ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 163

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
28 ta' Ġunju 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/915 tal-25 ta' Ġunju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/120 fir-rigward ta' ċerti opportunitajiet tas-sajd

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/916 tas-27 ta' Ġunju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 181/2014 fir-rigward ta' ċerti dispożizzjonijiet dwar verifiki, notifiki u rapporti annwali u dwar emendi fil-programm għall-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew

6

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/917 tas-27 ta' Ġunju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi alfaċipermetrina, beflubutammid, benalassil, bentjavalikarb, bifenażat, boskalid, bromossinil, kaptan, karvone, klorprofam, ċjażofammid, desmedifam, dimetoat, dimetomorf, dikwat, etefon, etoprofos, etossażol, famoksadon, fenamidon, fenamifos, flumjoksażina, fluwossastrobin, folpet, foramsulfuron, formetanat, u r-razza Gliocladium catenulatum: J1446, isossaflutol, metalaksil-m, metjokarb, metossifenożid, metribużin, milbemektin, oksasulfuron, ir-razza 251 Paecilomyces lilacinus, fenmedifam, fosmet, pirimifos-metil, propamokarb, protijokonażol, pimetrożin u s-metolaklor ( 1)

13

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/918 tat-22 ta' Ġunju 2018 li tawtorizza lill-Ġermanja u lill-Polonja biex idaħħlu miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

17

 

 

IV   Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009 skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

 

*

It-tneħħija tad-dikjarazzjoni min-Netherlands li tikkonċerna l-Artikolu 28 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909/ĠAI

19

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

28.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2018/915

tal-25 ta' Ġunju 2018

li jemenda r-Regolament (UE) 2018/120 fir-rigward ta' ċerti opportunitajiet tas-sajd

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 (1) jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-2018 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni.

(2)

Fit-12-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni ta' Speċijiet ta' Annimali Selvaġġi Migratorji, inżdied il-kelb il-baħar baliena (Rhincodon typus) fl-Appendiċi I ta' dik il-Konvenzjoni. Għalhekk jenħtieġ li dik l-ispeċi tiġi inkluża fil-listi ta' speċijiet ipprojbiti.

(3)

Billi l-parir xjentifiku tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (l-ICES) jindika li l-megrims fis-subżona 7 tal-ICES u fid-diviżjonijiet 8a, 8b, 8d u 8e tal-ICES huma l-istess stokkijiet bijoloġiċi, u għalhekk jixraq li tiġi prevista flessibbiltà bejn iż-żoni ta' 25 % mis-subżona 7 tal-ICES sad-diviżjonijiet 8a, 8b, 8d u 8e tal-ICES għall-Istati Membri li għandhom kwota għal dawk l-ispeċijiet fiż-żewġ żoni.

(4)

Fis-26 ta' Marzu 2018, l-ICES ħareġ parir dwar qabdiet tal-gamblu tat-Tramuntana (Pandalus borealis) fid-diviżjonijiet 3a u 4a tal-ICES fil-Lvant (Skagerrak, Kattegat, u t-Tramuntana tal-Baħar tat-Tramuntana fin-Norwegian Deep). Abbażi ta' dak il-parir, u wara konsultazzjonijiet man-Norveġja, jixraq li s-sehem tal-Unjoni tal-gamblu tat-Tramuntana fi Skagerrak jiġi ffissat għal 3 327 tunnellata.

(5)

Skont il-parir tal-ICES tat-12 ta' April 2018, jenħtieġ li l-qabdiet tal-laċċa kaħla (Sprattus sprattus) fil-Baħar tat-Tramuntana ma jkunux aktar minn 177 545 tunnellata għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2018 sat-30 ta' Ġunju 2019. Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd għal-laċċa kaħla jiġu stabbiliti skont dan.

(6)

Fil-11 ta' April 2018, l-ICES ħareġ parir rivedut għall-merluzz tan-Norveġja għall-perijodu mill-1 ta' Novembru 2017 sal-31 ta' Ottubru 2018. Għalhekk jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd għal-laċċa kaħla jiġu stabbiliti skont dan.

(7)

L-ICES ta parir li jekk ma jkunx jista' jsir stħarriġ televiżiv ta' taħt wiċċ l-ilma, jista' jiġi stabbilit sajd sentinell sabiex tinġabar id-data dwar il-qabda għal kull unità ta' sforz għall-iskampu fl-unità funzjonali 25 fis-subżona 8c tal-ICES. Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd jiġu emendati sabiex jipprevedu dak is-sajd sentinell.

(8)

Fis-sitt laqgħa annwali tagħha fl-2018, l-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd fin-Nofsinhar tal-Paċifiku (SPRFMO) stabbiliet qabda totali permissibbli (TAC) għas-sawrell. Dik il-miżura jenħtieġ li tiġi implimentata fil-liġi tal-Unjoni.

(9)

Waqt il-Laqgħa Annwali tal-2017 tagħha, il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) adottat ir-Rakkomandazzjoni 17-07, li timmodifika r-Rakkomandazzjoni 14-04 dwar l-irkupru tat-tonna. Filwaqt li tinnota li ż-żidiet annwali ta' 20 % tat-TAC matul tliet snin jikkorrispondu għal żieda moderata u gradwali tal-livell tal-qabdiet għall-aktar stima prekawzjonarja tal-MSY tas-SCRS, ir-Rakkomandazzjoni 17-07 tistabbilixxi TACS għal-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran allokati lill-Partijiet Kontraenti, Partijiet Mhux Kontraenti f'Kooperazzjoni, Entitajiet jew Entitajiet tas-Sajd għall-2018, 2019, u 2020.

(10)

L-Unjoni, b'ittra indirizzata lis-Segretarjat tal-ICCAT fil-15 ta' Frar 2018, ippreżentat il-pjan ta' sajd, kapaċità u spezzjoni tal-Unjoni. Il-pjan tal-Unjoni ġie approvat mill-ICCAT fil-laqgħa tal-Bord 2 (Madrid 5-7 ta' Marzu 2018) u l-approvazzjoni tal-ICCAT ġiet ikkomunikata mis-Segretarjat tal-ICAT fit-3 ta' April 2018. Għaldaqstant, għal finijiet ta' koerenza, huwa xieraq li jiġu mmodifikati ċ-ċifri fl-Anness IV.4 tabella A tar-Regolament (UE) 2018/120.

(11)

Il-limiti tal-qbid previsti fir-Regolament (UE) 2018/120 japplikaw mill-1 ta' Jannar 2018. Għalhekk, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar il-limiti tal-qbid japplikaw ukoll minn dik id-data. Tali applikazzjoni retroattiva hija mingħajr preġudizzju għall-prinċipji taċ-ċertezza legali u għall-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi billi l-opportunitajiet tas-sajd ikkonċernati għadhom ma ġewx eżawriti.

(12)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2018/120 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) 2018/120

Ir-Regolament (UE) 2018/120 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 13(1), jiżdied il-punt li ġej:

“(x)

kelb il-baħar baliena (Rhincodon typus) fl-ilmijiet kollha.”;

(2)

fl-Artikolu 45(1), jiżdied il-punt li ġej:

“(r)

kelb il-baħar baliena (Rhincodon typus) fl-ilmijiet tal-Unjoni.”;

(3)

l-Annessi IA, IJ u IV huma emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2018, għajr il-paragrafi (1) u (2) tal-Artikolu 1, li għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta' Ġunju 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

N. DIMOV


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 tat-23 ta' Jannar 2018 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2018 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 (ĠU L 27, 31.1.2018, p. 1).


ANNESS

1.   

L-Anness IA tar-Regolament (UE) 2018/120 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-megrims f'7 hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċijiet:

Megrims

Lepidorhombus spp.

Żona:

7

(LEZ/07.)

Il-Belġju

333 (1)

 

 

Spanja

3 693  (2)

 

 

Franza

4 481  (2)

 

 

L-Irlanda

2 038  (1)

 

 

Ir-Renju Unit

1 765  (1)

 

 

L-Unjoni

12 310

 

 

TAC

12 310

 

TAC analitika

Japplika l-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament

Japplika l-Artikolu 12(1) ta' dan ir-Regolament

(b)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-gamblu tat-Tramuntana fi 3a hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċijiet:

Gamblu tat-Tramuntana

Pandalus borealis

Żona:

3a

(PRA/03 A.)

Id-Danimarka

2 162

 

 

L-Iżvezja

1 165

 

 

L-Unjoni

3 327

 

 

TAC

6 230

 

TAC ta' prekawzjoni

L-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandhomx japplikaw fir-rigward tat-trasferimenti mill-2019 għall-2018”

(c)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għal-laċċa kaħla u għall-qabdiet aċċessorji assoċjati fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' 2a u 4 hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċijiet:

Laċċa kaħla u qabdiet aċċessorji assoċjati

Sprattus sprattus

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni ta' 2a u 4

(SPR/2AC4-C)

Il-Belġju

1 911  (3)  (4)

 

 

Id-Danimarka

151 264  (3)  (4)

 

 

Il-Ġermanja

1 911  (3)  (4)

 

 

Franza

1 911  (3)  (4)

 

 

In-Netherlands

1 911  (3)  (4)

 

 

L-Iżvezja

1 330  (3)  (4)  (5)

 

 

Ir-Renju Unit

6 307  (3)  (4)

 

 

L-Unjoni

166 545  (3)

 

 

In-Norveġja

10 000  (3)

 

 

Il-Gżejjer Faroe

1 000  (3)  (6)

 

 

TAC

177 545  (3)

 

TAC analitika

(d)

fit-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-aringa fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' 7 g, 7h, 7j u 7k, titħassar ir-referenza “Japplika l-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament”;

(e)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-merluzz tan-Norveġja u qabdiet aċċessorji assoċjati fi 3a u fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' 2a u 4 hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċijiet:

Merluzz tan-Norveġja u qabdiet aċċessorji assoċjati

Trisopterus esmarkii

Żona:

3a; L-ilmijiet tal-Unjoni ta' 2a u 4

(NOP/2A3A4.)

Id-Danimarka

85 186  (7)

 

 

Il-Ġermanja

16 (7)  (8)

 

 

In-Netherlands

63 (7)  (8)

 

 

L-Unjoni

85 265  (7)  (9)

 

 

In-Norveġja

15 000  (10)

 

 

Il-Gżejjer Faroe

6 000  (11)

 

 

TAC

mhux rilevanti

 

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

(f)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-iskampu f'8c hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċijiet:

Skampu

Nephrops norvegicus

Żona:

8c

(NEP/08C.)

Spanja

2 (12)

 

 

Franza

0

 

 

L-Unjoni

2 (12)

 

 

TAC

2 (12)

 

TAC ta' prekawzjoni

2.   

Fl-Anness IJ għar-Regolament (UE) 2018/120, it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għas-sawrell fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċijiet:

Sawrell

Trachurus murphyi

Żona:

Iż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO

(CJM/SPRFMO)

Il-Ġermanja

8 849,28

 

 

In-Netherlands

9 591,70

 

 

Il-Litwanja

6 157,56

 

 

Il-Polonja

10 587,46

 

 

L-Unjoni

35 186

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika”.

3.   

Fl-Anness IV, Taqsima 4, it-Tabella A hija sostitwita b'dan li ġej:

“Għadd ta' bastimenti tas-sajd (13)

 

Ċipru (14)

Greċja (15)

Kroazja

Italja

Franza

Spanja

Malta (16)

Bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża

1

1

16

15

20

6

1

Bastimenti li jistadu bil-konz

20 (17)

0

0

35

8

54

54

Dgħajsa tas-sajd bil-lixka

0

0

0

0

37

60

0

Dgħajsa tas-sajd bix-xolfa

0

0

12

0

33 (18)

2

0

Bastiment tat-tkarkir

0

0

0

0

57

0

0

Sajd artiġġjanali ieħor (19)

0

52

0

0

118

545

0


(1)  5 % minn din il-kwota tista' tintuża f'8a, 8b, 8d u 8e (LEZ/*8ABDE) għall-qabdiet aċċessorji tas-sajd dirett għal-lingwata.

(2)  25 % minn din il-kwota tista' tinqabad f'8a, 8b, 8d u 8e (LEZ/*8ABDE).”

(3)  Din il-kwota tal-Unjoni tista' tinqabad biss mill-1 ta' Lulju 2018 sat-30 ta' Ġunju 2019.

(4)  Sa 2 % tal-kwota tista' tkun qabdiet aċċessorji tal-merlangu (OTH/*2AC4C). Il-qabdiet aċċessorji tal-merlangu magħduda mal-kwota skont din id-dispożizzjoni u l-qabdiet aċċessorji tal-ispeċijiet magħduda mal-kwota skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, flimkien, ma għandhomx jaqbżu d-9 % tal-kwota.

(5)  Inkluż iċ-ċiċċirell.

(6)  Jista' jkun fihom sa 4 % ta' qabdiet aċċessorji ta' aringi.”

(7)  Sa 5 % tal-kwota tista' tkun qabdiet aċċessorji tal-merluzz tal-linja sewda u tal-merlangu (OT2/*2A3A4). Il-qabdiet aċċessorji tal-merluzz tal-linja sewda u tal-merlangu għandhom jingħaddu mal-kwota skont din id-dispożizzjoni u l-qabdiet aċċessorji tal-ispeċijiet jingħaddu mal-kwota skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, flimkien, ma għandhomx jaqbżu d-9 % tal-kwota.

(8)  Il-kwota tista' tinqabad biss fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a, 3a u 4 tal-ICES.

(9)  Il-kwota tal-Unjoni tista' tinqabad biss mill-1 ta' Novembru 2017 sal-31 ta' Ottubru 2018.

(10)  Għandha tintuża tabella ta' klassifikazzjoni.

(11)  Għandha tintuża tabella ta' klassifikazzjoni. Li tinkludi massimu ta' 15 % tal-qabdiet aċċessorji inevitabbli (NOP/*2A3A4), li għandhom jingħaddu ma' din il-kwota.”

(12)  Esklużivament għall-qabdiet meħuda bħala parti minn sajd sentinell biex tinġabar id-data dwar il-qabda għal kull unità ta' sforz (CPUE) fl-unità funzjonali 25 matul ħames vjaġġi kull xahar f'Awwissu u Settembru b'bastimenti li jġorru abbord lill-osservaturi.”.

(13)  In-numri f'din it-tabella jistgħu jiżdiedu iżjed, dment li jkunu konformi mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni.

(14)  Bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża ta' daqs medju jista' jiġi ssostitwit b'mhux aktar minn 10 bastimenti tas-sajd bil-konz jew b'bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża żgħir wieħed flimkien ma' mhux aktar minn tliet bastimenti tas-sajd bil-konz.

(15)  Bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża ta' daqs medju jista' jiġi ssostitwit b'mhux aktar minn 10 bastimenti tas-sajd bil-konz jew b'bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża wieħed żgħir u tliet bastimenti oħra tas-sajd artiġġjanali.

(16)  Bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża ta' daqs medju jista' jiġi sostitwit b'mhux aktar minn 10 bastimenti tas-sajd bil-konz.

(17)  Bastimenti polivalenti, li jużaw tagħmir b'iktar minn irkaptu wieħed.

(18)  Bastimenti tas-sajd bix-xlief li joperaw fl-Atlantiku

(19)  Bastimenti polivalenti, li jużaw tagħmir b'iżjed minn irkaptu wieħed (konz, xlief, xlief bir-rixa).”


28.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/916

tas-27 ta' Ġunju 2018

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 181/2014 fir-rigward ta' ċerti dispożizzjonijiet dwar verifiki, notifiki u rapporti annwali u dwar emendi fil-programm għall-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-baħar Eġew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7, l-Artikolu 11(3) u l-Artikolu 13(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 181/2014 (2) uriet li ċerti dispożizzjonijiet dwar verifiki, notifiki u rapporti annwali hemm bżonn li jiġu ċċarati u ssimplifikati.

(2)

L-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 181/2014 jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għal ċertifikati tal-assistenza u għal ħlas marbut ma' prodotti fornuti mill-Unjoni. L-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1239 (3) jagħmel użu min-numru tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (“in-numru EORI”) li huwa obbligatorju għal liċenzji ta' importazzjoni. Huwa xieraq li jiġi pprovdut l-istess rekwiżit għal ċertifikati tal-għajnuna koperti mill-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 181/2014.

(3)

L-Artikolu 13 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 181/2014 jistipula r-regoli għall-verifiki amministrattivi u fiżiċi dwar id-dħul, l-esportazzjoni u l-konsenja ta' prodotti agrikoli. Huwa xieraq li jiġu separati t-tip ta' verifiki fiżiċi għad-dħul mit-tip ta' verifiki fiżiċi għall-esportazzjoni u l-konsenja. L-Artikolu jenħtieġ li jkun ifformulat b'tali mod biex l-obbligu tal-applikazzjoni ta' kampjun rappreżentattiv meta jkunu qed jitwettqu l-verifiki fuq l-esportazzjoni u l-konsenja tal-operazzjonijiet previsti fit-Taqsima 3 ta' dak ir-Regolament jkun espliċitu.

(4)

L-Artikolu 20 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 181/2014 jistipula l-prinċipji ġenerali għall-verifiki fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna biex il-miżuri jappoġġjaw l-prodotti agrikoli lokali. Filwaqt li titqies l-eteroġenità u l-livell ta' kumplessità differenti ta' azzjonijiet fi ħdan il-miżuri biex ikompli jiġi żgurat li l-oqsma kollha ta' nfiq huma koperti u rrappreżentati fil-kampjun, huwa neċessarju li jkun speċifikat li l-awtoritajiet kompetenti se jkollhom iwettqu verifiki fuq il-post fil-livell ta' kull azzjoni permezz tat-teħid ta' kampjuni ta' mill-anqas 5 % tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna. Il-kampjun jenħtieġ li jirrappreżenta wkoll mill-anqas 5 % tal-ammonti koperti mill-għajnuna għal kull azzjoni.

(5)

L-Artikolu 22 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 181/2014 jipprevedi r-regoli għall-għażla tal-applikanti għall-għajnuna li se jkunu suġġetti għall-verifiki fuq il-post. Billi fil-gżejjer minuri fil-baħar Eġew, jista' jkun hemm numru żgħir ta' applikanti, il-Greċja jenħtieġ li jkollha l-possibbiltà li tagħżel applikant wieħed biss.

(6)

L-Artikolu 30(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 181/2014 jirrikjedi li ċerta data dwar il-bilanċ tal-arranġamenti speċifiċi għall-provvista hemm bżonn li tiġi notifikata fl-aħħar ta' kull kwart tas-sena. Dik il-perjodiċità hija ta' piż u notifika ta' darba biss għal kull sena titqies suffiċjenti.

(7)

L-Artikolu 31 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 181/2014 jistabbilixxi l-elementi li jridu jiġu inklużi fir-rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri. Fir-rapport tagħha tal-15 ta' Diċembru 2016 (4), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kontenut tar-rapport annwali jenħtieġ li jiġi ċċarat u simplifikat biex jiġi faċilitat il-proċess ta' rappurtar. Billi huwa għalhekk opportun li jiġu emendati l-obbligi ta' rappurtar u li tiġi pprovduta struttura ġdida tar-rapport annwali, id-dettalji rilevanti jenħtieġ li jiġu speċifikati f'Anness ġdid tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 181/2014.

(8)

L-Artikolu 32 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 181/2014 jipprevedi l-proċeduri għall-emendar tal-programm. B'kont meħud tal-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tiegħu, dawn il-proċeduri hemm bżonn li jkunu simplifikati sabiex jipproteġu b'mod aktar flessibbli u mingħajr xkiel l-adattament għall-kundizzjonijiet attwali relatati mal-arranġamenti tal-provvista u mal-kundizzjonijiet agrikoli lokali. Għalhekk, huwa xieraq li jkun meħtieġ li l-emendi koperti mill-Artikolu 32(1) u (2) ta' dak ir-Regolament jiġu ppreżentati fl-istess żmien sal-31 ta' Lulju.

(9)

B'mod ġenerali, l-emendi għall-programm ma jeħtiġux approvazzjoni formali mill-Kummissjoni. Huwa xieraq li jiġi rivedut il-kliem tal-Artikolu 32(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 181/2014 sabiex jesprimi dan il-prinċipju b'mod aktar espliċitu.

(10)

Madankollu, emendi “maġġuri” għall-programm koperti bl-Artikolu 32(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 181/2014 jeħtieġu l-approvazzjoni formali mill-Kummissjoni. Fuq il-bażi tal-esperjenza ta' din il-proċedura, huwa meħtieġ li tiġi estiża l-iskadenza għal approvazzjoni għal ħames xhur wara n-notifika ta' din l-emenda. Barra minn hekk, sabiex tiġi ssimplifikata l-proċedura, l-approvazzjoni formali mill-Kummissjoni jenħtieġ li tkun limitata għall-ewwel każ li bħalissa huwa kopert minn din id-dispożizzjoni.

(11)

L-Artikolu 32(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 181/2014 jikkonċerna emendi “minuri”. Sabiex titħaffef il-proċedura ta' aġġustament finanzjarja fi ħdan l-Istat Membru, l-iskadenza għan-notifika ta' aġġustamenti sa 20 % tal-allokazzjoni finanzjarja jenħtieġ li tkun estiża sal-31 ta' Mejju.

(12)

Fl-aħħar nett, id-definizzjoni ta' “miżura” fl-Artikolu 32(5)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 181/2014 jenħtieġ li tiġi ssimplifikata.

(13)

Diversi Regolamenti tal-Kummissjoni ġew imħassra u sostitwiti minn regolamenti delegati u regolamenti ta' implimentazzjoni. Għal raġunijiet ta' ċarezza u ċertezza legali, huwa xieraq li jiġu aġġornati r-referenzi għal dawk ir-regolamenti. B'mod partikolari, fir-rigward tas-sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni, referenzi għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 (5) jenħtieġ li jiġu sostitwiti b'referenzi għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1237 (6) u għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239.

(14)

F'dak li jirrigwarda n-notifiki lill-Kummissjoni, ir-referenzi għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (7) jenħtieġ li jiġu sostitwiti b'referenzi għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1183 (8) u għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1185 (9).

(15)

Fir-rigward tar-regoli bbażati fuq ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), ir-referenzi għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 (11) jenħtieġ li jiġu sostitwiti b'referenzi għar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 (12) u għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 (13).

(16)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 181/2014 jiġi emendat skont dan.

(17)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 181/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Iċ-ċertifikati tal-għajnuna għandhom jitfasslu fuq il-bażi tal-kampjun tal-liċenzja tal-importazzjoni stabbilit fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/1239 (*1).

L-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/1237 (*2) u l-Artikoli 2, u 3, l-Artikolu 4(1), l-Artikoli 5 u 7 u 13 sa 16 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 2016/1239 għandhom japplikaw, mutatis mutandis, mingħajr preġudizzju għal dan ir-Regolament.

It-tolleranza negattiva prevista fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1237 u l-Artikolu 8(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1239 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

(*1)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1239 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni (ĠU L 206, 30.7.2016, p. 44)."

(*2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1237 tat-18 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dwar ir-rilaxx u t-telf ta' garanziji ppreżentati għal tali liċenzji, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001, (KE) Nru 1342/2003, (KE) Nru 2336/2003, (KE) Nru 951/2006, (KE) Nru 341/2007 u (KE) Nru 382/2008 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2390/98, (KE) Nru 1345/2005, (KE) Nru 376/2008 u (KE) Nru 507/2008 (ĠU L 206, 30.7.2016, p. 1).”;"

(2)

fl-Artikolu 10, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“In-notifika msemmija f'dan l-Artikolu għandha issir skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1183 (*3) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1185 (*4).

(*3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1183 tal-20 ta' April 2017 li jissupplimenta r-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifiki lill-Kummissjoni ta' informazzjoni u dokumenti (ĠU L 171, 4.7.2017, p. 100)."

(*4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1185 tal-20 ta' April 2017 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifiki lill-Kummissjoni tal-informazzjoni u d-dokumenti u li jemendaw u jħassru diversi Regolamenti tal-Kummissjoni (ĠU L 171, 4.7.2017, p. 113).”;"

(3)

fl-Artikolu 13, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Il-verifiki fiżiċi mwettqa fil-gżejjer minuri tal-Eġew mad-dħul ta' prodotti agrikoli għandhom jinvolvu kampjun rappreżentattiv li jammonta għal mill-anqas 5 % taċ-ċertifikati ppreżentati b'konformità mal-Artikolu 7.

Il-verifiki fiżiċi mwettqa fil-gżejjer minuri tal-Eġew fuq l-esportazzjoni jew il-konsenja previsti fit-Taqsima 3 għandhom jinvolvu kampjun rappreżentattiv ta' mill-inqas 5 % tal-operazzjonijiet, abbażi tal-profili tar-riskju stabbiliti mill-Greċja.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1276/2008 (*5) għandu japplika mutatis mutandis għal dawk il-verifiki fiżiċi.

Barra minn hekk, f'każijiet speċjali l-Kummissjoni tista' titlob li l-verifiki fiżiċi jkopru perċentwali differenti.

(*5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1276/2008 tas-17 ta' Diċembru 2008 dwar il-monitoraġġ, permezz ta' verifiki fiżiċi tal-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli li qegħdin jirċievu rifużjonijiet jew somom oħra (ĠU L 339, 18.12.2008, p. 53).”;"

(4)

fl-Artikolu 20, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Fuq il-bażi ta' analiżi tar-riskju skont l-Artikolu 22(1) ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu verifiki fuq il-post permezz tat-teħid ta' kampjuni, għal kull azzjoni, ta' mill-anqas 5 % tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna. Il-kampjun għandu jirrappreżenta wkoll mill-anqas 5 % tal-ammonti koperti mill-għajnuna għal kull azzjoni.”;

(5)

fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(1), tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Meta n-numru minimu ta' applikanti għall-għajnuna li se jkunu suġġetti għall-verifiki fuq il-post ikun inqas minn 12, il-Greċja għandha tagħżel b'mod aleatorju ta' mill-inqas wieħed mill-applikanti.”;

(6)

L-Artikoli 26 u 27 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“Artikolu 26

Irkuprar ta' pagamenti u penali mhux dovuti

1.   Fil-każ ta' pagament mhux dovut, l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2014 (*6) għandu jappika mutatis mutandis.

2.   Meta l-pagament mhux dovut ikun sar b'riżultat ta' dikjarazzjoni falza, dokumenti foloz jew negliġenza serja mill-parti tal-applikant għall-għajnuna, għandha tiġi imposta penali ugwali għall-ammont imħallas bla bżonn, bl-interessi kkalkulati b'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014.

Artikolu 27

Forza maġġuri u ċirkostanzi eċċezzjonali

F'każijiet ta' forza maġġuri jew ċirkostanzi eċċezzjonali skont it-tifsira tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, l-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 (*7) għandu japplika mutatis mutandis.

(*6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas-17 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 69)."

(*7)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll u l-kundizzjonijiet għar-rifjut jew l-irtirar ta' pagamenti u penali amministrattivi applikabbli għall-pagamenti diretti, l-appoġġ għall-iżvilupp rurali u l-kundizzjonalità (ĠU L 181, 20.6.2014, p. 48).”;"

(7)

L-Artikolu 30 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

fl-ewwel subparagrafu, is-sentenza tal-bidu hija sostitwita b'dan li ġej:

“1.   Fir-rigward tal-arranġamenti speċifiċi għall-provvista, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju ta' kull sena, dwar id-data li ġejja, marbuta mal-operazzjonijiet imwettqa fis-sena preċedenti fir-rigward tal-bilanċ tal-provvista tas-sena kalendarja ta' referenza, imqassma skont il-prodott u l-kodiċi NM u, fejn applikabbli, skont id-destinazzjoni individwali:”;

(ii)

fit-tieni subparagrafu, tiżdied is-sentenza li ġejja:

(b)

il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“3.   In-notifiki msemmija f'dan l-Artikolu għandhom isiru skont ir-Regolament Delegat (UE) 2017/1183 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (KE) Nru 2017/1185.

4.   In-notifiki msemmija fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) Nru 229/2013 għandhom isiru wkoll skont ir-Regolament Delegat (UE) 2017/1183 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 2017/1185.”;

(8)

L-Artikolu 31 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 31

Rapport annwali

1.   L-istruttura u l-kontenut tar-rapport annwali msemmija fl-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) Nru 229/2013 għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness III għal dan ir-Regolament.

2.   Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi sottomess lill-Kummissjoni skont ir-Regolament Delegat (UE) 2017/1183 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (KE) Nru 2017/1185.”;

(9)

L-Artikolu 32 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“1.   L-emendi li saru fil-programm ta' appoġġ imsemmi fil-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 229/2013 għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni darba kull sena kalendarja, ħlief f'każijiet ta' forza maġġuri jew ta' ċirkostanzi eċċezzjonali. Huma għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju tas-sena ta' qabel l-applikazzjoni tagħhom. L-emendi għandhom ikunu sostanzjati kif xieraq, partikolarment billi tingħata l-informazzjoni li ġejja:

(a)

ir-raġunijiet għal kwalunkwe problemi ta' implimentazzjoni li jiġġustifikaw l-emenda tal-programm;

(b)

l-effetti mistennija tal-emenda;

(c)

l-implikazzjonijiet fuq l-kundizzjonijiet ta' finanzjament u ta' eliġibbiltà.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Greċja jekk tqis li l-emendi ma jikkonformawx mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, b'mod partikolari mal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 229/2013, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 51 u 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

L-emendi għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar tas-sena wara dik li fiha jkunu ġew notifikati. Fil-każ li titqies neċessarja applikazzjoni minn qabel, tali emendi jistgħu japplikaw aktar kmieni, sakemm ma toġġezzjonax il-Kummissjoni.

2.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tevalwa separatament l-emendi proposti mill-Greċja li jikkonsistu mill-introduzzjoni fil-programm ġenerali ta' gruppi ġodda ta' prodotti li għandhom jiġu appoġġjati skont l-arranġamenti speċifiċi għall-provvista jew ta' miżuri ġodda biex jgħinu l-produzzjoni agrikola lokali. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-approvazzjoni tagħhom fi żmien ħames xhur mid-data li jkunu ġew sottomessi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE) Nru 229/2013.

L-emendi hekk approvati għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar tas-sena wara dik li fiha tkun saret il-proposta għal emenda jew mid-data indikata espliċitament fid-deċiżjoni tal-approvazzjoni.”;

(b)

fil-paragrafu 3, il-punt (b) huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“(b)

fir-rigward tal-miżuri kollha, aġġustamenti sa 20 % tal-allokazzjoni finanzjarja għal kull miżura individwali, mingħajr preġudizzju għal-limiti massimi finanzjarji previsti mill-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 229/2013 b'kundizzjoni li tali aġġustamenti jiġu notifikati sa mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju tas-sena wara dik kalendarja li għaliha tirreferi l-allokazzjoni finanzjarja emendata;”;

(c)

fil-paragrafu 5, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

“miżura” tfisser ir-raggruppament tal-azzjonijiet meħtieġa biex jintlaħaq objettiv wieħed jew aktar tal-programm li jikkostitwixxu linja li għaliha hemm allokazzjoni finanzjarja definita fit-tabella tal-finanzjament imsemmija fl-Artikolu 5(a) tar-Regolament (UE) Nru 229/2013;”;

(d)

il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“6.   In-notifiki msemmija f'dan l-Artikolu għandhom isiru skont ir-Regolament Delegat (UE) 2017/1183 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1185.”;

(10)

Qed jiżdied l-Anness III, li t-test tiegħu huwa stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 78, 20.3.2013, p. 41.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 181/2014 tal-20 ta' Frar 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew (ĠU L 63, 4.3.2014, p. 53).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1239 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni (ĠU L 206, 30.7.2016, p. 44).

(4)  Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-iskema tal-miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri tal-Eġew (SAI) (COM(2016)796 final).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta' April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3).

(6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1237 tat-18 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dwar ir-rilaxx u t-telf ta' garanziji ppreżentati għal tali liċenzji, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001, (KE) Nru 1342/2003, (KE) Nru 2336/2003, (KE) Nru 951/2006, (KE) Nru 341/2007 u (KE) Nru 382/2008 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2390/98, (KE) Nru 1345/2005, (KE) Nru 376/2008 u (KE) Nru 507/2008 (ĠU L 206, 30.7.2016, p. 1).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta' Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3).

(8)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1183 tal-20 ta' April 2017 li jissupplimenta r-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifiki lill-Kummissjoni ta' informazzjoni u dokumenti (ĠU L 171, 4.7.2017, p. 100).

(9)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1185 tal-20 ta' April 2017 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifiki lill-Kummissjoni tal-informazzjoni u d-dokumenti u li jemendaw u jħassru diversi Regolamenti tal-Kummissjoni (ĠU L 171, 4.7.2017, p. 113).

(10)  Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

(11)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta' appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta' appoġġ prevista għas-settur tal-inbid (ĠU L 316, 2.12.2009, p. 65).

(12)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll u l-kundizzjonijiet għar-rifjut jew l-irtirar ta' pagamenti u penali amministrattivi applikabbli għall-pagamenti diretti, l-appoġġ għall-iżvilupp rurali u l-kundizzjonalità (ĠU L 181, 20.6.2014, p. 48).

(13)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas-17 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 69).


ANNESS

ANNESS III

L-istruttura u l-kontenut tar-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 31

L-istruttura u l-kontenut tar-rapport matul is-sena ta' qabel għandhom ikunu kif ġej:

1.   IL-KUNTEST ĠENERALI FIS-SENA TA' QABEL

1.1.   Il-kuntest soċjo-ekonomiku.

1.2.   Is-sitwazzjoni tal-agrikoltura u l-iżvilupp tagħha.

2.   L-IMPLIMENTAZZJONI FIŻIKA U FINANZJARJA TAL-MIŻURI U TAL-AZZJONIJIET

2.1.   Tabella ġenerali b'data finanzjarja dwar l-appoġġ għall-produzzjoni lokali u l-arranġamenti speċifiċi tal-provvista, inkluż l-allokazzjoni inizjali għal kull miżura u azzjoni, kif ukoll l-infiq reali u, jekk rilevanti, kwalunkwe għajnuna mill-Istat mogħtija f'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 229/2013.

2.2.   Deskrizzjoni komprensiva tal-implimentazzjoni fiżika u finanzjarja ta' kull miżura u azzjoni, inkluża l-assistenza teknika, li hemm fil-programm:

(a)

għall-arranġamenti speċifiċi tal-provvista: id-data u l-analiżi dwar il-bilanċ tal-provvista annwali tal-gżejjer minuri tal-Eġew;

(b)

għall-appoġġ tal-produzzjoni lokali: id-data u analiżi tal-implimentazzjoni fiżika u finanzjarja ta' kull miżura u azzjoni elenkati fil-programm inkluż data bħan-numru ta' benefiċjarji, in-numru ta' annimali koperti mill-pagament, l-erja tal-wiċċ eliġibbli u/jew in-numru ta' azjendi kkonċernati. Meta jkun meħtieġ, id-data trid tkun akkumpanjata minn preżentazzjoni u analiżi tas-settur li miegħu għandha x'taqsam il-miżura.

3.   IL-PRESTAZZJONI TAL-PROGRAMM FIS-SENA TA' QABEL

3.1.   Il-progress tal-miżuri u tal-azzjonijiet lejn l-objettivi u l-prijoritajiet speċifiċi tal-programm u tal-objettivi ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 229/2013:

(a)

l-iżvilupp u l-analiżi tal-indikaturi nazzjonali jikkwantifikaw l-objettivi speċifiċi tal-programm u l-valutazzjoni sa kemm ikunu ntlaħqu l-objettivi speċifiċi assenjati lil kull waħda mill-miżuri li jinsabu fil-programm;

(b)

għall-arranġamenti speċifiċi tal-provvista, l-informazzjoni dwar il-mod li bih ġie mgħoddi l-vantaġġ mogħti, kif ukoll il-miżuri meħuda u l-verifiki mwettqa biex jiġi żgurat li dan ġie mgħoddi b'konformità mal-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament;

(c)

għall-arranġamenti speċifiċi tal-provvista, analiżi tal-proporzjonalità tal-għajnuna b'rabta mal-ispiża addizzjonali tat-trasport lejn il-gżejjer tal-Eġew u, fil-każ ta' prodotti maħsuba għall-ipproċessar u għal inputs agrikoli, l-ispejjeż addizzjonali tal-insularità u d-distanza;

(d)

id-data annwali dwar l-indikaturi tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 29 ta' dan ir-Regolament u l-analiżi tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward tal-ilħuq tal-objettivi ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 229/2013.

3.2.   Il-konklużjonijiet tal-analiżijiet dwar l-idoneità tal-istrateġija tal-miżuri u l-possibbiltà ta' titjib sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-programm.

4.   IL-ĠESTJONI TAL-PROGRAMM

4.1.   Rendikont qasir ta' kwalunkwe problema serja li tinqala' fil-ġestjoni u fl-implimentazzjoni tal-miżuri matul is-sena in kwistjoni.

4.2.   L-istatistika dwar il-verifiki mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti u kwalunkwe penali applikata. Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tista' tkun utli biex wieħed jifhem id-data sottomessa.

5.   L-EMENDI

Sommarju qasir ta' kwalunkwe emenda għall-programm ippreżentata tul is-sena in kwistjoni u l-ġustifikazzjonijiet tagħhom.


28.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/13


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/917

tas-27 ta' Ġunju 2018

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi alfaċipermetrina, beflubutammid, benalassil, bentjavalikarb, bifenażat, boskalid, bromossinil, kaptan, karvone, klorprofam, ċjażofammid, desmedifam, dimetoat, dimetomorf, dikwat, etefon, etoprofos, etossażol, famoksadon, fenamidon, fenamifos, flumjoksażina, fluwossastrobin, folpet, foramsulfuron, formetanat, u r-razza Gliocladium catenulatum: J1446, isossaflutol, metalaksil-m, metjokarb, metossifenożid, metribużin, milbemektin, oksasulfuron, ir-razza 251 Paecilomyces lilacinus, fenmedifam, fosmet, pirimifos-metil, propamokarb, protijokonażol, pimetrożin u s-metolaklor

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi meqjusin approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

Il-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi dikwat, famoksadon, flumjoksażina, metalaksil-m u pimetrożin ġew estiżi bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/841 (3). Il-perjodi tal-approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi se jiskadu fit-30 ta' Ġunju 2018. L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-inklużjoni ta' dawk is-sustanzi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (4) tressqu f'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010 (5).

(3)

Il-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi alfaċipermetrina, benalassil, bifenażat, bromossinil, klorprofam, ċjażofammid, desmedifam, etossażol, fenamidone, foramsulfuron, ir-razza Gliocladium catenulatum: J1446, isossaflutol, oksasulfuron, metossifenożid, milbemektin, oksasulfuron, fenmedifam, u s-metolaklor ġew estiżi l-aħħar bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/841. Il-perjodi tal-approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi se jiskadu fil-31 ta' Lulju 2018.

(4)

Il-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi beflubutammid, kaptan, dimetoat, dimetomorf, etoprofos, folpet, formetanat, metjokarb, metribużin, fosmet, pirimifos-metil u propamokarb ġew estiżi permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/404 (6). Il-perjodi tal-approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi se jiskadu fil-31 ta' Lulju 2018.

(5)

Il-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi etefon u fenamifos ġew estiżi bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/415 (7). Il-perjodi tal-approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi se jiskadu fil-31 ta' Lulju 2018.

(6)

Il-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi bentjavalikarb, boskalid, bromossinil, karvone, fluwossastrobin, ir-razza 251 Paecilomyces lilacinus u protijokonażol se jiskadu fil-31 ta' Lulju 2018.

(7)

L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanzi msemmija fil-Premessi 3 sa 5 tressqu skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (8).

(8)

Il-valutazzjoni tas-sustanzi ddewmet minħabba raġunijiet li ma kinux fil-kontroll tal-applikanti, u għalhekk aktarx li l-approvazzjonijiet ta' dawk is-sustanzi attivi jiskadu qabel ma tkun ittieħdet deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħhom. Għaldaqstant hemm bżonn li l-perjodi ta' approvazzjoni tagħhom jiġu estiżi.

(9)

Billi l-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 f'dak li għandu x'jaqsam ma' każijiet meta l-Kummissjoni tkun se tadotta Regolament li jistipula li l-approvazzjoni ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament ma tiġġeddidx minħabba li ma jkunux ġew issodisfati l-kriterji għall-approvazzjoni, il-Kummissjoni tiffissa data ta' skadenza li tkun l-istess data ta' qabel ma sar dan ir-Regolament, jew fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament dejjem jekk l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ma tiġġeddidx, skont liema data tiġi l-aħħar. F'każijiet meta l-Kummissjoni tkun se tadotta Regolament li jipprevedi t-tiġdid ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tipprova tiffissa, skont kif ikun xieraq fiċ-ċirkostanzi, l-iktar data tal-applikazzjoni bikrija possibbli.

(10)

Peress li l-approvazzjonijiet tas-sustanzi attivi jiskadu fit-30 ta' Ġunju 2018, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ malajr kemm jista' jkun.

(11)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan.

(12)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/841 tas-17 ta' Mejju 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi alfaċipermetrina, ir-razza Ampelomyces quisqualis: aq 10, benalaksil, bentażon, bifenażat, bromossinil, etil tal-karfentrażon, klorprofam, ċjażofammid, desmedifam, dikwat, DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), etossażol, famoksadon, fenamidon, flumjoksażina, foramsulfuron, ir-razza Gliocladium catenulatum: j1446, imażamoks, isossaflutol, laminarin, metalaksil-m, metossifenożid, milbemektin, oksasulfuron, pendimetalin, fenmedifam, pimetrożina, s-metolaklor, u triflossistrobin (ĠU L 125, 18.5.2017, p. 12).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010 tas-7 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi l-proċedura għat-tiġdid tal-inklużjoni tat-tieni grupp ta' sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jistabbilixxi l-lista ta' dawk is-sustanzi (ĠU L 322, 8.12.2010, p. 10).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/404 tal-11 ta' Marzu 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 rigward l-estenzjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi beflubutamid, kaptan, dimetoat, dimetomorf, etoprofos, fipronil, folpet, formetanat, glufosinat, metjokarb, metribużin, fosmet, pirimifos-metil u propamokarb (ĠU L 67, 12.3.2015, p. 6).

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/415 tat-12 ta' Marzu 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi etefon u fenamifos (ĠU L 68, 13.3.2015, p. 28).

(8)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).


ANNESS

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

(1)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 15, Dikwat, id-data tiġi sostitwita bid-data “it-30 ta' Ġunju 2019”;

(2)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 23, Pimetrożina, id-data tiġi sostitwita bid-data “it-30 ta' Ġunju 2019”;

(3)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 35, Famossadon, id-data tiġi sostitwita bid-data “it-30 ta' Ġunju 2019”;

(4)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 37, Metalassil-M, id-data tiġi sostitwita bid-data “it-30 ta' Ġunju 2019”;

(5)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 39, Flumjossażin, id-data tiġi sostitwita bid-data “it-30 ta' Ġunju 2019”;

(6)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 42, Oksasulfuron, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(7)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 44, Foramsulfuron, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(8)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 46, Ċjażofammid, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(9)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 62, Fenamidon, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(10)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 63, Isossaflutol, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(11)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 78, Klorprofam, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(12)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 83, Alfa-ċipermetrina, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(13)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 84, Benalaksil, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(14)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 85, Bromossinil, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(15)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 86, Desmedifam, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(16)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 88, Fenmedifam, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(17)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 96, Metossifenożid, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(18)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 97, S-metolaklor, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(19)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, taringiela 98, ir-razza Gliocladium catenulatum: J1446, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(20)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 99, Etossażol, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(21)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 109, Bifenażat, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(22)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 110, Milbemektin, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(23)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 141, Fenamifos, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(24)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 142, Etefon, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(25)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 145, Kaptan, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(26)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 146, Folpet, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(27)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 147, Formetanat, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(28)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 148, Metjokarb, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(29)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 149, Dimetoat, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(30)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 150, Dimetomorf, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(31)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 152, Metribużin, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(32)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 153, Fosmet, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(33)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 154, Propamokarb, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(34)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 155, Etoprofos, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(35)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 156, Pirimipfos-metil, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(36)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 158, Beflubutammid, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(37)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 163, Bentjavalikarb, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(38)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 164, Boskalid, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(39)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 165, id-data tal-Karvone, tinbidel bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(40)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 166, id-data tal-Fluwossastrobin tinbidel bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(41)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 167, ir-razza 251 Paecilomyces lilacinus, tinbidel bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(42)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 168, id-data tal-Protijokonażol tinbidel bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;


DEĊIŻJONIJIET

28.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/17


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/918

tat-22 ta' Ġunju 2018

li tawtorizza lill-Ġermanja u lill-Polonja biex idaħħlu miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Permezz tal-ittri rreġistrati mal-Kummissjoni fid-9 ta' Jannar 2018 u fit-22 ta' Jannar 2018, rispettivament, il-Ġermanja u l-Polonja talbu awtorizzazzjoni biex idaħħlu miżura speċjali li tidderoga mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-kostruzzjoni ta' pont ġdid bejn Küstrin-Kietz u Kostrzyn nad Odrą.

(2)

Permezz tal-ittri ddatati l-5 ta' Marzu 2018, il-Kummissjoni ttrasmettiet it-talba li saret mill-Ġermanja u l-Polonja lill-Istati Membri l-oħrajn. Permezz tal-ittri tas-6 ta' Marzu 2018, il-Kummissjoni għarrfet lill-Ġermanja u lill-Polonja li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tqis it-talba tagħhom.

(3)

F'konformità ma' ftehim li jrid jiġi konkluż bejn il-Ġermanja u l-Polonja, iż-żona tax-xogħlijiet fuq it-twaqqigħ tal-pont eżistenti fuq il-fruntiera u l-kostruzzjoni ta' pont ġdid bejn Küstrin-Kietz u Kostrzyn nad Odrą, għandhom jitqiesu, fir-rigward tat-taxxa fuq il-valur miżjud (“VAT”), bħala li jifformaw parti mit-territorju tal-Polonja, f'dak li jirrigwarda l-provvisti ta' merkanzija u servizzi, l-akkwisti intra-Komunitarji u l-importazzjonijiet ta' merkanzija maħsuba għall-eżekuzzjoni ta' dawk ix-xogħlijiet.

(4)

Il-Ġermanja u l-Polonja huma tal-fehma li d-dispożizzjonijiet tal-ftehim li jikkonċernaw it-taxxa huma ġġustifikati għall-finijiet tas-simplifikazzjoni tal-prċoedura għall-konformita mal-obbligi tal-VAT. Mingħajr tali dispożizzjonijiet, ikun meħtieġ li ssir kategorizzazzjoni tat-tranżazzjonijiet abbażi tat-territorju li fih ikunu twettqu, li tinvolvi kumplikazzjonijiet ta' taxxa għall-kumpaniji kontraenti responsabbli għax-xogħlijiet.

(5)

Fid-dawl tal-fatt li l-miżura speċjali tissimplifika l-proċedura għall-ġbir tal-VAT, u li tista' tolqot l-ammont globali tad-dħul għall-Istati Membri mit-taxxa miġbura fl-istadju tal-konsum finali f'miżura insinifikanti biss, jixraq li ssir deroga mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112/KE u li jiġi previst li, għall-finijiet tal-VAT, kull provvista ta' merkanzija u servizzi, akkwisti intra-Komunitarji u importazzjonijiet ta' merkanzija maħsuba għat-twaqqigħ tal-pont eżistenti fuq il-fruntiera u l-bini ta' pont ġdid fuq il-fruntiera bejn Küstrin-Kietz u Kostrzyn nad Odrą jitwettqu fit-territorju tal-Polonja u għalhekk għandhom ikunu soġġetti għall-VAT Pollakka.

(6)

Id-deroga ma għandha l-ebda impatt fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jirriżultaw mill-VAT,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Ġermanja u l-Polonja huma awtorizzati li jittrattaw iż-żona tas-sit tal-kostruzzjoni tal-pont fuq il-fruntiera bejn Küstrin-Kietz u Kostrzyn nad Odrą daqslikieku din tifforma parti mit-territorju tal-Polonja għall-finijiet tal-provvista ta' merkanzija u servizzi, l-akkwisti intra-Komunitarji u l-importazzjonijiet ta' merkanzija maħsuba għat-twaqqigħ tal-pont eżistenti fuq il-fruntiera u l-kostruzzjoni ta' pont ġdid fuq il-fruntiera.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u lir-Repubblika tal-Polonja.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta' Ġunju 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

V. GORANOV


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.


IV Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009 skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

28.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/19


IT-TNEĦĦIJA TAD-DIKJARAZZJONI MIN-NETHERLANDS LI TIKKONĊERNA L-ARTIKOLU 28 TAD-DEĊIŻJONI QAFAS 2008/909/ĠAI

Ir-Renju tan-Netherlands neħħa id-dikjarazzjoni tiegħu, li saret f'konformità mal-Artikolu 28 (2) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/909/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008, dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi f'materji kriminali li jimponu pieni ta' kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bil-għan li dawn jiġu infurzati fl-Unjoni Ewropea, kif ippublikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-9 ta' Ottubru 2009 (1). Din it-tneħħija daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2018.


(1)  ĠU L 265, 9.10.2009, p. 41.