina hija pajjiż terz elenkat mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali bħala li huwa ħieles mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer (FMD) mingħajr ma għandu rekwiżit ta' politika ta' vaċċini u għalhekk jissodisfa r-rekwiżiti ta' importazzjoni tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni wettqet kontrolli veterinarji fil-Bożnija-Ħerzegovina. Ir-riżultati tat-tali kontrolli wrew ċerti nuqqasijiet, b'mod partikolari fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' saħħa pubblika fl-istabbilimenti. L-awtoritajiet kompetenti fil-Bożnija-Ħerzegovina jinsabu fil-proċess li jindirizzaw tali nuqqasijiet. |
|
(6) |
Madankollu, abbażi tas-sitwazzjoni favorevoli tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bożnija-Ħerzegovina, huwa xieraq li l-Bożnija-Ħerzegovina jiżdied mal-Kolonna A tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010. Jenħtieġ li din iż-żieda mal-lista tal-Anness I tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi li jirriżultaw minn dispożizzjonijiet oħra tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni, u t-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali, b'mod partikolari dawk li huma relatati mal-elenkar tal-istabbilimenti skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 854/2004. |
|
(7) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 605/2010 jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fit-tabella stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010, l-entrata għall-Bożnija-Ħerzegovina hija sostitwita b'dan li ġej:
|
“BA |
Il-Bożnija-Ħerzegovina |
+ |
+ |
+” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Awwissu 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(2) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 tat-2 ta' Lulju 2010 li jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti li fihom il-kolostru maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 175, 10.7.2010, p. 1).
|
13.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 204/33 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1121
tal-10 ta' Awwissu 2018
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1518 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1518 tal-14 ta' Settembru 2015 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(6) tiegħu,
Billi:
A. MIŻURI FIS-SEĦĦ
|
(1) |
Bir-Regolament (KE) Nru 599/2009 tas-7 ta' Lulju 2009 (3), il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerka. |
|
(2) |
Fl-investigazzjoni oriġinali, ippreżenta ruħu għadd kbir ta' produtturi esportaturi mill-Istati Uniti tal-Amerka. B'hekk, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' produtturi esportaturi Amerikani għall-investigazzjoni. |
|
(3) |
Il-Kunsill impona rati ta' dazju individwali fuq il-bijodiżil li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerka li jvarja minn EUR 0 sa EUR 198 għal kull tunnellata netta fuq il-kumpaniji fil-kampjun, u dazju medju ponderat ta' EUR 115,6 għal kull tunnellata netta fuq kumpaniji oħrajn li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun. Barra minn hekk, rata ta' dazju ta' EUR 172,2 għal kull tunnellata netta kienet imposta fuq l-importazzjonijiet ta' bijodiżil mill-kumpaniji Amerikani l-oħrajn. |
|
(4) |
Wara reviżjoni tal-iskadenza bbażata fuq l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, il-miżuri oriġinali ttawlu għal ħames snin mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1518. |
|
(5) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1598 (4) li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1518 biex jinkludi l-Artikolu 1(6) li jippermetti lill-produtturi esportaturi jitolbu trattament ġdid ta' produttur esportatur. |
|
(6) |
L-Artikolu 1(6) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1518 jgħid li l-Kummissjoni tista' temenda l-Anness I, sabiex tattribwixxi d-dazju applikabbli għall-produtturi li jikkooperaw mhux inklużi fil-kampjun, jiġifieri EUR 115,6 it-tunnellata netta, meta kwalunkwe parti mill-Istati Uniti tal-Amerika tipprovdi biżżejjed provi lill-Kummissjoni li:
|
B. TALBIET GĦAL TRATTAMENT TA' PRODUTTUR ESPORTATUR ĠDID
|
(7) |
Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1518, kumpanija Amerikana, Organic Technologies (“l-applikant”), sostniet li ssodisfat it-tliet kriterji stabbiliti fil-premessa (6) u li jenħtieġ li tingħata trattament ta' produttur esportatur ġdid L-applikant ipprovda informazzjoni u evidenza ta' sostenn bi tweġiba għal kwestjonarju mill-Kummissjoni. Wara analiżi inizjali tat-tweġiba għall-kwestjonarju, il-Kummissjoni bagħtet ittra lill-applikant biex titlob iktar informazzjoni. L-applikant wieġeb. |
|
(8) |
Għall-kriterju (a), l-applikant sostna li kien jeżisti waqt il-perjodu ta' investigazzjoni oriġinali. Huwa sostna wkoll li beda jipproduċi l-bijodiżil fl-2009, jiġifieri wara l-perjodu ta' investigazzjoni oriġinali. Il-Kummissjoni vverifikat il-kotba tal-bejgħ ipprovduti mill-applikant. L-applikant wera li l-kumpanija bdiet il-produzzjoni tal-bijodiżil fl-2009 u l-ewwel bejgħ barra l-Istati Uniti tal-Amerka ma seħħx qabel l-2016. Għalhekk, il-Kummissjoni aċċettat li l-applikant ma esportax bijodiżil lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali. B'hekk, l-applikant huwa konformi mal-kriterju (a). |
|
(9) |
Fir-rigward tal-kriterju (b), jiġifieri li l-applikant ma jkun relatat ma' ebda esportatur jew produttur li jkun soġġett għal miżuri antidumping imposti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1518, il-Kummissjoni stabbiliet, fuq il-bażi tad-dokumenti mibgħuta mill-applikant, li l-applikant ma għandu l-ebda kumpanija relatata soġġetta għall-miżuri. Għalhekk, l-applikant huwa konformi mal-kriterju (b). |
|
(10) |
Fir-rigward tal-kriterju (c), il-Kummissjoni stabbiliet ukoll li l-applikant kien daħal f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli biex jesporta kwantità sinifikanti tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni fl-2018. F'dak ir-rigward, l-applikant ipprovda kuntratt ta' bejgħ għall-konsenja tal-prodott ikkonċernat fl-2018, li kien jissodisfa dan il-kriterju. Għalhekk, l-applikant huwa konformi mal-kriterju (c). |
|
(11) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-applikant jissodisfa t-tliet kriterji biex jitqies produttur esportatur ġdid. Għalhekk, jenħtieġ li isimha jiżdied mal-lista ta' kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1518. |
|
(12) |
Għalhekk, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1518 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(13) |
Il-Kummissjoni infurmat lill-applikant u lill-industrija tal-Unjoni bis-sejbiet tagħha u tatu l-opportunità jikkummenta. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment. |
|
(14) |
Dan ir-Regolament huwa skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1518 il-kumpanija li ġejja għandha tiżdied mal-lista ta' produtturi esportaturi mill-Istati Uniti tal-Amerka:
|
Isem il-kumpanija |
Belt |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
“Organic Technologies |
Coshocton (Ohio) |
C482 ” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Awwissu 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1518 tal-14 ta' Settembru 2015 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 239, 15.9.2015, p. 69).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 599/2009 tas-7 ta' Lulju 2009 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 179, 10.7.2009, p. 26).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1598 tat-22 ta' Settembru 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1518 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 245, 23.9.2017, p. 1)
|
13.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 204/36 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1122
tal-10 ta' Awwissu 2018
li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-melħ tad-disodju tal-pirrolokinolina kinon bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li l-ikel ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni biss jista' jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ġie adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2), li jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' ikel ġdid awtorizzat. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2015/2283, il-Kummissjoni trid tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni u dwar it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta' ikel ġdid u dwar l-aġġornament tal-lista tal-Unjoni. |
|
(4) |
Fis-6 ta' Diċembru 2012, il-kumpanija Mitsubishi Gas Chemical Company, Inc. (“l-Applikant”) għamlet talba lill-awtorità kompetenti tal-Irlanda biex tqiegħed fis-suq il-melħ tad-disodju tal-pirrolokinolina kinon prodott mill-batterju Hyphomicrobium denitrificans, bħala ingredjent tal-ikel ġdid fit-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). L-applikazzjoni titlob biex il-melħ tad-disodju tal-pirrolokinolina kinon jintuża fis-supplimenti tal-ikel għall-popolazzjoni ġenerali adulta, minbarra nisa' tqal u li qegħdin ireddgħu. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283, kwalunkwe talba għat-tqegħid fis-suq ta' ikel ġdid fi ħdan l-Unjoni ppreżentata lil Stat Membru skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 258/97 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti ġodda tal-ikel, u li għaliha ma tkunx ittieħdet deċiżjoni finali qabel l-1 ta' Jannar 2018, għandha tiġi trattata bħala applikazzjoni ppreżentata skont ir-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(6) |
Filwaqt li ġiet ippreżentata lil Stat Membru talba għat-tqegħid fis-suq tal-melħ tad-disodju tal-pirrolokinolina kinon bħala ikel ġdid fl-Unjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 258/97, l-applikazzjoni tissodisfa wkoll ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(7) |
Fit-8 ta' Lulju 2016, l-awtorità kompetenti tal-Irlanda ħarġet ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali tagħha. F'dak ir-rapport, waslet għall-konklużjoni li hija meħtieġa valutazzjoni addizzjonali għall-melħ tad-disodju tal-pirrolokinolina kinon fir-rigward tas-sikurezza tiegħu wara konsum fit-tul fil-livelli proposti tal-applikazzjoni, skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 258/97. |
|
(8) |
Fit-2 ta' Awwissu 2016, il-Kummissjoni għaddiet ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali lill-Istati Membri l-oħra. L-Istati Membri qablu mar-rapport ta' valutazzjoni inizjali tal-Irlanda fi żmien il-perjodu ta' 60 jum stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97. |
|
(9) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet tar-rapport ta' valutazzjoni inizjali maħruġa mill-Irlanda, li l-Istati Membri l-oħra qablu miegħu, fit-13 ta' Ottubru 2016, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“L-Awtorità”) u talbitha tagħmel valutazzjoni oħra għall-melħ tad-disodju tal-pirrolokinolina kinon bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97. |
|
(10) |
Fl-24 ta' Ottubru 2017, l-Awtorità adottat parir xjentifiku dwar is-sikurezza tal-melħ tad-disodju tal-pirrolokinolina kinon bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 (“Scientific Opinion on the safety of pyrroloquinoline quinone disodium salt as a novel food pursuant to Regulation (KE) Nru 258/97”) (4). Din l-opinjoni, għalkemm elaborata u adottata mill-Awtorità skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97, hija f'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(11) |
Dik l-opinjoni tagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-melħ tad-disodju tal-pirrolokinolina kinon fl-użi u fil-livelli tal-użu proposti meta jintuża bħala ingredjent fis-supplimenti tal-ikel, jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(12) |
Fl-24 ta' Jannar 2018, l-Applikant għamel talba lill-Kummissjoni għall-protezzjoni tad-data riżervata għal għadd ta' studji ppreżentati b'appoġġ tal-applikazzjoni, jiġifieri, studju tat-test tal-mutazzjoni invertita batterjali (5), studju tat-test in vitro ta' aberrazzjoni kromożomika fil-limfoċiti tad-demm fil-bniedem (6), studju tat-test in vitro ta' aberrazzjoni kromożomika fil-fibroblasti tal-pulmun tal-ħamster Ċiniż (7), studju tat-test mikronukleu in vivo (8), studju ta' 14-il jum u studju ta' 90 jum dwar it-tossiċità orali (9), u studju ta' 28 jum dwar it-tossiċità fil-kliewi (10). |
|
(13) |
Fit-18 ta' Frar 2018, l-Awtorità qieset (11) li waqt li kienet qed telabora l-opinjoni tagħha dwar il-melħ tad-disodju tal-pirrolokinolina kinon bħala ikel ġdid, id-data mit-test tal-mutazzjoni invertita batterjali u mill-istudju tat-test mikronukleu in vivo serviet bħala bażi biex itaffu t-tħassib fir-rigward tal-ġenotossicità potenzjali tal-melħ tad-disodju tal-pirrolokinolina kinon, u l-istudju ta' 14-il jum dwar it-tossiċità orali, l-istudju ta' 28 jum dwar it-tossiċità fil-kliewi, u l-istudju ta' 90 jum dwar it-tossiċità orali servew bħala bażi biex jiġi vvalutat il-profil tat-tossiċità tal-melħ tad-disodju tal-pirrolokinolina kinon u biex jiġi stabbilit il-Livell Bla Effett Ħażin Osservat (NOAEL) relatat. Għalhekk, huwa meqjus li l-konklużjonijiet dwar is-sikurezza tal-melħ tad-disodju tal-pirrolokinolina kinon, ma setgħux jintlaħqu mingħajr id-data mir-rapporti mhux ippubblikati ta' dawn l-istudji. |
|
(14) |
Wara li rċeviet l-opinjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni talbet lill-Applikant sabiex jiċċara aktar il-ġustifikazzjoni mogħtija fir-rigward tal-pretensjoni proprjetarja tiegħu fuq ir-rapporti tal-istudji, li ma ġewx ippubblikati fiż-żmien li saret l-applikazzjoni, u biex jiċċara l-pretensjoni tiegħu għal dritt esklussiv ta' referenza għal dawk l-istudji, kif imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(15) |
L-applikant iddikjara wkoll li, fil-mument meta ġiet ippreżentata l-applikazzjoni, huwa kellu d-drittijiet proprjetarji u d-drittijiet esklużivi ta' referenza għall-istudji skont il-liġi nazzjonali u li għalhekk il-partijiet terzi ma setgħux jaċċessaw jew jużaw dawk l-istudji b'mod legali. Il-Kummissjoni vvalutat l-informazzjoni kollha pprovduta mill-applikant u kkunsidrat li l-applikant issostanzja biżżejjed it-twettiq tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(16) |
Għaldaqstant, kif previst fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283, l-istudji tat-test ta' mutazzjoni invertita batterjali u tat-test mikronukleu in vivo, l-istudju ta' 14-il jum dwar it-tossiċità orali, l-istudju ta' 28 jum dwar it-tossiċità fil-kliewi, u l-istudju ta' 90 jum dwar it-tossiċità orali li jinsabu fil-fajl tal-Applikant jenħtieġ li ma jintużawx mill-Awtorità għall-benefiċċju ta' applikant sussegwenti għal perjodu ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Bħala konsegwenza ta' dan, it-tqegħid fis-suq fl-Unjoni tal-ikel ġdid awtorizzat minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun ristrett għall-Applikant għal perjodu ta' ħames snin. |
|
(17) |
Madankollu, ir-restrizzjoni tal-awtorizzazzjoni ta' dan l-ikel ġdid u tar-referenza għall-istudji li jinsabu fil-fajl tal-Applikant għall-użu esklussiv tal-Applikant ma twaqqafx lil applikanti oħrajn milli japplikaw għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-istess ikel ġdid sakemm l-applikazzjoni tagħhom tkun ibbażata fuq tagħrif miksub legalment li jappoġġa l-awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament. |
|
(18) |
B'kont meħud tal-użu maħsub fis-supplimenti tal-ikel għall-popolazzjoni ġenerali adulta, u l-fatt li t-talba għall-awtorizzazzjoni teskludi nisa tqal u li qegħdin ireddgħu, is-supplimenti tal-ikel li fihom il-melħ tad-disodju tal-pirrolokinolina kinon jenħtieġ li jkunu tikkettati b'mod xieraq. |
|
(19) |
Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) tistabbilixxi rekwiżiti dwar is-supplimenti tal-ikel. L-użu tal-melħ tad-disodju tal-pirrolokinolina kinon jenħtieġ li jkun awtorizzat mingħajr preġudizzju għal dik id-Direttiva. |
|
(20) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-melħ tad-disodju tal-pirrolokinolina kinon, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandu jiddaħħal fil-lista tal-Unjoni ta' ikel ġdid awtorizzat, kif stabbilit fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470.
2. Għal perjodu ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament huwa biss l-applikant inizjali:
|
|
Kumpanija: Mitsubishi Gas Chemical Company, Inc. |
|
|
Indirizz: Mitsubishi Building 5-2 Marunouchi 2-chome, Chiyoda-ku, Tokyo 100-8324, Il-Ġappun; |
li huwa awtorizzat li jqiegħed fis-suq fl-Unjoni l-ikel ġdid imsemmi fil-paragrafu 1, sakemm applikant sussegwenti ma jiksibx awtorizzazzjoni għall-istess ikel ġdid mingħajr referenza għad-data protetta skont l-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament jew bi qbil ma' Mitsubishi Gas Chemical Company, Inc.
3. L-entrata fil-lista tal-Unjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tinkludi l-kundizzjonijiet għall-użu u r-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
4. L-awtorizzazzjoni prevista f'dan l-Artikolu għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/46/KE.
Artikolu 2
L-istudji li hemm fil-fajl tal-applikazzjoni li abbażi tagħhom l-ikel ġdid imsemmi fl-Artikolu 1 ġie vvalutat mill-Awtorità, ġew iddikjarati mill-applikant bħala proprjetarju u li mingħajrhom l-protezzjoni tad-data ma setgħetx tiġi awtorizzata, ma għandhomx jintużaw għall-benefiċċju ta' applikant sussegwenti għal perjodu ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament mingħajr il-qbil ta' Mitsubishi Gas Chemical Company, Inc.
Artikolu 3
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Awwissu 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti ġodda tal-ikel (ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1).
(4) EFSA Journal 2017; 15(11):5058.
(5) Mitsubishi Gas Chemical Company Inc., 2005b (rapport mhux ippubblikat).
(6) Mitsubishi Gas Chemical Company Inc., 2008b (rapport mhux ippubblikat).
(7) Mitsubishi Gas Chemical Company Inc., 2006d (rapport mhux ippubblikat).
(8) Mitsubishi Gas Chemical Company Inc., 2006c (rapport mhux ippubblikat).
(9) Mitsubishi Gas Chemical Company Inc., 2005a (rapport mhux ippubblikat).
(10) Mitsubishi Gas Chemical Company Inc., 2006b (rapport mhux ippubblikat).
(11) Il-Bord Xjentifiku tal-EFSA dwar Prodotti Djetetiċi, Nutriment u Allerġiji, il-Minuti tat-83 Laqgħa Plenarja li saret fis-7 u t-8 ta' Frar 2018 li ġew approvati fit-18 ta' Frar 2018.
(12) Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51).
ANNESS
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-aħħar kolonna li ġejja tiżdied fit-Tabella 1 (L-ikel il-ġdid awtorizzat): “Protezzjoni tad-Data ” |
|
(2) |
Tiddaħħal l-entrata li ġejja fit-Tabella 1 (L-ikel il-ġdid awtorizzat) f'ordni alfabetiku:
|
||||||||||||||
|
(3) |
Tiddaħħal l-entrata li ġejja fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet) f'ordni alfabetiku:
|
|
13.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 204/41 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1123
tal-10 ta' Awwissu 2018
li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-klorur tal-1-metilnikotinammid bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li l-ikel ġdid aworizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni biss jista' jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ġie adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2), li jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' ikel ġdid awtorizzat. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2015/2283, il-Kummissjoni trid tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni u dwar it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta' ikel ġdid u dwar l-aġġornament tal-lista tal-Unjoni. |
|
(4) |
Fit-18 ta' Settembru 2013, il-kumpanija Pharmena S.A. (“l-Applikant”) għamlet talba lill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit biex tqiegħed fis-suq tal-Unjoni l-klorur tal-1-metilnikotinammid, bħala ingredjent ġdid fi ħdan it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). L-applikazzjoni titlob biex il-klorur tal-1-metilnikotinammid jintuża fis-supplimenti tal-ikel għall-popolazzjoni ġenerali adulta, minbarra n-nisa tqal u li qegħdin ireddgħu. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283, kwalunkwe talba għat-tqegħid fis-suq ta' ikel ġdid f l-Unjoni ppreżentata lil Stat Membru skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 258/97, u li għaliha ma tteħditx deċiżjoni finali qabel l-1 ta' Jannar 2018, għandha tiġi trattata bħala applikazzjoni ppreżentata skont ir-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(6) |
Filwaqt li t-talba għat-tqegħid fis-suq fl-Unjoni tal-klorur tal-1-metilnikotinammid bħala ingredjent ġdid tal-ikel ġiet ippreżentata skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 258/97, l-applikazzjoni tissodisfa wkoll ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(7) |
Fis-26 ta' Novembru 2015, l-awtorità kompetenti tar-Renju Unit ħarġet ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali tagħha. F'dak ir-rapport waslet għall-konklużjoni li l-klorur tal-1-metilnikotinammid jissodisfa l-kriterji għall-ingredjent tal-ikel ġdid kif stabbilit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97. |
|
(8) |
Fil-11 ta' Diċembru 2015, il-Kummissjoni għaddiet ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali lill-Istati Membri l-oħra. Tqajmu oġġezzjonijiet motivati minn xi Stati Membri oħra fi żmien il-perjodu ta' 60 jum stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 fir-rigward tas-sikurezza u t-tolleranza tal-klorur tal-1-metilnikotinammid, u b'mod partikolari dwar l-effetti fuq is-saħħa tal-konsumatur tat-teħid fit-tul tal-1-MNA, speċjalment meta jitqies it-teħid tan-niaċina fid-dieta, inklużi s-supplimenti tal-ikel. |
|
(9) |
Fid-dawl tal-oġġezzjonijiet li tqajmu mill-Istati Membri l-oħra, fil-11 ta' Awwissu 2016, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) u talbitha tagħmel valutazzjoni oħra għall-klorur tal-1-metilnikotinammid, bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97. |
|
(10) |
Fl-20 ta' Settembru 2017, l-Awtorità adottat opinjoni xjentifika dwar is-sikurezza tal-klorur tal-1-metilnikotinammid bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 (“Scientific Opinion on the safety of 1-methylnicotinamide chloride as a novel food pursuant to Regulation (KE) Nru 258/97”) (4). Din l-opinjoni, anki jekk ġiet elaborata u adottata mill-EFSA skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97, hija konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(11) |
Dik l-opinjoni tagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-klorur tal-1-metilnikotinammid fl-użi u fil-livelli tal-użu proposti meta użat bħala ingredjent fis-supplimenti tal-ikel, jikkonforma mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(12) |
Fil-25 ta' Jannar 2018, l-Applikant għamel talba lill-Kummissjoni għall-protezzjoni tad-data riżervata għal għadd ta' studji ppreżentati b'appoġġ tal-applikazzjoni, jiġifieri, il-metodi ta' analiżi (5), studju dwar it-tossiċità tal-annimali u l-farmakokinetika (6), studju dwar il-farmakokinetika fil-bniedem (7), studju ta' test tal-mikronukleu in vitro bil-linfoċiti fil-bniedem (8), studju dwar il-metaboliżmu lipidu fil-bniedem (9), studju ta' 90 jum dwar it-tossiċità subkronika orali (10), u studju dwar il-biodisponibilità ta' doża singola fil-bniedem (11). |
|
(13) |
Fit-18 ta' Frar 2018, l-Awtorità kkunsidrat li waqt li kienet qed telabora l-opinjoni tagħha dwar il-klorur tal-1-metilnikotinammid bħala ikel ġdid, il-metodi ta' analiżi servew bħala l-bażi biex tevalwa l-ispeċifikazzjonijiet u l-kompożizzjoni tal-1-metilnikotinammid, l-istudju tat-test tal-mikronukleu in vitro bil-limfoċiti fil-bniedem serva bħala l-bażi biex tikkonkludi li ma kien hemm l-ebda tħassib fir-rigward tal-ġenotossiċità tal-klorur tal-1-metilnikotinammid, u l-istudju ta' 90 jum dwar it-tossiċità orali serva bħala l-bażi biex jiġi stabbilit punt ta' referenza u biex jiġi vvalutat jekk il-marġini ta' esponiment fir-rigward tat-teħid massimu propost tal-klorur tal-1-metilnikotinammid min-naħa tal-bniedem huwiex suffiċjenti. |
|
(14) |
Wara li rċeviet l-opinjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni talbet lill-Applikant sabiex jiċċara aktar il-ġustifikazzjoni mogħtija fir-rigward tal-pretensjoni proprjetarja tiegħu fuq l-istudji, li ma ġewx ippubblikati fiż-żmien li ġiet ippreżentata l-applikazzjoni, u biex jiċċara l-pretensjoni tiegħu għal dritt esklussiv ta' referenza għal dawk l-istudji, kif imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(15) |
L-Applikant iddikjara wkoll li, fil-mument meta ġiet ippreżentata l-applikazzjoni, huwa kellu d-drittijiet proprjetarji u d-drittijiet esklużivi ta' referenza għall-istudji skont il-liġi nazzjonali u li għalhekk il-partijiet terzi ma setgħux jaċċessaw jew jużaw dawk l-istudji b'mod legali. Il-Kummissjoni vvalutat l-informazzjoni kollha pprovduta mill-Applikant u kkunsidrat li l-Applikant issostanzja biżżejjed it-twettiq tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(16) |
Għaldaqstant, kif previst fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283, il-metodi tal-analiżi tal-klorur tal-1-metilnikotinammid, l-istudju tat-test tal-mikronukleu in vitro bil-limfoċiti umani, u l-istudju ta' 90 jum dwar it-tossiċità orali subkronika li jinsabu fil-fajl tal-Applikant jenħtieġ li ma jintużawx mill-Awtorità għall-benefiċċju ta' applikant sussegwenti għal perjodu ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Bħala konsegwenza ta' dan, it-tqegħid fis-suq fl-Unjoni tal-ikel ġdid awtorizzat minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun ristrett għall-Applikant għal perjodu ta' ħames snin. |
|
(17) |
Madankollu, ir-restrizzjoni tal-awtorizzazzjoni ta' dan l-ikel ġdid u tar-referenza għall-istudji li jinsabu fil-fajl tal-applikant għall-użu esklussiv tal-Applikant ma twaqqafx lil applikanti oħrajn milli japplikaw għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-istess ikel ġdid sakemm l-applikazzjoni tagħhom tkun ibbażata fuq tagħrif miksub legalment disponibbli barra l-fajl tal-Applikant li jappoġġa l-awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament. |
|
(18) |
B'kont meħud tal-użu maħsub fis-supplimenti tal-ikel għall-popolazzjoni ġenerali adulta, u l-fatt li t-talba għall-awtorizzazzjoni teskludi nisa tqal u li qegħdin ireddgħu, is-supplimenti tal-ikel li fihom il-klorur tal-1-metilnikotinammid jenħtieġ li jkunu tikkettati b'mod xieraq. |
|
(19) |
Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) tistabbilixxi rekwiżiti dwar is-supplimenti tal-ikel. L-użu tal-klorur tal-1-metilnikotinammid jeħtieġ li jkun awtorizzat mingħajr preġudizzju għal dik id-Direttiva. |
|
(20) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-klorur tal-1-metilnikotinammid, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandu jiġi inkluż fil-lista tal-Unjoni ta' ikel ġdid awtorizzat, stabbilita fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470.
2. Għal perjodu ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament biss, l-Applikant inizjali:
|
|
Kumpanija: Pharmena S.A., |
|
|
Indirizz: ul. Wolczanska 178, 90 530 Lodz, il-Polonja; |
hija awtorizzata li tqiegħed fis-suq fl-Unjoni l-ikel ġdid imsemmi fil-paragrafu 1, sakemm applikant sussegwenti ma jiksibx awtorizzazzjoni għall-ikel ġdid mingħajr referenza għad-data protetta skont l-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament jew bi ftehim ma' Pharmena S.A.
3. L-entrata fil-lista tal-Unjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tinkludi l-kundizzjonijiet għall-użu u r-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
4. L-awtorizzazzjoni prevista f'dan l-Artikolu għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/46/KE.
Artikolu 2
L-istudji li hemm fil-fajl tal-applikazzjoni li fuq il-bażi tagħhom l-ikel ġdid msemmi fl-Artikolu 1 ġie vvalutat min-naħa tal-Awtorità, u li skont kif ġie ddikjarat mill-applikant huma propretarji u li mingħajrhom il-protezzjoni tad-data ma' setgħetx tiġi awtorizzata, ma għandhomx jintużaw għall-benefiċċju ta' applikant sussegwenti għal perjodu ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament mingħajr il-qbil ta' Pharmena S.A..
Artikolu 3
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Awwissu 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti ġodda tal-ikel (ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1).
(4) EFSA Journal 2017; 15(10):5001.
(5) Rapport intern tal-kumpanija mhux ippubblikat.
(6) Przybyła M., 2013, rapport mhux ippubblikat.
(7) Proskin, H.M., 2008, rapport mhux ippubblikat.
(8) Stepnik M., 2012, rapport mhux ippubblikat.
(9) Cossette M., 2009, rapport mhux ippubblikat.
(10) Ford J.A., 2014, rapport mhux ippubblikat.
(11) Dessouki E., 2013, rapport mhux ippubblikat.
(12) Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51).
ANNESS
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-aħħar kolonna li ġejja tiżdied mat-Tabella 1 (L-ikel il-ġdid awtorizzat): “Protezzjoni tad-Data ” |
|
(2) |
L-entrata li ġejja tiddaħħal fit-Tabella 1 (L-ikel il-ġdid awtorizzat) f'ordni alfabetiku:
|
||||||||||||||
|
(3) |
L-entrata li ġejja tiddaħħal fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet) f'ordni alfabetiku:
|
|
13.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 204/46 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1124
tal-10 ta' Awwissu 2018
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta' Lulju 2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2465/96 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jelenka korpi pubbliċi, korporazzjonijiet u aġenziji u persuni fiżiċi u ġuridiċi, korpi u entitajiet tal-gvern preċedenti tal-Iraq koperti bl-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi li kienu jinsabu barra mill-Iraq fid-data tat-22 ta' Mejju 2003 skont dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Fis-7 ta' Awwissu 2018, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi annotazzjoni waħda mil-lista ta' persuni jew entitajiet li jenħtieġ li l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi japplika għalihom. |
|
(3) |
Għaldaqstant jenħtieġ li l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Awwissu 2018.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz għall-Istrumenti tal-Politika Barranija
ANNESS
Fl-Anness III, tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003, titħassar l-entrata li ġejja:
|
“28. |
DIRECTORATE GENERAL OF GEOLOGICAL SURVEY AND MINERAL INVESTIGATION. Indirizz: Box 986, Alwiya, Al Sadoon Park Area, Baghdad, Iraq.” |
DEĊIŻJONIJIET
|
13.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 204/48 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1125
tal-10 ta' Awwissu 2018
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/740 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-7 ta' Mejju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/740 (1) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel. |
|
(2) |
Fit-13 ta' Lulju 2018, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2428 (2018) li notevolment timponi embargo fuq l-armi u żżid żewġ persuni mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2015/740 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/740 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 1, paragrafu 2, huwa sostitwit bis-segwenti: “2. Għandu jkun ipprojbit ukoll:
|
|
(2) |
l-Artikolu 2 huwa sostitwit bis-segwenti: “Artikolu 2 L-Artikolu 1 m'għandux japplika għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta':
|
|
(3) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 2a 1. L-Istati Membri għandhom jispezzjonaw, f'konformità mal-awtoritajiet nazzjonali u l-leġislazzjoni tagħhom u b'mod konsistenti mal-liġi internazzjonali, il-merkanzija kollha lejn is-Sudan t'Isfel fit-territorju tagħhom, inkluż il-portijiet u l-ajruporti, jekk ikollhom informazzjoni li tipprovdi bażi raġonevoli biex wieħed jemmen li l-merkanzija tinkludi oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont l-Artikolu 1. 2. L-Istati Membri għandhom, ladarba jiskopru oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom hija pprojbita skont l-Artikolu 1, jikkonfiskawhom u jeħilsu minnhom (pereżempju billi jeqirduhom, jagħmluhom inoperabbli, jaħżnuhom jew jittrasferixxuhom lil Stat ieħor, għajr dak minn fejn joriġinaw jew dak tad-destinazzjoni, għar-rimi).” |
|
(4) |
fl-Artikolu 3(1), il-punt (a) huwa sostitwit bis-segwenti:
|
|
(5) |
fl-Artikolu 6(1), il-punt (a) huwa sostitwit bis-segwenti:
|
Artikolu 2
L-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/740 huwa b'dan emendat kif indikat fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
L-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/740 huwa b'dan emendat kif indikat fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Awwissu 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
G. BLÜMEL
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/740 tas-7 ta' Mejju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/449/PESK (ĠU L 117, 8.5.2015, p. 52).
ANNESS I
Il-persuni li ġejjin jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/740:
“7. Malek REUBEN RIAK RENGU (alias: a) Malek Ruben)
Titolu: Logutenent Ġeneral
Deżinjazzjoni: a) Viċi Kap tal-Persunal Ġenerali għal-Loġistika; b) Viċi Kap tal-Persunal tad-Difiża u Spettur Ġenerali tal-Armata
Data tat-twelid: 1 ta' Jannar 1960
Post tat-twelid: Yei, is-Sudan t'Isfel
Nazzjonalità: Sudan t'Isfel
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 13 ta' Lulju 2018
Informazzjoni oħra: Bħala Viċi Kap tal-Persunal tal-SPLA għal-Loġistika, Riak kien wieħed mill-uffiċjali għolja tal-Gvern tas-Sudan t'Isfel li ppjana u mexxa offensiva fl-istat ta' Unity fl-2015 li rriżultat f'qerda mifruxa u ċaqliq kbir tal-popolazzjoni.
Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Malek Ruben Riak iddaħħal fil-lista fit-13 ta' Lulju 2018 skont il-paragrafi 6, 7(a), u 8 tar-riżoluzzjoni 2206 (2015), kif affermat mill-ġdid fir-riżoluzzjoni 2418 (2018), għal “azzjonijiet jew linji ta' politika li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Sudan t'Isfel”; “Azzjonijiet jew politiki li għandhom l-għan jew l-effett li jkabbru jew jestendu l-kunflitt fis-Sudan t'Isfel …,” u bħala mexxej “ta' kwalunkwe entità, inkluż kwalunkwe gvern, oppożizzjoni, milizzja, jew grupp ieħor tas-Sudan t'Isfel, li kienet involuta, jew li l-membri tagħha kienu involuti, fi kwalunkwe mill-attivitajiet deskritti fil-paragrafi 6 u 7”, u skont il-paragrafu 14 (e) ta' din ir-riżoluzzjoni għal “l-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti li jinvolvu vjolenza sesswali u sessista fis-Sudan t'Isfel”.
Skont ir-rapport mill-Bord ta' Esperti dwar is-Sudan t'Isfel f'Jannar 2016 (S/2016/70), Riak kien wieħed minn grupp ta' uffiċjali għolja tas-sigurtà li ppjanaw offensiva tal-istat ta' Unity kontra l-SPLM-IO li bdiet f'Jannar 2015, u sussegwentement ħa ħsieb l-eżekuzzjoni tagħha mill-aħħar ta' April 2015 'il quddiem. Il-Gvern tas-Sudan t'Isfel beda jarma liż-żgħażagħ ta' Bul Nuer fil-bidu tal-2015 biex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tagħhom fl-offensiva. Il-biċċa l-kbira taż-żgħażagħ ta' Bul Nuer diġà kellhom aċċess għall-azzarini awtomatiċi tad-disinn AK, iżda l-munizzjon kien kruċjali għas-sostenn tal-operazzjonijiet tagħhom. Il-Bord ta' Esperti rrapporta evidenza, inkluż xhieda minn sorsi militari, li l-munizzjon ġie fornut lil gruppi ta' żgħażagħ mill-kwartieri ġenerali tal-SPLA speċifikament għall-offensiva. F'dak iż-żmien kien Riak il-Viċi Kap tal-Persunal tal-SPLA għal-Loġistika. L-offensiva wasslet għal qerda sistematika ta' rħula u infrastruttura, iċ-ċaqliq sfurzat tal-popolazzjoni lokali, il-qtil indiskriminat u t-tortura ta' persuni ċivili, l-użu mifrux ta' vjolenza sesswali, inkluż kontra l-anzjani u t-tfal, u l-ħtif u r-reklutaġġ ta' tfal bħala suldati, u ċaqliq kbir tal-popolazzjoni. Wara l-qerda tal-biċċa l-kbira tal-partijiet ċentrali u tan-nofsinhar tal-istat, bosta organizzazzjonijiet umanitarji u tal-media, kif ukoll il-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fis-Sudan t'Isfel (UNMISS) ippubblikaw rapporti dwar l-iskala tal-abbużi li twettqu.
8. Paul MALONG AWAN (psewdonimu: a) Paul Malong Awan Anei, b) Paul Malong, c) Bol Malong)
Titolu: Ġeneral
Deżinjazzjoni a) Eks Kap tal-Persunal tal-Armata għal-Liberazzjoni tal-Poplu tas-Sudan (SPLA), b) Eks Gvernatur, l-Istat ta' Bahr el-Ghazal ta' Fuq
Data tat-twelid: a) 1962, b) 4 ta' Diċembru 1960, c) 12 ta' April 1960
Post tat-twelid: Malualkon, is-Sudan t'Isfel
Nazzjonalità: a) is-Sudan t'Isfel b) l-Uganda
Nru tal-passaport: a) is-Sudan t'Isfel numru S00004370, b) is-Sudan t'Isfel numru D00001369, c) is-Sudan numru 003606, d) is-Sudan numru 00606, e) is-Sudan numru B002606
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 13 ta' Lulju 2018
Informazzjoni oħra: Bħala Kap tal-Persunal Ġenerali tal-SPLA, Malong kabbar jew estenda l-kunflitt fis-Sudan t'Isfel permezz ta' ksur tal-Ftehim dwar il-Waqfien mill-Ostilitajiet u ksur tal-Ftehim tal-2015 dwar ir-Riżoluzzjoni tal-Kunflitt fis-Sudan t'Isfel (ARCSS). Huwa allegatament mexxa sforzi biex jinqatel il-mexxej tal-oppożizzjoni Riek Machar. Ordna unitajiet tal-SPLA biex jipprevjenu t-trasport ta' provvisti umanitarji. Taħt it-tmexxija ta' Malong, l-SPLA attakkat persuni ċivili, skejjel u sptarijiet; sfurzat iċ-ċaqliq ta' persuni ċivili; wettqet għajbien sfurzat; arbitrarjament żammet detenuti persuni ċivili; u wettqet atti ta' tortura, u stupru. Huwa mmobilizza l-milizzja tribali Mathiang Anyoor Dinka, li tuża suldati tfal. Taħt it-tmexxija tiegħu, l-SPLA irrestrinġiet l-aċċess lill-UNMISS, il-Kummissjoni Konġunta ta' Monitoraġġ u Evalwazzjoni (JMEC) u CTSAMM għal siti biex jinvestigaw u jiddokumentaw l-abbużi.
Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Paul Malong Awan ġie elenkat fit-13 ta' Lulju 2018 skont il-paragrafi 6, 7 (a), 7 (b), 7 (c), 7 (d), 7(f), u 8 tar-Riżoluzzjoni 2206 (2015), kif affermat mill-ġdid fir-riżoluzzjoni 2418 (2018) għal “azzjonijiet jew politiki li għandhom l-għan jew l-effett li jkabbru jew jestendu l-kunflitt fis-Sudan t'Isfel jew li jostakolaw it-taħditiet jew il-proċessi ta' rikonċiljazzjoni jew paċi, inkluż ksur tal-Ftehim dwar il-Waqfien mill-Ostilitajiet”; “azzjonijiet jew politiki li jheddu l-ftehimiet tranżizzjonali jew ixekklu l-proċess politiku fis-Sudan t'Isfel”; “il-mira ta' persuni ċivili, inkluż in-nisa u t-tfal, permezz tat-twettiq ta' atti ta' vjolenza (inkluż il-qtil, mankament, tortura, jew stupru jew vjolenza sesswali oħra), ħtif, għajbien sfurzat, l-ispostament sfurzat, jew attakki fuq skejjel, sptarijiet, siti reliġjużi, jew postijiet fejn persuni ċivili qed ifittxu rifuġju, jew permezz ta' aġir li jikkostitwixxi abbuż serju jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem jew ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali”; “ippjanar, tmexxija jew twettiq ta' atti bi ksur tal-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali, jew atti li jikkostitwixxu abbużi tad-drittijet tal-bniedem, fis-Sudan t'Isfel”; “L-użu jew ir-reklutaġġ ta' tfal minn gruppi armati jew forzi armati fil-kuntest tal-konflitt armat fis-Sudan t'Isfel”; “it-tfixkil tal-attivitajiet ta' missjonijiet ta' żamma tal-paċi internazzjonali, diplomatiċi, jew umanitarji fis-Sudan t'Isfel, inkluż il-Mekkaniżmu ta' Monitoraġġ u Verifika tal-IGAD jew tal-kunsinna jew id-distribuzzjoni ta' għajnuna umanitarja jew l-aċċess għaliha; u bħala mexxej ta' kwalunkwe entità, inkluż kwalunkwe gvern, oppożizzjoni, milizzja, jew grupp ieħor tas-Sudan t'Isfel, li kienu involuti, jew li l-membri tagħha kienu involuti, fi kwalunkwe mill-attivitajiet deskritti fil-paragrafi 6 u 7”.
Malong serva bħala Kap tal-Persunal Ġenerali tal-SPLA mit-23 ta' April, 2014, sa Mejju 2017. Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala l-Kap tal-Persunal Ġenerali, huwa kabbar jew estenda l-kunflitt fis-Sudan t'Isfel permezz ta' ksur tal-Ftehim dwar il-Waqfien mill-Ostilitajiet u ksur tal-Ftehim tal-2015 dwar ir-Riżoluzzjoni tal-Kunflitt fis-Sudan t'Isfel (ARCSS). Minn kmieni f'Awwissu 2016, Malong allegatament mexxa sforzi biex jinqatel il-mexxej tal-oppożizzjoni tas-Sudan t'Isfel, Riek Machar. Malong, filwaqt li konxjament mar kontra l-ordnijiet tal-President Salva Kiir, ordna l-attakki tal-10 ta' Lulju 2016 bit-tankijiet, ħelikopters armati, u bl-infanterija fuq ir-residenza ta' Machar u fuq il-bażi “Jebel” tal-Moviment għal-Liberazzjoni tal-Popli tas-Sudan fl-Oppożizzjoni (SPLM-IO). Malong personalment mexxa l-isforzi mill-kwartieri ġenerali tal-SPLA biex jinterċetta lil Machar. Minn kmieni f'Awwissu 2016, Malong ried lill-SPLA tattakka l-pożizzjoni suspettata ta' Machar immedjatament u informa lill-kmandanti tal-SPLA li ma kellhomx jaqbdu lil Machar ħaj. Barra minn hekk, kmieni fl-2016 l-informazzjoni tindika li Malong ordna lill-unitajiet tal-SPLA jipprevjenu t-trasport ta' provvisti umanitarji għan-naħa l-oħra tax-Xmara Nil, fejn għexieren ta' eluf ta' persuni ċivili kienu qed jiffaċċjaw il-ġuħ, fejn sostna li l-għajnuna alimentari kienet ser tingħata lill-gruppi tal-milizzja minflok lill-persuni ċivili. Kaġun tal-ordnijiet ta' Malong il-provvisti tal-ikel inżammu milli jaqsmu n-Nil għal mill-inqas ġimagħtejn.
Matul iż-żmien tiegħu bħala Kap tal-Persunal Ġenerali tal-SPLA, Malong kien responsabbli għall-SPLA u l-forzi alleati tagħha fit-twettiq ta' abbużi serji inkluż attakki fuq persuni ċivili, ċaqliq sfurzat, għajbien furzat, detenzjonijiet arbitrarji, tortura u stupru. Taħt it-tmexxija ta' Malong, l-SPLA nediet attakki diretti kontra l-popolazzjoni ċivili u qatlet intenzjonalment persuni ċivili mhux armati li kienu qed jaħarbu. Fiż-żona ta' Yei biss, in-NU ddokumentat il-qtil ta' 114-il persuna ċivili mill-SPLA u l-forzi alleati tagħha bejn Lulju 2016 u Jannar 2017. L-SPLA intenzjonalment attakkat skejjel u sptarijiet. F'April 2017, Malong allegatament ordna lill-SPLA biex tneħħi lil kulħadd, inkluż persuni ċivili, miż-żona madwar Wau. Malong allegatament ma skoraġġiex il-qtil ta' persuni ċivili minn truppi tal-SPLA, u persuni suspettati li qed jaħbu ribelli kienu kkunsidrati miri leġittimi.
Skont rapport tal-15 ta' Ottubru 2014 tal-Kummissjoni ta' Inkjesta tal-Unjoni Afrikana dwar is-Sudan t'Isfel, Malong kien responsabbli għall-mobilizzazzjoni tal-massa tal-milizzja tribali Mathiang Anyoor Dinka, li skont kif iddokumentat mill-Mekkaniżmu ta' Monitoraġġ dwar Arranġamenti tas-Sigurtà ta' Transizzjoni u ta' Waqfien mill-Ġlied (CTSAMM) tuża suldati tfal.
Taħt it-tmexxija ta' Malong tal-SPLA, il-forzi tal-gvern regolarment irrestrinġew l-aċċess lill-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fis-Sudan t'Isfel (UNMISS), il-Kummissjoni Konġunta ta' Monitoraġġ u Evalwazzjoni (JMEC), u CTSAMM meta ppruvaw jinvestigaw u jiddokumentaw l-abbużi. Pereżempju, fil-5 ta' April, 2017, pattulja konġunta tan-NU u CTSAMM ippruvat taċċessa Pajok iżda ntbagħtet lura minn suldati tal-SPLA.”
ANNESS II
L-entrati tal-persuni msemmija hawn taħt huma mħassra fl-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/740:
|
— |
|
|
— |
|
|
13.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 204/53 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1126
tal-10 ta' Awwissu 2018
li temenda d-Deċiżjoni 2013/184/PESK dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-22 ta' April 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/184/PESK (1) dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma. |
|
(2) |
Fil-25 ta' Ġunju 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/900 (2), li żiedet seba' persuni fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness għad-Deċiżjoni 2013/184/PESK. |
|
(3) |
Għal diversi listi ġiet riċevuta informazzjoni aġġornata. |
|
(4) |
Jenħtieġ li l-Anness għad-Deċiżjoni 2013/184/PESK jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2013/184/PESK huwa emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Awwissu 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
G. BLÜMEL
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK tat-22 ta' April 2013 dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/232/PESK (ĠU L 111, 23.4.2013, p. 75).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/900 tal-25 ta' Ġunju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2013/184/PESK dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma (ĠU L 160 I, 25.6.2018, p. 9).
ANNESS
L-entrati 1, 3, 4 u 5 fil-lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Anness għad-Deċiżjoni 2013/184/PESK huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-inklużjoni fil-lista |
|
“1. |
Aung Kyaw Zaw |
Data tat-twelid: 20 ta' Awwissu 1961 Numru tal-passaport: DM000826 Data tal-ħruġ: 22 ta' Novembru 2011 Data tal-iskadenza: 21 ta' Novembru 2021 Numru ta' identifikazzjoni militari: BC 17444 |
Il-Logutenent Ġeneral Aung Kyaw Zaw kien il-Kmandant tal-Uffiċċju tal-Operazzjonijiet Speċjali Nru 3 tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) minn Awwissu 2015 sa tmiem l-2017. L-Uffiċċju tal-Operazzjonijiet Speċjali Nru 3 kellu f'idejh il-Kmand tal-Punent u, f'dak il-kuntest, il-Logutenent Ġeneral Aung Kyaw Zaw hu responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem li twettqu kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine mill-Kmand tal-Punent matul dak il-perijodu. Dawn jinkludu qtil illegali, vjolenza sesswali u l-ħruq sistematiku ta' djar u bini tar-Rohingya. |
25.6.2018 |
|
3. |
Than Oo |
Data tat-twelid: 12 ta' Ottubru 1973 Numru ta' identifikazzjoni militari: BC 25723 |
Il-Brigadier Ġeneral Than Oo hu l-Kmandant tad-Diviżjoni 99 tal-Infanterija Ħafifa tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). F'dak il-kuntest, hu responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine fit-tieni nofs tal-2017 mid-Diviżjoni 99 tal-Infanterija Ħafifa. Dawn jinkludu qtil illegali, vjolenza sesswali u l-ħruq sistematiku ta' djar u bini tar-Rohingya. |
25.6.2018 |
|
4. |
Aung Aung |
Numru ta' identifikazzjoni militari: BC 23750 |
Il-Brigadier Ġeneral Aung Aung hu l-Kmandant tad-Diviżjoni 33 tal-Infanterija Ħafifa tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). F'dak il-kuntest, hu responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine fit-tieni nofs tal-2017 mid-Diviżjoni 33 tal-Infanterija Ħafifa. Dawn jinkludu qtil illegali, vjolenza sesswali u l-ħruq sistematiku ta' djar u bini tar-Rohingya. |
25.6.2018 |
|
5. |
Khin Maung Soe |
|
Il-Brigadier Ġenerali Khin Maung Soe hu l-Kmandant tal-Kmand Operattiv Militari 15, kultant magħruf ukoll bħala l-15-il Diviżjoni tal-Infanterija Ħafifa, tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), li taħtha hemm il-Battaljun Nru 564 tal-Infanterija. F'dak il-kuntest, huwa responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta' Rakhine fit-tieni nofs tal-2017 mill-Kmand Operattiv Militari 15, b'mod partikolari l-Battaljun Nru 564 tal-Infanterija. Dawn jinkludu qtil illegali, vjolenza sesswali u l-ħruq sistematiku ta' djar u bini tar-Rohingya. |
25.6.2018” |