ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 108 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 61 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/649 tat-23 ta' Jannar 2018 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-evoluzzjoni tal-massa tal-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-2014, l-2015 u l-2016 ( 1 ) |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
27.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 108/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2018/647
tas-26 ta' April 2018
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Myanmar/Burma
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK tat-22 ta' April 2013 dwar miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/232/PESK (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta' Frar 2018, il-Kunsill adotta konklużjonijiet li jikkundannaw il-ksur mifrux, sistematiku u gravi tad-drittijiet tal-bniedem li għaddej bħalissa mill-forzi militari u tas-sigurtà tal-Myanmar/Burma u jappellaw lill-Gvern tal-Myanmar/Burma u lill-forzi tas-sigurtà biex jiżguraw li s-sigurtà, l-istat tad-dritt u r-responsabbiltà jipprevalu fl-Istati ta' Rakhine, Kachin u Shan. |
(2) |
F'dan il-kuntest, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/655 (2) li temenda d-Deċiżjoni 2013/184/PESK, li permezz tagħha kompla jimponi miżuri restrittivi fuq il-Myanmar/Burma fil-forma ta' projbizzjoni fuq l-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju għall-utenti finali militari u tal-Pulizija tal-Fruntiera, restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' tagħmir għall-monitoraġġ ta' komunikazzjonijiet li jistgħu jintużaw għal ripressjoni interna, u miżuri restrittivi mmirati kontra ċerti persuni fiżiċi mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) u l-Pulizija tal-Fruntiera responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, responsabbli għat-tfixkil fl-għoti ta' assistenza umanitarja lill-popolazzjoni ċivili fil-bżonn u responsabbli għat-tfixkil tat-twettiq ta' investigazzjonijiet indipendenti dwar allegazzjonijiet ta' ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll persuni, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 (3) jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2013/184/PESK. Ċerti miżuri previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2018/655 jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat u għaldaqstant, bil-ħsieb, b'mod partikolari, li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, tenħtieġ azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex timplimentahom. |
(4) |
It-transitu ta' assistenza umanitarja għall-popolazzjoni ċivili fil-bżonn, soġġett għall-kontroll mill-partijiet involuti fil-konflitt f'konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali, jenħtieġ li ma jiġix imxekkel. Huwa għalhekk xieraq li jiġu applikati restrizzjonijiet fuq persuni fiżiċi mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) responsabbli għat-tfixkil tat-transitu rapidu u bla xkiel ta' assistenza umanitarja għall-popolazzjoni ċivili fil-bżonn. Jenħtieġ li tali restrizzjonijiet ma jaffettwawx bla bżonn l-għoti ta' assistenza umanitarja u jenħtieġ li jiġu applikati f'kunsiderazzjoni sħiħa tad-dritt dwar id-drittijiet tal-bniedem u tar-regoli applikabbli tad-dritt umanitarju internazzjonali applikabbli. |
(5) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 401/2013 jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari d-dritt għal rimedju effettiv u proċess ġust u d-dritt għall-protezzjoni ta' data personali. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi applikat skont dawk id-drittijiet. |
(7) |
Is-setgħa li tiġi emendata l-lista fl-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 401/2013 jenħtieġ li tiġi eżerċitata mill-Kunsill sabiex tkun żgurata l-konsistenza mal-proċess għall-emendar u r-reviżjoni tal-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2018/655. |
(8) |
Għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, u sabiex tinħoloq ċertezza massima tad-dritt fl-Unjoni, jenħtieġ li l-ismijiet u data rilevanti oħra rigward persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom ikunu ffriżati skont dan ir-Regolament isiru pubbliċi. Jenħtieġ li kwalunkwe proċessar ta' data personali jikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
(9) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, jenħtieġ li jidħol fis-seħħ immedjatament, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 401/2013 huwa emendat kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 1 Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, id-definizjonijiet li ġejjin japplikaw:
(*1) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).”;" |
(2) |
fl-Artikolu 3, jitħassru l-paragrafi 3 u 4; |
(3) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 3a 1. Għandu jiġi pprojbit li jinbiegħu, jiġu fornuti, trasferiti jew esportati, direttament jew indirettament, oġġetti u teknoloġija b'użu doppju kif inkluż fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 (*2), kemm jekk joriġinaw fl-Unjoni kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Myanmar/Burma jew għall-użu fil-Myanmar/Burma, jekk dawk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu intiżi, kompletament jew parzjalment, għal użu militari, għal utenti finali militari jew għall-Pulizija tal-Fruntiera. Meta l-utent finali jkun il-militar tal-Myanmar/Burma, kwalunkwe oġġett u teknoloġija b'użu doppju akkwistat minnu għandu jitqies li jkun għall-użu militari. 2. Meta jiddeċiedu dwar pretensjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 428/2009, l-awtoritajiet kompetenti ma għandhom jagħtu awtorizzazzjoni għall-esportazzjonijiet lil ebda persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Myanmar/Burma jew għall-użu fil-Myanmar/Burma, jekk ikollhom raġunijiet validi biex jemmnu li l-utent finali jista' jkun utent finali militari, il-Pulizija tal-Fruntiera jew li l-oġġetti jista' jkollhom użu finali militari. 3. L-esportaturi għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti bl-informazzjoni relevanti kollha meħtieġa għall-applikazzjoni tagħhom għal awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni. 4. Għandu jiġi pprojbit:
5. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 4 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni ta' kuntratti konklużi qabel is-27 ta' April 2018 jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti. 6. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal ilbies protettiv, inklużi ġkieket rinfurzati u elmi militari, temporanjament esportati lejn il-Myanmar/Burma mill-persunal tan-NU, mill-persunal tal-UE jew l-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-midja u ħaddiema umanitarji u dawk għall-iżvilupp u persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss. Artikolu 3b 1. Għandu jkun ipprojbit il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, direttament jew indirettament, ta' tagħmir, teknoloġija jew software identifikati fl-Anness III, kemm jekk joriġinaw mill-Unjoni kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Myanmar/Burma jew għall-użu fil-Myanmar/Burma, sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti, kif identifikata fuq is-siti web elenkati fl-Anness II, ma tkunx tat awtorizzazzjoni minn qabel. 2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif identifikati fuq is-siti web elenkati fl-Anness II, ma għandhom jagħtu ebda awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 1 jekk dawn ikollhom raġunijiet validi biex jiddeterminaw li t-tagħmir, it-teknoloġija jew is-software inkwistjoni jkunu jintużaw għar-ripressjoni interna mill-gvern, il-korpi pubbliċi, il-korporazzjonijiet jew l-aġenziji tal-Myanmar/Burma jew kwalunkwe persuna jew entità li topera f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom. 3. L-Anness III għandu jinkludi tagħmir, teknoloġija jew software maħsubin primarjament għall-użu fil-monitoraġġ jew l-interċettazzjoni tal-komunikazzjonijiet bl-Internet jew bit-telefown. 4. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan l-Artikolu, fi żmien erba' ġimgħat mill-awtorizzazzjoni. Artikolu 3c 1. Sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti, kif identifikata fuq is-siti web elenkati fl-Anness II, ma tkunx tat awtorizzazzjoni minn qabel skont l-Artikolu 3b, għandu jiġi pprojbit:
2. Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1, “servizz ta' monitoraġġ jew ta' interċettazzjoni tat-telekomunikazzjoni jew tal-Internet” tfisser dawk is-servizzi li jipprovdu, b'mod partikolari bl-użu ta' tagħmir, teknoloġija jew software kif identifikat fl-Anness III, aċċess għal u twassil tad-data assoċjata ma' telekomunikazzjonijiet jew telefonati deħlin jew ħerġin ta' suġġett għall-finijiet tal-estrazzjoni, id-dekodifikar, ir-reġistrar, l-ipproċessar, l-analiżi jew il-ħżin tagħha, jew kwalunkwe attività relatata oħra. (*2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta' oġġetti b'użu doppju (ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1).”" |
(4) |
fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. B'deroga mill-Artikoli 2(1), 3(2) u 3 a(1), u soġġetti għall-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif indikat fis-siti web elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw, skont il-kondizzjonijiet li jqisu xierqa:
|
(5) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 4a 1. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu jew li huma l-proprjetà ta', jew li huma fil-pussess jew taħt il-kontroll ta' xi persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Annessi IV u V għandhom jiġu ffriżati. 2. L-ebda fond jew riżorsa ekonomika ma għandhom isiru disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għall-beneficċju ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness IV. 3. L-Anness IV għandu jinkludi:
4. L-Annessi IV u V għandhom jinkludu r-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati. 5. L-Annessi IV u V għandhom jinkludu wkoll, fejn disponibbli, informazzjoni neċessarja għall-identifikazzjoni tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati. Fir-rigward ta' persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, inklużi l-psewdonimi, id-data u l-post ta' twelid, iċ-ċittadinanza, in-numri tal-passaporti u tal-karti tal-identità, is-sess, l-indirizz jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward ta' persuni ġuridiċi entitajiet u korpi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju. Artikolu 4b 1. B'deroga mill-Artikolu 4a, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif identifikati fuq is-siti web elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew id-disponibbiltà ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, skont il-kondizzjonijiet li jqisu li jkunu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu:
2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li jagħti skont il-paragrafu 1 fi żmien erba' ġimgħat mill-awtorizzazzjoni. Artikolu 4c 1. B'deroga mill-Artikolu 4a, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif identifikati fuq is-siti web elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:
2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li jagħti skont il-paragrafu 1 fi żmien erba' ġimgħat mill-awtorizzazzjoni. Artikolu 4d 1. B'deroga mill-Artikolu 4a u bil-kondizzjoni li pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness IV ikun dovut skont kuntratt jew ftehim li ġie konkluż, jew skont obbligu li rriżulta għall-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp ikkonċernat, sa minn qabel id-data ta' meta dik il-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp iddaħħlu fl-Anness IV, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, jistgħu jawtorizzaw, taħt dawk il-kondizzjonijiet li huma jqisu adattati, ir-rilaxx ta' ċerti fondi ffriżati jew ta' riżorsi ekonomiċi, dejjem jekk l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun iddeterminat li:
2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li jagħti skont il-paragrafu 1 fi żmien erba' ġimgħat mill-awtorizzazzjoni. 3. L-Artikolu 4a(2) ma għandux jipprevjeni l-ikkreditar ta' kontijiet iffriżati minn istituzzjonijiet finanzjarji jew ta' kreditu li jirċievu fondi ttrasferiti minn terzi persuni fil-kont ta' persuna fiżika jew ġuridika, ta' entità jew ta' korp elenkati, bil-kondizzjoni li kwalunkwe żieda f'dawn il-kontijiet tiġi ffriżata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu għandha tinforma lill-awtorità kompetenti rilevanti b'kwalunkwe tali tranżazzjoni, mingħajr dewmien. 4. Sakemm kwalunkwe imgħax, qligħ u pagamenti oħra jiġu ffriżati skont l-Artikolu 4a, l-Artikolu 4a(2) ma għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta':
Artikolu 4e 1. Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi għandhom:
2. Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li l-Kummissjoni tirċievi direttament għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri. 3. Kwalunkwe informazzjoni pprovduta jew li tasal f'konformità ma' dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-għanijiet li għalihom tkun ngħatat jew waslet. Artikolu 4f 1. L-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi jew iċ-ċaħda li tali fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, imwettaq in bona fide fuq il-bażi tal-fatt li tali azzjoni tkun konformi ma' dan ir-Regolament, ma għandu joħloq responsabbiltà tal-ebda tip min-naħa tal-persuna fiżika jew ġuridika jew l-entità jew il-korp li jkunu qed jimplimentawh, jew tad-diretturi jew l-impjegati tagħhom, sakemm ma jiġix ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ġew iffriżati jew miżmuma b'riżultat ta' negliġenza. 2. Azzjonijiet minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ma għandhom joħolqu l-ebda tip ta' responsabbiltà min-naħa tagħhom jekk huma ma kinux jafu, u ma kellhom ebda raġuni valida li jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom jiksru l-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament. Artikolu 4g Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonata, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jevitaw il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament. Artikolu 4h 1. Ebda pretensjoni b'konnessjoni ma' xi kuntratt jew tranżazzjoni fejn il-prestazzjoni tagħhom tkun ġiet affettwata, direttament jew indirettament, totalment jew parzjalment, mill-miżuri imposti skont dan ir-Regolament, inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta' dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni taħt garanzija, b'mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew għall-ħlas ta' bond, garanzija jew indennizz, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta' kwalunkwe għamla, ma għandha tiġi ssodisfata, jekk din issir minn:
2. F'kwalunkwe proċediment għall-eżekuzzjoni ta' pretensjoni, l-obbligu ta' prova li l-issodisfar tal-pretensjoni mhux ipprojbit bil-paragrafu 1 għandu jkun fuq il-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp li jkunu qed ifittxu l-eżekuzzjoni ta' dik il-pretensjoni. 3. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għal stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tan-nuqqas ta' eżekuzzjoni ta' obbligi kuntrattwali f'konformità ma' dan ir-Regolament. Artikolu 4i 1. Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li jissottoponi persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 4a, hu għandu jemenda l-Anness IV skont dan. 2. Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista, lill-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp msemmijin fil-paragrafu 1, direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, filwaqt li tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp jingħataw l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet. 3. Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew fejn tiġi ppreżentata evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jirrivedi d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp skont dan. 4. Il-lista li tinsab fl-Annessi IV għandha tiġi riveduta f'intervalli regolari u mill-inqas kull 12-il xahar.” |
(6) |
l-Artikolu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 6 1. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinformaw lil xulxin bil-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament u jikkondividu kwalunkwe informazzjoni oħra għad-dispożizzjoni tagħhom konnessa ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari informazzjoni dwar:
2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lil xulxin u lill-Kummissjoni b'kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra għad-dispożizzjoni tagħhom li tista' taffettwa l-implimentazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament.”; |
(7) |
it-test li jinsab fl-Anness I għal dan ir-Regolament jiżdied bħala l-Anness III. |
(8) |
it-test li jinsab fl-Anness II għal dan ir-Regolament jiżdied bħala l-Anness IV. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' April 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
E. ZAHARIEVA
(1) ĠU L 111, 23.4.2013, p. 75.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/655 tas-26 ta' April 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2013/184/PESK dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Mjanmar/Burma (ara paġna 29 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Ir- Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 tat-2 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Mjanmar/Burma u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 194/2008 (ĠU L 121, 3.5.2013, p. 1).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(5) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
ANNESS I
ANNESS III
Tagħmir, teknoloġija u software imsemmija fl-Artikoli 3b u 3c
Nota Ġenerali
Minkejja l-kontenut ta' dan l-Anness, huwa ma għandux japplika għal:
(a) |
tagħmir, teknoloġija jew software li huma speċifikati fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 428/2009 jew il-Lista Militari Komuni; jew |
(b) |
software maħsub għall-installazzjoni mill-utent mingħajr appoġġ sostanzjali ulterjuri mill-fornitur u li huwa ġeneralment disponibbli għall-pubbliku billi jinbiegħ mill-ħwienet, mingħajr restrizzjoni, permezz ta':
|
(c) |
software li huwa fid-dominju pubbliku. |
It-taqsimiet A, B, C, D u E jirreferu għat-taqsimiet imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 428/2009.
It-“tagħmir, teknoloġija u software” imsemmija fl-Artikoli 3b u 3c huwa:
A. |
Lista ta' tagħmir
|
B. |
Mhux użati |
C. |
Mhux użati |
D. |
“Software” għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” tat-tagħmir speċifikat f'A hawn fuq. |
E. |
“Teknoloġija” għall-“iżvilupp”, “il-produzzjoni” jew l-“użu” tat-tagħmir speċifikat f'A hawn fuq. |
Tagħmir, teknoloġija u software li jaqgħu f'dawn it-taqsimiet huma fl-ambitu ta' dan l-Anness biss sal-punt li jaqgħu fid-deskrizzjoni ġenerali “sistemi ta' interċettar u monitoraġġ tal-komunikazzjonijiet bl-Internet, bit-telefown u bis-satellita”.
Għall-finijiet ta' dan l-Anness, il-“monitoraġġ” tfisser l-akkwist, l-estrazzjoni, id-dekodifikar, ir-reġistrar, l-ipproċessar, l-analiżi u l-arkivjar tal-kontenut tat-telefonati jew id-data tan-netwerk.
(1) IMSI tfisser International Mobile Subscriber Identity (identità internazzjonali tal-abbonati tal-mowbajl). Dan huwa kodiċi ta' identifikazzjoni uniku għal kull biċċa apparat ta' telefonija mobbli, integrata fil-karta SIM u li tippermetti l-identifikazzjoni ta' tali SIM permezz tan-netwerks GSM u UMTS.
(2) MSISDN tfisser Mobile Subscriber Integrated Services Digital Network Number (numru tas-servizzi integrati tan-netwerk diġitali għall-abbonat ta' telefonija mobbli). Dan huwa numru uniku li jidentifika s-sottoskrizzjoni f'netwerk tal-mowbajls GSM jew UMTS. Fi kliem sempliċi, huwa n-numru tat-telefown għall-karta SIM f'mowbajl, u għaldaqstant jidentifika abbonat tal-mowbajl kif ukoll IMSI, iżda biex jittrażmetti t-telefonati permezz tiegħu.
(3) IMEI tfisser International Mobile Equipment Identity (identità internazzjonali tal-apparat tal-mowbajl). Dan huwa numru, normalment uniku, biex jidentifika l-mowbajls GSM, WCDMA u IDEN kif ukoll xi telefowns satellitari. Normalment issibu stampat fil-kompartiment tal-batterija tal-mowbajl. L-interċettazzjoni telefonika tista' tiġi speċifikata permezz tan-numru IMEI kif ukoll l-IMSI u l-MSISDN tiegħu.
(4) TMSI tfisser Temporary Mobile Subscriber Identity (identità temporanja tal-abbonat tal-mowbajl). Din hia l-identità li tintbagħat l-aktar komunement bejn il-mowbajl u n-netwerk.
(5) SMS tfisser Short Message System (sistema ta' messaġġi qosra).
(6) GSM tfisser Global System for Mobile Communications (sistema globali għall-komunikazzjoni mobbli).
(7) GPS tfisser Global Positioning System (sistema ta' pożizzjonament globali).
(8) GPRS tfisser General Package Radio Service (servizz ġenerali tar-radju f'pakketti).
(9) UMTS tfisser Universal Mobile Telecommunication System (sistema universali ta' komunikazzjoni mobbli).
(10) CDMA tfisser Code Division Multiple Access (aċċess multiplu b'diviżjoni tal-kodiċi).
(11) PSTN tfisser Public Switch Telephone Network (netwerk telefoniku pubbliku bl-iswiċċ).
(12) DHCP tfisser Dynamic Host Configuration Protocol (protokoll ta' konfigurazzjoni dinamika tal-host).
(13) SMTP tfisser Simple Mail Transfer Protocol (protokoll ta' trasferiment sempliċi tal-posta).
(14) GTP tfisser GPRS Tunneling Protocol.
ANNESS II
“ANNESS IV
Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 4a.”
27.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 108/12 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/648
tas-26 ta' April 2018
li jimplimenta l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011 tal-1 ta' Awwissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fl-1 ta' Awwissu 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 753/2011. |
(2) |
Fl-10 ta' April 2018, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1988 (2011), aġġorna l-informazzjoni relattiva għal persuna waħda soġġetta għal miżuri restrittivi. |
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 753/2011 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 753/2011 huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' April 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
E. ZAHARIEVA
ANNESS
L-entrata li tikkonċerna lill-persuna elenkata hawn taħt hija sostitwita bl-entrata li ġejja:
“(83) |
Mohammed Omar Ghulam Nabi
Titolu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Mexxej tal-Fidili (“Amir ul- Mumineen”), Afganistan. Data tat-twelid: (A) Bejn wieħed u ieħor fl-1966, (b) fl-1960, (c) fl-1953. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Naw Deh, Distrett ta' Deh Rawud, Provinċja ta' Uruzga, Afganistan, (b) Distrett ta' Maiwand, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:12.4.2000. Informazzjoni oħra: Isem missieru huwa Ghulam Nabi, magħruf ukoll bħala Mullah Musafir. Għajnejh ix-xellugija nieqsa. Ħaten Ahmad Jan Akhundzada Shukoor Akhundzada. Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Jappartjeni għat-tribù Hotak. Ir-rieżami skont ir-riżoluzzjoni 1822 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà ġie konkluż fis-27 ta' Lulju 2010. Allegatament miet f'April 2013. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/1427394 Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet: Mohammad Omar għandu t-titolu ta' “Kmandant tal-Fidili tal-Emirat Islamiku tal-Afganistan” u huwa l-mexxej suprem tal-moviment Taliban fil-ġerarkija Talibana. Huwa ta kenn lil Usama bin Laden (mejjet) u lin-netwerk tiegħu tal-Al-Qaida fis-snin qabel l-attakki tal-11 ta' Settembru 2001 fl-Istati Uniti. Huwa ilu jidderieġi lit-Taliban kontra l-Gvern tal-Afganistan u l-alleati tagħhom fl-Afganistan mill-2001. Mohammed Omar jikkmanda l-alleanza ta' mexxeja prominenti militari oħra fir-reġjun, bħal Jalaluddin Haqqani.” |
27.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 108/14 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/649
tat-23 ta' Jannar 2018
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-evoluzzjoni tal-massa tal-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-2014, l-2015 u l-2016
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-valur tal-massa medja użat għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 għal kull karozza ġdida tal-passiġġieri, irid jiġi aġġustat kull tliet snin biex iqis kull bidla fil-massa medja tal-vetturi l-ġodda rreġistrati fl-Unjoni. |
(2) |
Mill-monitoraġġ tal-massa tal-vetturi l-ġodda tal-passiġġieri fi stat ta' tħaddim irreġistrati fl-Unjoni fis-snin kalendarji 2014, 2015 u 2016 huwa evidenti li l-massa medja naqset u li ċ-ċifra M0 imsemmija fil-punt 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 għalhekk jenħtieġ li tiġi aġġustata. |
(3) |
Jenħtieġ li l-valur il-ġdid jiġi ddeterminat billi jitqiesu biss dawk il-valuri li l-manifatturi tal-vetturi kkonċernati setgħu jivverifikaw, filwaqt li jiġu esklużi mill-kalkolu l-valuri li kienu ovvjament żbaljati, (jiġifieri valuri ta' anqas minn 500 kg) kif ukoll il-valuri li jirrelataw mal-vetturi li kienu jaqgħu 'l barra mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 443/2009. Barra minn hekk, il-valur il-ġdid jenħtieġ li jkun ibbażat fuq il-medja ponderata, filwaqt li jitqies l-għadd ta' reġistrazzjonijiet ta' karozzi tal-passiġġieri ġodda fl-Unjoni fis-snin kalendarji 2014, 2015 u 2016. |
(4) |
Fuq dan l-isfond, il-valur ta' M0 li jrid jiġi applikat mill-2019 jenħtieġ li jitnaqqas b'12,52 kg minn 1 392,4 għal 1 379,88 kg. |
(5) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Punt 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 huwa emendat kif ġej:
(1) |
jiddaħħal il-punt (ba) li ġej:
|
(2) |
fil-punt (c), iċ-ċifra M0 tinbidel b'dan li ġej: “M0 = 1 379,88”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Jannar 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
27.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 108/16 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/650
tal-20 ta' April 2018
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-petriċa fiż-żoni 8c, 9 u 10; fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2018. |
(2) |
Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament li għamlu l-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fih jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2018. |
(3) |
Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fih għall-2018 għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi f'dak l-Anness jew li huma rreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikulari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord il-ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data, jew li dan il-ħut jiġi ttrażbordat jew ittrasportat lejn pajjiż ieħor jew li jinħatt l-art minnhom.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' April 2018.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
João AGUIAR MACHADO
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 tat-23 ta' Jannar 2018 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2018 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 (ĠU L 27, 31.1.2018, p. 1).
ANNESS
Nru |
06/TQ120 |
Stat Membru |
Franza |
Stokk |
ANF/8C3411 |
Speċi |
Petriċa (Lophiidae) |
Żona |
8c, 9 u 10; l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 |
Data tal-għeluq |
14.3.2018 |
27.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 108/18 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/651
tat-23 ta' April 2018
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-paġella fl-ilmijiet tal-Unjoni u f'dawk internazzjonali taż-żoni VI, VII u VIII minn bastimenti li jtajru l-bandiera Franċiża
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2285 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2018. |
(2) |
Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament li għamlu l-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fih jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2018. |
(3) |
Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fih għall-2018 għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi f'dak l-Anness jew li huma rreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikulari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord il-ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data, jew li dan il-ħut jiġi ttrażbordat jew ittrasportat lejn pajjiż ieħor jew li jinħatt l-art minnhom.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' April 2018.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
João AGUIAR MACHADO
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2285 tat-12 ta' Diċembru 2016 li jiffissa għall-2017 u l-2018 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-fond u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/72 (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 32).
ANNESS
Nru |
05/TQ2285 |
Stat Membru |
Franza |
Stokk |
SBR/678- |
Speċi |
Paġella (Pagellus bogaraveo) |
Żona |
Ilmijiet internazzjonali u tal-Unjoni taż-żoni VI, VII u VIII |
Data tal-għeluq |
14.3.2018 |
27.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 108/20 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/652
tat-23 ta' April 2018
li jistabbilixxi projbizzjoni temporanja fuq is-sajd għar-redfish fiż-żona 3M tan-NAFO minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2018. |
(2) |
Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Unjoni Ewropea jew li huma rreġistrati fiha, eżawrew il-kwota ta' nofs il-perjodu allokata lilhom għall-perjodu qabel l-1 ta' Lulju 2018. |
(3) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk sat-30 ta' Ġunju 2018. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istati Membri msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2018 sat-30 ta' Ġunju 2018 inklużi għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd immirati għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri msemmija hemmhekk jew irreġistrati fihom għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness sat-30 ta' Ġunju 2018 inkluż.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' April 2018.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
João AGUIAR MACHADO
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 tat-23 ta' Jannar 2018 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2018 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 (ĠU L 27, 31.1.2018, p. 1).
ANNESS
Nru |
07/TQ120 |
Stat Membru |
L-Unjoni Ewropea (l-Istati Membri kollha) |
Stokk |
RED/N3M. |
Speċi |
Redfish (Sebastes spp.) |
Żona |
NAFO 3M |
Perjodu tal-għeluq |
22 ta' Marzu 2018 sat-30 ta' Ġunju 2018 |
DEĊIŻJONIJIET
27.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 108/22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/653
tas-26 ta' April 2018
dwar l-istabbiliment ta' faċilità ta' maħżen għal missjonijiet ta' maniġġar ċivili ta' kriżijiet
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Għall-fini tal-operazzjonijiet tal-Unjoni ta' maniġġar ċivili ta' kriżijiet huwa neċessarju li jiġi żgurat li l-ħtiġijiet tal-istazzjonament rapidu u r-rekwiżiti operazzjonali jkunu sodisfatti. |
(2) |
Fit-13 ta' Novembru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/698/PESK (1), biex stabbilixxa maħżen għal missjonijiet ta' maniġġar ċivili ta' kriżijiet. Taħt l-Artikolu 6 ta' dik id-Deċiżjoni, saret reviżjoni tal-utilità, l-effikaċja u l-kosteffiċjenza tal-maħżen mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE). Ir-riżultat ta' dik ir-reviżjoni ġie diskuss mal-korpi preparatorji rilevanti tal-Kunsill fl-ewwel nofs tal-2016. |
(3) |
Fit-3 ta' Mejju 2016, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà reġa' afferma li l-istabbiliment ta' faċilità ta' maħżen huwa miżura utli li tappoġġa l-istazzjonament rapidu tal-missjonijiet taħt il-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (PSDK). Huwa qabel li jenħtieġ li l-faċilità ġdida ta' maħżen tkun operata minn korp regolat bil-liġi pubblika jew korp regolat bil-liġi privata b'missjoni ta' servizz pubbliku tal-Istati Membri kif previst fil-punt (c) tal-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u talab lis-SEAE biex imexxi l-proċedura tal-għażla. It-termini ta' referenza għall-proċedura tal-għażla ġew approvati mill-korpi preparatorji rilevanti tal-Kunsill. |
(4) |
Wara r-rapport tas-SEAE, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (“ir-Rappreżentant Għoli”) għamlet rakkomandazzjoni lill-Kunsill biex tintgħażel l-Aġenzija Żvediża għal Kontinġenzi Ċivili (Myndigheten för samhällsskydd och beredskap – MSB) bħala l-operatur tal-faċilità ta' maħżen għall-implimentazzjoni tal-faċilità ta' maħżen. |
(5) |
Jenħtieġ li l-faċilità ta' maħżen takkwista, taħżen, tmantni u tirrikostitwixxi stokk strateġiku ta' tagħmir u assi ewlenin meħtieġa għall-istazzjonament rapidu ta' missjonijiet ċivili tal-PSDK. Jenħtieġ ukoll li takkwista, taħżen, tmantni u tqiegħed għad-dispożizzjoni oġġetti ġodda u użati ta' tali tagħmir u assi, kif ukoll tipprovdi servizzi ta' appoġġ, għal missjonijiet ċivili tal-PSDK. Għandu wkoll ikun possibbli għaliha li takkwista, taħżen u tqiegħed għad-dispożizzjoni kwalunkwe oġġett ieħor ta' tagħmir u assi użati rkuprati minn tali missjonijiet. |
(6) |
Jenħtieġ ukoll li jkun possibbli għall-faċilità ta' maħżen li tipprovdi, bħala kompitu sekondarju, l-istess appoġġ għal azzjonijiet operazzjonali oħra tal-Unjoni taħt l-Artikolu 28 tat-Trattat u għar-Rappreżentanti Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE). |
(7) |
Jenħtieġ li l-faċilità ta' maħżen tiġi implimentata għal perijodu ta' tliet snin, bil-possibbiltà ta' estensjoni ta' sena oħra, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Objettivi
1. Għall-finijiet li jkunu żgurati l-istazzjonament rapidu ta' tagħmir u assi ewlenin u l-għoti ta' servizzi ta' appoġġ adegwati għall-missjonijiet tagħha ta' maniġġar ċivili ta' kriżijiet, kif ukoll li jkun żgurat aċċess rapidu u kontinwu minn dawk il-missjonijiet għal tali tagħmir u assi, l-Unjoni għandha ssaħħaħ il-kapaċitajiet tagħha permezz tal-istabbiliment ta' faċilità ta' maħżen.
2. Il-faċilità ta' maħżen tista' tipprovdi wkoll, kif meħtieġ, l-istess appoġġ fir-rigward ta' tagħmir, assi u servizzi, għal azzjonijiet operazzjonali oħra tal-Unjoni taħt l-Artikolu 28 tat-Trattat u għar-RSUE.
Artikolu 2
Stabbiliment ta' faċilità ta' maħżen
1. Għall-finijiet stipulati fl-Artikolu 1, għandha tiġi stabbilita faċilità ta' maħżen. Hija għandha twettaq il-kompiti li ġejjin:
(a) |
takkwista, taħżen, tmantni u tirrikostitwixxi stokk strateġiku ta' tagħmir u assi ewlenin, kif identifikati fl-Anness; |
(b) |
takkwista, taħżen, tmantni u tqiegħed għad-dispożizzjoni oġġetti ġodda u użati ta' tagħmir u assi ewlenin u tipprovdi servizzi ta' appoġġ, kif identifikati fl-Anness, għal missjonijiet ċivili tal-PSDK, inklużi oġġetti rkuprati minn tali missjonijiet oħrajn. |
2. Il-faċilità ta' maħżen tista' wkoll takkwista, taħżen, tmantni u tqiegħed għad-dispożizzjoni għal missjonijiet ċivili tal-PSDK oġġetti rilevanti ta' tagħmir u assi li jkunu ta' natura u użu simili għall-oġġetti identifikati fl-Anness.
3. Il-faċilità ta' maħżen tista' wkoll takkwista, taħżen, u tqiegħed għad-dispożizzjoni għal missjonijiet ċivili tal-PSDK oġġetti ta' tagħmir u assi użati rkuprati minn tali missjonijiet oħrajn li jkunu ta' natura u użu differenti mill-oġġetti identifikati fl-Anness.
4. Il-faċilità ta' maħżen tista' twettaq ukoll, kif meħtieġ, il-funzjonijiet stabbiliti fil-punt (b) tal-paragrafu 1 u fil-paragrafi 2 u 3 fir-rigward ta' azzjonijiet operazzjonali oħrajn tal-Unjoni u fir-rigward ta' RSUE.
Artikolu 3
Implimentazzjoni
1. Ir-Rappreżentant Għoli għandha tkun responsabbli mill-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.
2. L-implimentazzjoni teknika ta' din id-Deċiżjoni għandha titwettaq mill-Aġenzija Żvediża għal Kontinġenzi Ċivili, li għandha taġixxi bħala l-operatur tal-faċilità ta' maħżen. L-Aġenzija Żvediża għal Kontinġenzi Ċivili għandha twettaq il-kompiti tagħha taħt ir-responsabbiltà tar-Rappreżentant Għoli mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet finanzjarji tal-Kummissjoni kif stipulati fl-Artikolu 4(3).
3. Għandu jintlaħaq qbil dwar arranġamenti dettaljati għall-implementazzjoni ta' din id-Deċiżjoni bejn l-Aġenzija Żvediża għal Kontinġenzi Ċivili u l-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili f'konsultazzjoni mas-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni. Dawk l-arranġamenti għandhom, b'mod partikolari, jiżguraw li l-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili jkollu aċċess għall-maħżen biex jeżerċita s-sorveljanza teknika u operazzjonali sabiex jiżgura l-kapaċità ta' stazzjonament u l-funzjonament tajjeb tal-missjonijiet ta' maniġġar ċivili ta' kriżijiet. Il-Kmandant Ċivili tal-Operazzjoni għandu wkoll jivvaluta l-adegwatezza teknika ta' assi użati għall-ħżin u l-użu futur, u jirrapporta dwar il-ħtieġa li l-ħażniet jiġu rikostitwiti u mġedda.
4. Il-faċilità ta' maħżen għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni t-tagħmir u l-assi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1) u fl-Artikolu 2(2) fuq talba ta' missjoni ċivili tal-PSDK, abbażi tal-ħtiġijiet speċifiċi tal-missjoni u f'konformità mal-mandat tal-missjoni. L-istess kondizzjonijiet għandhom japplikaw mutatis mutandis fir-rigward ta' azzjonijiet operazzjonali oħra tal-Unjoni u r-RSUE.
Artikolu 4
Arranġamenti finanzjarji
1. L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni ta' din id-deċiżjoni għall-perijodu ta' 36 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jkun ta' EUR 52 240 608,49.
2. In-nefqa ffinanzjata mill-ammont ta' referenza finanzjarja msemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun ġestita skont il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.
3. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-amministrazzjoni tajba tan-nefqa msemmija fil-paragrafu 2. Għall-dak il-fini, hija għandha tikkonkludi ftehim mal-Aġenzija Żvediża għal Kontinġenzi Ċivili bħala l-operatur tal-faċilità ta' maħżen.
4. Il-ftehim imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jipprevedi fost l-oħrajn li:
(a) |
it-tagħmir u l-assi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 2(1) u fl-Artikolu 2(2) għandhom jinxtraw mill-Aġenzija Żvediża għal Kontinġenzi Ċivili f'isimha stess u f'konformità mar-regoli tal-akkwist tagħha stess; |
(b) |
l-Aġenzija Żvediża għal Kontinġenzi Ċivili għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tagħmir u assi mingħajr ħlas għal missjonijiet ċivili tal-PSDK, u teħodhom lura kif meħtieġ; |
(c) |
qabel ma jiskadi l-ftehim, l-Aġenzija Żvediża għal Kontinġenzi Ċivili għandha tagħti bħala donazzjoni t-tagħmir u l-assi kollha maħżuna minnha lill-Kummissjoni jew lil kwalunkwe entità oħra ddeżinjata mill-Kummissjoni. |
5. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehim imsemmi fil-paragrafu 3 malajr kemm jista' jkun wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. Hija għandha tinforma lill-Kunsill dwar kwalunkwe diffikultà f'dak il-proċess u dwar id-data tal-konklużjoni tal-ftehim.
Artikolu 5
Rapportar
1. Ir-Rappreżentant Għoli għandha tirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni kull sitt xhur.
2. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Kunsill bl-informazzjoni dwar l-aspetti finanzjarji tal-funzjonament tal-faċilità ta' maħżen kull sitt xhur.
Artikolu 6
Reviżjoni
Il-Kunsill għandu, 18-il xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu 4(3), jirrivedi l-ammont ta' referenza finanzjarja msemmi fl-Artikolu 4(1) fir-rigward tal-ammont meqjus neċessarju biex jiġu sodisfatti talbiet mill-missjonijiet ċivili tal-PSDK, għal oġġetti ta' tagħmir u assi flimkien mal-kwantità ta' oġġetti maħżuna fl-istokk strateġiku, sabiex jiġi żgurat li l-ammont ta' referenza finanzjarja jieħu kont b'mod debitu tal-ħtiġijiet li jkunu qed jevolvu ta' tali missjonijiet. Ir-reviżjoni għandha wkoll tieħu kont tal-ħtiġijiet li jkunu qed jevolvu ta' azzjonijiet operazzjonali oħra tal-Unjoni u tar-RSUE.
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ u skadenza
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Hija għandha tiskadi 36 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu 4(3), ħlief jekk il-Kunsill jiddeċiedi li jestendih għal perijodu ulterjuri ta' 12-il xahar.
Artikolu 8
Tħassir
Id-Deċiżjoni 2012/698/PESK hija b'dan imħassra.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' April 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
E. ZAHARIEVA
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/698/PESK tat-13 ta' Novembru 2012 dwar l-istabbiliment ta' maħżen għal missjonijiet ta' maniġġar ta' kriżijiet ċivili (ĠU L 314, 14.11.2012, p. 25).
(2) Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
ANNESS
TAGĦMIR U ASSI EWLENIN LI GĦANDHOM JIĠU PPROVDUTI MILL-OPERATUR TAL-FAĊILITÀ TA' MAĦŻEN
L-istokk strateġiku jinkludi t-tagħmir u l-assi ewlenin meħtieġa għall-istazzjonament ta' missjoni ċivili tal-PSDK li tasal sa 200 membru tal-persunal fi kwalunkwe żona ta' operazzjoni fi żmien 30 jum.
It-tagħmir u l-assi ewlenin huma kif ġej:
— |
Vetturi
|
— |
Tagħmir tal-IT
|
— |
Tagħmir tal-komunikazzjoni
|
— |
Tagħmir ta' protezzjoni personali (PPE)
|
— |
Tagħmir mediku
|
— |
Oġġetti ta' viżibbiltà
|
— |
Mixxellanja
|
SERVIZZI TA' APPOĠĠ LI GĦANDHOM JIĠU PPROVDUTI MILL-OPERATUR TAL-FAĊILITÀ TA' MAĦŻEN
— |
Akkwisti L-operatur tal-faċilità ta' maħżen jakkwista l-istokk strateġiku f'ismu billi juża r-regoli tal-akkwist tiegħu stess. |
— |
Ħażna, kodifikazzjoni u bar coding tal-istokk strateġiku |
— |
Trasport tal-merkanzija L-operatur tal-faċilità ta' maħżen iħejji t-tagħmir maħżun għat-trasport. L-operatur tal-faċilità ta' maħżen ikun responsabbli li jiżgura/jikkuntratta t-trasport ta' tagħmir kif ġej:
|
— |
Sistema tal-ippjanar tar-riżorsi għall-intrapriżi (ERP, Enterprise resource planning) L-operatur tal-faċilità ta' maħżen jipprovdi sistema ERP b'sistemi ta' riżerva xierqa biex jiżgura l-kontinwità ta' attivitajiet/proċessi relatati u jipprovdi l-manutenzjoni tas-sistema ERP. L-operatur tal-faċilità ta' maħżen jipprovdi servizzi marbuta mal-konfigurazzjoni, il-personalizzazzjoni u l-aġġornament tas-sistema ERP. L-operatur tal-faċilità ta' maħżen jamministra wkoll il-liċenzji kollha meħtieġa għall-użu tas-sistema ERP. |
— |
Manutenzjoni teknika u tiswija ta' tagħmir ġdid u użat L-operatur tal-faċilità ta' maħżen jipprovdi l-manutenzjoni teknika u jmexxi testijiet operazzjonali kemm għat-tagħmir użat kif ukoll għal dak ġdid li jkunu maħżuna fil-maħżen. L-operatur tal-faċilità ta' maħżen jiżgura wkoll it-tiswija ta' tagħmir użat jekk jingħata struzzjoni li jagħmel hekk mill-Awtorità Kontraenti. |
— |
Rinnovament ta' vetturi blindati L-operatur tal-faċilità ta' maħżen huwa mistenni li jipprovdi manutenzjoni, rinnovazzjoni u ċertifikazzjoni (mill-ġdid) għal vetturi blindati, jekk jiġi inkarigat biex jagħmel hekk mill-Awtorità Kontraenti. |
— |
Servizzi ta' rimi L-operatur tal-faċilità ta' maħżen jipprovdi servizzi marbuta mar-rimi ta' materjal perikoluż (hazmat, hazardous material), bħal batteriji, lubrikanti tal-karozzi, munizzjon, vetturi blindati u tagħmir tar-radju, li għal diversi raġunijiet (sigurtà, ambjentali eċċ.) ma jistgħux ikunu pprovduti lokalment mill-Missjoni. L-operatur tal-faċilità ta' maħżen jarmi tagħmir ta' stokk strateġiku li jkun sar ekonomikament mhux vijabbli li jissewwa. |
— |
Prodotti farmaċewtiċi u oġġetti ta' konsum mediċi L-operatur tal-faċilità ta' maħżen jiżgura provvisti ta' prodotti farmaċewtiċi u oġġetti ta' konsum mediċi direttament mingħand il-fornitur lill-persunal mediku awtorizzat tal-missjoni tal-PSDK. |
27.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 108/28 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/654
tas-26 ta' April 2018
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1869 dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b'appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-16 ta' Ottubru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1869 (1) dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b'appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq). |
(2) |
Sabiex tiġi koperta l-ħtieġa tal-Missjoni ta' servizzi tas-sigurtà sa tmiem il-mandat attwali tagħha, jenħtieġ li l-ammont ta' referenza finanzjarja jiġi rivedut, u jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1869 tiġi emendata skont dan. |
(3) |
EUAM Iraq qed titmexxa f'kuntest li jista' jiddeterjora u li jista' jxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendar tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1869
Fl-Artikolu 14 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1869, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“1. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUAM Iraq mis-16 ta' Ottubru 2017 sas-17 ta' Ottubru 2018 għandu jkun ta' EUR 17 300 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja għal kull perijodu sussegwenti għandu jiġi deċiż mill-Kunsill.”.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' April 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
E. ZAHARIEVA
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1869 tas-16 ta' Ottubru 2017 dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b'appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) (ĠU L 266, 17.10.2017, p. 12).
27.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 108/29 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/655
tas-26 ta' April 2018
li temenda d-Deċiżjoni 2013/184/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-22 ta' April 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/184/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra Myanmar/Burma. |
(2) |
Fis-26 ta' Frar 2018, il-Kunsill adotta konklużjonijiet li jikkundannaw il-ksur mifrux, sistematiku u gravi tad-drittijiet tal-bniedem li għaddej bħalissa mill-forzi militari u tas-sigurtà tal-Myanmar/Burma u jappellaw lill-Gvern tal-Myanmar/Burma u lill-forzi tas-sigurtà biex jiżguraw li s-sigurtà, l-istat tad-dritt u r-responsabbiltà jipprevalu fl-Istati ta' Rakhine, Kachin u Shan. Il-konklużjonijiet ikkonfermaw ir-rilevanza tal-embargo eżistenti fuq l-armi u t-tagħmir li jistgħu jintużaw għar-ripressjoni interna u approvaw it-tiġdid ta' dawn il-miżuri restrittivi. Appella wkoll għal opzjonijiet konkreti għat-tisħiħ tal-embargo attwali u għal proposti għal miżuri restrittivi mmirati kontra uffiċjali militari għolja tal-forzi armati tal-Myanmar (Tatmadaw) responsabbli għal ksur serju u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem. |
(3) |
F'dan il-kuntest huwa xieraq li jiġu imposti aktar miżuri restrittivi fuq il-Myanmar/Burma fil-forma ta' projbizzjoni fuq l-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju għal utenti finali militari u tal-Pulizija tal-Fruntiera, restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' tagħmir għall-monitoraġġ ta' komunikazzjonijiet li jistgħu jintużaw għar-ripressjoni interna, u fuq it-taħriġ militari u l-kooperazzjoni militari. |
(4) |
Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri restrittivi mmirati kontra ċerti persuni fiżiċi mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) u mill-Pulizija tal-Fruntiera responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, pereżempju għall-inċitament tal-vjolenza, għad-diskriminazzjoni u l-vjolenza kontra persuni li jappartjenu għal minoranzi f'Rakhine u għat-tfixkil tal-proċess ta' ritorn volontarju u sikur ta' persuni spostati mill-Istat ta' Rakhine għall-post ta' oriġini tagħhom, kif ukoll kontra persuni, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom. Jenħtieġ li jiġu imposti wkoll miżuri restrittivi mmirati fuq ċerti persuni fiżiċi mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) u mill-Pulizija tal-Fruntiera responsabbli għat-tfixkil tal-għoti ta' assistenza umanitarja lill-popolazzjoni ċivili fil-bżonn jew responsabbli għat-tfixkil tat-twettiq ta' investigazzjonijiet indipendenti dwar allegazzjonijiet ta' ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll kontra persuni, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom. |
(5) |
It-transitu ta' assistenza umanitarja għall-popolazzjoni ċivili fil-bżonn, soġġett għall-kontroll mill-partijiet involuti fil-konflitt u f'konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali, jenħtieġ li ma jiġix imxekkel. Huwa għalhekk xieraq li jiġu applikati restrizzjonijiet fuq persuni fiżiċi mill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) responsabbli għat-tfixkil tat-transitu rapidu u bla xkiel ta' assistenza umanitarja għall-popolazzjoni ċivili fil-bżonn. Jenħtieġ li tali restrizzjonijiet ma jaffettwawx bla bżonn l-għoti ta' assistenza umanitarja u jenħtieġ li jiġu applikati f'kunsiderazzjoni sħiħa tad-dritt dwar id-drittijiet tal-bniedem u tar-regoli tad-dritt umanitarju internazzjonali applikabbli. |
(6) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/184/PESK tiġi emendata skont dan. |
(7) |
Hemm il-ħtieġa ta' aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2013/184/PESK hija emendata kif ġej:
(1) |
tiżdied il-formulazzjoni li ġejja qabel l-Artikolu 1: “KAPITOLU I RESTRIZZJONIJIET FUQ L-ESPORTAZZJONI”; |
(2) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 1a 1. Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni diretti jew indiretti tal-oġġetti b'użu doppju u t-teknoloġija kollha elenkati fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 (*1) għall-użu militari fil-Myanmar/Burma, jew lil kwalunkwe utent finali militari jew lill-Pulizija tal-Fruntiera fil-Myanmar/Burma minn ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri jew bl-użu ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera tagħhom, għandhom jiġu pprojbiti kemm jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom jew le. 2. Għandu jiġi pprojbit:
3. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni ta' kuntratti konklużi qabel is-27 ta' April 2018 jew kuntratti anċillari neċessarji għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti. (*1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta' oġġetti b'użu doppju (ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1).”;" |
(3) |
l-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 2 1. L-Artikoli 1 u 1a ma għandhomx japplikaw għal:
bil-kondizzjoni li tali esportazzjonijiet ikunu ġew approvati minn qabel mill-awtorità kompetenti rilevanti. 2. L-Artikolu 1 u 1a ma għandhomx japplikaw għal ilbies protettiv, inkluż ġkieket rinfurzati u elmi militari, esportati temporanjament lejn il-Myanmar/Burma mill-persunal tan-NU, persunal tal-UE jew l-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-medja u l-ħaddiema umanitarji u dawk għall-iżvilupp u persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss.”; |
(4) |
l-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 3 1. Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir, teknoloġija jew software maħsubin primarjament għal użu ta' monitoraġġ jew interċettazzjoni mill-Gvern tal-Myanmar/Burma, jew f'ismu, tal-Internet u tal-komunikazzjoni telefonika fuq netwerks mobbli jew fissi fil-Myanmar/Burma, inkluż l-għoti ta' kwalunkwe tip ta' servizz ta' monitoraġġ jew interċettazzjoni fil-qasam tat-telekomunikazzjoni jew tal-Internet, kif ukoll il-forniment ta' assistenza finanzjarja u teknika għall-installazzjoni, it-tħaddim jew l-aġġornament ta' tali tagħmir, teknoloġija jew software, minn ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri għandhom jiġu pprojbiti. 2. B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tat-tagħmir, it-teknoloġija jew is-software, inkluż l-għoti ta' kwalunkwe tip ta' servizz ta' monitoraġġ jew interċettazzjoni fil-qasam tat-telekomunikazzjoni jew tal-Internet, kif ukoll il-forniment relatat ta' assistenza finanzjarja u teknika, imsemmija fil-paragrafu 1 jekk huma jkollhom raġunijiet validi biex jiddeterminaw li t-tagħmir, it-teknoloġija jew is-software ma jintużawx għar-repressjoni interna mill-gvern, korpi pubbliċi, korporazzjonijiet jew aġenziji tal-Myanmar/Burma, jew minn kwalunkwe persuna jew entità li topera f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan il-paragrafu, fi żmien erba' ġimgħat mill-awtorizzazzjoni. 3. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiddetermina l-elementi rilevanti li jridu jiġu koperti b'dan l-Artikolu.”; |
(5) |
jiddaħħlu l-Artikoli u l-Kapitoli li ġejjin: “KAPITOLU II RESTRIZZJONIJIET FUQ IT-TAĦRIĠ MILITARI U L-KOOPERAZZJONI MILITARI Artikolu 4 1. Il-forniment ta' taħriġ militari lill-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) u lill-Pulizija tal-Fruntiera, jew il-kooperazzjoni militari magħhom għandu jiġi pprojbit. 2. Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal taħriġ jew kooperazzjoni immirati lejn it-tisħiħ tal-prinċipji demokratiċi, l-istat tad-dritt jew ir-rispett għad-dritt internazzjonali, inkluż id-dritt dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma. KAPITOLU III RESTRIZZJONIJIET FUQ L-AMMISSJONI Artikolu 5 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-transitu minnhom, ta':
kif elenkat fl-Anness. 2. Il-paragrafu 1 ma għandux jobbliga lil Stat Membru jirrifjuta d-dħul fit-territorju tiegħu ta' ċittadini tiegħu stess. 3. Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut b'obbligu tad-dritt internazzjonali, jiġifieri:
4. Il-paragrafu 3 għandu jitqies li japplika wkoll f'każijiet fejn Stat Membru jkun il-pajjiż li jospita l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE). 5. Il-Kunsill għandu jkun infurmat debitament fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafu 3 jew 4. 6. L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti skont il-paragrafu 1 meta l-ivvjaġġar ikun ġustifikat għar-raġuni ta' bżonn umanitarju urġenti, jew għal raġunijiet ta' attendenza għal laqgħat intergovernattivi u dawk promossi jew ospitati mill-Unjoni Ewropea, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-presidenza attwali tal-OSKE, fejn jitmexxa djalogu politiku li jippromwovi b'mod dirett l-objettivi ta' politika tal-miżuri restrittivi, inkluż id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma. 7. Stat Membru li jixtieq jagħti eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 6 għandu jinnotifika lill-Kunsill bil-miktub. L-eżenzjoni għandha titqies bħala mogħtija sakemm membru wieħed jew aktar tal-Kunsill ma joġġezzjonax bil-miktub fi żmien jumejn ta' xogħol minn meta tasal in-notifika tal-eżenzjoni proposta. Fil-każ li membru wieħed jew aktar tal-Kunsill joġġezzjonaw, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta. 8. Fejn, skont il-paragrafi 3, 4, 6 jew 7 Stat Membru jawtorizza d-dħul fit-territorju tiegħu, jew it-transitu minnu, tal-persuni elenkati fl-Anness, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-iskop li għalih ingħatat u għall-persuni kkonċernati minnu. KAPITOLU IV IFFRIŻAR TA' FONDI U RIŻORSI EKONOMIĊI Artikolu 6 1. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, jew huma proprjetà ta', miżmuma jew kontrollati minn:
kif elenkat fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati. 2. L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom isiru disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għall-benefiċċju ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi elenkati fl-Anness. 3. L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' tawtorizza r-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, skont il-kondizzjonijiet li hi tqis xierqa, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan il-paragrafu. 4. B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan il-paragrafu. 5. Il-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni lil persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness milli jagħmlu pagament dovut skont kuntratt jew ftehim li ġie konkluż minn, jew obbligu li rriżulta għal, persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness qabel id-data li fiha tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikunu ġew elenkati fih, dment li l-Istat Membru kkonċernat ikun iddetermina li l-pagament ma jkunx fi ksur tal-paragrafu 3. 6. Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għaż-żieda ma' kontijiet iffriżati ta':
dment li kwalunkwe tali imgħax, qligħ u pagamenti oħrajn jibqgħu soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafu 1. KAPITOLU V DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI Artikolu 7 1. Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'unanimità fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jistabbilixxi u jemenda l-lista fl-Anness. 2. Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, inkluż ir-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikkonċernati, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, li jipprovdi lil tali persuna, entità jew korp b'opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet. 3. Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet jew evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jirrieżamina d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 u jinforma lill-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikkonċernati skont il-każ. Artikolu 8 1. L-Anness għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmijin fl-Artikoli 5(1) u 6(1). 2. L-Anness għandu jinkludi wkoll, meta tkun disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu identifikati l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi kkonċernati. Fir-rigward ta' persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi: ismijiet, inkluż il-psewdonimi; id-data u l-post ta' twelid; in-nazzjonalità; in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità; is-sess; l-indirizz, jekk magħruf; u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward ta' persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju. Artikolu 9 Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonata, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jevitaw il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni. Artikolu 10 Ebda pretensjoni b'konnessjoni ma' xi kuntratt jew tranżazzjoni fejn il-prestazzjoni tagħhom tkun ġiet affettwata, direttament jew indirettament, totalment jew parzjalment, mill-miżuri imposti skont din id-Deċiżjoni, inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew xi pretensjoni oħra ta' dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni taħt garanzija, b'mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew għall-ħlas ta' bond, garanzija jew indennizz, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta' kull forma, ma għandha tiġi sodisfatta, jekk din issir minn:
Artikolu 11 Sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni, l-Unjoni għandha tħeġġeġ lill-Istati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk previsti f'din id-Deċiżjoni. Artikolu 12 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-30 ta' April 2019. Għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Għandha tiġi mġedda, jew emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”; |
(6) |
l-Artikoli 4 u 5 huma nnumerati mill-ġdid bħala l-Artikoli 13 u 14 rispettivament; |
(7) |
jiżdied l-Anness li jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' April 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
E. ZAHARIEVA
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK tat-22 ta' April 2013 dwar miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/232/PESK (ĠU L 111, 23.4.2013, p. 75).
ANNESS
“ANNESS
Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi imsemmija fl-Artikoli 5(1) u 6(1)”.
27.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 108/36 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/656
tas-26 ta' April 2018
li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK tal-1 ta' Awwissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fl-1 ta' Awwissu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK. |
(2) |
Fl-10 ta' April 2018, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit skont il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1988 (2011), aġġorna l-informazzjoni relattiva għal persuna waħda soġġetta għal miżuri restrittivi. |
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness għad-Deċiżjoni 2011/486/PESK jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/486/PESK huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' April 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
E. ZAHARIEVA
(1) ĠU L 199, 2.8.2011, p. 57.
ANNESS
L-entrata li tikkonċerna lill-persuna elenkata hawn taħt hija sostitwita bl-entrata li ġejja:
“(83) |
Mohammed Omar Ghulam Nabi
Titolu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Mexxej tal-Fidili (“Amir ul- Mumineen”), Afganistan. Data tat-twelid: (A) Bejn wieħed u ieħor fl-1966, (b) fl-1960, (c) fl-1953. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Naw Deh, Distrett ta' Deh Rawud, Provinċja ta' Uruzga, Afganistan, (b) Distrett ta' Maiwand, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:12.4.2000. Informazzjoni oħra: Isem missieru huwa Ghulam Nabi, magħruf ukoll bħala Mullah Musafir. Għajnejh ix-xellugija nieqsa. Ħaten Ahmad Jan Akhundzada Shukoor Akhundzada. Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Jappartjeni għat-tribù Hotak. Ir-rieżami skont ir-riżoluzzjoni 1822 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà ġie konkluż fis-27 ta' Lulju 2010. Allegatament miet f'April 2013. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/1427394 Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet: Mohammad Omar għandu t-titolu ta' “Kmandant tal-Fidili tal-Emirat Islamiku tal-Afganistan” u huwa l-mexxej suprem tal-moviment Taliban fil-ġerarkija Talibana. Huwa ta kenn lil Usama bin Laden (mejjet) u lin-netwerk tiegħu tal-Al-Qaida fis-snin qabel l-attakki tal-11 ta' Settembru 2001 fl-Istati Uniti. Huwa ilu jidderieġi lit-Taliban kontra l-Gvern tal-Afganistan u l-alleati tagħhom fl-Afganistan mill-2001. Mohammed Omar jikkmanda l-alleanza ta' mexxeja prominenti militari oħra fir-reġjun, bħal Jalaluddin Haqqani.” |
Rettifika
27.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 108/38 |
Rettifika tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1198/2014 tal-1 ta' Awwissu 2014 li jissupplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 321 tas-7 ta' Novembru 2014 )
F'paġna 2, fit-Titolu tar-Regolament,
minflok:
“Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1198/2014”,
aqra:
“Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1198/2014”;
F'paġna 2, il-Premessa numru tnejn,
minflok:
“Ir-Regolament (KE) Nru 1217/2009 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta Regolamenti delegati li jistabbilixxu r-regoli marbuta mad-dejta għad-determinazzjoni tad-dħul u l-analiżi kummerċjali ta' azjendi agrikoli. L-att delegat għandu jistabbilixxi b'mod partikolari regoli għall-iffissar tal-valuri ta' limitu li jiddelimitaw il-qasam tal- istħarriġ, għat-tfassil ta' pjanijiet għall-għażla ta' azjendi, għall-iffissar tal-perjodu ta' referenza għall-produzzjonijiet standard, għad-determinazzjoni tat-tipi ta' biedja ġenerali u prinċipali u għad-determinazzjoni tal-gruppi ewlenin tad-dejta dwar prospetti ta' biedja li għandha tinġabar, kif ukoll ir-regoli ġenerali li għandhom jiġu segwiti f'dan ir-rigward.”,
aqra:
“Ir-Regolament (KE) Nru 1217/2009 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta Regolamenti delegati li jistabbilixxu r-regoli marbuta mal-informazzjoni biex jiġi ddeterminat id-dħul u biex issir l-analiżi kummerċjali ta' azjendi agrikoli. L-att delegat għandu jistabbilixxi b'mod partikolari regoli għall-iffissar tal-valuri ta' limitu li jiddelimitaw il-qasam tal-istħarriġ, għat-tfassil ta' pjanijiet għall-għażla ta' azjendi, għall-iffissar tal-perjodu ta' referenza għall-produzzjonijiet standard, għad-determinazzjoni tat-tipi ta' biedja ġenerali u prinċipali u għad-determinazzjoni tal-gruppi ewlenin ta' informazzjoni dwar prospetti ta' biedja li għandha tinġabar, kif ukoll ir-regoli ġenerali li għandhom jiġu segwiti f'dan ir-rigward.”;
F'paġna 2, fil-Premessa numru erbgħa,
minflok:
“tan-netwerk tad-dejta tal-kontabiiltà agrikola.”,
aqra:
“tan-netwerk ta' informazzjoni tal-kontabilità agrikola.”;
F'paġna 2, fil-Premessa numru ħamsa, f'paġna 4, fl-Artikolu 4, fit-tieni paragrafu, fl-ewwel sentenza u f'paġna 6, fl-Anness II, fit-tielet, fir-raba', fis-sitt, fis-seba', fit-tmien, fid-disa' u fl-għaxar inċiż u fil-ħdax u fit-tnax-il inċiż u fit-tieni Titolu tal-Anness II,
minflok
“dejta”,
aqra:
“informazzjoni”;
F'paġna 3, fil-Premessa numru sebgħa, fl-ewwel sentenza u f'paġna 6, fit-tieni parti tal-Anness II, fil-punti (b), (c), (d) u (e),
minflok:
“Id-dejta”,
aqra:
“L-informazzjoni”;
F'paġna 3, fil-Premessa numru sebgħa, fit-tieni sentenza, f'paġna 4, fl-Artikolu 6 u f'paġna 6, fit-Titolu tal-Anness II,
minflok:
“gruppi ewlenin tad-dejta tal-kontabilità”,
aqra:
“gruppi ewlenin ta' informazzjoni tal-kontabilità”;
F'paġna 3, fil-Premessa numru tmienja, f'paġna 4, fl-Artikolu 7, fit-tieni paragrafu u fl-Artikolu 8, fit-tieni paragrafu,
minflok:
“Netwerk tad-Dejta tal-Kontabilità Agrikola”,
aqra:
“Netwerk ta' Informazzjoni tal-Kontabilità Agrikola”;
F'paġna 3, fl-Artikolu 1, fil-punt (e),
minflok:
“metodi ta' ġbir tad-dejta tal-kontabilità”,
aqra:
“metodi ta' ġbir ta' informazzjoni tal-kontabilità”.