ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 61 |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
12.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/977
tal-4 ta' April 2018
li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Bulgara tar-Regolament Delegat (UE) 2017/653 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) billi jistabbilixxi standards tekniċi regolatorji dwar il-preżentazzjoni, il-kontenut, ir-rieżami u r-reviżjoni tad-dokumenti bl-informazzjoni ewlenija u l-kundizzjonijiet biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit li jiġu pprovduti dawn id-dokumenti
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2014 dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(5), l-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 13(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-verżjoni bil-lingwa Bulgara tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/653 (2) fiha żball fl-Anness II, il-Parti 2, il-punt 51 fir-rigward tal-għadd ta' klassijiet li bihom jiżdiedu s-CRM. |
(2) |
Il-verżjoni Bulgara tar-Regolament Delegat (UE) 2017/653 għalhekk jenħtieġ li tiġi kkoreġuta kif xieraq. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra ma jintlaqtux, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(ma japplikax għal-lingwa Maltija)
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' April 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 352, 9.12.2014, p. 1.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/653 tat-8 ta' Marzu 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) billi jistabbilixxi standards tekniċi regolatorji dwar il-preżentazzjoni, il-kontenut, ir-rieżami u r-reviżjoni tad-dokumenti bl-informazzjoni ewlenija u l-kundizzjonijiet biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit li jiġu pprovduti dawn id-dokumenti (ĠU L 100, 12.4.2017, p. 1.)
12.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/978
tad-9 ta' Lulju 2018
li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-estratti u ż-żjut tat-Tagetes erecta, tat-Tagetes minuta u tat-Tagetes patula jintużaw ħafna bħala ingredjenti tal-fwieħa f'għadd ta' komposti tal-fwieħa użati fil-fwejjaħ. Fl-opinjoni tiegħu tal-21 ta' Ġunju 2005 (2), il-Kumitat Xjentifiku dwar Prodotti tal-Konsumatur (SCCP), li wara nbidel bil-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS), ikkonkluda li l-estratti u ż-żjut tat-Tagetes erecta, tat-Tagetes minuta u tat-Tagetes patula jenħtieġ li ma jintużawx fil-prodotti kożmetiċi peress li ma ntwera l-ebda limitu sikur. |
(2) |
Wara l-preżentazzjoni f'Awwissu 2013 ta' dossier aġġornat dwar il-valutazzjoni tas-sikurezza tal-estratti u taż-żjut tat-Tagetes minuta u tat-Tagetes patula, l-SCCS addotta opinjoni riveduta fil-25 ta' Marzu 2015 (3). F'dik l-opinjoni, kif ġiet kkoreġuta fit-13 ta' Diċembru 2017 (4), l-SCCS ikkonkluda li għall-estratti u għaż-żjut tat-Tagetes minuta u tat-Tagetes patula fil-prodotti li ma jitlaħalħux (ħlief prodotti għall-ħarsien mix-xemx u prodotti kkumerċjalizzati għall-esponiment tad-dawl tal-UV naturali/artifiċjali), il-konċentrazzjoni massima ta' 0,01 % fil-preparazzjonijiet lesti għall-użu hija sikura, diment li l-kontenut tal-alfa tertienil (tertiofen) ta' dawn l-estratti u ż-żjut ma jaqbiżx iż-0,35 %. L-SCCS ikkonkluda li l-estratti u ż-żjut tat-Tagetes minuta u tat-Tagetes patula m'għandhomx jintużaw bħala ingredjenti fi prodotti għall-ħarsien mix-xemx u fi prodotti kkumerċjalizzati għall-esponiment tad-dawl tal-UV naturali/artifiċjali. |
(3) |
F'kumment tas-6 ta' Ottubru 2016 (5) dwar l-opinjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2015, l-SCCS indika li għall-estratti u ż-żjut tat-Tagetes minuta u tat-Tagetes patula fil-prodotti li jitlaħalħu, jenħtieġ li tiġi stabbilita konċentrazzjoni massima ta' 0,1 % fil-preparazzjonijiet lesti għall-użu. |
(4) |
Fid-dawl tal-opinjoni tal-SCCP tal-21 ta' Ġunju 2005 hemm riskju potenzjali għas-saħħa tal-bniedem li jirriżulta mill-użu tal-estratt tal-fjuri tat-Tagetes erecta u mill-użu taż-żejt tal-fjura tat-Tagetes erecta fil-prodotti kożmetiċi. Dawk is-sustanzi għalhekk jenħtieġ li jiġu pprojbiti fil-prodotti kożmetiċi u jiżdiedu fil-lista ta' sustanzi pprojbiti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009. |
(5) |
Fid-dawl tal-opinjoni tal-SCCP tal-21 ta' Ġunju 2005, l-opinjoni riveduta tal-SCCS tal-25 ta' Marzu 2015, kif ikkoreġuta fit-13 ta' Diċembru 2017, u l-kumment tal-SCCS tas-6 ta' Ottubru 2016, hemm riskju potenzjali għas-saħħa tal-bniedem li jirriżulta mill-użu tal-estratti tal-fjuri u taż-żjut tal-fjuri tat-Tagetes minuta u tat-Tagetes patula fil-prodotti kożmetiċi f'konċentrazzjoni li taqbeż iż-0,01 % fil-prodotti li ma jitlaħalħux u 0,1 % fil-prodotti li jitlaħalħu u mill-użu ta' dawk l-estratti u ż-żjut fi prodotti li ma jitlaħalħux jew li jitlaħalħu fejn il-kontenut tal-alfa tertienil (tertiofen) fl-estratti jew fiż-żjut jaqbeż iż-0,35 %. Hemm ukoll riskju potenzjali għas-saħħa tal-bniedem li jirriżulta mill-użu tal-estratti tal-fjuri u taż-żjut tal-fjura tat-Tagetes minuta u tat-Tagetes patula fi kwalunkwe konċentrazzjoni fil-prodotti għall-ħarsien mix-xemx u fi prodotti kkumerċjalizzati għall-esponiment tad-dawl tal-UV naturali/artifiċjali. Għalhekk, dawn is-sustanzi jenħtieġ li jiżdiedu fil-lista ta' sustanzi ristretti fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009. |
(6) |
Huwa xieraq li jiġu previsti perjodi ta' żmien raġonevoli sabiex l-industrija tadatta għall-projbizzjonijiet u r-restrizzjonijiet l-ġodda. Fil-proċedura kumplessa u twila għar-riformulazzjoni tal-fwieħa jenħtieġ li tiġi riflessa f'perjodu ta' żmien itwal mill-perjodi ta' żmien li s-soltu jingħataw lill-industrija għall-aġġustamenti ta' prodotti. |
(7) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jiġu emendati skont dan. |
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jiġu emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Mill-1 ta' Mejju 2019 il-prodotti kożmetiċi li fihom waħda jew aktar mis-sustanzi pprojbiti minn dan ir-Regolament u l-prodotti kożmetiċi li fihom waħda jew aktar mis-sustanzi ristretti minn dan ir-Regolament u li ma jikkonformawx mar-restrizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni.
Mill-1 ta' Awwissu 2019 il-prodotti kożmetiċi li fihom waħda jew aktar mis-sustanzi pprojbiti minn dan ir-Regolament u l-prodotti kożmetiċi li fihom waħda jew aktar mis-sustanzi ristretti minn dan ir-Regolament u li ma jikkonformawx mar-restrizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Lulju 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.
(2) SCCP/0869/05; https://ec.europa.eu/health/ph_risk/committees/04_sccp/docs/sccp_o_025d.pdf;
(3) SCCS/1551/15; https://ec.europa.eu/health/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_o_172.pdf
(4) SCCS/1551/15; https://ec.europa.eu/health/sites/health/files/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_o_172.pdf
(5) Il-Minuti tal-laqgħa Plenarja tal-SCCS tas-6 ta' Ottubru 2016; https://ec.europa.eu/health/sites/health/files/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs2016_mi_plenary_02_en.pdf
ANNESS
L-Annessi II u III qed jiġu emendati kif ġej:
(1) |
fl-Anness II, fit-tabella, tiddaħħal l-entrata li ġejja:
|
(2) |
fl-Anness III, fit-tabella, jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:
|
(*1) Mill-1 ta' Mejju 2019 il-prodotti kożmetiċi li fihom dik is-sustanza ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni. Mill-1 ta' Awwissu 2019 il-prodotti kożmetiċi li fihom dik is-sustanza ma għandhomx ikunu disponibbli fis-suq tal-Unjoni.
(*2) Mill-1 ta' Mejju 2019 il-prodotti kożmetiċi li fihom dik is-sustanza ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni. Mill-1 ta' Awwissu 2019 il-prodotti kożmetiċi li fihom dik is-sustanza ma għandhomx ikunu disponibbli fis-suq tal-Unjoni.”
(*3) Mill-1 ta' Mejju 2019 il-prodotti kożmetiċi li fihom dik is-sustanza u li ma jikkonformawx mar-restrizzjonijiet ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni. Minn Mill-1 ta' Awwissu 2019 il-prodotti kożmetiċi li fihom dik is-sustanza u li ma jikkonformawx mar-restrizzjonijiet ma għandhomx ikunu disponibbli fis-suq tal-Unjoni.
(*4) Mill-1 ta' Mejju 2019 il-prodotti kożmetiċi li fihom dik is-sustanza u li ma jikkonformawx mar-restrizzjonijiet ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni. Minn Mill-1 ta' Awwissu 2019 il-prodotti kożmetiċi li fihom dik is-sustanza u li ma jikkonformawx mar-restrizzjonijiet ma għandhomx ikunu disponibbli fis-suq tal-Unjoni.
(*5) Mill-1 ta' Mejju 2019 il-prodotti kożmetiċi li fihom dik is-sustanza u li ma jikkonformawx mar-restrizzjonijiet ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni. Mill-1 ta' Awwissu 2019 il-prodotti kożmetiċi li fihom dik is-sustanza u li ma jikkonformawx mar-restrizzjonijiet ma għandhomx ikunu disponibbli fis-suq tal-Unjoni.
(*6) Mill-1 ta' Mejju 2019 il-prodotti kożmetiċi li fihom dik is-sustanza u li ma jikkonformawx mar-restrizzjonijiet ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni. Mill-1 ta' Awwissu 2019 il-prodotti kożmetiċi li fihom dik is-sustanza u li ma jikkonformawx mar-restrizzjonijiet ma għandhomx ikunu disponibbli fis-suq tal-Unjoni.”
12.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/7 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/979
tal-11 ta' Lulju 2018
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta' Lulju 2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2465/96 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jelenka korpi pubbliċi, korporazzjonijiet u aġenziji u persuni fiżiċi u ġuridiċi, korpi u entitajiet tal-gvern preċedenti tal-Iraq koperti bl-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi li kienu jinsabu barra mill-Iraq fid-data tat-22 ta' Mejju 2003 skont dan ir-Regolament. |
(2) |
Fil-5 ta' Lulju 2018, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi annotazzjoni waħda mil-lista ta' persuni jew entitajiet li jenħtieġ li l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi japplika għalihom, |
(3) |
Għaldaqstant jenħtieġ li l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Lulju 2018.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz għall-Istrumenti tal-Politika Barranija
ANNESS
Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003, titħassar l-annotazzjoni segwenti:
“44. |
GENERAL ESTABLISHMENT FOR GRAIN TRADING (alias (a) GRAIN BOARD OF IRAQ; (b) STATE ORGANISATION OF GRAIN). Indirizzi: (a) P.O. Box 329, Bab Al Mouadham-Midan, Bagdad, l-Iraq; (b) P.O. Box 2261, Allque, Irkheta, Karada Al-Shakira, Bagdad, l-Iraq.” |
12.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/9 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/980
tal-11 ta' Lulju 2018
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 815/2012, fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri biex jiġu identifikati persuni taxxabbli li jużaw l-iskema mhux tal-Unjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta' Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 44(1), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 44(2), l-Artikolu 45(1) u (2), u l-Artikolu 51(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 815/2012 (2) jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 904/2010, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mat-trasmissjoni ta' informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni ta' persuni taxxabbli li jużaw skemi speċjali għal servizzi tat-telekomunikazzjoni, servizzi tax-xandir jew servizzi elettroniċi previsti fil-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (3). |
(2) |
Wara l-emenda tal-Artikoli 358a u 361 tad-Direttiva 2006/112/KE bid-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/2455/ (4), persuni taxxabbli mhux stabbiliti fil-Komunità li huma identifikati għal skopijiet ta' taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fi ħdan il-Komunità, mill-1 ta' Jannar 2019, se jkunu jistgħu jużaw l-iskema speċjali stabbilita fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE (minn hawn 'il quddiem “skema mhux tal-Unjoni”), għal servizzi tat-telekomunikazzjoni, servizzi tax-xandir jew servizzi elettroniċi fornuti lil persuni mhux taxxabbli li huma stabbiliti fi Stat Membru jew li għandhom l-indirizz permanenti tagħhom fi Stat Membru jew li normalment huma residenti fih. |
(3) |
Il-messaġġ elettroniku komuni għat-trażmissjoni ta' informazzjoni biex jiġu identifikati l-persuni taxxabbli li jużaw l-iskema mhux tal-Unjoni stabbilita fil-kolonna B tat-tabella fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 815/2012 jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat skont dan. |
(4) |
Għal raġunijiet ta' konsistenza, dan ir-Regolament jenħtieġ li jibda japplika mill-istess data bħad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2017/2455 li tintroduċi l-possibbiltà għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fil-Komunità li huma identifikati għal skopijiet ta' VAT fi ħdan il-Komunità li jużaw din l-iskema speċjali. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fil-kolonna B tat-tabella fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 815/2012, it-test fil-kaxxa numru 16 huwa mibdul b'dan li ġej:
“Dikjarazzjoni elettronika li l-persuna taxxabbli mhijiex stabbilita fi ħdan l-Unjoni”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Lulju 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 815/2012 tat-13 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta' Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010, dwar skemi speċjali għal persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti li jfornu servizzi tat-telekomunikazzjoni, tax-xandir jew servizzi elettroniċi lil persuni mhux taxxabbli (ĠU L 249, 14.9.2012, p. 3).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/2455 tal-5 ta' Diċembru 2017 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE u d-Direttiva 2009/132/KE fir-rigward ta' ċerti obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-provvisti ta' servizzi u għall-bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti (ĠU L 348, 29.12.2017, p. 7).
12.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/11 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/981
tal-11 ta' Lulju 2018
li jemenda l-lista ta' stabbilimenti Brażiljani minfejn huma permessi importazzjonijiet fl-Unjoni ta' prodotti tas-sajd maħsuba għall-konsum uman
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(4)(c) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali. B'mod partikolari, l-Artikolu 12(1) ta' dak ir-Regolament jipprevedi li bl-eċċezzjoni ta' ċerti każijiet speċifiċi, il-prodotti li joriġinaw mill-annimali jeħtieġ li jiġu importati biss fl-Unjoni jekk dawn joriġinaw minn stabbilimenti ta' pajjiż terz li jidhru f'listi mfasslin u aġġornati skont dak l-Artikolu. Dawk il-listi jistgħu jiġu kkonsultati fis-sit web tad-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari (2). |
(2) |
L-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 jitlob li l-istabbilimenti ta' pajjiż terz jitqiegħdu biss f'dawk il-listi jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz jiżguraw li dawk l-istabbilimenti, flimkien ma' kwalunkwe stabbiliment li jimmaniġġa l-materja prima ta' oriġini mill-annimali użata għall-manifattura tal-prodotti ta' oriġini mill-annimali kkonċernati, jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti tal-Unjoni. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 854/2004, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat, iżommu dawk il-listi tal-istabbilimenti aġġornati u jgħadduhom, kif xieraq, lill-Kummissjoni. |
(3) |
L-Artikolu 15(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 jipprevedi li prodotti tas-sajd importati minn bastiment fabbrika jew friża li jtajjar il-bandiera ta' pajjiż terz jeħtieġ li jkunu ġejjin minn bastimenti li jidhru f'lista mħejjija u aġġornata skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 12(4) ta' dak ir-Regolament. |
(4) |
F'Settembru 2017, spezzjoni mill-Kummissjoni żvelat li l-istabbilimenti tal-produzzjoni primarja li jfornu lill-istabbilimenti Brażiljani minfejn huma permessi l-importazzjonijiet tal-prodotti tas-sajd, mhumiex la identifikati u lanqas soġġetti għal kontrolli uffiċjali. Minħabba f'dan, dak l-awditu kkonkluda li l-awtorità kompetenti fil-Brażil la hija f'pożizzjoni li tipprovdi l-garanziji stipulati fl-Artikolu 12(2)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 854/2004, u lanqas ma hija fil-pożizzjoni li tipprovdi l-garanziji kollha msemmija fiċ-ċertifikati tas-saħħa għall-prodotti tas-sajd stabbiliti fl-Appendiċi IV tal-Anness VI tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 (3). Barra minn hekk, dik l-ispezzjoni żvelat nuqqasijiet serji fir-rigward tar-rekwiżiti tal-infrastruttura u tal-iġjene f'għadd ta' stabbilimenti Brażiljani spezzjonati minfejn huma permessi l-importazzjonijiet tal-prodotti tas-sajd. In-nuqqasijiet imsemmija hawn fuq urew nuqqas sistematiku tal-kontrolli effettivi mill-awtoritajiet kompetenti Brażiljani fir-rigward tal-prodotti tas-sajd. |
(5) |
Bi tweġiba għar-rakkomandazzjonijiet li saru fir-rapport ta' spezzjoni preliminari, f'ittra uffiċjali tat-22 ta' Diċembru 2017, l-awtoritajiet Brażiljani informaw lill-Kummissjoni li sosspendew il-ħruġ taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-prodotti tas-sajd kollha maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni mit-3 ta' Jannar 2018. Madankollu, Stati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni li fil-fruntieri tal-Unjoni ġew ippreżentati kunsinni ta' prodotti tas-sajd li joriġinaw mill-Brażil, b'ċertifikati maħruġa wara d-data ta' sospensjoni. |
(6) |
Fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, u fin-nuqqas ta' informazzjoni ġdida mingħand l-awtoritajiet Brażiljani, ma hemmx biżżejjed garanziji li l-istabbilimenti awtorizzati biex jesportaw il-prodotti tas-sajd mill-Brażil lejn l-Unjoni, jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 854/2004, u għaldaqstant, il-prodotti tagħhom jikkostitwixxu riskju għas-saħħa pubblika. Għaldaqstant, jixraq li jitneħħew l-istabbilimenti kollha mil-lista tal-istabbilimenti Brażiljani minfejn jistgħu jiġu importati fl-Unjoni l-prodotti tas-sajd maħsuba għall-konsum uman. |
(7) |
Fid-dawl tar-riskju għas-saħħa pubblika assoċjat mal-prodotti tagħhom, jenħtieġ li mingħajr dewmien, dawk l-istabbilimenti ma jibqgħux jiġu awtorizzati biex jesportaw lejn l-Unjoni. Għaldaqstant, jixraq li d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament tkun id-data wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu. |
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-lista tal-istabbilimenti msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 għandha tiġi emendata sabiex jitneħħew l-entrati kollha tal-istabbilimenti Brażiljani minfejn huma permessi l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodotti tas-sajd maħsuba għall-konsum uman.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Lulju 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.
(2) https://ec.europa.eu/food/safety/international_affairs/trade/non-eu-countries_en
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 tal-5 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni għal ċerti prodotti taħt ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali taħt ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 27).
12.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/13 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/982
tal-11 ta' Lulju 2018
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' aċidu benżojku, format tal-kalċju u aċidu fumariku bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna u t-tiġieġ imrobbi għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Novus Europe N.A./S.V.)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. |
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' aċidu benżojku, format tal-kalċju u aċidu fumariku bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbi għall-bajd, għal speċijiet minuri tat-tjur tas-simna u mrobbija għall-bajd. Mal-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' aċidu benzojku, format tal-kalċju u aċidu fumariku bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbi għall-bajd, għal speċijiet minuri tat-tjur tas-simna u mrobbija għall-bajd, li trid tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żooloġiċi”. |
(4) |
Fl-opinjonijiet tagħha tat-2 ta' Diċembru 2014 (2) u tat-28 ta' Settembru 2017 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-preparazzjoni ta' aċidu benżojku, format tal-kalċju u aċidu fumariku ma għandhiex effett ħażin fuq saħħet l-annimali, fuq saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li l-addittiv għandu l-potenzjal li jtejjeb il-prestazzjoni fit-tiġieġ tas-simna u li din il-konklużjoni tista' tiġi estiża għat-tiġieġ imrobbi għall-bajd. Madankollu, billi ma tista' tinsilet l-ebda konklużjoni dwar il-marġni tas-sikurezza tal-attidditv għal speċijiet maġġuri fil-mira, il-konklużjonijiet dwar is-sikurezza ma jistgħux jiġu estrapolati għal speċijiet minuri tat-tjur tas-simna u għal speċijiet minuri tat-tjur imrobbija għall-bajd. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ ta' wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv fl-għalf, fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni ta' aċidu benzojku, format tal-kalċju u aċidu fumariku turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta' din il-preparazzjoni jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tagħmel parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħrajn”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Lulju 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2015;13(5):3794.
(3) EFSA Journal 2017;15(10):5025.
ANNESS
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||
mg tal-addittiv/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||||||
Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħrajn (titjib fil-prestazzjoni żooteknika) |
|||||||||||||||||||||||||||||||
4d14 |
Novus Europe N.A./S.V. |
Preparazzjoni ta' aċidu benżojku, format tal-kalċju u aċidu fumariku |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparazzjoni ta' aċidu benżojku, format tal-kalċju u aċidu fumariku li jkollha kontenut minimu ta':
Fil-forma granulari Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva aċidu benżojku numru CAS: 65-85-0 (≥ 99,0 % purità); C7H6O2 format tal-kalċju: Numru CAS 544-17-2; C2H2O4Ca; aċidu fumariku (≥ 99,5 % purità): Numru CAS 110-17-8;C4H4O4. Metodu analitiku (1) Għad-determinazzjoni ta' aċidu benżojku, format tal-kalċju u aċidu fumariku fl-addittiv fl-għalf:
Għad-determinazzjoni tat-total ta' kalċju fl-addittiv fl-għalf:
Għad-determinazzjoni tal-aċidu benżojku fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf:
Għad-determinazzjoni tal-format tal-kalċju u tal-aċidu fumariku fit-taħlitiet lesti minn qabel:
|
Tiġieġ tas-simna Tiġieġ imrobbi għall-bajd |
— |
500 |
1 000 |
|
l-1 ta' Awwissu 2028 |
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
12.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/17 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/983
tal-11 ta' Lulju 2018
dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu benżojku bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet minuri ta' porċini tas-simna jew tat-tgħammir (detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Sp. z o. o.)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' tali awtorizzazzjoni. |
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-aċidu benżojku bħala addittiv għall-għalf għall-ispeċijiet minuri ta' porċini tas-simna jew tat-tgħammir. Mal-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-aċidu benżojku bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet minuri ta' porċini tas-simna jew tat-tgħammir, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. |
(4) |
Dan l-addittiv diġà kien awtorizzat bħala addittiv tal-għalf għall-użu fil-ħnienes miftuma bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1730/2006 (2), fil-ħnieżer tas-simna bir-Regolament tal-Kummissjoni bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1138/2007 (3) u fil-ħnieżer femminili bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/900 (4). |
(5) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) fl-opinjoni tagħha tat-28 ta' Settembru 2017 (5) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, l-aċidu benżojku ma għandux effett negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent, u li jista' potenzjalment jintroduċi tnaqqis fil-pH tal-urina fl-ispeċijiet minuri ta' porċini. Madankollu, minħabba n-nuqqas ta' marġni kbir ta' sikurezza fil-ħnienes miftuma, l-Awtorità ma setgħetx testrapola l-konklużjoni dwar is-sikurezza għall-ispeċijiet minuri ta' porċini miftuma. Għalhekk kien stabbilit li l-addittiv huwa sikur għall-ispeċijiet minuri ta' porċini tas-simna u tat-tgħammir. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv fl-għalf, fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(6) |
Il-valutazzjoni tal-aċidu benżojku turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta' dan il-preparat jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-addittiv speċifikat fl-Anness, li jappartjeni għall-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u għall-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħra”, huwa awtorizzat bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Lulju 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1730/2006 tat-23 ta' Novembru 2006 rigward l-awtorizzazzjoni tal-aċidu benżojku (VevoVitall) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 325, 24.11.2006, p. 9).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1138/2007 tal-1 ta' Ottubru 2007 rigward l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid tal-aċidu benżojku (VevoVitall) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 256, 2.10.2007, p. 8).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/900 tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu benżojku bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer femminili (detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd) (ĠU L 152, 9.6.2016, p. 18).
(5) EFSA Journal 2017; 15(10):5026.
ANNESS
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||
mg tas-sustanza attiva għal kull kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % |
|||||||||||||||||||||||||
Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħra (tnaqqis tal-pH urinarju). |
|||||||||||||||||||||||||
4d210 |
DSM Nutritional Products Sp. z o. o. |
Aċidu benżojku |
Kompożizzjoni tal-addittiv Aċidu benżojku (≥ 99,9 %) Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Aċidu benżenkarbossiliku, aċidu fenilkarbossiliku, C7H6O2 Numru tas-CAS 65-85-0 Livell massimu tal-impuritajiet:
Metodu analitiku (1) Għall-kwantifikazzjoni tal-aċidu benżojku fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tal-aċidu benzojku fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf tal-annimali:
|
Speċijiet minuri ta' porċini tas-simna jew tat-tgħammir |
— |
5 000 |
5 000 |
|
l-1 ta' Awwissu 2028 |
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
12.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/21 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2018 TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA
tat-3 ta' Mejju 2018
fir-rigward tal-emenda tal-Anness XXVI għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra [2018/984]
IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, u b'mod partikolari l-Artikolu 436(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim”) ġie ffirmat fis-27 ta' Ġunju 2014. |
(2) |
L-Artikolu 201 tal-Ftehim jipprevedi li l-approssimazzjoni gradwali mal-liġi doganali tal-Unjoni u ċerta liġi internazzjonali għandha ssir kif stabbilit fl-Anness XXVI għall-Ftehim. |
(3) |
L-Anness XXVI għall-Ftehim jispeċifika li l-approssimazzjoni mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2) għandha ssir mir-Repubblika tal-Moldova fi żmien tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. |
(4) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2913/92 ġie mħassar u, mill-1 ta' Mejju 2016, id-dispożizzjonijiet sostantivi tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jiġu applikati fl-Unjoni. |
(5) |
Fil-laqgħa tas-Sottokumitat tad-Dwana UE-Repubblika tal-Moldova li saret fis-6 ta' Ottubru 2016, ġie konkluż li l-Anness XXVI għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XXVI għall-Ftehim huwa emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Mejju 2018.
Għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni
Il-President
F. MOGHERINI
(1) ĠU L 260, 30.8.2014, p. 4.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
ANNESS
L-ewwel taqsima tal-Anness XXVI għall-Ftehim hija emendata kif ġej:
Ir-referenza “Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità” hija sostitwita bir-referenza “Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni”.
Rettifika
12.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/23 |
Rettifika tad-Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2007 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/665/KEE u 92/13/KEE fir-rigward tat-titjib fl-effettività ta' proċeduri ta' reviżjoni dwar l-għoti ta' kuntratti pubbliċi
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 335 tal-20 ta' Diċembru 2007 )
Fil-paġna 41, l-Artikolu 2(1),
minflok:
“4. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-persuna li tkun tixtieq tagħmel użu mill-proċedura ta' reviżjoni tkun innotifikat lill-entita' kontraenti dwar il-ksur allegat u bl-intenzjoni tagħha li tfittex reviżjoni, sakemm din ma taffettwax ilperijodu sospensiv skond l-Artikolu 3(2) jew kwalunkwe terminu limitu ieħor għall-applikazzjoni għal reviżjoni skond l-Artikolu 5.”,
aqra:
“4. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-persuna li tkun tixtieq tagħmel użu minn proċedura ta' reviżjoni tkun innotifikat lill-entità kontraenti dwar il-ksur allegat u bl-intenzjoni tagħha li tfittex reviżjoni, sakemm din ma taffettwax il-perijodu sospensiv skont l-Artikolu 2a(2) jew kwalunkwe terminu limitu ieħor għall-applikazzjoni għal reviżjoni skont l-Artikolu 2c.”.