ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 112 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 61 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
REGOLAMENTI
2.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 112/1 |
REGOLAMENT (UE) 2018/643 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-18 ta' April 2018
dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija
(riformulazzjoni)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 338(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) ġie emendat diversi drabi b'mod sostanzjali (4). Peress li jenħtieġ li jsiru iktar emendi, jenħtieġ li dak ir-Regolament jiġi riformulat għal iktar ċarezza. |
(2) |
Il-ferroviji huma parti importanti fin-networks tat-trasport tal-Unjoni. |
(3) |
L-istatistika dwar it-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri bil-ferrovija hija neċessarja sabiex il-Kummissjoni tkun tista' timmonitorja u tiżviluppa l-politika ta' trasport komuni, kif ukoll l-elementi ta' trasport ta' dawk il-politiki li jirrigwardaw ir-reġjuni u n-netwerks transEwropej. |
(4) |
L-istatistika dwar is-sikurezza ferrovjarja hija neċessarja wkoll sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tħejji u timmonitorja l-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-sikurezza tat-trasport. L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji tiġbor data dwar l-inċidenti li jaqgħu taħt l-Anness I tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) fir-rigward tal-indikaturi komuni tas-sigurtà u l-metodi komuni għall-kalkolu tal-ispejjeż tal-inċidenti. |
(5) |
L-istatistika fil-livell tal-Unjoni dwar it-trasport bil-ferrovija hija meħtieġa ukoll sabiex twettaq il-kompiti tal-monitoraġġ stipulati fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). |
(6) |
Jenħtieġ li l-istatistika fil-livell tal-Unjoni dwar il-mezzi kollha tat-trasport tinġabar skont kunċetti u standards komuni, bl-għan li jkun hemm komparabbiltà prattika sħiħa kemm jista' jkun bejn il-mezzi tat-trasport. |
(7) |
Hu importanti li jiġi evitat ix-xogħol doppju u li jsir l-aħjar użu tal-informazzjoni eżistenti li tkun tista' tintuża għall-finijiet ta' statistika. Għal dak il-għan, u bil-ħsieb li tkun provduta informazzjoni faċilment aċċessibbli u utli għaċ-ċittadini tal-Unjoni u partijiet ikkonċernati oħra dwar is-sikurezza tat-trasport ferrovjarju u l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja, inkluża l-infrastruttura ferrovjarja, jenħtieġ li jiġu stabbiliti, bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u entitajiet rilevanti, inkluż fil-livell internazzjonali, ftehimiet ta' kooperazzjoni adatti dwar l-attivitajiet ta' statistika. |
(8) |
Jenħtieġ li jintlaħaq bilanċ bejn il-bżonnijiet tal-utenti u l-piż fuq ir-rispondenti meta tiġi prodotta statistika Ewropea. |
(9) |
Fir-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-esperjenza tagħha miksuba fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 91/2003, il-Kummissjoni semmiet il-fatt li l-iżviluppi fuq terminu twil probabbilment iwasslu għas-soppressjoni jew is-simplifikazzjoni tad-data diġà miġbura skont dak ir-Regolament, u li l-għan huwa li jitnaqqas il-perijodu ta' trażmissjoni tad-data għad-data annwali dwar il-passiġġieri bil-ferrovija. Jenħtieġ li il-Kummissjoni tkompli tipprovdi rapporti f'intervalli regolari dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
(10) |
Il-koeżistenza ta' impriżi ferrovjarji pubbliċi u privati li joperaw fis-suq tat-trasport kummerċjali bil-ferrovija teħtieġ speċifikazzjoni espliċita dwar it-tagħrif statistiku li jenħtieġ li jkun ipprovdut mill-impriżi kollha tal-ferroviji u mxerred mill-Eurostat. |
(11) |
Ladarba l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-ħolqien ta' standards statistiċi komuni li jippermettu l-produzzjoni ta' data armonizzata u li għandhom jiġu implimentati minn kull Stat Membru taħt l-awtorità tal-korpi u l-istituzzjionijiet li huma responsabbli mill-produzzjoni tal-istatistika uffiċjali, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista', minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, konformement mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Konformement mal-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dak l-għan. |
(12) |
Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) jipprovdi qafas ta' riferiment għad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament. |
(13) |
Sabiex jiġu riflessi l-iżviluppi ġodda fl-Istati Membri filwaqt li, fl-istess ħin, jinżamm il-ġbir armonizzat tad-data dwar it-trasport ferrovjarju fl-Unjoni kollha, u bil-ħsieb li tinżamm il-kwalità tajba tad-data mibgħuta mill-Istati Membri, jenħtieġ li s-setgħa ta' adozzjoni ta' atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar ta' dan ir-Regolament biex jiġu adattati d-definizzjonijiet tekniċi u biex jiġu stabbiliti definizzjonijiet tekniċi addizzjonali. Hu ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (8). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati. |
(14) |
Jentħieġ li l-Kummissjoni tiżgura li dawk l-atti delegati ma jimponux piż amministrattiv addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq ir-rispondenti. |
(15) |
Sabiex ikun żgurat li jkun hemm kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-informazzjoni li għandha tingħata għar-rapporti dwar il-kwalità u l-komparabbiltà tar-riżultati, u l-arranġamenti għat-tixrid ta' dawk ir-riżultati mill-Kummissjoni (Eurostat). Dawk is-setgħat jenħtieġ li jkunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). |
(16) |
Il-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika ġie kkonsultat, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-għan
L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jistabbilixxi regoli komuni għall-produzzjoni tal-istatistika tat-trasport bil-ferrovija fil-livell tal-Unjoni.
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jkopri l-ferroviji kollha fl-Unjoni. Kull Stat Membru għandu jirrapporta l-istatistika li għandha x'taqsam mat-trasport bil-ferrovija fit-territorju nazzjonali tiegħu. Fejn impriża tal-ferroviji topera f'iktar minn Stat Membru wieħed, l-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati għandhom jeħtieġu li l-impriża tipprovdi d-data b'mod separat għal kull pajjiż li topera fih sabiex tkun tista' tinġabar l-istatistika nazzjonali.
L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament:
(a) |
l-impriżi tal-ferroviji li joperaw fl-intier tagħhom jew fil-biċċa l-kbira ġewwa installazzjonijiet industrijali u f'oħrajn bħalhom, inklużi l-portijiet; |
(b) |
l-impriżi tal-ferroviji li jipprovdu prinċipalment servizzi turistiċi lokali, bħal ferroviji storiċi tal-istim miżmuma tajjeb. |
Artikolu 3
Definizzjonijiet
1. Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“pajjiż li qed jirrapporta” tfisser l-Istat Membru li jittrasmetti data lill-Eurostat; |
(2) |
“awtoritajiet nazzjonali” tfisser istituti nazzjonali tal-istatistika u korpi oħra responsabbli f'kull Stat Membru biex jipproduċu statistika Ewropea; |
(3) |
“ferrovija” tfisser linja ta' komunikazzjoni magħmula minn binarji esklussivament għall-użu ta' vetturi tal-ferrovija; |
(4) |
“vettura tal-ferrovija” tfisser tagħmir mobbli li jopera esklussivament fuq il-binarji, li jimxi bis-saħħa tiegħu stess (vetturi tractive) jew li jinġibed minn vettura oħra (karozzi tal-linja privati, karrijiet tar-railcar, vannijiet u vaguni); |
(5) |
“impriża ferrovjarja” tfisser kwalunkwe impriża pubblika jew privata li tipprovdi servizzi għat-trasport ta' merkanzija u/jew passiġġieri bil-ferrovija. Impriżi li n-negozju tagħhom huwa biss li jipprovdu servizzi għat-trasport ta' passiġġieri bil-metro, tram u/jew light rail huma esklużi; |
(6) |
“trasport ta' merkanzija bil-ferrovija” tfisser il-moviment ta' merkanzija permezz ta' vetturi tal-ferrovija bejn il-post ta' tagħbija u l-post tal-ħatt; |
(7) |
“trasport ta' passiġġieri bil-ferrovija” tfisser il-moviment ta' passiġġieri permezz ta' vetturi tal-ferrovija bejn il-post tal-imbark u l-post tal-iżbark. It-trasport ta' passiġġieri bil-metro, tram u/jew light rail huwa eskluż; |
(8) |
“metro” (magħruf ukoll bħala “subway”, “linja tal-ferrovija metropolitana” jew “underground”) tfisser linja tal-ferrovija tal-elettriku għat-trasport ta' passiġġieri b'kapaċita ta' volum kbir ta' traffiku u karatterizzata permezz ta' drittijiet ta' mogħdija esklussivi, ferroviji b'ħafna vaguni, aċċellerazzjoni b'veloċita għolja u rapida, sinjalar sofistikat kif ukoll l-assenza ta' qsim tal-linja fuq livell wieħed biex tiġi permessa frekwenza għolja ta' ferroviji u tagħbija kbira ta' pjattaforma. Il-metros huma karatterizzati wkoll minn stazzjonijiet viċin xulxin, li normalment ifisser distanza ta' 700 sa 1 200 m bejn l-istazzjonijiet. “Veloċita għolja” tirreferi għall-paragun ma' trammijiet u light rail, u tfisser hawnhekk approssimament 30 sa 40 km/h fuq distanzi iqsar, 40 sa 70 km/h fuq distanzi itwal; |
(9) |
“tram (streetcar)” tfisser vettura tat-triq tal-passiġġieri disinjata biex joqogħdu aktar minn disa' persuni (inkluż is-sewwieq), li hija konnessa ma' kondutturi tal-elettriku jew taħdem permezz ta' magna tad-diesel u li timxi fuq il-binarji; |
(10) |
“light rail” tfisser ferrovija għat-trasport ta' passiġġieri li ħafna drabi tuża karozzi li jimxu fuq il-binarji li jaħdmu bl-elettriku li joperaw weħidhom jew f'ferroviji qosra fuq linji b'żewġ binarji fissi. Ġeneralment ikun hemm distanza ta' inqas minn 1 200 m bejn l-istazzjonijiet/waqfiet. Meta mqabbel ma' metros, il-light rail huwa mibni b'mod aktar ħafif, huwa disinjat għal volumi ta' traffiku iżgħar u normalment jivvjaġġa b'inqas veloċità. Huwa xi kultant diffiċli li ssir distinzjoni preċiża bejn light rail u trammijiet; it-trammijiet ġeneralment mhumiex mifruda mit-traffiku tat-triq, filwaqt li light rail jista' jiġi mifrud minn sistemi oħra; |
(11) |
“trasport nazzjonali” tfisser trasport bil-ferrovija bejn żewġ postijiet (post ta' tagħbija/imbark u post ta' ħatt/żbark) lokalizzat fil-pajjiż li qed jirrapporta. Jista' jinvolvi transitu f'pajjiż ieħor; |
(12) |
“trasport internazzjonali” tfisser trasport bil-ferrovija bejn post (ta' tagħbija/imbark jew ta' ħatt/żbark) fil-pajjiż li qed jirrapporta u post (ta' tagħbija/imbark jew ta' ħatt/żbark) f'pajjiż ieħor; |
(13) |
“transitu” tfisser trasport bil-ferrovija li jgħaddi mill-pajjiż li qed jirrapporta bejn żewġ postijiet (post ta' tagħbija/imbark u post ta' ħatt/żbark) li jinstabu barra mill-pajjiż li qed jirrapporta. Operazzjonijiet ta' trasport li jinvolvu tagħbija/imbark jew ħatt/żbark ta' merkanzija/passiġġieri fil-fruntiera tal-pajjiż li qed jirrapporta minn/fuq mod ieħor ta' trasport mhumiex meqjusa bħala transitu; |
(14) |
“passiġġier tal-ferrovija” tfisser kull persuna, minbarra membri tal-ekwipaġġ tal-ferrovija, li jagħmel vjaġġ bil-ferrovija. Għal statistika ta' inċidenti, passiġġieri li jipprovaw jimbarkaw/jiżbarkaw fuq/minn fuq ferrovija li qed timxi huma inklużi; |
(15) |
“numru ta' passiġġieri” tfisser l-għadd ta' vjaġġi minn passiġġieri tal-ferrovija, fejn kull vjaġġ huwa definit bħala l-moviment minn post ta' imbark sal-post tal-iżbark, bi trasferimenti jew mingħajr trasferimenti minn vettura waħda tal-ferrovija għal fuq oħra. Jekk passiġġieri jużaw is-servizzi ta' aktar minn impriża waħda tal-ferrovija, meta jkun possibbli ma jiġux magħduda aktar minn darba; |
(16) |
“passiġġier-kilometru” tfisser l-unità ta' miżuri li tirrappreżenta t-trasport ta' passiġġier wieħed permezz tal-ferrovija fuq distanza ta' kilometru wieħed. Għandha titqies biss id-distanza fit-territorju nazzjonali tal-pajjiż li qed jirrapporta; |
(17) |
“piż” tfisser il-kwantità ta' merkanzija espressa f'tunnellati (1 000 kilogramma). Il-piż li jrid jitqies jinkludi, b'żieda mal-piż tal-merkanzija trasportata, il-piż tal-materjal użat għall-ipakkjar u t-toqol tare ta' kontenituri, swap bodies, sodod ċatti tal-injam (pallets) kif ukoll vetturi tat-triq trasportati bil-ferrovija matul il-kors ta' operati ta' trasport kombinati. Jekk il-merkanzija hija trasportata permezz tas-servizzi ta' aktar minn impriża waħda tal-ferrovija, meta jkun possibbli t-toqol ta' merkanzija ma tiġix magħduda aktar minn darba; |
(18) |
“tunnellata metrika-kilometru” tfisser l-unità ta' miżura ta' trasport ta' merkanzija li tirrappreżenta t-trasport ta' tunnellata metrika waħda (1 000 kilogramma) ta' merkanzija permezz tal-ferrovija fuq distanza ta' kilometru wieħed. Għandha titqies biss id-distanza fit-territorju nazzjonali tal-pajjiż li qed jirrapporta; |
(19) |
“tren” tfisser vettura waħda jew aktar tal-ferrovija li jinġibdu minn lokomottiva jew railcar waħda jew aktar li tivvjaġġa waħedha, li topera skont numru prestabbilit jew indikat speċifikament minn punt inizjali fiss sa punt terminali fiss. Lokomottiva żgħira, jiġifieri lokomottiva li tivvjaġġa waħedha, mhijiex meqjusa tren; |
(20) |
“tren-kilometru” tfisser l-unità ta' miżura li tirrappreżenta l-moviment ta' tren fuq kilometru wieħed. Id-distanza wżata hija d-distanza li tkun attwalment imxiet, jekk disponibbli, inkella d-distanza tan-network stabbilita bejn l-oriġini u d-destinazzjoni għandha tintuża. Għandha titqies biss id-distanza fit-territorju nazzjonali tal-pajjiż li qed jirrapporta; |
(21) |
“tagħbija sħiħa tal-ferrovija” tfisser kull kunsinja li tikkomprendi tagħbija ta' vagun waħda jew aktar trasportati fl-istess ħin minn l-istess mittent fl-istess stazzjon u tintbagħat mingħajr l-ebda bidla fil-komposizzjoni tat-tren lill-indirizz tal-istess destinatarju fl-istess stazzjon tad-destinazzjoni; |
(22) |
“tagħbija sħiħa tal-vagun” tfisser kull kunsinja ta' merkanzija għal liema l-użu esklussiv ta' vagun huwa meħtieġ, kemm jekk il-kapaċita totali ta' tagħbija hija utilizzata jew le; |
(23) |
“UEG (Unità Ekwivalenti ta' Għoxrin-pied)” tfisser unità standard ibbażata fuq kontenitur ISO twil 20 pied (6,10 m), użata bħala miżura tal-istatistika tal-fluss tat-traffiku jew kapaċitajiet. Kontenitur wieħed standard 40' ISO Serje 1 huwa ugwali għal żewġ UEG. Swap bodies ta' inqas minn 20 pied huma ekwivalenti għal 0,75 UEG, bejn 20 pied u 40 pied għal 1,5 UEG u aktar minn 40 pied għal 2,25 UEG. |
2. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 10 li jemendaw dan l-Artikolu sabiex tadatta d-definizzjonijiet tekniċi li jinsabu fil-punti (8), (9), (10), (21), (22) u (23) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u tipprevedi definizzjonijiet tekniċi addizzjonali, meta jkun meħtieġ biex jitqiesu żviluppi ġodda li jirrikjedu d-definizzjoni ta' ċertu livell ta' dettall tekniku sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni tal-istatistika.
Meta teżerċita dik is-setgħa, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-atti delegati ma jimponux piż amministrattiv addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq ir-rispondenti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tiġġustifika debitament l-azzjonijiet statistiċi previsti f'dawk l-atti delegati, bl-użu, fejn adatt, ta' analiżi tal-kosteffettività, inkluża valutazzjoni tal-piż fuq ir-rispondenti u tal-ispejjeż tal-produzzjoni, kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.
Artikolu 4
Il-ġbir ta' data
1. L-istatistika li trid tinġabar hija stabbilita fl-Annessi ma' dan ir-Regolament. Għandha tkopri t-tipi ta' data li ġejjin:
(a) |
l-istatistika annwali dwar it-trasport tal-merkanzija – rappurtaġġ iddettaljat (l-Anness I); |
(b) |
l-istatistika annwali dwar it-trasport tal-passiġġieri – rappurtaġġ iddettaljat (l-Anness II); |
(ċ) |
l-istatistika ta' kull kwart ta' sena dwar it-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri (l-Anness III); |
(d) |
l-istatistika reġjonali dwar it-trasport tal-merkanzija u l-passiġġieri (l-Anness IV); |
(e) |
l-istatistika dwar il-flussi tat-traffiku fuq in-network tal-ferroviji (l-Anness V). |
2. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw taħt l-Annessi I u II data dwar impriżi li għandhom:
(a) |
volum totali ta' trasport ta' merkanzija ta' mill-anqas 200 000 000 tunnellata metrika-kilometru jew mill-anqas 500 000 tunnellata; |
(b) |
volum totali ta' trasport ta' passiġġieri ta' mill-anqas 100 000 000 passiġġier-km. |
Ir-rapportar taħt l-Annessi I u II għandu jkun fakultattiv fir-rigward ta' impriżi li jaqgħu taħt il-livelli limitu msemmija fil-punti (a) u (b).
3. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw taħt l-Anness VIII id-data kollha għall-impriżi li jaqgħu taħt il-limit msemmija fil-paragrafu 2 jekk dik id-data ma tiġix irrapportata taħt l-Annessi I u II, kif speċifikat fl-Anness VIII.
4. Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, il-merkanzija għandha tiġi kklassifikata f'konformità mal-Anness VI. Il-merkanzija perikoluża għandha tiġi kklassifikata wkoll f'konformità mal-Anness VII.
Artikolu 5
L-għejun tad-data
1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw organizzazzjoni pubblika jew privata sabiex tieħu sehem fil-ġbir tad-data meħtieġa f'konformità ma' dan ir-Regolament.
2. Id-data meħtieġa tista' tinkiseb bl-użu ta' kwalunkwe kumbinazzjoni tal-għejun li ġejjin:
(a) |
l-istħarriġiet obbigatorji; |
(b) |
data amministrattiva, li tinkludi d-data miġbura mill-awtoritajiet regolatorji, b'mod partikolari l-polza tat-tagħbija tal-merkanzija ferrovjarja jekk tkun disponibbli; |
(c) |
il-proċeduri ta' stimi msejsa fuq statistika; |
(d) |
id-data pprovduta mill-organizzazzjonijiet professjonali fl-industrija tal-ferroviji; |
(e) |
studji ad hoc. |
3. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jieħdu miżuri sabiex jikkoordinaw l-għejun tad-data użati u sabiex jiżguraw il-kwalità tal-istatistika mibgħuta lill-Eurostat.
Artikolu 6
It-trasmissjoni tal-istatistika lill-Eurostat
1. L-Istati Membri għandhom jibgħatu l-istatistika msemmija fl-Artikolu 4 lill-Eurostat.
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-arranġamenti biex tintbagħat l-istatistika msemmija fl-Artikolu 4. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).
Artikolu 7
Disseminazzjoni
1. L-istatistika bbażata fuq id-data speċifikata fl-Annessi I sa V u VIII għandha tiġi disseminata mill-Kummissjoni (Eurostat).
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-arranġamenti għad-disseminazzjoni tar-riżultati. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).
Artikolu 8
Il-kwalità tal-istatistika
1. Sabiex tgħin lill-Istati Membri jżommu l-livell ta' kwalità fl-istatistika fl-isfera tal-kontroll tat-trasport bil-ferrovija, il-Eurostat għandha tiżviluppa u tippubblika rakkommandazzjonijiet metodoloġiċi. Dawn ir-rakkommandazzjonijiet għandhom iqisu l-aħjar prattiki tal-awtoritajiet nazzjonali, tal-impriżi tal-ferroviji u tal-organizzazzjonijiet professjonali tal-industrija tal-ferroviji.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw il-kwalità tad-data mibgħuta.
3. Il-kwalità tad-data statistika għandha tiġi vvalutata mill-Eurostat. Għal dak il-għan, fuq talba mill-Eurostat, l-Istati Membri għandhom jipprovdu tagħrif dwar il-metodi użati fil-produzzjoni tal-istatistika.
4. Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, il-kriterji ta' kwalità li għandhom jiġu applikati għad-data li għandha tintbagħat huma dawk imsemmija fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.
5. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw l-arranġamenti dettaljati, l-istruttura, il-perjodiċità u l-elementi ta' komparabbiltà għar-rapporti ta' kwalità standard. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).
Artikolu 9
Rapporti dwar l-implimentazzjoni
Sal-31 ta' Diċembru 2020 u kull erba' snin wara dan, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u dwar żviluppi futuri.
F'dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni rilevanti provduta mill-Istati Membri li tirrigwarda l-kwalità tad-data mibgħuta, il-metodi li jintużaw għall-ġbir tad-data u informazzjoni dwar il-potenzjal għal titjib u dwar il-ħtiġijiet tal-utenti.
B'mod partikolari, dak ir-rapport għandu:
(a) |
jivvaluta l-benefiċċji għall-Unjoni, għall-Istati Membri u għall-fornituri u l-utenti tat-tagħrif statistiku, tal-istatistika prodotta, relattivament għall-ispejjeż tagħhom; |
(b) |
jivvaluta l-kwalità tad-data mibgħuta, il-metodi użati għall-ġbir tad-data u l-kwalità tal-istatistika prodotta. |
Artikolu 10
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(2) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mit-13 ta' Diċembru 2016. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal dik l-estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.
3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 3(2) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat taħt l-Artikolu 3(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew il-Kunsill.
Artikolu 11
Proċedura ta' kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 12
Tħassir
Ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 huwa mħassar.
Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness X.
Artikolu 13
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, it-18 ta' April 2018.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
A. TAJANI
Għall-Kunsill
Il-President
L. PAVLOVA
(1) Opinjoni tas-6 ta' Diċembru 2017 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2018 (għadha mhijiex ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali), u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' April 2018.
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija (ĠU L 14, 21.1.2003, p. 1).
(4) Ara l-Anness IX.
(5) Id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzi tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (Id-Direttiva tas-Sigurtà Tal-Linji tal-Ferrovija) (ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44).
(6) Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32).
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).
(8) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(9) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
ANNESS I
L-ISTATISTIKA ANNWALI DWAR IT-TRASPORT TAL-MERKANZIJA — RAPPURTAĠĠ DETTALJAT |
|||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-lista tal-varjanti u tal-unitajiet tal-kejl |
Il-merkanzija trasportata espressa fi:
Il-movimenti tat-trenijiet tal-merkanzija espressi fi:
L-għadd tal-unitajiet tat-trasport intermodali li nġarru espressi fi:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-perjodu ta' referenza |
Sena |
||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-frekwenza |
Kull sena |
||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-lista tat-tabelli b'analiżi statistika għal kull tabella |
It-Tabella I1: il-merkanzija trasportata, skont it-tip tat-trasport It-Tabella I2: il-merkanzija trasportata, skont it-tip tal-oġġetti (l-Anness VI) It-Tabella I3: il-merkanzija trasportata (għat-traffiku internazzjonali u tat-transitu) skont il-pajjiż tat-tagħbija u tal-ħatt It-Tabella I4: il-merkanzija trasportata, skont il-kategorija tal-merkanzija perikoluża (l-Anness VII) It-Tabella I5: il-merkanzija trasportata, skont it-tip tal-kunsinna (fakoltativ) It-Tabella I6: il-merkanzija trasportata f'unitajiet tat-trasport intermodali, skont it-tip tat-trasport u t-tip tal-unità tat-trasport It-Tabella I7: l-għadd ta' unitajiet imgħobbija tat-trasport intermodali li nġarru, skont it-tip tat-trasport u t-tip tal-unitajiet tat-trasport It-Tabella I8: l-għadd tal-unitajiet battala tat-trasport intermodali li nġarru, skont it-tip tat-trasport u t-tip tal-unità tat-trasport It-Tabella I9: il-moviment tat-trenijiet tal-merkanzija |
||||||||||||||||||||||||||||||||
L-iskadenza għat-trasmissjoni tad-data |
Ħames xhur mit-tmiem tal-perjodu taż-żmien ta' referenza |
||||||||||||||||||||||||||||||||
L-ewwel perjodu ta' referenza għat-Tabelli I1, I2 u I3 |
2003 |
||||||||||||||||||||||||||||||||
L-ewwel perjodu ta' referenza għat-Tabelli I4, I5, I6, I7, I8 u I9 |
2004 |
||||||||||||||||||||||||||||||||
Noti |
|
ANNESS II
L-ISTATISTIKA ANNWALI DWAR IT-TRASPORT TAL-PASSIĠĠIERI — RAPPURTAR DETTALJAT |
|||||||||
Lista tal-varjanti u tal-unitajiet tal-kejl |
Passiġġieri ttrasportati espressi fi:
Movimenti tal-ferroviji tal-passiġġieri espressi fi:
|
||||||||
Perijodu ta' referenza |
Sena |
||||||||
Frekwenza |
Kull sena |
||||||||
Il-lista ta' tabelli b'analiżi dettaljata għal kull tabella |
Tabella II1: il-passiġġieri trasportati, skont it-tip tat-trasport Tabella II2: il-passiġġieri internazzjonali trasportati, skont il-pajjiż tal-imbark u l-pajjiż tal-iżbark Tabella II3: movimenti tal-ferroviji tal-passiġġieri |
||||||||
L-iskadenza għat-trażmissjoni tad-data |
Tmien xhur wara t-tmiem tal-perijodu ta' referenza |
||||||||
L-ewwel perijodu ta' referenza |
2016 |
||||||||
Noti |
|
ANNESS III
L-ISTATISTIKA TA' KULL KWART TA' SENA DWAR IT-TRASPORT TAL-MERKANZIJA U TAL-PASSIĠĠIERI |
|||||||||
Il-lista tal-varjanti u tal-unitajiet tal-kejl |
Il-merkanzija trasportata espressa fi:
Il-passiġġieri trasportati fi:
|
||||||||
Il-perjodu ta' referenza |
Kwart tas-sena |
||||||||
Il-frekwenza |
Kull kwart tas-sena |
||||||||
Il-lista tat-tabelli b'analiżi dettaljata għal kull tabella |
It-Tabella III1: il-merkanzija trasportata It-Tabella III 2: il-passiġġieri trasportati |
||||||||
L-iskadenza għat-trasmissjoni tad-data |
Tliet xhur wara t-tmiem tal-perjodu ta' referenza |
||||||||
L-ewwel perjodu ta' referenza |
L-ewwel kwart tas-sena 2004 |
||||||||
Noti |
|
ANNESS IV
L-ISTATISTIKA REĠJONALI DWAR IT-TRASPORT TAL-MERKANZIJA U L-PASSIĠĠIERI |
|||||||||
Il-lista tal-varjanti u tal-unitajiet tal-kejl |
Il-merkanzija trasportata espressa fi:
Il-passiġġieri trasportati espressi fi:
|
||||||||
Il-perjodu ta' referenza |
Sena |
||||||||
Il-frekwenza |
Kull ħames snin |
||||||||
Il-lista tat-tabelli b'analiżi dettaljata għal kull tabella |
It-Tabella IV1: it-trasport nazzjonali tal-merkanzija skont ir-reġjun tat-tagħbija u r-reġjun tal-ħatt (NUTS 2) It-Tabella IV2: it-trasport internazzjonali tal-merkanzija skont ir-reġjun tat-tagħbija u r-reġjun tal-ħatt (NUTS 2) It-Tabella IV3: it-trasport nazzjonali tal-passiġġieri skont ir-reġjun tal-imbark u r-reġjun tal-iżbark (NUTS 2) It-Tabella IV4: it-trasport tal-passiġġieri internazzjonali skont ir-reġjun tal-imbark u r-reġjun tal-isżbark (NUTS 2) |
||||||||
L-iskadenza għat-trasmissjoni tad-data |
12-il xahar wara t-tmiem tal-perjodu ta' referenza |
||||||||
L-ewwel perjodu ta' referenza |
2005 |
||||||||
Noti |
|
ANNESS V
L-ISTATISTIKA DWAR IL-FLUSSI TAT-TRAFFIKU FUQ IN-NETWORK TAL-FERROVIJI |
|||||||||
Il-lista tal-varjanti u tal-unitajiet tal-kejl |
It-trasport tal-merkanzija
It-trasport tal-passiġġieri:
Oħrajn (it-trenijiet li joffru servizz, eċċ.) (fakoltattiv):
|
||||||||
Il-perjodu ta' referenza |
Sena |
||||||||
Il-frekwenza |
Kull ħames snin |
||||||||
Il-lista tat-tabelli b'analiżi dettaljata għal kull tabella |
It-Tabella V1: it-trasport tal-merkanzija, skont is-segment tan-network It-Tabella V2: it-trasport tal-passiġġieri, skont is-segment tan-network It-Tabella V3: oħrajn (it-trenijiet li joffru servizz, eċċ.), skont is-segment tan-network (mhux obbligatorju) |
||||||||
L-iskadenza għat-trasmissjoni tad-data |
18-il xahar wara t-tmiem tal-perjodu taż-żmien tar-riferiment |
||||||||
Il-perjodu ta' referenza |
2005 |
||||||||
Noti |
|
ANNESS VI
NST 2007
Diviżjoni |
Deskrizzjoni |
01 |
Prodotti tal-agrikoltura, tal-kaċċa u tal-forestrija; ħut u prodotti oħra tas-sajd |
02 |
Faħam u lignite; żejt mhux raffinat u gass naturali |
03 |
Metalli mhux maħduma u prodotti oħra tal-minjieri u tal-barrieri; pit; uranju u torju |
04 |
Prodotti tal-ikel, xorb u tabakk |
05 |
Tessuti u prodotti tat-tessuti; ġilda u prodotti tal-ġilda |
06 |
Injam u prodotti tal-injam u tas-sufra (għajr għamara); oġġetti magħmulin mit-tiben u materjal tal-immaljar; polpa, karta u prodotti tal-karta; materjal stampat u materjal irrekordjat |
07 |
Kokk u prodotti taż-żejt irraffinat |
08 |
Kimiċi, prodotti kimiċi, u fibri magħmula mill-bniedem; gomma u prodotti tal-plastik; fjuwil nukleari |
09 |
Prodotti oħra minerali li m'humiex metalliċi |
10 |
Metalli bażiċi; prodotti fabbrikati mill-metall, għajr makkinarju u tagħmir |
11 |
Makkinarju u tagħmir n.e.c.; makkinarju tal-uffiċċji u kompjuters, makkinarju u apparat elettriku n.e.c.; tagħmir u apparat tar-radju, tat-televiżjoni u tal-komunikazzjoni; strumenti mediċi, ta' preċiżjoni u ottiċi; arloġġi |
12 |
Tagħmir tat-trasport |
13 |
Għamara; oġġetti oħra mmanifatturati n.e.c. |
14 |
Materja prima sekondarja; skart muniċipali u tip ieħor ta' skart |
15 |
Posta, pakketti postali |
16 |
Tagħmir u materjal utilizzat għat-trasport tal-merkanzija |
17 |
Oġġetti trasportati waqt il-ġarr minn djar u uffiċċji; bagalji trasportati separatament mill-passiġġieri; vetturi bil-mutur li jinġarru għat-tiswija; oġġetti oħra li ma jkunux għas-suq n.e.c. |
18 |
Merkanzija raggruppata: taħlita ta' tipi ta' merkanzija li huma ttrasportati flimkien |
19 |
Merkanzija mhux identifikabbli: merkanzija li għal xi raġuni ma tistax tiġi identifikata u għalhekk ma tistax tiġi assenjata lill-gruppi 01 – 16 |
20 |
Merkanzija oħra n.e.c. |
ANNESS VII
IL-KLASSIFIKA TAL-MERKANZIJA PERIKOLUŻA
1. |
L-isplussivi |
2. |
Il-gassijiet, ikkompressati, likwefatti jew maħlula taħt il-pressa |
3. |
Il-likwidi fjammabbli |
4.1. |
Is-solidi fjammabbli |
4.2. |
Is-sustanzi li jistgħu jaqbdu b'mod spontanju |
4.3. |
Is-sustanzi li jtajru gassijiet fjammabbli mal-kuntatt mal-ilma |
5.1. |
Is-sustanzi tal-ossidazzjoni |
5.2. |
Il-perossidi organiċi |
6.1. |
Is-sustanzi tossiċi |
6.2. |
Is-sustanzi suġġetti li jikkaġunaw infezzjonijiet |
7. |
Il-materjal radjoattiv |
8. |
Il-materjali korrużivi |
9. |
Sustanzi mixellanji oħra perikolużi |
Nota:
Dawn il-kategoriji huma dawk iddefiniti fir-regolamenti li jirrigwardaw it-trasport internazzjonali ta' oġġetti perikolużi bil-ferrovija, is-soltu magħrufa bħala r-RID, kif adottati taħt id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
(1) Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).
ANNESS VIII
Tabella VIII.1
LIVELL TAL-ATTIVITÀ TA' TRASPORT FIT-TRASPORT TAL-MERKANZIJA |
|||||||
Lista tal-varjanti u tal-unitajiet tal-kejl |
Merkanzija trasportata espressa fi:
Movimenti tal-ferroviji tal-merkanzija espressi fi:
|
||||||
Perijodu ta' referenza |
Sena |
||||||
Frekwenza |
Kull sena |
||||||
Skadenza għat-trażmissjoni tad-data |
Ħames xhur mit-tmiem tal-perjodu ta' referenza |
||||||
L-ewwel perijodu ta' referenza |
2017 |
||||||
Noti |
Għall-impriżi biss li għandhom volum totali ta' trasport ta' merkanzija ta' anqas minn 200 miljun tunnellata metrika-kilometru u anqas minn 500 000 tunnellata u li ma jirrapportawx taħt l-Anness I (rappurtar dettaljat). |
Tabella VIII.2
LIVELL TAL-ATTIVITÀ TA' TRASPORT FIT-TRASPORT TAL-PASSIĠĠIERI |
|||||||
Lista tal-varjanti u tal-unitajiet tal-kejl |
Passiġġieri trasportati espressi fi:
Movimenti tal-ferroviji tal-passiġġieri espressi fi:
|
||||||
Perijodu ta' referenza |
Sena |
||||||
Frekwenza |
Kull sena |
||||||
Skadenza għat-trażmissjoni tad-data |
Tmien xhur mit-tmiem tal-perijodu ta' referenza |
||||||
L-ewwel perijodu ta' referenza |
2017 |
||||||
Noti |
Biss għall-impriżi li għandhom volum totali ta' trasport ta' passiġġieri ta' anqas minn 100 miljun passiġġier-kilometru u li ma jirrapportawx taħt l-Anness II (rappurtar dettaljat). |
ANNESS IX
IR-REGOLAMENT IMĦASSAR B'LISTA TAL-EMENDI SUĊĊESSIVI TIEGĦU
Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1192/2003 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1304/2007 |
L-Artiklu 3 biss |
Regolament (KE) Nru 219/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
Il-punt 4.4 tal-Anness biss |
Regolament (UE) 2016/2032 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
|
ANNESS X
TABELLA TA' KORRELAZZJONI
Regolament (KE) Nru 91/2003 |
Dan ir-Regolament |
Artikoli 1, 2 u 3 |
Artikoli 1, 2 u 3 |
Artikolu 4(1), parti introduttorja |
Artikolu 4(1), parti introduttorja |
Artikolu 4(1)(a) |
Artikolu 4(1)(a) |
Artikolu 4(1)(c) |
Artikolu 4(1)(b) |
Artikolu 4(1)(e) |
Artikolu 4(1)(c) |
Artikolu 4(1)(f) |
Artikolu 4(1)(d) |
Artikolu 4(1)(g) |
Artikolu 4(1)(e) |
Artikolu 4(2), (3) u (4) |
Artikolu 4(2), (3) u (4) |
Artikolu 4(5) |
— |
Artikoli 5, 6 u 7 |
Artikoli 5, 6 u 7 |
Artikolu 8(1) |
Artikolu 8(1) |
Artikolu 8(1a) |
Artikolu 8(2) |
Artikolu 8(2) |
Artikolu 8(3) |
Artikolu 8(3) |
Artikolu 8(4) |
Artikolu 8(4) |
Artikolu 8(5) |
Artikoli 9, 10 u 11 |
Artikoli 9, 10 u 11 |
— |
Artikolu 12 |
Artikolu 13 |
Artikolu 13 |
Anness A |
Anness I |
Anness C |
Anness II |
Anness E |
Anness III |
Anness F |
Anness IV |
Anness G |
Anness V |
Anness J |
Anness VI |
Anness K |
Anness VII |
Anness L |
Anness VIII |
— |
Anness IX |
— |
Anness X |
2.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 112/19 |
REGOLAMENT (UE) 2018/644 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-18 ta' April 2018
dwar servizzi tal-konsenja tal-pakketti transkonfini
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
It-tariffi applikabbli għal pakketti u oġġetti postali oħra transkonfini għall-mittenti b'volumi baxxi, partikolarment intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) u individwi, għadhom relattivament għoljin. Dan iħalli impatt dirett u negattiv fuq l-utenti li jfittxu servizzi tal-konsenja tal-pakketti transkonfini, speċjalment fil-kuntest tal-kummerċ elettroniku. |
(2) |
L-Artikolu 14 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jenfasizza l-post okkupat mis-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, bħalma huma s-servizzi postali, fost il-valuri komuni tal-Unjoni, kif ukoll ir-rwol tagħhom fil-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali u territorjali. Jiddikjara li għandha tingħata attenzjoni li dawn is-servizzi joperaw fuq il-bażi ta' prinċipji u kundizzjonijiet li jippermettulhom iwettqu l-missjonijiet tagħhom. |
(3) |
Il-Protokoll Nru 26 dwar is-servizzi ta' interess ġenerali, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u mat-TFUE, jenfasizza ulterjorment li l-valuri komuni tal-Unjoni fir-rigward tas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali fis-sens tal-Artikolu 14 tat-TFUE jinkludu d-differenzi fil-ħtiġijiet u l-preferenzi tal-utenti li jistgħu jirriżultaw minn sitwazzjonijiet ġeografiċi, soċjali jew kulturali differenti kif ukoll minn livell għoli ta' kwalità, sikurezza u affordabilità, trattament indaqs u l-promozzjoni ta' aċċess universali u tad-drittijiet tal-utenti. |
(4) |
L-Artikolu 169(1) u l-punt (a) tal-Artikolu 169(2) tat-TFUE jiddisponu li l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-kisba ta' livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur permezz ta' miżuri adottati skont l-Artikolu 114 tiegħu. |
(5) |
Hemm differenzi fundamentali bejn l-Istati Membri f'dak li jirrigwarda l-kompetenzi konferiti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fir-rigward tal-monitoraġġ tas-suq u s-superviżjoni regolatorja tal-fornituri tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti. Pereżempju, xi awtoritajiet jistgħu b'suċċess jobbligaw lill-fornituri jagħtu informazzjoni rilevanti dwar il-prezzijiet. L-eżistenza ta' dawn id-differenzi ġiet ikkonfermata minn opinjoni konġunta tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej għal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi u tal-Grupp Ewropew tar-Regolaturi tas-Servizzi Postali, li kkonkludiet li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jeħtieġu setgħat regolatorji xierqa biex jintervjenu u li dawn is-setgħat ma jidhirx li huma preżenti fl-Istati Membri kollha. Dawk id-differenzi jwasslu għal piżijiet amministrattivi u spejjeż ta' konformità addizzjonali għall-fornituri tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti li joperaw min-naħa għall-oħra tal-fruntieri. Dawn id-differenzi għalhekk jikkostitwixxu ostakolu għall-provvista transkonfini ta' servizzi tal-konsenja tal-pakketti u għalhekk iħallu effett dirett fuq il-funzjonament tas-suq intern. |
(6) |
Minħabba n-natura internazzjonali tas-settur postali tal-pakketti, l-iżvilupp ulterjuri ta' standards tekniċi Ewropej u internazzjonali huwa importanti għall-benefiċċju tal-utenti u tal-ambjent, u għat-twessigħ tal-opportunitajiet tas-suq għan-negozji. Barra minn hekk, l-utenti ta' spiss jirrapportaw kwistjonijiet relatati mal-kwalità tas-servizz meta jibagħtu, jirċievu jew jirritornaw pakketti transkonfini. Għalhekk, huwa daqstant meħtieġ li jsir aktar titjib fl-istandards tal-kwalità tas-servizz u fl-interoperabbiltà tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti transkonfini. Jenħtieġ li t-tnejn li huma jingħataw aktar prijorità skont id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), permezz tal-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u b'modi oħra. Huwa meħtieġ ukoll aktar progress sabiex is-servizzi jsiru aktar effiċjenti, li, li b'mod partikolari, jenħtieġ li jqis l-interessi tal-utenti. |
(7) |
L-istandardizzazzjoni tas-servizzi postali u t-titjib fil-kwalità tas-servizz b'appoġġ għad-Direttiva 97/67/KE hija prijorità strateġika tal-Unjoni, li jenħtieġ li tiġi segwita ulterjorment. L-istandardizzazzjoni teknika hija indispensabbli għall-promozzjoni tal-interoperabilità bejn in-networks nazzjonali u għall-eżistenza ta' servizz universali effiċjenti. F'Awwissu 2016, il-Kummissjoni ssottomettiet ir-raba' talba ta' standardizzazzjoni lis-CEN bl-għan li tistabbilixxi programm ta' ħidma u li tipprovdi rapport finali f'Awwissu 2020 (4). Dak il-programm ta' ħidma jenħtieġ li, b'mod partikolari, iqis l-interessi tal-utenti u l-kunsiderazzjonijiet ambjentali, kif ukoll l-effiċjenza, u jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-ħolqien ta' Suq Uniku Diġitali għall-Unjoni. |
(8) |
Is-suq għas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti transkonfini huwa divers, kumpless u kompetittiv, b'fornituri differenti li joffru servizzi u prezzijiet differenti skont il-piż, id-daqs u l-format ta' pakketti mibgħuta, kif ukoll id-destinazzjoni tagħhom, kwalunkwe element ta' valur miżjud, bħalma huma sistemi ta' traċċabilità, u l-għadd tal-pakketti mibgħuta. F'diversi Stati Membri, il-fornituri ta' servizzi universali m'għandhomx sehem maġġoritarju mis-suq tal-konsenja tal-pakketti. Din id-diversità tagħmilha diffiċli għall-konsumaturi u għall-utenti li jqabblu s-servizzi tal-konsenja tal-pakketti offruti minn fornituri differenti, kemm f'termini ta' kwalità kif ukoll ta' prezz, peress li sikwit ma jkunux konxji tal-eżistenza ta' diversi għażliet ta' konsenja tal-pakketti għal servizzi simili fil-kummerċ onlajn transkonfini. B'mod partikulari, jenħtieġ li jsir aktar faċli li l-SMEs u l-individwi jaċċessaw l-informazzjoni rilevanti. Barra minn hekk, in-negozjanti żgħar u ta' daqs medju identifikaw id-diffikultajiet tal-konsenja bħala ostaklu meta jbigħu b'mod transkonfini. |
(9) |
Sabiex itejbu servizzi tal-konsenja tal-pakketti transkonfini, speċjalment għall-individwi u għall-mikroimpriżi u impriżi żgħar, inklużi dawk f'żoni remoti jew b'popolazzjoni baxxa u għal individwi b'diżabilitajiet jew b'mobilità mnaqqsa, huwa meħtieġ li jittejbu l-aċċess u t-trasparenza ta' listi pubbliċi ta' tariffi għal sett limitat ta' servizzi tal-konsenja tal-pakketti transkonfini. Jenħtieġ li l-fatt li l-prezzijiet stranskonfini jsiru aktar trasparenti u faċilment komparabbli fl-Unjoni kollha jinkoraġġixxi t-tnaqqis ta' differenzi irraġonevoli bejn it-tariffi, inkluż meta applikabbli, id-differenzi mhux ġustifikati bejn it-tariffi domestiċi u dawk transkonfini. |
(10) |
Servizzi tal-konsenja ta' pakkett individwali huma parti mis-servizzi universali f'kull Stat Membru u jirrappreżentaw ukoll is-servizzi li l-aktar jintużaw ta' spiss minn individwi u negozji żgħar. It-titjib tat-trasparenza u tal-affordabbiltà tat-tariffi għal pakkett individwali huwa neċessarju għall-iżvilupp ulterjuri tal-kummerċ elettroniku. |
(11) |
Ħafna mill-kumpaniji li jbigħu, li kienu jbigħu jew li kienu ppruvaw ibiegħu onlajn, jikkunsidraw l-ispejjeż għoljin tal-konsenja flimkien ma' proċessi tal-ilmenti u garanziji għaljin bħala problema. Hija meħtieġa azzjoni ulterjuri b'mod partikolari biex tiżgura li l-SMEs u l-individwi f'żoni remoti, jibbenefikaw bis-sħiħ minn servizzi tal-konsenja bla interruzzjoni tal-pakketti transkonfini li għalihom ikollhom aċċess u biex jiġi żgurat li dawk is-servizzi jkollhom prezz raġonevoli. |
(12) |
It-terminu “fornituri tas-servizz universali” jfisser operaturi postali li jipprovdu servizz postali universali jew partijiet minnu fi Stat Membru speċifiku. Il-fornituri tas-servizz universali li joperaw f'aktar minn Stat Membru wieħed jenħtieġ li jiġu kklassifikati bħala fornituri tas-servizz universali biss fl-Istat Membru jew Stati Membri li fihom jipprovdu servizz postali universali. |
(13) |
Bħalissa, is-servizzi postali huma regolati mid-Direttiva 97/67/KE. Dik id-Direttiva tistabbilixxi regoli komuni li jirregolaw il-forniment ta' servizzi postali u s-servizz postali universali fl-Unjoni. Id-Direttiva tiffoka primarjament, iżda mhux esklussivament, fuq servizzi universali nazzjonali u ma tindirizzax is-superviżjoni regolatorja tal-fornituri tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti. Il-konformità mar-rekwiżiti minimi tas-servizz universali stabbiliti f'dik id-Direttiva hija żgurata mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali maħtura mill-Istati Membri. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jikkumplimenta, sa fejn huma konċernati s-servizzi tal-konsenja tal-pakketti transkonfini, ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 97/67/KE. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u għall-garanziji stabbiliti fid-Direttiva 97/67/KE, inkluża b'mod partikolari l-provvista kontinwa ta' servizz postali universali għall-utenti. |
(14) |
Dan ir-Regolament ma jbiddilx id-definizzjoni ta' oġġett postali fil-punt 6 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 97/67/KE jew id-definizzjonijiet tal-liġi nazzjonali bbażati fuqha. |
(15) |
Stima ta' 80 % tal-pakketti postali indirizzati ġġenerati mill-kummerċ elettroniku llum il-ġurnata jiżnu anqas minn żewġ kilogrammi, u ħafna drabi huma jiġu proċessati mal-posta tal-ittri. Hemm nuqqas ta' informazzjoni dwar il-piż tal-pakketti kkonsenjati b'mezzi oħra. Huwa importanti li dawk l-oġġetti li huma eħfef ikunu soġġetti għal dan ir-Regolament. |
(16) |
Għall-fini tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, huwa importanti li jingħataw definizzjonijiet ċari ta' pakketti, servizzi tal-konsenja tal-pakketti u ta' fornituri tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti u li jiġi speċifikat liema oġġetti postali huma koperti b'dawk id-definizzjonijiet. Wieħed jassumi li l-oġġetti postali li huma eħxen minn 20 mm ikun fihom oġġetti għajr korrispondenza, immaniġġati jew le minn fornitur tas-servizz universali. L-oġġetti postali li jikkonsistu biss minn korrispondenza jenħtieġ li ma jaqgħux fl-ambitu ta' servizzi tal-konsenja tal-pakketti. Jenħtieġ li dan ir-Regolament għaldaqstant, skont prattika konsistenti, ikopri pakketti li jkun fihom oġġetti ta' valur kummerċjali jew mingħajr valur kummerċjali li jiżnu sa 31,5 kg, peress li oġġetti itqal ma jistgħux jiġu mmaniġġati minn individwu medju waħdu mingħajr għajnuniet mekkaniċi u din l-attività hija parti mis-settur tat-trasport tal-merkanzija u loġistiku. |
(17) |
Fornituri tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti li jużaw mudelli kummerċjali alternattivi, pereżempju dawk li jibbażaw ruħhom fuq l-ekonomija kollaborattiva u l-pjattaformi tal-kummerċ elettroniku, jenħtieġ li jiġu soġġetti għal dan ir-Regolament jekk jipprovdu mill-inqas wieħed mill-istadji fil-katina tal-konsenja postali. Is-servizzi li fihom jinġabru, jiġu ssortjati, u jitqassmu l-pakketti, inklużi servizzi tal-ġbir tal-pakketti, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati bħala servizzi tal-konsenja tal-pakketti, inkluż meta huma jkunu pprovduti minn fornituri ta' servizzi express u tal-kurrier, kif ukoll il-konsolidaturi, f'konformità mal-prattika attwali. It-trasport waħdu li ma jsirx flimkien ma' wieħed minn dawk l-istadji jenħtieġ li jaqa' barra mill-kamp ta' applikazzjoni tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti, inkluż meta huwa jitwettaq minn sottokuntratturi, kemm fil-kuntest ta' mudelli kummerċjali alternattivi, kif ukoll jekk le, peress li f'dak il-każ jenħtieġ li jiġi preżunt li din l-attività hija parti mis-settur tat-trasport, sakemm l-impriża kkonċernata, jew waħda mis-sussidjarji tagħha jew impriżi marbuta, ma taqax mod ieħor fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
(18) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma japplikax għal impriżi li jkunu stabbiliti fi Stat Membru wieħed biss u li jkollhom netwerks ta' konsenja interni nazzjonali biss sabiex jonoraw l-ordnijiet ta' oġġetti li jkunu biegħu huma stess taħt kuntratt ta' bejgħ skont it-tifsira tal-punt 5 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). L-impriżi li jużaw anke netwerks ta' konsenja interni nazzjonali għall-konsenja ta' oġġetti mibjugħa minn terzi persuni jenħtieġ li jkunu soġġetti għal dan ir-Regolament. |
(19) |
L-informazzjoni kunfidenzjali minima li jenħtieġ li tintbagħat lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-proċeduri segwiti minn dawk l-awtoritajiet sabiex jiżguraw il-konformità man-natura kummerċjali tal-operaturi nazzjonali jenħtieġ li jkunu definiti, u jenħtieġ li jkunu stabbiliti mezzi siguri għall-komunikazzjoni tagħhom. |
(20) |
Huwa meħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom għarfien, u informazzjoni għal skopijiet ta' statistika, dwar il-fornituri tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti li huma attivi fis-suq fuq il-bażi ta' proċeduri ta' awtorizzazzjoni xierqa jew ta' rekwiżiti legali oħra. Minħabba n-natura tas-settur bħala wieħed li jirrikjedi ħafna ħaddiema u sabiex jiġi limitat il-piż amministrattiv fuq fornituri tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti żgħar li huma attivi biss fis-suq nazzjonali jew reġjonali, jenħtieġ li jiġi applikat limitu ta' inqas minn 50 persuna, ibbażat fuq l-għadd ta' persuni li kienu jaħdmu għall-fornitur tas-servizz matul is-sena kalendarja preċedenti u li kienu involuti fl-għoti ta' servizzi tal-konsenja tal-pakketti fl-Istat Membru li fih huwa stabbilit il-fornitur, dment li dak il-fornitur mhuwiex stabbilit f'aktar minn Stat Membru wieħed. Dak il-livell minimu huwa konformi mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (6), jirrifletti n-natura tas-settur bħala wieħed li jirrikjedi ħafna ħaddiema u jirrifletti l-biċċa l-kbira tas-suq tal-konsenja tal-pakketti, speċjalment f'pajjiżi b'volumi baxxi tal-fluss tal-pakketti. Dak il-limitu jenħtieġ li, b'mod partikolari, jinkludi l-persuni involuti fil-forniment tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti bħal impjegati full-time, part-time u temporanji u persuni li jaħdmu għal rashom li jaħdmu għall-fornitur tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti. L-analiżi li turi n-numru ta' persuni skont l-istatus tal-impjieg jenħtieġ li tkun skont il-liġi nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati. F'ċerti każijiet, filwaqt li jittieħed kont tal-ispeċifiċitajiet tal-Istat Membru ikkonċernat, l-awtorità regolatorja nazzjonali jenħtieġ li tkun tista' tbaxxi il-limitu minimu għal 25 persuna, jew li titlob lill-fornitur tas-servizz tal-konsenja tal-pakketti transkonfini jinkludi fil-limitu minimu, l-impjegati full-time, part-time u temporanji u l-persuni li jaħdmu għal rashom għas-sottokuntratturi tiegħu, sabiex tiżdied it-trasparenza tat-tariffi transkonfini u tas-suq kollu kemm hu. |
(21) |
Jenħtieġ li kwalunkwe preżentazzjoni lill-awtorità regolatorja nazzjonali ta' informazzjoni dwar l-għadd ta' persuni li jaħdmu għall-fornitur tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti, tkun skont il-prattiki ta' rappurtar tal-kumpanija stabbilita li jikkonċernaw informazzjoni statistika. Dan huwa importanti sabiex tkun żgurata l-komparabilità tad-dejta, waqt li l-piż amministrattiv fuq il-fornituri jinżamm għall-minimu. |
(22) |
Il-post li fih il-fornitur tas-servizz huwa stabbilit għandu jkun iddeterminat f'konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Fejn fornitur ikollu diversi postijiet ta' stabbiliment, huwa importanti li jkun determinat il-post ta' stabbiliment li minnu s-servizz effettiv ikkonċernat huwa pprovdut. |
(23) |
Meta tiġi ppreżentata informazzjoni lill-awtorità regolatorja nazzjonali, il-karatteristiċi tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti jenħtieġ li jinkludu l-istadji fil-katina tal-konsenja postali (il-ġbir, l-issortjar, it-trasport u t-tqassim) imwettqa minn dak il-fornitur, jekk is-servizz jaqax jew le fl-ambitu tal-obbligu tas-servizz universali; x'inhu l-ambitu territorjali tas-servizz (reġjonali, domestiku, transkonfini), u jekk huwiex offrut valur miżjud. |
(24) |
Il-lista ta' oġġetti postali li huma soġġetti għal miżuri ta' trasparenza fil-prezzijiet jenħtieġ li tiġi limitata sabiex tiġi ffaċilitata l-komparabilità u sabiex jiġu mminimizzati l-piżijiet amministrattivi fuq il-fornituri tas-servizz tal-konsenja tal-pakketti transkonfini u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Is-servizzi standard u reġistrati jenħtieġ li jiġu inklużi, peress li dawn jiffurmaw il-bażi tal-obbligu tas-servizz universali, u minħabba l-importanza tal-funzjonalità ta' lokazzjoni u traċċar għall-kummerċ elettroniku, il-prezzijiet tas-servizz ta' lokazzjoni u traċċar u tal-pakketti rreġistrati jenħtieġ li jiġu inklużi wkoll, irrispettivament minn jekk jiffurmawx parti mill-obbligu tas-servizz universali, sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà fl-Unjoni kollha. Jenħtieġ li l-enfasi tkun fuq piżijiet eħfef, li jammontaw għall-maġġoranza tal-oġġetti postali kkonsenjati mill-fornituri tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti, kif ukoll il-prezzijiet għal oġġetti postali eħxen minn 20 mm, li jiġu pproċessati bħala ittri. Jenħtieġ li jiġu inklużi biss tariffi għal kull pakkett peress li dawn huma l-prezzijiet imħallsa mill-iċken mittenti. Jenħtieġ li l-oġġetti postali kkonċernati jiġu stabbiliti b'mod ċar f'Anness għal dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament ma jobbligax lill-fornituri tas-servizz tal-konsenja tal-pakketti transkonfini li joffru l-oġġetti postali kollha elenkati f'dak l-Anness. Sabiex tiġi żgurata l-preċiżjonital-informazzjoni dwar it-tariffi, jenħtieġ li di tingħata mill-fornituri tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti transkonfini nnifishom. Jenħtieġ li dawk it-tariffi jkunu ppubblikati mill-Kummissjoni fuq sit tal-Internet dedikat, li jkun ta' natura newtrali u mhux kummerċjali. |
(25) |
Meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jivvalutaw b'mod oġġettiv it-tariffi transkonfini li huma jikkunsidraw meħtieġa li jivvalutaw, jenħtieġ li jibbażaw irwieħhom fuq elementi, bħat-tariffi domestiċi u kwalunkwe tariffa oħra rilevanti tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti komparabbli fl-Istat Membru ta' oriġini u fl-Istat Membru tad-destinazzjoni; kwalunkwe applikazzjoni ta' tariffa uniformi lil żewġ Stati Membri jew aktar; il-volumi bilaterali, l-ispejjeż speċifiċi ta' trasport jew immaniġġar; spejjeż rilevanti oħrajn u standards ta' kwalità tas-servizz; u, meta jkun possibbli mingħajr piż sproporzjonat, l-impatt probabbli tat-tariffi transkonfini applikabbli fuq l-individwi u fuq l-utenti f'intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, inklużi dawk li jinsabu f'żoni remoti jew b'popolazzjoni baxxa, u fuq l-utenti individwali li jkunu persuni b'diżabilità jew b'mobilità mnaqqsa. Dawk l-elementi komuni jistgħu jiġu kkumplimentati b'elementi oħra ta' rilevanza partikolari biex jispjegaw it-tariffi inkwistjoni, bħal jekk it-tariffi humiex soġġetti għal regolamentazzjoni speċifika tal-prezzijiet skont il-liġi nazzjonali jew jekk abbużi tal-pożizzjoni dominanti fis-suq ikunu ġew stabbiliti skont il-liġi applikabbli rilevanti. Barra minn hekk, sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u fuq il-fornituri tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti soġġetti għall-obbligu tas-servizz universali, u f'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu, meta jkun qed jidentifikaw liema tariffi transkonfini huma meħtieġa li jivvalutaw, jibbażaw l-identifikazzjoni tagħhom fuq mekkaniżmu ta' filtru qabel il-valutazzjoni oġġettiv. |
(26) |
Tariffi uniformi għall-konsenji transkonfini għal żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jkunu importanti għall-ħarsien tal-koeżjoni reġjonali u soċjali. F'dak il-kuntest, jenħtieġ li tingħata kunsiderazzjoni lill-ħtieġa tal-promozzjoni tal-kummerċ elettroniku u jingħataw opportunitajiet ġodda biex iż-żoni remoti jew b'popolazzjoni baxxa jipparteċipaw fil-kummerċ onlajn u biex jissaħħu l-ekonomiji reġjonali tagħhom. |
(27) |
Differenzi sinifikanti bejn it-tariffi domestiċi u dawk transkonfini għal servizzi tal-konsenja tal-pakketti jenħtieġ li jkunu ġustifikati abbażi ta' kriterji oġġettivi, bħal spejjeż speċifiċi ta' trasport jew immaniġġar jew spejjeż rilevanti oħra. Jista' jkun meħtieġ li l-awtorità regolatorja nazzjonali tiġbor evidenza għall-finijiet tal-valutazzjoni. Jenħtieġ li dik l-evidenza, flimkien ma' kwalunkwe ġustifikazzjoni tat-tariffi li jkunu qed jiġu vvalutati, jiġu pprovduti lill-awtorità regolatorja nazzjonali fuq talba. |
(28) |
Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza madwar l-Unjoni, verżjoni mhux kunfidenzjali tal-valutazzjoni ppreżentata minn kull awtorità regolatorja nazzjonali jenħtieġ li tiġi ppubblikata mill-Kummissjoni. |
(29) |
Sabiex jiġi limitat il-piż amministrattiv, fornituri tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti, awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-Kummissjoni jenħtieġ li jittrasferixxu dejta b'mezzi elettroniċi, u b'mod partikolari jenħtieġ li jippermettu l-użu ta' firem elettroniċi, kif previst fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). |
(30) |
Peress li s-swieq għas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti qed jinbidlu b'ħeffa, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta mill-ġdid l-effiċjenza u l-effikaċja ta' dan ir-Regolament, filwaqt li tqis l-iżviluppi fil-kummerċ elettroniku, u jenħtieġ li tissottometti rapport ta' evalwazzjoni regolari lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport jenħtieġ li jkun akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposta leġislattiva għal reviżjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport jenħtieġ li jiġi prodott bl-involviment tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inkluż il-Kumitat Ewropew għad-Djalogu Soċjali għas-settur postali. |
(31) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tibni fuq kontribut siewi mill-Grupp ta' Regolaturi Ewropej għas-Servizzi Postali li huwa magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. |
(32) |
Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi formula għat-tressiq ta' informazzjoni mill-fornituri tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti lil awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). |
(33) |
Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u jenħtieġ li jiġi implimentat f'konformità ma' dawn id-drittijiet u l-prinċipji. |
(34) |
Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) japplikaw għall-ipproċessar ta' data personali fil-qafas ta' dan ir-Regolament. |
(35) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament u jenħtieġ li jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Dawn il-penali jenħtieġ li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. |
(36) |
Minħabba li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jistabbilixxi l-prinċipji regolatorji u r-regoli meħtieġa biex tittejjeb is-sorveljanza regolatorja, biex tittejjeb it-trasparenza tat-tariffi u li jistabbilixxi ċerti prinċipji, li jenħtieġ li jappoġġjaw il-kompetizzjoni, fir-rigward tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti transkonfini, bil-għan aħħari li jitrawmu servizzi tal-konsenja tal-pakketti transkonfini aħjar għall-utenti, u b'hekk, titkattar ukoll il-fiduċja tal-konsumatur fil-kummerċ elettroniku transkonfini, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dan l-għan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett u għanijiet
Dan ir-Regolament jistipula dispożizzjonijiet speċifiċi biex irawmu servizzi aħjar tal-konsenja tal-pakketti transkonfini, flimkien ma' dawk stipulati fid-Direttiva 97/67/KE, fir-rigward ta':
(a) |
is-sorveljanza regolatorja relatata mas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti; |
(b) |
it-trasparenza tat-tariffi, u l-valutazzjoni tat-tariffi għal ċerti servizzi tal-konsenja tal-pakketti transkonfini, bl-iskop li jiġu identifikati dawk li huma għoljin b'mod mhux raġonevoli; |
(c) |
informazzjoni li n-negozjanti jagħmlu disponibbli għall-konsumaturi dwar servizzi tal-konsenja tal-pakketti transkonfini. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 97/67/KE u fil-punti 1, 2 u 5 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83/UE. Barra minn hekk, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“pakkett” tfisser oġġett postali li fih oġġetti, ta' valur kummerċjali jew mingħajr valur kummerċjali, għajr oġġett ta' korrispondenza, ta' piż li ma jaqbiżx il-31,5 kg; |
(2) |
“servizzi tal-konsenja tal-pakketti” tfisser servizzi li jinvolvu l-ġbir, l-issortjar, it-trasport u t-tqassim tal-pakketti; |
(3) |
“fornitur tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti” tfisser impriża li tipprovdi servizz wieħed jew aktar tal-konsenja tal-pakketti bl-eċċezzjoni tal-impriżi stabbiliti fi Stat Membru wieħed biss, li jipprovdu biss servizzi domestiċi tal-konsenja tal-pakketti bħala parti minn kuntratt ta' bejgħ u li bħala parti mill-kuntratt jikkonsenjaw personalment oġġetti li huma s-suġġett ta' dak il-kuntratt lill-utent; |
(4) |
“sottokuntrattur” tfisser impriża li tipprovdi l-ġbir, l-issortjar, it-trasport jew it-tqassim tal-pakketti għall-fornitur tas-servizz tal-konsenja tal-pakketti. |
Artikolu 3
Il-livell ta' armonizzazzjoni
Ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament huma rekwiżiti minimi u ma għandhom jipprevjenu lill-ebda Stat Membru milli jżomm jew jintroduċi miżuri addizzjonali u proporzjonati bil-għan li jinkisbu servizzi aħjar tal-konsenja tal-pakketti transkonfini, bil-kundizzjoni li tali miżuri jkunu kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni.
KAPITOLU II
IS-SORVELJANZA REGOLATORJA
Artikolu 4
L-għoti tal-informazzjoni
1. Il-fornituri kollha tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti għandhom jissottomettu lill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru fejn huma stabbiliti, l-informazzjoni li ġejja, sakemm l-awtorità regolatorja nazzjonali ma tkunx diġà talbitha u rċevietha:
(a) |
isimhom, l-istatus u l-forma ġuridika tagħhom, in-numru tar-reġistrazzjoni tagħhom f'reġistru kummerċjali jew f'reġistru simili, in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT tagħhom, l-indirizz tal-istabbiliment tagħhom u d-dettalji ta' kuntatt ta'persuna ta' kuntatt; |
(b) |
il-karatteristiċi, u, fejn possibbli, deskrizzjoni dettaljata, tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti offruti minnhom; |
(c) |
it-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali ta' bejgħ tagħhom għas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti, inklużi dettalji tal-proċeduri ta' lment għall-utenti u kwalunkwe limitazzjoni potenzjali ta' responsabbiltà. |
2. Il-fornituri tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti għandhom jinformaw lill-awtorità regolatorja nazzjonali bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien 30 jum.
3. Sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena kalendarja, il-fornituri kollha tas-servizz tal-konsenja tal-pakketti għandhom jissottomettu lill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru fejn huma stabbiliti, l-informazzjoni li ġejja, sakemm l-awtorità regolatorja nazzjonali ma tkunx diġà talbitha u rċevietha din l-informazzjoni:
(a) |
il-fatturat annwali f'servizzi tal-konsenja tal-pakketti għas-sena kalendarja preċedenti fl-Istat Membru fejn huma stabbiliti, maqsum f'servizzi tal-konsenja tal-pakketti domestiċi, dawk transkonfini li jkunu daħlu fil-pajjiż u dawk li jkunu ħarġu minnu; |
(b) |
l-għadd ta' persuni li jaħdmu għalihom matul is-sena kalendarja preċedenti involuti fl-għoti ta' servizzi tal-konsenja tal-pakketti fl-Istat Membru li fihom huma stabbiliti, inkluża analiżi maqsuma li turi l-għadd ta' persuni skont l-istatus ta' impjieg, u b'mod partikolari,dawk li jaħdmu fuq bażi full-time u part-time, dawk li huma impjegati temporanji u dawk li jaħdmu għal rashom; |
(c) |
l-għadd tal-pakketti mmaniġġati matul is-sena kalendarja preċedenti fl-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti, maqsuma f'pakketti domestiċi, dawk transkonfini li jkunu daħlu fil-pajjiż u dawk li jkunu ħarġu minnu. |
(d) |
l-ismijiet tas-sottokuntratturi tagħhom, flimkien ma' kwalunkwe informazzjoni fil-pussess tagħhom li tikkonċerna l-karatteristiċi tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti pprovduti minn dawk is-sottokuntratturi. |
(e) |
fejn disponibbli, kwalunkwe lista ta' prezzijiet aċċessibbli għall-pubbliku applikabbli fl-1 ta' Jannar ta' kull sena kalendarja għal servizzi tal-konsenja tal-pakketti. |
4. Sat-23 ta' Settembru 2018, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni, li jistabbilixxi formula għas-sottomissjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 3. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 12.
5. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu rekwiżiti ta' informazzjoni addizzjonali ma' dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 3 dment li jkunu meħtieġa u proporzjonati.
6. Il-paragrafi 1 sa 5 m'għandhom japplikaw għall-ebda fornitur ta' servizzi tal-konsenja tal-pakketti li matul is-sena kalendarja preċedenti kellu medja ta' anqas minn 50 persuna li jaħdmu għalih u li huma involuti fl-għoti tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti fl-Istat Membru li fih ikun stabbilit dak il-fornitur, sakemm dak il-fornitur ma jkunx stabbilit f'aktar minn Stat Membru wieħed. Awtorità regolatorja nazzjonali tista' tinkludi fil-limitu minimu ta' 50 persuna, il-persuni li jaħdmu għas-sottokuntratturi tal-fornitur tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti.
7. Minkejja l-paragrafu 6, awtorità regolatorja nazzjonali tista' titlob l-informazzjoni li għandha tingħata skont il-paragrafi 1 sa 5 mingħand kwalunkwe fornitur tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti li, matul is-sena kalendarja preċedenti, ikun impjega medja ta' bejn 25 u 49 persuna fejn l-ispeċifiċitajiet tal-Istat Membru kkonċernat ikunu jeħtieġu hekk u dment li jkun meħtieġ u proporzjonat sabiex tiġi żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament.
Artikolu 5
It-trasparenza tat-tariffi transkonfini
1. Il-fornituri kollha tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti transkonfini għajr dawk esklużi mill-Artikolu 4(6) u (7) għandhom jipprovdu lill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru fejn huma stabbiliti b'lista pubblika ta' tariffi applikabbli fl-1 ta' Jannar ta' kull sena kalendarja għall-konsenja ta' oġġetti postali individwali, għajr għal oġġetti ta' korrispondenza, li jaqgħu fil-kategoriji elenkati fl-Anness. Dik l-informazzjoni għandha tingħata sal-31 ta' Jannar ta' kull sena.
2. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom, bla dewmien u sa mhux aktar tard mit-28 ta' Frar ta' kull sena kalendarja, jissottomettu lill-Kummissjoni l-listi pubbliċi tat-tariffi miksuba skont il-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tippubblikahom f'sit web dedikat sa mhux aktar tard mil-31 ta' Marzu ta' kull sena kalendarja, u għandha tiżgura li s-sit web dedikat ikun ta' karattru newtrali u mhux kummerċjali.
Artikolu 6
Il-valutazzjoni tat-tariffi transkonfini għal-pakketti individwali
1. Abbażi tal-listi pubbliċi ta' tariffi miksuba skont l-Artikolu 5, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tidentifika, għal kull oġġetti postali individwali elenkat fl-Anness, it-tariffi transkonfini tal-fornitur tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti li joriġina fl-Istat Membru tagħha u li huma soġġetti għal obbligu ta' servizz universali li l-awtorità regolatorja nazzjonali oġġettivament tqis li għandha tivvaluta.
2. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha b'mod oġġettiv tevalwa, f'konformità mal-prinċipji fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 97/67/KE, it-tariffi transkonfini identifikati taħt il-paragrafu 1 sabiex tidentifika dawk it-tariffi transkonfini li hija tqis li huma għoljin b'mod mhux raġonevoli. F'dik il-valutazzjoni, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha b'mod partikolari tqis l-elementi li ġejjin:
(a) |
it-tariffi domestiċi u kwalunkwe tariffa rilevanti oħra tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti komparabbli fl-Istat Membru tal-oriġini u fl-Istat Membru tad-destinazzjoni; |
(b) |
kwalunkwe applikazzjoni ta' tariffa uniformi lil żewġ Stati Membri jew aktar; |
(c) |
il-volumi bilaterali, l-ispejjeż speċifiċi ta' trasport jew immaniġġar, spejjeż rilevanti oħrajn u standards ta' kwalità tas-servizz; |
(d) |
l-impatt probabbli tat-tariffi transkonfini applikabbli fuq l-utenti individwi u l-'intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, inklużi dawk li jinsabu f'żoni remoti jew b'popolazzjoni baxxa, u fuq l-utenti individwali b'diżabilità jew b'mobilità mnaqqsa, meta jkun possibbli u mingħajr ma jiġi impost piż sproporzjonat. |
3. Minbarra l-elementi fil-paragrafu 2, l-awtorità regolatorja nazzjonali tista', meta tqis li dan ikun meħtieġ, b'mod partikolari tieħu wkoll inkunsiderazzjoni l-elementi li ġejjin:
(a) |
jekk it-tariffi jkunu soġġetti għal regolamentazzjoni tal-prezzijiet skont il-liġi nazzjonali; |
(b) |
abbużi ta' pożizzjoni dominanti fis-suq stabbiliti skont il-liġi applikabbli rilevanti. |
4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi linji gwida dwar il-metodoloġija li għandha tintuża fir-rigward tal-elementi elenkati fil-paragrafi 2 u 3.
5. Għall-finijiet tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha, meta tqis li jkun meħtieġ, titlob kwalunkwe evidenza rilevanti ulterjuri f'dak li għandu x'jaqsam ma' dawk it-tariffi li tkun meħtieġa sabiex issir il-valutazzjoni.
6. L-evidenza msemmija fil-paragrafu 5 għandha tingħata lill-awtorità regolatorja nazzjonali fi żmien xahar minn meta tirċievi t-talba, flimkien ma' kwalunkwe ġustifikazzjoni tat-tariffi li jkunu qed jiġu vvalutati.
7. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tippreżenta l-valutazzjoni tagħha lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju tas-sena kalendarja rilevanti. Barra minn hekk, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tipprovdi verżjoni mhux kunfidenzjali ta' dik il-valutazzjoni lill-Kummissjoni.
8. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-valutazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien xahar minn meta tirċeviha.
Artikolu 7
Informazzjoni lill-konsumaturi
Għal kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2011/83/UE, in-negozjanti kollha li jikkonkludu kuntratti ta' bejgħ mal-konsumaturi li jinkludu l-bgħit tal-pakketti transkonfini għandhom, fejn ikun possibbli u applikabbli, jagħmlu disponibbli, fl-istadju prekuntrattwali, informazzjoni dwar l-għażliet ta' konsenja transkonfini b'rabta mal-kuntratt ta' bejgħ speċifiku u l-imposti pagabbli mill-konsumaturi għall-konsenja tal-pakketti transkonfini, kif ukoll, fejn applikabbli, il-politiki tagħhom stess għat-trattament tal-ilmenti.
KAPITOLU III
ID-DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 8
Penali
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
2. L-Istati Membri għandhom, sat-23 ta' Novembru 2019, jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-dispożizzjonijiet tal-liġijiet tagħhom li jadottaw skont il-paragrafu 1, u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.
Artikolu 9
Il-kunfidenzjalità
Kwalunkwe informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali pprovduta f'konformità ma' dan ir-Regolament lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew lill-Kummissjoni għandha tkun soġġetta għal rekwiżiti ta' kunfidenzjalità stretti skont id-dispożizzjonijiet applikabbli tad-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali.
Artikolu 10
Applikazzjoni
Ħlief fejn dan ir-Regolament speċifikament jipprevedi mod ieħor, dan ir-Regolament għandu jkun bla ħsara għad-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali, u għall-proċeduri ta' awtorizzazzjoni adatti applikabbli għall-fornituri tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti, għar-regoli soċjali u tal-impjieg u għar-rekwiżiti dwar is-sottomissjoni ta' informazzjoni lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.
Artikolu 11
Reviżjoni
Sat-23 ta' Mejju 2020, u minn hemm 'il quddiem kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport ta' evalwazzjoni dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, akkumpanjat, fejn meħtieġ, bi proposta leġiżlattiva għar-reviżjoni tagħha. Il-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha għandhom jiġu involuti u mgħarrfa qabel il-produzzjoni ta' dak ir-rapport.
Il-Kummissjoni għandha tal-anqas tevalwa dan li ġej:
(a) |
il-kontribut ta' dan ir-Regolament għat-titjib tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti transkonfini, inkluża l-affordabbiltà għall-SMEs u għall-individwi, speċjalment dawk li jinsabu f'żoni remoti jew b'popolazzjoni baxxa u jekk it-trasparenza tat-tariffi transkonfini tkunx tjiebet; |
(b) |
l-impatt ta' dan ir-Regolament fuq il-livelli tal-konsenja tal-pakketti transkonfini u fuq il-kummerċ elettroniku, inkluża dejta dwar it-tariffi ta' konsenja; |
(c) |
sa liema punt l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kellhom diffikultajiet biex japplikaw dan ir-Regolament, inkluż analiżi kwantitattiva tal-konsegwenzi amministrattivi; |
(d) |
progress li jkun sar u li jikkonċerna inizjattivi oħra għall-ikkompletar tas-suq uniku għas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti, u b'mod partikolari progress fl-oqsma tal-protezzjoni tal-konsumatur u dwar l-iżvilupp ta' standards. |
Artikolu 12
Proċedura ta' kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat tad-Direttiva Postali mwaqqaf bl-Artikolu 21 tad-Direttiva 97/67/KE. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 13
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu japplika mit-22 ta' Mejju 2018, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 8, li għandu japplika mit-23 ta' Novembru 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, it-18 ta' April 2018.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
A. TAJANI
Għall-Kunsill
Il-President
L. PAVLOVA
(1) ĠU C 34, 2.2.2017, p. 106.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2018 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' April 2018.
(3) Id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (ĠU L 15, 21.1.1998, p. 14).
(4) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Awwissu 2016 dwar talba għal standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni fir-rigward tas-servizzi postali u t-titjib fil-kwalità tas-servizz b'appoġġ għad-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 1997.
(5) Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).
(6) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u medji (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(9) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(10) Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).
ANNESS
Oġġetti postali individwali li għalihom it-tariffi tal-fornitur tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti huma soġġetti għall-miżuri ta' trasparenza tat-tariffi u għall-valutazzjoni previsti fl-Artikoli 5 u 6:
(a) |
ittra standard ta' 500 g (domestika u intra Unjoni); |
(b) |
ittra standard ta' 1 kg (domestika u intra Unjoni); |
(c) |
ittra standard ta' 2 kg (domestika u intra Unjoni); |
(d) |
ittra reġistrata ta' 500 g (domestika u intra Unjoni); |
(e) |
ittra reġistrata ta' 1 kg (domestika u intra Unjoni); |
(f) |
ittra reġistrata ta' 2 kg (domestika u intra Unjoni); |
(g) |
ittra b'lokazzjoni u traċċar ta' 500 g (domestika u intra Unjoni); |
(h) |
ittra b'lokazzjoni u traċċar ta' 1 kg (domestika u intra Unjoni); |
(i) |
ittra b'lokazzjoni u traċċar ta' 2 kg (domestika u intra Unjoni); |
(j) |
pakkett standard ta' 1 kg (domestika u intra Unjoni); |
(k) |
pakkett standard ta' 2 kg (domestika u intra Unjoni); |
(l) |
pakkett standard ta' 5 kg (domestika u intra Unjoni); |
(m) |
pakkett b'lokazzjoni u traċċar ta' 1 kg (domestika u intra Unjoni); |
(n) |
pakkett b'lokazzjoni u traċċar ta' 2 kg (domestika u intra Unjoni); |
(o) |
pakkett b'lokazzjoni u traċċar ta' 5 kg (domestika u intra Unjoni). |
L-oġġetti postali elenkati fil-punti (a) sa (o) għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:
(a) |
Il-limiti tad-daqs tal-oġġetti postali elenkati fil-punti (a) sa (i) (prodotti tal-posta tal-ittri) għandhom isegwu din ir-regola: It-tul, il-wisa' u l-ħxuna kkombinati: 900 mm, l-akbar dimensjoni ma għandhiex teċċedi s-600 mm, l-iżgħar dimensjoni għandha teċċedi l-20 mm; |
(b) |
Il-pakketti elenkati fil-punti (j) sa (o) ma għandhomx ikunu iżgħar mid-daqs preskritt għal dawk elenkati fil-punti (a) sa (i). |
Elementi li għandhom jiġu kkunsidrati meta tingħata l-informazzjoni dwar tariffi għall-punti (a) sa (o):
(*) |
It-tariffi li jikkorrispondu mal-oġġetti postali għandhom ikunu individwali u ma għandhomx jinkludu kwalunkwe skont speċjali abbażi tal-volumi jew kwalunkwe trattament speċjali ieħor. |
(**) |
Il-valur tat-tariffi għandu jingħata lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali mingħajr il-VAT. |
(***) |
Il-fornituri li joffru aktar minn oġġetti postali wieħed li jissodisfaw il-kriterji ta' hawn fuq għandhom jirrapportaw l-orħos tariffa. |
(****) |
It-tariffi ta' hawn fuq għandhom jikkorrispondu għal oġġetti postali kkonsenjati fid-dar jew post ieħor tad-destinatarju fl-Istat Membru tad-destinazzjoni, jew f'post ieħor mitlub mid-destinatarju jekk tali tariffa tinkludi dik l-għażla mingħajr ħlas addizzjonali. |
DIRETTIVI
2.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 112/29 |
DIRETTIVA (UE) 2018/645 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-18 ta' April 2018
li temenda d-Direttiva 2003/59/KE dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għall-ġarr ta' merkanzija jew passiġġieri u d-Direttiva 2006/126/KE dwar il-liċenzji tas-sewqan
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Fil-White Paper tagħha tat-28 ta' Marzu 2011, bit-titolu “Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti”, il-Kummissjoni tistabbilixxi objettiv ta' “viżjoni żero” skont liema l-Unjoni toqrob lejn pożizzjoni ta' rata żero ta' fatalitajiet fit-trasport stradali sal-2050. |
(2) |
Il-Kummissjoni, fil-Komunikazzjoni tagħha dwar l-orjentazzjonijiet ta' politika dwar is-sikurezza stradali għall-2011-2020, bit-titolu “Lejn Żona Ewropea ta' sikurezza tat-triq: orjentazzjonijiet ta' politika dwar is-sikurezza tat-triq 2011-2020”, ipproponiet il-mira li l-għadd globali ta' fatalitajiet fit-toroq fl-Unjoni sal-2020 jerġa' jitnaqqas bin-nofs, b'bidu fl-2010. Bil-ħsieb li tintlaħaq din il-mira, il-Kummissjoni stabbiliet seba' objettivi strateġiċi, inklużi t-titjib tal-edukazzjoni u t-taħriġ tal-utenti stradali u l-protezzjoni ta' utenti stradali vulnerabbli. |
(3) |
Il-Kunsill Ewropew tat-23 sal-24 ta' Ottubru 2014 approva mira vinkolanti biex sal-2030 ikun hemm tnaqqis domestiku fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra fis-setturi ekonomiċi kollha ta' mill-inqas 40 % meta mqabbel mal-1990. Din il-mira għat-tnaqqis ta' emissjonijiet se tgħin biex jiġu ssodisfati l-għanijiet fit-tul tal-Ftehim ta' Pariġi u jenħtieġ li s-setturi kollha tal-ekonomija jikkontribwixxu biex din tinkiseb. Is-settur tat-trasport jeħtieġ approċċ komprensiv għall-promozzjoni tat-tnaqqis tal-emissjonijiet u l-effiċjenza enerġetika. Jenħtieġ li jsir progress lejn mobbilità b'livell baxx ta' emissjonijiet, anke permezz tar-riċerka u tal-introduzzjoni ta' avvanzi teknoloġiċi li huma diġà disponibbli. Is-sewwieqa jeħtieġ li jkunu mħarrġa b'mod xieraq biex isuqu bl-aktar mod effiċjenti. |
(4) |
Wara li evalwat l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), il-Kummissjoni identifikat għadd ta' nuqqasijiet. In-nuqqasijiet prinċipali identifikati kienu diffikultajiet rigward l-interpretazzjoni tal-eżenzjonijiet u inċertezza legali fl-interpretazzjoni tal-eżenzjonijiet; il-kontenut tat-taħriġ, li nstab li hu biss parzjalment rilevanti għall-ħtiġijiet tas-sewwieqa; diffikultajiet għas-sewwieqa biex jiksbu rikonoxximent reċiproku ta' taħriġ mitmum jew parzjalment mitmum li sar fi Stat Membru ieħor; u inkonsistenzi ta' rekwiżiti ta' età minima bejn id-Direttivi 2003/59/KE u 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
(5) |
Sabiex tittejjeb iċ-ċarezza legali fid-Direttiva 2003/59/KE, jenħtieġ li kull referenza għall-atti tal-Unjoni mħassra jew mibdula titneħħa jew tiġi emendata. |
(6) |
Sabiex ikunu pprovduti ċ-ċertezza u l-konsistenza ma' atti tal-Unjoni oħrajn, jenħtieġ li jsiru għadd ta' bidliet għall-eżenzjonijiet għad-Direttiva 2003/59/KE, b'kont meħud ta' eżenzjonijiet simili skont ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Xi wħud minn dawk l-eżenzjonijiet jirrigwardaw sitwazzjonijiet meta s-sewqan ma jkunx l-attività prinċipali tas-sewwieq u meta l-ħtieġa li jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2003/59/KE tkun timponi piż sproporzjonat fuq is-sewwieqa. B'mod ġenerali, is-sewqan jitqies li mhux l-attività prinċipali tas-sewwieq meta jkun jokkupa inqas minn 30 % tal-ħin tax-xogħol kontinwu tax-xahar. |
(7) |
Jekk is-sewqan ma jseħħx b'mod frekwenti, isir f'żoni rurali u jitwettaq minn sewwieqa li jkunu qed ifornu lin-negozju tagħhom stess, jenħtieġ li l-eżenzjonijiet japplikaw, sakemm is-sikurezza stradali tkun żgurata xorta waħda. Minħabba l-kundizzjonijiet differenti fiż-żoni rurali fl-Unjoni f'termini ta' ġeografija, klima u densità tal-popolazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom is-setgħa diskrezzjonali li jiddeterminaw jekk dan is-sewqan jistax jitqies bħala okkażżjonali u jekk eżenzjoni bħal din ikollhiex impatt fuq is-sikurezza stradali: pereżempju abbażi tat-tip ta' triq, il-volum tat-traffiku jew il-preżenza ta' utenti stradali vulnerabbli. |
(8) |
Peress li d-distanzi li jridu jkopru waqt ix-xogħol tagħhom il-persuni li jaħdmu fl-agrikoltura, l-ortikultura, il-forestrija, il-biedja u s-sajd, li huma eżenti minn din id-Direttiva, ivarjaw minn pajjiż għal ieħor fl-Unjoni, jenħtieġ li titħalla f'idejn l-Istati Membri li jiddeterminaw, fil-liġi nazzjonali tagħhom, distanzi massimi permessibbli, ikkalkulati mill-bażi tal-impriża, li għalihom japplikaw l-eżenzjonijiet. |
(9) |
Filwaqt li jkomplu jibbenefikaw minn din l-eżenzjoni, jenħtieġ li dawk is-sewwieqa li kienu eżentati mir-rekwiżit tal-kwalifika inizjali xorta jintalbu jieħdu taħriġ perjodiku biex jiġi żgurat li l-għarfien tagħhom, li huwa essenzjali għal xogħolhom, jibqa' jiġi aġġornat. |
(10) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, jaqsmu b'mod elettroniku informazzjoni dwar iċ-ċertifikati ta' kompetenza professjonali (CPC). Jenħtieġ li dawn jiżviluppaw il-pjattaforma elettronika meħtieġa, billi jqisu l-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji magħmula mill-Kummissjoni, inkluża l-possibbiltà li jiġi estiż in-netwerk tal-liċenzji tas-sewqan tal-UE stabbilit bid-Direttiva 2006/126/KE. Fost benefiċċji oħra, dan jippermetti lill-Istati Membri aċċess faċli għal informazzjoni dwar taħriġ mitmum li ma jkunx dokumentat fuq il-liċenzja tas-sewqan tas-sewwieq. Huwa importanti li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jagħmlu sforzi biex jiżviluppaw ulterjorment din il-funzjonalità, b'għan ta' aċċess f'ħin reali waqt il-kontrolli mal-ġenb tat-triq. |
(11) |
B'kunsiderazzjoni tal-iżviluppi fit-taħriġ u fl-edukazzjoni, u sabiex tittejjeb il-kontribuzzjoni tad-Direttiva 2003/59/KE għas-sikurezza stradali u r-rilevanza tat-taħriġ għas-sewwieqa, jenħtieġ li s-suġġetti relatati mas-sikurezza stradali jissaħħu fil-korsijiet ta' taħriġ, bħall-perċezzjoni tal-perikli; il-protezzjoni tal-utenti stradali vulnerabbli, b'mod partikolari l-persuni mexjin, iċ-ċiklisti u l-persuni b'mobbiltà limitata; is-sewqan effiċjenti fl-użu tal-fjuwil; sewqan f'kundizzjonijiet estremi tat-temp u l-ġarr ta' piżijiet mhux tas-soltu. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li l-korsijiet jirreferu wkoll għas-sistemi ta' trasport intelliġenti u jenħtieġ li jevolvu sabiex ilaħħqu mal-iżviluppi teknoloġiċi. |
(12) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw għażla ċara biex itejbu u jimmodernizzaw il-prattiki ta' taħriġ bl-użu tal-għodda tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT), bħat-tagħlim elettroniku u t-tagħlim imħallat, għal parti mit-taħriġ, filwaqt li tkun żgurata l-kwalità tat-taħriġ. Waqt it-titjib u l-immodernizzar tal-prattiki tat-taħriġ bl-użu ta' għodod tal-ICT, huwa importanti li jitqies il-fatt li xi temi speċifiċi jirrikjedu taħriġ prattiku u ma jistgħux jiġu indirizzati sew b'dawn l-għodod tat-tagħlim: pereżempju, l-iffittjar tal-ktajjen tal-borra jew l-irbit tal-piżijiet, jew elementi oħra ta' taħriġ fejn l-aspett prattiku huwa importanti. It-taħriġ prattiku jista' jikkonsisti f'sewqan, iżda mhux bilfors. Jenħtieġ li ammont sostanzjali mit-taħriġ mitlub minn din id-Direttiva jsir f'ċentru tat-taħriġ approvat. |
(13) |
Sabiex tkun żgurata l-konsistenza bejn il-forom differenti ta' taħriġ mitluba skont il-liġi tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jikkombinaw tipi differenti ta' taħriġ rilevanti: pereżempju, jenħtieġ li jkun possibbli għalihom li jikkombinaw taħriġ dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluża, dwar is-sensibilizzazzjoni għad-diżabbiltà jew dwar it-trasport tal-annimali, mat-taħriġ previst fid-Direttiva 2003/59/KE. |
(14) |
Sabiex prattiki differenti bejn l-Istati Membri ma jitħallewx ifixklu r-rikonoxximent reċiproku u jillimitaw id-dritt tas-sewwieqa li jwettqu t-taħriġ perjodiku fl-Istat Membru fejn jaħdmu, jenħtieġ li l-awtoritajiet tal-Istati Membri, jekk it-taħriġ ikkompletat ma jkunx jista' jiġi mmarkat fuq il-liċenzja tas-sewqan, ikunu obbligati joħorġu kard ta' kwalifika tas-sewqan, fil-forma preskritta mill-mudelli standard, li jiżgura rikonoxximent reċiproku għal kull sewwieq li jissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva 2003/59/KE. |
(15) |
L-użu tal-attestazzjonijiet tas-sewqan bħala evidenza ta' konformità mar-rekwiżiti ta' taħriġ minn sewwieqa minn pajjiżi terzi jista' jkun ta' xkiel għas-sewwieqa meta t-trasportatur irodd lura l-attestazzjoni lill-awtoritajiet emittenti, speċjalment meta dawk is-sewwieqa jkunu jixtiequ jibdew jaħdmu fi Stat Membru ieħor. Biex jiġu evitati sitwazzjonijiet fejn, f'ċirkostanzi bħal dawn, is-sewwieqa jkollhom jirrepetu t-taħriġ tagħhom meta jibdew impjieg ġdid, jenħtieġ li l-Istati Membri jiġu mħeġġa jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni dwar il-kwalifiki tas-sewwieqa. |
(16) |
Sabiex ikun hemm tranżizzjoni bla xkiel, jenħtieġ li l-attestazzjonijiet tas-sewqan u l-kards ta' kwalifika tas-sewqan validi maħruġa skont ir-regoli applikabbli qabel l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet emendati minn din id-Direttiva, ikunu rikonoxxuti għall-perijodu sad-data tal-iskadenza tagħhom. Dawk l-emendi ma jinvalidawx it-taħriġ meħud jew il-liċenzji tas-sewqan maħruġa biex jiċċertifikaw tali taħriġ, qabel l-applikazzjoni tagħhom. |
(17) |
Sabiex ikun hemm ċarezza legali u sabiex ikunu żgurati rekwiżiti ta' età minima armonizzati għall-finijiet stabbiliti fid-Direttiva 2003/59/KE, jenħtieġ li tiġi stabbilita deroga ċara fid-Direttiva 2006/126/KE, fejn jiġi stipulat li l-liċenzji tas-sewqan jistgħu jinħarġu fl-etajiet minimi previsti fid-Direttiva 2003/59/KE. Din il-kjarifika tikkonċerna l-età minima ġenerali tas-sewwieqa ta' ċerti kategoriji ta' vetturi li jkollhom CPC u ma taffettwax l-għażliet eżistenti li jnaqqsu dawn ir-rekwiżiti ta' età minima jew jipprovdulhom eżenzjonijiet. |
(18) |
Jenħtieġ li l-emendi għad-Direttiva 2006/126/KE jkunu limitati għal dawk li huma relatati direttament mar-reviżjoni tad-Direttiva 2003/59/KE u biex jiġi ffaċilitat l-użu ta' vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv. Jidher li hemm xewqa ta' analiżi aktar bir-reqqa tal-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tad-Direttiva 2006/126/KE, inkluż id-delinjament bejn ċerti kategoriji ta' vetturi, u jkun tajjeb li din tiġi inkluża fi kwalunkwe rieżami fil-futur tad-Direttiva 2006/126/KE. |
(19) |
Sabiex jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u t-titjib fil-kwalità tal-arja, billi jiffaċilitaw l-użu ta' vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv, jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw il-possibbiltà li jippermettu, fit-territorju tagħhom, li d-detenturi ta' liċenzja tas-sewqan tal-kategorija B isuqu ċerti tipi ta' vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv li l-massa massima awtorizzata tagħhom tkun ta' aktar minn 3 500 kg iżda li ma taqbiżx l-4 250 kg. Jenħtieġ li dik il-possibbiltà li jinqabeż it- 3 500 kg tkun kundizzjonali fuq il-fatt li din il-massa addizzjonali permessa tkun esklużivament riżultat tal-eċċess tal-piż li jirriżulta mis-sistemi ta' propulsjoni alternattivi u jenħtieġ li tkun soġġetta għal-limitazzjonijiet u l-kundizzjonijiet maħsuba biex jiġu evitati effetti negattivi fuq is-sikurezza stradali. |
(20) |
Minħabba li l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri t-titjib tal-istandard mifrux madwar l-UE kollha ta' kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku għas-sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għall-ġarr ta' merkanzija jew passiġġieri, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista', minħabba n-natura transkonfinali tat-trasport stradali u minħabba l-kwistjonijiet li din id-Direttiva hija maħsuba li tindirizza, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan. |
(21) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttivi 2003/59/KE u 2006/126/KE jiġu emendati skont dan, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2003/59/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 1 Kamp ta' applikazzjoni Din id-Direttiva għandha tapplika għal xogħol ta' sewqan magħmul minn:
minn hawn 'il quddiem imsejħa ‘sewwieqa’, li jagħmlu xogħol ta' trasport stradali fi ħdan l-Unjoni, f'toroq miftuħa għall-pubbliku, billi jużaw:
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, ir-referenzi għall-kategoriji ta' liċenzji tas-sewqan li fihom sinjal pożittiv (“+”) għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrispondenza stabbilita fl-Anness III. (*1) Id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar il-liċenzji tas-sewqan (ĠU L 403, 30.12.2006, p. 18).”." |
(2) |
L-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 2 Eżenzjonijiet 1. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal sewwieqa ta' vetturi:
Fir-rigward tal-punt (f) ta' dan il-paragrafu, din id-Direttiva ma tapplika għall-ebda persuna li tkun tixtieq tikseb liċenzja tas-sewqan jew ċertifikat ta' kompetenza professjonali (CPC), f'konformità mal-Artikolu 6 u l-Artikolu 8(1), meta dik il-persuna tkun qed tieħu taħriġ addizzjonali fis-sewqan waqt tagħlim ibbażat fuq il-post tax-xogħol, dment li dik il-persuna tkun akkumpanjata minn persuna oħra ċċertifikata b'CPC, jew minn għalliem tas-sewqan, għall-kategorija tal-vettura użata għall-iskop stabbilit f'dak il-punt. 2. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
3. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għas-sewwieqa ta' vetturi użati, jew mikrija mingħajr sewwieq, minn impriżi agrikoli, ortikulturali, tal-forestrija, tal-biedja jew tas-sajd għall-ġarr ta' merkanzija bħala parti mill-attività intraprenditorjali proprja tagħhom, ħlief jekk is-sewqan ikun parti mill-attività prinċipali tas-sewwieq jew is-sewqan jaqbeż id-distanza stabbilita fil-liġi nazzjonali mill-bażi tal-impriża li tippossjedi jew tikri l-vettura.”. |
(3) |
L-Artikolu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 7 Taħriġ perjodiku It-taħriġ perjodiku għandu jikkonsisti f'taħriġ biex id-detenturi ta' CPC jkunu jistgħu jaġġornaw l-għarfien li huwa essenzjali għax-xogħol tagħhom, b'enfasi speċifika fuq is-sikurezza stradali, is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, u t-tnaqqis tal-impatt ambjentali tas-sewqan. Dak it-taħriġ għandu jiġi organizzat minn ċentru ta' taħriġ approvat, f'konformità mat-taqsima 5 tal-Anness I. It-taħriġ għandu jikkonsisti f'tagħlim fil-klassi, taħriġ prattiku u, jekk ikun disponibbli, taħriġ permezz ta' għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) jew fuq simulaturi tal-aqwa kwalità. Jekk sewwieq imur jaħdem ma' kumpannija oħra, għandu jitqies it-taħriġ perjodiku li jkun għamel. It-taħriġ perjodiku għandu jkun imfassal biex jespandi fuq, u jirrevedi, uħud mis-suġġetti msemmija fit-taqsima 1 tal-Anness I. Dan għandu jkopri varjetà ta' suġġetti u għandu dejjem jinkludi mill-inqas suġġett wieħed relatat mas-sikurezza stradali. Is-suġġetti tat-taħriġ għandhom iqisu l-iżviluppi fil-leġislazzjoni u t-teknoloġija rilevanti, u għandhom, kemm jista' jkun, iqisu l-ħtiġijiet tat-taħriġ speċifiċi tas-sewwieq.”. |
(4) |
Fl-Artikolu 9, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: “Is-sewwieqa msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1 ta' din id-Direttiva għandhom jiksbu l-kwalifika inizjali msemmija fl-Artikolu 5 ta' din id-Direttiva fl-Istat Membru fejn ikollhom ir-residenza normali tagħhom, kif definit fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2006/126/KE.”. |
(5) |
L-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 10 Kodiċi tal-Unjoni 1. Abbażi tas-CPC li jiċċertifika kwalifika inizjali u s-CPC li jiċċertifika taħriġ perjodiku, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom, filwaqt li jqisu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(2) u (3) ta' din id-Direttiva u l-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva, jimmarkaw il-kodiċi armonizzat tal-Unjoni, ‘95’, previst fl-Anness I tad-Direttiva 2006/126/KE, flimkien mal-kategoriji ta' liċenzja korrispondenti:
Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn inkiseb is-CPC ma jkunux jistgħu jimmarkaw il-kodiċi tal-Unjoni fuq il-liċenzja tas-sewqan, huma għandhom joħorġu kard ta' kwalifika tas-sewqan lis-sewwieq. Il-kard ta' kwalifika ta' sewwieq maħruġa minn Stat Membru għandha tkun rikonoxxuta reċiprokament. Meta tinħareġ il-kard, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkontrollaw il-validità tal-liċenzja tas-sewqan għall-kategorija tal-vettura kkonċernata. 2. Sewwieq imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 1 li jsuq vetturi użati għall-ġarr ta' merkanzija bit-triq għandu wkoll jitħalla jipprovdi evidenza li għandu l-kwalifika u t-taħriġ previsti f'din id-Direttiva permezz tal-attestazzjoni tas-sewqan prevista fir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2), dment li fuqha jkollha l-kodiċi tal-Unjoni, “95”. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, l-Istat Membru emittenti għandu jindika l-kodiċi tal-Unjoni, “95” fit-taqsima tar-rimarki tal-attestazzjoni jekk is-sewwieq ikkonċernat ikun issodisfa r-rekwiżiti tal-kwalifika u r-rekwiżiti għat-taħriġ previsti f'din id-Direttiva. 3. L-attestazzjonijiet tas-sewqan li ma jkollhomx il-kodiċi tal-Unjoni, “95”, maħruġ qabel it-23 ta' Mejju 2020 f'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009, u b'mod partikolari l-paragrafu 7 tiegħu, fid-dawl taċ-ċertifikazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti tat-taħriġ skont din id-Direttiva, għandhom jiġu aċċettati bħala evidenza tal-kwalifika sad-data tal-iskadenza tagħhom. (*2) Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72).”." |
(6) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 10a Netwerk ta' infurzar 1. Għal skopijiet ta' infurzar, l-Istati Membri għandhom jaqsmu l-informazzjoni dwar is-CPCs maħruġa jew irtirati. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, jiżviluppaw netwerk elettroniku jew jaħdmu fuq estensjoni ta' netwerk eżistenti, filwaqt li titqies il-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-aktar għażla kosteffikaċi. 2. In-netwerk jista' jkun fih l-informazzjoni inkluża fis-CPCs kif ukoll informazzjoni dwar il-proċeduri amministrattivi relatati mas-CPCs. 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ipproċessar tad-data personali jitwettaq biss għall-finijiet ta' verifika ta' konformità ma' din id-Direttiva, b'mod partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti tat-taħriġ stabbiliti f'din id-Direttiva, f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3). 4. L-aċċess għan-netwerk għandu jkun sigur. L-Istati Membri jistgħu jagħtu aċċess biss lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, u għall-kontroll tal-konformità magħha. (*3) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).”." |
(7) |
L-Annessi I u II huma emendati f'konformità mal-Anness għal din id-Direttiva. |
Artikolu 2
Id-Direttiva 2006/126/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
Fl-Artikolu 6(4), jiżdied il-punt li ġej:
(*5) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta' Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59).”;" |
(3) |
L-Artikolu 15 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 15 Assistenza reċiproka 1. L-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u għandhom jaqsmu informazzjoni dwar il-liċenzji li jkunu ħarġu, skambjaw, issostitwixxew, ġeddew jew ikkanċellaw. Huma għandhom jużaw in-netwerk tal-liċenzji tas-sewqan tal-UE stabbilit għal dawn il-finijiet, hekk kif dan in-netwerk isir operattiv. 2. In-netwerk jista' jintuża wkoll għall-iskambju ta' informazzjoni għall-iskopijiet ta' kontroll previsti fil-leġislazzjoni tal-Unjoni. 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ipproċessar tad-data personali skont din id-Direttiva jitwettaq esklużivament għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u d-Direttivi 2003/59/KE u (UE) 2015/413 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*6). Kwalunkwe pproċessar ta' data personali mwettaq fil-qafas ta' din id-Direttiva għandu jkun f'konformità mar-Regolamenti (UE) 2016/679 (*7) u (KE) Nru 45/2001 (*8) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. 4. L-aċċess għan-netwerk għandu jkun sigur. L-Istati Membri jistgħu jagħtu aċċess biss lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti responsabbli mill-implimentazzjoni u l-kontroll ta' konformità ma' din id-Direttiva u d-Direttivi 2003/59/KE u (UE) 2015/413. (*6) Id-Direttiva (UE) 2015/413 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2015 li tiffaċilita l-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni dwar reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq (ĠU L 68, 13.3.2015, p. 9);" (*7) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il- moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il- Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1);" (*8) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).”." |
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sat-23 ta' Mejju 2020, għajr għal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità mal-punt 6 tal-Artikolu 1 ta' din id-Direttiva, li għandhom jiddaħħlu fis-seħħ sat-23 ta' Mejju 2021. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni f'dak ir-rigward.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jinkludu dik ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 4
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, it-18 ta' April 2018.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
A. TAJANI
Għall-Kunsill
Il-President
L. PAVLOVA
(1) ĠU C 288, 31.8.2017, p. 115.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2018 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' April 2018.
(3) Id-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2003 dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għall-ġarr ta' merkanzija jew passiġġieri, li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/914/KEE (ĠU L 226, 10.9.2003, p. 4).
(4) Id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar il-liċenzji tas-sewqan (ĠU L 403, 30.12.2006, p. 18).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85, (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1).
ANNESS
L-Annessi għad-Direttiva 2003/59/KE huma emendati kif ġej:
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
Jiżdied l-Anness li ġej: “ANNESS III TABELLA TA' KORRISPONDENZA GĦAR-REFERENZI GĦAL ĊERTI KATEGORIJI TA' LIĊENZJI TAS-SEWQAN
|
DEĊIŻJONIJIET
2.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 112/42 |
DEĊIŻJONI (UE) 2018/646 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-18 ta' April 2018
dwar qafas komuni għall-għoti ta' servizzi aħjar għall-ħiliet u l-kwalifiki (Europass) u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2241/2004/KE
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 165 u 166 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
L-individwi, meta jfittxu xogħol, jew meta jieħdu deċiżjonijiet dwar it-tagħlim, l-istudju jew ix-xogħol jeħtieġu aċċess għal informazzjoni u orjentament dwar liema opportunitajiet huma disponibbli, dwar kif jivvalutaw il-ħiliet tagħhom u dwar modi li bihom jippreżentaw l-informazzjoni rigward il-ħiliet u l-kwalifiki tagħhom. |
(2) |
Id-differenzi fid-definizzjonijiet, fil-formats tad-dokumenti, fil-lingwi kif ukoll fil-metodi ta' valutazzjoni u validazzjoni, kollha jippreżentaw sfidi konsiderevoli għall-individwi, għall-impjegaturi, għall-awtoritajiet u l-korpi kompetenti. Dawk l-isfidi jinqalgħu l-aktar meta l-individwi jiċċaqalqu minn pajjiż għall-ieħor, inklużi pajjiż terzi, iżda wkoll meta jkunu qed ifittxu impjieg ġdid jew jinvolvu ruħhom fit-tagħlim u l-ġestjoni tal-karriera. Informazzjoni ċara u b'firxa wiesgħa, fehim kondiviż, kif ukoll trasparenza mtejba tal-ħiliet u tal-kwalifiki huma importanti sabiex jiġu indirizzati dawk l-isfidi. |
(3) |
L-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa, adottata mill-Kummissjoni fl-10 ta' Ġunju 2016, tistieden lill-Istati Membri, lill-imsieħba soċjali, l-industrija u partijiet interessati oħrajn biex jaħdmu flimkien fuq għaxar azzjonijiet li jtejbu l-kwalità u r-rilevanza tal-formazzjoni tal-ħiliet, li jagħmlu l-ħiliet iktar viżibbli u komparabbli, u li jtejbu l-informazzjoni dwar il-ħiliet u partikolarment l-informazzjoni għal għażliet aħjar għall-karriera. Ġiet proposta reviżjoni tal-Qafas tal-Europass bħala waħda mill-għaxar azzjonijiet li joffru rotta ewlenija biex jinkisbu u jkunu appoġġati dawk l-objettivi. |
(4) |
Id-Deċiżjoni 2241/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) stabbilixxiet qafas biex jiġu indirizzati l-isfidi relatati mat-tfittxija ta' impjieg, involviment fit-tagħlim u l-ġestjoni tal-karriera. L-għan ta' dik id-Deċiżjoni kien li tinkiseb aktar trasparenza tal-kwalifiki u tal-kompetenzi permezz ta' portafoll ta' dokumenti, magħrufa bħala “Europass”, li l-individwi jkunu jistgħu jużaw fuq bażi volontarja. Dik id-Deċiżjoni stabbilixxiet ukoll il-korpi nazzjonali, magħrufa bħala ċ-Ċentri Nazzjonali tal-Europass, sabiex jimplimentaw il-qafas tal-Europass. |
(5) |
Sabiex jintlaħaq l-objettiv ewlieni tiegħu, il-qafas tal-Europass jiffoka fuq l-għodod għad-dokumentazzjoni tal-ħiliet u tal-kwalifiki. Dawk l-għodod saru jintużaw ħafna permezz tas-sistema ta' informazzjoni Europass ibbażata fuq l-Internet. |
(6) |
Iċ-Ċentri Nazzjonali tal-Europass jipprovdu appoġġ lill-utenti u jippromwovu d-dokumentazzjoni tal-ħiliet u l-kwalifiki. In-netwerk tal-Euroguidance, li jippromwovi d-dimensjoni Ewropea tal-orjentament u jipprovdi informazzjoni ta' kwalità għolja dwar l-orjentament tul il-ħajja u l-mobilità transnazzjonali għal għanijiet ta' tagħlim, ikkontribwixxa wkoll għall-iżvilupp fl-għoti ta' informazzjoni rigward l-għodod tal-Unjoni għall-ħiliet u l-kwalifiki. Il-Punti ta' Koordinazzjoni Nazzjonali tal-qafas Ewropew tal-Kwalifiki jappoġġaw lill-awtoritajiet nazzjonali fir-referenzjar tal-oqfsa jew sistemi nazzjonali tal-kwalifiki mal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki u jiffukaw fuq it-tqarrib akbar tal-QEK lejn l-individwi u l-organizzazzjonijiet. Jenħtieġ li jiġi żgurat appoġġ iktar qawwi għal dawn is-servizzi nazzjonali, kif ukoll koordinazzjoni ikbar bejniethom, sabiex jissaħħaħ l-impatt tagħhom filwaqt li tiġi rispettata d-diversità tas-sistemi nazzjonali. |
(7) |
Fir-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2013 dwar l-evalwazzjoni tal-Europass, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-missjoni taċ-Ċentri Nazzjonali tal-Europass li jżidu l-għarfien dwar il-Europass u jipprovdu t-tagħrif meħtieġ lill-partijiet interessati tirrappreżenta mudell sodisfaċenti għall-implimentazzjoni tal-Europass. Il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll, madankollu, li l-parti l-kbira tal-għodod tal-Europass xorta ma laħqux lill-utenti potenzjali kollha u kellhom diffużjoni mhux ugwali f'termini ta' ġeografija u grupp ta' età, u li koordinazzjoni u integrazzjoni aħjar ta' servizzi ta' appoġġ għall-orjentament u l-mobilità fi ħdan il-qafas tal-Europass jippermettu li jkunu fil-mira aktar utenti potenzjali. |
(8) |
L-evidenza turi li l-Europass jintuża minn gruppi soċjali b'livell għoli ta' litteriżmu diġitali filwaqt li gruppi anqas vantaġġati, bħalma huma persuni b'livelli baxxi ta' edukazzjoni, persuni anzjani jew persuni qiegħda għal żmien twil, ta' spiss ma jkunux jafu bl-eżistenza tal-Europass u l-għodod tiegħu u għalhekk ma jistgħux jibbenefikaw minnu. |
(9) |
Il-portafoll tal-Europass, huwa wieħed minn għadd ta' għodod u strumenti li ġew stabbiliti fil-livell tal-Unjoni biex jitjiebu t-trasparenza u l-għarfien tal-ħiliet u l-kwalifiki. |
(10) |
Il-portafoll tal-Europass jinkludi ħames mudelli ta' dokumenti. Il-mudell tal-Europass tal-Curriculum Vitae (CV) jippermetti lill-individwi jimlew is-CVs tagħhom f'format standardizzat. Minn meta ġie stabbilit għall-ewwel darba s-CV tal-Europass fl-2004, aktar minn 100 miljun CV tal-Europass inħolqu onlajn. Żewġ mudelli ta' suppliment għall-kwalifiki, jiġifieri s-Suppliment tal-Europass għad-Diploma u s-Suppliment tal-Europass għaċ-Ċertifikat, joffru informazzjoni dwar il-kontenut u r-riżultati tat-tagħlim assoċjati ma' kwalifika u dwar is-sistema tal-edukazzjoni tal-pajjiż li joħroġ il-kwalifika. Il-Passaport Lingwistiku tal-Europass jintuża biex jiddeskrivi l-ħiliet lingwistiċi. Il-mudell tal-Europass Mobility jiddeskrivi l-ħiliet miksuba barra mill-pajjiż fuq esperjenzi ta' mobilità għal tagħlim jew xogħol. |
(11) |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2017 (4) tipprovdi referenza komuni biex tingħata għajnuna lill-individwi u lill-organizzazzjonijiet meta jqabblu sistemi ta' kwalifiki differenti u l-livelli ta' kwalifiki minn dawn is-sistemi. |
(12) |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 (5) stiednet lill-Istati Membri jistabbilixxu, sal-2018, f'konformità maċ-ċirkostanzi u l-ispeċifiċitajiet nazzjonali, u kif iqisu xieraq, arranġamenti għall-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali li jippermettu lill-individwi li jkollhom konoxxenza, ħiliet u kompetenzi tagħhom, li nkisbu permezz tat-tagħlim mhux formali u informali, validati, u biex jiksbu kwalifika sħiħa, jew, fejn applikabbli, kwalifika parzjali. |
(13) |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 2004 dwar it-tisħiħ tal-linji ta' politika, is-sistemi u l-prattika fil-qasam tal-orjentament tul il-ħajja kollha, tippreċiża l-objettivi prinċipali ta' politika ta' orjentament tul il-ħajja għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni. Ir-riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2008 (6), tenfasizza l-importanza tal-orjentament għat-tagħlim tul il-ħajja. |
(14) |
Il-portal tal-Opportunitajiet ta' Tagħlim u Kwalifiki fl-Ewropa jagħti aċċess għal informazzjoni dwar opportunitajiet ta' tagħlim u kwalifiki offruti f'sistemi differenti ta' edukazzjoni fl-Ewropa u dwar il-paragun ta' oqfsa nazzjonali ta' kwalifiki bl-użu tal-QEK. |
(15) |
Il-Panorama ta' Ħiliet tal-UE tipprovdi informazzjoni dwar ħiliet għal okkupazzjonijiet differenti u industriji speċifiċi, inklużi d-domanda u l-provvista fil-livell nazzjonali. |
(16) |
L-analiżi tal-postijiet tax-xogħol battala u ta' xejriet oħra tas-suq tax-xogħol huwa mod stabbilit biex tiġi żviluppata l-informazzjoni dwar il-ħiliet biex wieħed jifhem il-kwistjonijiet tad-diskrepanzi fil-ħiliet u n-nuqqas ta' ħiliet kif ukoll in-nuqqas ta' tqabbil fir-rigward tal-kwalifiki. |
(17) |
Il-klassifikazzjoni multilingwistika Ewropea ta' Ħiliet, Kompetenzi, Kwalifiki u Impjiegi (“ESCO”), żviluppata u aġġornata b'mod kontinwu mill-Kummissjoni f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u l-partijiet interessati, għandha l-għan li tippromwovi t-trasparenza tal-ħiliet u l-kwalifiki għall-edukazzjoni u t-taħriġ kif ukoll għal skopijiet relatati max-xogħol. Wara ttestjar xieraq, u b'kunsiderazzjoni dovuta tal-pożizzjoni tal-Istati Membri, l-ESCO tista' tintuża mill-Kummissjoni fi ħdan il-qafas tal-Europass; l-użu tal-ESCO mill-Istati Membri huwa fuq bażi volontarja, wara li jsiru l-ittestjar u l-evalwazzjoni mill-Istati Membri. |
(18) |
In-netwerk tas-servizzi Ewropej tal-impjiegi (“EURES”), stabbilit mir-Regolament (UE) 2016/589 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), hu netwerk kooperattiv għall-iskambju tal-informazzjoni u l-iffaċilitar tal-interazzjoni bejn dawk li qed ifittxu impjieg u l-impjegaturi. Dan jipprovdi assistenza bla ħlas lill-persuni li qed ifittxu impjieg u li jixtiequ jiċċaqalqu lejn pajjiż ieħor u jgħin lill-impjegaturi li jixtiequ jirreklutaw ħaddiema minn pajjiżi oħra. Is-sinerġiji u l-kooperazzjoni bejn il-portals Europass u EURES jistgħu jsaħħu l-impatt taż-żewġ servizzi. |
(19) |
Il-proċessi tas-suq tax-xogħol bħalma huma l-pubblikazzjoni ta' postijiet vakanti tal-impjiegi, l-applikazzjonijiet għall-impjiegi, il-valutazzjonijiet dwar il-ħiliet u r-reklutaġġ qed jiġu amministrati dejjem aktar onlajn bl-użu ta' għodod li jużaw mezzi soċjali, big data u teknoloġiji oħra. L-għażla tal-kandidati hija amministrata permezz ta' għodod u proċessi li jfittxu l-informazzjoni dwar il-ħiliet u l-kwalifiki miksuba f'kuntesti formali, mhux formali u informali. |
(20) |
Tagħlim formali, mhux formali u informali bħalissa iseħħ wkoll f'forom u kuntesti ġodda, u huwa offrut minn varjetà ta' fornituri, partikolarment permezz tal-użu ta' teknoloġiji u pjattaformi diġitali, tagħlim mill-bogħod, tagħlim elettroniku, tagħlim bejn il-pari, korsijiet onlajn miftuħa massivi kif ukoll riżorsi edukattivi miftuħa. Barra minn hekk, il-ħiliet, l-esperjenzi u l-kisbiet fit-tagħlim huma rikonoxxuti f'forom differenti, bħal pereżempju badges miftuħa diġitali. It-teknoloġiji diġitali huma wkoll użati għall-ħiliet miksuba permezz ta' tagħlim mhux formali bħal fil-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ u tal-volontarjat. |
(21) |
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, il-ħiliet huma mifhuma f'sens wiesa' li jkopri dak li persuna taf, tifhem u tista' tagħmel. Il-ħiliet jirreferu għal tipi differenti ta' riżultati ta' tagħlim, inkluż l-għarfien u l-kompetenzi kif ukoll l-abbiltà li tapplika l-għarfien u li tuża dak li taf sabiex twettaq il-kompiti u ssolvi l-problemi. Barra mill-importanza rikonoxxuta tal-ħiliet professjonali, hemm rikonoxximent li l-ħiliet trasversali u personali bħall-ħsieb kritiku, il-ħidma f'tim, is-soluzzjoni tal-problemi, u l-kreattività, ħiliet ta' kreattività jew lingwistiċi, qed ikunu dejjem aktar importanti u huma prerekwiżiti essenzjali għas-sodisfazzjon personali u professjonali u jistgħu jiġu applikati f'oqsma differenti. L-individwi jistgħu jibbenefikaw minn għodod u orjentamenti dwar il-valutazzjoni u dwar id-deskrizzjoni ta' dawk il-ħiliet kif ukoll ta' ħiliet oħrajn. |
(22) |
Tradizzjonalment, individwi ppreżentaw l-informazzjoni dwar il-ħiliet u l-kwalifiki miksuba tagħhom f'CV u dokumenti ta' prova bħal ċertifikati jew diplomi. Attwalment, huma disponibbli għodod ġodda li jistgħu jiffaċilitaw il-preżentazzjoni tal-ħiliet u l-kwalifiki bl-użu ta' diversi formati diġitali u onlajn. L-għodod ġodda jistgħu jappoġġaw ukoll l-awtovalutazzjoni mill-individwi tal-ħiliet miksuba f'kuntesti differenti. |
(23) |
Il-qafas tal-Europass jenħtieġ li jirrispondi għall-bżonnijiet attwali u futuri. L-utenti jeħtieġu għodod biex jiddokumentaw il-ħiliet u l-kwalifiki tagħhom. Barra minn hekk, l-għodod għall-valutazzjoni tal-ħiliet u l-awtovalutazzjoni tal-ħiliet, kif ukoll aċċess għall-informazzjoni rilevanti, inkluża l-informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta' validazzjoni u orjentament, jistgħu jkunu ta' benefiċċju meta jieħdu deċiżjonijiet dwar opportunitajiet ta' xogħol u ta' taħriġ. |
(24) |
L-għodod tal-Unjoni għall-ħiliet u l-kwalifiki jenħtieġ li jadattaw għall-prattiki li qed jinbidlu u l-avvanzi fit-teknoloġija sabiex ikun żgurat li jibqgħu rilevanti u ta' benefiċċju għall-utenti. Dan jenħtieġ li jinkiseb permezz, fost affarijiet oħra, tal-ħolqien ta' karatteristiċi innovattivi, (bħal għodod interattivi, l-editjar u d-disinn tad-dokumenti, billi wieħed ifittex li jiżgura għodod aktar komprensivi, effettivi u effiċjenti u s-semplifikazzjoni, kif ukoll aktar interoperabilità teknika u s-sinerġiji bejn l-għodod relatati, inklużi dawk żviluppati minn partijiet terzi, u filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-persuni b'diżabilità. Minbarra dan, miżuri ta' awtentikazzjoni jistgħu jintużaw biex jappoġġaw il-verifika ta' dokumenti diġitali b'rabta mal-ħiliet u l-kwalifiki. |
(25) |
Għalhekk il-qafas tal-Europass stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 2241/2004/KE jenħtieġ li jiġi sostitwit minn qafas ġdid biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet li qed jinbidlu. |
(26) |
Il-qafas tal-Europass ġdid jenħtieġ li jissodisfa l-bżonnijiet u l-aspettattivi individwali tal-utenti finali, bħall-istudenti, dawk li qed ifittxu x-xogħol, inklużi l-persuni qiegħda u l-ħaddiema, kif ukoll partijiet interessati rilevanti oħra, bħall-impjegaturi, (b'mod partikolari impriżi żgħar u ta' daqs medju), il-kmamar tal-kummerċ, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-voluntiera, il-professjonisti tal-orjentament, is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi, l-imsieħba soċjali, il-fornituri tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, il-fornituri ta' ħidma fost iż-żgħażagħ, l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli u l-fassala tal-politika. Jenħtieġ ukoll li dan jikkunsidra l-ħtiġijiet ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jaslu u jgħixu fl-Unjoni biex jappoġġa l-integrazzjoni tagħhom. |
(27) |
Il-qafas tal-Europass jenħtieġ li jevolvi sabiex jippermetti d-deskrizzjoni ta' tipi differenti ta' tagħlim u ħiliet u, b'mod partikolari, dawk miksuba permezz tat-tagħlim mhux formali u informali. |
(28) |
Il-qafas tal-Europass jenħtieġ li jiġi żviluppat permezz ta' approċċ iċċentrat fuq l-utent abbażi tal-feedback, u permezz tal-ġbir tar-rekwiżiti, inkluż permezz ta' stħarriġ u testjar, b'attenzjoni partikolari għall-bżonnijiet attwali u futuri tal-gruppi fil-mira tal-Europass. Il-karatteristiċi tal-Europass jenħtieġ li b'mod partikolari jirriflettu l-impenn li ħadu l-Istati Membri u l-Unjoni biex jiżguraw li l-persuni b'diżabilità jkollhom aċċess ugwali għas-suq tax-xogħol kif ukoll għas-sistemi u t-teknoloġiji ta' informazzjoni u komunikazzjoni. L-għodod tal-Europass jenħtieġ li jkunu perċepibbli, operabbli, li jinftiemu u b'saħħithom, biex b'hekk ikunu jistgħu jkunu aktar aċċessibbli għall-utenti, b'mod partikolari għal persuni b'diżabilità. |
(29) |
Aġġornamenti u bidliet għall-qafas tal-Europass jenħtieġ li jsiru b'kooperazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, bħalma huma s-servizzi tal-impjiegi, il-professjonisti tal-orjentament, il-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ, l-imsieħba soċjali bħat-trejdjunjins u l-assoċjazzjonijiet tal-impjegaturi, u b'rispett sħiħ lejn kooperazzjoni politika kontinwa, bħall-Proċess ta' Bologna fiż-Żona Ewropea ta' Edukazzjoni Għolja. Il-kollaborazzjoni kostruttiva bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-partijiet interessati hija ta' importanza kbira għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni b'suċċess tal-qafas tal-Europass. |
(30) |
Id-dritt rilevanti tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali u l-miżuri nazzjonali ta' implimentazzjoni jenħtieġ li japplikaw għall-ipproċessar tad-data personali maħżuna u pproċessata skont din id-Deċiżjoni. L-utenti jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jirrestrinġu l-aċċess għad-data personali tagħhom. |
(31) |
Il-parteċipazzjoni fil-qafas jenħtieġ li tkun miftuħa għall-membri kollha taż-Żona Ekonomika Ewropea li mhumiex Stati Membri tal-Unjoni, għall-Istati aderenti, l-Istati kandidati u l-Istati kandidati potenzjali għall-adeżjoni mal-Unjoni, minħabba l-interess u l-kooperazzjoni fit-tul tagħhom mal-Unjoni f'dan il-qasam. Il-parteċipazzjoni jenħtieġ li tkun skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-istrumenti li jirregolaw ir-relazzjonijiet bejn l-UE u dawk il-pajjiżi. L-informazzjoni dwar il-ħiliet u l-kwalifiki pprovduta permezz tal-qafas tal-Europass jenħtieġ li tiġi minn firxa usa' ta' pajjiżi u sistemi edukattivi minn dawk tal-pajjiżi parteċipanti u tirrifletti movimenti migratorji minn u lejn partijiet oħra tad-dinja. |
(32) |
Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura l-implimentazzjoni koerenti u l-monitoraġġ ta' din id-Deċiżjoni permezz ta' grupp ta' konsulenti tal-Europass magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri u mill-partijiet interessati rilevanti. Il-grupp konsultattiv jenħtieġ li, b'mod partikolari, jiżviluppa approċċ strateġiku għall-implimentazzjoni u l-iżvilupp futur tal-Europass, u jagħti pariri dwar l-iżvilupp ta' għodod onlajn, inkluż permezz tal-ittestjar, u dwar l-informazzjoni pprovduta permezz tal-pjattaforma onlajn tal-Europass, f'kooperazzjoni ma' gruppi oħrajn, fejn rilevanti. |
(33) |
Kofinanzjament għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni huwa pprovdut, inter alia, mill-programm Erasmus + tal-Unjoni, kif stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Il-Kumitat maħluq skont dak ir-Regolament huwa involut f'-diskussjonijiet strateġiċi dwar il-progress tal-implimentazzjoni tal-Europass, u dwar żviluppi futuri. |
(34) |
Peress li l-objettiv ta' din id-Deċiżjoni, jiġifieri l-istabbiliment ta' qafas komprensiv u interoperabbli ta' għodod u informazzjoni, b'mod partikolari għal finijiet ta' impjieg u ta' mobilità ta' tagħlim transnazzjonali, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jista' pjuttost, minħabba l-effetti tal-azzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dan l-objettiv. |
(35) |
Bħala prinċipju ġenerali, l-obbligi u l-piżijiet amministrattivi u finanzjarji fuq l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu bbilanċjati f'termini ta' spejjeż u benefiċċji. |
(36) |
L-attivitajiet imwettqa fil-qafas ta' din id-Deċiżjoni jenħtieġ li jkunu appoġġati mill-għarfien espert tal-Aġenziji tal-Unjoni, b'mod partikolari miċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali, fi ħdan l-oqsma ta' kompetenza tagħhom. |
(37) |
Id-Deċiżjoni Nru 2241/2004/KE jenħtieġ għalhekk li titħassar, mingħajr preġudizzju għall-validità jew l-istatus maħruġa minn qabel mid-dokument i tal-Europass. Il-mudelli tad-dokumenti tal-Europass kollha stabbiliti jenħtieġ li jinżammu fi ħdan il-qafas il-ġdid sa meta jsiru bidliet jew aġġornamenti meħtieġa skont din id-Deċiżjoni. Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel lejn il-pjattaforma onlajn tal-Europass, is-sistema ta' informazzjoni Europass ibbażata fuq l-Internet stabbilita bid-Deċiżjoni 2241/2004/KE jenħtieġ li tkompli taħdem sa meta l-pjattaforma onlajn tal-Europass tiġi stabbilita u ssir operattiva, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi qafas Ewropew biex jiġu appoġġati t-trasparenza u l-fehim tal-ħiliet u l-kwalifiki akkwistati f'ambjent formali, mhux formali u informali, inkluż permezz ta' esperjenzi prattiċi, mobilità u volontarjat (“Europass”).
2. Il-Europass għandu jikkonsisti f'għodod ibbażati fuq il-web u informazzjoni rilevanti disponibbli, inkluża informazzjoni li tappoġġa d-dimensjoni Ewropea tal-orjentament ipprovduta permezz ta' pjattaforma onlajn u appoġġata minn servizzi nazzjonali intiżi biex jgħinu lill-utenti jtejbu l-komunikazzjoni u jippreżentaw il-ħiliet u l-kwalifiki u biex iqabblu l-kwalifiki.
3. Il-Europass għandu jkun immirat lejn:
(a) |
utenti aħħarin individwali, bħalma huma l-istudenti, dawk li qed ifittxu impjieg, il-ħaddiema u l-voluntiera, u |
(b) |
partijiet interessati rilevanti, bħalma huma l-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ, il-professjonisti tal-orjentament, l-impjegaturi, is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi, l-imsieħba soċjali, il-fornituri ta' ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u l-fassala tal-politika. |
4. L-użu tal-Europass għandu jkun volontarju u ma għandu jimponi l-ebda obbligu jew ma għandu jikkonferixxi l-ebda dritt għajr dawk definiti f'din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“Suppliment għaċ-Ċertifikat” tfisser dokument mehmuż ma' ċertifikat ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali jew ċertifikat professjonali maħruġ mill-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti, sabiex jagħmilha iktar faċli għal terzi persuni — partikolarment f'pajjiż ieħor — biex jifhmu r-riżultati tat-tagħlim miksuba mid-detentur tal-kwalifika, kif ukoll in-natura, il-livell, il-kuntest, il-kontenut u l-istatus tal-edukazzjoni u t-taħriġ li tlestew u l-ħiliet miksuba; |
(b) |
“Suppliment għad-Diploma” tfisser dokument mehmuż ma' diploma ta' edukazzjoni għolja maħruġ mill-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti, sabiex jagħmilha iktar faċli għal terzi persuni — partikolarment f'pajjiż ieħor — biex jifhmu r-riżultati tat-tagħlim miksuba mid-detentur tal-kwalifika kif ukoll in-natura, il-livell, il-kuntest, il-kontenut u l-istatus tal-edukazzjoni u t-taħriġ li tlestew u l-ħiliet miksuba; |
(c) |
“Supplimenti tal-Europass” tfisser sett ta' dokumenti, bħalma huma s-supplimenti għad-diploma u s-supplimenti għaċ-ċertifikat, maħruġa mill-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti; |
(d) |
“orjentament” tfisser proċess kontinwu li jagħmilha possibbli għall-individwi li jidentifikaw il-kapaċitajiet, il-ħiliet u l-interessi tagħhom, permezz ta' firxa ta' attivitajiet individwali u kollettivi biex jieħdu deċiżjonijiet dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-impjieg u jimmaniġġjaw il-perkorsi tal-ħajja individwali tagħhom fil-kuntesti tat-tagħlim, tax-xogħol u f'kuntesti oħra li fihom jistgħu jinkisbu jew jintużaw dawk il-kapaċitajiet u l-ħiliet; |
(e) |
“id-dimensjoni Ewropea ta' orjentament” tfisser kooperazzjoni u appoġġ fil-livell tal-Unjoni favur it-tisħiħ tal-linji ta' politika, is-sistemi u l-prattika ta' orjentament fi ħdan l-Unjoni; |
(f) |
“kwalifika” tfisser riżultat formali ta' proċess ta' valutazzjoni u ta' validazzjoni li jinkiseb meta awtorità jew korp kompetenti jiddetermina li individwu kiseb ir-riżultati tat-tagħlim sal-istandards preskritti; |
(g) |
“valutazzjoni tal-ħiliet” tfisser il-proċess jew il-metodu użat għall-evalwazzjoni, il-kejl u eventwalment id-deskrizzjoni, permezz ta' awtovalutazzjoni jew valutazzjoni ċċertifikati minn parti terza, jew it-tnejn, tal-ħiliet tal-individwi miksuba f'ambjent formali, mhux formali jew informali; |
(h) |
“awtovalutazzjoni tal-ħiliet” tfisser il-proċess ta' riflessjoni sistematika minn individwi dwar il-ħiliet tagħhom permezz ta' referenza għal deskrizzjoni stabbilita tal-ħiliet; |
(i) |
“l-għarfien dwar il-ħiliet” tfisser analiżi kwantitattiva jew kwalitattiva ta' data aggregata dwar il-ħiliet minn sorsi eżistenti b'rabta mas-suq tax-xogħol u ta' opportunitajiet ta' tagħlim korrispondenti fi ħdan is-sistema edukattiva u ta' taħriġ li jistgħu jikkontribwixxu għall-orjentament u l-konsulenza, il-proċessi ta' reklutaġġ, l-għażla tal-perkors tal-edukazzjoni, it-taħriġ u l-karriera; |
(j) |
“servizzi ta' awtentikazzjoni” tfisser proċessi tekniċi, bħalma huma l-firem elettroniċi u l-awtentikazzjoni tas-siti web, li jippermettu lill-utenti jivverifikaw l-informazzjoni, pereżempju l-identità tagħhom, permezz tal-Europass; |
(k) |
“interoperabilità” tfisser il-kapaċità tas-sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni biex jinteraġixxu sabiex jippermettu l-kondiviżjoni ta' informazzjoni, miksuba permezz ta' ftehim mill-partijiet u s-sidien kollha tal-informazzjoni; |
(l) |
“validazzjoni” tfisser il-proċess li permezz tiegħu awtorità jew korp kompetenti jikkonfermaw li individwu jkun kiseb riżultati tat-tagħlim, inklużi dawk miksuba f'ambjenti ta' tagħlim mhux formali u informali mkejla skont standard rilevanti u li tikkonsisti f'erba' fażijiet distinti, jiġifieri l-identifikazzjoni, id-dokumentazzjoni, il-valutazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tar-riżultati tal-valutazzjoni fil-forma ta' kwalifika sħiħa, ta' krediti jew ta' kwalifika parzjali, kif xieraq u skont iċ-ċirkustanzi nazzjonali; |
(m) |
“standards miftuħa” tfisser standards tekniċi li jkunu ġew żviluppati fi proċess kollaborattiv, u jkunu ġew ippubblikati għall-użu bla ħlas minn kwalunkwe parti interessata; |
(n) |
“pjattaforma onlajn” tfisser applikazzjoni bbażata fuq il-web li tipprovdi informazzjoni u għodod għall-utenti finali u tippermettilhom li jlestu kompiti speċifiċi onlajn; |
(o) |
“Data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni marbuta ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli. |
Artikolu 3
Pjattaforma onlajn
1. Il-Europass għandu jipprovdi, permezz ta' pjattaforma onlajn, l-għodod ibbażati fuq il-web:
(a) |
għad-dokumentazzjoni u d-deskrizzjoni ta' informazzjoni personali f'varjetà ta' formati, inklużi mudelli ta' curriculum vitae (CV); |
(b) |
għad-dokumentazzjoni u d-deskrizzjoni ta' ħiliet u kwalifiki miksuba permezz ta' esperjenzi ta' ħidma u ta' tagħlim, inkluż permezz tal-mobilità u l-volontarjat; |
(c) |
għall-valutazzjoni tal-ħiliet u l-awtovalutazzjoni tal-ħiliet; |
(d) |
għad-dokumentazzjoni tar-riżultati u kwalifiki ta' tagħlim, fosthom il-mudelli ta' Supplimenti tal-Europass, kif imsemmi fl-Artikolu 5. |
L-użu ta' għodod tal-Europass għall-valutazzjoni tal-ħiliet u l-awtovalutazzjoni tal-ħiliet kif imsemmi fil-punt (c) m'għandux iwassal direttament għal rikonoxximent formali jew għall-ħruġ ta' kwalifiki.
2. Il-pjattaforma onlajn tal-Europass għandha tipprovdi informazzjoni disponibbli jew links għal informazzjoni disponibbli dwar it-temi li ġejjin:
(a) |
opportunitajiet ta' tagħlim; |
(b) |
kwalifiki u oqfsa jew sistemi ta' kwalifiki; |
(c) |
opportunitajiet għall-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali |
(d) |
prattiki u leġiżlazzjoni rilevanti ta' rikonoxximent f'diversi pajjiżi, inklużi pajjiżi terzi; |
(e) |
servizzi li joffru orjentament għall-mobilità transnazzjonali tat-tagħlim u l-ġestjoni tal-karriera; |
(f) |
l-informazzjoni dwar il-ħiliet kif prodotti minn attivitajiet rilevanti fil-livell tal-Unjoni u aġenziji fi ħdan l-oqsma ta' kompetenza tagħhom; |
(g) |
informazzjoni addizzjonali dwar il-ħiliet u l-kwalifiki li tista' tkun rilevanti għall-ħtiġijiet partikolari ta' ċittadini minn pajjiżi terzi li jaslu jew li jgħixu fl-UE, b'mod legali, sabiex jingħata appoġġ lill-integrazzjoni tagħhom. |
Artikolu 4
Prinċipji u karatteristiċi ewlenin
1. Il-pjattaforma onlajn tal-Europass u l-għodod ibbażati fuq il-web, inkluż il-kontenut u l-funzjonalità tagħhom, għandhom ikunu faċli biex jintużaw u siguri u jkunu disponibbli mingħajr ħlas għall-utenti kollha.
2. Il-pjattaforma onlajn tal-Europass u l-għodod ibbażati fuq il-web, inkluż il-kontenut u l-funzjonalità tagħhom, għandhom ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità, f'konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti fil-liġi rilevanti tal-Unjoni.
3. L-għodod web tal-Europass għandhom jużaw standards miftuħa li jridu jkunu disponibbli, mingħajr ħlas, għal użu mill-ġdid mill-Istati Membri u partijiet interessati oħra fuq bażi volontarja.
4. L-għodod web tal-Europass għandhom jirreferu għall-QEK rigward l-informazzjoni dwar il-kwalifiki fid-deskrizzjonijiet tas-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ nazzjonali u f'oqsma rilevanti oħra, kif xieraq u skont iċ-ċirkustanzi nazzjonali.
5. Il-pjattaforma onlajn tal-Europass tista' tinkludi opzjoni għall-utenti biex jaħżnu data personali bħal profil personali. Fl-ipproċessar ta' tali data personali għandha tapplika l-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data. Għandu jkun hemm għadd ta' opzjonijiet disponibbli għall-utenti biex ikunu jistgħu jillimitaw l-aċċess għad-data tagħhom jew għal ċerti attributi.
6. Il-Europass għandu jappoġġa s-servizzi ta' awtentikazzjoni għal kwalunkwe dokument diġitali jew rappreżentazzjoni ta' informazzjoni dwar il-ħiliet u l-kwalifiki.
7. L-għodod web tal-Europass għandhom jiġu pprovduti bil-lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.
8. L-għodod web tal-Europass għandhom jappoġġaw u jiżguraw l-interoperabilità teknika u s-sinerġiji ma' strumenti u servizzi oħra rilevanti offruti fil-livell tal-UE u, fejn xieraq, f'dak nazzjonali.
Artikolu 5
Supplimenti tal-Europass
1. Is-Supplimenti tal-Europass għall-Kwalifiki għandhom jinħarġu, skont il-mudelli, mill-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti. B'mod partikolari, l-ordni ta' kull element fil-mudelli għandha tiġi rispettata sabiex ikun żgurat li jiġu ffaċilitati l-fehim u l-għoti ta' informazzjoni sħiħa.
2. Il-mudelli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu żviluppati u, fejn meħtieġ, riveduti mill-Kummissjoni, f'kooperazzjoni u konsultazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u ma' partijiet interessati oħra bħall-Kunsill tal-Ewropa u l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura sabiex jiġu żgurati r-rilevanza u l-utilizzabilità tas-supplimenti.
3. Is-supplimenti tal-Europass għandhom jinħarġu mingħajr ħlas u, fejn possibbli, f'forma elettronika. Is-supplimenti tal-Europass għandhom jinħarġu bil-lingwa nazzjonali u, fejn ikun possibbli, b'lingwa Ewropea oħra.
4. Is-supplimenti tal-Europass ma għandhomx jieħdu post id-diplomi jew iċ-ċertifikati oriġinali u ma għandhomx jammontaw għal ebda dritt għal rikonoxximent formali tad-diploma jew taċ-ċertifikat oriġinali mill-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti ta' pajjiżi oħra.
Artikolu 6
Il-kompiti tal-Kummissjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tamministra l-pjattaforma onlajn tal-Europass. F'dak ir-rigward il-Kummissjoni għandha:
(a) |
tiżgura d-disponibbiltà u l-kwalità għolja tal-informazzjoni fil-livell tal-Unjoni jew tal-links għal dik l-informazzjoni disponibbli kif imsemmi fl-Artikolu 3(2); |
(b) |
tiżviluppa, tittestja u, fejn meħtieġ, taġġorna l-pjattaforma onlajn tal-Europass, inklużi l-istandards miftuħa, b'konformità mal-ħtiġijiet tal-utenti u mal-avvanzi teknoloġiċi kif ukoll il-bidliet fis-swieq tax-xogħol u fl-għoti tal-edukazzjoni u t-taħriġ; |
(c) |
tibqa' aġġornata mal-aħħar żviluppi teknoloġiċi li jistgħu jtejbu l-aċċessibbiltà tal-Europass għal nies aktar anzjani u persuni b'diżabilità u, fejn rilevanti, tinkorpora tali żviluppi; |
(d) |
tiżgura li kwalunkwe żvilupp jew aġġornament tal-pjattaforma onlajn tal-Europass, inklużi l-istandards miftuħa, jappoġġa l-konsistenza tal-informazzjoni u juri valur miżjud ċar; |
(e) |
tiżgura li l-għodod ibbażati fuq il-web, b'mod partikolari l-għodod għall-valutazzjoni u l-awtovalutazzjoni, ikunu ttestjati b'mod sħiħ u tiġi assigurata l-kwalità tagħhom; u |
(f) |
tiżgura l-kwalità u timmonitorja l-effikaċja tal-pjattaforma onlajn tal-Europass inklużi l-għodod ibbażati fuq il-web skont il-ħtiġijiet tal-utenti. |
2. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-implimentazzjoni effettiva ta' din id-Deċiżjoni. F'dak ir-rigward il-Kummissjoni għandha:
(a) |
tiżgura l-parteċipazzjoni attiva u l-involviment tal-Istati Membri fl-ippjanar strateġiku, inkluż l-iffissar ta' objettivi strateġiċi u ta' tmexxija, l-assigurazzjoni tal-kwalità u l-finanzjament, u tieħu kont dovut tal-pożizzjonijiet tagħhom; |
(b) |
tiżgura l-parteċipazzjoni attiva u l-involviment tal-Istati Membri fl-iżvilupp, l-ittestjar, l-aġġornament u l-evalwazzjoni tal-pjattaforma onlajn tal-Europass, inklużi l-istandards miftuħa, u tieħu kont dovut tal-pożizzjonijiet tagħhom; |
(c) |
tiżgura li, fil-livell tal-Unjoni, il-partijiet interessati rilevanti jkunu involuti fl-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta' din id-Deċiżjoni; |
(d) |
tistabbilixxi attivitajiet ta' tagħlim bejn il-pari u skambji tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri u, fejn xieraq, tiffaċilita l-għoti ta' konsulenza bejn il-pari fuq talba tal-Istati Membri; u |
(e) |
tiżgura li jitwettqu attivitajiet effettivi u adegwati ta' promozzjoni, orjentament u informazzjoni fil-livell tal-Unjoni sabiex jintlaħqu l-utenti u l-partijiet interessati rilevanti, inklużi l-persuni b'diżabilità; |
Artikolu 7
Kompiti tal-Istati Membri
1. Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta' dik id-Deċiżjoni fil-livell nazzjonali permezz tas-servizzi nazzjonali rilevanti u mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti nazzjonali f'termini ta' implimentazzjoni u organizzazzjoni. F'dak ir-rigward, l-Istati Membri għandhom:
(a) |
jikkoordinaw l-attivitajiet relatati mal-implimentazzjoni tal-għodod web tal-Europass; |
(b) |
jippromwovu l-użu u jsaħħu l-għarfien u l-viżibbiltà tal-Europass; |
(c) |
jippromwovu u jipprovdu informazzjoni dwar servizzi li joffru orjentament għall-mobilità transnazzjonali tat-tagħlim u l-ġestjoni tal-karriera, inklużi, fejn xieraq, servizzi ta' orjentament individwali; |
(d) |
iqiegħdu għad-dispożizzjoni informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta' tagħlim, il-kwalifiki u l-prattiki ta' rikonoxximent disponibbli fuq il-pjattaforma onlajn tal-Europass, inkluż permezz ta' links għal siti web nazzjonali rilevanti; |
(e) |
jinvolvu lill-partijiet interessati mis-setturi rilevanti kollha u jippromwovu kooperazzjoni fost il-partijiet interessati pubbliċi u privati, fl-attivitajiet taħt ir-responsabilità tagħhom; |
2. L-għoti ta' informazzjoni lill-pjattaforma onlajn tal-Europass skont l-Artikolu 3(2) ma għandux joħloq xi obbligi addizzjonali għall-Istati Membri.
Artikolu 8
Proċessar u protezzjoni tad-data
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni għandhom jitwettqu skont il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali, b'mod partikolari d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).
Artikolu 9
Monitoraġġ u evalwazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta fuq il-progress u l-iżviluppi futuri mistennija wara l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, kif xieraq, fil-kuntest tal-oqfsa tal-politika rilevanti dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-impjiegi.
2. Sat-23 ta' Mejju 2023, u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta' evalwazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-impatt ta' din id-Deċiżjoni.
3. L-evalwazzjoni għandha titwettaq minn korp indipendenti fuq il-bażi ta' indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi żviluppati mill-Kummissjoni f'konsultazzjoni mal-Istati Membri.
Artikolu 10
Pajjiżi parteċipanti
1. Il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet imsemmija f'din id-Deċiżjoni għandha tkun miftuħa għall-membri taż-Żona Ekonomika Ewropea li mhumiex Stati Membri tal-Unjoni skont il-kondizzjonijiet stipulati fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.
2. Il-parteċipazzjoni għandha tkun miftuħa wkoll għall-Istati aderenti, l-Istati kandidati u l-Istati kandidati potenzjali għall-adeżjoni mal-Unjoni skont il-Ftehimiet konklużi mal-Unjoni.
Artikolu 11
Dispożizzjonijiet finanzjarji
L-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni fil-livelli nazzjonali għandha tiġi kofinanzjata permezz tal-programmi tal-Unjoni. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fil-limiti tal-qafas finanzjarju pluriennali.
Artikolu 12
Tħassir u dispożizzjonijiet transitorji
1. Id-Deċiżjoni Nru 2241/2004/KE hija mħassra.
2. Is-sistema ta' informazzjoni tal-Europass ibbażata fuq l-Internet stabbilita bid-Deċiżjoni Nru 2241/2004/KE għandha tibqa' tiffunzjona sa meta l-pjattaforma onlajn tal-Europass stabbilita b'din id-Deċiżjoni tiġi stabbilita u ssir operattiva.
Artikolu 13
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Strasburgu, it-18 ta' April 2018.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
A. TAJANI
Għall-Kunsill
Il-President
L. PAVLOVA
(1) ĠU C 173, 31.5.2017, p. 45.
(2) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2018 (għadha mhix ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' April 2018.
(3) Id-Deċiżjoni Nru 2241/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar qafas Komunitarju waħdieni għat-trasparenza tal-kwalifiki u tal-kompetenzi (Europass) (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 6).
(4) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2017 dwar il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja u li tħassar ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar l-istabbiliment ta' Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja (ĠU C 189, 15.6.2017, p. 15).
(5) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali (ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1).
(6) Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2008, dwar kif l-iggwidar tul il-ħajja jista' jiġi integrat aħjar fl-istrateġiji ta' tagħlim tul il-ħajja (ĠU C 319, 13.12.2008, p. 4).
(7) Ir-Regolament (UE) 2016/589 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' April 2016 dwar netwerk Ewropew ta' servizzi tal-impjiegi (EURES), aċċess tal-ħaddiema għas-servizzi ta' mobilità u integrazzjoni ulterjuri tas-swieq tax-xogħol u li jemenda Regolamenti (UE) Nru 492/2011 u (UE) Nru 1296/2013 (ĠU L 107, 22.4.2016, p. 1).
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi “Erasmus+”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50).
(9) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
(10) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).