ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 131

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
29 ta' Mejju 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/774 tat-28 ta' Mejju 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/775 tat-28 ta' Mejju 2018 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, fir-rigward tar-regoli biex jiġi indikat il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza tal-ingredjent primarju ta' ikel ( 1 )

8

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/776 tat-22 ta' Mejju 2018 dwar il-pożizzjoni li trid tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fir-rigward tal-emenda tal-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet (Linja baġitarja 12 02 01: Implimentazzjoni u żvilupp tas-suq uniku għas-servizzi finanzjarji) ( 1 )

12

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/777 tat-22 ta' Mejju 2018 dwar il-pożizzjoni li trid tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fir-rigward tal-emenda tal-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet (Linja baġitarja 02 04 77 03: Azzjoni preparatorja fuq ir-riċerka dwar id-difiża) ( 1 )

14

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/778 tat-28 ta' Mejju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

16

 

*

Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2018/779 tad-19 ta' Frar 2018 dwar is-sistemi applikabbli għall-evalwazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni ta' sandwich panels b'uċuħ metalliċi għall-użu struttrali skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

23

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

29.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 131/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/774

tat-28 ta' Mejju 2018

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta' Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.

(2)

Abbażi ta' eżami tal-miżuri, jenħtieġ li l-entrati għal ċerti persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif stabbiliti fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 jiġu aġġornati u emendati.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Mejju 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)   ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.


ANNESS

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif ġej:

I.

Fil-Parti A (“Persuni”), l-entrati li ġejjin huma emendati kif ġej:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“7.

Amjad (

Image 1

) Abbas (

Image 2

) (magħruf ukoll bħala Al-Abbas)

 

Kap tas-Sigurtà Politika f'Banyas, involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti f'Baida.

9.5.2011

8.

Rami (

Image 3

) Makhlouf (

Image 4

)

Data tat-twelid: 10 ta' Lulju 1969;

Post tat-twelid: Damasku;

passaport Nru 000098044,

Numru tal-ħruġ 002-03-0015187

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja b'interessi fis-setturi tat-telekomunikazzjoni, is-servizzi finanzjarji, it-trasport u l-proprjetà; għandu interess finanzjarju u/jew għandu karigi għoljin u eżekuttivi fis-Syriatel, l-ikbar operatur tat-telefon ċellulari fis-Sirja, il-fondi ta' investiment Al Mashreq, Bena Properties u Cham Holding.

Huwa jipprovdi finanzjament u appoġġ lir-reġim Sirjan, permezz tal-interessi kummerċjali tiegħu.

Huwa membru influwenti tal-familja Makhlouf u huwa marbut mill-qrib mal-familja Assad; kuġin tal-President Bashar Al-Assad.

9.5.2011

9.

Abd Al-Fatah (

Image 5

) Qudsiyah (

Image 6

)

Data tat-twelid: 1953;

Post tat-twelid: Hama;

passaport diplomatiku Nru D0005788

Uffiċjal fil-grad ta' Maġġur Ġeneral fil-Forzi Armati Sirjani fil-kariga wara Mejju 2011.

Viċi Direttur tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Nazzjonali tal-Partit Ba'ath. Ex-Kap tad-Direttorat tal-Intelligence Militari Sirjana. Involut fir-repressjoni vjolenti tal-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

9.5.2011

13.

Munzir (

Image 7

) (magħruf ukoll bħala Mundhir, Monzer) Jamil (

Image 8

) Al-Assad (

Image 9

)

Data tat-twelid: 1 ta' Marzu 1961;

Post tat-twelid: Kerdaha, Provinċja ta' Lattakia;

Passaporti Nru 86449 u 842781

Involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili bħala parti mill-milizzja ta' Shabiha.

9.5.2011

19.

Iyad (

Image 10

) (magħruf ukoll bħala Eyad) Makhlouf (

Image 11

)

Data tat-twelid: 21 ta' Jannar 1973;

Post tat-twelid: Damasku;

passaport Nru N001820740

Membru tal-familja Makhlouf; iben Mohammed Makhlouf, ħu Hafez u Rami u ħu Ihab Makhlouf; kuġin tal-President Bashar Al-Assad.

Membru tas-servizzi Sirjani tas-sigurtà u l-intelligence fil-kariga wara Mejju 2011.

Uffiċjal fid-Direttorat Ġenerali tal-Intelligence (GID) involut fi vjolenza fuq il-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

23.5.2011

23.

Zoulhima (

Image 12

) (magħruf ukoll bħala Zu al-Himma) Chaliche (

Image 13

) (magħruf ukoll bħala Shalish, Shaleesh) (magħruf ukoll bħala Dhu al-Himma Shalish)

Data tat-twelid: 1951 jew 1946 jew 1956;

Post tat-twelid: Kerdaha

Uffiċjali tas-servizzi Sirjani tas-sigurtà u l-intelligence fil-kariga wara Mejju 2011; Ex-Kap tal-Protezzjoni Presidenzjali.

Membru tal-Forzi Armati Sirjani fil-grad ta' Maġġur Ġeneral fil-kariga wara Mejju 2011.

Involut fi vjolenza fuq id-dimostranti.

Membru tal-familja Assad: kuġin tal-President Bashar Al-Assad

23.6.2011

26.

Maġġur Ġenerali Qasem (

Image 14

) Soleimani (

Image 15

) (magħruf ukoll bħala Qasim Soleimany; Qasim Soleimani; Qasem Sulaimani; Qasim Sulaimani; Qasim Sulaymani; Qasem Sulaymani; Kasim Soleimani; Kasim Sulaimani; Kasim Sulaymani; Haj Qasem; Haji Qassem; Sarder Soleimani)

Data tat-twelid: 11 ta' Marzu 1957;

Post tat-twelid: Qom, Iran (Repubblika Islamika ta');

Passport nru: 008827, maħruġ fl-Iran.

Kmandant tal-Revolutionary Guard Corps Iranjan - IRGC - Qods, involut fil-forniment tat-tagħmir u l-appoġġ biex jgħin lir-reġim tas-Sirja jrażżan il-protesti fis-Sirja.

23.6.2011

27.

Hossein (

Image 16

) Taeb (

Image 17

) (magħruf ukoll bħala Taeb, Hassan; magħruf ukoll bħala Taeb, Hosein; magħruf ukoll bħala Taeb, Hossein; magħruf ukoll bħala Taeb, Hussayn; magħruf ukoll bħala Hojjatoleslam Hossein Ta'eb)

Twieled: 1963;

Post tat-twelid: Teheran, Iran

Viċi Kmandant għall-Intelligence tal-Revolutionary Guard Corps Iranjan, involut fil-forniment tat-tagħmir u l-appoġġ biex jgħin lir-reġim tas-Sirja jrażżan il-protesti fis-Sirja.

23.6.2011

36.

Nizar (

Image 18

) al-Asaad (

Image 19

) (magħruf ukoll bħala Nizar Asaad)

Kuġin ta' Bashar Al-Assad; ex-kap tal-kumpannija “Nizar Oilfield Supplies”

Qrib ħafna ta' uffiċjali ewlenin tal-gvern.

Jiffinanzja lil Shabiha fir-reġjun ta' Latakia.

23.8.2011

37.

Maġġur Ġeneral Rafiq (

Image 20

) (magħruf ukoll bħala Rafeeq) Shahadah (

Image 21

) (magħruf ukoll bħala Shahada, Shahade, Shahadeh, Chahada, Chahade, Chahadeh, Chahada)

Data tat-twelid: 1956;

Post tat-twelid: Jablah, Provinċja ta' Latakia

Membru tal-Forzi Armati Sirjani fil-grad ta' Maġġur Ġeneral fil-kariga wara Mejju 2011. Ex-Kap tal-Fergħa 293 (Affarijiet Interni) tal-Intelligence Militari Sirjana (SMI) f'Damasku. Involut direttament fir-repressjoni u l-vjolenza fuq il-popolazzjoni ċivili f'Damasku. Konsulent għall-President Bashar Al-Assad għal kwistjonijiet strateġiċi u ta' intelligence militari.

23.8.2011

50.

Tarif (

Image 22

) Akhras (

Image 23

) (magħruf ukoll bħala Al Akhras (

Image 24

))

Data tat-twelid: 2 ta' Ġunju 1951;

Post tat-twelid: Homs, Sirja;

Passaport Sirjan Nru 0000092405

Negozjant prominenti li jibbenefika minn u jappoġġa lir-reġim. Fundatur tal-Akhras Group (prodotti, kummerċ, ipproċessar u loġistika) u ex President għall-Kamra tal-Kummerċ ta' Homs. Relazzjonijiet ta' negozju mill-qrib mal-familja tal-President Al-Assad. Membru tal-Bord tal-Federazzjoni tal-Kamra tal-Kummerċ Sirjana. Ipprovda bini industrijali u residenzjali għal kampijiet ta' detenzjoni improviżati, kif ukoll appoġġ loġistiku għar-reġim (xarabanks u tankijiet tat-tagħbija).

2.9.2011

53.

Adib (

Image 25

) Mayaleh (

Image 26

) (magħruf ukoll bħala André Mayard)

Data tat-twelid: 15 ta' Mejju 1955;

Post tat-twelid: Bassir

Ex-Gvernatur u President tal-Bord tad-Diretturi tal-Bank Ċentrali tas-Sirja.

Adib Mayaleh ikkontrolla s-settur bankarju Sirjan u mmaniġġja l-massa monetarja Sirjana permezz tal-ħruġ u l-irtirar ta' karti tal-flus u permezz tal-kontroll tal-valur tar-Rata tal-Kambju tal-Lira Sirjana. Permezz tar-rwol tiegħu fil-Bank Ċentrali tas-Sirja, Adib Mayaleh ipprovda appoġġ ekonomiku u finanzjarju lir-reġim Sirjan.

Ex-Ministru għall-Ekonomija u l-Kummerċ Barrani fil-kariga wara Mejju 2011.

15.5.2012

68.

Bassam (

Image 27

) Sabbagh (

Image 28

) (magħruf ukoll bħala Al Sabbagh (

Image 29

))

Data tat-twelid: 24 ta' Awwissu 1959;

Post tat-twelid: Damasku.

Indirizz: Kasaa, Anwar al Attar Street, al Midani building, Damasku:

Passaport Sirjan Nru 004326765 maħruġ fit-2 ta' Novembru 2008, validu sa Novembru 2014.

Kunsillier legali u finanzjarju u jiġġestixxi l-affarijiet ta' Rami Makhlouf u ta' Khaldoun Makhlouf. Involut ma' Bashar al-Assad fil-finanzjament ta' proġett ta' bini f'Latakia. Jipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim.

14.11.2011

79.

Maġġur Ġeneral Talal (

Image 30

) Makhluf (

Image 31

) (magħruf ukoll bħala Makhlouf)

 

Ex-kmandant tal-105 Brigata tal-Gwardja Repubblikana. Kmandant Ġeneral attwali tal-Gwardja Repubblikana. Membru tal-Forzi Armati Sirjani fil-grad ta' Maġġur Ġeneral fil-kariga wara Mejju 2011. Uffiċjal militari involut fil-vjolenza f'Damasku.

1.12.2011

80.

Maġġur Ġeneral Nazih (

Image 32

) (magħruf ukoll bħala Nazeeh) Hassun (

Image 33

) (magħruf ukoll bħala Hassoun)

 

Uffiċjal fil-grad ta' Maġġur Ġeneral fil-Forzi Armati Sirjani fil-kariga wara Mejju 2011. Kap tad-Direttorat tas-Sigurtà Politika tas-servizzi tas-sigurtà Sirjani fil-kariga wara Mejju 2011. Responsabbli għar-repressjoni vjolenti fuq il-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

1.12.2011

109.

Imad (

Image 34

) Mohammad (

Image 35

) (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad, Mohammed) Deeb (

Image 36

) Khamis (

Image 37

) (magħruf ukoll bħala Imad Mohammad Dib Khamees)

Data tat-twelid: 1 ta' Awwissu 1961;

Post tat-twelid: viċin Damasku

Prim Ministru u Ministru tal-Elettriku. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.3.2012

114.

Emad (

Image 38

) Abdul-Ghani (

Image 39

) Sabouni (

Image 40

) (magħruf ukoll bħala Imad Abdul Ghani Al Sabuni)

Data tat-twelid: 1964;

Post tat-twelid: Damasku

Ex-Ministru għat-Telekomunikazzjoni u t-Teknoloġija, fil-kariga sa mill-inqas April 2014. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim fuq il-popolazzjoni ċivili. Maħtur f'Lulju 2016 bħala Kap tal-Aġenzija għall-Ippjanar u l-Kooperazzjoni Internazzjonali (aġenzija tal-Gvern).

27.2.2012

116.

Tayseer (

Image 41

) Qala (

Image 42

) Awwad (

Image 43

)

Data tat-twelid: 1943;

Post tat-twelid: Damasku

Ex-Ministru għall-Ġustizzja. Assoċjat mar-reġim Sirjan u r-repressjoni vjolenti tiegħu fuq il-popolazzjoni ċivili. Ex-Kap tal-Qorti Militari. Membru tal-Kunsill Ġudizzjarju Għoli.

23.9.2011

132.

Brigadier Ġenerali Abdul- Salam (

Image 44

) Fajr (

Image 45

) Mahmoud (

Image 46

)

 

Kap tal-fergħa ta' Bab Touma (Damasku) tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Ajru. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti.

24.7.2012

147.

Ġeneral Amer al-Achi (magħruf ukoll bħala Amer Ibrahim al-Achi; magħruf ukoll bħala Amis al Ashi; magħruf ukoll bħala Ammar Aachi; magħruf ukoll bħala Amer Ashi) (

Image 47

)

 

Kap tal-fergħa tal-intelligence tal-aġenzija tal-intelligence tal-forza tal-ajru (2012-2016). Permezz tar-rwol tiegħu fl-aġenzija tal-intelligence tal-forza tal-ajru, Amer al-Achi huwa involut fir-repressjoni tal-oppożizzjoni Sirjana.

24.7.2012

153.

Waleed (

Image 48

) (magħruf ukoll bħala Walid) Al Mo'allem (

Image 49

) (magħruf ukoll bħala Al Moallem, Muallem (

Image 50

))

 

Viċi Prim Ministru, Ministru tal-Affarijiet Barranin u ta' Persuni li qed Jgħixu Barra minn Pajjiżhom. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

157.

L-Inġinier Bassam (

Image 51

) Hanna (

Image 52

)

Data tat-twelid: 1954;

Post tat-twelid: Aleppo (is-Sirja)

Ex-Ministru għar-Riżorsi tal-Ilma fil-kariga wara Mejju 2011. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim fuq il-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

160.

Dr. Hazwan (

Image 53

) Al Wez (

Image 54

) (magħruf ukoll bħala Al Wazz)

 

Ministru tal-Edukazzjoni. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

169.

Dr. Adnan (

Image 55

) Abdo (

Image 56

) (magħruf ukoll bħala Abdou) Al Sikhny (

Image 57

) (magħruf ukoll bħala Al-Sikhni, Al-Sekhny, Al-Sekhni)

Data tat-twelid: 1961;

Post tat-twelid: Aleppo (is-Sirja)

Ex-Ministru għall-Industrija. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim fuq il-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

171.

Dr Abdul-Salam (

Image 58

) Al Nayef (

Image 59

)

 

Ex-Ministru tas-Saħħa fil-poter wara Mejju 2011. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

175.

Najm-eddin (

Image 60

) (magħruf ukoll bħala Nejm-eddin, Nejm-eddeen, Najm-eddeen, Nejm-addin, Nejm-addeen, Najm-addeen, Najm-addin) Khreit (

Image 61

) (magħruf ukoll bħala Khrait)

 

Ex-Ministru tal-Istat. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

176.

Abdullah (

Image 62

) (magħruf ukoll bħala Abdallah) Khaleel (

Image 63

) (magħruf ukoll bħala Khalil) Hussein (

Image 64

) (magħruf ukoll bħala Hussain)

 

Ex-Ministru tal-Istat fil-poter wara Mejju 2011. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

189.

Dr Malek (

Image 65

) Ali (

Image 66

) (magħruf ukoll bħala Malik Ali)

Data tat-twelid: 1956;

Post tat-twelid: Tartous (is-Sirja)

Ex-Ministru għall-Edukazzjoni Għolja fil-kariga wara Mejju 2011. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim fuq il-popolazzjoni ċivili.

24.6.2014

206.

Maġġur Ġeneral Muhamad (

Image 67

) (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad) Mahalla (

Image 68

) (magħruf ukoll bħala Mahla, Mualla, Maalla, Muhalla)

Data tat-twelid: 1960;

Post tat-twelid: Jableh

Membru tal-Forzi Armati Sirjani fil-grad ta' Maġġur Ġeneral fil-kariga wara Mejju 2011. Kap tal-Fergħa 293 (Affarijiet Interni) tal-Intelligence Militari Sirjana (SMI), minn April 2015 'l hawn. Responsabbli għar-repressjoni u l-vjolenza fuq il-popolazzjoni ċivili f'Damasku/fil-kampanja ta' Damasku. Ex-Viċi Kap tas-Sigurtà Politika (2012), Uffiċjal tal-Gwardja Repubblikana Sirjana u Viċi Direttur tad-Direttorat tas-Sigurtà Politika. Kap tal-Pulizija Militari, Membru tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Nazzjonali.

29.5.2015

210.

Tahir (

Image 69

) Hamid (

Image 70

) Khalil (

Image 71

) (magħruf ukoll bħala Tahir Hamid Khali; Khalil Tahir Hamid)

Pożizzjoni: Maġġur Ġeneral

Għandu l-grad ta' Maġġur Ġeneral, Kap tad-Direttorat Sirjan tal-Artillerija u l-Missili tal-Forzi Armati Sirjani, fil-kariga wara Mejju 2011. Bħala uffiċjal għoli tad-Direttorat Sirjan tal-Artillerija u l-Missili, huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili, inkluż l-użu ta' missili u armi kimiċi mill-Brigati taħt il-kmand tiegħu f'żoni ċivili b'densità għolja ta' popolazzjoni fl-2013 f'Ghouta.

28.10.2016

251.

Mohammad (

Image 72

) Ziad (

Image 73

) Ghriwati (

Image 74

) (magħruf ukoll bħala: Mohammad Ziad Ghraywati)

 

Mohammad Ziad Ghriwati huwa inġinier fiċ-Ċentru Sirjan tal-Istudji u r-Riċerka Xjentifiċi (Syrian Scientific Studies and Research Centre). Huwa involut fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi u t-twassil tagħhom. Mohammad Ziad Ghriwati kien involut fil-kostruzzjoni ta' bombi f'bettija li ntużaw fuq il-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

Huwa assoċjat maċ-Ċentru Sirjan tal-Istudji u r-Riċerka Xjentifiċi (Syrian Scientific Studies and Research Centre), entità elenkata.

18.7.2017

253.

Khaled (

Image 75

) Sawan (

Image 76

)

 

Dr. Khaled Sawan huwa inġinier fis-Syrian Scientific Studies and Research Centre, li huwa involut fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi u t-twassil tagħhom. Huwa kien involut fil-kostruzzjoni ta' bombi bettija li ntużaw kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

Huwa kien assoċjat mas-Syrian Scientific Studies and Research Centre, entità elenkata.

18.7.2017

254.

Raymond (

Image 77

) Rizq (

Image 78

) (magħruf ukoll bħala: Raymond Rizk)

 

Raymond Rizq huwa inġinier fis-Syrian Scientific Studies and Research Centre, involut fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi u t-twassil tagħhom. Kien involut fil-kostruzzjoni ta' bombi bettija li ntużaw kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

Huwa assoċjat mas- Syrian Scientific Studies and Research Centre, entità elenkata.

18.7.2017

261.

Maher Sulaiman (magħruf ukoll bħala:

Image 79

; Mahir; Suleiman)

Post tat-twelid: Lattakia, is-Sirja

Tabib; Direttur tal-Higher Institute for Applied Sciences and Technology

Indirizz: Higher Institute for Applied Sciences and Technology (HIAST), P.O. Box 31983, Damascus

Direttur tal-Higher Institute for Applied Sciences and Technology (HIAST), li jipprovdi taħriġ u appoġġ bħala parti mis-settur tal-proliferazzjoni tal-armi kimiċi. Minħabba l-pożizzjoni għolja tiegħu fil-HIAST, li huwa affiljat u sussidjarju tas-Scientific Studies and Research Centre (SSRC), huwa assoċjat mal-HIAST u s-SSRC, li t-tnejn huma entitajiet iddeżinjati.

19.3.2018”.

II.

Parti A (“Persuni”), jitneħħew l-ismijiet u l-entrati korrispondenti li ġejjin:

21.

Dawud Rajiha

39.

Hassan Bin-Ali Al-Turkmani

III.

Fil-Parti A (“Persuni”), in-numri tal-entrata għall-persuni ta' hawn taħt huma sostitwiti kif ġej:

Isem il-persuna

Numru tal-entrata attwali

Numru tal-entrata ġdid

Houmam Jaza'iri

1

264

Mohamad Amer Mardini

2

265

Mohamad Ghazi Jalali

3

266

Kamal Cheikha

4

15

Hassan Nouri

5

17

Mohammad Walid Ghazal

6

74

Khalaf Souleymane

7

118

Nizar Wahbeh Yazaji

8

178

Hassan Safiyeh

9

202

Issam Khalil

10

267

Ghassan Ahmed

13

268

Abdelhamid Khamis

16

269

IV.

Fil-Parti B (“Entitajiet”), l-entrata numru 60 hija sostitwita b'dan li ġej:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“60.

Istitut Għoli għax-Xjenzi Applikati u t-Teknoloġija (Higher Institute for Applied Sciences and Technology (HIAST) (

Image 80

Image 81

) (magħruf ukoll bħala Institut Supérieur des Sciences Appliquées et de Technologie (ISSAT))

P.O. Box 31983, Barzeh

Affiljat ma' u sussidjarju taċ-Ċentru Sirjan tal-Istudji u r-Riċerka Xjentifiċi (Syrian Scientific Studies and Research Centre (SSRC) li huwa diġà elenkat. Jipprovdi taħriġ u appoġġ lill-SSRC u għalhekk huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti fuq il-popolazzjoni ċivili.

23.7.2014”.


29.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 131/8


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/775

tat-28 ta' Mejju 2018

li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, fir-rigward tar-regoli biex jiġi indikat il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza tal-ingredjent primarju ta' ikel

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(8) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 jistabbilixxi regoli u rekwiżiti ġenerali rigward l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza tal-ikel li japplikaw mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni.

(2)

L-Artikolu 26(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 jirrikjedi l-indikazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini jew il-post ta' provenjenza fejn in-nuqqas ta' din l-indikazzjoni jista' jiżgwida lill-konsumatur fir-rigward tal-pajjiż veru tal-oriġini jew il-post veru ta' provenjenza tal-ikel, b'mod partikolari jekk l-informazzjoni li jkun hemm mal-ikel jew it-tikketta b'mod globali tista' b'xi mod ieħor timplika li l-ikel għandu pajjiż differenti tal-oriġini jew post differenti ta' provenjenza. Dan l-Artikolu għandu l-għan li jipprevjeni informazzjoni li tiżgwida dwar l-ikel li timplika ċerta oriġini ta' prodott tal-ikel, meta fil-fatt l-oriġini vera tiegħu tkun differenti.

(3)

L-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 jistipula li fejn jingħata l-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza tal-ikel u fejn dan ma jkunx l-istess bħal dak tal-ingredjent primarju tiegħu, il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza tal-ingredjent primarju kkonċernat għandu jingħata wkoll jew jiġi indikat bħala differenti minn dak tal-ikel. Jiddikjara wkoll li l-applikazzjoni ta' dawn ir-rekwiżiti għandha tkun soġġetta għall-adozzjoni ta' att ta' implimentazzjoni.

(4)

L-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 jindirizza każijiet fejn il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza jingħata jew b'mod obbligatorju, f'konformità mal-Artikolu 26(2)(a) tar-Regolament, jew inkella b'mod volontarju permezz ta' kwalunkwe indikazzjoni bħal dikjarazzjonijiet, termini, preżentazzjoni bl-istampi jew simboli.

(5)

Indikazzjonijiet volontarji bħal dikjarazzjonijiet ġeografiċi inklużi fihom, jew li jakkumpanjaw l-isem tal-ikel, jistgħu jkunu wkoll parti mid-denominazzjonijiet tal-prodott protetti bħala indikazzjonijiet ġeografiċi skont il-leġiżlazzjoni speċifika tal-UE.

(6)

L-indikazzjonijiet tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-post ta' provenjenza tal-ikel li huma parti mid-denominazzjonijiet tal-prodott protetti bħala indikazzjonijiet ġeografiċi skont ir-Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012 (2), (UE) Nru 1308/2013 (3), (KE) Nru 110/2008 (4) jew (UE) Nru 251/2014 (5) jew protetti skont il-ftehimiet internazzjonali li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011. Fid-dawl tal-fatt li għal dawn id-denominazzjonijiet tal-prodott hemm rabta intrinsinka bejn il-karatteristiki tal-prodott u l-oriġini ġeografika, li huma regolati b'regoli speċifiċi, inklużi r-regoli dwar it-tikkettar u, filwaqt li jitqies il-karattru speċifiku ta' dawn l-ismijiet bħala drittijiet ta' proprjetà intellettwali, hemm bżonn li jiġi eżaminat aktar kif l-oriġini tal-ingredjent primarju prevista fl-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 jenħtieġ li tiġi indikata għal dawn l-ismijiet imsemmija.

(7)

L-indikazzjonijiet tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-post ta' provenjenza tal-ikel li huma parti minn trademarks reġistrati jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011. It-trademarks jistgħu jkunu magħmulin minn kwalunkwe sinjali, b'mod partikolari kliem, inklużi ismijiet personali, disinji, ittri, figuri, kuluri, il-forma tal-oġġetti jew tal-pakkett tal-oġġetti, jew minn ħsejjes, sakemm dawn is-sinjali jagħtu karattru distinttiv lill-oġġetti jew lis-servizzi ta' impriża partikolari. L-għan tat-trademarks huwa li jippermetti lill-konsumatur jidentifika s-sors kummerċjali partikolari jew l-oriġini kummerċjali b'rabta ma' oġġett speċifiku u/jew servizzi speċifiċi. Filwaqt li jitqies il-karattru speċifiku u l-għan tat-trademarks, huwa xieraq li jiġi eżaminat aktar kif l-oriġini tal-ingredjent primarju previst fl-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 jenħtieġ li tiġi indikata meta meħtieġ għat-trademarks.

(8)

Jenħtieġ li ismijiet abitwali u ġeneriċi, inklużi termini ġeografiċi li litteralment jindikaw l-oriġini, iżda li l-fehim komuni tagħhom ma jkunx indikazzjoni tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza tal-ikel, ma jiġux koperti b'dan ir-Regolament.

(9)

Jenħtieġ li, għall-fini ta' dan ir-Regolament, il-marki ta' identifikazzjoni li jakkumpanjaw l-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali ma jitqisux bħala indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-post ta' provenjenza.

(10)

Sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażliet informati aħjar, hemm bżonn li, permezz ta' dan ir-Regolament, jiġu stabbiliti regoli speċifiċi li jenħtieġ li jiġu applikati fejn jingħata l-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza tal-ingredjent primarju. Dawn ir-regoli għandhom jiżguraw li tali informazzjoni hija preċiża biżżejjed u li jkollha tifsira.

(11)

Għalhekk hu xieraq li din l-indikazzjoni għall-ingredjent primarju tingħata b'referenza għal żona ġeografika li trid tkun faċli għall-konsumatur biex jifhimha. Jenħtieġ li jiġi pprojbit l-użu ta' ismijiet ivvintati għal reġjuni jew żoni ġeografiċi oħra li ma jagħtux informazzjoni utli jew jistgħu jiżgwidaw lill-konsumatur dwar il-post veru ta' provenjenza tal-ingredjent primarju.

(12)

Fejn ingredjent primarju huwa ikel li jkun soġġett għal dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni dwar l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza, b'mod alternattiv, dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jintużaw għall-finijiet tal-Artikolu 26(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011.

(13)

Meta l-operaturi tan-negozju tal-ikel jagħżlu li jindikaw biss il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza tal-ingredjent primarju bħala differenti minn dak tal-ikel, pereżempju minħabba sorsi ta' provvista multipli jew varjabbli u proċessi ta' produzzjoni partikolari, huwa xieraq li jingħata qafas li jieħu inkunsiderazzjoni tad-diversi ċirkustanzi tal-ipproċessar tal-ikel. L-indikazzjoni rilevanti jenħtieġ li tiżgura informazzjoni li l-konsumatur ikun jista' jifhimha.

(14)

Jenħtieġ li l-informazzjoni mogħtija fir-rigward tal-ingredjent primarju skont dan ir-Regolament tikkumplimenta l-informazzjoni mogħtija lill-konsumaturi dwar il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza tal-ikel, u jenħtieġ li tkun faċilment viżibbli u tinqara b'mod ċar u, fejn xieraq, ma titħassarx.

(15)

Jenħtieġ li jiġi stabbilit perjodu tranżitorju xieraq għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, li jirrikjedi li kwalunkwe miżuri ġodda ta' informazzjoni dwar l-ikel jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta' April fi kwlunkwe sena kalendarja.

(16)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-modalitajiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 fejn il-pajjiż tal-orġini jew il-post ta' provenjenza ta' oġġett ta' ikel jingħata bi kwalunkwe mezz bħala dikjarazzjonijiet, preżentazzjoni ta' stampi, simboli jew termini, li jirreferu għal postijiet jew żoni ġeografiċi, ħlief għal termini ġeografiċi inklużi f'ismijiet abitwali u ġeneriċi fejn dawk it-termini ġeografiċi litteralment jindikaw l-oriġini, iżda li l-fehim komuni tagħhom ma jkunx indikazzjoni tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza.

2.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012, ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 jew ir-Regolament (UE) Nru 251/2014 jew protetti skont ftehimiet internazzjonali u lanqas ma għandu japplika għal trademarks fejn dawn tal-aħħar jikkostitwixxu indikazzjoni tal-oriġini, sakemm issir l-adozzjoni tar-regoli speċifiċi li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 26(3) għal indikazzjonijiet bħal dawn.

Artikolu 2

Indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-post ta' provenjenza tal-ingredjent primarju

Għandu jingħata l-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza ta' ingredjent primarju meta mhuwiex l-istess bħal dak tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-post ta' provenjenza tal-ikel partikolari:

(a)

b'referenza għal waħda miż-żoni ġeografiċi li ġejjin:

(i)

“UE”, “mhux tal-UE” jew “UE jew mhux tal-UE”; jew

(ii)

Reġjun, jew kwalunkwe żona ġeografika oħra f'diversi Stati Membri jew f'pajjiżi terzi, jekk jiġu ddefiniti bħala tali skont id-dritt internazzjonali pubbliku jew li hija mifhuma sew mill-konsumatur medju normalment infurmat; jew

(iii)

Żona tal-FAO, baħar jew korp tal-ilma ħelu, jekk jiġu ddefiniti bħala tali taħt id-dritt internazzjonali jew li hu mifhum sew mill-konsumatur medju normalment infurmat; jew

(iv)

Stati Membru/i jew pajjiż(i) terz(i); jew

(v)

Reġjun, jew kwalunkwe żona ġeografika oħra fi Stat Membru jew f'pajjiż terz, li hija mifhuma sew mill-konsumatur medju normalment infurmat; jew

(vi)

Il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza skont dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni applikabbli għal kull ingredjent(i) primarju/i bħala tali.

(b)

jew permezz ta' dikjarazzjoni kif ġej:

“(isem l-ingredjent primarju) joriġina/ma joriġinax minn (il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza tal-ikel)” jew kwalunkwe kliem simili li jista' jkollu l-istess tifsira għall-konsumatur.

Artikolu 3

Preżentazzjoni tal-informazzjoni

1.   L-informazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 2 għandha tingħata b'tipa ta' daqs li mhuwiex iżgħar mid-daqs minimu tat-tipa kif meħtieġ skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, meta l-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza tal-ikel jingħata fi kliem, l-informazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 2 għandha tidher fl-istess parti viżiva bħall-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza tal-ikel u b'tipa li għandha għoli ta' x minn tal-anqas 75 % tal-għoli ta' x tal-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-post ta' provenjenza tal-ikel.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, meta l-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza tal-ikel ma jiġix indikat bil-kliem, l-informazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 2 għandha tidher fl-istess parti viżiva bħall-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-post ta' provenjenza tal-ikel.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ, d-data tal-applikazzjoni u miżuri tranżitorji

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' April 2020.

Ikel li jitqiegħed fis-suq jew li jiġi ttikkettat qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jista' jiġi kkummerċjalizzat fis-suq sakemm jispiċċaw l-istokkijiet.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Mejju 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal- Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, ta' xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91, (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 14).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).


DEĊIŻJONIJIET

29.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 131/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/776

tat-22 ta' Mejju 2018

dwar il-pożizzjoni li trid tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fir-rigward tal-emenda tal-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet (Linja baġitarja 12 02 01: “Implimentazzjoni u żvilupp tas-suq uniku għas-servizzi finanzjarji”)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994.

(2)

Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, fost l-oħrajn, il-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE.

(3)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE fih dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet.

(4)

Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim ŻEE f'azzjonijiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tas-servizzi finanzjarji.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE emendat sabiex jippermetti li dik il-kooperazzjoni estiża tkompli għaddejja mill-1 ta' Jannar 2018.

(6)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

l-Artikolu 1

Il-pożizzjoni li trid tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta tal-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

l-Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Mejju 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. KARANIKOLOV


(1)   ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)   ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2018

ta' …

li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE fl-azzjonijiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni u l-iżvilupp tas-suq uniku għas-servizzi finanzjarji.

(2)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE jiġi emendat sabiex dik il-kooperazzjoni estiża tkun tista' sseħħ mill-1 ta' Jannar 2018,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

l-Artikolu 1

Fl-Artikolu 7(11) tal-Protokoll 31 għlal-Ftehim ŻEE, il-kliem “u 2017” jiġu sostitwiti bil-kliem “, 2017 u 2018”.

l-Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2018.

l-Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(*1)  [Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]


29.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 131/14


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/777

tat-22 ta' Mejju 2018

dwar il-pożizzjoni li trid tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fir-rigward tal-emenda tal-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet (Linja baġitarja 02 04 77 03: “Azzjoni preparatorja fuq ir-riċerka dwar id-difiża”)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2), u b'mod partikolari l-punt (b) tal-Artikolui 54(2), l-Artikolu 84(2) u l-Artikolu 124 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (3) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994.

(2)

Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, fost l-oħrajn, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE.

(3)

Il-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE fih dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet.

(4)

L-Istati tal-EFTA jridu jkomplu jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-Unjoni relatati mal-linja baġitarja 02 04 77 03: “Azzjoni preparatorja fuq ir-riċerka dwar id-difiża”, imdaħħla fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2018.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat sabiex jippermetti li dik il-kooperazzjoni estiża tkompli għaddejja mill-1 ta' Jannar 2018.

(6)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li trid tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta tal-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Mejju 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. KARANIKOLOV


(1)   ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)   ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(3)   ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2018

ta' …

li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE ġiet estiża permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 208/2017 biex tinkludi l-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA fl-azzjoni preparatorja tal-Unjoni fuq ir-riċerka dwar id-difiża li hija ffinanzjata mill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

(2)

L-Istati tal-EFTA għandhom ikomplu jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-Unjoni relatati mal-linja baġitarja 02 04 77 03: “Azzjoni preparatorja fuq ir-riċerka dwar id-difiża”, imdaħħla fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2018.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat sabiex jippermetti li dik il-kooperazzjoni estiża tkompli għaddejja mill-1 ta' Jannar 2018,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-paragarafu 13(a) tal-Artikolu 1 tal-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE, il-kliem “is-sena finanzjarja 2017” huwa sostitwit bil-kliem “is-snin finanzjarji 2017 u 2018”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2018.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(*1)  [Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]


29.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 131/16


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/778

tat-28 ta' Mejju 2018

li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK (1).

(2)

Fid-29 ta' Mejju 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/917 (2) li testendi l-miżuri restrittivi stabbiliti fid-Deċiżjoni 2013/255/PESK sal-1 ta' Ġunju 2018.

(3)

Abbażi ta' rieżami tal-miżuri restrittivi, jenħtieġ li dawn jerġgħu jiġu estiżi sal-1 ta' Ġunju 2019.

(4)

Jenħtieġ li l-entrati għal ċerti persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif stabbiliti fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK jiġu aġġornati u emendati.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/255/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 34 tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 34

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-1 ta' Ġunju 2019. Hija għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Hija tista' tiġġedded, jew tiġi emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”.

Artikolu 2

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Mejju 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/917 tad-29 ta' Mejju 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 139, 30.5.2017, p. 62).


ANNESS

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif ġej:

I.

Fil-Parti A (“Persuni”), l-entrati li ġejjin huma emendati kif ġej:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“7.

Amjad (

Image 82

) Abbas (

Image 83

) (magħruf ukoll bħala Al-Abbas)

 

Kap tas-Sigurtà Politika f'Banyas, involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti f'Baida.

9.5.2011

8.

Rami (

Image 84

) Makhlouf (

Image 85

)

Data tat-twelid: 10 ta' Lulju 1969;

Post tat-twelid: Damasku;

passaport Nru 000098044,

Numru tal-ħruġ 002-03-0015187

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja b'interessi fis-setturi tat-telekomunikazzjoni, is-servizzi finanzjarji, it-trasport u l-proprjetà; għandu interess finanzjarju u/jew għandu karigi għoljin u eżekuttivi fis-Syriatel, l-ikbar operatur tat-telefon ċellulari fis-Sirja, il-fondi ta' investiment Al Mashreq, Bena Properties u Cham Holding.

Huwa jipprovdi finanzjament u appoġġ lir-reġim Sirjan, permezz tal-interessi kummerċjali tiegħu.

Huwa membru influwenti tal-familja Makhlouf u huwa marbut mill-qrib mal-familja Assad; kuġin tal-President Bashar Al-Assad.

9.5.2011

9.

Abd Al-Fatah (

Image 86

) Qudsiyah (

Image 87

)

Data tat-twelid: 1953;

Post tat-twelid: Hama;

passaport diplomatiku Nru D0005788

Uffiċjal fil-grad ta' Maġġur Ġeneral fil-Forzi Armati Sirjani fil-kariga wara Mejju 2011.

Viċi Direttur tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Nazzjonali tal-Partit Ba'ath. Ex-Kap tad-Direttorat tal-Intelligence Militari Sirjana. Involut fir-repressjoni vjolenti tal-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

9.5.2011

13.

Munzir (

Image 88

) (magħruf ukoll bħala Mundhir, Monzer) Jamil (

Image 89

) Al-Assad (

Image 90

)

Data tat-twelid: 1 ta' Marzu 1961;

Post tat-twelid: Kerdaha, Provinċja ta' Lattakia;

Passaporti Nru 86449 u 842781

Involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili bħala parti mill-milizzja ta' Shabiha.

9.5.2011

19.

Iyad (

Image 91

) (magħruf ukoll bħala Eyad) Makhlouf (

Image 92

)

Data tat-twelid: 21 ta' Jannar 1973;

Post tat-twelid: Damasku;

passaport Nru N001820740

Membru tal-familja Makhlouf; iben Mohammed Makhlouf, ħu Hafez u Rami u ħu Ihab Makhlouf; kuġin tal-President Bashar Al-Assad.

Membru tas-servizzi Sirjani tas-sigurtà u l-intelligence fil-kariga wara Mejju 2011.

Uffiċjal fid-Direttorat Ġenerali tal-Intelligence (GID) involut fi vjolenza fuq il-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

23.5.2011

23.

Zoulhima (

Image 93

) (magħruf ukoll bħala Zu al-Himma) Chaliche (

Image 94

) (magħruf ukoll bħala Shalish, Shaleesh) (magħruf ukoll bħala Dhu al-Himma Shalish)

Data tat-twelid: 1951 jew 1946 jew 1956;

Post tat-twelid: Kerdaha

Uffiċjali tas-servizzi Sirjani tas-sigurtà u l-intelligence fil-kariga wara Mejju 2011; Ex-Kap tal-Protezzjoni Presidenzjali.

Membru tal-Forzi Armati Sirjani fil-grad ta' Maġġur Ġeneral fil-kariga wara Mejju 2011.

Involut fi vjolenza fuq id-dimostranti.

Membru tal-familja Assad: kuġin tal-President Bashar Al-Assad

23.6.2011

26.

Maġġur Ġenerali Qasem (

Image 95

) Soleimani (

Image 96

) (magħruf ukoll bħala Qasim Soleimany; Qasim Soleimani; Qasem Sulaimani; Qasim Sulaimani; Qasim Sulaymani; Qasem Sulaymani; Kasim Soleimani; Kasim Sulaimani; Kasim Sulaymani; Haj Qasem; Haji Qassem; Sarder Soleimani)

Data tat-twelid: 11 ta' Marzu 1957;

Post tat-twelid: Qom, Iran (Repubblika Islamika ta');

Passport nru: 008827, maħruġ fl-Iran.

Kmandant tal-Revolutionary Guard Corps Iranjan - IRGC - Qods, involut fil-forniment tat-tagħmir u l-appoġġ biex jgħin lir-reġim tas-Sirja jrażżan il-protesti fis-Sirja.

23.6.2011

27.

Hossein (

Image 97

) Taeb (

Image 98

) (magħruf ukoll bħala Taeb, Hassan; magħruf ukoll bħala Taeb, Hosein; magħruf ukoll bħala Taeb, Hossein; magħruf ukoll bħala Taeb, Hussayn; magħruf ukoll bħala Hojjatoleslam Hossein Ta'eb)

Twieled: 1963;

Post tat-twelid: Teheran, Iran

Viċi Kmandant għall-Intelligence tal-Revolutionary Guard Corps Iranjan, involut fil-forniment tat-tagħmir u l-appoġġ biex jgħin lir-reġim tas-Sirja jrażżan il-protesti fis-Sirja.

23.6.2011

36.

Nizar (

Image 99

) al-Asaad (

Image 100

) (magħruf ukoll bħala Nizar Asaad)

Kuġin ta' Bashar Al-Assad; ex-kap tal-kumpannija “Nizar Oilfield Supplies”

Qrib ħafna ta' uffiċjali ewlenin tal-gvern.

Jiffinanzja lil Shabiha fir-reġjun ta' Latakia.

23.8.2011

37.

Maġġur Ġeneral Rafiq (

Image 101

) (magħruf ukoll bħala Rafeeq) Shahadah (

Image 102

) (magħruf ukoll bħala Shahada, Shahade, Shahadeh, Chahada, Chahade, Chahadeh, Chahada)

Data tat-twelid: 1956;

Post tat-twelid: Jablah, Provinċja ta' Latakia

Membru tal-Forzi Armati Sirjani fil-grad ta' Maġġur Ġeneral fil-kariga wara Mejju 2011. Ex-Kap tal-Fergħa 293 (Affarijiet Interni) tal-Intelligence Militari Sirjana (SMI) f'Damasku. Involut direttament fir-repressjoni u l-vjolenza fuq il-popolazzjoni ċivili f'Damasku. Konsulent għall-President Bashar Al-Assad għal kwistjonijiet strateġiċi u ta' intelligence militari.

23.8.2011

50.

Tarif (

Image 103

) Akhras (

Image 104

) (magħruf ukoll bħala Al Akhras (

Image 105

))

Data tat-twelid: 2 ta' Ġunju 1951;

Post tat-twelid: Homs, Sirja;

Passaport Sirjan Nru 0000092405

Negozjant prominenti li jibbenefika minn u jappoġġa lir-reġim. Fundatur tal-Akhras Group (prodotti, kummerċ, ipproċessar u loġistika) u ex President għall-Kamra tal-Kummerċ ta' Homs. Relazzjonijiet ta' negozju mill-qrib mal-familja tal-President Al-Assad. Membru tal-Bord tal-Federazzjoni tal-Kamra tal-Kummerċ Sirjana. Ipprovda bini industrijali u residenzjali għal kampijiet ta' detenzjoni improviżati, kif ukoll appoġġ loġistiku għar-reġim (xarabanks u tankijiet tat-tagħbija).

2.9.2011

53.

Adib (

Image 106

) Mayaleh (

Image 107

) (magħruf ukoll bħala André Mayard)

Data tat-twelid: 15 ta' Mejju 1955;

Post tat-twelid: Bassir

Ex-Gvernatur u President tal-Bord tad-Diretturi tal-Bank Ċentrali tas-Sirja.

Adib Mayaleh ikkontrolla s-settur bankarju Sirjan u mmaniġġja l-massa monetarja Sirjana permezz tal-ħruġ u l-irtirar ta' karti tal-flus u permezz tal-kontroll tal-valur tar-Rata tal-Kambju tal-Lira Sirjana. Permezz tar-rwol tiegħu fil-Bank Ċentrali tas-Sirja, Adib Mayaleh ipprovda appoġġ ekonomiku u finanzjarju lir-reġim Sirjan.

Ex-Ministru għall-Ekonomija u l-Kummerċ Barrani fil-kariga wara Mejju 2011.

15.5.2012

68.

Bassam (

Image 108

) Sabbagh (

Image 109

) (magħruf ukoll bħala Al Sabbagh (

Image 110

))

Data tat-twelid: 24 ta' Awwissu 1959;

Post tat-twelid: Damasku.

Indirizz: Kasaa, Anwar al Attar Street, al Midani building, Damasku:

Passaport Sirjan Nru 004326765 maħruġ fit-2 ta' Novembru 2008, validu sa Novembru 2014.

Kunsillier legali u finanzjarju u jiġġestixxi l-affarijiet ta' Rami Makhlouf u ta' Khaldoun Makhlouf. Involut ma' Bashar al-Assad fil-finanzjament ta' proġett ta' bini f'Latakia. Jipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim.

14.11.2011

79.

Maġġur Ġeneral Talal (

Image 111

) Makhluf (

Image 112

) (magħruf ukoll bħala Makhlouf)

 

Ex-kmandant tal-105 Brigata tal-Gwardja Repubblikana. Kmandant Ġeneral attwali tal-Gwardja Repubblikana. Membru tal-Forzi Armati Sirjani fil-grad ta' Maġġur Ġeneral fil-kariga wara Mejju 2011. Uffiċjal militari involut fil-vjolenza f'Damasku.

1.12.2011

80.

Maġġur Ġeneral Nazih (

Image 113

) (magħruf ukoll bħala Nazeeh) Hassun (

Image 114

) (magħruf ukoll bħala Hassoun)

 

Uffiċjal fil-grad ta' Maġġur Ġeneral fil-Forzi Armati Sirjani fil-kariga wara Mejju 2011. Kap tad-Direttorat tas-Sigurtà Politika tas-servizzi tas-sigurtà Sirjani fil-kariga wara Mejju 2011. Responsabbli għar-repressjoni vjolenti fuq il-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

1.12.2011

109.

Imad (

Image 115

) Mohammad (

Image 116

) (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad, Mohammed) Deeb (

Image 117

) Khamis (

Image 118

) (magħruf ukoll bħala Imad Mohammad Dib Khamees)

Data tat-twelid: 1 ta' Awwissu 1961;

Post tat-twelid: viċin Damasku

Prim Ministru u Ministru tal-Elettriku. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.3.2012

114.

Emad (

Image 119

) Abdul-Ghani (

Image 120

) Sabouni (

Image 121

) (magħruf ukoll bħala Imad Abdul Ghani Al Sabuni)

Data tat-twelid: 1964;

Post tat-twelid: Damasku

Ex-Ministru għat-Telekomunikazzjoni u t-Teknoloġija, fil-kariga sa mill-inqas April 2014. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim fuq il-popolazzjoni ċivili. Maħtur f'Lulju 2016 bħala Kap tal-Aġenzija għall-Ippjanar u l-Kooperazzjoni Internazzjonali (aġenzija tal-Gvern).

27.2.2012

116.

Tayseer (

Image 122

) Qala (

Image 123

) Awwad (

Image 124

)

Data tat-twelid: 1943;

Post tat-twelid: Damasku

Ex-Ministru għall-Ġustizzja. Assoċjat mar-reġim Sirjan u r-repressjoni vjolenti tiegħu fuq il-popolazzjoni ċivili. Ex-Kap tal-Qorti Militari. Membru tal-Kunsill Ġudizzjarju Għoli.

23.9.2011

132.

Brigadier Ġenerali Abdul- Salam (

Image 125

) Fajr (

Image 126

) Mahmoud (

Image 127

)

 

Kap tal-fergħa ta' Bab Touma (Damasku) tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Ajru. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti.

24.7.2012

147.

Ġeneral Amer al-Achi (magħruf ukoll bħala Amer Ibrahim al-Achi; magħruf ukoll bħala Amis al Ashi; magħruf ukoll bħala Ammar Aachi; magħruf ukoll bħala Amer Ashi) (

Image 128

)

 

Kap tal-fergħa tal-intelligence tal-aġenzija tal-intelligence tal-forza tal-ajru (2012-2016). Permezz tar-rwol tiegħu fl-aġenzija tal-intelligence tal-forza tal-ajru, Amer al-Achi huwa involut fir-repressjoni tal-oppożizzjoni Sirjana.

24.7.2012

153.

Waleed (

Image 129

) (magħruf ukoll bħala Walid) Al Mo'allem (

Image 130

) (magħruf ukoll bħala Al Moallem, Muallem (

Image 131

))

 

Viċi Prim Ministru, Ministru tal-Affarijiet Barranin u ta' Persuni li qed Jgħixu Barra minn Pajjiżhom. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

157.

L-Inġinier Bassam (

Image 132

) Hanna (

Image 133

)

Data tat-twelid: 1954;

Post tat-twelid: Aleppo (is-Sirja)

Ex-Ministru għar-Riżorsi tal-Ilma fil-kariga wara Mejju 2011. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim fuq il-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

160.

Dr. Hazwan (

Image 134

) Al Wez (

Image 135

) (magħruf ukoll bħala Al Wazz)

 

Ministru tal-Edukazzjoni. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

169.

Dr. Adnan (

Image 136

) Abdo (

Image 137

) (magħruf ukoll bħala Abdou) Al Sikhny (

Image 138

) (magħruf ukoll bħala Al-Sikhni, Al-Sekhny, Al-Sekhni)

Data tat-twelid: 1961;

Post tat-twelid: Aleppo (is-Sirja)

Ex-Ministru għall-Industrija. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim fuq il-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

171.

Dr Abdul-Salam (

Image 139

) Al Nayef (

Image 140

)

 

Ex-Ministru tas-Saħħa fil-poter wara Mejju 2011. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

175.

Najm-eddin (

Image 141

) (magħruf ukoll bħala Nejm-eddin, Nejm-eddeen, Najm-eddeen, Nejm-addin, Nejm-addeen, Najm-addeen, Najm-addin) Khreit (

Image 142

) (magħruf ukoll bħala Khrait)

 

Ex-Ministru tal-Istat. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

176.

Abdullah (

Image 143

) (magħruf ukoll bħala Abdallah) Khaleel (

Image 144

) (magħruf ukoll bħala Khalil) Hussein (

Image 145

) (magħruf ukoll bħala Hussain)

 

Ex-Ministru tal-Istat fil-poter wara Mejju 2011. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

189.

Dr Malek (

Image 146

) Ali (

Image 147

) (magħruf ukoll bħala Malik Ali)

Data tat-twelid: 1956;

Post tat-twelid: Tartous (is-Sirja)

Ex-Ministru għall-Edukazzjoni Għolja fil-kariga wara Mejju 2011. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim fuq il-popolazzjoni ċivili.

24.6.2014

206.

Maġġur Ġeneral Muhamad (

Image 148

) (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad) Mahalla (

Image 149

) (magħruf ukoll bħala Mahla, Mualla, Maalla, Muhalla)

Data tat-twelid: 1960;

Post tat-twelid: Jableh

Membru tal-Forzi Armati Sirjani fil-grad ta' Maġġur Ġeneral fil-kariga wara Mejju 2011. Kap tal-Fergħa 293 (Affarijiet Interni) tal-Intelligence Militari Sirjana (SMI), minn April 2015 'l hawn. Responsabbli għar-repressjoni u l-vjolenza fuq il-popolazzjoni ċivili f'Damasku/fil-kampanja ta' Damasku. Ex-Viċi Kap tas-Sigurtà Politika (2012), Uffiċjal tal-Gwardja Repubblikana Sirjana u Viċi Direttur tad-Direttorat tas-Sigurtà Politika. Kap tal-Pulizija Militari, Membru tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Nazzjonali.

29.5.2015

210.

Tahir (

Image 150

) Hamid (

Image 151

) Khalil (

Image 152

) (magħruf ukoll bħala Tahir Hamid Khali; Khalil Tahir Hamid)

Pożizzjoni: Maġġur Ġeneral

Għandu l-grad ta' Maġġur Ġeneral, Kap tad-Direttorat Sirjan tal-Artillerija u l-Missili tal-Forzi Armati Sirjani, fil-kariga wara Mejju 2011. Bħala uffiċjal għoli tad-Direttorat Sirjan tal-Artillerija u l-Missili, huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili, inkluż l-użu ta' missili u armi kimiċi mill-Brigati taħt il-kmand tiegħu f'żoni ċivili b'densità għolja ta' popolazzjoni fl-2013 f'Ghouta.

28.10.2016

251.

Mohammad (

Image 153

) Ziad (

Image 154

) Ghriwati (

Image 155

) (magħruf ukoll bħala: Mohammad Ziad Ghraywati)

 

Mohammad Ziad Ghriwati huwa inġinier fiċ-Ċentru Sirjan tal-Istudji u r-Riċerka Xjentifiċi (Syrian Scientific Studies and Research Centre). Huwa involut fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi u t-twassil tagħhom. Mohammad Ziad Ghriwati kien involut fil-kostruzzjoni ta' bombi f'bettija li ntużaw fuq il-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

Huwa assoċjat maċ-Ċentru Sirjan tal-Istudji u r-Riċerka Xjentifiċi (Syrian Scientific Studies and Research Centre), entità elenkata.

18.7.2017

253.

Khaled (

Image 156

) Sawan (

Image 157

)

 

Dr. Khaled Sawan huwa inġinier fis-Syrian Scientific Studies and Research Centre, li huwa involut fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi u t-twassil tagħhom. Huwa kien involut fil-kostruzzjoni ta' bombi bettija li ntużaw kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

Huwa kien assoċjat mas-Syrian Scientific Studies and Research Centre, entità elenkata.

18.7.2017

254.

Raymond (

Image 158

) Rizq (

Image 159

) (magħruf ukoll bħala: Raymond Rizk)

 

Raymond Rizq huwa inġinier fis-Syrian Scientific Studies and Research Centre, involut fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi u t-twassil tagħhom. Kien involut fil-kostruzzjoni ta' bombi bettija li ntużaw kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

Huwa assoċjat mas- Syrian Scientific Studies and Research Centre, entità elenkata.

18.7.2017

261.

Maher Sulaiman (magħruf ukoll bħala:

Image 160

; Mahir; Suleiman)

Post tat-twelid: Lattakia, is-Sirja

Tabib; Direttur tal-Higher Institute for Applied Sciences and Technology

Indirizz: Higher Institute for Applied Sciences and Technology (HIAST), P.O. Box 31983, Damascus

Direttur tal-Higher Institute for Applied Sciences and Technology (HIAST), li jipprovdi taħriġ u appoġġ bħala parti mis-settur tal-proliferazzjoni tal-armi kimiċi. Minħabba l-pożizzjoni għolja tiegħu fil-HIAST, li huwa affiljat u sussidjarju tas-Scientific Studies and Research Centre (SSRC), huwa assoċjat mal-HIAST u s-SSRC, li t-tnejn huma entitajiet iddeżinjati.

19.3.2018”.

II.

Parti A (“Persuni”), jitneħħew l-ismijiet u l-entrati korrispondenti li ġejjin:

21.

Dawud Rajiha

39.

Hassan Bin-Ali Al-Turkmani

III.

Fil-Parti A (“Persuni”), in-numri tal-entrata għall-persuni ta' hawn taħt huma sostitwiti kif ġej:

Isem il-persuna

Numru tal-entrata attwali

Numru tal-entrata ġdid

Houmam Jaza'iri

1

264

Mohamad Amer Mardini

2

265

Mohamad Ghazi Jalali

3

266

Kamal Cheikha

4

15

Hassan Nouri

5

17

Mohammad Walid Ghazal

6

74

Khalaf Souleymane

7

118

Nizar Wahbeh Yazaji

8

178

Hassan Safiyeh

9

202

Issam Khalil

10

267

Ghassan Ahmed

13

268

Abdelhamid Khamis

16

269

IV.

Fil-Parti B (“Entitajiet”), l-entrata numru 60 hija sostitwita b'dan li ġej:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“60.

Istitut Għoli għax-Xjenzi Applikati u t-Teknoloġija (Higher Institute for Applied Sciences and Technology (HIAST) (

Image 161

Image 162

) (magħruf ukoll bħala Institut Supérieur des Sciences Appliquées et de Technologie (ISSAT))

P.O. Box 31983, Barzeh

Affiljat ma' u sussidjarju taċ-Ċentru Sirjan tal-Istudji u r-Riċerka Xjentifiċi (Syrian Scientific Studies and Research Centre (SSRC) li huwa diġà elenkat. Jipprovdi taħriġ u appoġġ lill-SSRC u għalhekk huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti fuq il-popolazzjoni ċivili.

23.7.2014”.


29.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 131/23


DEĊIŻJONI DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/779

tad-19 ta' Frar 2018

dwar is-sistemi applikabbli għall-evalwazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni ta' sandwich panels b'uċuħ metalliċi għall-użu struttrali skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 28 u l-Artikolu 60(h) tiegħu,

Billi:

(1)

Deċiżjoni xierqa għall-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni ma teżistix għas-sandwich panels b'uċuħ metalliċi għall-użu strutturali (“sandwich panels”). Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi stabbilit liema sistemi tal-valutazzjoni u tal-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni huma applikabbli fil-każ tas-sandwich panels.

(2)

Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika biss għall-prodotti li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' atti oħra korrispondenti tal-liġi tal-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li ma tapplikax għas-sandwich panels b'uċuħ metalliċi mhux maħsuba għall-użu strutturali minħabba li dawn diġà huma koperti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/436/KE (2) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/437/KE (3),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għas-sandwich panels b'uċuħ metalliċi għall-użu strutturali.

Artikolu 2

Is-sandwich panels msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jiġu vvalutati u vverifikati għall-kostanza tal-prestazzjoni fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali tagħhom b'konformità mas-sistemi speċifikati fl-Anness.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Frar 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/436/KE tat-22 ta' Ġunju 1998 dwar il-proċedura għall-attestazzjoni ta' konformità ta' prodotti għall-bini skont l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta' kisi tas-soqfa, tamboċċi, twieqi fis-soqfa u prodotti anċillari (ĠU L 194, 10.7.1998, p. 30)

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/437/KE tat-30 ta' Ġunju 1998 dwar il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti għall-bini permezz tal-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward kisi intern u estern ta' ħitan u soqfa (ĠU L 194, 10.7.1998, p. 39)


ANNESS

SISTEMI TA' VALUTAZZJONI U TA' VERIFIKA TAL-KOSTANZA TAL-PRESTAZZJONI

Tabella 1

Għall-karatteristiċi essenzjali kollha relatati mar-Rekwiżit Bażiku tax-Xogħlijiet tal-Bini Nru 1 (reżistenza mekkanika u stabbiltà)

Prodotti u użu maħsub

Sistema applikabbli

Sandwich panels b'uċuħ metalliċi għall-użu strutturali

2+


Tabella 2

Għar-reazzjoni għan-nar biss

Għall-prodotti kollha indikati fl-ewwel kolonna tat-Tabella 1, is-sistemi tal-AVCP huma determinati, skont is-subfamilji tagħhom, kif ġej:


Subfamilji tal-prodott

Sistema applikabbli

Il-prodotti li għalihom stadju identifikabbli b'mod ċar fil-proċess tal-produzzjoni tagħhom jirriżulta f'titjib fil-prestazzjoni tagħhom tar-reazzjoni għan-nar (eż. biż-żieda ta' ritardanti tan-nar jew bil-limitazzjoni ta' materjali organiċi)

1

Prodotti li għalihom teżisti bażi ġuridika Ewropea applikabbli li tikklassifika l-prestazzjoni tagħhom tar-reazzjoni għan-nar mingħajr ittestjar

4

Prodotti li ma jappartjenux għas-subfamilji indikati fir-ringieli 1 u 2

3


Tabella 3

Għall-karatteristiċi essenzjali l-oħra kollha

Prodotti u użu maħsub

Sistema applikabbli

Sandwich panels b'uċuħ metalliċi għall-użu strutturali

3